Deċiżjoni li ma' ssirx oġġezzjoni għal att iddelegat: Il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta’ Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament ta' delega tal-Kummissjoni tas-7 ta' Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta’ Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (C(2013)9651 – 2014/2508(DEA))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra ir-regolament ta' delega tal-Kummissjoni (C(2013)9651),
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-21 ta' Jannar 2014, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-regolament ta' delega,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew, u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006(1), b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 87a(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma ġiet espressa fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba inċiżi tal-Artikolu 87a (6) tar-Regoli ta' Proċedura li skada fl-4 ta' Frar 2014,
A. billi hu importanti li jkun żgurat li r-regolament ta' delega dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija jidħol fis-seħħ kemm jista' jkun malajr, minħabba l-bżonn urġenti ta' kodiċi ta' kondotta li japplika għall-preparazzjoni li għaddejja bħalissa tal-Ftehimiet ta' Sħubija u tal-programmi għall-perjodu 2014-2020;
1. Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament ta' delega;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.