Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2013)0009 – C7-0019/2013 – 2013/0007(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0009),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0019/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-17 ta' April 2013(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0468/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-5 ta' Frar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2),
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009(3) jikkonferixxi setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.
(2) Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jeħtieġ li s-setgħat ikkonferiti lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jkunu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
(3) Sabiex jiġu żviluppati wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dan li ġej:
–
l-eżenzjoni ta' ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd mill-obbligu ta' notifika minn qabel;[Em. 1]
–
l-eżenzjoni ta' ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd mill-obbligu li jimlew u jippreżentaw dikjarazzjoni tat-trażbord;
–
l-adozzjoni ta’ mod u frekwenza differenti ta’ trażmissjoni tad-dejta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għar-reġistrazzjoni tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd;
–
l-adozzjoni ta' regoli dwar iż-żamma abbord ta' pjanijiet ta' stivar għal ċerti prodotti tas-sajd ipproċessati;
–
id-definizzjoni ta' livelli ta’ attivazzjoni tal-qbid għall-għeluq fi żmien reali;
–
il-modifika ta’ distanzi li bihom bastiment tas-sajd irid jibdel il-pożizzjoni taħt ċerti ċirkostanzi meta jaqbeż livell ta’ attivazzjoni tal-qbid;
–
l-emenda tal-livell limitu li taħtu l-prodotti tal-ħut huma eżentati mir-regoli tat-traċċabilità;
–
l-emenda tal-livell limitu li taħtu l-prodotti tal-ħut huma eżentati mir-regoli tal-ewwel bejgħ;
–
l-eżenzjoni mill-obbligu li jippreżentaw noti tal-bejgħ għall-prodotti tas-sajd li jinħattu l-art minn ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd;
–
l-emenda tal-livell limitu li taħtu l-prodotti tal-ħut huma eżentati mill-mili ta' nota tal-bejgħ;
–
id-determinazzjoni ta’ sajd suġġett għal programmi speċifiċi ta’ kontroll u spezzjoni;
–
l-adozzjoni ta’ mod u frekwenza differenti ta’ trażmissjoni tad-dejta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni wara proġetti pilota.
(4) Huwa importanza partikolaripartikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqaadegwati matul ix-xogħol preparatorjuil-ħidma ta’ preparazzjoni tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, bħal pereżempju ma’ Kunsilli Konsultattivi Reġjonali. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 2]
(5) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, għandhom jiġu kkonferiti setgħat implimentattivi fuq il-Kummissjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE fir-rigward ta' dawn li ġejjin:
–
il-liċenzji tas-sajd;
–
l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd;
–
l-immarkar tal-irkaptu; [Em. 3]
–
is-sistema tal-monitoraġġ tal-bastiment;
–
il-fatturi tal-konverżjoni biex il-piż tal-ħut maħżun jew ipproċessat jiġi kkonvertit għal piż ta’ ħut ħaj;
–
il-mili u l-preżentazzjoni tal-ġurnali ta' abbord sakemm ma jkunux atti ddelegati;
–
il-metodoloġija għal pjanijiet ta' kampjunar għal bastimenti tas-sajd li mhumiex suġġetti għar-rekwiżiti tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd;
–
notifika minn qabel; [Em. 4]
–
il-mili u l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tat-trażbord sakemm ma jkunux atti ddelegati;
–
il-mili u l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art;
–
il-metodoloġija għal pjanijiet ta' kampjunar għal bastimenti tas-sajd li mhumiex suġġetti għar-rekwiżiti tad-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art;
–
il-formati għat-trażmissjoni tad-dejta dwar il-qbid u l-isforz lill-Kummissjoni;
–
l-għeluq ta’ tip ta' sajd mill-Kummissjoni;
–
miżuri korrettivi f'każijiet tal-għeluq ta’ tip ta’ sajd mill-Kummissjoni;
–
kontrolli tal-kapaċità tas-sajd tal-Istati Membri;
–
iċ-ċertifikazzjoni tal-qawwa tal-propulsjoni tal-magna u l-verifika fiżika tal-qawwa tal-propulsjoni tal-magna;
–
il-metodoloġija għal pjanijiet ta' kampjunar għall-verifika tal-qawwa tal-magna;
–
l-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-pjanijiet dwar kontrolli f’portijiet magħżula;
–
il-kalkolu tal-livelli ta’ attivazzjoni tal-qbid għall-għeluq fi żmien reali;
–
l-għeluq fi żmien reali;
–
l-istabbiliment, in-notifika u l-evalwazzjoni ta’ pjanijiet ta' kampjunar għal sajd rikreattiv;
–
l-informazzjoni dwar il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura lill-konsumaturi;
–
l-approvazzjoni mill-Kummissjoni ta’ pjanijiet ta’ kampjunar, pjanijiet ta’ kontroll u programmi komuni ta’ kontroll għall-użin;
–
il-metodoloġija għal pjanijiet ta' kampjunar, pjanijiet ta’ kontroll u programmi komuni ta’ kontroll għall-użin;
–
il-kontenut u l-format tan-noti tal-bejgħ;
–
il-format tar-rapporti tas-sorveljanza;
–
rapporti tal-ispezzjoni;
–
il-bażi tad-dejta elettronika biex jittellgħu rapporti tal-ispezzjoni u tas-sorveljanza;
–
l-istabbiliment ta' lista ta' spetturi tal-Unjoni;
–
l-iffissar tal-kwantitajiet bħala miżura korrettiva fl-assenza ta’ proċedimenti mill-Istat Membru tal-ħatt l-art jew tat-trażbord;
–
sistema ta’ punti għal ksur serju sakemm ma jkunux atti ddelegati;
–
sajd suġġett għal programmi speċifiċi ta’ kontroll u spezzjoni;
–
estensjoni ta' perjodu biex ir-riżultati ta’ inkjesta amministrattiva jintbagħtu lill-Kummissjoni;
–
l-istabbiliment ta’ pjan ta’ azzjoni f’każ ta’ irregolaritajiet jew nuqqasijiet fis-sistema ta' kontroll ta' Stat Membru;
–
is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni;
–
l-għeluq tas-sajd minħabba nuqqas ta’ konformità mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd;
–
it-tnaqqis tal-kwoti;
–
it-tnaqqis tal-isforz;
–
it-tnaqqis tal-kwoti minħabba nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd;
–
miżuri temporanji;
–
l-approvazzjoni mill-Kummissjoni ta’ pjanijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tas-sistema għall-validazzjoni tad-dejta;
–
l-analiżi u l-verifika tad-dejta;
–
l-iżvilupp ta’ standards u proċeduri komuni biex tkun żgurata komunikazzjoni trasparenti;
–
it-tħaddim tal-websajts u tas-servizzi tal-web;
–
il-kontenut u l-format tar-rapporti mill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Meta jkun meħtieġ il-kontroll tal-Istati Membri dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4).
(6) Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, jeħtieġ li tiġi adattata d-dispożizzjoni dwar miżuri ta’ emerġenza li jipprevedu konsultazzjoni ta’ ċerti miżuri tal-Kummissjoni lill-Kunsill taħt ċerti kundizzjonijiet.
(7) Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, jeħtieġ li jiġu adattati xi dispożizzjonijiet li jikkonferixxu setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fuq il-Kunsill waħdu sabiex jinġiebu konformi mal-proċeduri l-ġodda applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet li ġejjin fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandhom jinkitbu mill-ġdid.
–
id-definizzjoni ta' żoni tas-sajd ristretti;
–
l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda;
–
is-sottomissjoni ta’ ċerti bastimenti tas-sajd għal rapporti dwar l-isforz tas-sajd;
–
l-adozzjoni f'kull pjan multiannwali ta' limitu massimu tal-qabdiet li jekk jinqabeż ikun irid jintuża port magħżul jew post qrib il-kosta u l-frekwenza tal-komunikazzjoni tad-dejta;
–
l-istabbiliment ta' żoni tas-sajd ristretti u tad-data meta ċerti obligazzjonijiet ta’ kontroll relatati ma' dawn iż-żoni isiru obbligatorji;
–
is-sottomissjoni tas-sajd rikreattiv għal miżuri ta’ ġestjoni speċifiċi;
–
l-istabbiliment ta' skema tal-osservatur ta' kontroll.
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,
(8a) Peress li dan ir-Regolament għandu l-għan li jallinja r-Regolament (KE) Nru 1224/2009 mat-Trattat ta’ Lisbona, hu importanti li l-Kummissjoni, fir-reviżjoni futura tagħha ta’ dak ir-Regolament, teżamina:
–
it-talbiet tal-Parlament Ewropew fir-rigward tat-distinzjoni bejn it-tagħmir passiv u dak statiku;
–
ir-relevanza tal-livelli ta’ tolleranza tal-ġurnali abbord iffissati għal 10 %;
il-kundizzjonijiet għall-għoti u t-trasferiment tal-punti ta’ ksur;
–
u l-ippubblikar tad-data marbuta mal-ksur. [Em. 5]
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
(a) il-punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"7. "spetturi tal-Unjoni" tfisser uffiċjali ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, li l-ismijiet tagħhom jinsabu fil-lista stabbilita skont l-Artikolu 79;"
"
(b) il-punt 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"14. "żona tas-sajd ristretta" tfisser kwalunkwe żona tal-baħar taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru li ġiet iddefinita minn att tal-Unjoni li huwa legalment vinkolanti u fejn l-attivitajiet tas-sajd huma limitati jew projbiti;"
"
(2) fl-Artikolu 6, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"5. L-Istat Membru tal-bandiera għandu joħroġ, jimmaniġġja u jirtira l-liċenzja tas-sajd skont ir-regoli dettaljati dwar il-validità tagħhom u l-informazzjoni minima mniżżla hemmhekk, stabbiliti permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2). "
"
(3) fl-Artikolu 7, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"5. Għandhom ikunu stabbiliti regoli dettaljati dwar il-validità tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-informazzjoni minima li jkun fihom permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2).
6. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119a fir-rigward tar-regoli dwar l-applikabbiltà tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastimenti żgħar tal-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni tal-bastimenti żgħar mill-obbligu li jkollhom awtorizzazjonijiet." [Em. 6]
"
(4) fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"
"2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa litista' tadotta atti ta' implimentazzjoniddelegati skont l-Artikolu 119a fir-rigward tal-immarkar u l-identifikazzjoni tal-bastimenti tas-sajd, tal-irkaptu u tal-qxur tal-baħar, fir-rigward ta’:
(a)
dokumenti li jridu jinġarru abbord;
(b)
regoli għall-immarkar tal-qxur tal-baħar;
(c)
regoli għall-irkaptuirkaptu passiv u xbieki tat-tkarkir bit-travu;
(d)
tikketti;
(e)
bagi;
(f)
ħbula.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)." [Em. 7]
"
(5) L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"10. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa litista' tadotta atti ta' implimentazzjoniddelegati skont l-Artikolu 119a fir-rigward ta’:
(a)
ir-rekwiżiti ta’ apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita fuq il-bastimenti tas-sajd;
(b)
il-karatteristiċi tal-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita;
(c)
ir-responsabilitajiet tal-kaptani fir-rigward tal-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita;
(d)
il-miżuri ta’ kontroll li għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri tal-bandiera;
(e)
il-frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta;
(f)
il-monitoraġġ tad-dħul f’żona speċifika kif ukoll tal-ħruġ minnha;
(g)
it-trażmissjoni tad-dejta lill-Istat Membru kostali;
(h)
il-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta' nuqqas tekniku jew nuqqas ta' funzjonament tat-tagħmir ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita;
(i)
meta ma tasalx id-dejta;
(j)
il-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd;
(k)
l-aċċess għad-dejta mill-Kummissjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)." [Em. 8]
"
(b) il-paragrafu li ġej huwa miżjud:"
"11. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli dwar il-format għat-trażmissjoni elettronika tad-dejta mis-sistema tal-monitoraġġ tal-bastiment mill-Istat Membru tal-bandiera lill-Istat Membru kostali permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(6) L-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"Artikolu 13
Teknoloġiji ġodda
1. Jistgħu jiġu adottati miżuri, skont it-Trattat, li jimponu l-obbligu tal-użu ta’ apparat elettroniku ta' monitoraġġ u għodod ta’ traċċabbiltà, bħall-analiżi ġenetika. Sabiex jivvalutaw it-teknoloġija li trid tintuża, l-Istati Membri, fuq l-inizjattiva tagħhom stess jew f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni jew il-korp maħtur minnha, għandhom iwettqu proġetti pilota dwar l-għodod ta’ traċċabbiltà, bħall-analiżi ġenetika qabel l-1 ta’ Ġunju 2013.
2. L-introduzzjoni ta' tekniki ġodda oħra għall-kontroll tas-sajd tista' tiġi deċiża skont it-Trattat u b’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati meta dawn it-teknoloġiji jwasslu għal titjib fil-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd b’mod kosteffikaċi." [Em. 9]
"
(7) L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"7. Biex il-piż tal-ħut maħżun jew ipproċessat jiġi kkonvertit f’piż ta’ ħut ħaj, il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom japplikaw fattur ta' konverżjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dak il-fattur ta’ konverżjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(b) il-paragrafu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"10. Il-Kummissjoni għandha tistipula regoli dettaljati dwar
(a)
il-mili u l-preżentazzjoni tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd fuq il-karta;
(b)
mudelli li għandhom jintużaw għall-ġurnali ta’ abbord tas-sajd fuq il-karta;
(c)
istruzzjonijiet għall-mili u l-preżentazzjoni tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd fuq il-karta;
(d)
skadenzi għall-preżentazzjoni tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd;
(e)
il-kalkolu ta' marġini ta' tolleranza kif definit fil-paragrafu 3 permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni.
Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(c) il-paragrafu li ġej huwa miżjud:"
"11. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119a fir-rigward tar-rekwiżiti biex timtela u tiġi ppreżentata d-dejta tal-ġurnal ta’ abbord fuq il-karta mill-bastimenti tas-sajd imsemmija fl-Artikoli 16(3) u 25(3)."
"
(8) L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
(a) jiżdied il-paragrafu 1a:"
"1a. Il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni użati esklussivament għall-isfruttar tal-akkwakultura għandhom jiġu eżentati mill-paragrafu 1."
"
(b) il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"9. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119a fir-rigward ta’:
(a)
id-dispożizzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ ħsara teknika jew ta’ nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar
(b)
miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ li ma tasalx id-dejta;
(c)
l-aċċess għad-dejta u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' nuqqas ta’ aċċess għad-dejta.
10. Il-Kummissjoni għandha tistipula regoli dettaljati dwar:
(a)
ir-rekwiżit ta’ sistemi elettroniċi ta' reġistrazzjoni u rappurtar fuq bastimenti tas-sajd tal-Unjoni;
(b)
il-format għat-trażmissjoni tad-dejta minn bastiment tas-sajd tal-Unjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera tiegħu;
(c)
il-messaġġi ta’ konferma mill-awtoritajiet;
(d)
id-dejta dwar il-funzjonament tas-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u rappurtar;
(e)
il-format għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri;
(f)
l-iskambju tad-dejta bejn l-Istati Membri;
(g)
il-kompiti tal-awtorità unika;
(h)
il-frekwenza ta’ trażmissjoni permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(9) fl-Artikolu 16, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"2. Għall-finijiet tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan ta’ kampjunar ibbażat fuq il-metodoloġija adottata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2) għad-definizzjoni tal-gruppi ta’ bastimenti, il-livelli ta’ riskju u l-istima tal-qabda, u jittrasmettiha lill-Kummissjoni kull sena sal-31 ta’ Jannar filwaqt li jindika l-metodi użati għall-istabbilimenti ta’ dan il-pjan. Il-pjanijiet ta’ kampjunar għandhom ikunu, safejn possibbli, stabbli matul iż-żmien u standardizzati fiż-żoni ġeografiċi rilevanti.”
"
(10) fl-Artikolu 17, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"6. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa litista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jeżentawddelegati skont l-Artikolu 119a, biex teżenta ċerti kategoriji ta’ bastimenti tas-sajd mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għal perjodu limitat, li jista’ jiġġedded, jew tipprovdi għal perjodu ta’ notifika ieħor wara li tikkunsidra t-tip ta’ prodotti tas-sajd u d-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tal-ħatt l-art u l-portijiet fejn huma rreġistrati l-bastimenti kkonċernati.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)." [Em. 10]
"
(11) l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"6. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119a, biex teżenta ċerti kategoriji ta’ bastimenti tas-sajd mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għal perjodu limitat, li jista’ jiġġedded, jew tipprovdi għal perjodu ta’ notifika ieħor wara li tikkunsidra t-tip ta’ prodotti tas-sajd u d-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tat-trażbord u l-portijiet fejn huma rreġistrati l-bastimenti kkonċernati."
"
(b) il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"7 Regoli dettaljati dwar
(a)
il-mili u l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tat-trażbord fuq il-karta;
(b)
mudelli li għandhom jintużaw għad-dikjarazzjonijiet tat-trażbord fuq il-karta;
(c)
istruzzjonijiet għall-mili u l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tat-trażbord fuq il-karta;
(d)
skadenzi għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni tat-trażbord fuq il-karta;
(e)
l-għoti tad-dikjarazzjoni tat-trażbord fuq il-karta;
(f)
il-kalkolu ta’ marġni ta’ tolleranza definit fil-paragrafu 3 għandu jiġi adottat permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(12) L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:
(a) jiżdied il-paragrafu 1a:"
"1a. Il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni użati esklussivament għall-isfruttar tal-akkwakultura għandhom jiġu eżentati mill-paragrafu 1."
"
(b) il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119a fir-rigward ta’:
(a)
id-dispożizzjonijiet fil-każ ta’ ħsara teknika jew ta’ nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar;
(b)
miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ li ma tasalx id-dejta;
(c)
l-aċċess għad-dejta u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' nuqqas ta’ aċċess għad-dejta.”
"
(c) il-paragrafu li ġej huwa miżjud:"
"8. Il-Kummissjoni għandha tistipula regoli dwar:
(a)
ir-rekwiżit ta’ sistemi elettroniċi ta' reġistrazzjoni u rappurtar fuq bastimenti tas-sajd tal-Unjoni;
(b)
il-format għat-trażmissjoni tad-dejta minn bastiment tas-sajd tal-Unjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera tiegħu;
(c)
il-messaġġi ta' konferma;
(d)
id-dejta dwar il-funzjonament tas-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u rappurtar;
(e)
il-format għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri;
(f)
l-iskambju tad-dejta bejn l-Istati Membri;
(g)
il-kompiti tal-awtorità unika permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(13) fl-Artikolu 23, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"5. Il-Kummissjoni għandha tistipula regoli dettaljati dwar:
(a)
il-mili ta’ dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art fuq il-karta;
(b)
mudelli li għandhom jintużaw għad-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art fuq il-karta;
(c)
istruzzjonijiet għall-mili u l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art fuq il-karta;
l-operazzjonijiet tas-sajd li jinvolvu żewġ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jew aktar permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(14) L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu li ġej huwa miżjud:"
"1a. Il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni użati esklussivament għall-isfruttar tal-akkwakultura għandhom jiġu eżentati mill-paragrafu 1."
"
(b) il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"8. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa litista' tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119ata' implimentazzjoni fir-rigward ta’:
(a)
id-dispożizzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ ħsara teknika jew ta’ nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar
(b)
miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ li ma tasalx id-dejta;
(c)
l-aċċess għad-dejta u l-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ ta' nuqqas ta’ aċċess għad-dejta.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)." [Em. 11]
"
(c) il-paragrafu li ġej huwa miżjud:"
"9. Il-Kummissjoni għandha tistipula regoli dwar:
(a)
ir-rekwiżit ta’ sistemi elettroniċi ta' reġistrazzjoni u rappurtar fuq il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni;
(b)
il-format għat-trażmissjoni tad-dejta minn bastiment tas-sajd tal-Unjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera tiegħu;
(c)
il-messaġġi ta' konferma;
(d)
id-dejta dwar il-funzjonament tas-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u rappurtar;
(e)
il-format għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri;
(f)
l-iskambju tad-dejta bejn l-Istati Membri;
(g)
il-kompiti tal-awtorità unika permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(15) fl-Artikolu 25, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"2. Għall-finijiet tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan ta’ kampjunar ibbażat fuq il-metodoloġija adottata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2) għad-definizzjoni tal-gruppi ta’ bastimenti, il-livelli ta’ riskju u l-istima tal-qabda, u jittrasmettiha lill-Kummissjoni kull sena sal-31 ta’ Jannar filwaqt li jindika l-metodi użati għall-istabbilimenti ta’ dan il-pjan. Il-pjanijiet ta’ kampjunar għandhom ikunu, safejn possibbli, stabbli matul iż-żmien u standardizzati fiż-żoni ġeografiċi rilevanti.”
"
(16) L-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:
(a) il-frażi introduttorja tal-paragrafu 1 hija sostitwita b’dan li ġej:"
"1. Meta jkun deċiż hekk skont it-Trattat, il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li mhumiex mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti li tiffunzjona kif imsemmi fl-Artikolu 9 jew li ma jittrasmettux elettronikament id-dejta tal-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 15 u li huma suġġetti għal sistema tal-isforz tas-sajd, għandhom jikkomunikaw permezz tat-telex, feks, messaġġ tat-telefon jew posta elettronika rreġistrati kif xieraq minn min qed jirċievi jew permezz tar-radju permezz ta’ frekwenza tar-radju approvat skont ir-regoli tal-Unjoni, l-informazzjoni li ġejja fil-forma ta’ rapport dwar l-isforz tas-sajd, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu u, fejn xieraq, lill-Istat Membru kostali, immedjatament qabel kull dħul f’żona ġeografika suġġetta għal dak ir-reġim tal-isforz tas-sajd jew ħruġ minnha:”
"
(b) il-paragrafu li ġej huwa miżjud:"
"3. Il-Kummissjoni tista’ tistipula regoli dettaljati dwar it-trażmissjoni ta’ rapporti dwar l-isforz tas-sajd permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(17) Jitħassar l-Artikolu 32.
(18) L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"7. Mingħajr preġudizzju għat-Titolu XII, sat-30 ta’ Ġunju 2011 l-Istati Membri jistgħu jwettqu proġetti pilota mal-Kummissjoni u mal-korp maħtur minnha dwar l-aċċess remot fi żmien reali għad-dejta tal-Istati Membri rreġistrata u vvalidata skont dan ir-Regolament. Il-format u l-proċeduri tal-aċċess għad-dejta għandhom jiġu kkunsidrati u ttestjati. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2011 jekk jippjanaw li jwettqu proġetti pilota. Mill-1 ta' Jannar 2012 jista' jiġi deċiż skont it-Trattat dwar mod u frekwenza differenti ta’ trażmissjoni tad-dejta lill-Kummissjoni. "
"
(b) il-paragrafu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"10. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi formati għat-trażmissjoni tad-dejta msemmija f’dan l-Artikolu, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(19) fl-Artikolu 36, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"2. Abbażi tal-informazzjoni skont l-Artikolu 35 jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, fejn il-Kummissjoni ssib li l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-Unjoni, Stat Membru, jew grupp ta’ Stati Membri jitqiesu li jkunu ġew eżawriti, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar dan u għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd għaż-żona, l-irkaptu, l-istokk, il-grupp ta’ stokkijiet jew il-flotta involuti f’dawk l-attivitajiet tas-sajd speċifiċi.”
"
(20) L-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"2. Jekk il-preġudizzju li jsofri Stat Membru li ġie pprojbit milli jistad qabel ma ġew eżawriti l-opportunitajiet tas-sajd tiegħu ma jkunx tneħħa, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri bl-għan li jiġi rrimedjat b’mod xieraq il-preġudizzju kkawżat, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2). Dawk il-miżuri jistgħu jinvolvu tnaqqis mill-opportunitajiet tas-sajd ta’ kwalunkwe Stat Membru li kien involut f’sajd żejjed, u li jiġu allokati b’mod xieraq il-kwantitajiet imnaqqsin b’dan il-mod lill-Istati Membri li l-attivitajiet tas-sajd tagħhom ġew ipprojbiti qabel l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom ġew eżawriti.”
"
(b) il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"4. "Il-Kummissjoni għandha tistipula regoli dettaljati dwar in-notifika ta preġudizzju mġarrab, l-identifikazzjoni tal-Istati Membri li soffrew il-preġudizzju u l-ammont tal-preġudizzju, l-identifikazzjoni tal-Istati Membri li jkunu stadu żżejjed u l-kwantitajiet ta’ ħut li nqabdu żejda, it-tnaqqis li għandu jsir mill-opportunitajiet tas-sajd tal-Istati Membri li jkunu stadu żżejjed fi proporzjon mal-opportunitajiet tas-sajd li nqabżu, iż-żidiet li għandhom isiru lill-opportunitajiet tas-sajd tal-Istati Membri ppreġudikati fi proporzjon mal-preġudizzju mġarrab, id-dati li fihom għandhom iseħħu ż-żidiet u t-tnaqqis u, fejn xieraq, kwalunkwe miżura oħra meħtieġa dwar kif jiġi rrimedjat il-preġudizzju mġarrab, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(21) fl-Artikolu 38, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’:
il-verifika tat-tip, l-għadd u l-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(22) fl-Artikolu 40, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"6. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli dettaljati rigward iċ-ċertifikazzjoni tal-propulsjoni tal-qawwa tal-magna kif ukoll il-verifika fiżika tal-propulsjoni tal-qawwa tal-magna permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(23) fl-Artikolu 41, il-frażi introduttorja tal-paragrafu 1 hija sostitwita b'dan li ġej:"
"1. L-Istati Membri għandhom iwettqu, wara analiżi tar-riskju, verifika tad-dejta tal-konsistenza tal-qawwa tal-magna bl-użu tal-informazzjoni kollha disponibbli lill-amministrazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment ikkonċernat. Dik il-verifika tad-dejta għandha tiġi stabbilita abbażi ta’ pjan ta’ kampjunar ibbażat fuq il-metodoloġija adottata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 119(2) dwar kriterji ta’ riskju għoli, id-daqs tal-kampjuni aleatorji u d-dokumenti tekniċi li għandhom jiġu vverifikati. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw b'mod partikolari l-informazzjoni li tkunu tinsab fi:”
"
(24) L-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"1. Meta jiġi adottat pjan multiannwali skont it-Trattat, jista' jiġi deċiż li jkun inkluż livell limitu applikabbli għall-piż ħaj ta’ speċijiet suġġetti għal dak il-pjan, li fil-każ li jinqabeż il-bastiment tas-sajd għandu jkun meħtieġ li jħott l-art il-qabdiet tiegħu f’port magħżul jew f’post viċin il-kosta."
"
(b) il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"7. L-Istati Membri għandhom jiġu eżentati mill-paragrafu 5(c) jekk il-programm ta’ azzjoni nazzjonali ta’ kontroll adottat skont l-Artikolu 46 ikun fih pjan dwar kif isir il-kontroll f’portijiet magħżula, filwaqt li jiġi żgurat l-istess livell ta’ kontroll mill-awtoritajiet kompetenti. Il-pjan għandu jitqies sodisfaċenti jekk ikun hemm qbil mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2).”
"
(25) fl-Artikolu 45, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"2. Il-livell limitu rilevanti u l-frekwenza tal-komunikazzjoni tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti f'kull pjan multiannwali skont it-Trattat."
"
(26) fl-Artikolu 49, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119a, biex tadotta regoli dwar iż-żamma abbord ta’ pjan tal-istivar ta’ prodotti pproċessati, li jindika skont l-ispeċi tal-ħut, fejn jinsabu fl-istiva."
"
(27) fl-Artikolu 50, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:"
"1. L-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u l-bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi f’żona ristretta tas-sajd stabbilita skont it-Trattat għandhom jiġu kkontrollati miċ-ċentru ta’ monitoraġġ tas-sajd tal-Istat Membru kostali, li għandu jkollu sistema għall-individwazzjoni u r-reġistrazzjoni tad-dħul, tat-tranżitu u tal-ħruġ tal-bastiment miż-żona ristretta tas-sajd.
2. Flimkien mal-paragrafu 1, għandha tiġi stabbilita data skont it-Trattat li minnha l-bastimenti tas-sajd għandu jkollhom sistema operattiva abbord li għandha tavża l-kaptan bid-dħul u l-ħruġ f’żona ristretta tas-sajd."
"
(28) L-Artikolu 51 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"1. Meta jintaħaq livell ta’ attivazzjoni tal-qbid ta’ speċi jew grupp ta’ speċijiet partikolari, iż-żona kkonċernata għandha tingħalaq b'mod temporanju għas-sajd rilevanti skont din it-Taqsima. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119a biex tistabbilixxi l-ispeċi jew il-grupp ta’ speċijiet partikolari li għalihom japplika l-livell ta’ attivazzjoni tal-qbid, filwaqt li tqis il-kompożizzjoni tal-qabda skont l-ispeċi u/jew skont it-tul f'żoni u/jew tipi ta’ sajd partikolari."
"
(b) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"2. Il-livell ta’ attivazzjoni tal-qbid għandu jiġi kkalkulat abbażi ta’ metodoloġija ta’ kampjunar stabbilita mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 119(2) għad-definizzjoni taż-żoni b'riskju li jintlaħaq livell ta' attivazzjoni u l-verifika li ntlaħaq il-livell ta’ attivazzjoni, bħala l-perċentwal jew il-piż ta’ speċi jew gruppi ta’ speċijiet partikolari meta mqabbel mal-qabda totali f’refgħa tal-ħut ikkonċernat."
"
(c) jitħassar il-paragrafu 3.
(29) l-Artikolu li ġej huwa miżjud:"
"Artikolu 51a
Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni
Il-Kummissjoni tista’ tistipula regoli dettaljati dwar iż-żoni ta' għeluq fi żmien reali, l-għeluq tas-sajd u informazzjoni dwar l-għeluq fi żmien reali permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(30) L-Artikolu 52 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"1. Meta l-kwantità tal-qabdiet taqbeż il-livell ta’ attivazzjoni tal-qbid f'żewġ refgħat konsekuttivi, il-bastiment tas-sajd għandu jbiddel iż-żona tas-sajd b’ċertu distanza, minn kwalunkwe pożizzjoni tar-refgħa preċendenti qabel ma jkompli jistad u għandu jinforma mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali.
2. Id-distanza msemmija fil-paragrafu 1 għandha inizjalment tkun tal-inqas ħames mili nawtiċi, u żewġ mili nawtiċi għal bastimenti tas-sajd ta' inqas minn 12-il metru.
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta,bl-inizjattiva tagħha jew fuq talba tal-Istat Membru konċernat, atti ddelegati skont l-Artikolu 119af'konformità mal-Artikolu 119a dwar il-modifika tad-distanzi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, billi jitqiesu l-elementi li ġejjin: [Em. 12]
—
il-parir xjentifiku disponibbli
—
u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta' spezzjoni fiż-żona li għaliha ġew identifikati livelli ta' attivazzjoni tal-qbid."
"
(31) fl-Artikolu 54, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"1. Abbażi tal-informazzjoni li turi li l-livell ta’ attivazzjoni tal-qbid intlaħaq, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li żona għandha tingħalaq b’mod temporanju jekk l-Istat Membru kostali ma jkunx stabbilixxa t-tali għeluq hu stess."
"
(32) fl-Artikolu 55, il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej:"
"4. Abbażi ta' valutazzjoni xjentifika tal-Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd għandu jevalwa l-impatt bijoloġiku tas-sajd rikreattiv kif imsemmi fil-paragrafu 3. Fejn is-sajd rikreattiv jinstab li għandu impatt sinifikanti, jistgħu jiġu adottati miżuri ta’ ġestjoni bħal awtorizzazzjonijiet tas-sajd u dikjarazzjonijiet tal-qbid skont it-Trattat. [Em. 13]
5. Il-Kummissjoni għandha tistipula regoli dettaljati dwar l-istabbiliment ta’ pjanijiet ta’ kampjunar kif imsemmi fil-paragrafu 3 u n-notifika u l-evalwazzjoni ta’ pjanijiet ta' kampjunar permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura importati li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-implimentazzjoni taċ-ċertifikat tal-qbid skont l-Artikolu 12(5) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008;
(b)
prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li nqabdu jew li tkabbru fl-ilma ħelu;
(c)
ħut ornamentali, krustaċji u molluski.
7b. L-informazzjoni elenkata fil-punti (a) sa (h) tal-paragrafu 5 ma għandhiex tapplika għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li jaqgħu taħt l-intestaturi tat-Tariffi tan-Nomenklatura Magħquda bin-numri 1604 u 1605."
"
(b) il-paragrafi 8 u 9 huma sostitwiti b’dan li ġej:"
"8. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu kwantitajiet żgħar ta’ prodotti li jinbiegħu direttament mill-bastimenti tas-sajd lill-konsumaturi, dment li dawn ma jaqbżux valur żgħir.
9. Il-valur imsemmi fil-paragrafu 8 għandu inizjalment ma jaqbiżx EUR 50 kuljum.
10. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119a fir-rigward ta’:
(a)
id-determinazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li għalihom japplika dan l-Artikolu;
(b)
it-twaħħil fiżiku ta’ informazzjoni fuq il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;
(c)
il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-aċċess għal informazzjoni mwaħħla ma’ lott jew li fiżikament takkumpanja lott;
(d)
id-determinazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li għalihom ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma japplikawx;
(e)
l-informazzjoni dwar iż-żona ġeografika rilevanti;
(f)
il-modifika tal-valur ipprovdut fil-paragrafu 9."
"
(g) l-informazzjoni dwar il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura disponibbli lill-konsumaturi."[Em. 14]
(34) fl-Artikolu 59, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"3. Xerrej li jakkwista prodotti tas-sajd sa limitu ta’ ċertu piż li wara dak in-nhar ma jitpoġġewx fis-suq, iżda jintużaw biss għall-konsum privat, għandu jkun eżentat minn dan l-Artikolu.
4. Il-limitu tal-piż imsemmi fil-paragrafu 3 għandu inizjalment ma jaqbiżx it-30 kg kuljum.
5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119a fir-rigward tal-modifika tal-limitu tal-piż previst fil-paragrafu 4 filwaqt li jitqies l-istatus tal-istokk ikkonċernat."
"
(35) L-Artikolu 60 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"1. Stat Membru għandu jiżgura li l-prodotti kollha tas-sajd jintiżnu b’sistemi approvati mill-awtoritajiet kompetenti dment li dan ma jkunx adotta pjan ta’ kampjunar approvat mill-Kummissjoni u bbażat fuq il-metodoloġija bbażata fuq ir-riskju stabbilita mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 119(2) għad-determinazzjoni tad-daqs tal-kampjuni, il-livelli tar-riskju, il-kriterji tar-riskju u l-informazzjoni li għandha titqies."
"
(b) il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119a fir-rigward ta’:
(a)
l-istabbiliment ta' proċeduri tal-użin għall-ħatt l-art minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u trażbordi li jinvolvu bastimenti tas-sajd tal-Unjoni kif ukoll użin ta' prodotti tas-sajd abbord bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-UE;
(b)
ir-reġistri tal-użin;
(c)
il-ħin tal-użin;
(d)
is-sistemi tal-użin;
(e)
l-użin ta' prodotti tas-sajd iffriżati;
(f)
it-tnaqqis tas-silġ u tal-ilma;
(g)
l-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti għas-sistemi tal-użin, ir-reġistri tal-użin, id-dikjarazzjonijiet bil-miktub u l-postijiet fejn il-prodotti tas-sajd huma maħżuna jew ipproċessati;
(h)
ir-regoli speċjali għall-użin ta' ċerti speċijiet pelaġiċi fir-rigward ta’:
(i)
l-istabbiliment ta’ proċedura tal-użin għall-qabdiet tal-aringi, tal-kavalli u tas-sawrell;
(ii)
il-portijiet tal-użin;
(iii)
l-għoti ta' informazzjoni lill-awtoritajiet qabel id-dħul fil-port;
(iv)
il-ħatt l-art;
(v)
il-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd;
(vi)
il-faċilitajiet tal-użin imħaddma pubblikament;
(vii)
il-faċilitajiet tal-użin imħaddma privatament;
(viii)
l-użin ta’ ħut iffriżat;
(ix)
iż-żamma tar-reġistri tal-użin;
(x)
in-nota tal-bejgħ u d-dikjarazzjoni tal-akkwist tal-kontroll;
(xi)
il-kontroverifiki;
(xii)
il-monitoraġġ tal-użin.
"
(36) L-Artikolu 61 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
“Artikolu 61
Użin ta’ prodotti tas-sajd wara t-trasport mill-post tal-ħatt l-art
1. B’deroga mill-Artikolu 60(2), l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prodotti tas-sajd jintiżnu wara t-trasport mill-post tal-ħatt l-art sakemm jiġu ttrasportati lejn id-destinazzjoni fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat u sakemm dak l-Istat Membru jkun adotta pjan ta' kontroll approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dak il-pjan ta’ kontroll għandu jkun ibbażat fuq il-metodoloġija bbażata fuq riskju għall-istabbiliment tad-daqs tal-kampjuni, tal-livelli tar-riskju, tal-kriterji tar-riskju u tal-kontenut tal-pjanijiet ta' kontroll. Il-Kummissjoni għandha tadotta din il-metodoloġija ta' kampjunar permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2).
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jinħattu l-art il-prodotti tas-sajd jistgħu jippermettu t-trasport qabel l-użin ta’ dawn il-prodotti lil xerrejja rreġistrati, stabbilimenti tal-irkant irreġistrati jew korpi jew persuni oħra li huma responsabbli għall-ewwel tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd fi Stat Membru ieħor. Dak il-permess għandu jkun suġġett għal programm ta’ kontroll komuni bejn l-Istati Membri kkonċernati kif imsemmi fl-Artikolu 94 li jkun ġie approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dak il-pjan ta’ kontroll komuni għandu jkun ibbażat fuq il-metodoloġija bbażata fuq ir-riskju għall-istabbiliment tad-daqs tal-kampjuni, tal-livelli tar-riskju, tal-kriterji tar-riskju u tal-kontenut tal-pjanijiet ta' kontroll. Il-Kummissjoni għandha tadotta din il-metodoloġija ta' kampjunar permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(37) fl-Artikolu 64, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"2. Il-Kummissjoni għandha tistipula regoli dettaljati dwar l-indikazzjoni ta' ħut individwali, it-tip ta’ preżentazzjoni u l-indikazzjoni tal-prezz f'noti tal-bejgħ, u l-formati tan-noti tal-bejgħ permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(38) L-Artikolu 65 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"Artikolu 65
Eżenzjonijiet mir-rekwiżiti tan-noti tal-bejgħ
1. Tista’ tingħata eżenzjoni mill-obbligu li tingħata n-nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti jew lil korpi awtorizzati oħra tal-Istat Membru għall-prodotti tas-sajd li jinħattu l-art minn ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 16 u 25 jew għal kwantitajiet żgħar ta' prodotti tas-sajd. Dik il-kwantità żgħira ma għandhiex inizjalment taqbeż il-50 kg ta' ekwivalenti ta’ piż ħaj skont l-ispeċi. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119a għall-għoti ta’ eżenzjonijiet bħal dawn u għall-adattament ta’ kwantitajiet żgħar filwaqt li jitqies l-istatus tal-istokk ikkonċernat.
2. Xerrej li jakkwista prodotti sa limitu ta’ ċertu piż li wara dak in-nhar ma jitpoġġewx fis-suq, iżda jintużaw biss għall-konsum privat, għandu jkun eżentat mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 62, 63 u 64. Dak il-limitu tal-piż inizjalment ma għandux jaqbeż it-30 kg. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119a fir-rigward tal-modifika ta’ dak il-limitu tal-piż filwaqt li jitqies l-istatus tal-istokk ikkonċernat."
"
(39) fl-Artikolu 71, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"5. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-format tar-rapport tas-sorveljanza permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(40) L-Artikolu 73 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"1. Fejn skema tal-osservaturi ta’ kontroll tal-Unjoni tkun ġiet stabbilita skont it-Trattat, l-osservaturi tal-kontroll abbord il-bastimenti tas-sajd maħtura mill-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-konformità tal-bastiment tas-sajd mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Huma għandhom jimplimentaw il-kompiti kollha tal-iskema tal-osservaturi u b’mod partikolari jivverifikaw u jirreġistraw l-attivitajiet tas-sajd u d-dokumenti rilevanti tal-bastiment."
"
(b) il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"9. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119a dwar il-kwistjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-osservaturi tal-kontroll:
(a)
l-identifikazzjoni tal-bastimenti għall-applikazzjoni ta' skema tal-osservaturi tal-kontroll;
(b)
is-sistema ta’ komunikazzjoni;
(c)
ir-regoli tas-sigurtà tal-bastiment;
(d)
il-miżuri biex tkun żgurata l-indipendenza tal-osservaturi tal-kontroll;
(e)
id-dmirjiet tal-osservaturi tal-kontroll;
(f)
il-finanzjament ta' proġetti pilota."
"
(41) fl-Artikolu 74, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"6. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119a fir-rigward tal-metodoloġija u t-tmexxija tal-ispezzjoni inklużi:
(a)
ir-regoli dwar l-awtorizzazzjoni tal-uffiċjali responsabbli biex imexxu spezzjoni fuq il-baħar jew fuq l-art;
(b)
l-adozzjoni mill-Istati Membri ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskji għall-għażla ta' miri tal-ispezzjoni;
(c)
il-koordinazzjoni ta' attivitajiet ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar fost l-Istati Membri;
(d)
id-dmirijiet tal-uffiċjali matul il-fażi ta’ qabel l-ispezzjoni;
(e)
id-dmirijiet tal-uffiċjali awtorizzati biex iwettqu l-ispezzjonijiet;
(f)
l-obbligi tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd;
(g)
id-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal spezzjonijiet fuq il-baħar u fil-port, spezzjonijiet tat-trasport, spezzjoni tas-suq."
"
(42) fl-Artikolu 75, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119a fir-rigward tal-obbligi tal-operatur u tal-kaptan matul l-ispezzjonijiet."
"
(43) fl-Artikolu 76, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"4. Il-Kummissjoni għandha tistipula regoli dettaljati fir-rigward ta’ regoli komuni dwar il-kontenut tar-rapporti tal-ispezzjoni, il-mili tar-rapporti tal-ispezzjoni u dwar it-trażmissjoni ta’ kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-operatur permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(44) fl-Artikolu 78, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"2. Il-Kummissjoni għandha tistipula regoli dettaljati dwar l-operat tal-bażi tad-dejta elettronika u l-aċċess tal-Kummissjoni għaliha permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(45) L-Artikolu 79 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
“Artikolu 79
Spetturi tal-Unjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ spetturi tal-Unjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2).
2. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri kostali, l-ispetturi tal-Unjoni jistgħu jwettqu l-ispezzjonijiet f’konformità ma’ dan ir-Regolament fl-ilmijiet tal-Unjoni, u fuq bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ‘l barra mill-ilmijiet tal-Unjoni.
3. L-ispetturi tal-Unjoni jistgħu jkunu assenjati għal:
(a)
l-implimentazzjoni tal-programmi speċifiċi ta’ kontroll u ta’ spezzjoni adottati skont l-Artikolu 95;
(b)
il-programmi internazzjonali ta’ kontroll tas-sajd, fejn l-Unjoni għandha obbligu li tipprovdi għall-kontrolli.
4. Għat-twettiq tal-kompiti tagħhom u suġġett għall-paragrafu 5, l-ispetturi tal-Unjoni għandu jkollhom aċċess mingħajr dewmien:
(a)
għaż-żoni kollha abbord il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni u kwalunkwe bastiment ieħor li jwettaq attivitajiet tas-sajd, il-bini jew il-postijiet pubbliċi u l-mezzi ta’ trasport; kif ukoll
(b)
għall-informazzjoni u d-dokumenti kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd, id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, iċ-ċertifikati tal-qbid, id-dikjarazzjoni ta’ trasbord, in-noti tal-bejgħ, u dokumenti rilevanti oħra;
sal-istess punt u taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk tal-uffiċjali tal-Istat Membru li fih issir l-ispezzjoni.
5. L-ispetturi tal-Unjoni m’għandux ikollhom il-poteri ta’ pulizija u ta’ infurzar lil hinn mit-territorju tal-Istat Membru tal-oriġini jew ‘il barra mill-ilmijiet tal-Unjoni taħt is-sovranità u l-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru tal-oriġini tagħhom.
6. Meta jkunu assenjati bħala spetturi tal-Unjoni, l-uffiċjali tal-Kummissjoni jew tal-korp innominat minnha m’għandu jkollhom l-ebda poteri ta’ pulizija u ta’ infurzar.
7. Il-Kummissjoni għandha tistipula regoli dettaljati dwar:
(a)
in-notifika tal-ispetturi tal-Unjoni lill-Kummissjoni;
(b)
l-adozzjoni u ż-żamma tal-lista tal-ispetturi tal-Unjoni;
(c)
in-notifika tal-ispetturi tal-Unjoni lill-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd
(d)
is-setgħat u d-dmirijiet tal-ispetturi tal-Unjoni
(e)
ir-rapporti tal-ispetturi tal-Unjoni;
(f)
is-segwitu tar-rapporti tal-ispetturi tal-Unjoni permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(46) fl-Artikolu 88, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"2. Wara konsultazzjoni maż-żewġ Stati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-kwantitajiet ta’ ħut li għandhom jitnaqqsu mill-kwota tal-Istat Membru tal-ħatt l-art jew tat-trażbord. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(47) fl-Artikolu 92, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119a fir-rigward ta’:
(a)
il-punti li jkunu assenjati għal ksur serju;
(b)
il-limitu massimu tal-punti li jattiva s-sospensjoni u l-irtirar permanenti ta’ liċenzja tas-sajd;
(c)
is-segwitu tas-sospensjoni u tal-irtirar permanenti ta’ liċenzja tas-sajd
(d)
is-sajd illegali matul il-perjodu ta’ sospensjoni jew wara l-irtirar permanenti ta’ liċenzja tas-sajd
(e)
il-kundizzjonijiet għall-ġustifikazzjoni tat-tħassir ta’ punti.
5a. Il-Kummissjoni għandha tistipula regoli dettaljati fir-rigward ta':
(a)
l-istabbiliment u l-operat ta’ sistema ta’ punti għal ksur serju;
(b)
in-notifiki tad-deċiżjonijiet;
(c)
it-trasferiment tas-sjieda tal-bastimenti li qed jiġu attribwiti l-punti;
(d)
it-tħassir ta’ liċenzji tas-sajd ta’ min hu responsabbli għal ksur serju minn listi rilevanti;
(e)
l-obbligi ta’ informazzjoni dwar is-sistema tal-punti għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd stabbiliti mill-Istati Membri permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(48) fl-Artikolu 95, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"1. Ċerti tipi ta’ sajd jistgħu jkunu suġġetti għal programmi speċifiċi ta’ kontroll u ta’ spezzjoni. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazjoni, u flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, tiddetermina liema sajd għandu jkun suġġett għal programmi speċifiċi ta’ kontroll u ta’ spezzjoni abbażi tal-ħtieġa għal kontroll speċifiku u koordinat tat-tipi ta’ sajd inkwistjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(49) fl-Artikolu 102, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:"
"3. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-inkjesta u għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni ppreparat mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-talba tal-Kummissjoni. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, fuq it-talba motivata kif jixraq mill-Istat Membru, għal perjodu ta’ żmien raġonevoli.
4. Jekk l-inkjesta amministrattiva msemmija fil-paragrafu 2 ma twassalx għat-tneħħija tal-irregolaritajiet jew jekk il-Kummissjoni tidentifika xi nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll ta’ Stat Membru matul il-verifiki jew l-ispezzjonijiet awtonomi msemmija fl-Artikoli 98 u 99 jew fl-awditjar imsemmi fl-Artikolu 100, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, pjan ta’ azzjoni ma’ dak l-Istat Membru. L-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimplimenta dak il-pjan ta’ azzjoni."
"
(50) L-Artikolu 103 huwa emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 1, il-frażi inizjali hija sostitwita b'dan li ġej:"
"1. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tissospendi, permezz ta’ atti ta’ implimentazjoni, għal perjodu massimu ta’ 18-il xahar il-pagamenti kollha jew parti minnhom, tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, fejn ikun hemm evidenza li:"
"
(b) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"2. Jekk, matul il-perjodu ta’ sospensjoni, l-Istat Membru kkonċernat jibqa’ ma jurix li ħa azzjoni ta’ rimedju biex jiżgura l-konformità mar-regoli applikabbli u l-infurzar tagħhom fil-futur jew li ma hemm l-ebda riskju serju li t-tħaddim effettiv fil-futur tas-sistema tal-Unjoni ta’ kontroll u ta’ infurzar ikun imxekkel, il-Kummissjoni tista’ tħassar, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, kompletament jew parzjalment, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni, li l-pagament tagħha jkun ġie sospiż skont il-paragrafu 1. Tħassir bħal dan għandu jsir biss wara li l-pagament korrispondenti jkun ġie sospiż għal 12-il xahar."
"
(c) il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"8. Il-Kummissjoni għandha tistipula regoli dettaljati dwar:
(a)
l-interruzzjoni tad-data ta’ skadenza tal-pagament;
(b)
is-sospensjoni tal-pagamenti;
(c)
it-tħassir tal-għajnuna finanzjarja permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(51) L-Artikolu 104 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"1. Meta Stat Membru ma jirrispettax l-obbligi tiegħu għall-implimentazzjoni ta’ pjan multiannwali, u meta l-Kummissjoni jkollha evidenza li n-nuqqas ta’ rispett ta’ dawk l-obbligi jikkostitwixxi theddida serja għall-konservazzjoni tal-istokk ikkonċernat, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tagħlaq b’mod proviżorju s-sajd affetwat minn dawk in-nuqqasijiet għall-Istat Membru kkonċernat."
"
(b) il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tneħħi l-għeluq wara li l-Istat Membru juri bil-miktub għas-sodisfazzjoni tal-Kummissjoni, li r-riżorsi tas-sajd jistgħu jiġu sfruttati b’mod sikur."
"
(52) L-Artikolu 105 huwa emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 2, il-frasi introduttorja tal-ewwel subparagrafu hija sostitwita b'dan li ġej:"
"2. Fil-każ ta’ sajd żejjed ta’ kwota, allokazzjoni jew sehem ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet disponibbli għal Stat Membru f’sena speċifika l-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, topera tnaqqis fis-sena jew fis-snin li jsegwu mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem annwali tal-Istat Membru li stad żejjed billi tapplika fattur ta’ multiplikazzjoni skont it-tabella li ġejja:"
"
(b) il-paragrafi 4, 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej:"
"4. F’każ ta’ sajd żejjed fejn tinqabeż il-kwota, l-allokazzjoni jew s-sehem ta’ stokk jew ta’ grupp ta’ stokkijiet disponibbli għal Stat Membru fi snin preċedenti, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tnaqqas il-kwoti minn kwoti futuri ta’ dak l-Istat Membru biex jittieħed kont tal-livell ta’ sajd żejjed. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2).
5. Jekk tnaqqis skont il-paragrafi 1 u 2 ma jistax jiġi operat fuq il-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet fejn ikun sar is-sajd żejjed minħabba li dik il-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem ta’ stokk jew ta’ grupp ta’ stokkijiet mhumiex disponibbli b’mod suffiċjenti għall-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, pemezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tnaqqas il-kwoti, fis-sena jew snin ta’ wara, għal stokkijiet jew gruppi ta’stokkijiet oħra disponibbli għal dak l-Istat Membru fl-istess żona ġeografika, jew bl-istess valur kummerċjali skont il-paragrafu 1.
il-valutazzjoni tal-kwota adattata li fiha għandu jiġi kkalkulat l-eċċess fl-utilizzazzjoni;
(b)
il-proċedura għall-konsultazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat dwar it-tnaqqis tal-kwoti msemmija fil-paragrafi 4 u 5 permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(53) L-Artikolu 106 huwa emendat kif ġej:
(a) Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"1. Meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru ikun qabeż l-isforz tas-sajd li ġie allokat lilu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, topera tnaqqis mill-isforz tas-sajd futur ta’ dak l-Istat Membru."
"
(b) fil-paragrafu 2, il-frażi inizjali hija sostitwita b'dan li ġej:"
"2. Jekk ikun hemm eċċess tal-isforz tas-sajd f’żona ġeografika jew f’sajd disponibbli għal Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, topera tnaqqis fis-sena jew fis-snin ta’ wara mill-isforz tas-sajd disponibbli għal dak l-Istat Membru għaż-żona ġeografika jew is-sajd ikkonċernat billi tapplika fattur ta’ multiplikazzjoni skont it-tabella li ġejja:"
"
(c) il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:"
"3. Jekk ma jkunx jista’ jsir tnaqqis skont il-paragrafu 2 fl-isforz tas-sajd massimu permissibbli għal stokk li ġie mistad iżżejjed minħabba li l-isforz tas-sajd massimu permissibbli ma jkunx disponibbli jew ma jkunx disponibbli biżżejjed għall-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tnaqqas fis-sena jew fis-snin ta’ wara l-isforz tas-sajd disponibbli għal dak l-Istat Membru fl-istess żona ġeografika skont il-paragrafu 2.
il-valutazzjoni tal-isforz massimu disponibbli li fih għandu jiġi kkalkulati l-eċċess tal-utilizzazzjoni;
(b)
il-proċedura għall-konsultazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat dwar it-tnaqqis tal-isforz tas-sajd imsemmi fil-paragrafu 3 permezz ta' atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(54) L-Artikolu 107 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"1. Fejn ikun hemm evidenza li qed iseħħ nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-istokkijiet li huma suġġetti għal pjanijiet multiannwali minn Stat Membru u li dan jista’ jwassal għal theddid serju għall-konservazzjoni ta’ dawn l-istokkijiet, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ topera tnaqqis fis-sena jew fis-snin ta’ wara mill-kwoti, mill-allokazzjonijiet jew mill-ishma annwali ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet disponibbli għal dak l-Istat Membru, bl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità billi tieħu kont tal-ħsara kkaġunata lill-istokkijiet."
"
(b) il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119a rigward id-data ta’ skadenza għall-Istati Membri biex juru li s-sajd jista’ jiġi sfruttat b’mod sikur, il-materjal li għandu jiġi inkluż mill-Istati Membri fir-risposta tagħhom u l-istabbiliment tal-kwantitajiet biex jitnaqqsu billi jitqiesu:
(a)
safejn jasal in-nuqqas ta’ konformità u n-natura tiegħu,
(b)
il-gravità tat-theddida għall-konservazzjoni,
(c)
il-ħsara kkawżata lill-istokk min-nuqqas ta’ konformità."
"
(55) fit-Titolu XI, il-Kapitolu IV huwas sostitwit b’dan li ġej:"
"Kapitolu IV
Miżuri temporanji
Artikolu 108
Miżuri temporanji
1. Jekk ikun hemm evidenza, inkluż jekk ibbażata fuq ir-riżultati tal-kampjunar imwettaq mill-Kummissjoni, li l-attivitajiet tas-sajd u/jew il-miżuri adottati minn Stat Membru jew Stati Membri jimminaw il-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni adottati fil-qafas tal-pjanijiet multiannwali jew jheddu l-ekosistema tal-baħar u dan ikun jeħtieġ azzjoni immedjata, il-Kummissjoni, fuq talba sostanzjata ta’ kwalunkwe Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista’ tiddeċiedi dwar miżuri temporanji li m’għandhomx idumu aktar minn sitt xhur.
2. Il-miżuri temporanji previsti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati għat-theddida u jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn:
(a)
is-sospensjoni tal-attivitajiet tas-sajd ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri kkonċernati;
(b)
l-għeluq tas-sajd;
(c)
il-projbizzjoni għall-operaturi tal-Unjoni li jaċċettaw il-ħatt l-art, it-tqegħid f’gaġeġ għat-tismin jew għat-tkabbir, jew it-trażbordi ta’ ħut u prodotti tas-sajd li jinqabdu mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri kkonċernati;
(d)
il-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq jew l-użu għal skopijiet kummerċjali oħra ta’ ħut u prodotti tas-sajd li jinqabdu mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri kkonċernati;
(e)
il-projbizzjoni tal-forniment ta’ ħut ħaj għall-akkwakultura fl-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri kkonċernati;
(f)
il-projbizzjoni li jkun aċċettat ħut ħaj li jinqabad minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru kkonċernat għall-iskopijiet tal-akkwakultura fl-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri l-oħra;
(g)
il-projbizzjoni għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru kkonċernat milli jistadu fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stati Membri oħra;
(h)
il-modifika tad-dejta tas-sajd ippreżentata minn Stati Membri b’mod xieraq.
3. L-Istat Membru għandu jikkomunika b'mod simultanju t-talba raġunata msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kunsilli Konsultattivi kkonċernati."
"
(56) fl-Artikolu 109, il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"8. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan nazzjonali għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ validazzjoni li tkopri d-dejta elenkata taħt il-punti (a) u (b) tal- paragrafu 2 u biex jiżguraw is-segwitu tal-inkonsistenzi. Il-pjan għandu jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu prijoritajiet għall-validazzjoni u l-kontroverifiki u s-segwitu sussegwenti tal-inkonsistenzi abbażi tal-ġestjoni tar-riskju. Il-pjan għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2011. Il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tapprova l-pjanijiet qabel l-1 ta’ Lulju 2012 wara li tkun ippermettiet lill-Istati Membri jagħmlu l-korrezzjonijiet. L-emendi għall-pjan għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni fuq bażi annwali għall-approvazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendi għall-pjan permezz tal-atti ta’ implimentazjoni."
"
(57) fl-Artikolu 110, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, sat-30 ta’ Ġunju 2012 l-Istati Membri jistgħu jwettqu proġett(i) pilota mal-Kummissjoni jew mal-korp maħtur minnha biex ikun ipprovdut aċċess remot fi żmien reali għad-dejta tal-Istati Membri dwar l-opportunitajiet tas-sajd irreġistrata u vvalidata skont dan ir-Regolament. Meta kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istat Membru kkonċernat ikunu sodisfatti bl-eżitu tal-proġett pilota, u dment li l-aċċess remot ikun qed jiffunzjona kif miftiehem, l-Istat Membru kkonċernat m’għandux ikun obbligat iżjed jirrapporta dwar l-opportunitajiet tas-sajd kif hemm deskritt fl-Artikolu 33(2) u (8). Il-format u l-proċeduri tal-aċċess għad-dejta għandhom jiġu kkunsidrati u ttestjati. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2012 jekk jippjanaw li jwettqu proġett(i) pilota. Mill-1 ta' Jannar 2013, jistgħu jiġu deċiżi regoli dwar mod u frekwenza differenti ta’ trasmissjoni tad-dejta mill-Istati Membri biex jiżguraw aċċess fil-ħin reali f’konformità mat-Trattat. "
"
(58) fl-Artikolu 111, jitħassar il-paragrafu 3.
(59) l-Artikolu 111 il-ġdid li ġej jiddaħħal qabel l-intestatura tal-Kapitolu II:"
"Artikolu 111a
Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet dwar id-dejta
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazjoni, tistipula regoli dettaljati dwar il-kontroll tal-kwalità, il-konformità mad-dati ta’ skadenzi għall-preżentazzjoni tad-dejta, il-kontroverifiki, l-analiżi, il-verifika tad-dejta u dwar l-istabbiliment ta’ format standardizzat għat-tniżżil u l-iskambju tad-dejta. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(60) fl-Artikolu 114, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"1. Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament kull Stat Membru għandu jistabbilixxi, qabel l-1 ta’ Jannar 2012 websajt uffiċjali aċċessibbli permezz tal-Internet u li fiha l-informazzjoni elenkata fl-Artikoli 115 u 116. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-indirizz tal-Internet tal-websajt uffiċjali tagħhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi li tiżviluppa standards u proċeduri komuni biex tiżgura komunikazzjoni trasparenti bejn l-Istati Membri nnifishom kif ukoll bejn l-Istati Membri, il-korp maħtur minnhom u l-Kummissjoni, inkluż it-trażmissjoni ta’ aġġornamenti regolari dwar ir-reġistri tal-attivitajiet tas-sajd relatati mal-possibbiltajiet tas-sajd."
"
(61) fl-Artikolu 116, jitħassar il-paragrafu 6.
(62) l-Artikolu li ġej jiddaħħal wara t-Titolu XIII:"
"Artikolu 116a
Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-websajts u servizzi tal-web
Il-Kummissjoni għandha tistipula regoli dettaljati dwar it-tħaddim ta’ websajts u s-servizzi tal-web permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(63) fl-Artikolu 117, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex, permezz ta' atti implimentazzjoni, tadotta regoli dwar l-għajnuna reċiproka fir-rigward ta’:
(a)
il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi, il-Kummissjoni u l-korp maħtur minnha, inkluż il-ħarsien tad-dejta personali u l-użu tal-informazzjoni u l-ħarsien tas-segretezza professjonali u kummerċjali,
(b)
l-ispejjeż għall-eżekuzzjoni ta’ talbiet għall-għajnuna,
(c)
il-ħatra tal-awtorità unika tal-Istati Membri,
(d)
il-komunikazzjoni ta' miżuri ta' segwitu meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali b’riżultat tal-iskambju ta' informazzjoni,
(e)
it-talba għall-għajnuna, inklużi talbiet għall-informazzjoni, talbiet għal miżuri u talbiet għal notifiki amministrattivi u l-istabbiliment ta’ dati ta’ skadenzi għat-tweġibiet,
(f)
l-informazzjoni mingħajr talba minn qabel,
(g)
ir-relazzjonijiet tal-Istati Membri mal-Kummissjoni u ma' pajjiżi terzi.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(64) fl-Artikolu 118, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
"5. Il-Kummissjoni għandha tistipula regoli dettaljati dwar il-kontenut u l-format tar-rapporti mill-Istati Membri, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 119(2)."
"
(65) L-Artikolu 119 huwa sostitwit b’dan li ġej:"
“Artikolu 119
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura mwaqqaf bl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”
"
(66) l-Artikolu li ġej huwa miżjud:"
"Artikolu 119a
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Id-delega tas-setgħat imsemmijaIs-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikoli 7(6), 8(2), 9(10), 14(11), 15(9), 17(6), 21(6), 22(7), 49(2), 51(1), 52(3), 58(10), 58(11), 59(5), 60(7), 65(1), 65(2), 73(9), 74(6), 75(2), 92(5a), u 107(4) għandhom jingħatawgħandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminattliet snin minn…(5).
Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa sa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta' tliet snin. F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-effettività tal-atti adottati fid-dawl tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u l-Politika Komuni tas-Sajd, sabiex tiżgura, b'mod partikolari, li l-kontroll jitwettaq b'mod ġust, pereżempju billi jintużaw indikaturi komparattivi.
Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. [Em. 15]
3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 7(6), 14(11), 15(9), 21(6), 22(7), 49(2), 51(1), 52(3), 58(10), 58(11), 59(5), 60(7), 65(1), 65(2), 73(9), 74(6), 75(2), 92(5a), u 107(4) jistgħu jiġu rrevokati fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 7(6), 14(11), 15(9), 21(6), 22(7), 49(2), 51(1), 52(3), 58(10), 58(11), 59(5), 60(7), 65(1), 65(2), 73(9), 74(6), 75(2), 92(5a), u 107(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn (2) min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu informaw lill-Kummissjoni li mhuma se jressqu l-ebda oġġezzjoni. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b'xahrejn (2) fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill."
"
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).