Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 14 ta' Jannar 2014 - Strasburgu
Talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari ta' Lara Comi
 Speċjalizzazzjoni intelliġenti: eċċellenza fin-netwerking għal Politika ta' Koeżjoni soda
 Regoli dwar il-votazzjoni u l-kontenut ta' rapporti fil-proċedura ta' approvazzjoni
 L-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda ***I
 Il-programm tal-konsumaturi 2014-2020 ***I
 Il-kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tattjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra ***I
 Importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa u prodotti agrikoli oħra mit-Turkija ***I
 L-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat ***I
 Il-ġbir u l-ħżin tal-karbonju fl-Ewropa
 Pjan ta' Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika 2012-2020
 Il-kriżi alimentari, il-frodi fil-katina alimentari u l-kontroll tagħha
 Spezzjonijiet tax-xogħol effikaċi bħala strateġija biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa
 Il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati fir-rikavat tal-kumpaniji
 Protezzjoni soċjali għal kulħadd, inklużi l-persuni li jaħdmu għal rashom
 Il-perjodu l-ġdid ta’ Programmazzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni
 L-Iskart tal-Plastik fl-Ambjent
 Il-marka ta' kwalità reġjonali

Talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari ta' Lara Comi
PDF 206kWORD 44k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Lara Comi (2013/2190(IMM))
P7_TA(2014)0001A7-0469/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba tat-30 ta' Lulju 2013 ta' Lara Comi għall-ħarsien tal-immunità fir-rigward tal-proċedimenti kriminali pendenti quddiem il-Qorti ta' Ferrara, u mħabbra fis-seduta plenarja fid-9 ta' Settembru 2013,

–  wara li sema' lil Lara Comi fit-5 ta' Novembru 2013 skont it-termini tal-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, ta-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, tad-19 ta' Marzu 2010 u tas-6 ta' Settembru 2011,(1)

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0469/2013),

A.  billi Lara Comi, Membru tal-Parlament Ewropew, talbet il-ħarsien tal-immunità parlamentari tagħha fir-rigward ta' proċedimenti ġudizzjarji mnedija mill-Prosekutur Pubbliku ta' Ferrara b'segwitu ta' akkuża ta' malafama aggravata miġjuba skont l-Artikolu 595(2) u (3) tal-Kodiċi Kriminali Taljan u l-Artikolu 30 tal-Liġi 223 tas-6 ta' Awwissu 1990, għad-dikjarazzjonijiet li allegatament għamlet waqt xandira ta' dibattitu politiku fuq it-televiżjoni;

B.  billi l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-privileġgi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, li Lara Comi qed tinvoka esspressament fit-talba tagħha għall-ħarsien tal-immunità, jiddisponi li l-Membri tal-Parlament Ewropew ma jistgħux jiġu mfittxija, miżmuma jew persegwiti minħabba l-fehmiet espressi jew il-voti mitfugħa fil-qadi ta’ dmirijiethom;

C.  billi l-Artikolu 6 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament jiddisponi li fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' privileġġi u immunitajiet, il-Parlament għandu qabel kollox iħares l-integrità tiegħu bħala assemblea leġiżlattiva demokratika u jiżgura l-indipendenza tal-Membri tiegħu fil-qadi ta' dmirijiethom;

D.  billi l-Parlament jiddisponi minn setgħat ta' diskrezzjoni wesgħin fir-rigward il-linja ta' azzjoni li jagħżel li jadotta bi tweġiba għal talba għall-ħarsien tal-immunità parlamentari ta' wieħed mill-Membri tiegħu(2);

E.  billi l-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li dikjarazzjoni magħmula minn Membri barra mill-Parlament Ewropew tista' tikkostitwixxi opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet tal-Membru fit-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll, u tat rilevanza mhux għall-post fejn tkun ġiet magħmula d-dikjarazzjoni, iżda għan-natura u l-kontenut tagħha(3);

F.  billi Lara Comi kienet mistiedna fix-xandira televiżiva inkwistjoni fil-kapaċità tagħha bħala Membru tal-Parlament Ewropew u mhux bħala rappreżentanta nazzjonali ta' partit, li kien diġà rappreżentat minn mistieden ieħor, bi qbil mad-dispożizzjonijiet nazzjonali maħsuba biex jiggarantixxu preżenza ekwilibrata ta' kelliema politiċi fid-dibattiti televiżivi li jitwettqu waqt il-kampanji elettorali, kif inhu l-każ inkwistjoni;

G.  billi fid-demokraziji moderni d-dibattitu politiku ma jsirx biss fil-Parlament iżda wkoll permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni li jvarjaw minn stqarrijiet għall-istampa sal-internet,

H.  billi fix-xandira televiżiva inkwistjoni Lara Comi tkellmet bħala Membru tal-Parlament Ewropew biex tiddiskuti kwistjonijiet politiċi, inkluż dwar l-akkwist pubbliku u l-kriminalità organizzata, li dwarhom hija dejjem ħadet interess fil-livell Ewropew;

I.  billi l-għada stess, is-Sa. Comi bagħtet l-apoloġiji tagħha lill-ilmentatur, li wara ġew imtennija f'xandira televiżiva nazzjonali oħra;

1.  Jiddeċiedi li jħares il-privileġġi u l-immunità ta' Lara Comi;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Taljana u lil Lara Comi.

(1) Sentenza tat-12 ta' Mejju 1964 fil-Kawża 101/63, Wagner vs Fohrmann u Krier (Ġabra tal-Ġurisprudenza 1964, p. 381); Sentenza tal-10 ta' Lulju 1986 fil-Kawża 149/85, Wybot vs Faure et. (Ġabra tal-Ġurisprudenza 1986, p. 2391); Sentenza tal-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T–345/05, Mote vs Il-Parlament (Ġabra tal-Ġurisprudenza 2008, p. II–2849); Sentenza tal-21 ta' Ottubru 2008 fil-Kawżi Magħquda C–200/07 u C–201/07, Marra vs De Gregorio u Clemente (Ġabra tal-Ġurisprudenza 2008, p. I–7929); Sentenza tad-19 ta' Marzu 2010 fil-Kawża T–42/06, Gollnisch vs Il-Parlament (Ġabra tal-Ġurisprudenza 2010, p. II–1135); Sentenza tas-6 ta' Settembru 2011 fil-Kawża C–163/10, Patricello (Ġabra tal-Ġurisprudenza 2011, p. I–7565).
(2) Kawża T-42/06, Gollnisch v. il-Parlament, paragrafu 101
(3) Patriciello, sentenza ċitata, paragrafu 30.


Speċjalizzazzjoni intelliġenti: eċċellenza fin-netwerking għal Politika ta' Koeżjoni soda
PDF 355kWORD 87k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar “Speċjalizzazzjoni intelliġenti: eċċellenza fin-netwerking għal Politika ta’ Koeżjoni soda” (2013/2094(INI))
P7_TA(2014)0002A7-0462/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-Titoli XVII, XVIII u XIX tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999(1),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/702/KE tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar il-linji gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni(2),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-Ħames Rapport ta’ Koeżjoni tal-Kummissjoni u l-istrateġija għall-politika ta’ koeżjoni ta’ wara l-2013(3),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2011 dwar is-sitwazzjoni attwali u sinerġiji futuri għal effikaċja akbar bejn il-FEŻR u Fondi Strutturali oħra(4),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-politika ta’ koeżjoni u l-politika reġjonali tal-UE wara l-2013(5),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar il-kontribut tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-kisba tal-objettivi ta’ Lisbona u tal-UE 2020(6),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar l-implimentazzjoni tas-sinerġiji tal-fondi assenjati għar-riċerka u l-innovazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u s-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp fil-bliet u r-reġjuni kif ukoll fl-Istati Membri u fl-Unjoni(7),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2011 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (COM(2011) 0615),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2011 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, u l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (COM(2011)0614),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2010 bit-titolu “Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020: Unjoni tal-Innovazzjoni” (COM(2010)0546),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2010 bit-titolu “Konklużjonijiet tal-ħames rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: il-futur tal-politika ta’ koeżjoni” (COM(2010)0642),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2010 bit-titolu “Politika Reġjonali li tikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti fl-Ewropa 2020” (COM(2010)0553),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bit-titolu “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Kummissjoni ta’ Marzu 2012 “Linji gwida għal strateġiji ta' riċerka u l-innovazzjoni għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti (RIS 3)”,

–  wara li kkunsidra r-“Report on innovation driven-growth in regions: the role of smart specialisation” (Rapport dwar tkabbir immexxi mill-innovazzjoni fir-reġjuni: ir-rwol tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti) tal-OECD ta’ Diċembru 2012,

–  wara li kkunsidra l-istudju tiegħu bl-isem “Kondizzjonalitajiet ex ante fil-politika ta’ koeżjoni” ta' Diċembru 2012, ikkommissjonat mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2013, bit-titolu l-“L-Istat tal-Unjoni tal-Innovazzjoni 2012– Aċċellerazzjoni tal-bidla” (COM(2013)0149),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Settembru 2013 bit-titolu “Kejl tar-riżultati tal-innovazzjoni fl-Ewropa: lejn indikatur ġdid” (COM(2013)0624),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0462/2013),

A.  billi l-UE għandha żżid l-isforzi tagħha biex tikkompleta l-Unjoni tal-Innovazzjoni u toħloq tkabbir ekonomiku sostenibbli, speċjalment f’dawn iż-żminijiet ta’ kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali u billi l-fondi disponibbli huma limitati minħabba l-limitazzjoni baġitarja f'ħafna Stati Membri u reġjuni, kif ukoll fil-livell tal-UE, u għaldaqstant għandhom jintużaw partikolarment b’mod effiċjenti;

B.  billi "Strateġija ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti" tfisser l-istrateġiji ta’ innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali li jistabbilixxu prijoritajiet b’mod il jinbena vantaġġ kompetittiv billi jiġu żviluppati u mqabbla l-vantaġġi proprji tar-riċerka u innovazzjoni (R&I) mal-ħtiġijiet tan-negozju biex jiġu indirizzati l-opportunitajiet emerġenti u l-iżviluppi fis-suq b’mod koerenti, filwaqt li jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-frammentazzjoni tal-isforzi, u li jistgħu jieħdu l-forma tal-qafas ta’ politika strateġika ta’ R&I nazzjonali jew reġjonali jew jiġu inklużi fiha(8);

C.  billi l-appoġġ għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (RŻI) huwa wieħed mill-objettivi tal-Politika ta’ Koeżjoni li huwa suġġett għall-konċentrazzjoni tematika obbligatorja taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-2020-2020;

D.  billi fir-rigward tal-perjodu tal-ippjanar tal-programm 2014–2020 ir-reġjuni huma obbligati għall-ewwel darba, li jfasslu strateġija ta' R&I, li bl-għajnuna tagħha għandha tissaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni reġjonali u li l-ispejjeż fil-qasam tar-RŻI għandhom jiġu kkoordinati b’mod aktar effettiv(9);

E.  billi, f'dan il-proċess, ir-reġjuni għandhom jiffokaw fuq numru żgħir ta' oqsma prijoritarji li jikkunsidraw il-punti b'saħħtihom u l-punti dgħajfa rispettivi tagħhom, u għandhom jagħtu spinta lill-innovazzjoni u jġeddu l-eknomiji reġjonali b'mod sostenibbli;

F.  billi r-reġjuni għandhom jiżviluppaw strateġija bħal din ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti permezz ta' proċess ta' awtoanaliżi kritika u f'kooperazzjoni mill-qrib mas-soċjetà ċivili u mal-partijiet interessati li jinkludu ċ-ċentri tar-riċerka, l-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni superjuri u n-negozji(10);

G.  billi l-għan tal-istrateġija huwa li jiġu massimizzati l-effetti ta’ sinerġija possibbli tal-istrumenti u l-investimenti kollha fil-qasam tar-RŻI – u li jissaħħu l-effetti ta’ sinerġija bejn l-Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali – sabiex jintaqqas id-distakk fl-innovazzjoni bejn ir-reġjuni;

H.  billi r-reġjuni għandhom ukoll ifasslu pjanijiet ta’ investiment għall-użu tal-finanzjament disponibbli reġjonali, nazzjonali u tal-UE kollu għar-RŻI, filwaqt li jindikaw ukoll kif bi ħsiebhom jistimolaw l-investiment privat u kif dan għandu jintuża fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta’ RŻI tal-Unjoni fis-snin li ġejjin;

I.  billi s-sommarji ta’ tali strateġiji, jew tal-inqas il-pjanijiet għall-implimentazzjoni tagħhom, għandhom jiġu inklużi fil-ftehimiet ta’ sħubija u fil-programmi operazzjonali;

J.  billi l-Kummissjoni tista’ ma toħroġx il-pagamenti interim tal-finanzjament tal-FEŻR għall-objettiv tematiku tat-tisħiħ tar-RŻI jekk dawn il-prekondizzjonijiet ma jiġux issodisfati;

K.  billi, minħabba n-natura ta' governanza f'diversi livelli tal-politika reġjonali, ir-reġjuni għandhom jiġu permessi l-flessibilità biex jidentifikaw il-modalitajiet għas-sodisfazzjon tal-kondizzjonalitajiet ex-ante;

L.  billi r-reġjuni ma għandhomx jimiraw biss lejn integrazzjoni interna aktar b'saħħitha, iżda għandhom isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom anke bejniethom sabiex isiru aktar kompetittivi fuq livell globali;

Kummenti ġenerali

1.  Jirrikonoxxi li l-istrateġija ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti hija proċess dinamiku u fit-tul li fih il-parteċipanti jitgħallmu kontinwament, u li dan il-proċess għandu jitkompla wkoll matul il-perjodu tal-ippjanar tal-programm li jmiss u lil hinn minnu;

2.  Jikkunsidra li, minbarra l-ħtieġa li din il-kondizzjonalità ex-ante tiġi ssodisfata, l-iżvilupp ta' tali strateġija jista' joffri lir-reġjuni vantaġġi sinifikanti għal żmien medju u fit-tul f’dik li hi effikaċja tar-RŻI tagħhom għax jinvolvi approċċ ikkoordinat u ħarsa mill-qrib lejn il-potenzjal tagħhom ta' innovazzjoni;

3.  Jistieden lil kull reġjun jara tali strateġija mhux biss bħala obbligu statutorju iżda wkoll bħala sors ta' opportunitajiet; jistieden, għalhekk, lir-reġjuni u lill-Istati Membri kollha biex ikomplu b'mod attiv l-iżvilupp tal-istrateġija ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti tagħhom, jekk dawn għadhom ma għamlux hekk, sabiex ma jirriskjawx dewmien fir-riċeviment tal-finanzjament tal-UE għall-programmi operazzjonali rilevanti minħabba li ma jkunx hemm tali strateġija;

4.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' informazzjoni fir-reġjuni u jenfasizza, għalhekk, l-importanza tal-konsulenza u l-appoġġ ipprovduti minn DĠ REGIO, DĠ RTD u direttorati ġenerali oħra rilevanti, kif ukoll mill-pjattaforma f'Sivilja(11), u jistidinhom ikomplu jżidu l-attivitajiet tagħhom; jappella lir-reġjuni kollha sabiex jagħmlu użu ikbar mill-kontenut tal-pjattaforma; jagħti l-appoġġ tiegħu biex jiġu żviluppati kampanji lokali fuq skala wiesgħa biex ixerrdu informazzjoni dwar l-istrateġija ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti sabiex il-partijiet interessati u s-soċjetà ċivili jkunu jistgħu jieħdu sehem;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja r-reġjuni fl-istabbiliment ta’ sistema ta’ monitoraġġ prevista b'mod effettiv, bl-użu ta’ indikaturi sinifikanti, u biex b'hekk, b'mod partikolari, tiġi pprovduta dejta li fuqha jkunu jistgħu jiġu bbażati paraguni tal-UE kollha u dawk internazzjonali;

Il-prijoritajiet ‘korretti’

6.  Jenfasizza li r-reġjuni huma differenti minn xulxin b’mod sinifikanti fir-rigward tal-livell ta’ żvilupp tagħhom u għandhom punti pożittivi u negattivi ferm differenti; jitlob, għalhekk, lir-reġjuni jagħmlu l-għażla adegwata tagħhom ta' azzjonijiet billi jiffokaw fuq it-tisħiħ tal-karatteristiċi fuq bażi reġjonali, il-potenzjali u l-vantaġġi kompetittivi tagħhom, minflok sempliċement jikkupjaw strateġiji b'suċċess ta' reġjuni oħra;

7.  Jenfasizza li biex jiġu sfruttati swieq ġodda, ir-reġjuni jistgħu jagħmlu ħilithom biex ikunu pijunieri fl-invenzjoni ta' teknoloġiji ġodda, imma jistgħu wkoll diġà jinvestu fl-attivitajiet relatati mal-għarfien, il-ħiliet u l-abbiltajiet eżistenti, jekk it-trasferiment tal-għarfien ikun l-akbar hawnhekk (‘related diversity’);

8.  Jenfasizza kemm hu importanti, f’dak li hu tisħiħ tal-ekonomiji reġjonali, li l-fokus ma jkunx esklussivament fuq oqsma individwali ta' vantaġġ kompetittiv, iżda li tinħoloq ukoll katina ta’ valuri li tgħaqqad l-istadji kollha tal-iżvilupp u l-manifattura, mir-riċerka bażika, għar-riċerka orjentata lejn l-applikazzjoni u t-trasferiment tat-teknoloġiji, għal prodotti utilizzabbli speċifiċi u bidu ta’ negozji;

9.  Jinkoraġġixxi r-reġjuni jinvestu f'attivitajiet transsettorjali u ta' teknoloġiji trażversali fl-ekonomija reġjonali kollha sabiex varjetà ta' negozji, li tkun kemm jista' jkun wiesgħa, tista' tikkontribwixxi għall-ġenerazzjoni ta' aktar tkabbir u impjiegi, kif ukoll tibbenefika minnha; jinkoraġġixxi, f'dan ir-rigward, ir-reġjuni b'mod partikolari biex jinkiseb u jitrawwem il-potenzjal tat-tipi kollha ta' SMEs – li skont id-definizzjoni huma mikroimpriżi, impriżi żgħar u impriżi ta' daqs medju(12) – peress li jagħtu spinta lill-innovazzjoni u huma, għalhekk, ta' importanza fundamentali għall-ekonomija f'kull reġjun.

10.  Huwa tal-fehma li r-reġjuni, meta jagħżlu l-prijoritajiet tagħhom għandhom, minbarra li jsaħħu s-sistemi ta' innovazzjoni tagħhom bil-għan li jiksbu aktar kompetittività u valur miżjud, jieħdu azzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi strutturali u soċjetali fi ħdan is-soċjetà bħall-qgħad, il-faqar, is-sigurtà tal-enerġija u t-tibdil demografiku;

11.  Jistieden lir-reġjuni ma jiffukawx biss fuq l-innovazzjoni bbażata fuq it-teknoloġija, iżda li l-istrateġiji jkunu bbażati fuq l-aktar kunċett ta’ innovazzjoni wiesgħa possibbli; jittama li tiġi kkunsidrata mhux sempliċement l-innovazzjoni teknoloġika ta’ grad għoli iżda wkoll dik ta' grad baxx u, saħansitra, l-innovazzjoni li mhix teknoloġika, bħalma huma l-ottimizzazzjoni tal-proċessi u t-trasformazzjoni organizzazzjonali; jiġbed l-attenzjoni speċifikament għall-innovazzjoni soċjali u ambjentali f’dan il-kuntest; jenfasizza li l-għan tal-istrateġiji tal-innovazzjoni għandhom ikunu jistgħu jistimolaw il-prattiki innovattivi;

12.  Jinsab konxju li t-twaqqif tal-prijoritajiet huwa proċedura sensittiva u riskjuża li jieħdu r-reġjuni; jemmen, għalhekk, li l-introduzzjoni ta' sistema ta' rieżami tista' toffri r-reġjuni l-opportunità li jikkunsidraw mill-ġdid l-istrateġji tagħhom; huwa tal-fehma li l-għażla inizjali ta’ indikaturi sinifikanti li jkunu orjentati lejn ir-riżultati u l-kwalità tal-kontribut mill-atturi involuti huma fatturi ewlenin għas-suċċess tal-istrateġija tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, li jnaqqsu r-riskju li jsiru l-iżbalji fit-twaqqif tal-prijoritajiet;

Involviment eqreb ta’ atturi fi ħdan ir-reġjuni

13.  Huwa tal-fehma li l-kwalità tal-kooperazzjoni amministrattiva mal-partijiet interessati rilevanti fir-reġjun għandha influwenza sinifikanti fuq is-suċċess tal-istrateġija RIS 3 u se tnaqqas b'mod sinifikanti r-riskju li jiġu meħuda għażliet ħżiena fl-iffissar tal-prijoritajiet;

14.  Jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-importanza tal-konsultazzjoni tan-negozji, partikolarment l-SMEs, peress li l-“viżjoni ta' innovazzjoni” se jkollha suċċess biss jekk in-negozji jkollhom ukoll il-potenzjal korrispondenti li jimplimentawha;

15.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-proċessi ta’ konsultazzjoni u l-gruppi fil-mira kollha jiġu kkunsidrati mill-ġdid u fejn ikun meħtieġ jitwessgħu sabiex jiġi evitat li jintilfu promoturi futuri tal-innovazzjoni; iqis li huwa partikolarment importanti li jiġu involuti l-intraprendituri futuri;

16.  Jiċċara l-fatt li, fil-proċess tal-iżvilupp ta' viżjoni kondiviża, għal raġunijiet ta' sjieda u sensibilizzazzjoni, huwa fundamentali li dawk li jfasslu politika lokali u reġjonali, l-universitajiet, iċ-ċentri u n-negozji ta' riċerka u innovazzjoni, kif ukoll is-soċjetà ċivili u l-atturi soċjali, jiġu involuti mill-qrib kemm jista' jkun;

17.  Jenfasizza r-rwol importanti li twettaq il-kooperazzjoni mill-qrib ġewwa t-trijangolu tal-għarfien, pereżempju fil-qafas tal-Istitut Ewropew għar-Riċerka u l-Innovazzjoni jew ir-raggruppamenti u taċ-ċentri reġjonali tal-innovazzjoni; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza ta’ ‘investiment fin-nies’;

18.  Jistieden lill-partijiet interessati pubbliċi u privati jużaw id-diversi opportunitajiet biex jiffinanzjaw dawn l-azzjonijiet taħt il-FEŻR għall-2014-2020, inkluż billi japoġġaw it-twaqqif ta' inkubaturi reġjonali ta' innovazzjoni u billi jiżviluppaw konnessjonijiet u sinerġiji bejn l-universitajiet, l-istituzzjonijiet oħrajn ta' riċerka u edukazzjoni għolja, intraprendituri u negozji innovattivi u kreattivi, u fornituri ta' appoġġ tan-negozju u investituri, bħal e.ż. fil-każ ta' industriji kreattivi u kulturali;

19.  Huwa tal-fehma li għal dan il-proċess għandhom ikunu fis-seħħ strutturi adegwati u amministrazzjoni effiċjenti, u li l-awtoritajiet amministrattivi u l-ministeri għandhom jistabbilixxu kultura ta’ kooperazzjoni bejniethom kif ukoll fl-approċċ tagħhom man-negozji u l-atturi l-oħrajn; jistieden lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u lill-awtoritajiet, kemm reġjonali kif ukoll nazzjonali, jimmodernizzaw il-proċeduri interni tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-‘proċess ta’ skoperta intraprenditorjali’ l-ġdid, u b’mod partikolari jidħlu fi djalogu fit-tul aktar intensiv mal-atturi rilevanti; jinkoraġġixxi lill-SMEs, speċjalment fir-reġjuni li għandhom sehem qawwi ta’ tali impriżi, jikkollaboraw permezz ta’ pjattaformi adegwati bil-għan li jsaħħu r-rwol tagħhom fil-proċess ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti; jirrakkomanda li, jekk ikun meħtieġ, ir-riżorsi disponibbli għall-bini tal-kapaċitajiet għandhom jintużaw biex tkompli tingħata aktar setgħa lill-amministrazzjonijiet u lill-partijiet interessati;

20.  Iqis li l-awtoritajiet u l-atturi kollha kkonċernati fil-livell reġjonali għandhom, jekk ikun meħtieġ, jiġu offruti taħriġ ta' kwalità għolja u seminars iffokati fuq kwistjonijiet relatati mat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti;

Il-kisba ta’ sinerġija bejn il-programmi ta' żvilupp

21.  Jilqa’ l-progress miksub mill-Kummissjoni u l-awtorità leġiżlattiva tal-UE fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-kundizzjonijiet għal sinerġiji bejn il-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (ESIF) u programmi oħra tal-UE bħall-COSME u partikolarment l-Orizzont 2020, pereżempju, permezz ta' rati fissi armonizzati jew finanzjament ikkombinat(13);

22.  Iħeġġeġ lir-reġjuni jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet ta' finanzjament, kooperazzjoni u investiment, inklużi azzjonijiet 'il fuq (upstream) u 'l isfel (downstream)(14), sabiex jippromwovu sinerġiji bejn l-ESIFs u Orizzont 2020 u billi jagħmlu dan, inaqqsu d-distakk fl-innovazzjoni bejn ir-reġjuni;

23.  Jistieden f’dan ir-rigward lil dawk ir-reġjuni li għadhom lura fl-iżvilupp tal-infrastruttura u tal-kapaċità tar-riċerka, biex jippromwovu kooperazzjonijiet ma’ faċilitajiet ta' riċerka eċċellenti fis-sens ta’ ‘teaming/ twinning for excellence’ biex jibnu ċentri ta' eċċellenza huma stess, li fil-futur se tibbenefika minnhom l-ekonomija reġjonali kollha;

24.  Jistieden lir-reġjuni, fil-qafas tal-istrateġija, jikkunsidraw fil-fond il-kwistjoni ta' kif għandhom jattiraw l-investiment fis-settur privat, peress li għad hemm ambitu konsiderevoli għall-għoti ta' spinta lill-potenzjal tal-investiment fir-RŻI f’dan is-settur;

25.  Jistieden lill-atturi reġjonali u nazzjonali kollha, li huma fdati bit-tfassil kunċettwali u l-implimentazzjoni tal-istrateġija RIS 3, il-pjan direzzjonali tal-infrastruttura tar-riċerka ESFRI, l-ESIF u l-Orizzont 2020, għall-kooperazzjoni aktar mill-qrib fl-ippjanar u l-koordinazzjoni u fejn meħtieġ jiżviluppaw l-istrutturi korrispondenti(15) biex jgħaqqdu f’netwerk il-livelli differenti tal-attivitajiet governattivi; jistieden lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar tali strutturi;

26.  Jistieden lid-DĠs REGIO u RTD jippersistu fl-isforzi tagħhom biex jiżguraw li l-programmi jkunu kompatibbli, sabiex ikunu jistgħu jinħolqu sinerġiji; jenfasizza li għandu jiġi pprovdut appoġġ konġunt lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali biex jgħin fid-disinn u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji rispettivi tagħhom; jistenna lid-DĠs REGIO u RTD jżidu l-kooperazzjoni tagħhom f'dan ir-rigward, partikolarment billi joħorġu dokumenti ta' gwida għall-atturi involuti;

27.  Jilqa' l-isforzi kollha biex jiġu estiżi s-servizzi konsultattivi; huwa tal-fehma li jkun ta' benefiċċju jekk il-benefiċjarji potenzjali tal-fondi tal-programm Orizzont 2020 u l-korpi konsultattivi rilevanti jiġu involuti b'mod xieraq f'dawn l-iskambji;

Kooperazzjoni mill-qrib tar-reġjuni: id-dimensjoni esterna

28.  Jistieden lir-reġjuni mhux biss itejbu l-konnessjonijiet interni tagħhom bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u r-riċerka, in-negozji u l-amministrazzjoni imma wkoll jibnu alleanzi ma’ reġjuni oħra biex jissupplementaw il-katina tal-valuri tagħhom stess;

29.  Jenfasizza li l-opportunitajiet se jiġu mrawma jekk tiġi stabbilita kooperazzjoni mill-qrib bejn is-sħab tal-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) fir-reġjuni u l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet involuti fit-tfassil u t-twettiq tal-istrateġiji RIS3 kif deskritti fl-Anness IV f’COM(2011)0615, 2011/0276(COD), C7-0335/2011, inkluża sħubija mar-reġjuni li għandhom ċentri ta’ kollokazzjoni eżistenti u potenzjali, bħalma huma l-Komunitajiet Reġjonali ta’ Implimentazzjoni u Innovazzjoni (KRII);

30.  Iqis li huwa vitali li l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni reġjonali jgħinu biex jinħolqu netwerks ta’ eċċellenza Ewropej ġodda f’firxa ta’ setturi, u b’hekk jgħinu biex tingħata spinta lill-kompetittività u lill-profil internazzjonali tal-Unjoni Ewropea;

31.  Huwa tal-fehma li fil-kooperazzjoni bejn reġjuni differenti, permezz tat-trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġija jistgħu jibbenefikaw bil-kbir kemm ir-reġjuni b’rabta mal-potenzjal ekonomiku tagħhom lokalment, kif ukoll l-UE bħala entità sħiħa; jiġbed l-attenzjoni f’dan ir-rigward għall-kollaborazzjonijiet ta’ suċċess kbir bħal pereżempju fil-qafas tal-inizjattiva ‘Reġjuni ta’ Għarfien’;

32.  Jinnota li ħafna reġjuni jippruvaw jevitaw l-isforzi kumplessi ta’ analiżi u ta’ koordinazzjoni li hemm bżonn; jinkoraġġixxi lir-reġjuni jagħmlu użu tal-għażla pprovduta mil-leġiżlatur li biha sa 15% tal-finanzjament tal-programm jista’ jiġi investit barra mill-qasam tal-programm(16);

33.  Jirrimarka li fiż-żoni ta’ mal-fruntieri, l-isfidi spiss huma l-istess fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera, minħabba li dawn iż-żoni jkollhom l-istess karatteristiċi territorjali; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jfasslu strateġiji transkonfinali ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u jistabbilixxu raggruppamenti transkonfinali, bl-użu tal-finanzjament tal-kooperazzjoni interreġjonali tal-UE;

34.  Jilqa’ l-għażliet previsti fil-qafas strateġiku komuni fil-qasam tal-kooperazzjoni territorjali(17); jilqa' kull tip ieħor ta’ azzjoni ta' internazzjonalizzazzjoni fuq skala żgħira mir-reġjuni u l-atturi tagħhom;

o
o   o

35.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

(1) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
(2) ĠU L 291, 21.10.2006, p. 11.
(3) ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 21.
(4) ĠU C 390 E, 18.12.2012, p. 27.
(5) ĠU C 371 E, 20.12.2011, p. 39.
(6) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 120.
(7) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 104.
(8) Artikolu 2, il-proċedura leġiżlattiva 2011/0276(COD), abbażi tal-proposta għal Regolament COM(2011) 0615, Testi Adottati, P7_TA(2013)0482.
(9) L-Anness V, it-Tabella 1, Kondizzjonalitajiet ex ante, il-proċedura leġiżlattiva 2011/0276(COD), abbażi tal-proposta għal Regolament COM(2011)0615, Testi adottati, P7_TA(2013)0482.
(10) Ara d-definizzjoni ta' 'strateġija tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti', l-Artikolu 2(2)(2b) (ġdid), il-proċedura leġiżlattiva 2011/0276(COD), abbażi tal-proposta għal regolament COM(2011)0615, Testi adottati, P7_TA(2013)0482.
(11) http://s3platform.jrc.ec.europa.eu/home
(12) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta' daqs medju (2003/361/KE).
(13) Artikolu 55(8) u l-Art.   57, il-proċedura leġiżlattiva 2011/0276(COD), abbażi tal-proposta għal Regolament COM(2011)0615, Testi adottati, P7_TA(2013)0482, Artikolu 17a, il-proċedura leġiżlattiva 2011/0401(COD), abbażi tal-proposta għal Regolament COMM(2011)0809, Testi adottati, P7_TA(2013)0499, u l-Artikolu 31, il-proċedura leġiżlattiva 2011/0399(COD), abbażi tal-proposta għal Regolament COMM(2011)0810, Testi adottati, P7_TA(2013)0500.
(14) Artikolu 2, il-proċedura leġiżlattiva 2011/0276(COD), abbażi tal-proposta għal Regolament COM(2011)0615, Testi adottati, P7_TA(2013)0482.
(15) Anness I, punt 4.1.2 b, il-proċedura leġiżlattiva 2011/0276(COD), abbażi tal-proposta għal Regolament COM(2011)0615, Testi adottati, P7_TA(2013)0482.
(16) Artikolu 60(2), il-proċedura leġiżlattiva 2011/0276(COD), abbażi tal-proposta għal Regolament COM(2011) 0615, Testi adottati, P7_TA-PROV(2013)0482.
(17) Anness I, punt 7.2, il-proċedura leġiżlattiva 2011/0276(COD), abbażi tal-proposta għal Regolament COM(2011) 0615, Testi adottati, P7_TA-PROV(2013)0482.


Regoli dwar il-votazzjoni u l-kontenut ta' rapporti fil-proċedura ta' approvazzjoni
PDF 378kWORD 60k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar l-emenda tal-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew dwar il-proċedura ta' approvazzjoni (2012/2124(REG))
P7_TA(2014)0003A7-0412/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tad-9 ta' Diċembru 2011,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0412/2013),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Jiddeċiedi li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss u japplikaw għal dawk il-proċeduri ta’ approvazzjoni li għalihom il-kumitat responsabbli għadu ma adottax rakkomandazzjoni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Test fis-seħħ   Emenda
Emenda 1
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 50 – interpretazzjoni – paragrafu 2
Għall-iskopijiet tal-eżami ta' ftehimiet internazzjonali taħt l-Artikolu 90, il-proċedura b'kumitati assoċjati stabbilita f'dan l-Artikolu m'għandhiex tapplika għall-proċedura ta' approvazzjoni skont l-Artikolu 81.
Il-proċedura b'kumitati assoċjati stabbilita f'dan l-Artikolu m'għandhiex tapplika bi rbit mar-rakkomandazzjoni li jkun għandha tiġi adottata mill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 81
Emenda 2
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 81 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
Meta l-Parlament jintalab li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal att propost, għandu jieħu deċiżjoni fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-kumitat responsabbli li japprova jew jiċħad l-att.
Meta l-Parlament jintalab jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal att propost, għandu, meta jadotta d-deċiżjoni tiegħu, iqis ir-rakkomandazzjoni mill-kumitat responsabbli li japprova jew jiċħad l-att. Ir-rakkomandazzjoni għandha tinkludi kunsiderazzjonijiet, iżda m’għandhiex tinkludi premessi. Tista’ tinkludi ġustifikazzjoni qasira, li għandha taqa’ taħt ir-responsabbiltà tar-rapporteur u li m'għandux jittieħed vot dwarha. L-Artikolu 52(1) għandu japplika mutatis mutandis. Emendi mressqa fil-kumitat għandhom ikunu ammissibbli biss jekk ikollhom l-għan li jaqilbu s-sens tar-rakkomandazzjoni kif proposta mir-rapporteur.
Emenda 3
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 81 - paragrafu 1 - subparagrafu 1a (ġdid)
Il-kumitat responsabbli jista’ jressaq mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġislattiva. Kumitati oħra jistgħu jkunu involuti fit-tfassil tar-riżoluzzjoni bi qbil mal-Artikolu 188(3) flimkien mal-Artikoli 49, 50 jew 51.
Emenda 4
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 81 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni dwar l-att li jkun jeħtieġ l-approvazzjoni tiegħu skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea permezz ta' votazzjoni waħda, u ebda emenda ma tista' titqiegħed fuq il-mejda. Il-maġġoranza meħtieġa għall-adozzjoni tal-approvazzjoni għandha tkun il-maġġoranza stipulata fl-Artikolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li joħolqu l-bażi legali għall-att propost.
Il-Parlament għandu jiddeċiedi dwar l-att li jkun jeħtieġ l-approvazzjoni tiegħu skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea permezz ta' votazzjoni waħda dwar l-approvazzjoni, irrispettivament minn jekk ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat responsabbli tkunx li l-att propost jiġi approvat jew miċħud, u ebda emenda ma tista' titqiegħed fuq il-mejda. Il-maġġoranza meħtieġa għall-adozzjoni tal-approvazzjoni għandha tkun il-maġġoranza stipulata fl-Artikolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li joħloq il-bażi legali għall-att propost jew, jekk fih ma tkun indikata l-ebda maġġoranza, il-maġġoranza tal-voti mitfugħa. Jekk il-maġġoranza meħtieġa ma tintlaħaqx, l-att propost għandu jitqies li jkun ġie miċħud.
Emenda 5
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 81 – paragrafu 2
2.  Fil-każ ta' trattati ta' adeżjoni u ftehimiet internazzjonali u biex ikun determinat jekk jeżistix ksur serju u persistenti ta' prinċipji komuni mill-Istati Membri, għandhom japplikaw l-Artikoli 74c, 74e u 90 rispettivament. Għal proċedura ta' koperazzjoni msaħħa f'qasam li jaqa' taħt il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandu japplika l-Artikolu 74g.
2.   Barra minn hekk, fil-każ ta’ ftehimiet internazzjonali, trattati ta’ adeżjoni, id-determinazzjoni ta’ ksur serju u persistenti ta' prinċipji fundamentali minn Stat Membru, l-istabbiliment tal-kompożizzjoni tal-Parlament, l-istabbiliment ta’ kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri jew l-adozzjoni ta’ qafas finanzjarju pluriennali, għandhom japplikaw l-Artikoli 90, 74c, 74e, 74f, 74g u 75 rispettivament.
Emenda 6
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 81 – paragrafu 3
3.   Meta l-approvazzjoni tal-Parlament tkun meħtieġa għal xi att leġislattiv propost jew xi ftehima internazzjonali maħsuba, il-kumitat responsabbli jista', sabiex jiffaċilita r-riżultat pożittiv tal-proċedura, jiddeċiedi li jippreżenta rapport interim dwar il-proposta lill-Parlament b'mozzjoni għal risoluzzjoni li jkun fiha rakkomandazzjonijiet għall-modifika jew għall-implimentazzjoni tal-att propost.
3.   Meta l-approvazzjoni tal-Parlament tkun meħtieġa għal xi proposta għal att leġislattiv propost jew xi ftehim internazzjonali previst, il-kumitat responsabbli jista', sabiex jiffaċilita r-riżultat pożittiv tal-proċedura, jiddeċiedi li jippreżenta rapport interim dwar il-proposta lill-Parlament b'mozzjoni għal riżoluzzjoni li jkun fiha rakkomandazzjonijiet għall-modifika jew għall-implimentazzjoni tal-att leġislattiv propost jew tal-ftehim internazzjonali previst.
Emenda 7
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 81 – paragrafu 3a – subparagrafu 1 (ġdid)
3a.  Il-kumitat responsabbli għandu jindirizza t-talba għall-approvazzjoni mingħajr dewmien żejjed. Jekk il-kumitat responsabbli jiddeċiedi li ma jagħtix rakkomandazzjoni, jew ma jkunx adotta rakkomandazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun ġiet riferita lilu t-talba għall-approvazzjoni, il-Konferenza tal-Presidenti tista' jew tpoġġi l-kwistjoni fuq l-Aġenda għall-kunsiderazzjoni ta' sessjoni parzjali sussegwenti jew inkella, f'każijiet debitament sostanzjati, tiddeċiedi li testendi l-perjodu ta' sitt xhur.
Emenda 8
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 81 – paragrafu 3a – subparagrafu 2 (ġdid)
Meta l-approvazzjoni tal-Parlament hija meħtieġa għal ftehima internazzjonali prevista, il-Parlament jista' jiddeċiedi, fid-dawl ta' rakkomandazzjoni mill-kumitat responsabbli, li jissospendi l-proċedura ta' approvazzjoni għal żmien mhux itwal minn sena.

L-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda ***I
PDF 356kWORD 40k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 510/2011 bl-għan li jiġu ddefiniti l-modalitajiet biex tintlaħaq il-mira għall-2020 li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda (COM(2012)0394 – C7-0185/2012 – 2012/0191(COD))
P7_TA(2014)0004A7-0168/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0394,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0185/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' Ottubru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0168/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Jannar 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 510/2011 bil-għan li jiġu ddefiniti l-modalitajiet biex tintlaħaq il-mira għall-2020 li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda

P7_TC1-COD(2012)0191


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 253/2014.)

(1) ĠU C 44, 15.2.2013, p.109


Il-programm tal-konsumaturi 2014-2020 ***I
PDF 288kWORD 60k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020 (COM(2011)0707 – C7-0397/2011 – 2011/0340(COD))
P7_TA(2014)0005A7-0214/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0707),

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0397/2011),

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tat-28 ta' Marzu 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta’ Mejju 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-23 ta' Ottubru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0214/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Jannar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm pluriennali tal-konsumaturi għas-snin 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni (KE) Nru 1926/2006/KE

P7_TC1-COD(2011)0340


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 254/2014.)

(1) ĠU C 181, 21.6.2012, p. 89.
(2) ĠU C 225, 27.7.2012, p. 217.


Il-kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tattjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra ***I
PDF 371kWORD 43k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja, u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra (COM(2011)0906 – C7-0524/2011 – 2011/0445(COD))
P7_TA(2014)0006A7-0212/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0906),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0524/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Ottubru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0212/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(1);

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Jannar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94, fir-rigward tas-setgħat ta' implimentazzjoni u s-setgħat delegati li għandhom jingħataw lill-Kummissjoni

P7_TC1-COD(2011)0445


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 252/2014.)

ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA

Dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kodifikazzjoni

L-adozzjoni ta' dan ir-Regolament ser tinvolvi numru sostanzjali ta' emendi għall-atti inkwistjoni. Sabiex titjieb il-leġibbiltà tal-atti kkonċernati, il-Kummissjoni ser tipproponi kodifikazzjoni tal-atti malajr kemm jista' jkun ladarba ir-Regolamenti jiġi adottat, u l-aktar tard mit-30 ta' Settembru 2014.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar atti ddelegati

Fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tfakkar fl-impenn li għamlet fil-paragrafu 15 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi lill-Parlament l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha rigward it-tħejjija ta' atti delegati.

_____________

(1) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-12 ta' Settembru 2012 (Testi adottati, P7_TA(2012)0328).


Importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa u prodotti agrikoli oħra mit-Turkija ***I
PDF 295kWORD 44k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2008/97, (KE) Nru 779/98 u (KE) Nru 1506/98 fil-qasam ta’ importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa u prodotti agrikoli oħra mit-Turkija fir-rigward tas-setgħat ta' delegazzjoni u implimentazzjoni li ser jingħataw lill-Kummissjoni (COM(2011)0918 – C7-0005/2012 – 2011/0453(COD))
P7_TA(2014)0007A7-0209/2012

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0918),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0005/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Ottubru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0209/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(1);

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Jannar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2008/97, (KE) Nru 779/98 u (KE) Nru 1506/98 fil-qasam ta’ importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa u prodotti agrikoli oħra mit-Turkija, fir-rigward tas-setgħat iddelegati u ta' implimentazzjoni li għandhom jingħataw lill-Kummissjoni

P7_TC1-COD(2011)0453


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 255/2014.)

ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA

Dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kodifikazzjoni

L-adozzjoni ta' dan ir-Regolament ser tinvolvi numru sostanzjali ta' emendi għall-atti inkwistjoni. Sabiex titjieb il-leġibbiltà tal-atti kkonċernati, il-Kummissjoni ser tipproponi kodifikazzjoni tal-atti malajr kemm jista' jkun ladarba jiġi adottat ir-Regolament, u mhux aktar tard mill-inqas qabel mit-30 ta' Settembru 2014.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar atti delegati

Fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tfakkar fl-impenn li għamlet fil-paragrafu 15 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi lill-Parlament l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha rigward it-tħejjija ta' atti delegati.

(1) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-12 ta' Settembru 2012 (Testi adottati, P7_TA(2012)0329).


L-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat ***I
PDF 291kWORD 44k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat (COM(2011)0530 – C7-0234/2011 – 2011/0231(COD))
P7_TA(2014)0008A7-0158/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0530),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 43(2) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C70234/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Kamra tad-Deputati tal-Lussemburgu, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-7 ta' Diċembru 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Ottubru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0158/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Jannar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91

P7_TC1-COD(2011)0231


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 251/2014.)

(1) ĠU C 43, 15.2.2012, p. 67.


Il-ġbir u l-ħżin tal-karbonju fl-Ewropa
PDF 313kWORD 71k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar ir-rapport ta’ implimentazzjoni 2013: l-iżvilupp u l-applikazzjoni tat-teknoloġija tal-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju fl-Ewropa (2013/2079(INI))
P7_TA(2014)0009A7-0430/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlment Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006(1) (id-Direttiva tas-CCS),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2013 dwar il-Futur tal-Ġbir u l-Ħżin tal-Karbonju fl-Ewropa (COM(2013)0180),

–  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2013 bl-isem ‘Qafas għall-politiki dwar il-klima u l-enerġija sal-2030’ (COM(2013)0169),

–  wara li kkunsidra l-pakkett tal-UE dwar il-klima u l-enerġija ta’ Diċembru 2008,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2012 dwar Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0430/2013),

A.  billi l-Ġbir u Ħżin tad-Diossidu tal-Karbonju (CCS) huwa teknoloġija promettenti li tista' tkun l-uniku mezz biex jintlaħaq tnaqqis sinifikanti ta' CO2 minn sorsi industrijali u għandu l-potenzjal li jnaqqas b'mod sinifikanti l-emissjonijiet tas-CO2 minn impjanti tal-enerġija b'karburanti fossili, li jeħtieġ madankollu investiment u dimostrazzjoni fuq skala industrijali biex tiġi promossa l-innovazzjoni, jiġi żgurat it-tnaqqis tal-ispejjeż u tiġi kkonfermata s-sigurtà ambjentali tiegħu;

B.  billi l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija tbassar li l-karburanti fossili se jkomplu jipprovdu 75 % tat-taħlita tal-enerġija globali sal-2030, jissuġġerixxi li s-CCS huwa meħtieġ biex iwassal għal kważi 20 % ta' tnaqqis tas-CO2 meħtieġ sal-2050, u jsostni li jekk is-CCS ma jintużax, ikun jeħtieġ investiment addizzjonali ta' 40 % fl-elettriku biex tiġi evitata żieda fit-temperatura ta' iktar minn 2°C;

C.  billi s-CCS huwa l-unika teknoloġija li kapaċi tipprovdi tnaqqis qawwi tas-CO2 mis-setturi industrijali ewlenin inklużi dawk tal-azzar, tas-siment u tal-kimiċi u mir-raffineriji taż-żejt, u flimkien mal-użu tal-bijomassa għall-ġenerazzjoni tal-elettriku għandu l-potenzjal li jippromwovi tnaqqis nett fl-emissjonijiet tas-CO2;

D.  billi abbażi tal-livelli ta' użu attwali tal-karburanti fossili u l-projezzjonijiet futuri dwar l-użu tal-istess karburanti fossili, is-CCS jidher li huwa fundamentali biex jinkiseb l-għan li ż-żieda tat-temperatura globali tinżamm inqas minn 2°C;

E.  billi l-iżvilupp tas-CCS għandu jitqies bħala strateġija komplementari għall-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli fit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju;

F.  billi fl-2007 il-Kapijiet ta’ Gvern tal-UE aspiraw li jkollhom sa 12-il impjant ta’ dimostrazzjoni tas-CCS li jkunu qed jopweraw sal-2015, iżda minħabba li l-vijabbiltà finanzjarja tagħhom kienet tiddependi fuq il-fatt li jkun hemm prezz għoli tal-karbonju, issa dawn l-ambizzjonijiet ma jistgħux jintlaħqu;

G.  billi l-iżvilupp ta’ din it-teknoloġija m’għandux iservi ta' inċentiv biex jiżdied il-proporzjon tal-impjanti tal-enerġija b'karburanti fossili;

H.  billi l-UE qed titlef it-tmexxija teknoloġika tagħha fis-CCS u – bi proġett wieħed biss li għadu qed jiġi kkunsidrat għall-iffinanzjar tal-istrument NER300, u l-proġetti tal-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru twaqqfu jew ġew sospiżi – issa m’għandha l-ebda politika effettiva biex tippromwovi l-iżvilupp tal-proġetti emblematiċi tas-CCS;

I.  billi l-pubbliku ġenerali għandu dejjem jirċievi stampa sħiħa u ċara tal-vantaġġi tas-CCS u tat-theddid possibbli mis-CCS qabel ma jiġi żviluppat kwalunkwe proġett fuq skala kummerċjali;

Żieda fl-ambizzjonijiet

1.  Jirrikonoxxi li t-tħaddim tas-CCS għandu l-potenzjal li jippermetti lill-UE tilħaq l-aspirazzjonijiet tagħha ta’ livell baxx tal-karbonju fl-2050 bl-anqas spejjeż possibbli u li huwa meħtieġ partikolarment għad-dekarbonizzazzjoni tal-industriji li jarmu ħafna CO2; jemmen li jista' jikkontribwixxi wkoll għad-diversità u s-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija filwaqt li jżomm u joħloq opportunitajiet ta' xogħol; jafferma l-bżonn urġenti li tkun żviluppata firxa ta’ katina sħiħa ta’ proġetti ewlenin tas-CCS sabiex jiġu identifikati l-aqwa u l-aktar soluzzjonijiet ekonomikament vantaġġużi, u jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi għanijiet biex jintlaħaq dan l-objettiv; japprezza li, minħabba l-investiment sostanzjali neċessarju, jinħtieġu strumenti addizzjonali għas-sistema għan-negozjar ta' emissjonijiet (ETS) tal-UE biex titħeġġeġ ir-riċerka u l-applikazzjoni teknika u sikura tas-CCS;

2.  Jemmen li minkejja li s-CCS jista’ joffri parti mis-soluzzjoni biex jintlaħqu l-għanijiet sabiex jiġu limitati l-emissjonijiet ta' gassijiet b’effett ta’ serra, ikun aħjar jekk l-Istati Membri jirnexxielhom jilħqu dawn l-għanijiet mingħajr l-użu tas-CCS;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi t-tħaddim tas-CCS mhux biss b'rabta mal-ġenerazzjoni tal-enerġija tal-faħam u l-gass iżda b'rabta wkoll ma' firxa ta' setturi industrijali bħall-kimiċi, il-metallurġija, il-ħadid u l-azzar, is-siment u r-raffineriji; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tindirizza l-kwistjoni tat-tnedija tas-CCS fi ħdan il-qafas tal-klima u l-enerġija 2030, u għandha tressaq proposti għall-promozzjoni tal-kostruzzjoni bikrija ta' proġetti ewlenin tas-CCS;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw miżuri b'effetti mifruxa biex iħeġġu l-kooperazzjoni internazzjonali u biex jippromwovu l-użu tat-teknoloġiji li jtaffu l-effetti tat-tibdil fil-klima, sabiex jiggwidaw lill-ekonomiji li qed jespandu fid-direzzjoni ta’ alternattivi ta’ żvilupp, li jinkludu pereżempju s-CCS, b'livell baxx ta' karbnonju;

5.  Jemmen li l-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Azzar għandu jagħmel referenza speċifika għall-ħtieġa li jiġu żviluppati proġetti ewlenin tas-CCS f’dan is-settur;

Ir-rwol prinċipali tal-Istati Membri

6.  Jirrikonoxxi li t-tħaddim tas-CCS ma jistax isir mingħajr l-appoġġ mill-Istati Membri u investituri privati, u li l-Membri għandhom dritt assolut u sovran biex jinkoraġġixxu jew jipprevjenu l-applikazzjoni tiegħu; jinnota li filwaqt li ċerti Stati Membri indikaw li ma jistennewx li s-CCS jintuża fl-istrateġiji ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tagħhom, dan m'għandux jiskoraġġixxi inizjattivi minn dawk li jikkunsidraw li t-teknoloġija jista' jkollha rwol effettiv fit-tranżizzjoni tagħhom lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju;

7.  Ifakkar lill-Kummissjoni li l-Parlament sejjaħ għal leġiżlazzjoni li teżiġi li kull Stat Membru jipproduċi strateġija għal livell baxx ta’ karbonju sal-2050; jissuġġerixxi li dawn il-pjanijiet direzzjonali nazzjonali għandhom ikunu aġġornati kull ħames snin; jistenna li jindikaw jekk u kif is-CCS għandu jintuża mill-Istati Membri kkonċernati;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi li l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jħejju u jippubblikaw pjanijiet direzzjonali nazzjonali lejn livell baxx ta' karbonju qabel il-konferenza tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima fl-2015;

9.  Jenfasizza li, fl-assenza ta' prezz għoli tal-karbonju, l-Istati Membri li jixtiequ jipprovmovu t-tħaddim tas-CCS għandhom ir-rwol prinċipali li jipprovdu flussi ta' dħul trasparenti u tali appoġġ finanzjarju ieħor skont kif ikun meħtieġ biex jassiguraw il-kostruzzjoni u l-operazzjoni ta' proġetti ewlenin, filwaqt li jippermettu lill-operaturi li jaffaċċjaw spejjeż għoljin tal-innovatur biex jassiguraw ritorn fuq l-investiment tagħhom; jinnota li jistgħu jinħtieġu arranġamenti regolatorji xierqa jekk is-CCS għandu jitħaddem fuq bazi kummerċjali; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jintlaħqu l-istandards tas-sigurtà ambjentali;

Ir-regolament u l-iffinanzjar tal-UE

10.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra l-ħolqien ta’ fond ta’ investiment għall-innovazzjoni industrijali tal-UE sabiex tappoġġja l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi li ma jagħmlux ħsara lill-klima, inkluż il-proġetti ewlenin tas-CCS, teknoloġiji innovattivi oħra b'livell baxx ta’ karbonju, u miżuri sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn industriji intensivi fl-enerġija u l-proċessi tagħhom; jissuġġerixxi li dan ikun iffinanzjat mill-bejgħ tal-kwoti mill-ETS tal-UE; jenfasizza li dan m'għandux iwassal għal domanda ġdida fuq il-baġit tal-UE; jirrikonoxxi li fit-tfassil tal-parametri għall-użu ta’ tali fondi għandhom jiġu kkunsidrati l-lezzjonijiet meħuda mil-limitazzjonijiet u n-nuqqas ta’ flessibbiltà tal-mekkaniżmu ta’ finanzjament eżistenti tan-NER300;

11.  Jemmen li l-istrateġiji u l-politiki tas-CCS għandhom jitfasslu biss abbażi ta’ evidenza soda tal-impatt pożittiv li se jkollhom fuq l-ambjent, fuq l-istabbiltà tal-industrija tal-UE, fuq l-impjiegi fl-UE u fuq l-affordabilità tal-prezzijiet tal-enerġija għall-pubbliku u għall-industrija;

12.  Jemmen li l-appoġġ għas-CCS fuq terminu itwal għandu prinċipalment jiġi minn sinjal tal-prezz tas-CO2 xieraq; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tiffaċilita d-dibattitu dwar l-għażliet possibbli biex tagħmel analiżi tas-sistemi li jeħtieġu x-xiri taċ-ċertifikati tas-CCS li jixhdu l-emissjonijiet tas-CO2 evitati, permezz ta' ħżin jew trattament, proporzjonalment mas-CO2 li jifforma parti mill-karburanti fossili mqiegħda fis-suq;

13.  Jitlob lill-Kummissjoni tipprepara linji gwida għall-Istati Membri fir-rigward tal-bosta mekkaniżmi finanzjarji u oħrajn li jistgħu jużaw biex jappoġġjaw u jinċentivaw l-iżvilupp tas-CCS, u biex ikollhom aċċess għall-fondi ta' appoġġ fi ħdan il-baġit tal-UE;

14.  Jinnota d-deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment li jipprojbixxi s-self għall-kostruzzjoni ta’ impjanti tal-enerġija bil-faħam li jarmu aktar minn 550g CO2/kWh; jenfasizza li mingħajr appoġġ finanzjarju biex jiġu żviluppati s-CCS, huwa importanti li jkun hemm introduzzjoni ta’ standards strinġenti ta’ rendiment għall-emissjonijiet;

15.  Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra kif jista’ jsir użu mill-Fond għar-Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar tal-UE biex tappoġġja d-dimostrazzjoni prekummerċjali tas-CCS f’dawn is-setturi industrijali;

16.  Japprezza l-inkoraġġiment mogħti mill-gvern Norveġiż għal proġetti tas-CCS fl-UE u jesprimi x-xewqa li fin-negozjar tal-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, issir talba għall-appoġġ finanzjarju għall-proġetti ewlenin tas-CCS;

17.  Jitlob li l-Kummissjoni tivvaluta l-benefiċċji tal-adozzjoni u l-iżvilupp tal-proġett pilota tas-CCS ta' Ciuden, fi Spanja, li rċieva madwar EUR 100 miljun bħala appoġġ finanzjarju minn sorsi tal-UE, bħala faċilità Ewropea għall-ittestjar tat-teknoloġiji tal-qbid u l-ħżin tas-CO2 intern;

It-trasport u s-siti għall-ħżin

18.  Jirrikonoxxi li jista’ jsir iffrankar finanzjarju sinifikanti jekk jiġu stabbiliti gruppi ta’ installazzjonijiet industrijali ta’ CCS moqdija mill-istess pipelines jew sistemi oħra tat-trasport tas-CO2; jissuġġerixxi li l-operaturi tal-impjanti ma jistgħux ikunu mistennija li jqisu r-rekwiżiti futuri ta’ installazzjonijiet oħra, u li investimenti prinċipali bħal trunk pipelines li eventwalment għandhom l-għan li jġorru s-CO2 minn diversi sorsi jistgħu jkunu żviluppati permezz ta' sħubiji bejn is-settur pubbliku u dak privat; jenfasizza li l-Istati Membri li qed ifittxu t-tħaddim tas-CCS jista' jkollhom rwol dirett sabiex jiżguraw il-provvediment ta’ trasport tas-CCS u jiddeterminaw id-disponibbiltà ta’ infrastruttura ta’ ħżin;

19.  Jitlob kooperazzjoni eqreb mal-Istati Uniti u l-Kanada, fil-forma ta’ skambju ta’ kompetenzi u l-aħjar prattiki fid-dawl tal-attivitajiet imwettqa fir-rigward tas-CCS fil-kuntest tad-Djalogu Bilaterali bejn il-Kanada u l-Istati Uniti dwar l-enerġija nadifa;

20.  Jinsisti li teknoloġiji b'livell baxx ta' karbonju għandhom jitqiesu bħala komplementari u mhux bħallikieku qed jikkompetu ma' xulxin; jenfasizza l-fatt li kemm l-enerġija rinnovabbli kif ukoll is-CCS għandhom rwol fil-futur tat-taħlita tal-enerġija tal-UE u li s-CCS m'għandux isir għad-detriment biex jintlaħaq l-għan obbligatorju tal-UE fir-rigward tal-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli; jitlob li l-miżuri jippromwovu l-użu taż-żewġ teknoloġiji proposti fi ħdan il-qafas dwar il-klima u l-enerġija 2030;

21.  Jinnota li l-ġeoloġija tal-Ewropa tista' tipprovdi abbundanza ta' siti potenzjali għas-sekwestru permanenti ta' kwantitajiet kbar ta' CO2, partikolarment taħt il-Baħar tat-Tramuntana 'l bogħod mill-abitazzjoni mill-bniedem; jappoġġja l-miżuri u l-finanzjament mill-UE sabiex tiġi stabbilita definizzjoni komuni tal-karattru ta’ sit ta’ ħżin, jiġu identifikati l-postijiet ta’ ħżin xierqa fl-Ewropa, jiġu żviluppati l-proġetti pilota u jkunu ppreparati s-siti ta’ ħżin fuq skala kummerċjali fit-teritorju ta' Stati Membri li jagħtu l-appoġġ tagħhom;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi l-produzzjoni ta’ atlas Ewropew ta’ siti ta’ ħżin potenzjali tas-CO2;

23.  Jirrikonoxxi li l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta' Londra ġie emendat b'mod li m'għadx għandu bżonn jipprovdi barriera għat-trasportazzjoni transkonfinali tas-CO2 għas-sekwestru; jinnota, madankollu, li r-ratifika ta' din il-bidla tista' tieħu ħafna snin; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara jekk hemmx ċirkustanzi fejn tippermetti t-trasferiment transkonfinali tas-CO2 qabel ir-ratifika tal-Protokoll;

Ir-responsabbiltajiet tal-ħżin

24.  Jinnota t-tħassib ta' xi żviluppaturi potenzjali tas-CCS li r-rekwiżiti u l-obbligazzjonijiet imposti fuqhom għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 f'siti approvati minn Stati Membri m'humiex ikkwantifikati u huma eċċessivi; ifakkar, madankollu, ir-regoli dwar ir-responsabbiltà għall-ħżin tas-CO2 stabbiliti fid-Direttiva dwar il-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 (id-Direttiva tas-CCS) u l-obbligi tad-detenturi ta’ permess tal-ħżin.

25.  Jaċċetta bis-sħiħ li kwalunkwe rilaxx aċċidentali tas-CO2 minn sit ta' ħżin għandu jkun evitat u li l-integrità ambjentali tal-proġett għandha tkun protetta skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva tas-CCS; jistieden lill-Kummissjoni toffri gwida fir-rigward tal-livell sa fejn id-dettalji tal-arranġamenti ta' konformità għandhom ikunu ddeterminati minn qabel permezz ta' negozjati bejn l-operaturi potenzjali u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati;

26.  Jinnota li d-Direttiva tas-CCS tagħti lill-Istati Membri flessibbiltà wiesgħa sabiex jiddeterminaw is-sigurtà finanzjarja li għandha tkun ipprovduta mill-operaturi tas-CCS u l-perjodu li qablu r-responsabbiltà għal sit ta’ ħżin magħluq tiġi ttrasferita lill-awtorità kompetenti; jissuġġerixxi li l-Istati Membri li qed ifittxu li jippromwovu l-iżvilupp tas-CCS irid ikollhom rwol intraprenditorjali akbar u jaċċettaw sehem akbar tar-responsabbiltajiet milli huwa mifhum bħalissa;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi d-dokumenti ta’ gwida tagħha dwar id-Direttiva CCS sabiex jiġu ċċarati dawn il-punti;

28.  Jissuġġerixxi li r-rekwiżit tad-Direttiva tas-CCS, li f’każ ta’ rilaxx ta’ CO2 l-operaturi għandhom iċedu l-kwoti, ma jqisx l-isforzi ta’ rimedji għalja meħtieġa; jibża’ li dan l-obbligu jpoġġi ostakolu ieħor fit-triq għall-iżvilupp tas-CCS; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipproponi reviżjoni għall-evalwazzjoni tagħha tad-Direttiva tas-CCS;

Status ta’ tlestija ta’ qbid u ħżin

29.  Jinsisti li mhuwiex aktar aċċettabbli li jsir investiment f’impjanti tal-enerġija jew installazzjonijiet industrijali li għandhom il-probabbiltà li jarmu kwantitajiet kbar ta’ CO2 mingħajr ma jitqies il-mod ta' kif dan jista’ jitnaqqas fil-futur;

30.  Jenfasizza li, skont stħarriġ tal-Ewrobarometru, il-popolazzjoni Ewropea għadha ftit li xejn konxja dwar is-CCS, iżda li dawk li huma infurmati x'aktarx li jappoġġjawha; Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-komunikazzjoni sabiex iqajmu kuxjenza pubblika dwar is-CCS, u jemmen li għarfien usa' tas-CCS huwa kruċjali għall-aċċettazzjoni pubblika, u għaldaqstant għall-implimentazzjoni tas-CCS;

31.  Jinnota li l-Istati Membri huma awtorizzati li jevalwaw b’modi differenti d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tas-CCS li jirrikjedu evalwazzjoni tal-kapaċità tal-qbid, it-trasport u l-ħżin u li dan għandu jsir qabel ma jiġu mogħtija l-liċenzji ta’ operazzjoni għall-impjanti tal-enerġija;

32.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tissuġġerixxi li tista’ tkun kundizzjoni tal-kostruzzjoni, fl-Istati Membri li jkunu ddeċidew li jagħmlu użu mit-teknoloġija tas-CCS, li jkun hemm preparazzjoni adegwata għall-implimentazzjoni tas-CCS, jew għal miżuri oħra biex inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 b'mod sinifikanti, għall-impjanti tal-enerġija b’karburanti fossili ġodda kollha u installazzjonijiet industrijali b’emissjonijiet għolja ta’ daqs miftiehem, minbarra f’każi fejn hemm tnaqqis tad-domanda għall-elettriku l-aktar intensiva jew meta Stat Membru huwa konformi ma’ rekwiżit leġiżlattiv li jippubblika pjan direzzjonali li jindika kif se jilħaq l-għanijiet ta’ tnaqqis tas-CO2 sal-2050 mingħajr l-użu tas-CCS;

33.  Jitlob lill-Kummissjoni tanalizza u tippreżenta rapport dwar il-livell ta’ CCS li jkun jinħtieġ li jintuża sa ċerti dati ewlenin, pereżempju l-2030, sabiex is-CCS jagħti kontribut sinifikanti lill-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-2050;

Il-qbid u l-użu tal-karbonju

34.  Jilqa’ l-inizjattivi varji biex isir użu tas-CO2 b’modi li jitnaqqsu l-emissjonijiet globali fl-atmosfera u li jinħolqu prodotti alternattivi bħall-karburanti sostenibbli għat-trasport; jitlob, b’mod partikolari lill-Kummissjoni biex b’mod urġenti tevalwa l-potenzjal għall-użu sikur ta’ CO2 biex jitjieb l-irkupru taż-żejt u l-gass fl-UE;

o
o   o

35.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L140, 5.6.2009, p. 114.
(2) ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 75.


Pjan ta' Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika 2012-2020
PDF 273kWORD 97k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar Pjan ta' Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika 2012-2020 - Kura tas-saħħa innovattiva għas-seklu 21 (2013/2061(INI))
P7_TA(2014)0010A7-0443/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2012 intitolata ‘Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika 2012-2020 - Kura tas-saħħa innovattiva għas-seklu 21’ (COM(2012)0736),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-30 ta’ April 2004 bit-titolu (‘Is-Saħħa elettronika – intejbu l-kura tas-saħħa għaċ-ċittadini Ewropej: pjan ta' azzjoni għal Żona Ewropea ta' Saħħa Elettronika’) (COM(2004)0356),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 dwar l-interoperabbiltà transkonfinali tas-sistemi tar-rekords elettroniċi tas-saħħa (2008/594/KE),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-4 ta' Novembru 2008 bit-titolu ‘It-telemediċina għall-benefiċċju tal-pazjenti, tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u tas-soċjetà (COM(2008)0689),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura transkonfinali,

–  wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Istrateġiji tas-Saħħa Elettronika tal-Kummissjoni ta' Jannar 2011 intitolat ‘European countries on their journey towards national eHealth infrastructures’ (Il-pajjiżi Ewropej fi triqithom lejn infrastrutturi nazzjonali tas-saħħa elettronika) (1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0443/2013),

A.  billi l-aċċess ugwali għal kura tas-saħħa universali ta’ kwalità għolja hu rikonoxxut internazzjonalment – speċjalment fl-UE – bħala dritt fundamentali;

B.  billi l-aċċess għal sistema tal-kura tas-saħħa f'ħafna każijiet hu ristrett minħabba limitazzjonijiet finanzjarji jew reġjonali (pereżempju f'żoni b'densità ta' popolazzjoni baxxa), u s-sistemi tas-Saħħa elettronika jistgħu jiżvolġu rwol importanti fit-titjib dawn l-inugwaljanzi tas-saħħa;

C.  billi l-fiduċja tal-pazjenti fis-servizzi tal-kura tas-saħħa pprovduta lilhom hija kruċjali bil-għan li tiġi żgurata kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja;

D.  billi l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-azzjoni tal-Unjoni jeħtieġ li tikkumplementa l-politiki nazzjonali u tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni tal-kundizzjonijiet u l-mard fiżiċi u mentali u tbiegħed is-sorsi ta’ periklu għas-saħħa fiżika u mentali;

E.  billi, għaldaqstant, l-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-Saħħa elettronika tikkonsisti f’għajnuna lill-awtoritajiet kompetenti kollha fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew statali sabiex dawn jikkoordinaw l-isforzi tagħhom fil-livell nazzjonali u transkonfinali u appoġġ għall-azzjonijiet tagħhom fl-oqsma fejn l-intervent tal-UE jista’ jagħti valur miżjud, bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini;

F.  billi l-kriżi ekonomika timplika tnaqqis fil-baġits nazzjonali tal-kura tas-saħħa, li jimplika li għandhom jinstabu soluzzjonijiet biex tiżdied l-effiċjenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħhom;

G.  billi s-Saħħa elettronika għandha tkun mezz kost-effettiv u effiċjenti kif tingħata kura tas-saħħa lill-pazjenti filwaqt li timmira li tnaqqas l-ispejjeż mediċi tagħhom mingħajr ma tpoġġi piż żejjed fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali attwali;

H.  billi l-inugwaljanzi li jirriżultaw minħabba d-distakk diġitali se jestendu għal inugwaljanzi tal-kura tas-saħħa jekk l-aċċess għall-konnessjonijiet tal-internet b’veloċità għolja ma jittejjibx huma u jitkabbru s-servizzi tas-Saħħa elettronika;

I.  billi l-approċċi organizzattivi u kulturali fir-rigward ta' kif tingħata l-kura tas-saħħa bejn Stat Membru u ieħor ivarjaw, u dan hu element b'valur sinifikanti, b'mod partikolari fl-inkoraġġiment tal-innovazzjoni;

J.  billi qed niffaċċjaw tħassib multiplu dwar is-saħħa transkonfinali;

K.  billi qed tiżdied il-mobilità tal-pubbliku ġenerali fi ħdan is-sistemi tal-kura tas-saħħa ta’ pajjiżhom, u billi issa huwa iktar komuni li xi pazjenti jagħmlu trattamenti mediċi barra mill-pajjiż ta’ residenza tagħhom;

L.  billi l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali jistipula li azzjoni tal-Unjoni m’għandhiex taffettwa l-liġijiet u r-regolamenti fl-Istati Membri dwar l-użu tal-lingwi;

M.  billi ftit hemm benefiċċju għall-pazjenti li joqogħdu jirrepetu testijiet kliniċi bla bżonn meta r-riżultati tagħhom diġà jeżistu fir-rekords mediċi tagħhom u jistgħu jiġu aċċessati minn professjonisti tal-kura tas-saħħa li jitrattawhom f'postijiet oħra;

N.  billi t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni żviluppaw sa livell għaldaqstant avvanzat li jistgħu jintużaw fis-sistemi tas-Saħħa elettronika, u diġà jeżistru esperjenzi pożittivi ta’ dan f’diversi Stati Membri u f'pajjiżi madwar id-dinja, u dan jinvolvu diversi benefiċċji fil-livell nazzjonali, b'mod partikolari bħala mezz biex tissaħħaħ is-sikurezza tal-pazjenti, jiġi faċilitat approċċ olistiku għall-kura tal-pazjenti, jitrawwem l-iżvilupp tal-mediċina personalizzata u tiżdied l-effiċjenza – u għaldaqstant is-sostenibilità – tas-sistemi tal-kura tas-saħħa;

O.  billi madankollu, huwa meħtieġ aktar investiment fir-riċerka, l-iżvilupp, il-valutazzjoni u l-monitoraġġ biex jiġi żgurat li s-sistemi tas-Saħħa elettronika (inklużi l-applikazzjonijiet tal-mowbajl) iwasslu għal riżultati pożittivi;

P.  billi jeħtieġ li jkun hemm kollaborazzjoni bejn l-ispeċjalisti tal-ICTs, il-konsumaturi, il-pazjenti, il-persuni li jindukraw b’mod informali, u l-professjonisti tal-kura tas-saħħa b’mod ġenerali – u t-tobba b’mod partikolari – u l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika biex jaħdmu flimkien f'dan il-qasam;

Q.  billi inizjattivi u proġetti tas-saħħa elettronika ta’ suċċess bħall-epSOS jew l-inizjattiva tal-Bniedem Fiżjoloġiku Virtwali (“Virtual Physiological Human initiative”) urew il-valur kbir tas-soluzzjonijiet tas-Saħħa elettronika;

R.  billi għandha tingħata importanza lill-bażijiet tad-dejta (bħall-cloud computing) u lill-kwistjoni ta' fejn u kif se jinżammu, u billi s-sigurtà ta' bażijiet tad-dejta ta' dan it-tip għandha tkun prijorità;

S.  billi għandha tingħata prijorità lil kunsiderazzjonijiet legali u tal-protezzjoni tad-dejta relatati mas-Saħħa elettronika, u minħabba li d-dejta dwar is-saħħa tal-pazjenti hi ta' natura estremament sensittiva, jeħtieġ li l-protezzjoni tad-dejta tiġi bbilanċjata mal-aċċess għad-dejta u li jkun hemm ċarezza rigward ir-responsabilità;

T.  billi hemm ħtieġa ta’ oqfsa regolatorji rigward is-Saħħa elettronika fl-Istati Membri kollha;

U.  billi huma meħtieġa linji gwida tal-UE għall-professjonisti tas-saħħa dwar kif jużaw id-dejta tal-pazjenti b’mod korrett;

V.  billi jeħtieġ li jitrawwem l-użu ta' standards mal-UE kollha fit-tfassil tas-sistemi tas-Saħħa elettronika, u li dawn tal-aħħar ikunu interoperabbli fid-diversi Stati Membri biex tkun żgurata l-effikaċja tagħhom fuq skala Ewropea u transkonfinali, filwaqt li jkun żgurat ukoll li l-azzjonijiet ta' standardizzazzjoni jfittxu biss li jiżguraw l-interoperabilità u ma jirriżultawx f'sitwazzjoni fejn parti waħda jkollha pożizzjoni monopolistika;

W.  billi mhux iċ-ċittadini u l-professjonisti fis-settur tas-saħħa kollha għandhom l-opportunità li jużaw għodod tal-IT jew il-ħiliet meħtieġa biex jibbenefikaw mis-servizzi tas-Saħħa elettronika;

X.  billi, b'konsegwenza, u biex jipprovdu lill-atturi kollha bl-għarfien u bil-ħiliet meħtieġa biex jinvolvu rwieħhom fis-Saħħa elettronika,

   il-professjonisti involuti fil-kura tas-saħħa għandhom jingħataw taħriġ vokazzjonali (inkluż bħala parti mill-iżvilupp professjonali kontinwi tagħhom) fl-użu tal-ICTs applikati fis-sistemi tal-kura tas-saħħa, u,
   il-pazjenti u dawk li jindukraw informalment għandhom jiġu provduti b'assistenza fl-użu tal-ICTs applikati fis-sistemi tal-kura tas-saħħa;

Y.  billi, minħabba l-istennija tal-għomor itwal u s-sensittività tal-ġeneru ta' ċertu mard, in-nisa jintlaqtu minn mard kroniku u diżabilitanti b’rata ogħla mill-irġiel;

Z.  billi l-pazjenti b’mard kroniku jeħtieġu approċċ multidixxiplinari;

AA.  billi s-soluzzjonijiet tas-Saħħa elettronika għandhom il-potenzjal li jżidu l-benesseri tal-pazjenti - speċjalment kroniċi - għax huwa iktar faċli li tingħatalhom il-kura fid-dar;

1.  Jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika 2012-2020: Kura tas-saħħa innovattiva għas-seklu 21, li taġġorna l-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika adottat fl-2004 billi tistabbilixxi aktar azzjonijiet, speċjalment fir-rigward tat-titjib tal-aċċess għal servizzi tas-saħħa, it-tnaqqis tal-ispejjeż tas-saħħa u billi tiżgura aktar ugwaljanza fost iċ-ċittadini Ewropej; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli taħdem lejn l-adozzjoni kompluta tas-Saħħa elettronika fl-UE kollha;

2.  Iqis li, bin-nuqqasijiet kollha tagħha, is-Saħħa elettronika għandha potenzjal kbir u tista’ tkun ta’ benefiċċju għall-professjonisti involuti fil-kura tas-saħħa, il-pazjenti u dawk li jindokraw informalment u l-awtoritajiet kompetenti nfushom;

3.  Jindika l-possibilitajiet ta' applikazzjonijiet tas-Saħħa elettronika li jippermettu politiki tal-kura tas-saħħa deċentralizzati f’livell reġjonali jew lokali, u biex jadattaw il-politiki tal-kura tas-saħħa għall-ħtiġijiet u d-differenzi lokali;

4.  Iqis li l-provvediment tal-għodod meħtieġa għall-użu ta' dejta pubblika f’ħin reali se jiffaċilita komprensjoni aqwa tar-riskji u l-benefiċċji, it-tbassir ta’ avvenimenti negattivi u titjib fl-effiċjenza tal-valutazzjonijiet tat-teknoloġiji tas-saħħa;

5.  Jenfasizza li l-applikazzjonijiet tas-Saħħa elettronika jridu jkunu aċċessibbli għal kulħadd u li, fl-iżvilupp ta' kwalunkwe prodott jew applikazzjoni ta' software, l-aċċessibilità għandha tkun kondizzjoni mandatarja, biex tiġi prevenuta kwalunkwe inugwaljanza rigward l-aċċess;

6.  Jirrakkomanda li jittieħdu l-passi meħtieġa biex jingħalaq id-distakk diġitali bejn ir-reġjuni differenti tal-Istati Membri u biex ikun żgurat li l-aċċess għas-servizzi tas-Saħħa elettronika u l-użu tagħhom ma jsirx għajn ta' inugwaljanza soċjali jew territorajli, biex huma jibbenefikaw b'mod indaqs liċ-ċittadini kollha tal-UE, jilħqu pazjenti li mhumiex familjari mat-teknoloġiji tal-ICT kif ukoll dawk li altrimenti jkunu esklużi jew mhux moqdija biżżejjed mis-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa.

7.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw aċċess indaqs għan-nisa fil-qasam tas-Saħħa elettronika, mhux biss bħala pazjenti iżda wkoll bħala dawk li jindukraw (professjonali u mhumiex), bħala speċjalisti tal-ICT u bħala dawk li jfasslu l-politiki; jenfasizza l-fatt li n-nisa huma involuti fil-livelli kollha tas-settur tas-saħħa tul ħajjithom kollha;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ u tippromwovi s-servizzi tas-saħħa elettronika mfassla għal dawk li jindokraw lill-oħrajn (b'mod informali) fil-familja, sabiex jingħataw appoġġ fil-kompiti tagħhom ta’ indokrar li sikwit ikunu tqal u sabiex ikunu jistgħu joffru l-aħjar kura possibbli;

9.  Jindika li l-adozzjoni ta' 'kultura ta' Saħħa elettronika' mill-professjonisti tal-kura tas-saħħa hija importantissma, bħalma hu importanti l-ħolqien tal-kundizzjonijiet li jwasslu biex il-pazjenti jingħataw setgħa ta' azzjoni u jkollhom fiduċja fis-Saħħa elettronika;

10.  Jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza tat-tisħiħ tar-rwol tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa, u tal-pazjenti u organizzazjonijiet tal-pazjenti, fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tas-Saħħa elettronika;

11.  Jenfasizza, b'mod partikolari, il-ħtieġa li jkun żgurat li l-pazjenti jkollhom il-possibilità li jikkonsultaw u jużaw informazzjoni li tikkonċerna lil saħħithom, u jitlob, għaldaqstant lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-pazjenti jkunu litterati fis-saħħa biex jingħata lok għal implimentazzjoni effettiva tal-għodod tas-Saħħa elettronika;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-kompetenza diġitali u lit-taħriġ tekniku biex jiġi żgurat li l-għodod tas-Saħħa elettronika, b’mod speċjali t-telemediċina, ikunu ġenwinament effettivi u aċċessibbli għall-popolazzjoni kollha kemm hi;

13.  Iqis b'dispjaċir, speċjalment fid-dawl tal-kriżi tal-kompetittività attwali fl-Unjoni, it-tnaqqis propost għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-broadband u s-servizzi diġitali; jittama li l-finanzjament għal dan il-qasam fl-ambitu tal-inizjattiva Orizzont 2020 jinżamm; iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħmlu użu effettiv mill-fondi tal-UE għall-finanzjament tas-Saħħa elettronika, mingħajr ma jnaqqsu l-fondi għas-servizzi tas-saħħa tradizzjonali jew jagħlqu sptarijiet tal-komunità, pereżempju, u jaqsmu bejniethom l-għarfien dwar is-saħħa;

14.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu r-riżorsi ekonomiċi, umani u materjali meħtieġa biex jiżguraw li l-aċċess u l-użu tas-servizzi tas-Saħħa elettronika ma jżidux l-inugwaljanzi territorjali fl-aċċess għas-servizzi tal-ICT eżistenti.

15.  Iħeġġeġ b'mod partikolari lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri biex jagħmlu użu sħiħ mill-fondi strutturali tal-UE biex itejbu l-konnettività tal-internet u jnaqqsu d-distakk diġitali;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa dawn l-isforzi permezz tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, tiffaċilita l-użu ta' dawn il-fondi għal dan l-iskop, filwaqt li tipprovdi linji gwida ċari dwar il-finanzjament biex b'mod dirett tappoġġa s-setturi tal-ICT u tas-saħħa, u biex tinvolvi ruħha aktar mal-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet biex tħeġġeġ l-immappjar tal-broadband.

17.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw għodod ġodda tas-Saħħa elettronika li jkunu aċċessibbli u faċli biex jintużaw għall-anzjani u għall-persuni b’diżabilità;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi soluzzjonijiet tas-Saħħa elettronika għan-nisa iżolati, mhux biss dawk li jgħixu f'żoni remoti iżda wkoll nisa li ma joħorġux minn djarhom li m'għandhomx il-mobilità meħtieġa u/jew netwerk ta' appoġġ (soċjali) għas-sostenn tas-saħħa u l-benessri tagħhom;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu rwol ewlieni f’li jgħaqqdu flimkien il-partijiet interessati differenti biex jaqsmu l-esperjenzi u l-aħjar prattiki;

20.  Jitlob, fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, biex tiġi stabbilita pjattaforma għall-kollaborazzjoni fir-riċerka bejn il-pazjenti, l-akkademja, l-industrija u l-professjonisti sabiex jiġi żgurat it-twassil ta’ politika tas-Saħħa elettronika effettiva u li tinkludi kollox.

21.  Jindika li l-iżvilupp tal-applikazzjonijiet tas-Saħħa elettronika, inklużi l-użu u l-użu mill-ġdid tad-dejta tas-saħħa, jeħtieġ miżuri dwar il-kunfidenzjalità, il-protezzjoni tad-dejta, ir-responsabilità u r-rimborż biex ikun żgurat li dejta sensittiva tiġi mħarsa mill-hacking, bejgħ illegali tad-dejta u forom oħra ta' abbuż; jilqa', f'dan ir-rigward, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal studju fir-rigward tal-aspetti legali tas-servizzi tas-Saħħa elettronika;

22.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippreżentaw linji gwida u proposti leġiżlattivi li jindirizzaw il-lakuni ġuridiċi li jeżistu attwalment, b'mod partikolari fil-qasam tar-responsabilitajiet u l-obbligazzjoni, u biex tkun żgurata applikazzjoni effettiva tas-sistema tas-Saħħa elettronika fl-UE;

23.  Iħeġġeġ b'mod partikolari lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproċedu bil-linji gwida u l-leġiżlazzjoni dwar il-kunsiderazzjonijiet legali u tal-protezzjoni tad-dejta relatati mas-Saħħa elettronika, b'mod partikolari l-leġiżlazzjoni li tippermetti l-kondiviżjoni, l-ipproċessar u l-analiżi sikuri tad-dejta, biex ikun hemm bilanċ bejn il-protezzjoni tad-dejta u l-aċċess għaliha.

24.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw governanza tajba fl-operazzjonijiet relatati mal-informazzjoni dwar is-saħħa fuq l-internet;

25.  Jenfasizza l-ħtieġa li t-tobba, professjonisti oħra involuti fil-kura tas-saħħa, il-pazjenti u dawk li jindokraw informalment jiġu provduti b'assistenza u taħriġ kontinwu u speċjalizzat fis-Saħħa elettronika biex jgħinuhom jiżviluppaw il-litteriżmu diġitali tagħhom u jagħmlu l-akbar użu mis-servizzi tal-Saħħa elettronika mingħajr ma jżidu l-inugwaljanzi soċjali jew territorjali;

26.  Jemmen li l-assistenza u t-taħriġ għandhom jipprijoritizzaw

   1) it-taħriġ fl-użu ta' strumenti tal-IT u t-taħriġ fis-saħħa diġitali, filwaqt li l-ħiliet relevanti għal professjonisti tas-saħħa jiġu aġġornati; għal dan l-għan, l-istudenti u l-professjonisti ġodda għandhom jingħataw kurrikuli aġġornati dwar is-Saħħa elettronika;
   2) fil-livell nazzjonali u transkonfinali, il-litteriżmu fl-IT u s-sensibilizzazzjoni tas-servizzi tas-Saħħa elettronika għall-pazjenti.

27.  Jirrakkomanda li jitqiesu l-fehmiet tat-tobba u ta' professjonisti oħra involuti fil-kura tas-saħħa, flimkien ma' dawk tal-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, mhux biss fl-iżvilupp tal-applikazzjonijiet tas-Saħħa elettronika iżda wkoll fl-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tagħhom;

28.  Jenfasizza l-importanza li tinżamm dimensjoni umana fil-kura tas-saħħa, speċjalment fil-kuntest ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ u li għalhekk qed isir kulma jmur aktar diffiċli li ssir distinzjoni bejn l-aspetti mediċi u dawk soċjali; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li t-teknoloġiji tas-Saħħa elettronika ma jsirux sostitut għar-relazzjoni ta’ fiduċja bejn il-pazjenti u l-professjonisti tal-kura (tas-saħħa) tagħhom;

29.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jagħmlu kampanji ta’ qawmien ta’ kuxjenza u taħriġ dwar il-litteriżmu fl-IT (li jqisu l-inugwaljanzi soċjali u territorjali) biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ għarfien u fiduċja fost il-pazjenti, il-pubbliku ġenerali u l-professjonisti tal-kura tas-saħħa; jemmen li dawn il-kampanji jridu jkunu mfassla biex ikunu adatti għall-gruppi soċjali li jkunu qed jindirizzaw, għax hu kruċjali li ċ-ċittadini jinżammu infurmati u jipparteċipaw attivament fl-iżvilupp effettiv ta' mudelli ġodda ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa;

30.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-kooperazzjoni fil-qasam tas-Saħħa elettronika fil-livell nazzjonali, reġjonali u transkonfinali, b’tali mod li l-pajjiżi l-aktar avvanzati f’dan il-qasam jgħaddu l-għarfien tagħhom lill-pajjiżi b’inqas esperjenza;

31.  Jistieden lill-Istati Membri jaqsmu l-esperjenzi, l-għarfien u l-prattiki tajba tagħhom, u jikkollaboraw bejniethom, mal-Kummissjoni u l-partijiet interessati, biex tikber l-effikaċja tas-sistemi tas-Saħħa elettronika ffokati fuq il-pazjenti;

32.  Jenfasizza li, għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom ikomplu jikkollaboraw permezz ta' pjattaformi elettroinċi li jippermettulhom li jaqsmu l-prattiki tajba dwar sistemi u soluzzjonijiet tas-Saħħa elettronika, u li kemm il-Kummissjoni u kemm l-Istati Membri t-tnejn għandhom jappoġġaw il-konnessjoni bejn il-proġetti differenti ta' Saħħa elettronika fl-UE;

33.  Jenfasizza l-potenzjal tal-applikazzjonijiet għall-apparat tal-mowbajl għall-pazjenti, speċjalment għal dawk b’mard kroniku, u jħeġġeġ l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet utli u orjentati speċifikament fuq is-saħħa, b’kontenut medikament ivverifikat;

34.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq “pjan ta’ azzjoni tas-Saħħa mobbli” għall-apparat tal-mowbajl, li għandu jinkludi linji gwida dwar is-sorveljanza tas-suq tal-applikazzjonijiet tas-Saħħa mobbli biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dejta u l-affidabilità tal-informazzjoni tas-saħħa pprovduta, u li dawn l-applikazzjonijiet jiġu żviluppati taħt skrutinju mediku xieraq;

35.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw standards dwar l-applikazzjonijiet għall-apparat tal-mowbajl relatati mas-saħħa biex tiġi żgurata l-eżattezza tal-informazzjoni trażmessa, u jiġi rimedjat in-nuqqas ta’ ċarezza legali u trasparenza fl-użu tad-dejta miġbura minn applikazzjonijiet bħal dawn;

36.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jaħdmu permezz ta' proġetti pilota, bħal epSOS u ‘Tiġdid tas-saħħa’, u/jew l-inizjattiva tal-Bniedem Fiżjoloġiku Virtwali (“Virtual Physiological Human initiative”) biex tiġi żviluppata l-interoperabilità pan-Ewropea, u biex ikomplu jiġu appoġġati soluzzjonijiet innovattivi għal kura ċċentrata fuq il-persuna, inkluż immudellar avvanzat u simulazzjonijiet, meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet tal-mediċina li tbassar u tkun personalizzata;

37.  Jisħaq li l-organizzazzjoni tas-sistemi tal-kura tas-saħħa taqa’ fil-kompetenza tal-awtoritajiet tal-Istati Membri; iħeġġeġ, madankollu, lill-Kummissjoni tkompli taħdem mal-professjonisti tal-kura tas-saħħa, l-assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, il-partijiet interessati ewlenin oħra u l-awtoritajiet kompetenti meta tfassal l-oqsfa tal-politika tagħha u tindirizza l-prijoritajiet konflinġenti fis-Saħħa elettronika, filwaqt li tiftakar li l-prijorità ewlenija hi l-aċċess tal-pazjenti għal sistema tal-kura tas-saħħa effettiva u bi prezz li jintlaħaq;

38.  Jenfasizza li s-Saħħa elettronika toħloq impjiegi ġodda fil-mediċina, fir-riċerka u fis-servizzi relatati mas-saħħa, u, f’dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jagħmlu użu mill-fondi tal-UE biex jiffinanzjaw programmi għas-Saħħa elettronika u t-theddid transkonfinali għas-saħħa;

39.  Jistieden lill-Istati Membri, minħabba li l-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika għandu l-għan li joħloq opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda fis-setturi tar-riċerka, is-saħħa, il-mediċina u l-ICT, jagħtu attenzjoni partikolari lill-bilanċ tal-ġeneri fl-edukazzjoni, it-taħriġ u r-reklutaġġ f’dawn is-setturi kollha;

40.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw mudelli ta’ finanzjament sostenibbli għas-servizzi tas-Saħħa elettronika fil-baġits nazzjonali tas-saħħa, u biex jikkonsultaw ma’ partijiet interessati oħra bħall-fondi tal-assigurazzjoni tas-saħħa, l-istituzzjonijiet nazzjonali tas-saħħa, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti meta tagħmel dan;

41.  Jenfasizza l-fatt li l-innovazzjonijiet fil-qasam tas-Saħħa elettronika joħolqu opportunitajiet kummerċjali u jikkontribwixxu għat-tkabbir fil-futur;

42.  Jenfasizza li jeħtieġ tiżdied ir-riċerka fis-sistemi tas-Saħħa elettronika, iżda dan għandu jsir b'mod li n-nefqa fuq ir-riċerka ma jkollhiex impatt dirett fuq kemm jiswa s-servizz provdut;

43.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiddedika riżorsi għas-Saħħa elettronika fi ħdan il-programmi futuri ta’ qafas tar-riċerka u l-iżvilupp;

44.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi garantit appoġġ xieraq għall-SMEs, sabiex jiġi żgurat ambjent b’kundizzjonijiet ekwi fis-settur tas-Saħħa elettronika, tingħata spinta lill-aċċess tal-SMEs għas-suq f’dan il-qasam u jiġi żgurat li jikkontribwixxu għall-koeżjoni soċjali u territorjali;

45.  Jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni tappoġġa u tiffaċilita l-proġetti tal-SMEs tas-Saħħa elettronika billi tistabbilixxi linji gwida dwar is-suq tas-Saħħa elettronika u ttejjeb il-kooperazzjoni bejn l-SMEs fuq in-naħa l-waħda, u l-partijiet interessati, il-korpi tar-riċerka u l-iskemi ta' assigurazzjoni tas-saħħa, fuq in-naħa l-oħra, biex toħloq innovazzjoni għall-fornituri tal-kura tas-saħħa.

46.  Jenfasizza li fir-rigward tal-iżvilupp ta' għodod tal-ICT min-naħa tal-SMEs, hi meħtieġa t-trasparenza u l-kompetizzjoni biex ikunu żgurati prezzijiet li jintlaħqu għall-għodod tas-Saħħa elettronika.

47.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw standards tad-dejta għall-ġbir, il-kondiviżjoni u r-rappurtar dwar kwistjonijiet transkonfinali relatati mas-saħħa;

48.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien mal-pazjenti u ma' partijiet interessati relevanti oħra bl-għan li jidentifikaw għodod u mudelli tas-saħħa elettronika biex jappoġġaw l-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/24/UE li jittratta l-iżvilupp tan-netwerks ta’ referenza Ewropej bejn dawk li jipprovdu l-kura tas-saħħa u ċ-ċentri ta’ għarfien espert;

49.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jaħdmu fuq l-implimentazzjoni tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2011/24/UE dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali, bl-għan li jiġi stabbilit netwerk tas-Saħħa elettronika;

50.  Jistieden lill-Kummissjoni tippermetti s-sħubija tal-awtoritajiet reġjonali kollha li huma kompetenti għall-applikazzjonijiet tas-Saħħa elettronika fin-Netwerk tas-Saħħa elettronika stabbilit permezz tad-Direttiva 2011/24/UE;

51.  Jenfasizza l-ħtieġa ta’ kodiċi ta’ prattika etika għall-attivitajiet transkonfinali mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tas-sussidjarjetà;

52.  Jenfasizza li huwa essenzjali għall-pazjenti li jkunu jistgħu jaċċessaw id-dejta personali tas-saħħa tagħhom; jenfasizza li l-pazjenti, li jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel għall-użu ta' din id-dejta, għandhom dejjem jiġu infurmati, b'mod ċar u trasparenti, dwar kif qed tiġi proċessata;

53.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japplikaw l-istandards dwar l-ipproċessar tad-dejta personali relatata mas-saħħa stabbiliti fil-proposta għal regolament dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u l-moviment liberu ta’ din id-dejta, ladarba jidħol fis-seħħ;

54.  Jindika l-ħtieġa li jintużaw standards internazzjonali kemm fl-immudellar tal-informazzjoni kif ukoll fl-iskambju tagħha fl-Istati Membri kollha, biex jiġu żviluppati kodiċijiet internazzjonali għall-professjonisti tas-Saħħa elettronika u jiġu armonizzati d-definizzjonijiet relevanti;

55.  Jilqa’, f’dan ir-rigward, il-kollaborazzjoni internazzjonali li għaddejja bħalissa mal-WHO u l-OECD;

56.  Jilqa’ l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar is-Saħħa elettronika, ikkaratterizzata minn kollaborazzjoni kontinwa bħalma hi dik żviluppata fil-kuntest tal-Memorandum ta’ Qbil dwar il-kooperazzjoni rigward l-informazzjoni tas-saħħa u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni, inklużi, b’mod partikolari, il-pjan direzzjonali tal-KE-HHS żviluppat b’mod konġunt għall-iżvilupp ta’ standards ta’ interoperabilità rikonoxxuti internazzjonalment u tl-ispeċifikazzjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-interoperabilità għas-sistemi ta’ informazzjoni tas-Saħħa elettronika;

57.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati l-istandardizzazzjoni teknika u l-interoperabilità ta' soluzzjonijiet li jiffunzjonaw bl-ICT u tal-iskambji tad-dejta fil-livelli kollha tas-sistemi tal-kura tas-saħħa Ewropej, filwaqt li jiġu żviluppati linji gwida għall-interoperabilità mal-UE kollha ta' dawn is-sistemi;

58.  Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-interoperabilità bejn l-applikazzjonijiet ta' software użati mill-pazjenti u mit-tobba, rispettivament, sabiex jinkisbu riżultati aħjar u tittejjeb il-komunikazzjoni;

59.  Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi Qafas ta’ Interoperabbiltà dwar is-Saħħa elettronika sal-2015 u jqis li dan hu pass importanti ħafna lejn l-għoti ta’ setgħa ta' azzjoni lill-pazjenti fis-Saħħa elettronika; iqis li hu importanti li f’dan il-Qafas jiġu inklużi l-ħolqien ta’ rappurtar standardizzat għar-rekords mediċi kif ukoll appoġġ għall-iżvilupp ta’ apparat mediku, inkluża karatteristika ta’ ħażna elettronika awtomatika tar-rekords mediċi;

60.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li d-diversità kulturali u lingwistika tal-Unjoni Ewropea tiġi rispettata b’mod sħiħ fir-rigward tal-istandardizzazzjoni teknika u l-interoperabilità tas-sistemi tal-kura tas-saħħa Ewropej;

61.  Jitlob biex jiġu żviluppati għodod tas-Saħħa elettronika mhux biss abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet teknoloġiċi u finanzjarji, iżda wkoll fuq l-effikaċja tagħhom u s-siwi tagħhom f’dak li hu titjib tar-riżultati tas-saħħa u l-kwalità tal-ħajja, u jenfasizza li l-għan ewlieni tal-iżvilupp ta' tali għodod għandu jkun l-aħjar interessi tal-pazjenti, inklużi l-anzjani u l-pazjenti b’diżabilità;

62.  Jistieden lill-Istati Membri ħalli, meta meta jkunu qed jippromwovu l-pjan, jenfasizzaw l-importanza tal-bilanċ tal-ġeneri;

63.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu approċċ bilanċjat fir-rigward tal-ġeneri għall-kura tas-saħħa u l-mediċina u, waqt l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika, iqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa u l-bniet bħala benefiċjarji tal-kura tas-saħħa;

64.  Jenfasizza l-importanza tal-istħarriġ globali fil-bini tal-evidenza fir-rigward tas-Saħħa elettronika;

65.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), jiġbru data diżaggregata skont il-ġeneru dwar sejbiet inizjali rigward l-aċċessibilità u l-impatt ta’ sistemi u għodda tas-Saħħa elettronika, u jitlob li jittieħdu passi għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni tas-Saħħa elettronika;

66.  Ifakkar fil-ħtieġa li l-Pjan ta’ Azzjoni futur dwar is-Saħħa elettronika jiżgura l-prinċipji ewlenin li ġejjin:

   li jiġi ottimizzat l-infiq fil-kura tas-saħħa fi żminijiet ta’ kriżi ekonomika;
   li jissaħħu u jiġu promossi l-applikazzjonijiet u s-soluzzjonijiet għall-iżvilupp tas-suq;
   li tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ informazzjoni tal-kura tas-saħħa u tal-isptarijiet;

67.  Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika kull sentejn analiżi tal-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika fl-Istati Membri individwali, fejn turi kif din l-għodda ġiet immodifikata b’modi innovattivi sabiex tagħti liċ-ċittadini sistemi tal-kura tas-saħħa effiċjenti u, fid-dawl ta' dan, tistabbilixxi, fil-livell nazzjonali u f'dak tal-Unjoni, indikaturi effettivi għall-kejl tal-progress u tal-impatt tal-azzjonijiet ippjanati, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lil diskriminazzjoni potenzjali jew inugwaljanzi fl-aċċess li jistgħu jaffettwaw lill-konsumaturi u lill-pazjenti.

68.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Istati Membri.

(1) http://www.ehealth-strategies.eu/report/eHealth_Strategies_Final_Report_Web.pdf


Il-kriżi alimentari, il-frodi fil-katina alimentari u l-kontroll tagħha
PDF 418kWORD 104k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar il-kriżi alimentari, il-frodi fil-katina alimentari u l-kontroll tagħha (2013/2091(INI))
P7_TA(2014)0011A7-0434/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pjan ta’ azzjoni b’ħames punti(1) ppreżentat mill-Kummissjoni f’Marzu tal-2013 wara l-iskoperta ta’ netwerk kbir ta’ frodi fejn il-laħam taż-żiemel kien qed jiġi mgħoddi bħala laħam taċ-ċanga,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benessri tal-annimali,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Ikel u jistabilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimal, dwar is-saħħa tal-pjanti, dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti, [u] dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (COM(2013)0265),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-11 ta’ Ottubru 2012 dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess f'erba’ aġenziji tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0434/2013),

A.  billi l-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-UE dwar l-ikel, skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002, jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni ta' ikel mhux sikur kif ukoll prattiki frodulenti, l-adulterazzjoni ta’ ikel u kwalunkwe prattika oħra li tista' tqarraq bil-konsumatur;

B.  billi r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-projbizzjoni ta' reklamar u prattiki ta' tikkettar qarrieqa;

C.  billi l-qafas regolatorju fis-seħħ tal-UE dwar is-sikurezza tal-ikel u l-katina alimentari s'issa pprovda livell għoli ta’ sikurezza tal-ikel għall-konsumaturi tal-UE; billi l-leġiżlazzjoni attwali madankollu għadha fraġli u mhux dejjem tista' torbot fuqha, u għalhekk teżisti l-ħtieġa ta' titjib prattiku;

D.  billi, fl-istess ħin, każijiet reċenti ta’ frodi alimentari dgħajfu l-fiduċja tal-konsumatur fil-katina alimentari, u dan ħalla impatt negattiv fuq is-settur agroalimentari, minħabba li dawn l-iskandli jagħmlu ħsara lid-dehra ġenerali ta’ dan is-settur ewlieni fl-ekonomija tal-UE; billi huwa importanti ħafna li tiġi akkwistata mill-ġdid il-fiduċja tal-konsumatur fil-prodotti agroalimentari Ewropej, kemm fl-UE u kemm lil hinn mill-fruntieri tagħha; billi jeħtieġ li jkun enfasizzat il-fatt li l-parti l-kbira tal-prodotti agroalimentari Ewropej huma ta’ kwalità eċċellenti u għalhekk ħaqqhom li jkunu rikonoxxuti fil-livell internazzjonali;

E.  billi t-trasparenza hija komponent ewlieni tal-approċċ adottat mill-Kummissjoni u l-Istati Membri lejn il-kontrolli tas-sikurezza tal-ikel;

F.  billi s-settur agroalimentari huwa wieħed mill-ikbar setturi ekonomiċi fl-UE, li jipprovdi 48 miljun impjieg u għandu valur ta' EUR 715 biljun fis-sena;

G.  billi l-każijiet individwali ta’ frodi alimentari għandhom impatt negattiv fuq id-dehra tas-settur agroalimentari kollu;

H.  billi l-liġi tal-UE dwar l-ikel hija dettaljata ħafna fir-rigward tas-sikurezza tal-ikel u tinkludi kontrolli u testijiet għal residwi u kontaminazzjonijiet oħrajn tal-ikel u l-għalf, iżda, billi ma hemm l-ebda qafas fis-seħħ li b’mod speċifiku għandu fil-mira l-frodi alimentari għajr l-istipulazzjoni ġenerali li l-konsumaturi ma jistgħux jiġu mqarrqa;

I.  billi jeżistu wkoll problemi fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali u teżisti ħtieġa li jkun hemm iktar kontrolli uffiċjali effettivi fuq l-ikel miksub mill-annimali f’kull stadju tal-katina alimentari;

J.  billi ma teżisti l-ebda statistika dwar l-inċidenza ta’ frodi alimentari fl-UE, u billi l-Kummissjoni għadha kif identifikat reċentement il-frodi alimentari bħala qasam ġdid ta’ azzjoni;

K.  billi l-każijiet reċenti ta' frodi jinkludu pereżempju l-kummerċjalizzazzjoni ta' laħam taż-żiemel bħala laħam taċ-ċanga u l-kummerċjalizzazzjoni ta' laħam minn żwiemel ittrattati bil-fenilbutażon mgħoddi bħala laħam taż-żiemel tajjeb għall-ikel, il-kummerċjalizzazzjoni ta' dqiq ordinarju bħala dqiq organiku, bajd minn tiġieġ mrobbija f'batteriji bħala bajd organiku, melħ tat-triq bħala melħ tal-ikel, l-użu ta' alkoħol kontaminat mill-metanol fl-ispirti, l-użu ta' xaħam kontaminat bid-diossina fil-produzzjoni tal-għalf tal-annimali u tikettar żbaljat ta' speċi ta' ħut u prodotti tal-frott tal-baħar;

L.  billi l-frodi alimentari ġeneralment isseħħ fejn il-potenzjal li jitwettaq frodi alimentari u t-tentazzjoni għal dan huma għoljin u r-riskju li wieħed jinqabad u li jingħata sanzjonijiet huwa baxx;

M.  billi l-katina tal-provvista alimentari hija ħafna drabi twila u kumplessa u tinvolvi ħafna operaturi ta’ negozji tal-ikel u partijiet oħra; billi l-konsumaturi qed ikunu dejjem inqas konxji dwar il-mod kif qed jiġi prodott l-ikel tagħhom filwaqt li l-operaturi individwali ta' negozji tal-ikel mhux dejjem ikollhom jew jeħtiġilhom ikollhom stampa ġenerali tal-katina alimentari sħiħa;

N.  billi l-frodi fuq skala enormi tal-ikliet tal-laħam taż-żiemel fl-Ewropa kollha huwa s-sintomu ta’ sistema ta’ provvista globalizzata inkontrollabli, ta’ produzzjoni agroalimentari bi prezzijiet imnaqqsa u ta’ sistema ta' tikkettar mhux kompluta;

O.  billi l-kummerċjanti u l-intermedjarji fil-katina alimentari mhumiex dejjem reġistrati u ċċertifikati bħala operaturi ta’ negozji tal-ikel; billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri spiss ma jkunux ċerti min-numru ta’ kummerċjanti mhux reġistrati li huma attivi;

P.  billi wara każijiet ta’ frodi alimentari serji, l-operaturi frodulenti ta' negozji tal-ikel li jkunu nstabu ħatja ta’ reat ta’ frodi xi drabi ma jitħallewx ikomplu joperaw mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; billi dawn in-negozji ftit wara jerġgħu jirreġistraw x’imkien ieħor u jkomplu n-negozju tagħhom bħal qabel; billi l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar negozji li jkunu nstabu ħatja ta’ frodi jista’ jtejjeb il-monitoraġġ ta’ dawn in-negozji sabiex ma jitħallewx iwettqu attivitajiet frodulenti ġodda;

Q.  billi r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġi tal-UE dwar l-ikel hija tal-Istati Membri u billi l-infurzar u l-kontroll huma għalhekk limitati l-aktar fil-livell nazzjonali, u b’riżultat ta’ dan, il-ħarsa ġenerali transfruntiera fl-UE hija limitata jew inkella lanqas biss teżisti;

R.  billi l-awtoritajiet nazzjonali għandhom it-tendenza li jiffukaw il-kontrolli tagħhom fuq is-sikurezza tal-ikel u ma jagħmlux il-frodi alimentari bħala prijorità, spiss minħabba nuqqas ta’ kapaċità u riżorsi;

S.  billi l-awtoritajiet kompetenti ta’ xi Stati Membri għandhom unitajiet tal-pulizija speċjalizzati biex jiġġieldu kontra l-frodi alimentari; billi l-kontrolli f’xi Stati Membri huma delegati parzjalment lil korpi privati tal-kontroll; billi f’xi Stati Membri oħra l-kontrolli jitwettqu kompletament mill-awtoritajiet kompetenti;

T.  billi s-Sistema ta’ Twissija Bikrija għall-Ikel u l-Għalf hija għodda utli għall-iskambju rapidu ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, pereżempju fil-każ tal-frodi reċenti fil-laħam taż-żiemel;

U.  billi l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO) tal-Kummissjoni huwa responsabbli għall-kontroll tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ kwalità u ta’ sikurezza tal-ikel tal-UE, u billi l-awditjar tiegħu jitħabbar tipikament bil-quddiem u jitħejja flimkien mal-awtoritajiet kompetenti; billi l-għadd ta' awditi kull sena huwa ristrett mill-kapaċità limitata tal-FVO; billi l-FVO indika li attwalment mhuwiex mgħammar jew imħarreġ biex jiffoka fuq il-frodi alimentari;

V.  billi t-twissijiet dwar iż-żieda fin-numru ta’ żwiemel maqtula f’ċerti Stati Membri kienu injorati totalment mill-awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari mill-FVO;

W.  billi l-Europol osserva żieda fin-numru ta’ każijiet ta’ frodi alimentari u jistenna li din it-tendenza tkompli, flimkien mal-involviment dejjem jikber ta’ organizzazzjonijiet kriminali fil-frodi alimentari;

X.  billi s-sistema ta’ informazzjoni tal-Europol tista’ tintuża mill-Istati Membri biex jikkondividu informazzjoni dwar investigazzjonijiet transfruntieri; billi l-Europol jista’ jassisti lill-Istati Membri biss bil-kompetenza, l-għodda analitika u l-bażijiet ta' data tiegħu, fuq talba tagħhom; billi fil-każ ta’ frodi fil-laħam taż-żiemel, għall-ewwel l-Istati Membri kienu qed isibuha bi tqila biex jaħdmu mal-Europol;

Y.  billi mill-2011, il-Europol wettaq b’suċċess bosta operazzjonijiet OPSON fuq prodotti tal-ikel iffalsifikati u ta’ standard baxx; billi f’dawn l-operazzjonijiet il-Europol jikkoopera mal-Interpol, l-awtoritajiet tal-Istati Membri, pajjiżi mhux tal-UE kif ukoll ma’ sħab privati;

Z.  billi t-tikkettar tal-pajjiż jew tal-post tal-oriġini tal-laħam u tal-prodotti tal-laħam fih innifsu ma jevitax il-frodi; billi l-oriġini ta’ prodott tal-ikel f’ċerti każijiet jiddetermina parzjalment il-prezz tal-prodott tal-ikel;

AA.  billi l-konklużjoni tal-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles attwalment previsti mill-UE tista’ twassal biex iddgħajjef il-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel;

AB.  billi għandu jsir sforz ġdid sabiex il-frodi tiġi kkunsidrata f’kuntest ekonomiku kkaratterizzat mill-kriżi finanzjarja dinjija u minn dumping soċjali kemm fl-UE u kemm lil hinn mill-fruntieri tagħha;

AC.  billi l-prattiki ta’ kummerċ iservu biex titnaqqas drastikament il-kwalità, is-sikurezza u t-trasparenza u għandhom impatt fuq il-marġini tal-qligħ tas-settur kollu;

AD.  billi l-prattiki ta’ distribuzzjoni u l-użu ta’ intermedjarji ta’ distribuzzjoni huma sorsi ta’ destabilizzazzjoni għas-swieq ta’ produzzjoni billi jnaqqsu l-marġini tal-produtturi;

Frodi alimentari: ambitu u definizzjoni

1.  Jiddeplora l-fatt li l-ġlieda kontra l-frodi alimentari hija kwistjoni relattivament ġdida fuq l-aġenda Ewropea u li fil-passat qatt ma kienet prijorità ewlenija għal-leġiżlazzjoni u l-infurzar fil-livell tal-UE u dak nazzjonali;

2.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-impatt potenzjali li għandha l-frodi alimentari fuq il-fiduċja tal-konsumaturi, is-sikurezza tal-ikel, il-funzjonament tal-katina alimentari u l-istabilità tal-prezzijiet agrikoli, u jenfasizza l-importanza li l-fiduċja tal-konsumaturi Ewropej terġa' tinkiseb malajr;

3.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tagħti lill-frodi alimentari l-attenzjoni sħiħa li jistħoqqilha u tieħu l-passi kollha neċessarji sabiex il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi alimentari jsiru parti fundamentali mill-politika tal-UE;

4.  Jenfasizza l-bżonn li jinkiseb aktar għarfien dwar l-iskala, l-inċidenza u l-elementi ta’ każijiet ta’ frodi alimentari fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġbru b'mod sistematiku data dwar każijiet ta’ frodi u jiskambjaw l-aħjar prattiki sabiex jidentifikaw u jiġġieldu kontra l-frodi alimentari;

5.  Jinnota li l-liġi tal-UE attwalment ma tipprovdix definizzjoni ta’ frodi alimentari u li l-Istati Membri jadottaw metodoloġiji differenti għad-definizzjoni tagħha; jikkunsidra li definizzjoni uniformi hija essenzjali biex ikun żviluppat approċċ Ewropew fil-ġlieda kontra l-frodi alimentari; jenfasizza l-bżonn li tkun adottata b’mod rapidu definizzjoni armonizzata fil-livell tal-UE, abbażi ta' diskussjonijiet mal-Istati Membri, partijiet interessati rilevanti u esperti, li tinkludi elementi bħan-nuqqas ta’ konformità mal-liġi dwar l-ikel u/jew l-iżgwidar tal-konsumatur (inkluża l-omissjoni ta’ informazzjoni dwar il-prodott), l-intenzjoni u l-gwadann finanzjarju potenzjali u/jew il-vantaġġ kompetittiv;

6.  Jenfasizza l-fatt li, minħabba n-natura tas-suq uniku tal-UE, f’ħafna każijiet il-frodi alimentari testendi lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri u ssir theddida għas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej kollha;

7.  Jinnota li l-każijiet reċenti ta' frodi alimentari esponew tipi differenti ta' frodi alimentari, bħas-sostituzzjoni ta' ingredjenti ewlenin b'alternattivi orħos jew ta' kwalità aktar baxxa, it-tikkettar żbaljat b'rabta mal-piż, il-bejgħ ta' ikel ordinarju bħala ikel organiku, l-użu inġust ta' logos ta' kwalità li jindikaw l-oriġini jew il-benessri tal-annimal, it-tikettar ta' ħut tal-akkwakultura bħala ħut li nqabad fil-ħabitat naturali jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' varjetà ta' ħut inferjuri taħt isem ta' kategorija superjuri jew ta' speċi aktar għalja, u l-falsifikazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' ikel skadut;

8.  Jindika li l-ikel li ħafna drabi huwa suġġett għal attivitajiet frodulenti jinkludi ż-żejt taż-żebbuġa, il-ħut, il-prodotti organiċi, il-qmuħ, l-għasel, il-kafè, it-tè, il-ħwawar, l-inbid, ċertu meraq tal-frott, il-ħalib u l-laħam;

9.  Jinsab imħasseb dwar sinjali li jindikaw li n-numru ta’ każijiet qed jiżdied u li l-frodi alimentari hija tendenza li qiegħda tikber li tirrifletti dgħufija strutturali fil-katina alimentari;

Fatturi li jikkontribwixxu

10.  Jinnota li l-frodi alimentari ġeneralment isseħħ fejn il-gwadann finanzjarju potenzjali jkun għoli u riskju li wieħed jinqabad ikun baxx; jikkunsidra indifendibbli l-fatt li fl-UE l-frodi alimentari tħalli l-qligħ u li l-possibbiltajiet li wieħed jinqabad huma relattivament baxxi;

11.  Jindika l-kumplessità u l-karattru transfruntier tal-katina alimentari flimkien man-natura prinċipalment nazzjonali ta’ kontrolli, sanzjonijiet u infurzar, sitwazzjoni kkunsidrata li żżid ir-riskju ta’ frodi alimentari; jemmen li traċċabilità aħjar tal-ingredjenti u l-prodotti fi ħdan il-katina alimentari sħiħa tgħin fil-ġlieda kontra l-frodi;

12.  Jenfasizza l-ħtieġa li tingħata attenzjoni kbira lill-kontrolli fuq il-prodotti impurtati minn pajjiżi terzi u l-konformità tagħhom mal-istandards tal-UE dwar is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf;

13.  Jiġbed l-attenzjoni wkoll għal fatturi oħra li ħafna drabi huma kkwotati li jikkontribwixxu għall-frodi alimentari bħall-kriżi ekonomika attwali, il-miżuri ta’ awsterità li jaffetwaw l-aġenziji ta’ kontroll u l-pressjoni mis-settur tal-bejgħ bl-imnut u setturi oħrajn biex jipproduċu ikel b’mod dejjem aktar irħis;

Tagħlimiet misluta u rakkomandazzjonijiet

Qafas istituzzjonali

14.  Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi tim kontra l-frodi alimentari u jirrikonoxxi l-isforzi tal-Europol fil-ġlieda kontra l-frodi alimentari; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis l-iżvilupp ta' Laboratorju ta' Referenza tal-UE (EURL) għall-awtentiċità tal-ikel;

15.  Jilqa’ l-pjan tal-Kummissjoni li torganizza konferenza dwar il-frodi alimentari fl-2014 sabiex trawwem is-sensibilizzazzjoni fost l-atturi rilevanti;

16.  Jinsab konvint li spezzjonijiet indipendenti għal għarrieda huma essenzjali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-istandards tas-sikurezza u tat-tikkettar tal-ikel; jemmen għaldaqstant li spezzjonijiet għal għarrieda għandhom ikunu r-regola;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex l-enfasi tal-awditjar tal-FVO tkun ukoll fuq il-frodi alimentari; jikkunsidra li l-FVO u l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu minn spezzjonijiet għal għarrieda regolari, indipendenti u mandatorji għall-identifikazzjoni ta’ ksur intenzjonali biex tiġi żgurata l-osservanza tal-ogħla standards ta’ sikurezza tal-ikel; jemmen li sabiex terġa’ tinkiseb u tinżamm il-fiduċja tal-konsumatur, huwa importanti li jkun hemm approċċ trasparenti għal mod kif jitwettqu l-kontrolli u l-ispezzjonijiet uffiċjali u li r-rapporti u r-riżultati tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet dwar l-operaturi tal-ikel isiru pubbliċi;

18.  Jiddispjaċih dwar l-użu u l-viżibbiltà limitati tar-rapporti u l-awditjar tal-FVO mill-Kummissjoni u l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi b’iktar ħeġġa r-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tal-FVO;

19.  Jistieden lill-awtorità tal-baġit iżżid il-kapaċità u r-riżorsi tal-FVO u tat-tim tal-Kummissjoni kontra l-frodi alimentari;

20.  Jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis fil-finanzjament fl-UE għall-korpi li jwettqu dawn il-kompiti essenzjali ta’ monitoraġġ;

21.  Jistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni Ewropej jipprovdu lill-korpi ta’ kontroll biżżejjed riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi;

22.  Jenfasizza l-fatt li l-kontrolli u l-ispezzjonijiet effiċjenti għandhom jitwettqu b'tali mod li ma joħolqux piż amministrattiv żejjed għall-SMEs;

23.  Jissuġġerixxi li ssir seduta annwali tal-FVO fil-Kumitat tal-ENVI tiegħu biex jiġi diskuss l-awditjar li jkun tlesta u li għandu jsir fil-futur qabel ma l-FVO jadotta l-programm ta’ ħidma tiegħu għas-sena li ġejja;

24.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li tittieħed azzjoni adegwata rigward il-kwistjonijiet imqajma mill-FVO u li dawn jiġu indirizzati tajjeb;

25.  Jinnota li kwalunkwe tibdil fil-proċess għar-rieżami u l-prijoritizzazzjoni tal-programm ta’ ħidma tal-FVO m’għandux jibdel il-proċess legali għall-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma tal-FVO;

26.  B’mod iżjed speċifiku, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu azzjoni fir-rigward tas-sejbiet tal-awditjar tal-FVO b'rabta ma' rekords frodulenti ta’ trattament mediku tal-annimali destinati għall-qatla għall-esportazzjoni lejn l-UE, u biex jeskludu mill-introduzzjoni fis-suq tal-UE laħam u prodotti oħra tal-annimali minn pajjiżi terzi li fil-każ tagħhom ma jistax ikun hemm garanzija ta’ konformità mar-rekwiżiti tas-sikurezza tal-ikel tal-UE;

27.  Jinnota li l-Istati Membri ħafna drabi jbatu biex iħarrku b’suċċess operaturi frodulenti ta’ negozji tal-ikel li joperaw fil-fruntieri tal-UE minħabba kwistjonijiet ta’ ġurisdizzjoni; jiddispjaċih li l-Istati Membri ma jikkooperawx b’mod sistematiku mal-Europol f’każijiet transfruntieri ta’ frodi alimentari iżda jaħdmu b’mod bilaterali;

28.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-informaturi biex jikxfu prattiċi frodulenti fis-settur alimentari; jistieden lill-Istati Membri joħolqu l-aħjar kundizzjonijiet sabiex l-informaturi jkunu jistgħu jiddenunzjaw prattiki malizzjużi b’mod sikur u anonimu;

29.  Jemmen li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jgħarrfu lill-pubbliku, sakemm ikun possibbli u xieraq, bis-sejħa lura ta’ prodotti u miżuri oħra meħuda mill-awtoritajiet kompetenti f’każijiet ta’ frodi alimentari;

Qafas leġislattiv

30.  Jikkunsidra li l-kontrolli uffiċjali m’għandhomx jiffukaw biss fuq kwistjonijiet ta’ sikurezza tal-ikel iżda wkoll fuq il-prevenzjoni tal-frodi u r-riskju li l-konsumaturi jiġu mqarrqa; jilqa’ l-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni għal rieżami tal-kontrolli uffiċjali tinkorpora kontrolli addizzjonali fir-rigward ta’ frodi alimentari f'każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti jkollhom raġuni għalfejn jissuspettaw aġir frodulenti min-naħa ta' operatur;

31.  Josserva li xi Stati Membri jiddelegaw parzjalment il-kontrolli lil korpi privati tal-kontroll; jenfasizza li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għandhom dejjem jissorveljaw is-sistemi ta’ kontroll u jivverifikaw, jiċċertifikaw u jiskrutinizzaw is-sistemi kollha ta’ kontroll privat biex jiżguraw li huma konformi mal-istandards nazzjonali u internazzjonali bil-ħsieb li jagħmlu l-iskoperti tagħhom aċċessibbli għall-aġenziji pubbliċi;

32.  Jirrifjuta kull pjan sabiex il-kompiti ta' spezzjoni jiġu ddelegati mill-awtoritajiet pubbliċi għall-operaturi ekonomiċi;

33.  Jemmen li r-rwol tal-kummerċjanti u l-qafas leġiżlattiv applikabbli għal bejgħ bejn in-negozji għandhom ikunu ċċarati;

34.  Jemmen li l-operaturi kummerċjali kollha li jipproċessaw, jinnegozjaw jew jaħżnu materja prima, ingredjenti tal-ikel jew prodotti tal-ikel fil-katina alimentari tal-bniedem, inklużi kummerċjanti u sidien ta’ mħażen tal-friża, għandhom ikunu reġistrati bħala operaturi ta’ negozji tal-ikel u jkunu suġġetti għal kontrolli;

35.  Jemmen li l-operaturi ta' negozji tal-ikel għandhom ikunu kapaċi jindikaw is-sors minn fejn l-ikel jew l-ingredjenti jkunu joriġinaw, li jfisser li kull operatur ta' negozju tal-ikel fil-katina tal-produzzjoni għandu jerfa’ s-sehem ta’ responsabbiltà tiegħu għall-prodott finali;

36.  Jirrikonoxxi l-importanza ta’ tikkettar ċar u trasparenti bejn in-negozji, u bejn in-negozji u l-konsumaturi u jistieden lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid il-liġi tal-UE dwar l-ikel f'dan il-qasam, bil-ħsieb li jitnaqqas ir-riskju ta’ frodi alimentari;

37.  Jitlob iktar sensibilizzazzjoni u sorveljanza aħjar tat-tikkettar tal-ikel iffriżat bejn in-negozji, u bejn in-negozji u l-konsumaturi; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta dwar it-tikkettar obbligatorju tal-laħam u l-ħut li jindika jekk il-laħam u l-ħut kienx iffriżat, id-drabi li ġie ffriżat u għal kemm żmien;

38.  Jemmen li għalkemm it-tikettar tal-pajjiż tal-oriġini mhuwiex minnu nnifsu mezz għall-ġlieda kontra l-frodi alimentari, dan jista' jgħin jiżgura traċċabilità aħjar tul il-katina tal-provvista alimentari, aktar relazzjonijiet stabbli bejn il-fornituri tal-laħam u dawk li jipproċessawh, aktar diliġenza fl-għażla tal-operaturi ta' negozji tal-ikel tal-fornituri u l-prodotti tagħhom, u aktar informazzjoni ta' min jorbot fuqha għall-konsumaturi, bir-riżultat li terġa' tiġi akkwistata l-fiduċja tal-konsumaturi;

39.  Ifakkar li r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jistipula li l-Kummissjoni se tadotta, sa Diċembru 2013, atti ta’ implimentazzjoni dwar it-tikkettar mandatorju tal-pajjiż tal-oriġini, it-tikettar għal-laħam tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur kif ukoll it-tikkettar volontarju ta' ikel wara valutazzjoni tal-impatt;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta malajr dawn l-atti ta' implimentazzjoni dwar it-tikettar ta' laħam frisk tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur, bi spunt mir-regoli diġà applikabbli għaċ-ċanga u l-vitella mhux ipproċessati, filwaqt li tiżgura li l-konsumaturi jkunu infurmati dwar il-post tat-twelid, tat-trobbija u tal-qatla tal-annimali, b'kunsiderazzjoni għas-sistemi nazzjonali u reġjonali eżistenti għall-indikazzjoni tal-oriġini tal-laħam;

41.  Ifakkar barra minn hekk li l-Parlament diġà talab li jsir it-tikkettar tal-oriġini għal-laħam fil-prodotti tal-ikel ipproċessati, u li l-Kummissjoni qiegħda taħdem fuq rapport dwar it-tikkettar mandatorju tal-oriġini għall-prodotti li fihom il-laħam; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta malajr ir-rapport tagħha u tkompli bi proposti leġiżlattivi, filwaqt li tagħmel mandatorju l-indikazzjoni tal-oriġini tal-laħam f'ikel proċessat, b'kunsiderazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-impatt tagħha u filwaqt li tevita spejjeż eċċessivi u piżijiet amministrattivi;

42.  Jappella għal tikkettar aħjar tal-prodotti proċessati li fihom il-ħut, b’mod partikolari għal dak li jikkonċerna l-oriġini tal-ħut u t-tekniki tas-sajd użati;

43.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-partijiet interessati u l-Istati Membri, iżżid l-isforzi tagħha biex tesplora l-ambitu u l-bżonn għall-introduzzjoni ta’ sistemi elettroniċi ta’ ċertifikazzjoni fil-katina alimentari li jistgħu jnaqqsu l-probabbiltà ta’ frodi abbażi ta’ ċertifikati stampati;

44.  Jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi reġistru Ewropew ċentralizzat għall-passaporti taż-żwiemel sabiex jiġi evitat il-ħruġ frodulenti ta’ passaporti doppji;

45.  Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta’ qafas leġiżlattiv Ewropew li jirregola l-laħam li ġej minn annimali kklonjati;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa metodu ta’ traċċabilità u ta’ identifikazzjoni tal-laħam li ġej minn annimali kklonjati, pereżempju billi tiġi stabbilita bażi ta' data internazzjonali li jkun fiha informazzjoni ġenetika dwar l-annimali kklonjati;

Responsabbiltà korporattiva

47.  Iqis siewi li s-settur innifsu jiżviluppa b'mod proattiv u jutilizza l-inizjattivi kontra l-frodi tas-settur privat bħal pereżempju l-kontrolli għall-integrità tal-prodott, il-monitoraġġ proprju, l-analiżi, il-pjanijiet ta' traċċar tal-prodott, l-awditjar u ċ-ċertifikazzjoni, u jilqa' l-inizjattivi attwali bħall-Global Food Safety Initiative u l-Food Fraud Initiative fl-Università tal-Istat tal-Michigan; dan għandu jsir b'mod addizzjonali għas-sistema ta' kontrolli uffiċjali għas-settur alimentari u mhux bħala sostituzzjoni għaliha;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw li jimponu obbligu legali fuq l-operaturi ta’ negozji tal-ikel biex jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-inċidenza ta’ każijiet ta’ frodi alimentari;

49.  Jemmen li s-settur tal-bejgħ bl-imnut għandu responsabbiltà speċjali biex jiggarantixxi l-integrità tal-prodotti alimentari u biex jitlob mill-fornituri tiegħu katina ta’ provvista sikura; jemmen li hija fir-responsabbiltà tal-bejjiegħ bl-imnut li jiċċekja tal-anqas il-konformità formali mar-regoli dwar it-tikettar; jikkundanna l-pressjoni fuq il-produtturi primarji minn operaturi tal-bejgħ bl-imnut u operaturi oħra ta’ negozji tal-ikel biex jipproduċu b’mod dejjem aktar irħis, spiss askapitu tal-kwalità tal-oġġetti tal-ikel jew tal-ingredjenti;

50.  Jinnota li l-operaturi ta’ negozji tal-ikel mhux dejjem ikunu jafu s-sors minn fejn joriġinaw l-ingredjenti li jużaw; jinnota f'dan ir-rigward li ktajjen tal-provvista qosra (lokali u reġjonali) jistgħu jiżguraw iżjed trasparenza u jistgħu jieħdu post il-ktajjen ta' provvista twal u kkumplikati li kellhom rwol ewlieni fil-kriżi tal-frodi alimentari;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti leġiżlattivi skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, għal tikketta tal-“kummerċjalizzazzjoni lokali u bejgħ dirett” biex tgħin fil-promozzjoni tas-swieq ikkonċernati u tgħin lill-bdiewa jżidu l-valur tal-prodotti tagħhom;

Infurzar u kontrolli

52.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, skont id-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 7 u 17 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, issegwi u timpedixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li jibqgħu fis-suq taħt isem intenzjonalment żbaljat jew qarrieqi, billi dan ukoll għandu jitqies tip ta’ frodi alimentari;

53.  Huwa konvint li hemm bżonn ta’ bidla fl-attitudni fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti, minn approċċ amministrattiv u veterinarju għal approċċ tal-pulizija, ibbażat fuq l-esperjenza tal-flying squad tal-Amministrazzjoni Alimentari Daniża u tal-Arma dei Carabinieri u l-Guardia di Finanza fl-Italja; jenfasizza li tali approċċ jiddependi mill-fatt li l-qrati indikati jkunu mogħnija b'imħallfin li għandhom kompetenza fil-liġi dwar l-ikel;

54.  Jenfasizza li t-twettiq tal-kontrolli għandu jkun ibbażat fuq ir-riskju u jinkludi l-iżvilupp ta’ profili ta’ riskju u l-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà għal kull katina tal-provvista u prodott tal-ikel, bi spunt mill-istudji kontinwi akkademiċi li jikkombinaw l-għarfien fl-oqsma tal-awtentiċità alimentari u l-kriminoloġija, bħar-riċerka mill-Università ta’ VU f’Amsterdam u l-Università ta’ Wageningen;

55.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jkomplu jistimulaw il-programmi ta’ riċerka u żvilupp Ewropej u nazzjonali għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji u metodi użati għall-identifikazzjoni ta’ frodi alimentari, bħat-teknoloġija tas-sensers, l-analiżi tad-data u t-teħid tal-marki tas-swaba’ tal-prodotti, u biex jiffaċilitaw id-dispożizzjoni kummerċjali tat-testijiet fuq perjodu ta' żmien qasir; jirrikonoxxi l-proġetti ta' riċerka Ewropej eżistenti dwar l-integrità u l-awtentiċità tal-ikel, bħal TRACE u AuthenticFood;

56.  Jirrakkomanda li l-FVO u l-awtoritajiet nazzjonali jinkludu fl-awditjar tagħhom l-hekk imsejħa kontrolli tal-bilanċ tal-massa fuq il-flussi tad-dħul, tal-ħruġ u tal-iskart;

57.  Iħeġġeġ it-titjib fil-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli li jinvestigaw il-frodi alimentari, b'hekk jgħinu lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra din il-problema; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tistabbilixxi b'urġenza sistema elettronika, ibbażata fuq is-Sistema ta’ Twissija Bikrija għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) eżistenti kif suġġerit mill-Kummissjoni, biex tippermetti l-iskambju rapidu ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni f'każijiet ta' frodi alimentari; jappella għall-pubblikazzjoni ta' rapporti annwali li jelenkaw każijiet ta' frodi alimentari li jkunu ġew żvelati, b'analoġija mar-rapporti tal-RASFF;

58.  Jappella għat-twaqqif ta' netwerk kontra l-frodi alimentari bħala mezz li jtejjeb il-koordinazzjoni bejn il-korpi Ewropej kompetenti (Europol, Eurojust, FVO), għal aktar prevenzjoni u identifikazzjoni effikaċi tal-frodi alimentari;

59.  Jissuġġerixxi l-introduzzjoni tal-ittestjar tad-DNA bħala proċedura standard f'kontrolli għal għarrieda għad-determinazzjoni tal-ispeċi, b’mod speċjali fir-rigward ta' prodotti tal-laħam u l-ħut, u li tiġi stabbilita bażi ta' data ċentralizzata tad-DNA għal dan il-fini;

60.  Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-lakuni fir-regoli eżistenti dwar is-sikurezza u t-traċċabbiltà tal-ikel marbuta mal-importazzjoni ta’ ikel minn pajjiżi terzi, li jkollhom riskju ogħla ta’ frodi alimentari;

61.  Jinsisti li l-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles innegozjati mill-UE m'għandhomx jagħtu lok għal modifiki fil-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam tas-sikurezza u tas-sigurtà alimentari jew għal tnaqqis fl-isforzi għall-infurzar ta’ din il-leġiżlazzjoni;

62.  Jemmen li r-riżultati tal-kontrolli għandhom isiru pubbliċi b’mod li jkun aċċessibbli għall-konsumaturi u li jistgħu jifhmuhom, pereżempju fil-forma ta’ skema ta’ klassifikazzjoni; huwa konvint li dan jaf jgħin lill-konsumaturi fit-teħid tad-deċiżjonijiet kif ukoll jagħti inċentivi biex l-operaturi ta' negozji tal-ikel joperaw tajjeb;

Sanzjonijiet

63.  Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li ssaħħaħ il-pieni sabiex tal-anqas tikkumpensa għall-vantaġġ ekonomiku stmat imfittex permezz tal-ksur, iżda jqis li din mhijiex dissważiva biżżejjed; jemmen li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pieni għall-frodi alimentari li jammontaw tal-anqas id-doppju tal-istima tal-ammont ta' vantaġġ ekonomiku mfittex permezz tal-attività frodulenti; iqis neċessarju, bħala deterrent żejjed, li l-Istati Membri jistabbilixxu pieni saħansitra ogħla, inklużi pieni tad-dritt kriminali, għal każijiet frodulenti fejn is-saħħa pubblika tiġi pperikolata intenzjonalment, jew f'każijiet ta' frodi li jinvolvu prodotti mmirati lejn konsumaturi vulnerabbli; jipproponi, barra minn hekk, li fl-eventwalità ta’ offiżi ripetuti, ir-reġistrazzjoni tal-operatur ta’ negozju tal-ikel tiġi rtirata;

64.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni m’għandhiex stampa ġenerali tas-sistemi nazzjonali differenti tas-sanzjonijiet għar-reati ta’ frodi alimentari u tal-funzjonament ta’ dawn ir-reġimi ta’ sanzjonijiet ibbażati fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tikseb din l-istampa ġenerali mill-aktar fis possibbli;

65.  Jappella għal kunsiderazzjoni tal-benessri tal-annimali u għal pieni aktar stretti f’każ li ma jiġux rispettati r-regoli rilevanti;

66.  Jistieden lill-Kummissjoni tiġbor data mill-Istati Membri u tirraporta dwar ir-reġimi differenti fl-Istati Membri fir-rigward tat-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet għal reati ta’ frodi alimentari u l-funzjonament tar-reġimi ta’ sanzjonijiet;

67.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkunsidraw ukoll metodi oħra li jkollhom l-għan li jevitaw u jiskoraġġixxu l-frodi alimentari, bħat-tismija u l-għoti ta’ fama ħażina permezz ta’ reġistru Ewropew ta’ operaturi ta’ negozji tal-ikel li jkunu nstabu ħatja ta’ frodi alimentari;

68.  Jappella għall-estensjoni tar-reġimi attwali ta' traċċabilità u l-implimentazzjoni sistematika tal-possibilità ta' traċċabilità kontinwa prevista fir-Regolament bażiku (UE) 178/2002, li tikkonċerna l-ikel u l-għalf, l-annimali li jservu għall-produzzjoni tal-ikel u s-sustanzi kollha l-oħra li jintużaw għal dan il-għan jew li huma intenzjonati li jinħadmu għall-produzzjoni tal-ikel jew l-għalf; jitlob li l-katina alimentari kollha fl-Ewropa, inklużi l-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar, il-bejgħ u d-distribuzzjoni tkun trasparenti u kompletament miftuħa għall-iskrutinju mill-kontrolluri, bil-ħsieb li jkun żgurat li l-prodotti tal-ikel frodulenti jkunu jistgħu jiġu identifikati malajr;

69.  Jipproponi l-introduzzjoni ta' obbligu għal-laboratorji ta’ riċerka kollha u l-persunal tagħhom li jirrappurtaw lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza kompetenti r-riżultati kollha tal-analiżi dwar l-ikel u l-għalf li jqajmu suspetti ta’ frodi jew li huma rilevanti għall-ġlieda kontra l-frodi;

o
o   o

70.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) http://ec.europa.eu/food/food/horsemeat/plan_en.htm.


Spezzjonijiet tax-xogħol effikaċi bħala strateġija biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa
PDF 442kWORD 126k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar spezzjonijiet tax-xogħol effikaċi bħala strateġija biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa (2013/2112(INI))
P7_TA(2014)0012A7-0458/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-preambolu u l-Artikoli 3 u 6 tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 6, 9, 145, 151, 152, 153, 154, 156, 159 u 168 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 1, 3, 27, 31, 32 u 33 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea tat-3 ta’ Mejju 1996, b’mod partikolari l-Parti I u l-Parti II, l-Artikolu 3 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-istandards fundamentali tax-xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-konvenzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar l-amministrazzjoni tax-xogħol u l-ispezzjoni tax-xogħol (il-Konvenzjonijiet 81 u 129), li huma parametru referenzjarju internazzjonali biex jiġi żgurat li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet legali li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni tal-ħaddiema,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni 143 dwar il-ħaddiema migranti (1975) u d-dispożizzjonijiet supplementari tal-ILO dwar il-ħaddiema migranti, li jipprovdu għall-adozzjoni tal-miżuri kollha meħtieġa u adatti għas-soppressjoni taċ-ċaqliq klandestin tal-migranti għall-impjiegi u l-impjieg illegali tal-migranti; wara li kkunsidra wkoll id-dispożizzjonijiet rigward l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi, ċivili u penali fir-rigward tal-impjieg illegali tal-ħaddiema migranti,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO,

–  wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-ILO fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (direttiva qafas)(2) u d-direttivi individwali tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Istati Membri, adottata fil-laqgħa tal-Kunsill tat-22 ta’ April 1999 dwar il-Kodiċi ta’ Kondotta għal kooperazzjoni mtejba bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi fil-benefiċċji u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fuq livell transkonfinali u kontra x-xogħol mhux iddikjarat, u fir-rigward tal-kollokament transkonfinali tal-ħaddiema(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/85/KE tat-22 ta’ Ottubru 1999 li temenda d-Direttiva 77/388/KEE rigward il-possibbiltà li tiġi applikata fuq bażi sperimentali rata mnaqqsa tal-VAT fuq servizzi li jinvolvu xogħol intensiv(5),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali(6),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta’ Ottubru 2007 bl-isem L-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat (COM (2007)0628),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta’ Ottubru 2007 dwar ir-Riżultat tal-Konsultazzjoni Pubblika dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni ‘L-immodernizzar tal-liġi tax-xogħol biex jintlaqgħu l-isfidi tas-seklu 21’ (COM(2007)0627),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bl-isem ‘EWROPA 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv’ (COM (2010)2020), u l-għan ewlieni tagħha li huwa li jiżdiedu l-livelli tal-impjiegi għal 75 % sal-aħħar tad-deċennju fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2011 dwar ir-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-istrateġija Ewropea 2007-2012 dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ottubru 2008 dwar l-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Mejju 2007 dwar il-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-immodernizzar tal-liġi tax-xogħol biex tiffaċċja l-isfidi tas-seklu 21(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2009 dwar ir-responsabbilità soċjali ta’ impriżi li huma sottokuntratturi fil-katini ta’ produzzjoni(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2013 dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-istandards tas-saħħa u tas-sikurezza wara n-nirien fil-fabbriki u t-tiġrif ta' bini reċenti fil-Bangladexx(13),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida Integrati għat-tkabbir u l-impjiegi (2008-2010) (COM(2007)0803),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-armonizzazzjoni tal-mezzi fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u l-impjieg illegali(14),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 1996 dwar il-ġlieda kontra l-impjieg illegali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi(15),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) dwar l-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Ewrobarometru Speċjali dwar ix-xogħol mhux iddikjarat,

–  wara li kkunsidra l-istudju ‘ICENUW - Implimentazzjoni tal-Kooperazzjoni f’Netwerk Ewropew kontra x-xogħol mhux iddikjarat’ (2010),

–  wara li kkunsidra l-istudju ‘CIBELES: Konverġenza tal-Ispettorati għall-bini ta’ Sistema ta’ Infurzar fuq Livell Ewropew’,

–  wara li kkunsidra l-istudju dwar ‘Il-metodi ta’ kejl indirett tax-xogħol mhux iddikjarat fl-UE’ (2010),

–  wara li kkunsidra l-istudju dwar il-‘Fattibilità li tiġi stabbilita pjattaforma Ewropea għall-kooperazzjoni bejn is-superviżuri tax-xogħol u korpi oħra rilevanti ta’ monitoraġġ u infurzar bil-għan li jiġi evitat u miġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat’ (2010, Regioplan),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2012, C‑577/10, Il-Kummissjoni Ewropea v Ir-Renju tal-Belġju,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0458/2013),

A.  billi l-ispezzjoni tax-xogħol għandha rwol essenzjali fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema, billi tiżgura s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, tipprevjeni ksur tar-regoli tal-ħarsien tax-xogħol u tippromwovi tkabbir ekonomiku ġust u soċjalment responsabbli billi tikkontribwixxi biex il-pagi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jitħallsu verament, u b’hekk id-dħul mit-taxxi kif ukoll id-dħul tal-fondi tas-sigurtà soċjali jiżdiedu filwaqt li tiżgura li l-impjegati jkunu koperti għall-mard, għall-inċidenti fuq il-post tax-xogħol u għall-pensjonijiet;

B.  billi l-Istati Membri jużaw firxa ta’ mudelli fit-twettiq ta’ spezzjonijiet speċifiċi differenti tal-post tax-xogħol;

C.  billi qed tiżdied il-ħtieġa ta’ spezzjonijiet tax-xogħol fil-kuntest tal-istazzjonar ta’ ħaddiema madwar l-Ewropa;

D.  billi l-ispezzjoni tax-xogħol tiżvolġi rwol ewlieni biex jiġi żgurat li d-drittijiet isiru realtà billi tiżgura li l-liġijiet jiġu rispettati, li l-partijiet jafu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom, u li l-inċidenti kif ukoll l-abbuż ikunu jistgħu jiġu evitati;

E.  billi hemm il-ħtieġa li jissaħħu l-ispezzjonijiet tax-xogħol fl-SMEs u f’siti ta’ kostruzzjoni żgħar;

F.  billi r-responsabbiltà tal-kumpaniji multinazzjonali għall-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-ħajja u s-saħħa tal-impjegati li jipproduċu l-oġġetti u jipprovdu s-servizzi, ma tispiċċax mal-bieb tal-ħanut jew mal-kanċell tal-fabbrika, u lanqas ma tista’ tiġi ggarantita sempliċement permezz ta’ ftehimiet dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR);

G.  billi l-esternalizzazzjoni tax-xogħol permezz ta’ sottokuntrattar u x-xogħol temporanju timplika ħafna drabi ħaddiema inqas kwalifikati u relazzjonijiet ta’ impjieg inqas stretti, u dan jagħmilha iktar diffiċli li jiġi identifikat min hu responsabbli għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OHS);

H.  billi x-xogħol mhux iddikjarat għandu konsegwenzi negattivi għall-ekonomiji tal-Istati Membri u għas-sostenibbiltà finanzjarja tal-mudell soċjali Ewropew, ixejjen il-finanzjament u d-distribuzzjoni tal-benefiċċji soċjali u tas-servizzi pubbliċi, u jġiegħel lil dawk milquta biex kemm issa li qed jaħdmu kif ukoll meta jikbru jgħixu fl-inċertezza, fil-vulnerabbiltà u fil-faqar;

I.  billi l-ispetturi tax-xogħol jiżvolġu rwol essenzjali fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema, fil-prevenzjoni tal-abbużi u fil-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali;

J.  billi waħda mill-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika kienet iż-żieda fl-ammont ta’ xogħol, li tqiegħed aktar pressjoni fuq l-impjegati, speċjalment permezz ta’ bidliet fis-sigħat ta’ xogħol, u billi għalhekk iridu jiżdiedu l-isforzi ta’ monitoraġġ tal-kundizzjonijiet tax-xogħol;

K.  billi kulma jmur qed ifeġġu relazzjonijiet ta’ impjieg ġodda, li qed jagħmluha dejjem aktar diffiċli biex jiġu koperti bir-regolamenti eżistenti;

L.  billi l-ħaddiema impjegati b’mod irregolari jbatu minn konsegwenzi negattivi sekondarji bħal nuqqas ta’ aċċess għall-informazzjoni, għal servizzi tas-saħħa u taħriġ okkupazzjonali, u r-restrizzjonijiet psikoloġiċi imposti mill-biża’ li jkollhom inċident jew li jinqabdu, li mbagħad jaffettwaw il-produttività tal-kumpaniji u l-ekonomija inġenerali, kif ukoll minn konsegwenzi fit-tul bħan-nuqqas tad-dritt għal pensjoni tal-anzjanità jew benefiċċji tal-pensjoni baxxi ħafna, li jwasslu għal riskju ogħla ta’ faqar;

M.  billi x-xogħol mhux iddikjarat jgħawweġ il-kompetizzjoni fis-suq uniku peress li jippermetti lil ċerti kumpaniji jikkompetu b’mod inġust mal-oħrajn;

N.  billi l-konsolidazzjoni ta’ suq komuni ġenwin hija marbuta intrinsikament mal-qerda ta’ kull forma ta’ dumping soċjali;

O.  billi fil-preżent ix-xogħol mhux iddikjarat jammonta għal 18,8 % tal-PDG fl-UE 27 u għal aktar minn 30 % f’xi pajjiżi;

P.  billi, f’ħafna Stati Membri, l-impjieg mhux iddikjarat għadu qiegħed jiżdied, anke bħala riżultat tal-kriżi;

Q.  billi miżuri ta’ għoti ta’ informazzjoni dwar prattiki ħżiena (“whistleblowing”) huma meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-iskoperta ta’ abbużi u jiġi żgurat il-ħarsien tal-informatur, u billi l-UE u l-Istati Membri għandhom id-dmir li jipprovdu protezzjoni sħiħa għall-informaturi;

R.  billi 168 000 ċittadin Ewropew imutu kull sena minħabba inċidenti jew mard marbuta max-xogħol, u 7 miljuni jindarbu f’inċidenti(16);

S.  billi l-prevenzjoni tar-riskji hija indispensabbli sabiex titbaxxa r-rata ta’ inċidenti u ta’ mard marbuta max-xogħol; billi ġestjoni tajba tas-saħħa u tas-sikurezza okkupazzjonali għandha effett pożittiv kemm fil-livell nazzjonali u Ewropew kif ukoll għall-kumpaniji;

T.  billi s-sistemi ta’ spezzjoni huma ftit jew wisq neqsin mill-persunal u l-finanzjament meħtieġa biex iwettqu spezzjonijiet tax-xogħol b’mod effettiv; billi, minħabba f’hekk, hemm ftit wisq ippjanar strateġiku tar-riżorsi umani għall-awtoritajiet tal-ispezzjoni tax-xogħol fl-UE, l-ammont ta’ persunal tagħhom qed jonqos b’mod kostanti f’ħafna pajjiżi u, fl-istess ħin, il-ħidma tal-ispetturi qiegħda ssir dejjem aktar kumplessa;

U.  billi l-frammentazzjoni tas-suq tax-xogħol, flimkien mal-espansjoni mhux ikkontrollata u mhux regolata ta’ ċerti arranġamenti ta’ impjieg f’xi Stati Membri, qed tnaqqas il-livell tal-pagi b’mod sostanzjali u b’hekk toħloq sitwazzjoni li aktarx tkompli taggrava l-problema tax-xogħol mhux iddikjarat;

V.  billi s-setturi li fihom huwa l-aktar komuni x-xogħol mhux iddikjarat huma dawk b’intensità għolja ta’ xogħol, bħas-settur tal-kostruzzjoni, tas-sigurtà, tas-servizzi tat-tindif u domestiċi, tal-akkomodazzjoni u l-kura, li huma kkaratterizzati minn kundizzjonijiet prekarji tax-xogħol u tal-pagi;

W.  billi hemm rabta mill-qrib bejn l-immigrazzjoni irregolari u x-xogħol mhux iddikjarat, peress li persuni li jgħixu fl-Ewropa illegalment ma jistgħux jidħlu għal relazzjonijiet ta’ impjieg normali u għalhekk mhumiex koperti minn kwalunkwe sistema ta’ protezzjoni;

X.  billi ħaddiema li jagħmlu xogħol mhux iddikjarat ma għandhom l-ebda assigurazzjoni soċjali, tas-saħħa jew kontra l-inċidenti, u b’hekk qegħdin f’riskju akbar ta’ telf finanzjarju personali;

Y.  billi l-ispezzjoni tax-xogħol fir-rigward ta’ servizzi u relazzjonijiet ta’ impjieg transkonfinali hija kwistjoni ta’ natura transkonfinali, u billi l-aċċess transkonfinali għad-dejta mhuwiex adegwat;

Z.  billi ħafna impjegati li jagħmlu xogħol mhux iddikjarat isibu ruħhom f’dik is-sitwazzjoni mhux għax iridu huma iżda għax ikunu ġew sfurzati;

I.Miżuri ta’ spezzjoni fil-livell nazzjonali

Prinċipji għal spezzjonijiet effikaċi tax-xogħol

1.  Jenfasizza l-fatt li filwaqt li l-ispezzjoni tax-xogħol hija kompitu ta’ servizz pubbliku li għandu jitwettaq biss minn korpi pubbliċi indipendenti, dan ma jfissirx li l-ispezzjonijiet tax-xogħol ma jistgħux ikunu assistiti mir-rappreżentanti tas-sħab soċjali; jemmen li għandha tiġi żgurata l-indipendenza tas-servizzi OHS vis-à-vis l-impjegatur; iqis, f’dak li għandu x’jaqsam mas-saħħa okkupazzjonali, li l-monitoraġġ, it-twissija, l-għarfien espert dwar is-saħħa, u l-għoti ta’ pariri tajbin relatati mas-saħħa jistgħu jsiru biss minn professjonisti indipendenti tas-saħħa u s-sikurezza; iqis bħala ta’ dispjaċir li, f’ċerti Stati Membri, il-ġestjoni tal-OHS għadha qed issir mill-assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem; jenfasizza li l-ispezzjoni u l-monitoraġġ tas-saħħa okkupazzjonali jeħtieġ isiru minn spetturi indipendenti mħarrġa fis-saħħa u s-sikurezza;

2.  Jenfasizza l-importanza li jitfasslu pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għat-tisħiħ tal-mekkaniżmi tal-ispezzjoni tax-xogħol, u għall-finanzjament tagħhom permezz tal-Fondi Strutturali Ewropej, fid-dawl tal-valur miżjud ta’ spezzjonijiet tax-xogħol effettivi fiż-żamma tal-koeżjoni soċjali u, b’mod ġenerali, fil-konsolidazzjoni tal-ġustizzja fuq il-post tax-xogħol;

3.  Jirrimarka li l-ispettorati tax-xogħol għandhom rwol fundamentali x’jiżvolġu fil-prevenzjoni u l-monitoraġġ, u jgħinu wkoll fit-tijib tal-għarfien espert u l-għoti ta’ informazzjoni fil-livell tal-kumpaniji; iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-livelli tal-persunal u r-riżorsi disponibbli għall-ispettorati tax-xogħol tagħhom u jissodisfaw il-mira ta’ spettur wieħed għal kull 10 000 ħaddiem, skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-ILO, kif ukoll jimponu penali aktar severi fuq l-impriżi li jonqsu milli jirrispettaw l-obbligi tagħhom fil-qasam tad-drittijiet fundamentali (is-salarji, is-sigħat ta’ xogħol u l-OHS); iqis li l-penali f’dawn il-każijiet iridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi;

4.   Ifakkar li l-kategoriji kollha ta’ ħaddiema, sew impjegati u sew ħaddiema li jaħdmu għal rashom, irrispettivament mill-istatus, ir-relazzjoni tal-impjieg jew l-oriġini tagħhom, jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali tal-ispezzjoni u għandhom igawdu l-istess livell ta’ protezzjoni; jenfasizza li tentattivi biex jiġi limitat l-ambitu tal-ispezzjonijiet tax-xogħol jista’ jkollhom impatt negattiv fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-impjegati, kif ukoll fuq id-drittijiet tagħhom;

5.  Jenfasizza l-ħtieġa li jittejjeb ir-rwol tal-ispettorati nazzjonali tax-xogħol, li jingħata taħriġ lill-persunal ta’ livell għoli u li jiġu kkoordinati r-responsabbiltajiet tagħhom sabiex jintlaqgħu b’suċċess l-isfidi ġodda għall-ispezzjonijiet;

6.  Iqis li l-ispezzjonijiet tax-xogħol jistgħu ikunu effettivi biss jekk l-awtoritajiet rilevanti jkunu ffinanzjati b’mod adegwat u jkollhom persunal biżżejjed; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta’ persunal li għandhom l-awtoritajiet tal-ispezzjoni fl-Istati Membri u n-nuqqas ta’ taħriġ kontinwu, b’mod partikolari fuq kwistjonijiet li jaffettwaw l-Ewropa kollha; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu s-sistemi ta’ spezzjoni tagħhom, billi din għandha tkun parti essenzjali mill-pjanijiet nazzjonali b’reazzjoni għall-kriżi ekonomika; jirrimarka li l-ispezzjonijiet tax-xogħol jiżvolġu rwol fundamentali billi jivverifikaw li l-leġiżlazzjoni fis-seħħ hija implimentata bis-sħiħ kif ukoll billi jiżguraw li ħaddiema partikolarment vulnerabbli huma koperti u mħarsa;

7.  Jinnota l-ħtieġa ta’ taħriġ uniformi għall-ispetturi tax-xogħol u ta’ uffiċjali oħrajn f’dan il-qasam, bil-għan li jissaħħaħ l-infurzar tal-liġi tal-UE dwar ix-xogħol;

8.  Jenfasizza li r-riformi finanzjarji li qed isiru f’ċerti Stati Membri m’għandhom, taħt l-ebda ċirkustanza, jirriżultaw fi tnaqqis fil-manodopera, fil-finanzjament, u fir-riżorsi infrastrutturali materjali u tekniċi tal-ispettorati tax-xogħol;

9.  Jirrimarka li l-obbligi legali u t-talbiet tal-ħaddiema jidhru li huma ż-żewġ fatturi prinċipali li jimmotivaw lill-impjegaturi biex jintroduċu politiki ta’ prevenzjoni(17);

10.  Jemmen li, mingħajr valutazzjoni adegwata tar-riskji, huwa impossibbli li l-ħaddiema jkunu protetti tajjeb; jemmen li l-SMEs jeħtieġ jiġu megħjuna jistabbilixxu politiki ta’ prevenzjoni tar-riskji; jenfasizza r-rwol pożittiv li għandhom l-inizjattivi sempliċi, mmirati u mingħajr ħlas, bħall-Valutazzjoni tar-Riskji interattiva Online (Online interactive Risk Assessment – OiRA) żviluppata mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA);

11.  Ifakkar lill-Istati Membri li kollha kemm huma ffirmaw u rratifikaw il-Konvenzjoni Nru 81 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar l-ispezzjonijiet tax-xogħol; jistedinhom, għaldaqstant, jinfurzaw il-prinċipji tal-Konvenzjoni;

12.  Jenfasizza li l-ispezzjonijiet tax-xogħol ikunu effettivi wkoll jekk isiru mingħajr preavviż, b’mod ripetut u għall-għarrieda; jirrimarka li biex il-penali jkunu effettivi għandhom ikunu mfassla b’tali mod li l-impjegaturi ma jkunux jistgħu jagħmlu gwadann billi jevadu l-ftehimiet dwar il-pagi jew il-liġijiet u r-regoli eżistenti;

13.  Jirrimarka li r-riżultati tal-ispezzjonijiet tax-xogħol għandhom ikunu akkumpanjati minn skadenzi ċari għall-azzjoni sabiex l-abbużi jiġu evitati fil-ħin u l-vittma tingħata l-protezzjoni mill-bidu;

14.  Jirrimarka li l-ispetturi tax-xogħol fl-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jwettqu spezzjonijiet fuq il-post stess, jużaw strumenti ta’ spezzjoni intelliġenti u jaħdmu f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet kollha rilevanti, għandu jkollhom mandat xieraq u jaħdmu b’mod independenti;

15.  Jistieden lill-Istati Membri biex, fil-każ ta’ abbużi skoperti mill-ispetturi tax-xogħol, jew meta l-informaturi jressqu każijiet ta’ abbuż għall-attenzjoni tal-ispetturi tax-xogħol, jipproteġu lill-ħaddiema kkonċernati u lill-informaturi involuti, u jippermettulhom li jitolbu bla ħlas id-drittijiet tagħhom; jirrimarka li l-miżuri pertinenti kollha, bħad-dritt dirett jew kollettiv ta’ lment, huma mezz effettiv għall-ħarsien tal-persuni affettwati u l-informaturi; jistieden lill-Istati Membri jadottaw miżuri għall-ħarsien tal-informaturi u l-familji tagħhom sabiex tiġi ffaċilitata l-iskoperta tal-abbużi; jenfasizza li huwa importanti li l-ħaddiema migranti f’sitwazzjoni irregolari jiġu mħarsa u li dan għandu jkun wieħed mill-oqsma ta’ tħassib; ifakkar lill-Istati Membri, f’dan il-kuntest, fil-Konvenzjoni dwar il-Ħaddiema Migranti (Dispożizzjonijiet Supplimentari) tal-ILO (Nru 143) tal-1975;

16.  Jistieden lill-Istati Membri jinfurzaw id-dispożizzjonijiet legali b’sanzjonijiet li jirriflettu s-serjetà tar-reat u jissanzjonaw b’mod dissważiv in-nuqqas ta’ rispett tal-kundizzjonijiet tax-xogħol; jenfasizza li r-riċerka indikat b’mod ċar li, f’termini ta’ titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-ogħla impatt jinkiseb b’miżuri ta’ prevenzjoni b’saħħithom u kkoordinati tajjeb flimkien ma’ spezzjonijiet minn kmieni, fost l-oħrajn billi l-impjegaturi jingħataw informazzjoni u parir jew billi l-ħaddiema mhux iddikjarati jiġu reġistrati b’mod retroattiv;

17.  Jirrimarka li sistema ta’ netwerking elettroniku tal-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali kollha rilevanti, bħall-“Crossroads Bank for Social Security” tal-Belġju(18), li jagħmilha aktar faċli għalihom li jiskambjaw id-dejta, hija strument utli biex l-ispettorati nazzjonali tax-xogħol jingħataw aċċess għad-dejta li jeħtieġu biex jagħmlu l-ispezzjonijiet;

18.  Jenfasizza li l-ispezzjonijiet tax-xogħol jiffaċċjaw ċerti sfidi fir-rigward tal-ispezzjonijiet li jikkonċernaw ħaddiema migranti u ħaddiema stazzjonati mill-UE u minn pajjiżi terzi; jenfasizza li, sabiex l-ispezzjonijiet tax-xogħol ikunu effettivi, huwa importanti li l-ispezzjonijiet tax-xogħol ikunu konxji biżżejjed mis-sitwazzjonijiet b’riskju għoli ta’ nuqqas ta’ konformità; jirrimarka li s-sistemi elettroniċi nazzjonali għall-prereġistrazzjoni obbligatorja ta’ ħaddiema barranin mill-impjegaturi, jistgħu jiffaċilitaw l-ispezzjonijiet tax-xogħol b’mod sostanzjali;

19.  Jirrimarka li s-sħab soċjali għandhom rwol importanti x’jiżvolġu, skont il-liġijiet u l-prattiki nazzjonali, fir-rigward tat-tfittxija għall-iżgurar tal-konformità mar-regolamenti eżistenti; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-involviment tas-sħab soċjali fit-tfassil u l-formulazzjoni ta’ pjanijiet nazzjonali tal-ispezzjoni tax-xogħol u fl-ispezzjonijiet tax-xogħol infushom;

20.  Iħeġġeġ il-ħolqien ta’ spettorati settorjali tripartitiċi addizzjonali li jirrappreżentaw lill-gvern, lill-ħaddiema u lill-impjegaturi u, bħala inizjattiva pilota, jitlob li dawn jidħlu fis-seħħ f’dawk l-Istati Membri bl-ogħla livelli ta’ xogħol mhux iddikjarat;

21.  Jinnota li jsiru inqas spezzjonijiet tax-xogħol f’lokalitajiet rurali; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li r-reġjuni rurali jkunu koperti b’mod xieraq;

22.  Jirrimarka li huwa komuni li l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ impjegati b’kuntratti ta’ terminu fiss ikunu inqas adegwati minn dawk ta’ impjegati permanenti; jinnota li, għall-ispezzjoni effikaċi tal-impjieg bil-kuntratt, għandhom jiġu estiżi d-drittijiet tal-ispetturi biex jispezzjonaw il-kumpaniji li jkunu qed jipprovdu x-xogħol, u l-ispezzjonijiet għandhom ikopru l-konformità mar-regoli dwar il-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll l-applikazzjoni tal-paga minima meta mitlub mil-liġi tal-Istat Membru jew mill-ftehimiet kollettivi nazzjonali; jinsisti li l-prevenzjoni ta’ problemi tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol għandha tingħata l-istess grad ta’ attenzjoni fis-settur privat u f’dak pubbliku; jirrimarka li l-osservanza tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni huwa obbligatorju; jiddikjara li għandu jkun possibbli li l-ħaddiema fuq kuntratti temporanji jsiru jafu dwar id-drittijiet tagħhom, inklużi d-drittijiet dwar ir-rati tal-paga, permezz ta’ servizz online jew sit elettroniku;

23.  Jesprimi tħassib dwar is-sitwazzjoni ta’ ħaddiema agrikoli staġjonali, ħafna drabi minn pajjiżi terzi; jemmen li l-ispezzjonijiet tax-xogħol f’dan is-settur qed jiżdiedu; jirrimarka li l-impjieg fis-settur huwa fil-parti l-kbira kkaratterizzat minn taħlita ta’ xogħol iddikjarat u mhuwiex;

24.  Jirrimarka li filwaqt li l-ħaddiema li jipprovdu servizzi fid-dar, ħafna drabi jaħdmu mingħajr ma jkunu rreġistrati, jew igawdu inqas drittijiet minn ħaddiema oħrajn, ħafna drabi din is-sitwazzjoni ma taqax taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali tal-ispezzjonijiet; jistieden lill-Istati Membri jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 189 u, b’konformità ma’ din il-konvenzjoni, jiżviluppaw u jimplimentaw miżuri għall-ispezzjonijiet tax-xogħol, l-infurzar u l-penali, bir-rispett dovut għall-karatteristiċi speċjali tax-xogħol domestiku, skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali; jenfasizza li, b’kompatibilità mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, dawn il-miżuri għandhom jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li skonthom jista’ jingħata aċċess għad-djar, bir-rispett dovut għall-privatezza;

25.  Jiġbed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni speċifika ta’ dawk li jaħdmu mid-dar u tat-teleħaddiema li, waqt ix-xogħol fid-dar jew barra mill-post tax-xogħol regolari, jistgħu wkoll ikunu soġġetti għal abbużi tal-liġi tax-xogħol meta l-impjegaturi jonqsu milli jwettqu l-obbligi legali tagħhom lejn dawn il-ħaddiema;

26.  Jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-settur tat-trasport li, minħabba l-karattru mobbli tiegħu, jista’ joħloq sfidi addizzjonali għall-ispettorati tax-xogħol; jitlob li l-ispettorati tax-xogħol ikunu mgħammra b’mezzi adegwati biex iwettqu spezzjonijiet effettivi f’dan is-settur;

27.  Jiddeplora l-inċidenza kbira u problematika ta’ impjieg indipendenti fittizju, speċjalment fis-settur tal-kostruzzjoni u tal-ipproċessar tal-laħam, inkluż taħt arranġamenti għall-istazzjonar tal-ħaddiema; iħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu miżuri ta’ spezzjoni xierqa biex jiġi miġġieled l-impjieg indipendenti fittizju, pereżempju billi jiġu stabbiliti kriterji biex jiġi ddeterminat x’jikkostitwixxi impjieg, sabiex l-ispetturi tax-xogħol ikunu jistgħu jiddistingwu bejn impjieg indipendenti fittizju u leġittimu; jiddikjara li, bil-għan li jiġi evitat l-impjieg indipendenti fittizju, għandhom jittieħdu miżuri li jippermettu lill-Istati Membri jintroduċu rekwiżiti jew miżuri ta’ kontroll aktar wiesgħa;

Xogħol mhux iddikjarat

28.  Jistieden lill-ispettorati nazzjonali tax-xogħol u lil awtoritajiet rilevanti oħra jfasslu pjanijiet ta’ azzjoni għall-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat, li jkopru l-forom kollha ta’ abbuż fil-kuntest ta’ ħaddiema impjegati u ħaddiema li jaħdmu għal rashom; jenfasizza li x-xogħol mhux iddikjarat, jekk ma jkunx ittrattat kif għandu jkun, jista’ jkun ta’ theddida għall-kapaċità tal-UE li tilħaq il-miri tax-xogħol tagħha għal aktar impjiegi u impjiegi aħjar, u għal tkabbir aktar b’saħħtu;

29.  Jesprimi tħassib serju dwar il-vulnerabbiltà estrema tal-ħaddiema migranti bi status irregolari jew mhux awtorizzat, peress li hemm ir-riskju li jiġu sfruttati f’xogħol mhux iddikjarat ta’ standards baxxi, b’pagi baxxi u sigħat twal tax-xogħol f’ambjenti tax-xogħol mhux sikuri; jenfasizza li kwalunkwe kooperazzjoni bejn l-ispetturi tax-xogħol u l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni għandha tkun limitata għall-identifikazzjoni ta’ impjegaturi abbużivi, u m’għandhiex twassal għal sanzjonijiet kontra l-ħaddiema migranti kkonċernati jew għat-tkeċċija tagħhom, peress li dan effettivament ixejjen l-isforzi biex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat;

30.  Iqis li fejn l-ispettorati nazzjonali tax-xogħol ikunu responsabbli biex jittrattaw ħaddiema migranti u stazzjonati, il-programmi ta’ taħriġ għall-ispetturi tax-xogħol għandhom jinkludu moduli speċifiċi dwar dawn il-kwistjonijiet kif ukoll dwar ix-xogħol mhux iddikjarat u t-traffikar tal-bnedmin, peress li dawn il-kwistjonijiet huma marbutin mill-qrib ma’ xulxin, u għandhom jinkludu wkoll moduli lingwistiċi, meta jkun rilevanti;

31.  Iqis li l-penali jkunu effettivi biss jekk l-impjegaturi ma jkunux jistgħu jagħmlu gwadann meta jimpjegaw ħaddiema b’mod illegali għaliex, jekk jagħmlu hekk, it-telf tagħhom ikun ferm akbar mill-ispejjeż li jidħlu għalihom meta jimpjegaw ħaddiema reġistrati;

32.  Jagħraf li teżisti tendenza ta’ aktar impjieg indipendenti fittizju, ta’ servizzi ta’ esternalizzazzjoni u ta’ sottokuntratti, li tista’ twassal għal żieda fl-impjiegi prekarji u għal aktar deterjorament tal-livelli ta’ ħarsien li diġà huma baxxi għall-ħaddiema mhux iddikjarati; jemmen li sistemi ta’ responsabbiltà ġenerali tal-kuntrattur jistgħu jservu bħala għodod utli biex tiżdied il-konformità mal-istandards tax-xogħol matul il-proċess kollu tal-produzzjoni, u li għandha tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta’ sistemi bħal dawn fl-Istati Membri kollha, filwaqt li jirrikonoxxi li l-kontrolli mill-ispetturi tax-xogħol jibqgħu essenzjali;

Ħarsien tax-xogħol – saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol

33.  Jiġbed l-attenzjoni għall-problema biex jiġu implimentati r-regoli dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol meta l-impjegati jagħmlu xogħol mhux iddikjarat; jenfasizza li d-dritt għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol japplika għal kull impjegat u għal kull persuna li taħdem għal rasha, u li t-titjib fl-implimentazzjoni tar-regoli eżistenti se jagħti sustanza lil dak id-dritt; jissuġġerixxi li l-Istati Membri jistudjaw il-possibbiltà li joffru eżami mediku kunfidenzjali għall-ħaddiema kollha, bla ħlas, darba fis-sena jew darba għal kull kuntratt, sabiex tingħatalhom protezzjoni bażika;

34.  Jirrakkomanda penali aktar stretti għall-kumpaniji li jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tad-drittijiet bażiċi tal-impjegati, u jqis li dawn il-penali għandu jkollhom effett ta’ deterrent u dissważiv biżżejjed biex jiżgura li l-impjegaturi ma jagħmlu ebda gwadann billi jevadu r-regoli eżistenti dwar il-protezzjoni tal-impjieg u tas-saħħa; jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw li fis-sistemi ta’ stabbiliment ta’ sanzjonijiet tagħhom jagħmlu l-livell tal-multi proporzjonali għall-ħsara kif ukoll jiżguraw li dan ikun ogħla mill-gwadann magħmul mit-tidwir mar-regoli;

35.  Jirrimarka li l-istrateġija Ewropa 2020 tiġbed l-attenzjoni fuq il-ħtieġa ta’ aktar nisa fis-suq tax-xogħol, u jqis li l-ispetturi tal-post tax-xogħol għandu jkollhom għarfien tal-kundizzjonijiet tax-xogħol kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel;

36.  Jitlob li dawn il-penali japplikaw ukoll għall-kumpaniji li jinstab li jkunu qed ipoġġu fuq lista sewda ħaddiema minħabba l-attivitajiet tagħhom bħala rappreżentanti tat-trade unions jew tas-saħħa u s-sikurezza;

37.  Jitlob li l-awtoritajiet nazzjonali superviżorji fil-qasam tan-negozju jkunu appoġġjati fl-implimentazzjoni ta’ sistema effiċjenti tal-protezzjoni tax-xogħol fil-livell tal-kumpaniji, speċjalment f’intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju; Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-ispezzjonijiet ikunu mmirati aktar mill-qrib biex jiġu identifikati soluzzjonijiet prattiċi u fattibbli għan-nuqqasijiet fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol;

38.  Japprova l-ħidma utli li l-Kumitat ta’ Livell Għoli ta’ Spetturi tax-Xogħol (Senior Labour Inspectors’ Committee – SLIC) qiegħed jagħmel biex iqarreb il-kulturi nazzjonali lejn xulxin; jitlob it-tisħiħ tar-riżorsi u tal-kompetenzi tiegħu; jitlob kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn is-SLIC u l-Kumitat Konsultattiv tal-Lussemburgu; huwa tal-fehma li l-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni dwar is-Sikurezza u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għandu jiġi aġġornat b’mod regolari dwar żviluppi fl-Istati Membri fil-qasam tal-ispettorati tax-xogħol u s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol;

39.  Huwa tal-fehma li dawn l-aspetti tas-saħħa u s-sikurezza għandhom jitqiesu wkoll fl-istrateġija tal-UE li jmiss dwar is-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol; jitlob li l-ispezzjonijiet tax-xogħol jintensifikaw il-miżuri mmirati tajjeb ta’ prevenzjoni u edukazzjoni maħsuba biex jiżdied l-għarfien tar-regoli u l-proċeduri dwar is-saħħa u s-sikurezza fost iċ-ċittadini; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jgħaġġlu l-implimentazzjoni tar-REACH, u b’mod partikolari s-sostituzzjoni tas-sustanzi kimiċi li huma l-aktar ta’ tħassib; iqis li l-mard relatat max-xogħol għandu jitqies fil-prijoritizzazzjoni ta’ dawn is-sustanzi;

II.Rakkomandazzjonijiet għal politika fil-livell Ewropew

Skambju transkonfinali ta’ informazzjoni aktar mgħaġġel u effiċjenti

40.  Iqis li kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali u s-sħab soċjali hija importanti fl-isforz biex jintemm id-dumping soċjali u tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta fis-suq uniku; jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tinħoloq Pjattaforma Ewropea għall-ispetturi tax-xogħol; jitlob, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tistabbilixxi Pjattaforma Ewropea għall-ispetturi tax-xogħol dwar xogħol mhux iddikjarat fi ħdan il-Eurofound, b’mandat – bħala kompitu addizzjonali għall-aġenzija – li torganizza x-xogħol tal-Pjattaforma u tiffaċilita l-iskambju ta’ esperjenzi u prattiki tajba, tipprovdi informazzjoni aġġornata, oġġettiva, affidabbli u komparattiva, ittejjeb il-kooperazzjoni transkonfinali u tidentifika u żżomm rekord ta’ kumpaniji tal-isem (letter-box companies) u operati simili;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, f’kooperazzjoni mas-sħab soċjali u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, mingħajr ħsara għall-prinċipju ta’ sussidjarjetà, tiddedika riżorsi umani adegwati għal każijiet fuq livell transkonfinali ta’ abbuż tar-regoli tal-ħarsien tax-xogħol u ta’ xogħol mhux iddikjarat – b’kompitu li jinkludi, fost l-oħrajn, l-identifikazzjoni ta’ kumpaniji tal-isem u l-kontroll ta’ fornituri ta’ servizzi transnazzjonali – u tiżviluppa programmi ta’ taħriġ kontinwu għall-ispettorati fl-UE kollha li jindirizzaw sfidi bħalma hu l-impjieg indipendenti fittizju u l-istazzjonar, l-identifikazzjoni ta’ modi ġodda ta’ evażjoni tar-regoli u l-organizzazzjoni ta’ kontrolli transkonfinali; jirrakkomanda, barra minn hekk, li l-ispettorati nazzjonali jwettqu spezzjonijiet transkonfinali okkażjonali u konġunti, b’mod partikolari fil-inħawi qrib iż-żoni tal-fruntieri;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-benefiċċji li tiġi introdotta, u – jekk ikun xieraq – titqiegħed għad-dispożizzjoni, kard Ewropea tas-sigurtà soċjali li ma tistax tiġi ffalsifikata, jew dokument elettroniku ieħor validu fl-UE kollha, fejn tiġi maħżuna d-dejta kollha meħtieġa biex tiġi vverifikata r-relazzjoni tal-impjieg tad-detentur, bħal dettalji dwar l-istatus tas-sigurtà soċjali u s-sigħat tax-xogħol, u li tkun soġġetta għal regoli stretti tal-protezzjoni tad-dejta, b’mod partikolari fejn tiġi pproċessata dejta personali sensittiva fir-rigward tal-privatezza; jenfasizza, għalhekk, l-importanza li qabel u matul l-iżvilupp ta’ kard bħal din, jiġi eżaminat bir-reqqa l-impatt tagħha fuq il-privatezza;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq proġett pilota għal mekkaniżmu Ewropew immirat għat-twissija bikrija għall-ksur ta’ regoli tal-ħarsien tax-xogħol u każijiet ta’ xogħol mhux iddikjarat, li jippromwovi l-iskambju rapidu bejn l-Istati Membri u li jkun akkumpanjat minn lista sewda sabiex b’mod aktar effettiv jiġi evitat fi stadju bikri l-ksur tar-regoli tal-protezzjoni tax-xogħol; ifakkar li dan il-mekkaniżmu ta’ twissija bikrija jista’ jiġi orjentat fuq is-sistema eżistenti Ewropea ta’ twissija rapida għall-protezzjoni tal-konsumatur (RAPEX); jenfasizza li l-ksur tar-regoli jeħtieġ jiġi dokumentat bir-reqqa, permezz ta’ reġistrazzjoni sistematika tar-riżultati tal-ispezzjonijiet, sabiex tkun tista’ tittieħed azzjoni mmirata kontra l-abbużi;

44.  Iqis li kooperazzjoni akbar kif ukoll skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat jista’ joffri valur miżjud Ewropew sinifikanti; jenfasizza li dan jirfed b’mod utli l-inizjattivi leġiżlattivi tal-UE dwar ix-xogħol mhux iddikjarat, jippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki u jtejjeb il-koordinazzjoni bejn l-ispettorati tax-xogħol minn pajjiżi differenti;

45.  Jirrimarka li, f’ċerti sitwazzjonijiet transkonfinali, ġie ristrett ħafna d-dritt tal-awtoritajiet nazzjonali tal-ispezzjoni li jwettqu spezzjonijiet f’kumpaniji barranin, u li dan ipperikola kemm il-ħarsien tal-ħaddiem kif ukoll l-assigurazzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwi; jitlob li l-informazzjoni dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema, pereżempju ċ-ċertifikati tal-istazzjonar A1, ma tkunx retroattiva, u li dawn jiddaħħlu f’reġistru fil-livell tal-UE li għandu jikkumplimenta reġistri nazzjonali eżistenti u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet fl-UE kollha sabiex jiġi ffaċilitat il-kontroll, fil-livell nazzjonali, tar-relazzjonijiet tal-impjieg fost il-ħaddiema stazzjonati fuq bażi multilingwi; jafferma li, f’dan ir-rigward, skambju transkonfinali aktar effiċjenti tal-informazzjoni bejn il-bosta awtoritajiet kompetenti huwa ta’ importanza kbira; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-ispezzjonijiet tax-xogħol jistgħu jagħmlu użu mid-dritt tagħhom ta’ spezzjonijiet indipendenti nondiskriminatorji f’sitwazzjonijiet transkonfinali, irrispettivament mill-post fejn tkun stabbilita l-kumpanija;

46.  Jirrimarka, b’rabta mal-applikazzjoni tad-direttiva dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema, li d-dokumenti għandhom jiġu tradotti, irrispettivament mit-tul tagħhom, meta dan ikun mitlub fil-qafas ta’ spezzjoni;

Inizjattivi leġiżlattivi ġodda fil-livell tal-UE

47.  Jenfasizza n-nuqqas ta’ enfasi, fid-direttivi eżistenti dwar is-sigurtà soċjali u tal-impjieg, dwar titjib fl-implimentazzjoni u dwar ir-rwol tal-ispettorati tax-xogħol; iqis li d-direttivi eżistenti jeħtieġ jiġu rieżaminati u riveduti fil-fond, jekk ikun hemm bżonn, u li l-kwistjoni tal-infurzar għandha tiġi indirizzata aħjar fil-liġi Ewropea dwar ix-xogħol; jilqa’, f’dan il-kuntest, l-istandards minimi ta’ spezzjoni fid-direttivi marbuta ma’ ċerti gruppi ta’ ħaddiema proposti mill-Kummissjoni; jenfasizza li r-rwol tal-ispettorati tax-xogħol, u tas-sħab soċjali, jeħtieġ jiġi kkunsidrat fi kwistjonijiet relatati mas-sigurtà soċjali u mal-impjieg, b’mod li jippermetti protezzjoni effettiva;

48.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jippromwovu l-introduzzjoni volontarja ta’ standards ogħla tax-xogħol mill-kumpaniji permezz tat-twaqqif ta’ sistema ta’ ‘tikketti soċjali’ bla ħlas li jkunu rikonoxxuti fil-livell nazzjonali jew tal-UE;

49.  Jirrimarka li f’ċerti Stati Membri hemm tfal taħt l-14-il sena li diġà qegħdin jaħdmu; iqis li jeħtieġ jissaħħaħ ir-rwol tal-ispetturi tax-xogħol u jiżdiedu l-kampanji kontra t-tħaddim tat-tfal; jistieden lill-Kummissjoni sabiex, fil-livell tal-UE, tintroduċi kampanji għall-kontroll u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet tax-xogħol taż-żgħażagħ, b’mod partikolari l-ħaddiema migranti żgħażagħ;

50.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li d-drittijiet proċedurali u d-drittijiet tal-infurzar, bħal dawk indikati fil-proposta għal direttiva dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema, ikunu disponibbli għall-ħaddiema kollha;

51.  Iqis bħala importanti, fir-rigward ta’ ħaddiema mobbli, li l-ispettorati nazzjonali tax-xogħol – u, fejn applikabbli, l-organizzazzjonijiet tal-impjegati – għandhom ikunu jistgħu jwettqu spezzjonijiet f’kull sitwazzjoni li huma jqisu li jkun hemm bżonn; josserva li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu introdotti kontrolli effikaċi u mekkaniżmi ta’ monitoraġġ fit-territorju tagħhom sabiex jikkontrollow u jimmonitorjaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet u r-regoli stabbiliti fid-direttivi rilevanti;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal u tipprovdi lill-Istati Membri b’linji gwida dwar l-aħjar prattiki, u tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejniethom, sabiex huma jkunu kapaċi jagħmlu skrutinju u kontroll tal-attivitajiet tal-aġenziji tax-xogħol temporanju b’mod aktar effikaċi; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom iżidu l-ispezzjonijiet komprensivi tagħhom fuq l-aġenziji tax-xogħol temporanju, u għandhom jikkunsidraw li jintroduċu miżuri li bihom dawn il-kumpaniji jkunu soġġetti għal obbligi ta’ ċertifikazzjoni u rappurtar;

53.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, mingħajr ħsara għall-prinċipju ta’ sussidjarjetà, tipproponi green book li fuqu jissejjes ir-rwol tal-ispetturi tax-xogħol u li jistabbilixxi standards Ewropej għall-ispezzjonijiet tax-xogħol u rekwiżiti ta’ taħriġ uniformi f’dan il-qasam, filwaqt li jqis id-differenzi bejn is-swieq tax-xogħol nazzjonali;

54.  Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika modi aħjar kif tindirizza sitwazzjonijiet ta’ dumping soċjali fl-UE u tipproponi strumenti xierqa f’dan ir-rigward; jirrimarka li l-politika tal-kompetizzjoni hija implimentata fuq livell Ewropew;

o
o   o

55.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70.
(2) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.
(3) ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9.
(4) ĠU C 125, 6.5.1999, p. 1.
(5) ĠU L 277, 28.10.1999, p. 34.
(6) ĠU L 168, 30.6.2009, p. 24.
(7) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 102.
(8) ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 1.
(9) ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 321.
(10) ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 401.
(11) ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 452.
(12) ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 176.
(13) Testi adottati, P7_TA(2013)0230.
(14) ĠU C 5, 10.1.1996, p. 1.
(15) ĠU C 304, 14.10.1996, p. 1.
(16) EU-OSHA.
(17) EU-OSHA, stħarriġ Esener, 2009.
(18) http://www.ksz.fgov.be/en/international/page/content/websites/international/aboutcbss.html.


Il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati fir-rikavat tal-kumpaniji
PDF 323kWORD 87k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati fir-rikavat tal-kumpaniji (2013/2127(INI))
P7_TA(2014)0013A7-0465/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bl-isem ‘Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv’ (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2012 bl-isem ‘Pjan ta’ Azzjoni: Id-dritt soċjetarju Ewropew u l-governanza korporattiva – qafas legali modern għal azzjonisti aktar impenjati u kumpaniji sostenibbli’ (COM(2012)0740),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Lulju 2002 dwar qafas għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati (COM(2002)0364) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-5 ta’ Ġunju 2003 dwarha(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) tal-21 ta’ Ottubru 2010 dwar il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati fl-Ewropa(2),

–  wara li kkunsidra l-istudju mitlub mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament dwar il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati fir-rikavat tal-kumpaniji(3), li ġie ppubblikat f’Settembru 2012,

–  wara li kkunsidra r-Rapport PEPPER IV, bl-isem ‘Benchmarking of employee participation in profits and enterprise results in the member and candidate Countries of the European Union’ (Parametru referenzjarju tal-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-profitti u r-riżultati tal-intrapriżi fil-pajjiżi membri u kandidati tal-Unjoni Ewropea), li ġie ppubblikat f’Ottubru 2009 mill-Università Ħielsa ta’ Berlin,

–  wara li kkunsidra r-Rapport PEPPER IIII, bl-isem ‘Promotion of employee participation in profits and enterprise results in the New Member and Candidate Countries of the European Union’ (Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-profitti u r-riżultati tal-intrapriżi fil-pajjiżi membri u kandidati tal-Unjoni Ewropea), li ġie ppubblikat f’Ottubru 2006 mill-Università Ħielsa ta’ Berlin,

–  wara li kkunsidra r-Rapport PEPPER II tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Jannar 1997 bl-isem ‘Promotion of participation by employed persons in profits and enterprise results (including equity participation) in Member States’ (Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ persuni impjegati fil-profitti u r-riżultati tal-intrapriżi (inkluża l-parteċipazzjoni fil-kapital) (COM(1996/0697),

–  wara li kkunsidra r-Rapport PEPPER I, bl-isem ‘Promotion of employee participation in profits and enterprise results’ (Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-profitti u r-riżultati tal-intrapriżi), li ġie ppubblikat f’Marzu 1991 mill-Kummissjoni u l-Istitut Universitarju Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proġett pilota tal-Kummissjoni dwar il-promozzjoni tas-sjieda u l-parteċipazzjoni tal-impjegati(4),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tat-18 ta’ Diċembru 2003 tal-grupp ta’ livell għoli ta’ esperti indipendenti dwar ostakoli transnazzjonali għat-tkabbir tal-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati f’intrapriżi transnazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2012 bit-titolu ‘Att dwar is-Suq Uniku II – Flimkien għal tkabbir ġdid’ (COM(2012)0573),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “L-Implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta’ Liżbona għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi: Trasferiment tan-Negozju - Kontinwità bis-saħħa ta’ bidu ġdid”, tal-14 ta’ Marzu 2006 (KUMM(2006) 0117 finali);,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2013 dwar informazzjoni u konsultazzjoni tal-ħaddiema, l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tar-ristrutturar(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0465/2013),

A.  billi l-iskemi ta’ parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati (PFI) jistgħu joffru benefiċċji finanzjarji diretti li jmorru lil hinn mill-istrutturi ta’ remunerazzjoni bażiċi maqbulin, permezz ta’:

   kondiviżjoni tas-sjieda, li toffri lill-impjegati d-dritt li jgawdu l-benefiċċji tas-suċċess tal-kumpanija filwaqt li jipparteċipaw fir-responsabbiltà u r-riskji marbuta ma’ deċiżjonijiet strateġiċi;
   kondiviżjoni tal-profitti, kemm jekk fil-forma ta’ flus kontanti, ishma jew benefiċċji, li tista’ tippremja s-suċċess jew il-prestazzjoni eċċezzjonali, iżżid l-introjtu tal-ħaddiema u tagħti spinta lill-kapaċità tal-infiq tagħhom, b’effett konsekwenzjali ekonomiku dirett fuq l-ekonomija lokali;

B.  billi l-impjegati jħabbtu wiċċhom ma' riskju doppju meta l-impjegatur jintlaqat minn kriżi: min-naħa, ir-riskju li jitilfu l-impjieg u l-introjtu tagħhom u, min-naħa l-oħra, ir-riskju li jitilfu l-kapital investit fil-kumpanija;

C.  billi hemm tliet mudelli ewlenin tal-PFI li kumpanija tista’ tagħżel minnhom: kondiviżjoni tal-profitt (fi flus kontanti, differita jew f’ishma), sjieda ta’ ishma individwali mill-impjegati (ishma tal-impjegati jew opzjonijiet fuq l-ishma) u pjanijiet ta’ sjieda ta’ ishma għall-impjegati (ESOPs); billi l-PFI tista’ tkun fil-forma ta’ ishma jew flus kontanti;

D.  billi l-mudell PFI l-aktar adattat se jiddependi ta’ spiss fuq id-daqs u l-istat tal-kumpanija, b’mod partikolari fuq jekk hijiex ikkwotata jew le;

E.  billi l-PFI, partikolarment fil-forma ta’ ESOPs jew sjieda parzjali, tista’ sservi bħala ammortizzatur, billi tippermetti li bonuses jew forom oħra ta’ ħlas jew premju supplementari jkunu amministrati fi trusts minn partijiet terzi, u b’hekk tifrex ir-riskju tal-investiment fost l-azzjonisti prinċipali tal-kumpanija u tiżgura wkoll li l-ħaddiema jkollhom portafoll ta’ ishma mfaddla;

F.  billi l-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati fil-kumpanija tagħhom timplika għadd ta' riskji potenzjali għall-ħaddiema; billi l-parteċipazzjoni finanzjarja ma għandhiex tintuża biex tevita l-konformità mal-liġi tax-xogħol, jew bħala mezz biex jitnaqqsu d-drittijiet soċjali u tax-xogħol miksuba jew biex tkun applikata pressjoni bil-ħsieb li tiżdied il-flessibbiltà tas-suq tax-xogħol;

G.  billi jekk l-impjegati jakkwistaw mis-sidien tal-kumpanija tagħhom id-dritt ta’ prijorità ta’ akkwiżizzjoni maġġoritarja, u għalhekk jistgħu jieħdu f’idejhom kumpaniji f’diffikultà finanzjarja, huma jistgħu jfittxu li jissalvagwardjaw l-impjiegi tagħhom stess u din il-proċedura tista’ tnaqqas l-inċertezza dwar l-impjieg kontinwu tagħhom meta jkun hemm il-possibbiltà ta’ akkwiżizzjoni maġġoritarja minn kumpaniji oħra; billi s-sjieda tal-impjegat tista’ tindirizza problemi ta’ suċċessjoni tal-kumpaniji, minħabba li kumpanija ta’ spiss tingħalaq jew tinbiegħ għal razzjonalizzazzjoni jew għeluq possibbli meta s-suċċessjoni ma tkunx possibbli; billi din il-proċedura tista’ tkun ta’ għajnuna b’mod partikolari għall-SMEs u l-mikrointrapriżi fl-iżgurar tal-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet kummerċjali sostenibbli; billi dawn il-vantaġġi jistgħu jiġu żgurati biss bil-parteċipazzjoni tal-ħaddiema;

H.  billi l-ESOP huwa eżempju ta’ mudell effettiv ta’ akkwiżizzjoni maġġoritarja mill-impjegati għal kumpaniji mhux ikkwotati fejn entità intermedjarja tintuża sabiex ikunu akkwistati l-ishma f’isem l-impjegati; billi l-impjegati mhumiex esposti għal riskji addizzjonali peress li l-akkwist huwa ffinanzjat minn kondiviżjoni tal-profitt, jew self li jitħallas lura mill-kondiviżjonijiet tal-profitt, li huwa apparti mis-salarji tal-impjegati;

I.  billi l-kunċett Spanjol ta’ sociedades Laborales huwa eżempju tal-aħjar prattika ta’ skema tal-PFI għall-mikrointrapriżi; billi jippermetti wkoll li l-persuni qiegħda jagħżlu li jirċievu l-benefiċċji tal-qgħad tagħhom bħala somma sħiħa sabiex ikunu jistgħu jibdew kumpanija ġdida jew jirrikapitalizzaw waħda eżistenti;

J.  billi l-PFI tnaqqas il-perspettiva għal żmien qasir, tippromwovi s-sostenibbiltà u l-perspettiva għal żmien twil f'teħid tad-deċiżjonijiet strateġiku mill-meniġers u tista' żżid l-interess tal-impjegati f'impenn fit-tul u li jfittxu soluzzjonijiet innovattivi fil-proċess ta' produzzjoni; billi l-PFI jista' għalhekk iwassal stabbilità, żvilupp u tkabbir waqt li jitnaqqsu r-riskji ta' espansjoni żejda li jwasslu għat-telf ta' impjiegi; jikkunsidra li dawn l-effetti jistgħu jissaħħu b'istituzzjonijiet ta' involviment tal-ħaddiema stabbli u operattivi;

K.  billi l-iskemi ta’ parteċipazzjoni finanzjarja jinkoraġġixxu investiment fit-taħriġ, billi dawn iżidu l-probabbiltà ta’ kumpaniji li jżommu fit-tul lill-ħaddiema li jkollhom il-kompetenzi;

L.  billi l-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati fir-rikavat tal-kumpanija tagħhom u, fejn xieraq, il-parteċipazzjoni assoċjata tal-ħaddiema fit-teħid tad-deċiżjonijiet, tista' tikkontribwixxi għal titjib fis-sodisfazzjon tax-xogħol kif ukoll fil-prestazzjoni u l-motivazzjoni ġenerali tal-ħaddiema; billi din tista' wkoll tħeġġeġ impjegati biex jiżviluppaw sens ta' sjieda u fehim aħjar tal-kumpanija tagħhom kif ukoll issaħħaħ ir-rispett reċiproku bejn l-impjegati u l-impjegaturi;

M.  billi l-fatt li l-impjegati jiġu inkoraġġati jiżviluppaw sens ta’ sjieda u responsabbiltà jżid is-sens ta’ inklużjoni tagħhom u l-probabbiltà li l-impjegaturi tagħhom joqorbu lejhom u jifhmu t-tħassib, il-perspettivi u l-ideat tagħhom;

N.  billi l-istabbiliment tal-PFI jista’ jgħin biex tingħata spinta lill-produttività, titjieb il-prestazzjoni, jiġi appoġġjat l-allinjament tal-interessi tal-impjegati u l-azzjonisti u jiġi attirat u jinżamm persunal fundamentali;

O.  billi l-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-maniġment permezz ta’ drittijiet tal-vot, id-dritt li jkunu preżenti jew forom oħra ta’ governanza tista’ ttejjeb il-ġestjoni u l-fluss ta' informazzjoni u tgħin lill-impjegati jkollhom fehim aħjar tas-sitwazzjoni meta l-kumpanija tagħhom tiffaċċja sfidi u abbiltà akbar biex jaċċedu għal premjijiet meta l-kumpanija tkun sejra tajjeb;

P.  billi fil-mudelli tal-PFI li jużaw entità intermedjarja, din l-entità tista’ teżerċita d-drittijiet tal-vot jew forom oħra ta’ governanza f’isem l-impjegati u tippermetti rappreżentanza kollettiva;

Q.  billi l-iskemi tal-PFI jista’ jkollhom rwol sinifikanti fl-involviment addizzjonali tal-ħaddiema fil-proċessi ta’ informazzjoni, ta’ konsultazzjoni u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet matul ristrutturar;

R.  billi l-PFI hija affettwata mir-regoli tat-tassazzjoni nazzjonali, u billi mhuwiex xieraq li jiġi żviluppat mudell komprensiv “wieħed għal kulħadd” għall-PFI fil-livell tal-UE: billi l-kumpanija individwali u l-ħaddiema tagħha jridu jiddeċiedu bir-reqqa dwar il-PFI filwaqt li jqisu l-kuntest nazzjonali u settorjali usa’; billi, ġabra ta’ linji gwida bażiċi tista’ tikseb il-fiduċja tal-pubbliku u tgħin lill-PFI tikseb ir-riżultati tagħha;

S.  billi l-PFI tista’ ma tkunx adattata għall-kumpaniji jew l-impjegati kollha u għalhekk qabel ma titwettaq tali skema għandu jkun hemm konsiderazzjoni bir-reqqa;

Ostakoli għall-adozzjoni tal-PFI fl-UE

1.  Jistieden lill-Istati Membri jqisu l-ostakoli transnazzjonali li jiffaċċjaw kemm il-kumpaniji li joffru skemi lill-impjegati f’diversi Stati Membri, kif ukoll l-impjegati, li għalihom it-tassazzjoni doppja tista’ tirrappreżenta ksur tad-dritt tal-libertà ta’ moviment;

2.  Jinnota d-differenzi fost l-Istati Membri fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali fuq id-dħul għall-parteċipazzjoni finanzjarja;

3.  Jenfasizza li f’ċerti każi jista’ jkun utli li jkun hemm il-konverġenza gradwali ta’ skemi ta’ parteċipazzjoni finanzjarja eżistenti u l-leġiżlazzjoni nazzjonali relatata sabiex fil-futur l-impjegaturi jkunu jistgħu joffru skemi fl-istess forma jew f’forma simili fl-Istati Membri kollha fejn għandhom l-impjegati;

4.  Jinsisti li n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar skemi ta’ parteċipazzjoni finanzjarja eżistenti jista’ jiġi kkumpensat billi tiżdied il-kwantità ta’ informazzjoni li tippermetti paragun fil-livell internazzjonali, fatt li jnaqqas l-ispejjeż kemm għall-kumpaniji l-kbar kif ukoll għall-SMEs, filwaqt li jippermettilhom joffru skemi ta’ parteċipazzjoni tal-impjegati li jissodisfaw il-ħtiġijiet partikolari tagħhom;

5.  Jenfasizza n-nuqqas ta’ miżuri leġiżlattivi nazzjonali li jiffavorixxu l-iżvilupp ta’ skemi tal-PFI; jinnota, f'dan ir-rigward, id-differenzi bejn il-pajjiżi tal-UE-15(6) u tal-UE-13(7) fir-rigward tal-livelli ta’ parteċipazzjoni tagħhom fi skemi tal-PFI; jirrikonoxxi r-rabta bejn l-introduzzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi fil-livell nazzjonali favur skemi tal-PFI u l-għadd ta’ impjegati li jipparteċipaw fi skemi bħal dawn;(8)

Kwistjonijiet ta' tassazzjoni

6.  Jenfasizza li hi meħtieġa aktar trasparenza fl-iskemi nazzjonali għall-parteċipazzjoni tal-impjegati u speċjalment meta jiġi kkalkolat il-piż tat-taxxa effettiv fl-UE-28 sabiex jiġu evitati t-taxxa doppja u d-diskriminazzjoni;

7.  Jinnota li qafas ta' mudell Ewropew għall-parteċipazzjoni tal-impjegati ma għandux ikun prevalenti fuq ir-regoli tat-tassazzjoni nazzjonali;

8.  Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu inċentivi ta' tassazzjoni, bi qbil mal-prinċipji tal-aħjar prattika, meta jippromovu skemi għas-sjieda tal-impjegati;

9.  Jinnota li inċentivi tat-taxxa mmirati b’mod preċiż jistgħu jżidu l-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati f’diversi Stati Membri u anke jgħinu fit-tkabbir ekonomiku;

10.  Huwa tal-fehma, għaldaqstant, li l-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta linji gwida dwar it-tassazzjoni tal-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati;

Rakkomandazzjonijiet

11.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw miżuri xierqa biex jinkoraġġixxu l-kumpaniji jiżviluppaw u joffru b'mod volontarju skemi tal-PFI, miftuħin għall-impjegati kollha fuq bażi mhux diskriminatorja, b'kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni speċifika tal-SMEs u l-mikrointrapriżi; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-iskambji tal-aħjar prattika f’dan ir-rigward;

12.  Huwa tal-fehma li l-Parteċipazzjoni Finanzjarja tal-Impjegati (PFI) tista’ tkun ukoll forma ta’ benefiċċju għall-impjegat, permezz ta’ parteċipazzjoni f'kapital jew bonds speċifiċi, skont il-prodott finanzjarju użat u t-tip ta’ kumpanija kkonċernata;

13.  Jemmen li kwalunkwe miżura li tirrigwarda l-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati fl-introjtu tal-kumpanija għandha tkun sostenibbli fuq terminu twil u abbażi tal-prinċipji ta’ parteċipazzjoni volontarja, tal-ugwaljanza fost il-ħaddiema u ta' diliġenza dovuta, speċjalment għall-SMEs; jenfasizza l-fatt li, minkejja li l-UE tirrikonoxxi l-utilità ta' skemi ta' parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati, dan il-qasam mhuwiex kompetenza tal-Unjoni;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu s-sħab soċjali, skont il-liġijiet nazzjonali u l-prattiki, l-organizzazzjonijiet tas-sjieda tal-impjegati u l-partijiet interessati aktar mill-qrib fi djalogu bejn dawk li jfasslu l-politika, l-impjegaturi u r-rappreżentanti tal-ħaddiema, fil-livelli rispettivi filwaqt li tkun irrispettata l-awtonomija tas-sħab soċjali f’negozjar kollettiv, sabiex jiġi żgurat li eżempji eżistenti tal-aħjar prattika jiġu kkunsidrati fl-iżvilupp ta’ politiki biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-PFI mill-impriżi;

15.  Jantiċipa r-riżultati tal-proġett pilota, b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ Ċentru Virtwali tal-PFI u l-Kalkolatur ta’ Rata Fiskali Effettiva CETREPS; jistieden lill-Kummissjoni toffri ideat lill-Istati Membri dwar il-parteċipazzjoni ta' mekkaniżmi fid-dawl ta' dan il-proġett pilota;

16.  Iqis b'interess 29 reġim fakultattiv potenzjali bħala qafas legali uniku fakultattiv miftuħ għall-impjegati fl-UE kollha, li jirrispetta l-oqsma ta' kompetenza tal-Istat Membru dwar il-liġi fiskali u tax-xogħol, f'termini ta':

   (a) grupp ta’ mudelli sempliċi, elementari u bażiċi żviluppati minn eżempji tal-aħjar prattika għal kull tip u daqs ta’ kumpanija,
   (b) approċċ ibbażat fuq is-suq fejn ir-reġim uniku jużawh biss il-kumpaniji li jsibuh utli,
   (c) li jippermetti d-differenzi fil-kultura legali tal-Istati Membri billi r-reġimi nazzjonali jibqgħu jeżistu b’mod parallel,
   (d) li jtejjeb it-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni sabiex tkun iffaċilitata l-implementazzjoni ġusta fi Stati Membri differenti,
   (e) l-applikabbiltà fil-livell nazzjonali u/jew tal-UE meta jkun meħtieġ u li ma jkunx ristrett għal kumpaniji transkonfinali, b'kunsiderazzjoni għall-kwistjonijiet ta’ taxxa kif ukoll ir-riskju finanzjarju għall-impjegati;(9)

17.  Jemmen li, valutazzjoni tal-impatt fuq 29 reġim għandha tgħin biex jiġu vvalutati possibbiltajiet dwar kif jinħolqu kundizzjonijiet indaqs u biex ma tiġix ostakolata l-internazzjonalizzazzjoni tal-intrapriżi;

18.  Jinnota li s-sjieda tal-impjegati trawwem koeżjoni soċjali tant meħtieġa u sservi ta’ addizzjoni importanti għal governanza korporattiva sostenibbli; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li tittieħed prekawzjoni fil-promozzjoni tal-iskemi ta’ parteċipazzjoni finanzjarja sabiex il-pagi ma jiġux sostitwiti minn sistemi ta’ qsim tal-profitti;

19.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-partijiet interessati rilevanti, għalhekk, biex ikomplu jippromwovu l-adeżjoni ‘mal-approċċ modulari’;

20.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta valutazzjoni tal-impatt indipendenti fuq '29 reġim' bħal dan għall-PFI u jantiċipa l-inklużjoni ta' informazzjoni dwarha fir-rapport interim tal-Kummissjoni;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, wara l-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt indipendenti u f’kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-sjieda tal-impjegati, l-Istati Membri u, fejn xieraq, is-sħab soċjali, tqis li tiżviluppa sett ta’ linji gwida bażiċi għal skemi tal-PFI ta’ suċċess li jinkludu l-elementi li ġejjin:

   (a) isegwu objettiv: il-kumpaniji għandhom jiddeterminaw l-objettivi ta’ skema tal-PFI sabiex jagħżlu liema mudell huwa l-aktar xieraq għalihom u biex ikollhom l-aħjar ċans li jiksbu r-riżultat mixtieq; qabel l-introduzzjoni, l-iskemi tal-PFI għandhom ikunu suġġetti għal konsultazzjoni mill-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom; il-ftehimiet kollettivi m’għandhomx jiddgħajfu minn ftehimiet dwar skemi tal-PFI;
   (b) flessibbli fit-tħaddim u ta’ natura volontarja: il-PFI taħdem b’mod differenti f’setturi differenti, f’kumpaniji ta’ qisien u tipi differenti, u fi Stati Membri differenti; id-deċiżjoni li tkun żviluppata u implimentata skema tal-PFI għalhekk għandha ssir fil-livell tal-kumpanija fid-dawl tad-dritt u l-prattika nazzjonali eżistenti, u b'kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija;
   (c) addizzjonali/kumplimentari għar-remunerazzjoni kuntrattwali: kwalunkwe mudell tal-PFI għandu jkun żieda mal-paga bażika u d-drittijiet kuntrattwali ta’ ħaddiem, mhux sostitut għal dawn id-drittijiet;
   (d) ta’ natura volontarja għall-impjegati: il-PFI hija mezz li bih l-impjegati huma offruti għażla dwar kif jibbenefikaw minn relazzjoni finanzjarja aktar mill-qrib mal-impjegatur tagħhom; fl-aħħar mill-aħħar din trid tkun fakultattiva għal ħaddiem individwali biex jagħżel jidħolx fiha jew le, iżda trid tkun ukoll disponibbli għall-ħaddiema kollha, inkluż il-ħaddiema part-time, tal-kumpanija mingħajr diskriminazzjoni sabiex tinkiseb inklużjoni ġenwina;
   (e) negozjati mis-sħab soċjali: meta l-prattiki u t-tradizzjonijiet nazzjonali jinkludu s-sħab soċjali fil-livell tal-kumpaniji, l-iskemi tal-PFI għandhom jiġu negozjati mis-sħab soċjali rilevanti, fuq bażi lokali, kumpanija b’kumpanija jew mifruxa fuq il-kumpanija kollha, sabiex jitfasslu skont il-kundizzjonijiet u ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-kumpanija u l-forza tax-xogħol tagħha; dawn l-iskemi m’għandhomx jiddiskriminaw kontra impjegati talli jappartjenu għal trejdjunijin jew għal kwalunkwe raġuni oħra ta' diskriminazzjoni elenkata fl-Artikolu 10 tat-TFUE;
   (f) informazzjoni ċara: tali informazzjoni trid tingħata lill-impjegati dwar ir-riskji u d-drittijiet marbutin mal-għażla li jidħlu fi skema tal-PFI inkluż kwalunkwe perjodu tal-vestiment: id-deċiżjoni li jissieħbu fi skema tal-PFI għandha tkun ibbażata fuq il-kunsens informat ta’ impjegat, mogħti bl-għarfien sħiħ tad-drittijiet tagħhom, l-obbligi u r-riskji sottostanti kif ukoll l-effetti tat-taxxa meta jissieħbu fi skema u l-kundizzjonijiet li japplikaw meta jħallu l-kumpanija jew l-iskema fi kwalunkwe ċirkustanza;
   (g) involviment fil-governanza: impjegatur għandu, skont l-iskema, jistieden ħaddiem jew ħaddiema biex ikunu direttament involuti fil-governanza ta' kumpanija; meta dan ikun il-każ, id-drittijiet u r-reponsabbiltajiet għandhom ikunu definiti b'mod ċar u konġunt;
   (h) jekk il-mudell miftiehem ikun il-kondiviżjoni tas-sjieda, tkun preferuta sjieda kollettiva ta’ ishma – pereżempju fi trust; f’dan il-mudell, l-ishma għandhom ikunu allokati b’tali mod li ma jiżdidux id-differenzi eżistenti fil-paga;
   (i) huwa imperattiv li tinħareġ assigurazzjoni biex tiġi mħarsa l-parteċipazzjoni tal-ħaddiem mill-insolvenza tal-kumpanija;
   (j) għandu jkun dejjem ikkunsidrat l-impatt fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi meta jintlaħaq ftehim dwar skemi tal-PFI;
   (k) trasparenza: l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-kumpanija kkonċernata u l-informazzjoni dwar r-riskji marbuta għandhom ikunu disponibbli għall-ħaddiema kkonċernati l-ħin kollu;

22.  Ifakkar li, kif indikat fil-perjodu ta’ qabel il-kriżi finanzjarja, il-politiki ta’ remunerazzjoni li jinkoraġġixxu mġiba eċċessivament riskjuża mill-impjegati jistgħu jikkompromettu l-amministrazzjoni tajba u effikaċi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, tal-fondi ta’ investiment u ta’ kumpaniji oħrajn fis-settur finanzjarju;

23.  Iħeġġeġ lis-sħab soċjali jkomplu jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw opportunitajiet ġodda u innovattivi għall-PFI fil-livelli rilevanti;

24.  Jemmen li, biex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni finanzjarja bl-għan li tinħoloq forma ġdida ta’ finanzjament tal-kumpanija u l-impjegati jkunu jistgħu jintrabtu aktar mal-impriża li timpjegahom, l-impjegaturi għandhom jingħataw l-opportunità li joffru lill-impjegati forom ta’ sottoskrizzjonijiet tal-kapital azzjonarju jew inkella titoli ta’ dejn maħruġa speċifikament (bonds); hu tal-fehma li s-sottoskrizzjonijiet tal-kapital għandhom ikunu esegwiti b'mod volontarju mill-impjegati, li jaġixxu jew bħala individwi jew bħala grupp, kif ukoll mill-kumpanija;

25.  Jirrikonixxi li s-suċċessjoni tan-negozju, il-finanzjament addizzjonali, iż-żamma tal-persunal u problemi karatteristiċi oħra tal-SMEs, jistgħu jittaffew minn pjanijiet ta’ sjieda ta' ishma tal-impjegati; huwa tal-opinjoni li l-iskemi ta' parteċipazzjoni tal-impjegati f’intrapriżi żgħar u mikro jistgħu jiġu kkumbinati ma’ miżuri tas-suq tax-xogħol, bħall-benefiċċji tal-qgħad, u għalhekk jgħinu biex jiġu riintegrati l-persuni qiegħda;

26.  Jinnota li hemm nuqqas ta’ informazzjoni u edukazzjoni dwar skemi possibbli ta' parteċipazzjoni tal-impjegati, speċjalment fost l-SMEs; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jorganizzaw aħjar il-kampanji ta’ informazzjoni u jinkoraġġixxu t-trasferibbiltà transkonfinali tal-iskemi tal-aħjar prattika fost l-Istati Membri.

27.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri, f’kooperazzjoni mas-sħab soċjali, mal-organizzazzjonijiet tas-sjieda tal-impjegati u mal-Kummissjoni, biex jużaw portali ta’ informazzjoni waħdanin eżistenti – one-stop shops – aċċessibbli għall-impjegaturi u l-impjegati, jew jiżviluppaw oħrajn ġodda, biex jispjegaw il-benefiċċji u l-vantaġġi kif ukoll ir-riskji tal-PFI, l-inċentivi nazzjonali disponibbli u l-mudelli differenti li jeżistu, sabiex jippermettu lill-ħaddiema u l-impjegaturi jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-iskemi tal-PFI u jsibu l-aħjar għażla għal ftehimiet fil-livell ta’ kumpanija u jivvalutaw aħjar l-għażliet disponibbli għalihom u l-isfidi li jġib miegħu dħul fi skema tal-PFI; jissuġġerixxi li dawn il-portali ta’ informazzjoni waħdanin għandhom ikunu marbuta jew inklużi f’korpi kompetenti jew awtoritajiet eżistenti fil-livell nazzjonali;

o
o   o

28.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C68 E, 18.3.2004, p. 429.
(2) ĠU C 51, 17.2.2011, p. 1.
(3) IP/A/EMPL/ST/2011-02 – PE 475.098.
(4) MARKT/2013/019/F 2013/S 077-128533
(5) Testi adottati, P7_TA(2013)0005.
(6) L-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni qabel l-1995.
(7) L-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni wara l-1995.
(8) “Employee financial participation in companies’ proceeds” (Il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati fir-rikavat tal-kumpaniji) (PE 475.098), p. 36.
(9) ‘Employee financial participation in companies’ proceeds’ (Il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati fir-rikavat tal-kumpaniji) (PE 475.098), p. 16.


Protezzjoni soċjali għal kulħadd, inklużi l-persuni li jaħdmu għal rashom
PDF 333kWORD 109k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar il-protezzjoni soċjali għal kulħadd, inklużi l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom (2013/2111(INI))
P7_TA(2014)0014A7-0459/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 3(3) u 6(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 9, 53 u mill-151 sal-157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5, 15, 16, 27, 31, 34, u 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 1, 2, 3, 4, 11, 12, 13, 19 u 23 tal-Karta Soċjali Ewropea (Riveduta),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) Nru 102 (1952) dwar l-Istandards Minimi tas-Sigurtà Soċjali,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-ILO Nru 117 (1962) dwar il-Politika Soċjali (għanijiet u standards bażiċi),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-ILO Nru 121 (1964) dwar il-Benefiċċji f’Każ ta’ Korriment fuq il-Post tax-Xogħol; il-Konvenzjoni Nru 128 (1967) dwar il-Benefiċċji tal-Invalidità, l-Irtirar u s-Superstiti; il-Konvenzjoni Nru 130 (1969) dwar il-Kura Medika u l-Benefiċċji tal-Mard; il-Konvenzjoni Nru 168 (1988) dwar il-Promozzjoni tal-Impjiegi u l-Protezzjoni kontra l-Qgħad; u l-Konvenzjoni Nru 183 (2000) dwar ir-reviżjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Maternità,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-ILO tal-2012 dwar is-sistemi Nazzjonali ta' Protezzjoni Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Dinji tal-ILO dwar is-Sigurtà Soċjali (2010/11) dwar il-provvediment ta’ kopertura fi żminijiet ta’ kriżi u lil hinn(1),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-ILO ta’ Novembru 2003 dwar il-Protezzjoni soċjali: Investiment kontinwu tul iċ-ċiklu tal-ħajja għall-ġustizzja soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali(3)

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol(5),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar il-kriterji komuni rigward ir-riżorsi u l-għajnuna soċjali suffiċjenti fis-sistemi ta’ protezzjoni soċjali (92/441/KEE)(6),

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1992 dwar il-konverġenza tal-objettivi u tal-politiki tal-protezzjoni soċjali (92/442/KEE)(7),

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni għall-modernizzazzjoni u t-titjib tal-protezzjoni soċjali(8),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-10 ta’ Frar 2011 tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali intitolat “SPC Assessment of the social dimension of the Europe 2020 Strategy” (il-Valutazzjoni tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tad-dimensjoni soċjali tal-Istrateġija Ewropa 2020)(9),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata “Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Frar 2012 intitolata “White Paper – Aġenda għal Pensjonijiet Adegwati, Sikuri u Sostenibbli” (COM(2012)0055),

–  wara li kkunsidra r-Rieżami tal-Kummisjoni tat-8 ta’ Jannar 2013 intitolata “Employment and Social Developments in Europe 2012” (l-Iżviluppi fl-Impjiegi u fis-Soċjetà fl-Ewropa 2012)(10),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Awwissu 2012 intitolata “Il-Protezzjoni Soċjali fil-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp tal-Unjoni Ewropea” (COM(2012)0446),

–  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2006 li timmodernizza l-liġi dwar ix-xogħol biex taffaċċa l-isfidi tas-seklu 21 (COM(2006)0708),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-29 ta' April 2010 dwar “Tendenzi ġodda fil-qasam tal-impjieg ta' persuni li jaħdmu għal rashom: il-każ speċifiku tal-impjieg ta' persuni li jaħdmu għal rashom ekonomikament dipendenti”(11),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta’ Marzu 2013 dwar “L-abbuż mill-istatus ta’ persuna li taħdem għal rasha”(12),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (COM(2008)0639) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol(13),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2009 (COM(2009)0545) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar is-sostenibilità fuq medda twila ta’ żmien tal-finanzi pubbliċi għal ekonomija li qed tirkupra(14),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar kuntratti atipiċi, karrieri professjonali sikuri, flessigurtà u forom ġodda ta’ djalogu soċjali(15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali(16),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar ir-rwol tad-dħul minimu fil-ġlieda kontra l-faqar u l-promozzjoni ta’ soċjetà inklużiva fl-Ewropa(17),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar l-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ: soluzzjonijiet possibbli(18),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ottubru 2008 dwar l-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat(19),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Mejju 2007 dwar il-promozzjoni tax-xogħol deċenti għal kulħadd(20),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Lulju 2007 li timmodernizza l-liġi tax-xogħol biex taffaċċa l-isfidi tas-seklu 21(21),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-futur tas-servizzi soċjali ta’ interess ġenerali(22),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali(23),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar Aġenda għal Pensjonijiet Adegwati, Sikuri u Sostenibbli(24),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni – inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014–2020”(25),

–  wara li kkunsidra l-istudju kkommissjonat mill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali f'Mejju 2013 intitolat “Social protection rights of economically dependent self-employed workers” (id-drittijiet tal-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom li huma ekonomikament dipendenti)(26),

–  wara li kkunsidra r-rapport imfassal apposta tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofund) tal-2013 intitolat “Self-employed or not self-employed? Working conditions of ‘economically dependent workers’” (Timpjega lilek innifsek jew ma timpjegax lilek innifsek? Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-“ħaddiema ekonomikament dipendenti”)(27),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofund tat-2 ta’ Marzu 2009 intitolat “Self-employed workers: industrial relations and working conditions” (il-Ħaddiema li jaħdmu għal rashom: relazzjonijiet industrijali u kundizzjonijiet tax-xogħol)(28),

–  wara li kkunsidra r-rapport komparattiv tal-Eurofund ta’ April 2013 intitolat “Social partners’ involvement in unemployment benefit regimes in Europe” (l-involviment tas-sħab soċjali fir-reġim tal-benefiċċju tal-qgħad fl-Ewropa)(29),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0459/2013),

A.  billi l-aċċess għas-sigurtà soċjali huwa dritt fundamentali li, b'konformità mad-dritt Komunitarju, mad-dritt u mal-prattiki nazzjonali, huwa element ewlieni għall-mudell soċjali Ewropew billi l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO) adottat rakkomandazzjonijiet dwar “is-sistemi nazzjonali ta' protezzjoni soċjali” bil-għan li jiżguraw id-dritt fundamentali ta’ kull individwu għas-sigurtà soċjali u għal livell ta’ għixien diċenti;

B.  billi s-sigurtà soċjali hija kompetenza nazzjonali, ikkoordinata fil-livell tal-UE;

C.  billi l-protezzjoni soċjali tiffaċilita l-adattament ta' bidliet fis-suq tax-xogħol, tiġġieled il-faqar u l-esklużjoni soċjali, tiżgura l-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol u tinvesti fir-riżorsi umani; billi s-sigurtà soċjali għandha effett ta’ stabbilizzazzjoni tal-ekonomija u għandha funzjoni kontroċiklika li tista' żżid d-domanda u l-konsum interni;

D.  billi biex tiġi megħluba l-kriżi, ċerti Stati Membri naqqsu sew il-finanzi pubbliċi tagħhom fl-istess żmien li żdiedet id-domanda għas-sigurtà soċjali tagħhom minħabba żieda fin-numru ta’ nies qiegħda; billi l-allokazzjonijiet tal-baġit nazzjonali għall-kopertura tas-sigurtà soċjali ġġebbdu aktar billi l-kontribuzzjonijiet naqsu wara t-telf ta’ impjieg li laqat lil diversi persuni jew it-tnaqqis fis-salarji, u għalhekk il-mudell soċjali Ewropew verament tqiegħed fil-periklu;

E.  billi l-kopertura tas-sigurtà soċjali f'ċerti Stati Membri tal-UE mhijiex xierqa u tista’ tittejjeb; billi l-każijiet ta’ abbuż tal-ħaddiema vulnerabbli fl-UE għadhom jiġru ta’ spissi;

F.  billi l-maġġoranza tal-mudelli tradizzjonali ta' protezzjoni soċjali, b'mod partikolari s-sigurtà soċjali u s-sistemi tal-liġi tax-xogħol, ġew ikkonċepiti biex jissalvagwardaw id-drittijiet soċjali u tax-xogħol tal-impjegati, jeżisti r-riskju li bil-forom il-ġodda tal-impjiegi li qed jiżviluppaw u biż-żieda fl-għadd ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, gruppi ġodda ta’ ħaddiema jistgħu jiffaċċjaw livell anqas ta' protezzjoni soċjali;

G.  billi n-nisa li jagħżlu li jsiru intraprendituri jindikaw, iktar ta’ spiss mill-irġiel, li l-bilanċ aħjar bejn l-impjieg u l-ħajja u/jew ħtieġa ekonomika huma l-motivazzjoni prinċipali għad-deċiżjoni tagħhom;

H.  billi n-nisa li jaħdmu għal rashom huma f’minoranza fost il-persuni li jaħdmu għal rashom, iżda huma iktar probabbli li jaqgħu fil-faqar;

I.  billi nuqqas ta’ aċċess għal drittijiet ta’ pensjoni adegwata, benefiċċju għall-mard, liv imħallas u forom oħra ta’ sigurtà soċjali jaggravaw id-diskrepanza tal-pagi bejn is-sessi għan-nisa li jaħdmu għal rashom, speċjalment wara li jirtiraw;

J.  billi numru li qed jiżdied ta’ dawk li jaħdmu għal rashom jew dawk li għandhom impjieg li jħallas ftit jew ftit li xejn, b'mod partikolari n-nisa, qed jaqgħu taħt il-linja tal-faqar iżda mhumiex uffiċjalment reġistrati bħala qiegħda;

K.  billi jkun utli li tiġi stabbilita definizzjoni ċara ta' impjieg ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom fittizju u li jiġu impediti abbużi eventwali sabiex jiġi evitat il-ksur tad-drittijiet soċjali tal-ħaddiema, it-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u r-riskju ta’ dumping soċjali;

L.  billi impjieg ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom falz huwa bażikament forma ta’ evażjoni ta’ kontribuzzjoni parzjali li hija diffiċli biex tinqabad u jimmina s-sostenibbiltà u l-adegwatezza ta’ skemi ta’ pensjoni, filwaqt li jċaħħadhom minn riżorsi vitali;

M.  billi l-livelli tal-qgħad partikolarment għolja f’ħafna Stati Membri, aggravati mill-pressjoni kostanti li jitnaqqsu l-ispejjeż tax-xogħol (unità) qed iwasslu għal tendenzi nazzjonali u prattiċi fis-suq tax-xogħol li jinkoraġġixxu l-iżvilupp ulterjuri u t-tkabbir ta’ impjiegi ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom foloz;

N.  billi t-tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawk il-ħaddiema li jaħdmu għal rashom li mhumiex ekonomikament indipendenti mhuwiex radikalment differenti minn dak tal-impjegati, id-drittijiet tagħhom għas-sigurtà soċjali u għall-impjieg għandhom ikunu jixbhu aktar lil dawk tal-impjegati fejn ikun xieraq;

O.  billi hawn nuqqas ta’ informazzjoni u data affidabbli, preċiża u komparabbli dwar is-sitwazzjoni, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-arranġamenti tas-sigurtà soċjali biex jiġu kkumbinati l-impjieg u l-kura fir-rigward tal-persuni li jaħdmu għal rashom;

P.  billi fl-2012, l-impjieg ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom irrappreżenta aktar minn 15 % tal-impjieg totali fl-UE, filwaqt li f'xi każijiet mhuwiex l-għażla preferuta tal-persuna kkonċernata iżda aktar neċessità minħabba nuqqas ta' opportunitajiet oħra ta' xogħol jew arranġamenti tax-xogħol flessibbli biżżejjed biex jikkumbinaw ix-xogħol u l-kura għad-dipendenti; billi f'ħafna Stati Membri huwa diffiċli għal persuna li taħdem għal rasha biex takkwista drittijiet suffiċjenti għall-pensjoni, b'hekk iżżid ir-riskju ta' faqar fil-futur għal dawk ikkonċernati; billi dawk il-ħaddiema għal rashom ekonomikament dipendenti huma rarament organizzati fi trejdjunjin jew għandhom rappreżentanza trejdjunjonistika, anke jekk huma aktar probabbli li jkunu vittmi tal-ħinijiet tax-xogħol u abbużi oħra;

Siġurtà soċjali għal kulħadd

1.  Jenfasizza l-ħtieġa li kontinwament jiġu mtejba u mmodernizzati sistemi ta’ protezzjoni soċjali fil-livell tal-Istati Membri sabiex tiġi żgurata protezzjoni soċjali b'saħħitha, sostenibbli u adegwata għal kulħadd, abbażi tal-prinċipji tal-aċċess universali u tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni, kif ukoll il-kapaċità ta’ reazzjoni flessibbli għall-bidliet demografiċi u żviluppi fis-suq tax-xogħol;

2.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw il-finanzjament responsabbli u sostenibbli fit-tul tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, b'mod partikolari f’perjodi ta’ kriżi ekonomika, kif ukoll biex jiġi żviluppat l-aspett preventiv tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u jpoġġu aktar enfasi fuq l-attivazzjoni ta' miżuri, u ma jintesiex li wieħed mill-aktar fatturi importanti tal-investimenti soċjali hu li dawn jippermettu li jitqabblu l-għanijiet soċjali ma’ dawk ekonomiċi u fuq perjodu twil jistgħu jikkontribwixxu għaż-żamma u l-iżvilupp tal-ekonomija; jikkunsidra, f'dan ir-rigward, li l-investimenti soċjali għandhom jitqiesu bħala investimenti u mhux infiq;

3.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li f'xi Stati Membri, il-popolazzjonijiet li qegħdin jixjieħu, ir-rati baxxi tat-twelid u s-swieq tax-xogħol li qegħdin jinbidlu, jistgħu jżidu l-urġenza għal ħtieġa ta' riforma fis-sistemi tas-sigurtà soċjali, inklużi l-pensjonijiet, sabiex tiġi garantita s-sostenibbiltà tagħom; jenfasizza l-fatt li, iktar ta’ spiss mill-irġiel, in-nisa jwaqqfu l-karrieri tagħhom jew jieħdu impjiegi part-time biex jieħdu ħsieb it-tfal jew persuni dipendenti oħra, li jista’ jirriżulta f'impatt negattiv fuq il-pensjoni tagħhom u jesponihom għal riskju akbar ta’ faqar; jistieden lill-Istati Membri, f'dan ir-rigward, iqisu dawn il-perjodi ta’ waqfien mill-karriera bħala perjodi assigurati meta jiġu determinati d-drittijiet għall-pensjoni u l-kalkolu tagħhom; jenfasizza l-fatt li r-riformi għandhom jinvolvu s-sħab soċjali b'konformità mad-dritt u l-prattika nazzjonali, kif ukoll il-partijiet interessati rilevanti, u għandhom jiġu kkomunikati kif xieraq liċ-ċittadini;

4.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw il-limitu nazzjonali ta’ protezzjoni soċjali li jiżgura introjtu diċenti stabbilit minn kull pajjiż u l-aċċess għal benefiċċji soċjali bażiċi, b'mod partikolari f’każ ta’ mard, qgħad, maternità, diżabbiltà u rtirar, eċċ. sabiex jiġġieldu kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali fl-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Istati Membri jfasslu strateġiji ta’ żvilupp tas-sigurtà soċjali skont il-proposti tal-ILO;

5.  Jenfasizza l-fatt li protezzjoni soċjali effettiva ta' kwalità għolja biżżejjed għandha tkun ibbażata fuq miżuri li jippromwovu l-parteċipazzjoni fl-impjiegi, li tikkontribwixxi għat-titjib fis-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u għat-titjib fil-produttività, li hija vantaġġ kompetittiv kbir; jisħaq fuq il-fatt li t-tnaqqis fil-livell tal-protezzjoni soċjali m'għandux jitqies bħala soluzzjoni li twassal għal żieda fil-livelli tal-impjiegi;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-ħaddiema u l-persuni li jaħdmu għal rashom kollha jkollhom aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja bir-ridistribuzzjoni tal-fondi nazzjonali u tal-UE eżistenti mill-ħaddiema li għandhom kuntratti permanenti biss għall-ħaddiema kollha, inklużi l-persuni li jaħdmu għal rashom, irrispettivament mit-tip ta' kuntratt tagħhom;

7.  Jistieden lill-Istati Membru jagħmlu sforzi akbar biex jimplimentaw riformi strutturali u miżuri sabiex joħolqu impjiegi għaż-żgħażagħ u jiżguraw li dawn il-ħaddiema żgħażagħ ma jiġux diskriminati billi jiġu limitati d-drittijiet tagħhom għas-sigurtà soċjali; jistieden ukoll lill-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jiżguraw il-protezzjoni soċjali adegwata għaż-żgħażagħ fi skemi ta’ taħriġ u ta’ apprendistat maħsuba biex jipprovduhom bl-esperjenza tax-xogħol;

8.  Jenfasizza li l-anzjani mhumiex piż ekonomiku u soċjali iżda, għall-kuntrarju, l-esperjenza miksuba tul ħajjithom u l-għarfien tagħhom huma ta’ valur; jissuġġerixxi li, fil-kuntest tas-solidarjetà interġenerazzjonali, l-impjegati minn 60 sena ’l fuq għandhom jitħeġġu jibqgħu disponibbli fis-suq tax-xogħol bil-għan li jittrażmettu l-għarfien u l-esperjenza tagħhom lill-ġenerazzjonijiet suċċessivi;

9.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw id-disponibbiltà ta’ faċilitajiet ta’ kura għat-tfal u tal-edukazzjoni bi prezz raġonevoli u biex jiżguraw l-aċċess għal persuni li jaħdmu għal rashom għal servizzi pubbliċi u vantaġġi tat-taxxa jew soċjali rilevanti fil-qasam tal-kura għat-tfal;

10.  Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw il-possibbiltà għall-ħaddiema kollha, inklużi l-persuni li jaħdmu għal rashom u kwalunkwe konjuġi jew l-imsieħba tagħhom li jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħhom, li jħalltu r-responsabbiltajiet tax-xogħol u tal-kura, inkluż billi jaċċelleraw l-applikazzjoni tal-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva 2010/41/UE tas-7 ta’ Lulju 2010, u billi, fuq talba tagħhom, il-ħaddiem jingħataw il-flessibbiltà rigward il-ħin tax-xogħol, it-telexogħol u xogħol part-time għall-finijiet ta' kura tal-minorenni u l-persuni dipendenti;

11.  Jenfasizza l-ħtieġa li jingħataw opportunitajiet għal aktar taħriġ u taħriġ mill-ġdid tal-impjegati, dawk li jaħdmu għal rashom u dawk li jiċċaqalqu minn impjieg għal impjieg ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom; jistieden lill-Istati Membri, f'dan ir-rigward, ineħħu l-ostakoli għal aktar taħriġ u taħriġ mill-ġdid, u jippromwovu t-tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd;

12.  Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu u jiffaċilitaw l-awtoorganizzazzjoni fost il-persuni li jaħdmu għal rashom, speċjalment in-nisa, biex tiżdied il-kapaċità tagħhom biex jiddefendu l-interessi kollettivi tagħhom;

13.  Jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu sigurtà soċjali adegwata wkoll lill-gruppi l-aktar vulnerabbli bħal dawk qegħda, il-persuni b’diżabbiltà, il-familji b’ġenitur wieħed, il-familji żgħażagħ, iż-żgħażagħ, l-anzjani u l-pensjonanti; jistieden ukoll lill-Istati Membri jiżguraw li s-servizzi soċjali jsiru aktar aċċessibbli għall-persuni l-aktar vulnerabbli kollha u l-persuni bi ħtiġijiet ta’ kura fit-tul, l-aktar fiż-żoni rurali u r-reġjuni żvantaġġjati;

14.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fil-kompetenzi tagħhom, jieħdu miżuri biex jiġġieldu kontra kull xorta ta’ diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol, inkluża dik kontra n-nisa, u biex jadottaw miżuri ta’ protezzjoni soċjali sabiex jiżguraw li s-salarji tan-nisa u l-benefiċċji soċjali tagħhom, inkluż il-pensjonijiet, ma jkunux anqas minn dawk tal-irġiel li għandhom l-istess impjieg, u biex id-drittijiet tal-maternità jkunu żgurati, jieħdu miżuri biex jipprevjenu s-sensja inġusta ta’ impjegati waqt it-tqala u biex jipproteġu lin-nisa u lill-irġiel b'responsabbiltajiet tal-kura minn sensja inġusta; jistieden lill-Kunsill biex iħaffef l-adozzjoni tad-direttiva dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri li jinkoraġġixxu t-titjib fis-sikurezza u s-saħħa tal-impjegati waqt it-tqala, impjegati li welldu reċentament, u nisa li qed ireddgħu;

15.  Jenfasizza li d-Direttiva 2010/41/UE dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom tirrikjedi li l-Istati Membri jindirizzaw l-ostakoli kollha li jipprojbixxu lin-nisa u l-konjuġi jew l-imsieħba tagħhom rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali milli jibbenefikaw minn protezzjoni soċjali għal liema għandhom dritt taħt il-liġi nazzjonali;

16.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni effettiva b’reazzjoni għan-nuqqas ta’ ħarsien soċjali fl-intrapriżi tal-familja żgħar u żgħar ħafna għall-membri tal-familja impjegati, inklużi l-konjuġi (l-imsieħba), bħala riżultat tat-termini ta’ impjieg mhux ċari u informali tagħhom jew li jkunu jaħdmu għal rashom;

17.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jieħdu miżuri konkreti biex jiġġieldu kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, billi jipprovdu dħul minimu xieraq u sistema ta’ sigurtà soċjali, meta jitqiesu l-komunitajiet marġinalizzati u dawk fir-riskju ta’ faqar, b'konformità ma’ diversi prattiki nazzjonali, inkluż dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet kollettivi jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali;

18.  Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu kontra x-xogħol mhux iddikjarat u prekarju, inklużi impjiegi part-time foloz, u jiżguraw protezzjoni soċjali xierqa għall-ħaddiema kollha; jiddeplora, barra minn dan, l-abbuż tal-kuntratti tax-xogħol atipiċi sabiex ma tkunx meħtieġa l-konformità mal-obbligi tal-impjieg u l-protezzjoni soċjali;

19.  Jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-istituzzjonijiet differenti (l-ispettorati tax-xogħol, l-uffiċċji tat-taxxa, l-awtoritajiet muniċipali u s-servizzi tas-sigurtà soċjali) fuq livell nazzjonali u tal-EU, bħala mezz sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tax-xogħol tal-Unjoni, biex jitnaqqas xogħol mhux iddikjarat u jiġu solvuti b’mod aktar effettiv il-problemi kkawżati minn differenzi bejn id-dispożizzjonijiet regolatorji fis-suq tax-xogħol fl-Istati Membri differenti;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid il-leġiżlazzjoni u tissorvelja l-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, fejn meħtieġ fir-rigward tal-prinċipju ta' sussidjarjetà, u jiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri għall-fatt li ma jridux jiġu applikati miżuri diskriminatorji ta’ protezzjoni soċjali għall-ħaddiema migranti tal-UE li jaħdmu fi Stat Membru ieħor; jemmen li l-ħaddiema migranti tal-UE għandhom igawdu minn drittijiet għas-sigurtà soċjali xierqa u jkollhom possibbiltà li jiġu assigurati b'mod xieraq meta jkunu jaħdmu fi Stat Membru ieħor; ħaddiema stazzjonati b’konnessjoni mal-moviment liberu tas-servizzi għandhom, qabel il-kollokament tagħhom, ikunu infurmati minn min iħaddimhom dwar il-paga u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71/KE;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiksbu bilanċ xieraq bejn is-sigurtà u l-flessibbiltà fis-suq tax-xogħol, pereżempju permezz tal-implimentazzjoni globali tal-prinċipji ta’ flessigurtà, u jindirizzaw is-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol billi jipprovdu kopertura soċjali adegwata għal dawk li qegħdin fi tranżizzjoni jew li huma impjegati b’kuntratt temporanju jew part-time, filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw aċċess għal opportunitajiet ta’ taħriġ; jirrimarka li n-nuqqas ta' żgurar ta' flessigurtà jxekkel is-sostennibbiltà tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, il-kwalità tal-benefiċċji, il-qligħ u l-produttività tal-ħaddiema, l-ekonomija reali u l-koeżjoni soċjali u, riżultat ta' dan, jimmina l-Istrateġija UE 2020 għaż-żamma u ż-żieda tal-livelli tal-impjiegi;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni teżamina, mill-perspettiva tal-Unjoni Ewropea, jekk, wara t-tibdiliet reċenti fil-liġijiet tax-xogħol fl-Istati Membri li riedu jżidu l-flessibbiltà tas-suq tax-xogħol, tnaqqsitx is-sigurtà soċjali tal-impjegati u nkisrux il-prinċipji ta’ flessibbiltà u ta’ sigurtà;

23.  Jappoġġa b'mod sħiħ l-istabbilment propost ta' tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi ewlenin soċjali u dawk dwar l-impjiegi, li tista' tkun l-ewwel pass fl-identifikazzjoni ta' parametri referenzjarji konkreti;

24.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi fil-proposti tagħha, fejn xieraq, l-erba’ objettivi stabbiliti fl-aġenda tal-ILO dwar ix-xogħol diċenti, u fl-eżami annwali tat-tkabbir tikkunsidra l-miri stabbiliti fir-rakkomandazzjoni tal-ILO dwar is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, sabiex il-ħaddiema kollha fl-Ewropa jkunu jistgħu jgawdu protezzjoni soċjali;

Is-sigurtà soċjali tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom

25.  Jenfasizza li l-impjieg ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom jeħtieġ jiġi rikonoxxut bħala forma ta’ impjieg li jippromwovi l-ħolqien ta’ impjiegi u t-tnaqqis tal-qgħad, u li t-twessigħ tiegħu għandu jkollu miżuri xierqa ta’ protezzjoni soċjali tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom kif iddefinit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri;

26.  Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw it-taħlita ta’ impjiegi u r-responsabbiltajiet ta’ kura billi l-ħaddiema jingħataw il-flessibbiltà fir-rigward tal-ħinijiet tax-xogħol u l-post tax-xogħol sabiex tiġi evitata sitwazzjoni fejn dawn ma jkollhom l-ebda għażla oħra għall-flessibbiltà ħlief li jagħżlu li jaħdmu għal rashom iżda jkunu dipendenti;

27.  Jenfasizza l-ħtieġa li tkun disponibbli informazzjoni statistika aktar dettaljata u aġġornata minn dik disponibbli bħalissa, bil-għan li tkun tista’ tintuża f’diversi aspetti ta' evalwazzjoni tal-importanza ekonomika tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom u tal-gruppi differenti tagħhom; jitlob ukoll l-inklużjoni ta’ mistoqsijiet dwar l-impjieg ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom fl-isħarriġ dwar il-forza tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea;

28.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li n-nuqqas ta’ definizzjoni nazzjonali ċara ta’ impjieg ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom iżid ir-riskju ta’ impjiegi ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom foloz fost il-ħaddiema tal-UE u jista' jfixkel l-aċċess tagħhom għal sigurtà soċjali adegwata; josserva li l-istati differenti attribwiti mal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom fost l-Istati Membri jeħtieġu soluzzjonijiet li jwasslu għal koordinazzjoni aħjar tas-sigurtà soċjali tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom sabiex ma jiġix limitat il-moviment ħieles tal-ħaddiema;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-iskambji bejn l-Istati Membri sabiex tipprovdi gwida dwar il-forom differenti tal-impjieg atipiku, inkluż tal-impjieg ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom, sabiex l-Istati Membri japplikaw tajjeb il-liġijiet relevanti dwar ix-xogħol u l-miżuri ta’ protezzjoni soċjali għall-ħaddiema li jiġu impjegati b’dan il-mod; iqis li huwa meħtieġ li l-Istati Membri għandhom jidentifikaw ukoll b’mod ċar l-impjieg ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom falz, u jiġu mmultati dawk li jimpjegaw jekk jiġu identifikati u evidenzjati każijiet bħal dawn; jenfasizza, madankollu, li għandha tibqa' responsabbiltà legali tal-Istat Membru ospitanti li din l-attività tax-xogħol issir fit-territorju tiegħu biex jiddetermina l-istat tal-impjieg;

30.  Jistieden lill-imsieħba soċjali Ewropej, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistudjaw il-kwistjoni ta’ persuni li jaħdmu għal rashom li jkunu dipendenti u jsibu soluzzjonijiet prattiċi għal dan, b'mod partikolari f’dawk is-setturi fejn l-attivitajiet transkonfinali għandhom rwol importanti u fost gruppi vulnerabbli bħall-ħaddiema domestiċi u l-ħaddiema b'paga baxxa;

31.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-impjieg ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom ma jsirx mezz li jimpedixxi lill-ħaddiema milli jibbenefikaw mis-sigurtà soċjali u tal-impjieg jew mezz għal min iħaddem biex jevita l-liġi tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali; jitlob ukoll li l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom m'għandhomx jiġu ragruppati mal-impjegati sabiex jinżammu l-vantaġġi tal-impjieg ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom u tal-attività ekonomika ta’ din in-natura, u biex dan jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ispirtu imprenditorjali u tal-kwalità tas-servizzi;

32.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw, fejn meħtieġ, protezzjoni soċjali fir-rigward tal-irtirar, diżabbiltà, liv tal-maternità/paternità u qgħad sabiex dispożizzjonijiet ta' protezzjoni soċjali għall-impjegati li jaħdmu għal rashom jiġu adattati aħjar għall-ħtiġijiet ta' dawk il-ħaddiema;

33.  Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu u jappoġġaw l-assigurazzjoni kollettiva għal inċidenti u mard marbuta max-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-aċċess għal assigurazzjoni kollettiva u bbażata fuq is-solidarjetà u għal skemi ta' pensjoni għal persuni li jaħdmu għal rashom;

34.  Jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu l-informazzjoni disponibbli għaċ-ċittadini kollha dwar id-drittijiet tagħhom għall-protezzjoni soċjali kif ukoll biex jipprovdu informazzjoni xierqa għal dawk li jixtiequ jsiru ħaddiema li jaħdmu għal rashom dwar il-bidliet fil-protezzjoni soċjali tagħhom u l-liġi tax-xogħol applikabbli li tirriżulta minħabba din il-bidla fl-istat, kif ukoll bidliet fi drittijiet oħra u obbligi relatati mal-attività ekonomika; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom u ħaddiema mobbli fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom f'konnessjoni mal-migrazzjoni, l-immigrazzjoni u xogħol transkonfinali;

35.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jlaqqgħu lis-sħab soċjali, b'konformità mal-prattiki nazzjonali, fi proċess ta’ żvilupp u ta’ modernizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali u jiżviluppaw id-djalogu soċjali fil-livell tal-UE u nazzjonali; jistieden ukoll lis-sħab soċjali biex iqiegħdu l-kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom fuq l-aġenda, sabiex jintroduċu dispożizzjonijiet adegwati għall-qafas dwar il-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, ibbażati fuq ir-reċiproċità u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, u janalizzaw jekk il-ħaddiema li jaħdmu għal rashom għandhomx ikunu inklużi fin-negozjar kollettiv u kif għandu jsir dan , inklużi strateġiji speċifiċi dwar kif jiġi inkluż it-tħassib tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom f'każijiet fejn il-liġi nazzjonali ma tippermettix rappreżentanza trejdjunistika tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom; iħeġġeġ lill-imsieħba soċjali jagħmlu skambu tal-prattiki tajba bejn it-trejdjunjins u l-assoċjazzjonijiet professjonali dwar is-servizzi pprovduti lil ħaddiema li jaħdmu għal rashom, il-ġlieda kontra l-impjieg ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom falz, u l-organizzazzjoni tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom awtonomi;

o
o   o

36.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) http://www.ilo.org/global/publications/books/WCMS_142209/lang--en/index.htm
(2) http://www.ilo.org/public/english/protection/download/lifecycl/lifecycle.pdf
(3) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1.
(5) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(6) ĠU L 245, 26.8.1992, p. 46.
(7) ĠU L 245, 26.8.1992, p. 49.
(8) ĠU C 8, 12.1.2000, p. 7.
(9) http://register.consilium.europa.eu/pdf/en/11/st06/st06655-re07.en11.pdf
(10) http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=738&langId=en&pubId=7315
(11) ĠU C 18, 19.1.2011, p. 44.
(12) ĠU C 161, 6.6.2013, p. 14.
(13) ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 23.
(14) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 112.
(15) ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 39.
(16) ĠU C 291 E, 30.11.2006, p. 304.
(17) ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 8.
(18) Testi adottati, P7_TA(2013)0365.
(19) ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 1.
(20) ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 321.
(21) ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 401.
(22) ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 65.
(23) ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 57.
(24) Testi adottati, P7_TA(2013)0204.
(25) Testi adottati, P7_TA(2013)0266.
(26) http://www.europarl.europa.eu/committees/en/studiesdownload.html?languageDocument=EN&file=92570
(27) http://www.eurofound.europa.eu/publications/htmlfiles/ef1366.htm
(28) http://www.eurofound.europa.eu/comparative/tn0801018s/tn0801018s.htm
(29) http://www.eurofound.europa.eu/eiro/studies/tn1206018s/tn1206018s_3.htm


Il-perjodu l-ġdid ta’ Programmazzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni
PDF 475kWORD 97k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar l-istat ta' tħejjija tal-Istati Membri tal-UE għal bidu effikaċi u f’waqtu tal-perjodu l-ġdid ta’ Programmazzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni (2013/2095(INI))
P7_TA(2014)0015A7-0007/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 174 et seq. tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni(1),

–  wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (COM(2013) 0246),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-Ħames Rapport ta’ Koeżjoni tal-Kummissjoni u l-istrateġija għall-politika ta’ koeżjoni ta’ wara l-2013(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-politika ta’ koeżjoni u l-politika reġjonali tal-UE wara l-2013(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2011 dwar is-sitwazzjoni attwali u sinerġiji futuri għal effikaċja akbar bejn il-FEŻR u Fondi Strutturali oħra(4),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-futur tal-Fond Soċjali Ewropew(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta1-14 ta’ Diċembru 2010 dwar governanza tajba fir-rigward tal-politika reġjonali tal-UE: proċeduri ta’ assistenza u kontroll mill-Kummissjoni Ewropea(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar l-assorbiment tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni: tagħlimiet meħuda għall-politika ta’ koeżjoni futura tal-UE(7),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2011 bl-isem “Politika reġjonali li tikkontribwixxi għat-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa 2020” (COM(2011)0017) u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jmur magħha (SEC(2011)0092),

–  wara li kkunsidra t-tmien rapport ta’ progress tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tas-26 ta’ Ġunju 2013 (COM(2013)0463),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2013 bit-titolu ‘Politika ta’ Koeżjoni: Rapport Strateġiku 2013 dwar programm ta’ implimentazzjoni 2007-2013’, (COM(2013) 0210), u u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jmur miegħu (SWD(2013) 0129),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta’ Ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-24 ta’ April 2012 dwar ‘Il-prinċipju tas-sħubija fl-implimentazzjoni tal-Fondi Komuni tal-Qafas Strateġiku - elementi għall-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropea dwar is-Sħubija’ (SWD(2012)0106),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar ‘Elementi għal Qafas Strateġiku Komuni 2014 sal-2020 - il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd’, (SWD(2012)0061), il-partijiet I u II),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-rwol u l-prijoritajiet tal-politika ta’ koeżjoni fi ħdan l-istrateġija UE 2020 (CESE 994/2011 - ECO/291),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-prinċipju tas-sħubija fl-implimentazzjoni tal-Fondi tal-Qafas Strateġiku Komuni - elementi għal Kodiċi ta’ Kondotta dwar is-Sħubija (CESE 1396/2012 - ECO/330),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tat-22 ta’ Mejju 2013 il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni: Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni - inkluż l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020 (CESE 1557/2013 - SOC/481),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta’ Jannar sal-1 ta’ Frar 2013 dwar ‘Pakkett leġislattiv dwar il-Politika ta’ Koeżjoni wara l-2013’ (2013/C 62/01),

–  wara li kkunsidra l- abbozz ta’ opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7-9 ta’ Ottubru 2013 dwar ir-rakkomandazzjonijiet għall-infiq aħjar (COTER-V-040)

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0007/2014),

A.  billi l-Istati Membri huma fil-proċess ta’ tħejjija għall-Ftehimiet ta’ Sħubija tagħhom (PAs) u għall-Programmi Operattivi (POs) għall-perjodu ġdid ta’ programmar 2014-2020;

B.  billi l-ftehim finali dwar il-qafas legali għall-Fondi Strutturali u l-Investiment Ewropew huwa mistenni li jintlaħaq qabel tmiem l-2013;

C.  billi r-Regolament għad-Dispożizzjonijiet Komuni (CPR) jistipula regoli komuni għall-ħames Fondi tal-Unjoni Ewropea: il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd;

D.  billi l-politika ta’ koeżjoni hija mmirata lejn tnaqqis tal-iżbilanċi li jeżistu bejn ir-reġjuni tal-UE permezz tal-finanzjament iffokat fuq it-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

E.  billi l-politika ta' koeżjoni tikkontribwixxi għall-kisba tal-miri Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

F.  billi l-politika ta’ koeżjoni, li tikkostitwixxi l-politika prinċipali għall-iżvilupp tal-UE, tikkontribwixxi biex għall-maġġoranza tal-Istati Membri tingħeleb il-kriżi ekonomika;

G.  billi kull sforz possibbli għandu jsir biex jiżgura li l-konsenja u l-implimentazzjoni ta’ programmi tal-Politika ta’ koeżjoni għall-perjodu 2014-2020 jiġu simplifikati kemm jista’ jkun għall-awtoritajiet kollha u l-benefiċjarji;

L-iżgurar ta’ bidu effettiv u f'waqtu għall-perjodu ta’ Programmazzjoni l-ġdid tal-Politika ta' Koeżjoni

1.  Jirrikonoxxi li l-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni b’suċċess investa biljuni ta’ euro fil-ħolqien ta’ impjiegi ġodda, appoġja n-negozji innovattivi u żviluppa l-konnessjonijiet tat-trasport madwar l-UE matul l-aħħar snin;

2.  Jenfasizza, madankollu, il-fatt li d-differenzi bejn ir-reġjuni tal-UE għadhom jeżistu, u f’xi każijiet qed jikbru, u li l-investiment kontinwu fil-finanzjament tal-UE fuq livell lokali u reġjonali huwa importanti ħafna biex jiġi żgurat li l-appoġġ ikompli jilħaq żoni li huma fil-bżonn ta' riġenerazzjoni ekonomika, soċjali u ambjentali;

3.  Jenfasizza l-fatt li l-politika ta' koeżjoni għandha, fost affarijiet oħra, tindirizza l-problema li qed tikber tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea;

4.  Jenfasizza li fil-kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali għaddejja bħalissa, il-finanzjament mill-politika ta' koeżjoni f'bosta Stati Membri huwa sors ewlieni ta' investiment pubbliku u dik hi sitwazzjoni li tista' teħtieġ il-flessibbiltà mill-parti tal-Istati Membri kkonċernati sabiex jerġgħu jħaddmu l-ekonomiji tagħhom. jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza li jiġi żgurat li l-Istati Membri u r-reġjuni huma f’pożizzjoni li jibdew jimplimentaw s-serje ġdida ta’ finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni malajr kemm jista’ jkun mal-bidu tal-2014;

5.  Jilqa' l-adozzjoni tal-QFP għall-2014-2020 kif ukoll il-qafas ġuridiku għall-politika ta' koeżjoni; jenfasizza li nkiseb eżitu sodisfaċenti bil-ħsieb li tiġi żgurata tnedija rapida u effikaċi tal-politika ta' koeżjoni l-ġdida;

6.   Ifakkar li l-livell ta' "impenji pendenti" (jew RAL, mill-Fraċiż "reste à liquider") ammonta għal żewġ terzi ammonta tal-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni fl-aħħar tal-QFP 2007-2013; jinsisti fuq in-neċessità li tinsab soluzzjoni stabbli, li tippermetti li jiġi mmitigat ir-riskju li tiġi ostakolata l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni Ewropea minħabba nuqqas ta’ pagamenti; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-regola N+3, filwaqt li hija essenzjali biex tkun żgurata l-implimentazzjoni tal-proġetti appoġġati mill-politika ta’ koeżjoni, se jkollha impatt fuq l-akkumulazzjoni tar-RAL fis-snin li ġejjin, b’mod partikolari fil-każ ta’ dewmien fit-tnedija tal-programmi l-ġodda;

7.  Jinnota wkoll li apparti l-bidu effettiv u f'waqtu tal-perjodu ta’ Programmazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni l-ġdid, l-iżgurar tal-kwalità tal-PAs u Programmi Operattivi jrid jingħata l-ikbar importanza biex ikun żgurat li l-fondi qed jintużaw sal-potenzjal sħiħ tagħhom fuq tul ta' żmien;

8.  Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu dwar l-importanza tar-rieżami u tar-reviżjoni obbligatorji tal-QFP li jmiss qabel it-tmiem tas-sena 2016, bil-għan li l-Kummissjoni u l-Parlament li jmiss ikunu jistgħu jerġgħu jivvalutaw il-prijoritajiet politiċi tal-UE, jadattaw il-QFP, jekk hemm bżonn, għall-isfidi l-ġodda u jqisu bis-sħiħ il-projezzjonijiet makroekonomiċi l-aktar reċenti

Ir-Regolament għad-dispożizzjonijiet Komuni

9.  Jilqa’ t-titjib li sar għar-regolament li se jintroduċi approċċ aktar b’saħħtu u aktar integrat għall-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni permezz tal-Qafas Strateġiku Komuni; jirrikonoxxi li dan huwa vitali biex ikun żgurat li l-proġetti jkollhom effett akbar u jipproduċu riżultati tanġibbli; jistieden lill-Istati Membri jintroduċi saħansitra iktar miżuri li jissimplifikaw il-burokrazija u l-amministrazzjoni tal-programmi; jemmen li dan għandu jwassal għal implimentazzjoni bla xkiel ta' dawn il-programmi u użu effiċjenti tal-fondi;

10.  Jilqa’ l-proposti sabiex jintroduċi miżuri ta’ simplifikazzjoni matul iċ-CPR bil-ħsieb li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi; iqis li kieku l-proċess isir aktar sempliċi għall-applikanti, il-benefiċjarji u l-awtoritajiet amministrattivi jitjieb il-valur miżjud għall-finanzjament tal-UE;

11.  Jirrikonoxxi li l-politika ta’ koeżjoni tista’ tagħti kontribut vitali biex jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020 u għalhekk jenfasizza l-importanza tal-allinjament tal-politika ta’ koeżjoni mal-miri tal-Ewropa 2020 permezz tal-konċentrazzjoni tematika fuq numru limitat ta’ objettivi; jenfasizza li dan l-approċċ iħalli biżżejjed flessibbiltà sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet lokali u reġjonali;

12.  Jenfasizza l-importanza tal-Istrateġija ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti bħala mod biex jikkomplementaw l-għanijiet tal-istrateġija tat-tkabbir tal-Ewropa 2020 billi jiffoka fuq l-identifikazzjoni u l-massimizzazzjoni tal-oqsma ta' saħħa kompetittiva, il-kondiviżjoni tal-aħjar prattika u l-integrazzjoni tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni permezz ta’ sħubijiet fl-UE kollha;

13.  Jenfasizza l-fatt li, filwaqt li miżuri ta’ kondizzjonalità diġà jeżistu fil-politika ta’ koeżjoni, il-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss se jkun immirat li jtejjeb l-effettività tal-finanzjament billi jagħmel il-finanzjament kundizzjonali fuq il-konformità ma’ ċerti kriterji; hu tal-opinjoni li l-politika ta' koeżjoni hija politika li tappoġġa l-koeżjoni bejn ir-reġjuni li m'għandhiex tkun garanzija għal politiki tal-UE oħrajn immirati lejn riformi makroekonomiċi fl-Istati Membri;

14.  Jirrimarka li sakemm wieħed jadatta għall-bidliet introdotti miċ-CPR jista’ jikkawża xi dewmien fit-tħejjija tal-PAs u l-POs;

Progress fl-Istati Membri

15.  Jenfasizza l-fatt li huwa ċar li l-Istati Membri fit-tħejjijiet tagħhom huma fi stadji differenti ħafna; jirrikonoxxi li, filwaqt li xi Stati Membri qed jagħmlu progress tajjeb u ssottomettew l-abbozz PAs tagħhom lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni, oħrajn għadhom aktar lura f’dan il-proċess;

16.  Jirrimarka li, b’mod ġenerali, dawk l-Istati Membri l-ġodda (UE12) li esperjenzaw parti mill-programmi 2000-2006 u kull programm tal-2007-2013 huma avvanzati sew fit-tħejjijiet meta mqabbla ma’ wħud mill-UE15;

17.  Jenfasizza l-fatt li xi Stati Membri qed jaffaċhaw tnaqqis sinifikanti fil-baġits tagħhom tal-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss filwaqt li f’oħrajn hemm dibattitu kontinwu dwar id-distribuzzjoni tal-baġits fl-Istati Membri; jirrikonoxxi li dawn iż-żewġ kwistjonijiet jistgħu jikkawżaw dewmien fit-tħejjijiet;

18.  Jenfasizza l-fatt li l-Istati Membri li qegħdin jagħmlu progress tajjeb bi preparazzjonijiet għall-fażi ta’ finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni li jmiss ressqu l-abbozz tal-PAs tagħhom u l-OPs lill-Kummissjoni għall-osservazzjonijiet informali f’Ġunju jew Lulju 2013;

19.  Jirrikonoxxi li ħafna mill-Istati Membri li jkollhom prestazzjoni tajba bdew il-proċess ta’ tħejjija mill-2010 billi stiednu partijiet interessati rilevanti biex jikkontribwixxu għad-diskussjonijiet dwar il-formulazzjoni tal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet; jilqa’, għalhekk, l-isforzi magħmula biex il-proċess ta’ tħejjija jibda kmieni kemm jista’ jkun u jemmen li dan iħeġġeġ b’mod ċar tħejjija akbar;

20.  Jenfasizza li l-preparazzjonijiet avvanzati huma dipendenti fuq li l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet ikollhom kapaċità biżżejjed li jinvestu ħin u flus fil-preparazzjonijiet u li joħolqu biżżejjed persunal disponibbli fi stadju bikri;

21.  Jirrikonoxxi li dawn il-preparazzjonijiet avvanzati kienu jfissru li f’xi każijiet l-evalwazzjoni ex-ante u l-valutazzjonijiet strateġiċi tal-impatt ambjentali (SEIA) saru fil-ħin, u dan jippermetti li l-abbozzi jiġu emendati f’Settembru u Ottubru 2013, abbażi tar-riżultati ta’ dawn l-evalwazzjonijiet;

22.  Jirrikonoxxi li xi Stati Membri għaddew minn bidliet fil-gvern li jistgħu jimpedixxu l-preparazzjonijiet għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss; jenfasizza l-fatt li, f’każijiet bħal dawn, il-vantaġġi li jkollok sistemi fis-seħħ li jiżguraw li l-ħidma kollha amministrattiva tkompli irrispettivament mill-bidliet fil-gvernijiet huma vitali għall-preparazzjonijiet kontinwi;

23.  Jirreferi wkoll għall-bżonn ta’ preparazzjonijiet għal fondi tal-politika ta’ koeżjoni biex jiġu infurzati f’livell politiku sabiex jiżguraw li l-finalizzazzjoni tal-AP hija prijorità għall-gvernijiet;

Progress ma’ Ftehimiet ta’ Sħubija u Programmi Operattivi

24.  Jirrimarka li xi Stati Membri qed jippjanaw li jibdlu l-kontenut tal-Programmi Operattivi tagħhom; jilqa' l-fatt li ċerti Stati Membri ddeċidew li jaqilbu għal programmi multifinanzjati jew inaqqsu l-għadd ta’ Programmi Operattivi fil-livell reġjonali;

25.  Jinnota li l-ammont ta’ kontroll u koordinazzjoni allokat lill-amministrazzjonijiet reġjonali mill-gvern ċentrali jvarja ħafna skont l-istruttura organizzattiva fid-diversi Stati Membri, xi reġjuni jkunu estremament attivi u li jkollhom kontroll kważi komplet ta’ bosta aspetti tal-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni u tar-rappreżentanza fil-PAs; jirreferi għal, f'dan ir-rigward, għall-Kodiċi ta' Kondotta, li jagħraf ir-rwol kruċjali tal-atturi lokali u reġjonali kif ukoll tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u li fih il-prinċipju ta' sħubija huwa salvagwardat fir-rigward tal-politika ta' koeżjoni għall-2014-2020;

26.  Jenfasizza l-fatt li d-dimensjoni lokali u reġjonali għandha titqies b'mod sħiħ; jenfasizza r-rwol importanti tar-reġjuni fl-għażla ta' oqsma ta' saħħa kompetittiva;

27.  Jenfasizza l-fatt li mod wieħed kif jiġi żgurat li l-approċċ għall-funzjonijiet tal-PAs fl-Istati Membri ma’ amministrazzjonijiet devoluti huwa li fil-PAs jinkludu kapitoli separati mfassla mill-amministrazzjonijiet reġjonali; jenfasizza li dan l-approċċ jiżgura li l-amministrazzjonijiet li għandhom setgħat devoluti għall-Programmi ta’ finanzjament Ewropew huma aktar involuti direttament fl-iżvilupp tal-PAs u li jkollhom l-għażla li jiżviluppaw l-ideat ta’ programmazzjoni u l-mekkaniżmi tagħhom stess;

28.  Jirrikonoxxi, madankollu, li dan jista’ jkollu impatt fuq l-istat ta’ tħejjija tal-Istati Membri kollha;

29.  Jindika li l-koordinazzjoni effiċjenti hi meħtieġa fil-livell tal-Istati Membri biex jilħqu l-iskadenzi għall-preparazzjoni tal-Programmi Operattivi li jirriflettu l-ħtiġijiet ta' żvilupp lokali u reġjonali, peress li r-responsabbiltà għall-kontenut u l-amministrazzjoni tal-Programmi Operattivi għandha tkun, fejn applikabbli, tal-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali, b'konformità mal-organizzazzjoni interna ta' kull Stat Membru, jekk il-PAs għandhom jiġu konklużi fil-ħin;

30.  Jirrikonoxxi, madankollu, li tnaqqis fil-Programmi Operattivi fil-livell reġjonali jinvolvi ġestjoni sostanzjali u l-bidla organizzattiva u jista’ jġib miegħu riskju akbar ta’ dewmien fil-bidu minħabba l-bidliet ikkawżati mill-komplessità tal-implimentazzjoni tal-Programmi Operattivi flimkien mal-programmazzjoni fil-livelli nazzjonali u reġjonali differenti;

31.  Jinnota li l-Kummissjoni hija konxja dwar l-interess konsiderevoli fi programmi multifinanzjati, kif previst fir-Regolament għad-Dispożizzjonijiet Komuni, fejn ħafna Stati Membri qed jippjanaw li jkollhom tal-inqas programm multifinanzjat wieħed fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020; jenfasizza, d'dan ir-rigward, li dan l-approċċ għandu jittieħed bl-iktar mod effiċjenti possibbli u m'għandux iwassal għal intoppi jew dewmien; jirrikonoxxi li l-isfondi istituzzjonali differenti fl-Istati Membri huma rikonoxxuti fir-Regolament għad-Dispożizzjonijiet Komuni u huma previsti sabiex jakkomodaw każijiet speċifiċi; jenfasizza l-fatt li l-livelli reġjonali u lokali huma l-aħjar livelli biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet tal-iżvilupp u biex jiġu implimentati programmi mill-qrib taċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet, l-impriżi u l-awtoritajiet konċernati;

32.  Jirrikonoxxi li l-kapaċità biex tipprepara l-PAs u l-Programmi Operattivi fi stadju avvanzat tiddependi fuq jekk l-Istati Membri jagħmlux analiżi preliminari suffiċjenti tas-sitwazzjoni tal-pajjiż u tax-xejriet futuri; jenfasizza li dan se jiżgura li l-fondi tal-UE jagħtu kontribut aktar effettiv biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti għall-pajjiż;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel pubbliku l-istat ta' tħejjija tal-Ftehimiet ta' Sħubija tal-Istati Membri, pereżempju permezz ta', sommarju għal kull Stat Membru li jkun fih informazzjoni dwar l-istat tal-preparazzjonijiet tiegħu, il-kontenut propost u l-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati rilevanti biex l-Istati Membri u l-awtoritajiet l-oħra jkunu jistgħu jitgħallmu minn prattiki u approċċi tajba;

Lezzjonijiet mill-2007-2013

34.  Jenfasizza l-fatt li għal ħafna Stati Membri, it-trasferiment ta’ metodi u mekkaniżmi mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 għall-perjodu ta’ wara l-2013 se jkun kwistjoni ewlenija; jenfasizza li l-iżgurar li l-proġetti li għaddejjin ikomplu jkunu effettivi filwaqt li qed jiġu żviluppati proġetti ġodda huwa wkoll sfida;

35.  Jirrikonoxxi li għal ħafna Stati Membri l-preparazzjonijiet ħadu żmien itwal milli kien mistenni fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013; jenfasizza li din hija xi ħaġa li bosta amministrazzjonijiet setgħu jirrimedjaw billi jiġi żgurat li l-PAs u l-POs ġodda huma mogħtija b’mod aktar f’waqtu;

36.  Iqis li l-eżempji pprovduti mill-Istati Membri juru biċ-ċar li l-koordinazzjoni bejn il-miżuri differenti, il-Programmi Operattivi u l-fondi jridu jiġu mtejba u li l-involviment tal-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet reġjonali u s-sħab soċjali u ekonomiċi jeħtieġ li jkunu msaħħa;

37.  Jirrikonoxxi li l-problemi komuni identifikati fil-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti kellhom inklużi prijoritajiet li kienu definiti b’mod wiesa’ wisq; jitlob, għalhekk, għal approċċ aktar strateġiku u konsistenti għall-prijoritajiet fil-futur, b’inqas prijoritajiet mmirati lejn objettivi speċifiċi;

38.  Jilqa’ l-fatt li, fuq il-bażi ta’ esperjenzi ta’ suċċess mir-rawnd ta’ finanzjament preċedenti, l-Istati Membri qed ifittxu biex itejbu l-ingranaġġ ta’ finanzjament mis-settur privat sabiex jiftħu sorsi alternattivi ta’ finanzjament biex jikkomplementaw metodi ta’ finanzjament tradizzjonali; jenfasizza li, fi żmien ta’ limitazzjoni fiskali qawwija u ta’ tnaqqis tal-kapaċità tas-self min-naħa tas-settur privat, użu akbar ta' strumenti finanzjarji innovattivi jista’ jrawwem is-sħubiji pubbliċi privati, jikseb effett ta’ multiplikatur mal-baġit tal-UE, jillibera sorsi alternattivi ta' finanzjament u jiggarantixxi fluss importanti ta' fondi għal investimenti reġjonali strateġiċi; jenfasizza, għalhekk, l-importanza tal-istabbiliment ta' regoli ċari għall-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi, bħal self, garanziji u investimenti ta' ekwità, bħala kumplimenti għall-għotjiet biex jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni bejn l-intrapriżi, l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku u l-istituzzjonijiet edukattivi;

Effikaċja tal-fondi

39.  Jindika li huwa ċar mill-esperjenzi ta’ programmi ta’ ffinanzjar preċedenti li l-iżgurar ta’ impatt pożittiv, fit-tul għall-fondi huwa importanti ħafna; jinsisti, barra minn hekk, fuq l-importanza tal-kwalità ta' programmi u l-oġġettività tal-infiq;

40.  Jenfasizza l-fatt li l-enfasi fuq approċċ immirat għal riżultati ssemma minn bosta Stati Membri bħala mira għall-preparazzjoni tal-fażi ta’ finanzjament li jmiss; jilqa’ l-eżempji mogħtija minn xi Stati Membri dwar modi kif jista’ jittieħed approċċ aktar effiċjenti biex jiddefinixxu minn qabel ir-riżultati mistennija sabiex jippermettu li l-finanzi jkunu mmirati lejn proposti biex jintlaħqu dawn l-għanijiet;

41.  Jenfasizza li l-koordinazzjoni bejn l-oqsma ta’ politika u r-rikonoxximent tal-prijoritajiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali nazzjonali u reġjonali huma kkwotati bħala importanti ħafna minn ħafna Stati Membri; hu tal-opinjoni li, fejn applikabbli, il-programmi operattivi għandhom iqisu l-objettivi ta' żvilupp fil-livell lokali u reġjonali; jindika li l-ħolqien ta' sinerġiji bejn id-diversi sorsi ta' finanzjament tal-UE u l-baġits tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom jiġu mħeġġa sabiex tiżdied l-effikaċja tal-investiment fis-settur pubbliku fl-UE;

Sinerġiji ma’ politiki u strumenti oħra

42.  Iqis li huwa essenzjali li l-Istati Membri jirrikonoxxu l-potenzjal għall-allinjament bejn il-fondi kollha koperti miċ-CPR;

43.  Huwa mħeġġeġ mill-fatt li xi Stati Membri qed jikkunsidraw l-iżvilupp tal-użu ta’ strumenti ġodda bħall-Iżvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD), Investimenti Territorjali Integrati (ITIs) u Pjanijiet ta’ Azzjoni Konġunta (JAPs); jifhem li hemm, madankollu, l-istrumenti l-ġodda ma ntlaqgħux bl-istess mod minn kulħadd u li l-analiżi tal-pjanijiet attwali tal-Istati Membri wriet li s-CLLD se jkun implimentat b'mod usa' mill-ITIs, speċjalment l-EARDF meta mqabbel mal-FEŻR peress li s-CLLD ilu jeżisti għal żmien itwal fil-programm tal-EARDF kif ukoll minħabba l-fatt li l-ITIs huma strument ġdid li se jeħtieġ ftit żmien biex jitpoġġa fil-prattika kif jixraq; jirrikonoxxi li wieħed għad irid jara kif it-tħejjijiet tal-bidu se jissarrfu biex dawn l-istrumenti jiġu implimentati bis-sħiħ;

44.  Iqis lill-Iżvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità bħala mod eċċellenti sabiex titħeġġeġ parteċipazzjoni bottom-up minn bosta atturi fil-komunità, ibbażat fuq is-suċċess passat tal-programm LEADER fl-iżvilupp rurali; jistieden lill-Istati Membri u r-reġjuni jagħmlu użu mill-opportunitajiet offruti mill-Iżvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità;

45.  Jirrikonoxxi l-Pjanijiet ta’ Azzjoni Konġunta bħala pass pożittiv lejn il-ġestjoni msejsa fuq ir-riżultati, b’konformità ma’ waħda mill-objettivi globali tal-politika ta’ koeżjoni ta’ wara l-2013;

Simplifikazzjoni

46.  Jenfasizza l-importanza li jiġu implimentati metodi ta’ preparazzjoni u l-implimentazzjoni aktar sempliċi għall-proġetti u mill-indikazzjonijiet huwa mħeġġeġ li dan qiegħed jintlaħaq mill-Istati Membri;

47.  Jilqa' l-enfasi fuq is-semplifikazzjoni fir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni; jinnota, madankollu li fir-realtà jaf ikun diffiċli li jkun hemm semplifikazzjoni minħabba d-differenzi li għad baqa' bejn il-fondi introdotti permezz tar-regolamenti speċifiċi għall-fondi;

48.  Jilqa’ l-passi pożittivi fid-direzzjoni tas-simplifikazzjoni u aktar trasparenza fil-ġestjoni tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment; jindika li proċess ta' applikazzjoni simplifikat għall-benefiċjarji, b'informazzjoni ċara u aċċessibbli dwar il-proċesura u l-possibbiltahiet ta' finanzjament, ġie identifikat minn bosta Stati Membri bħala aspett importanti ta' preparazzjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020; jilqa’ dan bħala mod kif jiġi żgurat li l-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proġetti jimxu sewwa, flimkien ma’ burokrazija mnaqqsa għall-applikanti; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jagħmlu skambju tal-aqwa prattiki bl-għan ta' simplifikazzjoni tal-proċeduri, u, filwaqt li jagħrfu li regoli strinġenti dwar il-kontrolli u l-awditjar huma meħtieġa, jiżguraw li huma proporzjonali sabiex ma jżidux piż żejjed;

49.  Jirrikonoxxi li l-e-koeżjoni tista’ tkun vitali biex jitnaqqsu l-intoppi u tiġi żgurata s-semplifikazzjoni u jilqa’ r-referenza għall-użu tagħha ta’ xi Stati Membri; jemmen li dan jista’ wkoll jagħti kontribut sinifikanti għall-preparazzjoni għal programmi ta’ finanzjament futuri;

Sħubija

50.  Jenfasizza li l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u l-formulazzjoni tal-PAs għandu jinvoli l-kollaborazzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali fl-ippjanar, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' programmi ta' finanzjament tal-politika ta' koeżjoni tal-UE; jemmen li l-prinċipju ta’ governanza fuq diversi livelli huwa indispensabbli għall-ġestjoni effikaċi tal-politika ta’ koeżjoni; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jkunu involuti b'mod sħiħ l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-partijiet interessati fil-preparazzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi; jenfasizza l-importanza tal-iżgurar ta’ fluss tal-informazzjoni adegwat, u l-miżuri tal-bini tal-kapaċità u appoġġ tekniku għal dawn l-awtoritajiet, sabiex tiġi ffaċilitata u titjieb il-kontribuzzjoni tagħhom fl-istadji kollha ta’ dan il-proċess;

51.  Jilqa’ l-involviment akbar tal-partijiet interessati kollha rilevanti, ir-rappreżentanti lokali u reġjonali, l-NGOs, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali, in-negozji privati ​​u l-universitajiet, kif muri mill-eżempji mogħtija mill-Istati Membri; jemmen li l-iżvilupp b’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet u partijiet interessati oħra li jirrappreżentaw perspettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali differenti huwa importanti;

52.  Jenfasizza li l-iżgurar ta’ sħubija ta’ suċċess jista’ jinvolvi kemm approċċ “bottom-up” u kemm dak “top-down”; jirrimarka li l-approċċ “bottom-up”, li jinvolvi diskussjonijiet estensivi ma’ rappreżentanti mit-tielet setturi, dawk pubbliċi u privati, kien mogħti bħala eżempju minn Stat Membru wieħed li qiegħed jagħmel progress tajjeb fit-tħejjijiet tiegħu;

53.  Jenfasizza l-fatt li dawn l-approċċi “bottom-up” u “top-down” jiżguraw li l-istrateġiji nazzjonali li jindirizzaw is-sitwazzjoni soċjali, ekonomika u ambjentali inklużi flimkien mal-involviment estensiv fil-livell reġjonali u lokali; jilqa’ dan il-mod effettiv li jiggarantixxi li r-rekwiżiti strateġiċi jintlaħqu filwaqt li fl-istess ħin jinvoli kemm jista’ jkun il-partijiet interessati rilevanti fil-preparazzjonijiet;

Konklużjonijiet

54.  Jilqa' l-ftehim li ntlaħaq dwar il-qafas ġuridiku għall-politika ta’ koeżjoni flimkien mal-konklużjoni tan-negozjati dwar ir-Regolament għad-Dispożizzjonijiet Komuni u tal-QFP;

55.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-governanza f’diversi livelli fl-istadji ta’ preparazzjoni u jinnota li xi wħud mit-tħejjijiet aktar avvanzati ġew ibbażati fuq id-djalogu vitali mal-partijiet interessati fil-livell reġjonali u lokali;

56.  Jenfasizza l-istedina tal-Kummissjoni lill-Istati Membri u r-reġjuni biex jistinkaw biex jiżguraw li l-Ftehimiet ta' Sħubija u l-Programmi Operattivi mħejjija jkunu tal-aqwa kwalità possibbli; jinnota li dan se jgħin biex jiġu ġġenerati proposti ta' proġetti ta' kwalità mmirati lejn objettivi strateġiċi biex jiżguraw li l-finanzjament tal-UE jkollu l-akbar impatt possibbli;

57.  Jirrealizza li l-amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali attivi u infurmata tajjeb li jikkomunikaw mal-Kummissjoni jista’ jkollhom impatt pożittiv fuq l-avvanz fil-preparazzjonijiet; jirrakkomanda bil-qaww, għalhekk, li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali jkollhom fluss stabbli ta' informazzjoni, bħal dettalji ta' atti ta' implimentazzjoni futuri;

58.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri li qed ibatu minn dewmien gravi għandhom isegwu b'mod rigoruż ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni; jenfasizza l-fatt li l-Kummissjoni għandha żżid l-appoġġ tagħha biex tiżgura li l-Ftehimiet ta' Sħubija u l-Programmi Operattivi ta' dawn l-Istati Membri jiġu miftiehma mill-aktar fis possibbli; jinnota, għaldaqstant, li rieżami tal-progress tal-Istati Membri waqt l-istadji tat-tħejjija jgħin biex jonqos id-dewmien; jinnota wkoll li waqt il-fażi ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tgħin lil dawk l-Istati Membri li għadhom lura;

o
o   o

59.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

(1) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
(2) ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 21.
(3) ĠU C 371 E, 20.12.2011, p. 39.
(4) ĠU C 390 E, 18.12.2012, p. 27.
(5) ĠU C 371 E, 20.12.2011, p. 41.
(6) ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 23.
(7) ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 22.


L-Iskart tal-Plastik fl-Ambjent
PDF 248kWORD 111k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar strateġija Ewropea għall-iskart tal-plastik fl-ambjent (2013/2113(INI))
P7_TA(2014)0016A7-0453/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE tas-16 ta’ Settembru 1996 dwar ir-rimi ta’ polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (id-Direttiva dwar l-Imballaġġ),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (RoHS),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta’ skart,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Settembru 2011 dwar strateġija effettiva tal-materja prima għall-Ewropa(1),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Frar 2012 intitolata “Ninnovaw għal Tkabbir Sostenibbli: Bijoekonomija għall-Ewropa” (COM(2012)0060),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2011 intitolata “Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza – Inizjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Ewropa 2020” (COM(2011) 0021), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Mejju 2012 dwar Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza(2),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020” (COM(2011)0244) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' April 2012 dwar “L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020”(3),

–  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar Strateġija Ewropea għall-Iskart tal-Plastik fl-Ambjent (COM(2013)0123),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm ta' Azzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Ambjent sal-2020,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0453/2013),

A.  billi l-iskart tal-plastik mhuwiex indirizzat speċifikament mil-leġiżlazzjoni tal-UE u mhux meqjus bħala parti mill-fluss ġenerali ta’ skart minkejja l-karatteristiċi partikolari tiegħu; billi dan it-tip ta' skart ma għandux jibqa’ jitqies biss bħala żibel iżda minflok għandu jitqies bħala riżorsa;

B.  billi l-materjali tal-plastik qed isiru dejjem aktar diversi u l-użu tagħhom qed jiżdied, u dan iwassal għal volumi akbar ta' skart u għal kombinazzjoni li qed tiżdied ma' materjali u komposti oħra; billi l-plastik jakkumula fi kwantitajiet kbar (huwa stmat li hemm total ta' 80 MT f'wiċċ l-ilma fl-Oċean Atlantiku u f'dak Paċifiku) u jippersisti fl-ambjent għal mijiet ta' snin, filwaqt li joqtol il-ħajja tal-baħar, jikkaġuna reazzjonijiet tossiċi u jirrilaxxa interferenti endokrinali, sustanzi li huma karċinoġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni, nanopartiċelli u sustanzi niġġiesa organiċi persistenti fl-ekosistemi u għaldaqstant fil-katina alimentari; billi fl-2010 biss, tqiegħdu 95,5 biljun basket tal-plastik fis-suq tal-UE, li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu maħsuba biex jintużaw darba biss, filwaqt li huma ristretti jew ipprojbiti f'ħafna pajjiżi;

C.  billi nuqqas ta' implimentazzjoni u infurzar tajba tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart mill-Istati Membri, nuqqas ta' miri relevanti u mekkaniżmi tal-prezzijiet, domanda interna insuffiċjenti għal materjali riċiklati, rimi illegali, esportazzjonijiet illegali u ħżin mhux xieraq, u l-ipproċessar u t-trasport tal-iskart tal-plastik wasslu għal ħsara globali sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, inkluża l-ħajja tal-baħar, u għal żieda fl-esportazzjonijiet ta' skart, li rriżultaw f'telf ta' materjali u ta' impjiegi fl-UE;

D.  billi projbizzjoni fuq ir-rimi tal-iskart tal-plastik mhijiex waħedha se twassal għall-irkupru mixtieq tal-materja prima jekk il-kwantitajiet konċernati jittieħdu l-inċineraturi minflok;

E.  billi, fil-każ tal-iskart tal-plastik, l-enfasi għandha titqiegħed fuq il-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni, filwaqt li l-produtturi jiġu mħeġġa jagħżlu materjali alternattivi u aktar sostenibbli meta jiddiżinjaw il-prodotti tagħhom;

F.  billi l-ekoinnovazzjoni u d-disinn fil-prodotti tal-plastik huma kruċjali għall-kompetittività Ewropea, jgħinu lill-industrija tadatta għall-pressjonijiet ta’ prezzijiet tar-riżorsi għoljin u l-iskarsezza tal-materjali, u jiżviluppaw Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali (KETs) għal soċjetà sostenibbli;

G.  billi l-UE tista’ tibbenefika f’termini ta’ ħolqien tal-impjiegi u tkabbir minn sforz robust għal bidla, permezz ta' aktar riċiklaġġ, lejn ekonomija ċikolari minn nieqa sa nieqa bbilanċjata, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u mhux tossika, ibbażata fuq il-kunċett ta’ skart mhux perikoluż bħala riżorsa ta' materja prima; billi l-potenzjal ekonomiku għar-riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik attwalment huwa ferm ogħla mit-33 % miksub fir-rigward tal-iskart mill-imballaġġ tal-plastik u mill-25 % miksub fir-rigward tal-iskart tal-plastik totali, u billi rati għoljin ta' riċiklaġġ jistgħu jgħinu meta jkun hemm nuqqas ta' materja prima;

H.   billi l-industrija tal-plastik fl-UE tħaddem madwar 1,6 miljun ruħ;

I.  billi l-istrateġija Ewropa 2020 titlob tkabbir, intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

1.  Jilqa’ l-Green Paper tal-Kummissjoni u jagħraf il-bżonn għal miżuri speċifiċi dwar l-iskart tal-plastik fil-leġiżlazzjoni tal-UE, kif ukoll għal implimentazzjoni u infurzar iktar uniformi, konsistenti u rigorużi tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-iskart, b’mod speċifiku rigward il-ġerarkija tal-iskart: prevenzjoni, użu mill-ġdid, riċiklaġġ, u rkupru, u b'mod partikolari f'dawk l-Istati Membri li għadhom mhux qed jilħqu l-objettivi u l-miri eżistenti;

2.  Iqis li l-ippjanar strateġiku jista' jservi bħala l-punt ta' tluq għal ġestjoni effikaċi tal-iskart;

3.  Jenfasizza li sabiex l-approċċ tal-UE għall-flussi tal-iskart u l-ekonomija ċirkolari jsir aktar konsistenti fil-qafas tal-“kontroll tal-idoneità” tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ bħalissa, u peress li madwar 40 % tal-iskart tal-plastik jiġi mill-imballaġġ u l-iktar minn prodotti li jintużaw darba filwaqt li d-Direttiva dwar l-Imballaġġ hija l-unika waħda b’mira speċifika għall-ġbir tal-iskart tal-plastik, jeħtieġ b'urġenza li dik id-Direttiva tiġi riveduta u li jiġu proposti normi dwar l-iskart tal-plastik li jmorru lil hinn mir-regoli u l-istandards dwar il-prodotti; iqis li biex tikseb dan, u meta tfassal proposti futuri, il-Kummissjoni għandha żżomm f'moħħha l-fatt li l-iskart tal-plastik mhuwiex materjal omoġenju, u li l-flussi tal-iskart tal-plastik huma magħmula minn għadd ta' materjali, addittivi u komposti tal-plastik ta’ tipi differenti li jeħtieġ li jiġu pproċessati b'modi differenti; jinnota, madankollu, li għalkemm l-imballaġġ tal-plastik jgħin biex tinżamm il-kwalità u tittawwal il-konservabbiltà tal-prodotti, mhuwiex dejjem neċessarju għall-konservazzjoni tal-prodotti;

4.  Jenfasizza li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart tal-plastik qabel kollox għandu jkollha l-għan li dan l-iskart jitnaqqas, u għalhekk għandha tiġi riveduta biex tinkludi:

   miri vinkolanti għall-ġbir, is-separazzjoni (li tista' tilħaq il-livell ambizzjuż ta' 80 %) u r-riċiklaġġ tad-diversi flussi tal-iskart tal-plastik (pereżempju l-WEEE, il-vetturi li m'għadhomx jintużaw, l-imballaġġ, l-iskart agrikolu, l-iskart tal-bini, eċċ.) u kriterji mandatorji għar-riċiklabbiltà (li jiċċaraw id-distinzjonijiet bejn ir-riċiklaġġ mekkaniku/organiku u l-irkupru/inċinerazzjoni); l-għan għandu jkun mira progressiva u ambizzjuża għal plastik riċiklat li ma fihx addittivi perikolużi li m'għadhomx jitħallew jintużaw fi prodotti ġodda, għan li għandu jintlaħaq sal-2020; xi Stati Membri jkollhom bżonn perjodi ta’ tranżizzjoni biex matulhom jilħqu l-objettivi stabbiliti fil-livell Ewropew;
   l-armonizzazzjoni fl-UE kollha ta' kriterji għall-ġbir, is-separazzjoni u l-ġestjoni ġenerali tal-iskart, bl-għan li jinħolqu kundizzjonijiet indaqs skont il-ġerarkija tal-iskart, inkluża t-tneħħija ta' ostakli tekniċi, regolatorji, amministrattivi u finanzjarji għar-riċiklaġġ;
   tikkettar speċifiku tal-materjali sabiex il-konsumaturi jiġi infurmati rigward ir-riċiklabbiltà mekkanika jew organika tal-prodotti, flimkien ma' indikazzjonijiet għall-konsumaturi dwar kif iżidu s-separazzjoni u r-riċiklaġġ; u
   kriterji għas-sostituzzjoni ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba jew b'ħajja qasira b’materjali li jistgħu jerġgħu jintużaw u iktar durabbli;

5.  Jaqbel li l-iskart tal-plastik għandu jiġi trattat bħala riżorsa ta’ valur billi jiġu promossi l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-irkupru u billi jiġi permess il-ħolqien ta' ambjent tas-suq xieraq; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti sal-2014 biex, sal-2020, jitneħħa gradwalment ir-rimi f'miżbliet ta' skart riċiklabbli u rkuprabbli, madankollu mingħajr ma tinċentivizza, b'riżultat ta' dan, l-opzjoni tal-irkupru tal-enerġija askapitu tar-riċiklaġġ, u filwaqt li tiżgura li l-kriterji dwar l-effiċjenza ambjentali jiġu applikati għall-opzjonijiet kollha; jikkunsidra li, flimkien mal-miri msemmija hawn fuq għar-riċiklaġġ, huwa għalhekk essenzjali li jiġu introdotti miżuri xierqa li jiskoraġġixxu l-inċinerazzjoni ta’ plastik riċiklabbli, kompostabbli u bijodegradabbli, sabiex jiġi ottimizzat iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kull tip ta’ plastik waqt li tiġi rrispettata l-ġerarkija tal-iskart; jirrimarka li dan għandu wkoll jaqleb tendenza ta’ nuqqas ta’ sostenibbiltà li s’issa pprivileġġat l-użu ta’ prodotti verġni fuq dawk riċiklati u iktar għaljin; jenfasizza li r-riċiklabbiltà u l-irkuprabbiltà tal-prodotti għandhom jitqiesu sa mill-fażi tad-diżinn; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri relatati mad-diżinn li jtejbu l-impatt ambjentali ġenerali tal-prodotti, li jipprevjenu l-iskart eċċessiv u li jippromwovu s-swieq tar-riċiklaġġ; jemmen li fi kwalunkwe każ l-oġġetti tal-plastik għandhom jiġu ddiżinjati biex tiġi massimizzata d-durabbiltà, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodott; jirrimarka li fil-kuntest ta' leġiżlazzjoni ġdida dwar l-iskart tal-plastik, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-istabbiliment ta’ spezzjonijiet aktar estensivi fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta' skart fil-miżbliet sal-2020, kif ukoll iż-żieda tal-kontrolli fil-faċilitajiet tal-inċinerazzjoni;

6.  Iħeġġeġ li l-iskart tal-plastik jintuża għall-irkupru tal-enerġija biss f'każijiet meta l-possibbiltajiet l-oħra kollha jkunu ġew eżawriti u meta t-teknoloġija użata tinkludi s-sistemi ta' purifikazzjoni meħtieġa għall-prevenzjoni tad-dannu ambjentali u tal-ħsara lis-saħħa tal-bniedem;

7.  Jemmen li l-plastiks l-aktar perikolużi, dawk li l-evidenza xjentifika turi li huma l-iktar ta’ tfixkil għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent (bħall-mikroplastiks u l-plastiks ossobijodegradabbli) u dawk li fihom metalli tqal u sustanzi oħrajn li jistgħu wkoll jagħmlu l-proċessi ta’ riċiklaġġ iktar diffiċli, għandhom jitneħħew gradwalment mis-suq jew jiġu pprojbiti għalkollox, malajr kemm jista’ jkun qabel l-2020 sabiex jiġi żviluppat suq għall-materjali riċiklati li reġgħu ntużaw, u jemmen li l-ġbir separat ta' dawn għandu jiġi implimentat minufih; f'dan il-qafas, jemmen li s-sostituzzjoni ta' materjali u addittivi tal-plastik perikolużi għandha tiġi appoġġata, anke permezz tal-estensjoni tal-lista ta' sustanzi ristretti fir-RoHS; jemmen ukoll li, kif mitlub minn maġġoranza ta' ċittadini u konsumaturi Ewropej(4), l-użu ta' basktijiet tal-plastik li jintużaw darba, għandu jitnaqqas radikalment u meta possibbli għandu jitneħħa gradwalment, u li huwa importanti li tiġi indirizzata l-isfida tal-prevenzjoni tal-iskart permezz ta' azzjoni iktar effiċjenti biex jiġi indirizzat il-konsum żejjed u r-rimi irresponsabbli ta' prodotti li jintużaw darba;

8.  Jirrimarka li, f’dinja fejn ir-riżorsi naturali, inkluża l-art li tinħadem, huma dejjem aktar skarsi, is-sostenibbiltà tfisser il-konsum ta' anqas riżorsi f’termini assoluti, u mhux sempliċement s-sostituzzjoni ta' riżorsa b'oħra; jenfasizza li fil-każ tal-plastiks bijodegradabbli, ibbażat fuq prodotti bijoloġiċi u kompostabbli, għandhom jiġu adottati miżuri xierqa biex dawn jiġu promossi, bil-kundizzjoni li l-produzzjoni tagħhom ma tħallix impatt negattiv fuq il-produzzjoni agrikola għall-konsum mill-bnedmin u mill-annimali jew fuq l-ambjent; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu żviluppati l-istandards Ewropej diġa rikonoxxuti (i.e. CEN 13432) sabiex tkun tista' ssir differenzjazzjoni aktar ċara bejn prodotti tal-plastik degradabbli, bijodegradabbli u kompostabbli flimkien mal-għoti ta' informazzjoni aktar ċara dwar il-karatteristiċi, ir-riċiklabbiltà u l-potenzjal ta' użu mill-ġdid tagħhom, lill-konsumaturi kif ukoll lil min jirriċikla u lill-operaturi ta' faċilitajiet ta' ġestjoni tal-iskart;

9.  Jitlob li jsir aktar investiment pubbliku u privat fir-riċerka u t-teknoloġija mmirata biex jinstabu plastiks iktar sostenibbli (i.e. li jikkunsmaw anqas materja prima filwaqt li jinżammu l-istess kwalià, riutilizzabbiltà u riċiklabbiltà) u biex jiġu integrati aħjar diversi tipi ta' plastik fi proċessi ta’ produzzjoni u attivitajiet ta’ riproċessar, mingħajr ma tiġi affettwata l-kwalità tal-materjali; jikkunsidra li teknoloġiji ġodda huma meħtieġa wkoll għat-titjib tal-proċessi ta’ bijodegradazzjoni tal-plastik, metodi ta’ separazzjoni tal-iskart, proċessar u riċiklaġġ mekkaniku, irkupru ta’ prodotti tal-plastik mill-oċeani, ekodisinn u imballaġġ intelliġenti; jemmen li għal dan il-għan, Orizzont 2020 jista’ joffri opportunitajiet biex ikun hemm reazzjoni għal dan il-bżonn importanti tas-soċjetà u li l-vantaġġi jkunu mifruxin, kemm għall-ambjent kif ukoll għaċ-ċittadini, mill-ħolqien ta’ attivitajiet ekonomiċi ġodda (pereżempju separazzjoni bi standards għoljin li titwettaq mill-bnedmin) għat-tnaqqis tal-iskart fil-baħar u riskji relatati mas-saħħa; jenfasizza li dan jista' joffri l-opportunità partikolarment liż-żgħażagħ biex jieħdu sehem f'oqsma ġodda ta' attività u b'hekk jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol; jirrimarka li l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart tista' tiffranka EUR 72 biljun fis-sena, iżżid il-fatturat annwali tas-settur tal-UE għall-ġestjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart bi EUR 42 biljun u toħloq aktar minn 400 000 impjieg sal-2020; jenfasizza li fondi oħrajn tal-UE jistgħu jikkontribwixxu wkoll b'mod sinifikanti għall-iżvilupp ta’ infrastruttura ta’ ġbir u riċiklaġġ jekk ikunu konsistentement b'konformità mal-ġerarkija tal-iskart fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart;

10.  Huwa favur miżuri li jinkoraġġixxu r-riċiklaġġ tal-plastik bħala l-aqwa opzjoni biex jintlaħqu l-miri ambjentali; jitlob li iktar offerti ta’ akkwist pubbliku, fosthom dawk tal-istituzzjonijiet Ewropej, jinkludu domandi ċari rigward ir-riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik kif ukoll li jiffavorixxu l-użu tal-plastik riċiklat meta jkun possibbli;

11.  Jemmen li għandhom jittieħdu passi aktar ambizzjużi kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni biex jiġu indirizzati l-esportazzjonijiet illegali u r-rimi ta’ skart tal-plastik, inklużi infurzar iktar strett tar-regolamenti tal-UE dwar il-vjeġġi, kif ukoll skemi ta’ monitoraġġ u spezzjoni iktar stretti fil-portijiet u l-faċilitajiet kollha tat-trattament tal-iskart, immirati għal trasferimenti illegali suspettati u għall-ġlieda kontra l-esportazzjoni ta' skart biex jerġa' jintuża (l-aktar vetturi li m'għadhomx jintużaw u WEEE), u biex jiġi żgurat li l-esportazzjonijiet imorru biss lejn il-faċilitajiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ ġestjoni tajba mil-lat ambjentali kif stabbilit fl-Artikolu 49 tar-Regolament dwar Vjeġġi ta' Skart; jinnota li l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, kif ukoll is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi, għandhom rwol x'jiżvolġu fil-prevenzjoni tal-esportazzjonijiet illegali u fit-tnaqqis sinifikanti tal-iskart tal-plastik fl-ambjent; barra minn hekk jemmen li l-UE għandha tippromwovi approċċ ta’ ġestjoni tal-iskart koerenti fil-forums, il-ftehimiet u l-istituzzjonijiet internazzjonali kollha possibbli; jenfasizza li l-UE għandha tmexxi inizjattiva globali għall-monitoraġġ u t-tnaqqis sinifikanti tar-rimi ta’ skart fl-oċeani; jikkunsidra essenzjali wkoll li jkun hemm aċċess għal data affidabbli u komparabbli dwar flussi tal-iskart, flussi lejn l-Ewropa u ’l barra mill-Ewropa, volumi u sistemi ta’ ġestjoni;

12.  Jemmen li l-finanzjament tal-infrastruttura tar-riċiklaġġ tal-iskart għandu jieħu prijorità fuq il-finanzjament tar-rimi u l-inċinerazzjoni tal-iskart, iżda għandu naturalment iqis ukoll il-ħtiġijiet ta’ kull komunità individwali; iħeġġeġ lill-muniċipalitajiet u lill-awtoritajiet lokali Ewropej, lill-industrija tal-plastiks, u lis-settur tar-riċiklaġġ u l-ġestjoni tal-iskart biex jagħmlu l-isforzi kollha possibbli biex jimmotivaw u jinċentivizzaw liċ-ċittadini u lill-impriżi biex jadottaw kunċett ta' ekonomija ċirkolari fir-rigward tal-iskart tal-plastik, l-ewwel permezz ta' dibattitu wiesa' dwar l-obsolenza ppjanata, bil-promozzjoni ta' skemi faċli u effikaċi ta' separazzjoni, ġbir, użu mill-ġdid u riċiklaġġ u bl-istabbiliment ta' punti ta' ġbir xierqa għall-iskart tal-plastik, speċjalment f'żoni kostali u ambjentalment vulnerabbli, u dan kollu f'termini ta' prijorità għandu jibda minn dawk iż-żoni li l-Istati Membri ddikjaraw bħala żoni protetti u/jew parks nazzjonali; jemmen ukoll li jistgħu jagħtu kontribut kbir favur l-armonizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ ġestjoni tal-iskart tal-plastik madwar l-Ewropa billi jaqblu fuq standards u prattiki komuni; jistieden lill-awtoritajiet reġjonali biex jikkooperaw fl-ippjanar tal-ġestjoni tal-iskart integrat meta dan ikun kemm ambjentalment kif ukoll finanzjarjament vijabbli, u biex jippromwovu b'mod partikolari l-istabbiliment ta' "ċentri ta' ġbir agrikoli" għall-flussi ta' skart tal-plastik mill-agrikoltura (eż. plastiks tas-serer);

13.  Huwa favur, bl-għan li titħeġġeġ is-sensibilizzazzjoni, azzjonijiet konkreti u kampanji bħall-istabbiliment ta’ Jum Ewropew għall-iskart tal-plastik, meta ċ-ċittadini jkunu jistgħu jirritornaw kwalunkwe volum ta’ skart tal-plastik f’punti determinati minn qabel, pereżempju bi tpattija ta’ kumpens monetarju xieraq, bħala mezz li jiżgura l-provvista ta’ plastik riċiklabbli u li jżid is-sensibilizzazzjoni dwar ir-riċiklaġġ u l-effiċjenza fir-riżorsi; jikkunsidra li dan l-avveniment jista’ jinkludi wkoll attivitajiet ta’ tindif mill-komunità (eż. tal-bajjiet), bħala kontribut simboliku għat-trażżin tat-tniġġis mill-iskart tal-plastik; jitlob li jinħolqu sinerġiji bejn dan it-tip ta' avveniment u l-kampanja "Let's do it", il-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart u l-"Clean-up Day" li jmiss; jilqa’ l-proġett pilota MARELITT tal-Kummissjoni għat-tneħħija tal-iskart tal-baħar mill-erba’ ibħra reġjonali tal-Ewropa u għat-tnaqqis tal-impatt ambjentali, ekonomiku, soċjali u fuq is-saħħa tal-iskart tal-plastik fil-baħar; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni żżid id-djalogu tagħha mal-pajjiżi terzi, bħal dawk b’ilmijiet territorjali fil-Baħar l-Iswed, sabiex tiġi indirizzata l-problema tal-iskart tal-plastik fil-baħar b’mod iżjed effettiv;

14.  Jenfasizza li qabel ma jiġu implimentati inizjattivi ġodda fl-oqsma tal-politika ambjentali, l-ekoinnovazzjoni, il-ġestjoni tal-iskart u l-bijoekonomija fil-livell tal-UE għandhom jitwettqu valutazzjonijiet sodi tal-impatt, fosthom tal-konsegwenzi soċjali tagħhom u l-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol iġġenerati, b'mod partikolari fir-rigward tal-potenzjal għall-ħolqien tal-impjiegi u l-ħtieġa li jiġi introdott taħriġ inizjali u vokazzjonali sabiex jinħolqu impjiegi ħodor;

15.  Ifakkar li l-Istati Membri, filwaqt li jirrikonċiljaw il-kwistjonijiet ekonomiċi u ambjentali, għandhom jappoġġaw inizjattivi li jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' setturi bl-akbar potenzjal ta' impjieg għal xogħol diċenti u, b'mod partikolari, li jgħinu fit-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità sostenibbli f'ekonomija anqas intensiva fl-użu tar-riżorsi, b'konformità mal-istrateġija Ewropa 2020; jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jikkordinaw dispożizzjonijiet tas-servizzi pubbliċi ma’ miri u objettivi ambjentali sabiex jilħqu diversi objettivi u jistimulaw impjiegi ħodor fil-proċess;

16.  Iqis l-identifikazzjoni tal-bżonnijiet futuri tas-suq tax-xogħol, u r-rekwiżiti għal ħiliet futuri, bħala prijorità; jenfasizza l-ħtieġa għal strateġiji għat-tqabbil tal-ħiliet tal-ħaddiema mal-bżonnijiet futuri tas-suq tax-xogħol; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-fatt li – sabiex jiġu indirizzati l-isfidi mit-tranżizzjoni għal ekonomija anqas intensiva fl-użu tar-riżorsi – jinħtieġu livelli xierqa ta' taħriġ u ħiliet biex l-ekoinnovazzjonijiet jiffjorixxu u biex il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart tiġi implimentata b'mod korrett; jirrakkomanda li l-Istati Membri jintegraw il-mudell tal-ekonomija ċirkolari fl-iskemi ta' taħriġ professjonali tagħhom; jinnota li t-taħriġ jista' jtejjeb l-istatus ipperċeput tax-xogħol fis-settur tar-riċikalġġ, u jista' jgħin fit-titjib taż-żamma tal-persunal u tal-prattiki tas-saħħa u s-sikurezza; ifakkar f'dan il-kuntest li, bil-promozzjoni tat-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, il-Fond Soċjali Ewropew jista' jgħin biex tiġi ssodisfata d-domanda għal impjiegi sostenibbli u ta' kwalità fl-industriji anqas intensivi fl-użu tar-riżorsi, b'konformità mal-Pakkett għall-Investiment Soċjali ppreżentat mill-Kummissjoni fi Frar tal-2013;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 51 E, 22.2.2013, p. 21.
(2) ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 59.
(3) ĠU C 258 E, 7.9.2013, p. 99.
(4) Consultation on options to reduce the use of plastic carrier bags and options to improve the requirements of biodegradability in Directive 94/62/EC on packaging and packaging waste and the visibility of biodegradable packaging products to consumers – statistics: http://ec.europa.eu/environment/waste/packaging/pdf/statistics_consultation.xls


Il-marka ta' kwalità reġjonali
PDF 235kWORD 75k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Jannar 2014 dwar il-marka reġjonali: lejn l-aħjar prassi fl-ekonomiji rurali (2013/2098(INI))
P7_TA(2014)0017A7-0456/2013

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 174 et seq. tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistabbilixxu l-objettiv ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jispeċifikaw liema strumenti finanzjarji strutturali jridu jintużaw sabiex jinkiseb dan l-objettiv,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39 tat-TFUE li jistipula l-objettivi tal-politika agrikola komuni,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0456/2013),

A.  billi l-kunċett tal-iżvilupp territorjali ħa importanza miżjuda fis-snin reċenti, b'mod partikolari bħala riżultat tal-inklużjoni ta' referenza aktar espliċita għalih fit-Trattat ta' Lisbona;

B.  billi l-politika Ewropea għall-iżvilupp rurali, li hija t-tieni pilastru tal-PAK, kienet uffiċjalment rikonoxxuta fil-kuntest tar-riforma tal-Aġenda 2000; billi dik ir-riforma tat lill-politika għall-iżvilupp rurali status li jmur lil hinn mill-politika soċjali u strutturali implimentata sempliċiment bħala żieda mal-politika tas-swieq agrikoli;

C.  billi l-qafas tar-regolament futur tal-politika reġjonali jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw ippjanar u programmazzjoni integrati bħala sforz li jippermetti aktar konsistenza bejn il-programmi pluriennali implimentati fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni kif ukoll il-FAEŻR (u l-Fond Ewropew għas-Sajd) permezz tal-użu ta’ qafas strateġiku komuni, li jevita d-duplikazzjoni tal-finanzjament u inizjattivi doppji, isegwi l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020, u stabbilit fi ftehim ta’ sħubija mfassal mill-Istati Membri f’kooperazzjoni mas-sħab ekonomiċi u soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili; billi l-miżuri u l-inizjattivi favur l-iżvilupp tat-territorji, partikolarment dawk rigward żoni rurali, iridu konsegwentement jiddaħħlu f’approċċ globali u transsettorjali;

D.  billi l-fruntiera bejn l-urban u r-rurali qed tisfuma u l-agrikoltura periurbana qed tespandi; billi huwa importanti li bħala żieda mal-politika għall-iżvilupp rurali, il-politika reġjonali tkun imfassla wkoll biex tindirizza ż-żoni rurali, sabiex hemmhekk tappoġġja proġetti innovattivi u formattivi.

E.  billi l-istrumenti tal-iżvilupp rurali disponibbli għall-Istati Membri fir-regolament għall-iżvilupp rurali fis-seħħ joffru bosta possibilitajiet tal-iżvilupp għal dawn l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom, u billi dawn il-possibilitajiet mhumiex użati biżżejjed mill-programmi attwali ta’ żvilupp rurali minħabba n-nuqqas ta’ riżorsi baġitarji;

F.  billi r-regolament għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 għall-iżvilupp rurali se jestendi l-miżuri disponibbli għall-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri li jappoġġjaw il-produzzjoni ta’ ikel ta’ kwalità, il-firxa ta’ koperazzjoni bejn l-atturi territorjali biex ikunu rkuprati r-riżorsi kollha fil-forma ta’ prodotti u servizzi ta’ kwalità, it-tisħiħ tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, kif ukoll il-miżuri ta’ innovazzjoni u d-diversifikazzjoni ekonomika fiż-żoni rurali;

G.  billi l-inklużjoni mtejba tal-produtturi primarji fil-katina tal-ikel permezz ta’ sistemi tal-assigurazzjoni tal-kwalità, il-promozzjoni tal-bejgħ fis-swieq lokali u r-rotot tal-provvista qosra kienet stabbilita bħala prijorità għall-iżvilupp rurali fis-snin 2014-2020;

H.  billi, fil-kuntest tal-iżvilupp rurali, l-approċċ “LEADER” jiġbor bl-aħjar mod il-kunċett tal-kooperazzjoni bejn persuni ta’ natura differenti filwaqt li jżomm, madankollu, f’post ċentrali l-attività agrikola u billi l-persuni involuti jistgħu jaqsmu proġett territorjali bbażat fuq is-setturi bil-għan li jenfasizza l-fatturi speċifiċi u l-aħjar prattiki ta’ żona omoġenja determinata;

I.  billi l-għażla tal-metodi u t-tip ta’ appoġġ li għandhom jiġu implimentati fil-programmi ta’ żvilupp rurali għandha titħalla fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom, jekk huma jagħżlu programmazzjoni reġjonali; billi l-Istati Membri huma fl-aħjar pożizzjoni biex jiddeterminaw l-enfasi xierqa ta’ programmi bħal dawn fil-livell nazzjonali jew reġjonali;

J.  billi jistgħu jintużaw metodi li, permezz ta’ approċċi komuni, jimmobilizzaw u jinvolvu l-atturi pubbliċi u privati relevanti kollha, irrispettivament mil-livelli li fihom ikunu attivi, bil-għan li tiġi żviluppata kooperazzjoni f'firxa wiesgħa ta' żoni u jiġi sfruttat il-potenzjal kollu għal kull territorju abbażi ta’ proġett komuni, fejn għandha tinġibed l-attenzjoni, b’mod partikolari f’dan il-każ, għall-importanza tal-assoċjazzjonijiet ta’ żvilupp lokali, l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi u l-kooperattivi, li jistgħu jaġixxu bħala sħab privileġġjati bl-għan li jkun hemm aċċess għal swieq lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali;

K.  billi l-programmi ta’ żvilupp rurali kemm ta’ suċċess kif ukoll komprensivi jista’ jkollhom impatt pożittiv konkret fuq ir-rati tal-impjieg u l-kompetittività tan-negozji fiż-żoni rurali, u b’hekk jitnaqqsu r-riskji ta’ qgħad jew li minħabba d-dħul rurali baxx l-abitanti jgħixu fil-faqar kbir;

L.  billi l-marki territorjali ta' eċċellenza jistgħu jikkontribwixxu fir-reżiljenza u l-iżvilupp ta’ ekonomiji territorjali, partikolarment fir-reġjuni l-aktar vulnerabbli, ir-reġjuni muntanjużi u r-reġjuni l-aktar imbiegħda, filwaqt li jikkoordinaw settijiet ta’ prodotti (alimentari u dawk li mhumiex) u servizzi ta’ kwalità intrinsikament marbuta ma’ xulxin, profondament ankrati fl-ispeċifiċitajiet ta’ kull territorju u partikolarment il-wirt tagħhom (storiku, kulturali, ġeografiku eċċ); billi miġbura flimkien f'settijiet dawn il-prodotti u s-servizzi huma uniċi u jiġġeneraw dħul fil-livell territorjali filwaqt li joħolqu opportunitajiet ġodda fis-swieq lokali u internazzjonali u jistgħu jaġixxu wkoll bħala "umbrella" għall-promozzjoni tar-reġjuni bħala destinazzjonijiet turistiċi; billi l-għan ta' dawn il-marki (branding) territorjali huwa li jidentifika dawk it-territorji li ħadmu flimkien biex joħolqu sħubiji u sinerġiji komuni sabiex jisfruttaw ir-riżorsi tagħhom fuq tul ta' żmien twil, iħeġġu l-produtturi lokali/reġjonali u jistimulaw l-ekonomiji tagħhom, li huwa vitali għall-kwalità tal-ħajja fil-kampanja u l-iżvilupp ibbilanċjat taż-żoni rurali u urbani; billi m'għandhomx jiġu mfixkla mat-tikketti ta' kwalità (denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO), indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) u Speċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti (STG)) użati għal prodotti tal-ikel, li bihom barra li jkunu inkompatibbli, ikunu bil-maqlub għal kollox kumplimentari; billi għandhom jikkontribwixxu għall-promozzjoni ta' dawn l-iskemi kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE u jgħinu biex itejbu l-kompetittività tal-ekonomiji rurali filwaqt li fl-istess ħin iżidu l-opportunitajiet tal-impjieg;

M.  billi s-sistema tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini (DPO) u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) hija waħda effiċjenti li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-iżvilupp rurali u territorjali permezz tal-ħolqien u d-distribuzzjoni tal-valur miżjud, bl-azzjoni kollettiva tal-produtturi u l-partijiet interessati kollha u bil-mod kif jippromwovu r-reġjun inkwistjoni fis-swieq lokali, reġjonali u internazzjonali; billi, għaldaqstant, il-marka reġjonali fl-ebda każ m’għandha tissostitwixxi jew b’xi mod tagħmel ħsara lis-sistema tad-DPO-IĠP;

N.  billi miżuri biex jinkoraġġixxu u jappoġġaw l-interazzjoni fil-livell lokali u reġjonali bejn is-settur primarju u dak terzjarju jistgħu jiggarantixxu l-iżvilupp sostenibbli tas-settur agrikolu u tat-turiżmu fl-UE;

O.  billi teżisti l-ħtieġa li tinħoloq u tiġi applikata għodda effettiva ta’ kummerċjalizzazzjoni li tagħti spinta lill-kompetittività tal-prodotti reġjonali, tħeġġeġ lill-produtturi lokali u tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ identità reġjonali mhux biss rigward l-agrikoltura iżda wkoll f’oqsma oħra;

1.  Jilqa’ l-approċċ integrat għal żvilupp territorjali stabbilit fir-regolament dwar il-qafas strateġiku komuni għall-fondi tal-UE; jinnota l-ħtieġa għal koordinazzjoni u koerenza bejn il-fondi differenti tal-UE bħala mod biex jiġi garantit żvilupp territorjali armonjuż, sostenibbli u bbilanċjat;

2.  Jinnota li l-iżvilupp territorjali huwa espliċitament inkluż fl-objettivi tal-PAK, li jikkumplimenta żewġ objettivi oħra, b'mod partikolari s-sigurtà tal-ikel u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-ġlieda kontra t-tisħin globali;

3.  Jenfasizza li r-reġjuni agrikoli għandhom rwol multifunzjonali li jinvolvi mhux biss l-iżvilupp agrikolu iżda wkoll attivitajiet ekonomiċi u soċjali oħra marbuta mal-bini ta’ kapaċitajiet lokali fir-rigward ta’ ħiliet, għarfien u investiment fl-individwazzjoni u l-kontroll tal-assi lokali u l-potenzjali u r-riżorsi ta’ valur u moħbija kollha;

4.  Jilqa' l-kunċett ta' "żvilupp lokali mmexxi mill-komunità" u jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw dan il-kunċett u jneħħu kwalunkwe ostaklu li jista’ jkun hemm bejn id-dipartimenti ministerjali u korpi amministrattivi oħra involuti fil-ġestjoni ta’ dan l-approċċ innovattiv il-ġdid; jenfasizza li l-proċeduri amministrattivi ma għandhomx ikunu ta’ piż, u lanqas joħolqu spejjeż addizzjonali għall-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru;

5.  Jistieden lill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali tagħhom biex jippromwovu forom aktar dinamiċi ta' governanza parteċipattiva li jippermettu l-implimentazzjoni ta' proġetti komuni ta’ żvilupp territorjali, li jkunu kapaċi jkopru s-setturi ekonomiċi kollha, inkluż it-turiżmu u, fis-settur tal-agrikoltura, l-industriji tal-ikel u dawk li mhumiex tal-ikel, bħal proġetti tal-katina tal-provvista reġjonali (li jikkonċernaw ktajjen tal-provvista qosra, ktajjen tal-ikel, biċċeriji lokali, produzzjoni tal-metan minn proġetti ta’ bijogass mill-bijomassa agrikola, kimika ekoloġika, materjal ibbażat fuq il-prodotti bijoloġiċi eċċ...), b'attenzjoni partikolari fuq mikronegozji u negozji ġodda li jkunu għadhom kemm fetħu, abbażi tar-rikonoxximent gradwali tal-identità ta’ kull territorju, kif definit u infurmat mill-wirt tiegħu; jinnota li dawn il-forom ta' governanza huma bbażati fuq sħubiji kumplessi bejn l-atturi u l-korpi, li l-ħidma tagħhom trid tkun ikkoordinata madwar il-kunċett tal-marka ta’ eċċellenza territorjali; għalhekk, jistieden lill-Istati Membri biex joħolqu pjattaforma għall-iskambju tal-aħjar prattiki, billi jintużaw b'mod partikolari l-għodod ipprovduti mill-approċċ LEADER għal programmi ta' żvilupp rurali;

6.  Jinnota li koordinazzjoni eqreb tal-atturi lokali tista' tgħin l-ekonomiji rurali, speċjalment fir-reġjuni l-aktar vulnerabbli, inkluż ir-reġjuni muntanjużi, u fl-aktar distanti fosthom, bħar-reġjuni l-aktar imbiegħda; jenfasizza li t-territorji jistgħu jibbenefikaw minn organizzazzjoni aħjar bil-għan li jiġi identifikat il-potenzjal sħiħ li joffru r-riżorsi tagħhom (inklużi r-riżorsi moħbija), fl-interessi tal-atturi kollha marbutin flimkien permezz ta' relazzjoni ta’ interdipendenza u ta’ solidarjetà (jiġifieri dawk involuti fis-settur agrikolu, artiġjanali, turistiku, patrimonjali, u jinkludi l-organizzazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet u l-kmamar tal-kummerċ tal-produtturi, eċċ...); jinnota li r-raġuni ta' din il-koordinazzjoni strateġika hija li jkun hemm aċċess għal riżorsi billi jinkludu u jmorru lil hinn minn approċċ settorjali jew skont industriji uniċi u minflok jitolbu l-użu ta' approċċi territorjali li jiġġeneraw qligħ ġdid fil-livell territorjali permezz tal-kummerċjalizzazzjoni ta' settijiet ta' prodotti u servizzi kumplementari li jirriflettu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull territorju; jistipula f'dan ir-rigward li din il-governanza territorjali għandha tappoġġja b'mod qawwi l-ħolqien, l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u tal-ikel koperti mill-iskemi ta' kwalità eżistenti, ibbażati fuq il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u fl-istess ħin mal-promozzjoni ta' servizzi ta' kwalità (li ma jibbenefikawx minn rikonoxximent Ewropew uffiċjali), bi promozzjoni msaħħa reċiproka tal-prodotti agrikoli u tas-servizzi, u l-partijiet kollha li juru s-solidarjetà sabiex jitħeġġu l-prodotti u s-servizzi kollha miż-żona lokali tagħhom stess;

7.  Għalkemm il-marka ta’ kwalità territorjali hija intenzjonata biex tmexxi proċess ta’ ħolqien tal-valur territorjali li jfittex li jiġbor il-prodotti u s-servizzi f'perspettiva ta' identità u responsabbiltà soċjali, u li jikkomplementa, billi jifforma parti sħiħa magħquda u jiġġenera sinerġiji mal-iskemi eżistenti tal-marki ta’ kwalità marbuta mal-oriġini tal-prodotti tal-ikel, jinnota li dan it-tip ta' marka jmur lil hinn billi jkun japplika b'mod globali għall-prodotti, l-oġġetti u s-servizzi kollha ta' territorju partikolari u għall-mudell ta’ ġestjoni tal-impriżi, l-istituzzjonijiet u l-atturi lokali f'dak it-territorju;

8.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi forom ta’ assoċjazzjoni bejn reġjuni differenti u sħubija transsettorjali, sabiex ikunu kompetittivi; jagħraf ir-rwol ta’ korpi rappreżentattivi, bħal assoċjazzjonijiet, fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew li jagħtu lok għall-promozzjoni ta’ marki reġjonali u jtejbu u jsaħħu l-viżibbiltà li tkun qed tikber tar-reġjun; jitlob li tingħata iktar attenzjoni lill-inizjattivi ta’ marki reġjonali bħala tema komuni possibbli fil-kooperazzjoni territorjali Ewropea u l-inizjattivi ta’ finanzjament Ewropew, u bħala għodda li tirrappreżenta investiment fil-vitalità fit-tul tal-kompetittività tar-reġjun;

9.  Iqis li l-marka ta' kwalità reġjonali trid tgħin biex jinżamm l-immaġni tal-Ewropa bħala destinazzjoni ta' kwalità għolja għat-turiżmu, fuq il-bażi ta' diversi oqsma tat-turiżmu reġjonali, bħall-agrituriżmu, it-turiżmu rurali, l-ekoturiżmu, it-turiżmu kulinari, kif ukoll il-wirt industrijali, storiku, naturali u kulturali, u li tinkludi wkoll r-rotot taċ-ċikliżmu li jiġu kkombinati mat-trasport pubbliku; jenfasizza li bħalissa ma teżisti l-ebda marka Ewropea għal servizzi assoċjati ma' post partikolari li tista' tippermetti lill-konsumaturi li jidentifikaw prodott turistiku ta’ kwalità; jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, li tingħata assistenza fl-introduzzjoni ta' dinamika relatata mal-kwalità fis-settur turistiku, b’mod partikolari b'rabta mat-turiżmu rurali u l-impriżi żgħar; iqis li din tista’ tgħin biex tipprovdi alternattiva għas-setturi tradizzjonali bħall-agrikoltura u t-trobbija tal-bhejjem; iqis li kull marka ta' kwalità marbuta ma' post speċifiku trid tirrifletti sett ta' speċifikazzjonijiet li jipprovdu garanzija ta' kwalità u trid tirrispetta u tibni fuq marka eżistenti, bħad-denominazzjonijiet tal-prodotti tal-ikel, filwaqt li tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni fir-rigward ta' prodotti agrikoli b'tikketta ta' kwalità tal-UE;

10.  Iqis li inizjattivi bħan-netwerk EDEN (Destinazzjonijiet Ewropej ta' Eċċellenza) jippromwovu l-kompetittività, jgħinu sabiex ikun hemm turiżmu sostenibbli u ta' kwalità għolja f'reġjun, permezz tal-potenzjal ta' impriżi mikro u żgħar, u jikkontribwixxu għall-involviment tal-istituzzjonijiet lokali, l-istabbiliment ta' sħubijiet u d-diversifikazzjoni tal-parteċipanti fil-ħolqien tal-marka ta' kwalità reġjonali; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi forom differenti ta’ turiżmu li jinvolvu attivitajiet rurali f'miżuri u programmi relatati bħal EDEN, Calypso, eċċ.; jinsisti li jeħtieġ li l-attivitajiet turistiċi rurali jiġu promossi permezz ta' azzjonijiet u ta' programmi mmirati;

11.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżguraw li l-programmi futuri ta’ żvilupp rurali jipprovdu miżuri xierqa u riżorsi suffiċjenti biex jiffaċilitaw governanza tajba u forom sostenibbli tal-governanza territorjali billi jimmobilizzaw u jsaħħu l-miżuri bbażati fuq l-operati kollettivi: miżuri li jirrigwardaw il-kooperazzjoni, (inkluż dwar sistemi ta' produzzjoni sostenibbli), il-koordinazzjoni, l-iskambji, in-netwerks, l-innovazzjoni, it-taħriġ, l-għaqda ta' produtturi fi gruppi, il-promozzjoni, l-informazzjoni u l-investiment, previsti fir-regolamenti l-ġodda dwar l-iżvilupp rurali; jistieden lill-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali (GAL), fil-qafas tal-Programm LEADER+, sabiex jipprovdu l-appoġġ neċessarju biex jitwaqqfu netwerks ta’ kooperazzjoni li jobtu flimkien il-produtturi lokali u reġjonali, il-fornituri ta’ servizzi u l-istituzzjonijiet kulturali, bħal universitajiet, libreriji u ċentri ta’ riċerka, sabiex jippermettu li l-aspetti kulturali u storiċi tat-territorji jkunu sintetizzati f’marka reġjonali li kapaċi toħloq rabta fit-tul bejn it-taħriġ, ir-riċerka u l-produzzjoni, li jirriżultaw ukoll fil-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli;

12.  Jispeċifika li programmi bħal dawn għandhom ikunu multisettorjali, mingħajr ma jiżvijaw, madankollu, mill-importanza prevalenti tal-attività agrikola, u li dawn għandhom jiġu vvalutati mill-awtoritajiet tal-ġestjoni responsabbli għall-pjanijiet ta’ żvilupp;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-isforzi tal-Istati Membri biex jiġu rikonoxxuti u mħeġġa forom ġodda ta' kooperazzjoni għal żoni rurali, madwar il-marka ta’ eċċellenza territorjali, bl-għajnuna ta' għodod li jinsabu fir-riforma tal-PAK bħall-inizjattiva tal-Unjoni LEADER, l-għodod ta 'assistenza teknika u ta’ netwerking, is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (IEP), in-netwerk Ewropew għall-iżvilupp rurali, kif ukoll kull għodda u riżorsa oħra li jistgħu jkunu meħtieġa; dawn il-forom ġodda ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni oġġettiva tas-sinerġiji reġjonali, billi jqisu d-dimensjoni soċjali, ekonomika u ambjentali, is-sostenibilità, id-diversità tal-atturi ekonomiċi u soċjali (inklużi dawk mis-settur tat-turiżmu) involuti fil-promozzjoni tal-identità territorjali u s-sett ta' prodotti u servizzi speċifiċi li jistgħu jiġu żviluppati f’kull territorju, sabiex jinħoloq u jinżamm valur miżjud;

14.  Iqis li, fil-kuntest ta' dawn il-forom ġodda ta' kooperazzjoni territorjali, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jużaw il-miżuri kollha ta' żvilupp rurali marbutin ma' politika ta' kwalità għal prodotti tal-ikel, bil-għan li jiġi żviluppat b'mod partikolari l-bejgħ fi swieq lokali u ktajjen tal-provvista qosra u titjieb is-sostenibilità kif ukoll l-għarfien ta' metodi ta' produzzjoni, filwaqt li jiġu rispettati għal kollox ir-regoli tal-UE u mingħajr ma jiġu affettwati, imfixkla jew imdgħajfa l-iskemi Ewropej eżistenti tal-kwalità, bħad-denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO), l-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) u l-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti (STG); iqis li, fis-settur tal-ikel agrikolu, il-marka ta’ eċċellenza territorjali għandha tkun illimitata għall-promozzjoni ta' skemi tal-kwalità DPO-IĠP-STG kull fejn jeżistu jew għall-appoġġ tal-ħolqien tagħhom fejn għadhom ma jeżistux; jistieden lill-Kummissjoni, filwaqt li jqis il-proliferazzjoni ta' tikketti multipli u marki reġjonali rigward il-prodotti tal-ikel fl-Ewropa, biex tfassal inventarju tal-marki b'fatturi reġjonali speċifiċi, sabiex tiġi evitata kwalunkwe possibilità ta' effetti negattivi fuq l-iskemi ta' kwalità; jinnota li l-kunċett tal-marka reġjonali għandu jiġi definit b’mod ċar, filwaqt li titqies l-esperjenza pożittiva tal-marki taʼ kwalità diġà eżistenti (DPO, DOC, IĠP), u jiġu definiti strateġiji koordinati sabiex jiġu evitati duplikazzjonijiet u trikkib li jirriżultaw minn approċċ komuni konġunt, ibbażat fuq qafas li għandu jiġi definit fil-livell tal-UE;

15.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

Avviż legali - Politika tal-privatezza