Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0216(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0049/2014

Testi mressqa :

A7-0049/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 05/02/2014 - 9.3
CRE 05/02/2014 - 9.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0074

Testi adottati
PDF 207kWORD 38k
L-Erbgħa, 5 ta' Frar 2014 - Strasburgu
Protokoll UE-Gabon li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd ***
P7_TA(2014)0074A7-0049/2014

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Frar 2014 dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża (11871/2013 – C7-0484/2013 – 2013/0216(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11871/2013),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' protokoll ġdid li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża (11875/2013),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikoli 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), u l-paragrafu 7, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0484/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81 u l-Artikolu 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-Rapport 2011 tal-UE dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0049/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni tibgħat lill-Parlament l-atti u l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-kumitat konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-ftehim, il-programm settorjali pluriennali msemmi fl-Artikolu 3 tal-protokoll, ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet annwali kif ukoll l-atti u l-konklużjonijiet tal-laqgħat previsti fl-Artikolu 4 tal-protokoll ; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament, bħala osservaturi, fil-laqgħat tal-kumitat konġunt; jitlob lilll-Kummissjoni tressaq lill-Parlament u lill-Kunsill, fl-aħħar sena ta' applikazzjoni tal-protokoll fis-seħħ u qabel il-ftuħ tan-negozjati għat-tiġdid tiegħu, rapport sħiħ dwar l-implimentazzjoni tiegħu, li jindika l-użu tal-opportunitajiet tas-sajd u jivvaluta l-kost-effettività tal-protokoll; isostni li m'għandu jkun hemm ebda restrizzjoni mhux neċessajra fuq l-aċċess għal dak ir-rapport;

3.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, filwaqt li jaġixxu fil-limiti tal-poteri rispettivi tagħhom, iżommu lill-Parlament mgħarraf immedjatament u b’kollox fl-istadji kollha tal-proċeduri relatati mal-protokoll il-ġdid u t-tiġdid tiegħu, skont it-termini tal-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Gaboniża ;

(1) Testi adottati ta’ din id-data, P7_TA(2012)0399.

Avviż legali - Politika tal-privatezza