Deċiżjoni li ma ssirx oppożizzjoni għal-miżura ta' implimentazzjoni: rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssirx oppożizzjoni għal abbozz ta' regolament li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili (D029683/02 – 2014/2500(RPS))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni (DD029683/02),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE(1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) u (6),
– wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fil-18 ta' Ottubru 2013 mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 65 tar-regolament msemmija hawn fuq,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-16 ta Jannar 2014, li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhuwiex se jopponi l-abbozz ta' regolament,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data tal-21 ta' Jannar 2014,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(2),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 88(4)(d) u 87a(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba inċiżi tal-Artikolu 87a(6) tar-Regoli ta' Proċedura li skada fl-4 ta' Frar 2014,
1. Jiddikjara li ma jopponix l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kummissjoni u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kunsill.