Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0097(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0475/2013

Testi mressqa :

A7-0475/2013

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 05/02/2014 - 9.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0073

Testi adottati
PDF 291kWORD 40k
L-Erbgħa, 5 ta' Frar 2014 - Strasburgu
L-importazzjoni tat-tonn alalunga mill-Atlantiku (Thunnus obesus) ***I
P7_TA(2014)0073A7-0475/2013
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 827/2004 li jipprojbixxi l-importazzjoni tat-tonn alalunga mill-Atlantiku (Thunnus obesus) li joriġina fil-Bolivja, il-Kambodja, il-Ginea Ekwatorjali, Ġeorġja u Sjerra Leone u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1036/2001 (COM(2013)0185 – C7-0091/2013 – 2013/0097(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0185),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0091/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-22 ta' Jannar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0475/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Frar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regoalment (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 827/2004 li jipprojbixxi l-importazzjoni tat-tonn alalunga mill-Atlantiku (Thunnus obesus) li joriġina fil-Bolivja, l-Kambodja, il-Ginea Ekwatorjali, Ġeorġja u Sjerra Leone u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1036/2001
P7_TC1-COD(2013)0097

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 249/2014.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza