Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/2031(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0012/2014

Testi mressqa :

A7-0012/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/01/2014 - 8.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0035

Testi adottati
PDF 403kWORD 87k
Il-Ħamis, 16 ta' Jannar 2014 - Strasburgu
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar it-tneħħija u l-ħarsien tal-immunità parlamentari
P7_TA(2014)0035A7-0012/2014

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2014 dwar l-emenda tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament dwar it-tneħħija u l-ħarsien tal-immunità parlamentari (2013/2031(REG))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tad-9 ta’ Novembru 2012,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0012/2014),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Test fis-seħħ   Emenda
Emenda 1
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)
1a.  L-immunità parlamentari mhix privileġġ personali ta' Membru imma garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu.
Emenda 2
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  Fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' privileġġi u immunitajiet, il-Parlament għandu qabel kollox iħares l-integrità tiegħu bħala assemblea leġislattiva demokratika u jiżgura l-indipendenza tal-Membri tiegħu fil-qadi ta' dmirijiethom.
1.  Fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' privileġġi u immunitajiet, il-Parlament jaġixxi biex iħares l-integrità tiegħu bħala assemblea leġislattiva demokratika u jiżgura l-indipendenza tal-Membri tiegħu fil-qadi ta' dmirijiethom Kull talba għat-tneħħija tal-immunità għandha tkun ivvalutata skont it-termini tal-Artikoli 7, 8 u 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u skont il-prinċipji li hemm riferiment għalihom f'dan l-Artikolu.
Emenda 3
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Kull talba indirizzata lill-President minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru sabiex titneħħa l-immunità ta' xi Membru għandha tiġi mħabbra fil-Parlament u rriferuta lill-kumitat responsabbli.
imħassar
Emenda 4
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 6 – paragrafu 3
3.  Kull talba indirizzata lill-President minn Membru jew ex-Membru biex jiddefendi privileġġi u immunitajiet għandha tiġi mħabbra fil-Parlament u rriferuta lill-kumitat responsabbli.
imħassar
Emenda 5
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 6 – paragrafu 4
4.  F'każ ta' urġenza, f'ċirkustanzi fejn Membru jiġi arrestat jew fejn tinżamm il-libertà ta' moviment tiegħu bi ksur apparenti tal-privileġġi u l-immunitajiet tiegħu, il-President, wara li jkun ħa l-parir tal-president u tar-rapporteur tal-kumitat responsabbli, jista' jieħu inizjattiva biex jikkonferma l-privileġġi u l-immunitajiet tal-Membru kkonċernat. Il-President għandu jinnotifika lill-kumitat b'dik l-inizjattiva u jgħarraf lill-Parlament.
imħassar
Emenda 6
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Meta jkun meħtieġ li Membru jidher bħala xhud jew li jixhed bħala espert, ma jkunx hemm għalfejn issir talba għat-tneħħija tal-immunità kemm-il darba:
–  li ma jkunux obbligati jidhru f'data u f'ħin li ma jippermettilhomx iwettqu d-dmirijiet parlamentari tagħhom, jew jagħmluhielhom diffiċli li jwettqu dawk id-dmirjiet, jew li se jkunu jistgħu jagħtu stqarrija bil-miktub jew b'xi forma oħra li ma tkunx tagħmilha diffiċli għalihom li jwettqu d-dmirijiet parlamentari tagħhom; u
–  li ma jkunux obbligati jixhdu dwar informazzjoni miksuba b'mod kunfidenzjali fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom u li hu ma jkunux iħossu li għandhom jagħtu.
Emenda 7
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 6a (ġdid)
Artikolu 6a
Ħarsien tal-privileġġi u l-immunità
1.  Fil-każijiet fejn il-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru jew ex-Membru jkun allegat li ġew miksura mill-awtoritajiet ta' Stat Membru, tista' ssir talba għal deċiżjoni tal-Parlament dwar jekk fil-fatt kienx hemm ksur ta' dawk il-privileġġi u immunitajiet skont it-termini tal-Artikolu 7(-1).
2.  B'mod partikolari, tali talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet tista' ssir jekk jitqies li ċ-ċirkostanzi jikkostitwixxu restrizzjoni amministrattiva jew ta' xort' oħra fuq il-moviment liberu ta' Membri li jivvjaġġaw lejn jew mill-post tal-laqgħa tal-Parlament jew fuq l-opinjoni espressa jew vot mixħut fit-twettiq ta' dmirijiethom, jew li jkunu jinkwadraw ruħhom fl-ambitu tal-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.
3.  Talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru ma titqiesx ammissibbli jekk talba għal tneħħija jew ħarsien tal-immunità ta' dak il-Membru tkun ġa ġiet riċevuta f'dak li għandu x'jaqsam mal-istess proċedimenti legali, kemm jekk ittieħdet deċiżjoni kemm jekk le f'dak iż-żmien.
4.  L-ebda konsiderazzjoni oħra ma tingħata lil talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru jekk it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' dak il-Membru tasal b'rabta mal-istess proċedimenti legali.
5.  F'każijiet fejn deċiżjoni tkun ittieħdet li ma jkunux imħarsin il-privileġġi u l-immunitajiet ta' Membru, il-Membru jista' jagħmel talba għar-rikunsiderazzjoni tad-deċiżjoni, billi jippreżenta evidenza ġdida. It-talba għar-rikunsiderazzjoni għandha tkun inammissibbli jekk ikunu nbdew proċedimenti kontra d-deċiżjoni skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jew jekk il-President iqis li l-evidenza l-ġdida preżentata ma tkunx suffiċjentement sostanzjali li titlob għar-rikunsiderazzjoni.
Emenda 8
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 6b (ġdid)
Artikolu 6b
Azzjoni urġenti mill-President għall-asserzjoni tal-immunità
1.  Bħala kwestjoni ta' urġenza, meta jkun hemm ċirkostanzi li fihom jiġi arrestat Membru jew il-libertà tiegħu jew tagħha tal-moviment tkun tnaqqset f'dak li jkun jidher bħala ksur tal-privileġġi u l-immunitajiet tal-Membru, il-President, wara li jikkonsulta mal-President u mar-rapporteur tal-kumitat responsabbli, jista' jieħu inizjattiva għall-asserzjoni tal-privileġġi u l-immunitajiet tal-Membru kkonċernat. Il-President għandu jinnotifika lill-kumitat b'dik l-inizjattiva u jgħarraf lill-Parlament.
2.  Meta l-President jagħmel użu mis-setgħat mogħtija lilu mill-paragrafu 1, il-kumitat responsabbli għandu jieħu nota tal-inizjattiva tal-President fil-laqgħa li jkun imiss tiegħu. Jekk il-kumitat iħoss li jkun meħtieġ, dan jista' jħejji rapport biex jitressaq quddiem il-Parlament.
Emenda 9
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 7 – paragrafu -1 (ġdid)
-1. Kull talba indirizzata lill-President minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għat-tneħħija tal-immunità ta’ xi Membru, jew minn Membru jew xi ħadd li kien Membru sabiex jitħarsu l-privileġġi u l-immunitajiet, għandha titħabbar fil-Parlament u tkun riferuta lill-kumitat responsabbli.
Emenda 10
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  Il-kumitat responsabbli għandu jikkunsidra mingħajr dewmien u skond l-ordni li fih tressqu t-talbiet għat-tneħħija ta' l-immunità jew it-talbiet għall-ħarsien ta' l-immunità u tal-privileġġi.
1.  Il-kumitat għandu jikkunsidra mingħajr dewmien, imma billi titqies il-komplessità relattiva tagħhom, it-talbiet għat-tneħħija tal-immunità jew it-talbiet għall-ħarsien tal-privileġġi u tal-immunitajiet.
Emenda 11
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  Il-kumitat jista' jitlob lill-awtorità kkonċernata għal informazzjoni jew spjegazzjoni li l-kumitat iqis li hija meħtieġa sabiex ikun jista' jifforma opinjoni dwar għandhiex l-immunità tiġi mneħħija jew imħarsa. Il-Membru kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jinstema', jista' jippreżenta dokumenti jew evidenza bil-miktub li jħoss li huma meħtieġa. Huwa jista' jkun rappreżentat minn membru ieħor.
3.  Il-kumitat jista' jitlob lill-awtorità kkonċernata għal informazzjoni jew spjegazzjoni li l-kumitat iqis li hija meħtieġa sabiex ikun jista' jifforma opinjoni dwar għandhiex l-immunità tiġi mneħħija jew imħarsa.
Emenda 12
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-Membru kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jinstema', jista' jippreżenta dokumenti jew evidenza bil-miktub li jħoss li huma meħtieġa. Huwa jista' jkun rappreżentat minn Membru ieħor.
Il-Membru ma għandux ikun preżenti matul id-dibattiti dwar it-talba għat-tneħħija jew il-ħarsien tal-immunità tiegħu, ħlief għas-smigħ innifsu.
Il-President tal-Kumitat għandu jistieden lill-Membru għas-smigħ, billi jindika d-data u l-ħin. Il-Membru jista’ jirrinunzja d-dritt tiegħu li jipparteċipa fis-smigħ.
Jekk il-Membru ma jipparteċipax fis-smigħ wara dik l-istedina, jitqies li rrinunzja dak il-jedd li jkun mismugħ, sakemm ma jitlobx li jkun eżonerat mis-smigħ f’dik id-data u ħin kif proposti, u jagħti r-raġunijiet. Il-President tal-Kumitat għandu jagħti deċiżjoni dwar jekk tali talba li dak li jkun ikun skużat tintlaqax fid-dawl tar-raġunijiet mogħtija, u ma jkun permess l-ebda appell fuq dan il-punt.
Jekk il-President tal-Kumitat jilqa’ t-talba għal eżoneru, allura jistieden lill-Membru jinstema’ f’data u ħin ġodda. Jekk il-Membru jonqos li jimxi mat-tieni stedina li jinstema’, il-proċedura tissokta mingħajr ma jinstema’ l-Membru. Ebda talba oħra għal eżoneru, jew għas-smigħ, ma tintlaqa’ minn dan l-istadju ’l quddiem.
Emenda 13
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 7 – paragrafu 5
5.  Meta jkun meħtieġ li Membru jidher bħala xhud jew li jixhed bħala espert, ma jkunx hemm għalfejn issir talba għat-tneħħija ta' l-immunità kemm-il darba:
imħassar
—  il-Membru ma jkunx obbligat li jidher f'data jew f'ħin li ma jippermettulux li jaqdi - jew joħolqulu diffikultà biex jaqdi - id-dmirijet parlamentari tiegħu, jew kemm-il darba jkun jista' jipprovdi stqarrija bil-miktub jew f'kull forma oħra li ma toħloqlux diffikultà fit-twettiq tad-dmirijiet parlamentari tiegħu;
—  il-Membru ma jkunx obbligat li jixhed dwar informazzjoni miksuba b'mod kunfidenzjali fil-qadi tal-mandat tiegħu u li hu ma jkunx iħoss li għandu jagħti.
Emenda 14
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 7 – paragrafu 6
6.  F'każi li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien ta' l-immunità jew tal-privileġġi, il-kumitat għandu jiddikjara jekk iċ-ċirkustanzi jkunux jikkostitwixxu xkiel amministrattiv jew xkiel ieħor mqiegħed għall-moviment ħieles tal-Membri li jivvjaġġaw lejn jew mill-postijiet fejn jiltaqa' l-Parlament jew opinjoni espressa jew vot mitfugħ fit-twettiq tal-mandat jew li jaqgħu fi ħdan l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar Privileġġi u Immunitajiet li ma jidħlux fl-ambitu tal-liġi nazzjonali, u għandu jagħmel proposta sabiex l-awtorità konċernata tiġi mistiedna tasal għall-konklużjonijiet meħtieġa.
imħassar
Emenda 15
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 7 – paragrafu 10
10.  Meta l-President jagħmel użu mis-setgħat mogħtija lilu mill-Artikolu 6(4), il-kumitat responsabbli għandu jkun jaf bl-inizjattiva tal-President fil-laqgħa tiegħu ta' wara. Jekk il-kumitat iħoss li huwa meħtieġ, dan jista' jħejji rapport biex jiġi mressaq quddiem il-Parlament.
imħassar
Emenda 16
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 7 – paragrafu 7a (ġdid)
12a.  Il-kumitat għandu jistabbilixxi l-prinċipji għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.
Avviż legali - Politika tal-privatezza