Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0127(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0060/2014

Testi mressqa :

A7-0060/2014

Dibattiti :

PV 04/02/2014 - 20
CRE 04/02/2014 - 20

Votazzjonijiet :

PV 05/02/2014 - 9.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0078

Testi adottati
PDF 200kWORD 35k
L-Erbgħa, 5 ta' Frar 2014 - Strasburgu
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward koperazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom tal-kompetizzjoni ***
P7_TA(2014)0078A7-0060/2014

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Frar 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward kooperazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom tal-kompetizzjoni 12418/2012 – C7-0146/2013 – 2012/0127(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (12418/2012),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward kooperazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġijiet tagħhom tal-kompetizzjoni (12513/2012),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 103 u 352, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7‑0146/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7‑0060/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Ifakkar lill-Kunsill li, jekk għandu jemenda l-abbozz ta' deċiżjoni tiegħu, ikun meħtieġ li l-approvazzjoni tal-Parlament tintalab mill-ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u l-Konfederazzjoni Svizzera.

Avviż legali - Politika tal-privatezza