– wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 183 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
1. Jiddeċiedi li jissostitwixxi l-Anness VII tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu b'dan li ġej:"'Anness VII – Setgħat u responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti
I. Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Kumitat responsabbli għall-promozzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika barranija tal-Unjoni fir-rigward ta':
1.
il-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK) u l-politika komuni ta' sigurtà u ta' difiża (PKSD). F'dan il-kuntest il-kumitat ikun assistit minn sottokumitat għas-sigurtà u d-difiża;
2.
ir-relazzjonijiet ma' istituzzjonijiet u entitajiet oħra tal-Unjoni, mal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u ma' assemblei interparlamentari għal kwistjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu;
3.
is-superviżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna;
4.
it-tisħiħ tar-relazzjonijiet politiċi ma' pajjiżi terzi permezz ta' programmi komprensivi ta' kooperazzjoni u assistenza jew permezz ta' ftehimiet internazzjonali bħal ftehimiet ta' assoċjazzjoni jew sħubija;
5.
il-ftuħ, il-monitoraġġ u l-konklużjoni ta' negozjati dwar l-adeżjoni ta' Stati Ewropej mal-Unjoni;
6.
għal-leġiżlazzjoni, l-ipprogrammar u l-iskrutinju kollha tal-azzjonijiet imwettqa taħt l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Istrument Ewropew ta' Viċinat, l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi u l-Istrument ta' Sħubija għall-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi, u l-politiki li fuqhom huma bbażati;
7.
il-monitoraġġ u s-segwitu ta', inter alia, il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV), b'mod partikolari fir-rigward tar-Rapporti ta' Progress Annwali tal-PEV;
8.
kwistjonijiet li jirrigwardaw id-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' minoranzi, f'pajjiżi terzi u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali. F'dan il-kuntest il-kumitat ikun assistit minn sottokumitat għad-drittijiet tal-bniedem, li għandu jiżgura koerenza bejn il-politika esterna kollha tal-Unjoni u l-politika tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli, membri ta' kumitati u entitajiet oħra li għandhom kompetenzi f'dan il-qasam għandhom jiġu mistiedna sabiex jattendu l-laqgħat tas-sottokumitat.
9.
l-involviment tal-Parlament fil-missjonijiet ta' osservazzjoni ta' elezzjonijiet, fejn hu xieraq b'kooperazzjoni mal-kumitati u d-delegazzjonijiet l-oħra rilevanti;
Il-kumitat jipprovdi superviżjoni politika, u jikkoordina x-xogħol ta' kumitati parlamentari konġunti u ta' kumitati parlamentari ta' kooperazzjoni kif ukoll ix-xogħol ta' delegazzjonijiet interparlamentari u ta' delegazzjonijiet ad hoc li jaqgħu taħt il-kompetenzi tiegħu.
II. Kumitat għall-Iżvilupp
Kumitat responsabbli:
1.
għall-promozzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari:
(a)
id-djalogu politiku mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fuq livell bilaterali u f'organizzazzjonijiet internazzjonali u fora interparlamentari rilevanti,
(b)
l-għajnuna għal pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' tali pajjiżi, b'mod partikolari superviżjoni ta' ffinanzjar effettiv ta' għajnuna u evalwazzjoni tal-prestazzjoni, inkluż fir-rigward tal-qerda tal-faqar,
(c)
monitoraġġ tar-relazzjoni bejn il-politika tal-Istati Membri u dik implimentata fil-livell tal-Unjoni,
(d)
il-promozzjoni tal-valuri demokratiċi, ta' tmexxija t-tajba u tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw,
(e)
l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-progress fil-koerenza politika fir-rigward tal-politika għall-iżvilupp;
2.
għal kull leġiżlazzjoni, programmar u skrutinju ta' azzjonijiet imwettqa taħt l-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) – b'kooperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali – u l-Istrument ta' Għajnuna Umanitarja, kif ukoll għall-kwistjonijiet kollha relatati ma' għajnuna umanitarja fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-politika li fuqha jkunu msejsin;
3.
għall-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE u għar-relazzjonijiet mal-entitajiet rilevanti;
4.
għall-kwistjonijiet relatati mal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej;
5.
għall-involviment tal-Parlament fil-missjonijiet ta' osservazzjoni ta' elezzjonijiet, fejn hu xieraq b'kooperazzjoni mal-kumitati u d-delegazzjonijiet l-oħra rilevanti.
Il-kumitat jikkoordina x-xogħol tad-delegazzjonijiet interparlamentari u tad-delegazzjonijiet ad hoc li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
III. Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Kumitat responsabbli għall-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-twaqqif, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni u r-relazzjonijiet ekonomiċi esterni tagħha, b'mod partikolari:
1.
ir-relazzjonijiet finanzjarji, ekonomiċi u kummerċjali ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet reġjonali;
2.
it-tariffa esterna komuni u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ, kif ukoll l-aspetti esterni tad-dispożizzjonijiet dwar id-dwana u l-ġestjoni tagħha;
3.
il-ftuħ, il-monitoraġġ, il-konklużjoni u s-segwitu ta' ftehimiet kummerċjali bilaterali, multilaterali u plurilaterali li jirregolaw ir-relazzjonijiet ekonomiċi,kummerċjali u ta' investiment ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet reġjonali;
4.
il-miżuri ta' armonizzazzjoni teknika jew ta' standardizzazzjoni teknika f'oqsma koperti minn strumenti ta' liġi internazzjonali;
5.
ir-relazzjonijiet ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti u ma' fora internazzjonali dwar kwistjonijiet relalati mal-kummerċ, u ma' organizzazzjonijiet li jippromwovu integrazzjoni ekonomika u kummerċjali fuq livell reġjonali barra mill-Unjoni;
6.
ir-relazzjonijiet mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), inkluża d-dimensjoni parlamentari tagħha.
Il-kumitat jikkomunika mad-delegazzjonijiet interparlamentari u ad hoc rilevanti dwar l-aspetti ekonomiċi u kummerċjali tar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi.
IV. Kumitat għall-Baġits
Kumitat responsabbli:
1.
għall-qafas finanzjarju pluriennali tad-dħul u l-infiq tal-Unjoni u għas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni;
2.
għall-prerogattivi baġitarji tal-Parlament, b'mod partikolari l-baġit tal-Unjoni u n-negozjar u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet interistituzzjonali f'dan il-qasam;
3.
għall-estimi tal-Parlament skont il-proċedura stabbilita fir-Regoli;
4.
għall-baġit ta' entitajiet deċentralizzati;
5.
għall-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew għall-Investiment li mhumiex parti mill-governanza ekonomika Ewropea;
6.
biex jiddaħħal fil-baġit il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-kumitat responsabbli għall-Ftehima ta' Sħubija AKP-UE;
7.
għall-implikazzjonijiet finanzjarji tal-atti kollha tal-Unjoni u għall-kompatibbiltà tagħhom mal-qafas finanzjarju pluriennali, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-kumitati rilevanti;
8.
għall-issorveljar u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-baġit kurrenti minkejja l-Artikolu 78(1), trasferimenti ta' approprjazzjonijiet, proċeduri li għandhom x'jaqsmu mal-organigrammi, approprjazzjonijiet amministrattivi u opinjonijiet dwar proġetti relatati mal-bini li jkollhom implikazzjonijiet finanzjarji qawwija;
9.
għar-Regolament Finanzjarju, bl-esklużjoni ta' kwistjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-implimentazzjoni, l-amministrazzjoni u l-kontroll tal-baġit.
V. Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Kumitat responsabbli:
1.
għall-kontroll tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u għad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Parlament dwar il-kwittanza, inkluża l-proċedura għall-kwittanza interna, u għall-miżuri l-oħra li jakkumpanjaw jew li jimplimentaw dawn id-deċiżjonijiet;
2.
għall-għeluq, il-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet u tal-karti tal-bilanċ tal-Unjoni, tal-istituzzjonijiet tagħha u tal-entitajiet iffinanzjati minnha, inkluża d-deċiżjoni dwar liema approprjazzjonijiet għandhom jiġu riportati u s-saldu tal-bilanċi;
3.
għall-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment;
4.
għall-monitoraġġ tal-effettività fl-infiq tat-tipi differenti ta' finanzjament tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni, bl-involviment, fuq talba tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-kumitati speċjalizzati u b'azzjoni, fuq talba tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit,f'kooperazzjoni mal-kumitati speċjalizzati għall-eżami tar-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri;
5.
għar-relazzjonijiet mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), għall-indagar dwar frodi u irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, għall-miżuri li għandhom bħala skop il-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni ta' dawn il-każijiet, għall-protezzjoni riġida tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-azzjonijiet rilevanti mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew f'dan il-qasam;
6.
għar-relazzjonijiet mal-Qorti tal-Awdituri, għall-ħatra tal-membri tagħha u għall-konsiderazzjoni tar-rapporti tagħha;
7.
għar-Regolament Finanzjarju għal dak li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll tal-baġit.
VI. Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Kumitat responsabbli:
1.
għall-politika ekonomika u monetarja tal-Unjoni, għall-operat tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u għas-sistema monetarja u finanzjarja Ewropea (inklużi r-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet rilevanti);
2.
għall-moviment ħieles tal-kapital u tal-pagamenti (pagamenti transfruntiera, żona unika ta' pagament, bilanċ ta' pagamenti, moviment ta' kapital u politika ta' self u tislif, kontroll tal-moviment ta' kapital li jkun ġej minn pajjiżi terzi, miżuri li jkollhoom l-iskop li jinkoraġġixxu l-esportazzjoni tal-kapital tal-Unjoni);
3.
għas-sistema monetarja u finanzjarja internazzjonali (inklużi r-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet finanzjarji u monetarji);
4.
għar-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna Statali jew pubblika;
5.
għad-dispożizzjonijiet fiskali;
6.
għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni ta' servizzi, istituzzjonijiet u swieq finanzjarji, inkluż ir-rappurtar finanzjarju, l-awditjar, ir-regoli dwar il-kontabbiltà, il-governanza korporattiva u kwistjonijiet oħra marbuta mal-liġi dwar il-kumpaniji u li jikkonċernaw speċifikament is-servizzi finanzjarji.
7.
għall-attivitajiet rilevanti tal-Bank Ewropew tal-Investiment bħala parti mill-governanza ekonomika Ewropea fiż-żona tal-euro.
VII. Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Kumitat responsabbli:
1.
għall-politika tal-impjiegi u l-aspetti kollha tal-politika soċjali, inklużi l-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-sigurtà soċjali, l-inklużjoni soċjali u l-protezzjoni soċjali;
2.
għad-drittijiet tal-ħaddiema;
3.
għall-miżuri ta' saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol;
għall-moviment ħieles tal-ħaddiema u tal-pensjonanti;
7.
għad-djalogu soċjali;
8.
għall-forom kollha ta' diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol u fis-suq tax-xogħol ħlief għad-diskriminazzjoni sesswali;
9.
għar-relazzjonijiet:
–
maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop),
–
mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonjiet tal-Ħajja u tax-Xogħol,
–
mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ,
–
mal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol;
kif ukoll għar-relazzjonijiet ma' entitajiet oħra tal-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti.
VIII. Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Kumitat responsabbli:
1.
għall-politika ambjentali u għall-miżuri ta' protezzjoni tal-ambjent, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw:
(a)
it-tibdil fil-klima,
(b)
it-tniġġis tal-arja, tal-ħamrija u tal-ilma, l-immaniġġjar u r-riċiklaġġ tal-iskart, is-sustanzi u l-taħlitiet perikolużi, il-livelli tal-istorbju u l-protezzjoni tal-bijodiversità,
(c)
l-iżvilupp sostenibbli,
(d)
il-miżuri u l-ftehimiet internazzjonali u reġjonali għall-protezzjoni tal-ambjent,
(e)
it-tiswija ta' ħsara ambjentali,
(f)
il-protezzjoni ċivili,
(g)
l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent,
(h)
l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi;
2.
għas-saħħa pubblika, b'mod partikolari:
(a)
il-programmi u l-miżuri speċifiċi fil-qasam tas-saħħa pubblika,
(b)
il-prodotti farmaċewtiċi u kożmetiċi,
(c)
l-aspetti tas-saħħa tal-bijoterroriżmu,
(d)
l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard;
3.
għall-kwistjonijiet ta' sikurezza tal-ikel, b'mod partikolari:
(a)
it-tikkettar u s-sikurezza tal-prodotti tal-ikel,
(b)
il-leġiżlazzjoni veterinarja dwar il-protezzjoni mir-riskji għas-saħħa tal-bniedem; il-kontrolli ta' saħħa pubblika fuq il-prodotti tal-ikel u fuq is-sistemi tal-produzzjoni tal-ikel,
(c)
l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u l-Uffiċju Ewropew għall-Ikel u s-Servizzi Veterinarji.
IX. Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Kumitat responsabbli:
1.
għall-politika industrijali tal-Unjoni u miżuri relatati, u għall-applikazzjoni ta' teknoloġiji ġodda, inklużi l-miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medjui;
2.
għall-politika tal-Unjoni dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż ix-xjenza u t-teknoloġija kif ukoll it-tixrid u l-esplojtazzjoni tar-riżultati tar-riċerka;
3.
għall-politika spazjali Ewropea;
4.
għall-attivitajiet taċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta, il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u l-Istitut tal-Materjali u l-Kejl ta' Referenza, kif ukoll il-JET, l-ITER u proġetti oħra fl-istess qasam;
5.
għall-miżuri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika tal-enerġija b'mod ġenerali u fil-kuntest tal-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija, inklużi miżuri relatati ma':
(a)
is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni,
(b)
il-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija u l-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija ġodda u li jiġġeddu,
(c)
il-promozzjoni tal-interkonnessjoni ta' netwerks tal-enerġija u l-effiċjenza tal-enerġija, inkluż it-twaqqif u l-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej fis-settur tal-infrastruttura tal-enerġija;
6.
għat-Trattat Euratom u l-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom; għas-sikurezza nukleari, għall-għeluq tal-istabbilimenti nukleari u għat-tneħħija tal-iskart fis-settur nukleari;
7.
għas-soċjetà tal-informazzjoni, it-teknoloġija tal-informazzjoni u n-netwerks u s-servizzi ta' komunikazzjoni, inkluż it-teknoloġiji u l-aspetti ta' sigurtà u t-twaqqif u l-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej fis-settur tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni, kif ukoll l-attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA).
X. Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Kumitat responsabbli:
1.
għall-koordinazzjoni fuq livell tal-Unjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tas-suq intern u għall-unjoni doganali, b'mod partikolari:
il-libertà tal-għoti ta' servizzi, ħlief fis-settur finanzjarju u fis-settur postali;
2.
għall-funzjonament tas-Suq Uniku, inkluż miżuri li għandhom bħala skop l-identifikazzjoni u t-tneħħija ta' affarijiet li jistgħu jkunu ta' xkiel għall-implimentazzjoni tas-Suq Uniku, inkluż is-Suq Uniku Diġitali;
3.
għall-promozzjoni u l-ħarsien tal-interessi ekonomiċi tal-konsumatur, ħlief għall-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa u s-sigurtà tal-ikel;
4.
għall-politika u l-leġiżlazzjoni rigward l-infurzar tar-regoli dwar is-Suq Uniku u d-drittijiet tal-konsumatur.
XI. Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Kumitat responsabbli:
1.
għall-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-iżvilupp ta' politika komuni għat-trasport ferrovjarju, fuq it-toroq, f'mogħdijiet tal-ilma interni, bil-baħar u bl-ajru, b'mod partikolari:
(a)
għar-regoli komuni applikabbli għat-trasport fl-Unjoni Ewropea,
(b)
għat-twaqqif u l-iżvilupp ta' networks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport,
(c)
għall-għoti ta' servizzi ta' trasport u għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi fil-qasam tat-trasport,
(d)
għas-sikurezza tat-trasport,
(e)
għar-relazzjonijiet ma' entitajiet u organizzazzjonijiet internazzjonali tat-trasport;
(f)
għall-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u l-Impriża Konġunta SESAR;
2.
għas-servizzi postali;
3.
għat-turiżmu.
XII. Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Kumitat responsabbli:
1.
għall-operat u l-iżvilupp tal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp u l-koeżjoni reġjonali, kif stabbilit fit-Trattati;
2.
għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni u l-istrumenti l-oħra tal-politika reġjonali tal-Unjoni,
3.
għall-valutazzjoni tal-effett ta' linji politiċi oħrajn tal-Unjoni fuq il-koeżjoni ekonomika u soċjali,
kwistjonijiet veterinarji u li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa tal-pjanti u mal-għalf, kemm-il darba dawn il-miżuri ma jkunux intiżi sabiex titħares s-saħħa tal-bniedem,
(b)
it-trobbija u l-benesseri tal-annimali;
4.
għat-titjib fil-kwalità tal-prodotti agrikoli;
5.
għall-provvista ta' materja prima għall-agrikoltura;
għall-operat u l-iżvilupp tal-politika komuni tas-sajd u għall-amministrazzjoni tagħha;
2.
għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd, il-ġestjoni tas-sajd u ta' flotot li jisfruttaw tali riżorsi u r-riċerka dwar studji tal-baħar u studji applikati dwar is-sajd;
3.
għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-qasam tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura u l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tiegħu;
4.
għall-politika strutturali fis-setturi tas-sajd u l-akkwakultura, inklużi l-istrumenti finanzjarji u l-fondi għall-għajnuna fis-sajd biex jiġu appoġġjati dawn is-setturi;
għal ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli, l-organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd u l-implimentazzjoni ta' obbligi internazzjonali fil-qasam tas-sajd.
XV. Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
Kumitat responsabbli:
1.
għall-aspetti kulturali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari:
(a)
it-titjib fl-għerf u fid-disseminazzjoni tal-kultura,
(b)
il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika,
(c)
il-konservazzjoni u l-ħarsien tal-patrimonju kulturali, l-iskambji kulturali u l-kreazzjoni artistika;
2.
għall-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, inkluż il-qasam ta' edukazzjoni ogħla fl-Ewropa, il-promozzjoni tas-sistema ta' skejjel Ewropej u t-tagħlim tul il-ħajja;
3.
għall-politika awdjoviżiva u l-aspetti kulturali u edukattivi tas-soċjetà tal-informazzjoni;
4.
għall-politika dwar iż-żgħażagħ;
5.
għall-iżvilupp ta' politika tal-isport u l-ħin liberu;
6.
għall-politika tal-informazzjoni u tal-media;
7.
għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fl-oqsma tal-kultura u l-edukazzjoni u għar-relazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet internazzjonali kkonċernati.
XVI. Kumitat għall-Affarijiet Legali
Kumitat responsabbli:
1.
għall-interpretazzjoni, l-applikazzjoni u l-monitoraġġ tal-Liġi tal-Unjoni, u għall-konformità tal-atti tal-Unjoni mal-leġiżlazzjoni primarja, b'mod partikolari l-għażla tal-bażijiet legali u r-rispett tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;
2.
għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi internazzjonali, għal dak li jkollu x'jaqsam mal-Unjoni Ewropea;
3.
għal tfassil aħjar tal-liġijiet u għas-semplifikazzjonital-liġi tal-Unjoni;
4.
għall-ħarsien legali tad-drittijiet u l-prerogattivi tal-Parlament, inkluża l-parteċipazzjoni tal-Parlament f'kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;
5.
għall-atti tal-Unjoni li jaffettwaw l-ordni ġuridiku tal-Istati Membri, b'mod partikolari fl-oqsma:
(a)
tal-liġi ċivili u kummerċjali,
(b)
tal-liġi dwar il-kumpaniji,
(c)
tal-liġi dwar il-proprjetà intellettwali,
(d)
tal-liġi proċedurali;
6.
għall-miżuri rigward il-kooperazzjoni ġudizzjarja u amministrattiva f'oqsma ċivili;
7.
għar-responsabbiltà ambjentali u għas-sanzjonijiet applikabbli għal delitti kontra l-ambjent;
8.
għall-kwistjonijiet etiċi li għandhom x'jaqsmu ma' teknoloġiji ġodda, bl-applikazzjoni tal-proċedura b'kumitati assoċjati mal-kumitati rilevanti;
9.
għall-Istatut tal-Membri u għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea;
10.
għall-privileġġi u l-immunitajiet, kif ukoll għall-verifika tal-kredenzjali tal-Membri;
11.
għall-organizzazzjoni u l-istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;
XVII. Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Kumitat responsabbli:
1.
għall-protezzjoni fit-territorju tal-Unjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini, tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, inkluża l-protezzjoni tal-minoranzi, kif stipulat fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;
2.
għall-miżuri meħtieġa fil-ġlieda kontra kull tip ta' diskriminazzjoni, ħlief id-diskrimazzjoni sesswali jew id-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol u fis-suq tax-xogħol;
3.
għal-leġiżlazzjoni fl-oqsma tat-trasparenza u tal-protezzjoni tal-persuni fiżiċi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar ta' informazzjoni personali;
4.
għat-twaqqif u l-iżvilupp ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, b'mod partikolari:
(a)
miżuri li għandhom x'jaqsmu mad-dħul u l-moviment tal-persuni, mal-ażil u l-migrazzjoni,
(b)
miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-ġestjoni integrata tal-fruntieri komuni,
(c)
miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-kooperazzjoni tal-pulizija u mal-kooperazzjoni ġudizjarja fil-qasam kriminali, inkluż it-terroriżmu, u miżuri sostantivi u proċedurali relatati mal-iżvilupp ta' approċċ aktar koerenti tal-Unjoni lejn il-liġi kriminali;
5.
għaċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Europol, l-Eurojust, is-Cepol, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u entitajiet u aġenziji oħra li joperaw fl-istess qasam;
6.
għad-determinazzjoni ta' riskju evidenti ta' ksur gravi, min-naħa ta' Stat Membru, tal-prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri.
XVIII. Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Kumitat responsabbli:
1.
għall-aspetti istituzzjonali tal-proċess ta' intergrazzjoni Ewropea, b'mod partikolari il-preparazzjoni, l-inizjazzjoni u l-proċedimenti tal-proċeduri ordinarji u ssemplifikati għar-reviżjoni tat-Trattati;
2.
għall-implimentazzjoni tat-Trattati u għall-valutazzjoni tal-operat tagħhom;
3.
għall-konsegwenzi istituzzjonali tan-negozjati tat-tkabbir tal-Unjoni jew ta' ħruġ mill-Unjoni;
4.
għar-relazzjonijiet interistituzzjonali, inkluż l-eżami tal-ftehimiet interistituzzjonali skont l-Artikolu 127(2) tar-Regoli ta' Proċedura, minħabba li jridu jiġu approvati mill-Parlament;
5.
għal proċedura elettorali uniformi;
6.
għall-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet politiċi f'livell Ewropew, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Bureau;
7.
għad-determinazzjoni tal-eżistenza ta' ksur gravi u persistenti, min-naħa ta' Stat Membru, tal-prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri;
8.
għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura u l-proposti għal emendi għar-Regoli.
XIX. Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
Kumitat responsabbli:
1.
għad-definizzjoni, il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa fl-Unjoni u għall-miżuri tal-Unjoni li jkollhom x'jaqsmu ma' dan;
għall-politika ta' opportunitajiet indaqs, inkluża l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x'jaqsam mal-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol u t-trattament fuq il-post tax-xogħol;
4.
għat-tneħħija ta' kull tip ta' vjolenza u diskriminazzjoni sesswali;
5.
għall-implimentazzjoni u aktar żvilupp fil-qasam tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fis-setturi kollha;
6.
għas-segwitu u l-implimentazzjoni ta' ftehimiet u konvenzjonijiet internazzjonali li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet tan-nisa;
7.
għall-inkoraġġiment ta' sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tan-nisa.
XX. Kumitat għall-Petizzjonijiet
Kumitat responsabbli:
1.
għall-petizzjonijiet;
2.
għall-organizzazzjoni ta' seduti ta' smigħ pubbliċi dwar inizjattivi taċ-ċittadini skont l-Artikolu 197a;
3.
għar-relazzjonijiet mal-Ombudsman Ewropew.'
"
2. Jiddeċiedi li din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel sessjoni parzjali tat-tmien leġiżlatura parlamentari;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tħassar id-Deċiżjoni 2007/124/KE, Euratom li tistabbilixxi għall-Perijodu 2007-2013, bħala parti mill-programmi Ġenerali dwar is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet, l-Programmi Speċifiċi ''Prevenzjoni, Stat ta' Tħejjija u Maniġġar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u riskji oħra relatati mas-Sigurtà'' (15187/2013 – C7-0418/2013 – 2013/0281(APP))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15187/2013),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 203 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (C7–0418/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81(1) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7‑0432/2013),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
It-tiġdid tal-ftehim UE-Russja dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija ***
202k
35k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2014 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (13152/2013 – C7-0370/2013 – 2013/0282(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (13152/2013),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/742/KE tas-16 ta' Novembru 2000, fir-rigward tal-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa,
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7‑0370/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin kif ukoll tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0473/2013),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-Ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.
Denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni *
285k
46k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (riformulazzjoni) (COM(2013)0184 – C7-0132/2013 – 2013/0096(NLE))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0184),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 128(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0132/2013),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni għall-atti legali(1),
– wara li kkunsidra l-ittra tas-17 ta’ Ġunju 2013 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0479/2013),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;
1. Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Is-sistema ta' munita unika tal-Unjoni għandha trawwem fiduċja pubblika u tinvolvi innovazzjonijiet teknoloġiċi li jiżguraw li tkun sistema fiż-żgur, affidabbli u effiċjenti.
(4) Is-sistema ta' munita unika tal-Unjoni għandha trawwem fiduċja pubblika u tinvolvi innovazzjonijiet teknoloġiċi li jiżguraw li tkun sistema fiż-żgur, affidabbli u effiċjenti. Hija għandha wkoll tgħin biex tiġġieled l-iffalsifikar.
Emenda 2 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 8
8. L-informazzjoni rilevanti kollha dwar disinji ġodda tal-muniti nazzjonali għaċ-ċirkolazzjoni għandha tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
8. L-informazzjoni rilevanti kollha dwar disinji ġodda tal-muniti nazzjonali għaċ-ċirkolazzjoni għandha tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew b'kull oġġezzjoni li hija tqajjem skont il-paragrafu 5.
– wara li kkunsidra l-qafas legali prinċipali għar-relazzjonijiet mal-ASEAN, jiġifieri l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni ASEAN-KEE, iffirmat f’Marzu tal-1980(1),
– wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin u/jew il-konklużjonijiet tas-seba’ Ftehmiet ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-ASEAN, jiġifieri l-Brunej Darussalam, l-Indonesja, il-Malasja, il-Filippini, Singapor, it-Tajlandja u l-Vjetnam,
– wara li kkunsidra n-negozjati dwar Ftehmiet ta’ Kummerċ Ħieles mal-Malasja, it-Tajlandja u l-Vjetnam u l-konklużjoni tal-FTA tal-UE u Singapor,
– wara li kkunsidra l-istrateġija tal-UE ‘Sħubija Ġdida max-Xlokk tal-Asja’ ta’ Lulju tal-2003, (COM(2003)0399), li tidentifika t-tisħiħ tar-relazzjonijiet ta’ kummerċ u investiment reġjonali mal-ASEAN kif ukoll id-djalogu f’oqsma speċifiċi tal-politika bħala prijoritajiet ewlenin,
– wara li kkunsidra s-seba’ Sħubija Parlamentari Asja-Ewropa (ASEP) u t-22 Samit ASEAN,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Nurimberga dwar is-Sħubija Msaħħa tal-UE mal-ASEAN ta’ Marzu tal-2007 u l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Novembru tal-2007,
– wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni Bandar Seri Begawan biex tissaħħaħ l-Isħubija Msaħħa tal-UE mal-ASEAN (2013-2017) adottata fil-Brunej Darussalam fis-27 ta' April 2012,
– wara li kkunsidra l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mat-Trattat ta’ Ħbiberija u Kooperazzjoni fl-Asja tax-Xlokk (TAC) f’Phnom Penh fit-12 ta’ Lulju 2012(2),
– wara li kkunsidra d-9 Samit tal-Laqgħa Asja-Ewropa (ASEM) li saret fi Vientiane, Laos f’Novembru tal-2012,
– wara li kkunsidra l-Fondazzjoni Asja-Ewropa (ASEF), stabbilita fi Frar tal-1997 biex tipprovdi forum għal djalogu non-governattiv,
– wara li kkunsidra l-Programm ta’ Appoġġ għall-Integrazzjoni Reġjonali UE-ASEAN (APRIS), il-programm ta’ Sapport Reġjonali ta’ Integrazzjoni ASEAN (ARISE), u l-Istrument ta’ Djalogu Reġjonali tal-UE u l-ASEAN (READI) b’appoġġ għall-armonizzazzjoni tal-politiki u r-regolamenti fis-setturi relatati mhux kummerċjali,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni Konġunta tal-UE u l-Istati Uniti dwar ir-Reġjun tal-Asja-Paċifiku tat-12 ta’ Lulju 2012,
– wara li kkunsidra t-twaqqif tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet Asjatiċi tax-Xlokk (ASEAN) fit-8 ta’ Awwissu tal-1967,
– wara li kkunsidra l-Blueprint tal-Komunità Ekonomika tal-ASEAN miftiehma fl-2007 u l-Karta tal-ASEAN adottata fl-2008,
– wara li kkunsidra l-ewwel Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-ASEAN tat-18 ta’ Novembru 2012, it-twaqqif tal-Kummissjoni Intergovernattiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-ASEAN (AICHR) u l-ewwel djalogu bejn l-AICHR u r-Rappreżentattant Speċjali għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea (UE) stabbilit reċentement, Stavros Lambrinidis, fit-8 ta’ Mejju 2013,
– wara li kkunsidra l-14-il samit ASEAN li sar fl-2009 u l-istabbilment ta’ pjan direzzjonali għal Komunità ta’ suq ASEAN ewlieni (Ekonomika), il-Komunità ta’ Politika u Sigurtà ASEAN u l-Komunità Soċjo-Kulturali ASEAN,
– wara li kkunsidra t-22 samit tal-ASEAN li sar fil-Brunej bejn l-24 u l-25 ta’ April 2013,
– wara li kkunsidra s-7 samit tal-Asja tal-Lvant (EAS) li sar f’Phnom Penh fl-20 ta’ Novembru 2012 mill-mexxejja ta’ 17-il pajjiż fl-ASEAN, iċ-Ċina, il-Ġappun u l-Korea t’Isfel (ASEAN+3), l-Indja, l-Awstralja u n-New Zealand (ASEAN+6) u l-Istati Uniti,
– wara li kkunsidra l-Ftehim tal-ASEAN dwar il-Ġestjoni tad-Diżastri u r-Reazzjoni għall-Emerġenzi (AADMER),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta maħruġa fit-tmien laqgħa tal-Ministri ASEAN għall-Benessri u l-Iżvilupp Soċjali tas-6 ta’ Settembru 2013 f’Phnom Pen bi preparazzjoni għas-samit ASEAN skedat għal Ottubru 2013 u d-dispożizzjoni li tinsab fiha li l-aċċess għall-protezzjoni soċjali huwa dritt bażiku tal-bniedem,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet reċenti tiegħu dwar l-istati membri tal-ASEAN, partikolarment dawk tal-11 ta' Settembru 2013 dwar in-negozjati għal ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni UE-Malasja(3), tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar is-sitwazzjoni tal-Musulmani Rohingya(4), tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus(5), tat-18 ta' April 2013 dwar il-Vjetnam, b'mod partikolari l-libertà tal-espressjoni(6) u tas-7 ta' Frar 2013 dwar il-Laos: il-każ ta’ Sombath Somphone(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet reċenti tiegħu dwar l-istati membri tal-ASEAN, b’mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2011 dwar ġlied fuq il-fruntiera bejn it-Tajlandja u l-Kambodja(8), tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar l-Indoneżja, inklużi attakki kontra l-minoranzi(9), tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar il-Burma: it-tmexxija tal-elezzjonijiet u l-ħelsien tal-mexxejja tal-oppożizzjoni Aung San Suu Kyi(10), tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar is-sitwazzjoni fil-Burma/Mjanmar(11), tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar is-sitwazzjoni fit-Tajlandja(12), tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar is-sitwazzjoni fil-Laos u l-Vjetnam(13) , u tal-5 ta’ Frar 2009 dwar is-sitwazzjoni tar-refuġjati Burmani fit-Tajlandja(14),
– wara li kkunsidra l-'Prinċipji Gwida dwar in-Neogzju u d-Drittijiet tal-Bniedem: li jimplimentaw il-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti "Ipproteġi, Irrispetta u Rrimedja", adottat fis-16 ta' Ġunju 2011 mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0441/2013),
A. billi l-ASEAN bħalissa hija waħda mill-organizzazzjonijiet reġjonali emerġenti l-aktar importanti fid-dinja, f’termini kemm ta’ żvilupp ekonomiku kif ukoll ta’ dinamika ġeopolitika;
B. billi l-Karta tal-ASEAN, iffirmata f’Novembru tal-2007, tistabbilixxi personalità legali u qafas legali u istituzzjonali għall-ASEAN, inkluż il-ħolqien tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (CPR) li jappoġġa u jikkoordina l-ħidma tal-ASEAN;
C. billi l-Komunità Ekonomika tal-ASEAN għandha l-għan li toħloq suq intern għal 600 miljun persuna sal-2015, li se jagħmel lill-ASEAN, bl-operaturi ekonomiċi kompetittivi u d-domanda interna li qed tikber malajr, kumparabbli ma’ swieq oħra kbar fid-dinja, bħall-UE, l-Istati Uniti, iċ-Ċina, il-Ġappun, u l-Indja u, konsegwentement, sieħeb ekonomiku b’saħħtu fis-suq reġjonali u internazzjonali; billi xi stati membri tal-ASEAN se jaffaċċjaw sfidi f'dan il-proċess f'termini ta' kompetittività, stabilità soċjali u t-tisħiħ u l-iżvilupp tal-komponenti soċjali tal-proċess ta' integrazzjoni;
D. billi l-isforzi tar-ristrutturar ekonomiku tal-istati membri tal-ASEAN wara l-kriżi finanzjarja Asjatika tal-1997 kienu ta’ għajnuna biex b’mod ġenerali juru reżistenza tajba kontra l-kriżi ekonomika globali preżenti;
E. billi fl-1993 il-Forum Reġjonali tal-ASEAN (ARF) kien stabbilit … biex joħloq djalogu u konsultazzjoni dwar kwistjonijiet politiċi u ta’ sigurtà u biex jikkontribwixxi għall-bini tal-fiduċja u d-diplomazija preventiva fir-reġjun Asja-Paċifiku;
F. billi l-aħħar samit tal-ASEAN sejjaħ għad-denuklearizzazzjoni tal-peniżola Koreana u ħeġġeġ lill-istati li għandhom armi nukleari biex jaċċedu għall-protokoll tat-Trattat dwar Żona Ħielsa mill-Armi Nukleari fl-Asja tax-Xlokk; billi s-samit iddiskuta wkoll il-parteċipazzjoni futura possibbli tat-Timor tal-Lvant fl-ASEAN;
G. billi ċ-Ċina qed iżżid ir-rabtiet ekonomiċi tagħha mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja; billi xi stati membri tal-ASEAN saħħu l-kooperazzjoni mal-Istati Uniti dwar is-sigurtà marittima; billi r-Russja tikkunsidra l-Asja bħala parti importanti tal-istrateġija internazzjonali tagħha; billi l-pajjiżi tal-ASEAN għad għandhom rwol importanti fil-preservazzjoni tal-paċi u l-istabilità fir-reġjun; billi l-UE u l-ASEAN għandhom tħassib komuni dwar it-tilwim territorjali mhux solvut fil-Baħar tan-Nofsinhar taċ-Ċina u għandhom interess sinfikanti fiż-żamma tal-paċi, tal-istabilità, tar-rispett għal-liġi internazzjonali u, speċjalment, il-Karta tan-NU u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar tal-1982. jappoġġa l-Prinċipji b'Sitt Punti ta' Lulju 2012 dwar il-Baħar tan-Nofsinhar taċ-Ċina u l-Linji Gwida għall-Implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni dwar l-Imġiba tal-Partijiet fil-Baħar tan-Nofsinhar taċ-Ċina tal-2011, li jinkoraġġixxu riżoluzzjoni permezz ta' mezzi paċifiċi;
H. billi d-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-ASEAN tibqa' tagħti l-awtonomija lill-pajjiżi individwali sabiex joħolqu l-istrumenti legali tagħhom għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li tipprovdi lir-reġjun kollu b’qafas ġenerali komuni għad-difiża tal-istess drittijiet;
I. billi fit-8 ta' Novembru 2013, it-Tifun Haiyan għamel ħerba fil-Filippini, fejn qered bliet sħaħ u ħalla numru li għadu mhuwiex magħruf – possibilment eluf – ta' nies mejta u miljuni bla dar; billi din it-tempesta, li kienet l-aktar tempesta qawwija li qatt ġiet irreġistrata li laqtet il-kosta, tista' turi l-periklu serju ta' kundizzjonijiet tat-temp estremi li qed isiru aktar frekwenti;
J. billi l-livelli għoljin ta' tniġġis ikkawżati mid-duħħan minn nirien prinċipali tal-foresta fir-reġjun, qed ikollhom konsegwenzi ambjentali ewlenin u jistgħu jikkostitwixxu sfida mhux tradizzjonali għas-sigurtà;
K. billi l-UE u l-ASEAN jikkondividu l-objettiv politiku tal-promozzjoni tal-benessri, il-kooperazzjoni u l-paċi fir-reġjuni rispettivi u mad-dinja;
L. billi l-Pjan ta’ Azzjoni Bandar Seri Begawan tal-2012 bejn l-UE u l-ASEAN għandu l-għan li jagħti attenzjoni aktar strateġika lill-kooperazzjoni fuq it-tliet pilastri tal-ASEAN, kif ukoll lill-kooperazzjoni kulturali u tal-iżvilupp, u jkollu laqgħat regolari fil-livelli ministerjali u tal-uffiċjali għolja;
M. billi fid-dawl tan-negozjati li għaddejjin dwar il-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles (FTAs) bejn l-UE u l-Malasja, it-Tajlandja u l-Vjetnam kif ukoll il-konklużjoni tal-FTA bejn l-UE u Singapor u l-objettiv fuq terminu twil ta’ FTA bejn ir-reġjuni, qed isir dejjem aktar urġenti li jiġi żviluppat qafas ta’ politika aktar komprensiv mas-sħab tal-ASEAN;
1. Huwa tal-fehma li l-ASEAN, bħala attur ekonomiku reġjonali u globali ewlieni, jista’ jkollha rwol importanti biex tippromwovi ordni dinjija paċifika u multilaterali; jixtieq jara l-kapaċitajiet istituzzjonali, ekonomiċi u politiċi tal-ASEAN jiżviluppaw aktar;
2. Jinkoraġġixxi lill-ASEAN tkompli t-triq tal-integrazzjoni politika u ekonomika tagħha, notevolment il-pjan ASEAN ambizzjuż għall-Komunità Ekonomika sal-2015, inkluż il-liberalizzazzjoni tas-suq intern tax-xogħol tagħha, li tista' tkun ta' benefiċċju kbir għall-pajjiżi kollha involuti;
3. Jifraħ lill-mexxejja tal-ASEAN dwar il-progress sinifikanti li qed jinkiseb fil-proċess ta’ integrazzjoni reġjonali, li jidher aktar bit-twaqqif futur tal-Komunità Ekonomika tal-ASEAN; jemmen li dawn l-iżviluppi pożittivi għandhom jitqabblu mat-tisħiħ tad-dimensjoni parlamentari tagħha u jistieden lill-mexxejja tal-ASEAN biex jikkunsidraw rikonoxximent ta' Karta formali tar-rwol tal-Assemblea Inter-Parlamentari tal-AESAN (AIPA) bħala parti integrali tal-ASEAN stess;
4. Jenfasizza l-potenzjal ekonomiku kbir tar-reġjun tal-ASEAN u jinkoraġġixxi l-istati tal-ASEAN u l-impriżi nazzjonali u barranin li joperaw fil-pajjiżi tal-ASEAN jaġixxu skont il-prinċipji tar-responsabilità soċjali korporattiva, jirrispettaw b'mod attiv l-istandards prinċipali tax-xogħol tal-ILO u l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, jippromwovu protezzjoni adegwata tal-impjieg u aċċess għal kundizzjonijiet ta' xogħol diċenti, u jistabbilixxu ambjent li jwassal aktar għall-iżvilupp tat-trejdjunjins u l-attivitajiet tagħhom; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tgħin fl-iżvilupp ta' miżuri li jżidu l-kapaċitajiet tal-infurzar tal-liġi internazzjonali u lokali;
5. Iqis li l-Istati tal-ASEAN għandhom javvanzaw lejn fażi ġdida ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali inklużiv, fejn tingħata attenzjoni partikolari għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, soċjali, tax-xogħol u dawk ekonomiċi tal-popli tagħhom bil-għan li jiggarantixxu soċjetajiet iktar ugwali u ġusti; iqis li għal dan il-għan jeħtieġ li ż-żieda fil-ġid ekonomiku tagħhom tkun għas-servizz tat-tisħiħ tan-netwerks ta’ protezzjoni u sigurtà soċjali; iħeġġeġ ugwalment lill-UE ittejjeb il-kooperazzjoni tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem sabiex tikkontribwixxi biex il-Kummissjoni Intergovernattiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-ASEAN (AICHR) tkun effettiva għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;
6. Jenfasizza li l-UE u l-ASEAN għandhom valuri komuni, kif ukoll interessi politiċi u ekonomiċi komuni, li għandhom jibqgħu jiġu żviluppati bi prijorità għolja u jiġu aġġornati għal livell ta’ sħubija strateġika; jilqa’ l-fatt li bħala rikonoxximent tal-importanza ta’ din ir-relazzjoni, is-SEAE qed jikkunsidra b'mod attiv il-ħatra ta' Kap ta’ Delegazzjoni tal-UE għall-ASEAN; jistenna li dan jirriżulta f'koordinazzjoni aħjar bejn il-Kapijiet ta' Delegazzjoni tal-UE fi stati membri tal-ASEAN u l-ambaxxati tal-Istati Membri tal-UE u jwessa' l-kredibilità u l-viżibilità politika tal-UE; jistieden lill-VP/RGĦ u l-Kummissjoni jipproponu strateġija mġedda, aktar komprensiva għax-Xlokk tal-Asja;
7. Jemmen li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jaħdmu fuq approċċ komuni u koerenti għar-reġjun ASEAN, filwaqt li jappoġġjaw u jikkumplimentaw lil xulxin u permezz ta' dan l-UE tkun tista' tiżviluppa preżenza ekonomika u politika aktar b’saħħitha fir-reġjun; jemmen li huwa importanti li tiżdied il-preżenza tar-rappreżentanti tal-UE u l-Istati Membri fil-livelli kollha fil-fora reġjonali u nazzjonali tal-ASEAN;
8. Jirrakkomanda li l-Unjoni għandha tagħmel sforz sabiex iżżid l-għarfien pubbliku f’dawn il-pajjiżi dwar il-fatt li l-politika barranija taġixxi bħala setgħa regolatorja li tfittex li tippromwovi l-integrazzjoni reġjonali, permezz tad-djalogu politiku, il-ftehimiet preferenzjali għall-kummerċ u l-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni;
9. Jilqa’ b’sodisfazzjon in-negozjati tas-seba’ Ftehmiet ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri individwali tal-ASEAN, li se jkunu l-punti ewlenin għall-approfondiment tar-relazzjonijiet reċiproċi u jenfasizza l-ħtieġa għal negozjati aċċellerati mal-bqija tal-membri tal-ASEAN; jitlob ratifika malajr tal-Ftehimiet ta' Sħubija u Kooperazzjoni (PCAs) eżistenti; jemmen, madankollu, li l-PCAs ma' Stati Individwali m'għandhomx jostakolaw ir-relazzjoni globali bejn l-UE u l-ASEAN;
10. Jappoġġa t-tisħiħ tad-dimensjoni parlamentari tar-relazzjoni; iqis li t-twaqqif ta' assemblea interparlamentari formali Ewro-ASEAN se jkompli jtejjeb ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Membri tal-ASEAN ladarba l-kundizzjonijiet ikunu adattati u jista' jipprovdi wkoll forum għal skambju multilaterali biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet globali b'mod aktar komprensiv. jissuġġerixxi wkoll il-ħolqien ta’ rabtiet bejn is-Sotto-Kumitat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kummissjoni Intergovernattiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-ASEAN (AICHR); jemmen li l-Uffiċċju għall-Promozzjoni tad-Demokrazija Parlamentari jista’ jipprovdi għajnuna fil-bini ta’ kapaċità lill-Assemblea Inter-Parlamentari tal-ASEAN (AIPA) filwaqt li jsaħħaħ ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali kif ukoll tal-AIPA fl-ASEAN; ‑{}‑
11. Jenfasizza l-benefiċċji ta’ żieda ta’ laqgħat konġunti ta’ livell għoli u tal-kollaborazzjoni u l-fehim reċiproki fil-fora multilaterali, bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji tagħha, l-FMI u d-WTO;
12. Jenfasizza li l-Laqgħa Asja-Ewropa (ASEM) u s-Sħubija Parlamentari Asja-Ewropa (ASEP), bħala l-mezzi eżistenti għad-dijalogu bejn l-UE u l-ASEAN, għandhom jiġu aġġornati fuq il-livell tal-gvern u parlamentari u estiżi b’mod ulterjuri;
13. Jappoġġa lill-ASEAN biex tiżviluppa l-ispazju tagħha fi ħdan l-interessi ekonomiċi u tas-sigurtà konfliġġenti taċ-Ċina, tal-Ġappun u tal-Istati Uniti; jixtieq li l-UE tkun sieħeb politiku attiv għall-ASEAN fl-insegwiment tagħha ta' soluzzjonijiet mhux militari għall-isfidi tas-sigurtà u ġeostrateġiċi importanti, billi taqsam l-esperjenza tal-UE fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ kunflitti u s-soluzzjoni ta’ tilwim fil-ġestjoni ta’ tilwim territorjali u fil-fruntieri, sabiex tissaħħaħ il-paċi u l-istabbiltà reġjonali;
14. Huwa mħasseb dwar l-iżviluppi reċenti fil-Baħar tan-Nofsinhar taċ-Ċina u jilqa' l-ħidma tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni dwar l-Imġiba tal-Partijiet fil-Baħar tan-Nofsinhar taċ-Ċina, bil-għan li tinstab soluzzjoni paċifika u ta' benefiċċju reċiproku għat-tilwim fil-fruntiera marittima fiż-żona;
15. Jinkoraġġixxi lill-Unjoni tikkontribwixxi biex jittaffew it-tensjonijiet ġeopolitiċi reġjonali permezz ta’ relazzjoni mill-qrib mal-ASEAN, li tikkonsisti f’tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ soluzzjoni tal-kunflitti;
16. Jinnota l-isforzi li saru dwar il-miżuri kontra l-piraterija mill-Istati tal-ASEAN u jilqa’ r-rapporti li sa issa huma pożittivi; jenfasizza n-natura kritika u kumplessa tar-rotot ta’ tbaħħir marittimi fiż-żona għall-ekonomija dinjija u l-vulnerabbiltà tagħhom u jikkunsidra li dan għandu jkun tħassib permanenti fl-isforzi tal-UE fir-reġjun;
17. Jistieden lill-Kummissjoni u s-SEAE ikomplu jipprovdu assistenza għall-isforzi għall-bini tal-kapaċità tas-Segretarjat tal-ASEAN u tal-istituzzjonijiet tal-ASEAN, billi jserħu fuq l-esperjenzi tal-UE; jissuġġerixxi li l-programm tal-UE’ (ARISE) ta' ‘Appoġġ għall-Integrazzjoni Reġjonali tal-ASEAN għandu jkompli jipprovdi tali assistenza;
18. Jinkoraġġixxi li jiġu appoġġati ż-żjarat transreġjonali tal-artisti kulturali u jħeġġeġ lill-Istati Membri jinkoraġġixxu kopertura usa’ tar-reġjun tal-ASEAN fil-midja mmexxija mill-istat u fl-edukazzjoni u biex iżidu l-preżenza tagħhom fir-reġjun permezz ta' istituti kulturali jew mezzi oħra, li jistgħu jwessgħu u japprofondixxu r-rabtiet kulturali mal-pajjiżi tal-ASEAN u jtejbu u jippromwovu l-għarfien u d-djalogu kulturali reċiproki;
19. Jemmen li huwa opportun li tiġi kkunsidrata l-organizzjoni ta' sena ‘kulturali’ bit-tema tinbidel kull sena, fejn pajjiż tal-UE ikun jista’ jiġi ppreżentat fi stat membru tal-ASEAN, u bl-istess mod, pajjiż tal-ASEAN ikun preżentat fl-Ewropa;
20. Jilqa’ l-fatt li l-UE issa hija l-akbar sieħeb fil-kooperazzjoni xjentifika mal-maġġoranza tal-istati membri tal-ASEAN, jissuġġerixxi li l-programm tar-riċerka u tal-innovazzjoni tal-Kummissjoni, Orizzont 2020, għandu jkun promoss b’mod aktar attiv mal-istituzzjonijijet xjentifiċi fir-reġjun;
21. Jenfasizza r-rwol importanti ta’ programmi ta’ skambju li jiffaċilitaw il-mobilità taż-żgħażagħ, bħall-Erasmus, għall-kooperazzjoni interkulturali ta’ studenti u riċerka bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni superjuri tal-UE u tal-ASEAN; jissuġġerixxi li jitwaqqfu ċentri ta’ studju ASEAN u ċentri ta’ studju Ewropej u tal-UE fl-universitajiet tal-ASEAN u li jikbru l-possibiltajiet għal lawrji konġunti; jemmen li jeħtieġ li l-UE tespandi l-programmi universitarji bl-Ingliż biex ikun iffaċilitat l-aċċess għall-istudenti Asjatiċi fl-universitajiet Ewropej, filwaqt li r-riċerkaturi tal-UE jiġu megħjuna jissieħbu fi programmi ta’ riċerka fl-Asja inkluż b’kooperazzjoni man-Netwerk Universitarju tal-ASEAN (AUN);
22. Jissuġġerixxi, b'mod partikolari permezz tal-użu tal-Istrument il-ġdid tas-Sħubija, li għandhom jittieħdu passi biex jiġu intensifikati skambji regolari u proċessi ta' tagħlim reċiproki, pereżempju dwar soċjetajiet multikulturali u strutturi statali demokratiċi tal-21 seklu; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu inklużi d-drittijiet tal-minoranzi u jiġu promossi l-ugwaljanza tas-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa, u biex jitjiebu l-ħajjiet tat-tfajliet u n-nisa, l-istandards soċjali u tax-xogħol, inkluż billi jiġi abbolit ix-xogħol furzat u tat-tfal, tiġi promossa l-protezzjoni adegwata tal-impjieg u l-aċċess għal kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti, u jiġu żviluppati sistemi ta' benessri statali sostenibbli u komprensivi, sistemi legali u ta' sigurtà, kooperazzjoni ekonomika u miżuri adegwati oħrajn;
23. Jinsisti dwar l-importanza li jiġu żviluppati kuntatti bejn il-persuni u jfaħħar ix-xogħol tal-Fondazzjoni Asja-Ewropa (ASEP), li l-funzjoni ewlenija tagħha hija li tiżviluppa rabtiet bejn soċjetajiet ċivili fiż-żewġ reġjuni; jistieden lill-UE tieħu rwol attiv u istituzzjonali aktar prominenti minn dak ta’ sempliċi membru;
24. Jitlob li tiġi mnedija inizjattiva tal-ġemellaġġ tal-belt sabiex ikunu kollegati r-reġjuni fl-Ewropa u l-Asja, li kellhom ftit skambji sa issa;
25. Jissuġġerixi li l-UE żżid il-kooperazzjoni interreġjonali tagħha mal-ASEAN dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' diżastri u kriżijiet, dwar sfidi prinċipali bħall-iżvilupp sostenibbli fl-oqsma tas-sigurtà tal-ikel, il-ġestjoni tar-riżorsi (inkluż l-użu tal-ilma u tar-riżorsi marittimi, anke fis-subreġjun ta' Mekong) u l-investiment agrikolu, l-appoġġ għall-bdiewa żgħar, l-urbanizzazzjoni, il-konnettività u t-trasport, kif ukoll it-tibdil fil-klima, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u t-tranżizzjoni enerġetika, it-turiżmu, ir-riċerka u l-innovazzjoni;
26. Jinnota li l-faqar għadu problema fil-pajjiżi tal-ASEAN u jaffettwa b’mod partikolari lin-nisa, il-persuni b’livell baxx ta’ edukazzjoni, iż-żoni rurali u l-gruppi etniċi jew reliġjużi minoritarji; jara l-ħtieġa, għalhekk, li titjieb id-distribuzzjoni tal-ġid u tkun promossa l-ġustizzja soċjali fil-livelli kollha, u jqis li għad hemm il-ħtieġa għal strateġija tal-UE ġdida li tippromwovi l-iżvilupp u tiġġieled kontra l-inugwaljanza f'dawn il-pajiżi, inkluż billi tipprovdi aċċess għall-finanzjament permezz tal-mikrokrediti; jemmen li tali strateġija għandha tkun ibbażata b'mod partikolari fuq il-prinċipji li ġejjin: il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, l-effettività fit-tul tal-għajnuna, il-prijorità għall-ħtiġijiet soċjali bażiċi, b’mod partikolari s-saħħa u l-edukazzjoni, u l-parteċipazzjoni tal-atturi nazzjonali, inklużi l-parlamenti nazzjonali, l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi għall-iżvilupp u s-soċjetà ċivili;
27. Jenfasizza l-fatt li l-UE għandha tipprovdi assistenza għall-bini tal-kapaċità tal-Kummissjoni Intergovernattiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-ASEAN, kif ukoll assistenza teknika lill-Kumitat tal-ASEAN dwar in-Nisa u t-Tfal;
28. Qed jistenna b'ħerqa titjib fil-kooperazzjoni u t-tqarrib reċiproku dwar il-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem bħal-libertà ta' espressjoni u tal-midja, il-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni, inkluż għat-trejdjunjins, u jqis li l-UE u l-ASEAN għandhom l-oqsma tagħhom fejn hemm lok għal titjib, pereżempju rigward it-trattament tal-migranti u l-minoranzi;
29. Jistenna li r-reviżjoni tat-Termini ta’ Referenza tal-Kummissjoni Intergovernattiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-ASEAN se tipprovdi opportunità biex jissaħħaħ ir-rwol tagħha; jistieden lill-ASEAN tiżviluppa standards u regoli li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tagħha; jenfassiza li l-obbligi tal-Istati Membri tal-ASEAN skont il-liġi internazzjonali jieħdu post kwalunkwe dispożizzjoni konfliġġenti f’din id-Dikjarazzjoni; jissuġġerixxi wkoll li fil-futur għandhom jiġu żviluppati mekkaniżmi reġjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim u sanzjonijiet f’każ ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, fuq l-istess linji bħal dawk li jeżistu f’reġjuni oħra, bħall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; jappoġġa titjib fil-kooperazzjoni dwar it-tħassib reċiproku rigward id-drittijiet tal-bniedem;
30. Iħeġġeġ lill-UE taġġorna l-assistenza u l-kooperazzjoni tagħha fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni billi, fost l-oħrajn, tinkoraġġixxi r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU Kontra l-Korruzzjoni;
31. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tgħin lill-pajjiżi tal-ASEAN sabiex ikomplu jitnaqqsu d-differenzi bejn il-pajjiżi u tappoġġahom fit-triq tal-integrazzjoni politika, ekonomika u istituzzjonali f’livell reġjonali, filwaqt li tagħti attenzjoni speċjali lill-pajjiżi l-inqas żviluppati (il-Kambodja, il-Laos u l-Mjanmar);
32. Iħeġġeġ l-attivazzjoni tal-Linji Gwida dwar il-Politika dwar l-Art tal-UE tal-2004 biex ikun miġġieled l-ikkapparrar tal-art; jenfasizza, b’mod partikolari, l-fatt li d-donaturi għandhom jipparteċipaw fil-politiki dwar l-art li huma mmirati lejn id-difiża u t-tisħiħ tal-agrikoltura tal-familja fuq skala żgħira;
33. Jesprimi l-apprezzament tiegħu għad-deċiżjoni tal-istati membri tal-ASEAN li jiddikjaraw lill-ASEAN bħala żona ħielsa mill-armi nukleari u jemmen li oħrajn għandhom isegwu l-eżempju tagħhom;
34. Jesprimi tħassib dwar il-politika ambjentali, b’mod partikolari r-rata ta’ qtugħ illegali ta' sigar, il-ħruq u l-ismog riżultanti li għandu impatt sinifikanti negattiv, anki bejn il-fruntieri tal-ASEAN; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-politika dwar il-bijokarburanti tal-UE tikkontribwixxi għall-espansjoni rapida tal-produzzjoni taż-żejt tal-palm, li twassal għall-esproprjazzjoni u/jew l-inkorporazzjoni negattiva taż-żoni rurali foqra fi pjantaġġuni ta' palm taż-żejt; iqis, għalhekk, li huwa essenzjali li jiġu appoġġati, fi ħdan il-kuntest ta’ għajnuna għall-iżvilupp, id-dritt tan-nies foqra fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għal riżorsi tal-art; jinkoraġġixxi sforzi aktar b’saħħithom għall-protezzjoni tal-ambjent u l-bijodiversità, ifaħħar ix-xogħol taċ-Ċentru tal-Bijodiversità ASEAN u jistenna aktar kooperazzjoni bejn l-UE u l-ASEAN dwar il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima;
35. Iħeġġeġ lill-istati membri tal-ASEAN jilħqu ftehim li jiffaċilita l-prevenzjoni, il-ġlieda u l-koordinazzjoni tan-nirien il-kbar, devastanti għall-ambjent; iħeġġeġ lill-Indoneżja tirratifika l-ftehim tal-2002 dwar in-nirien u t-tniġġis fir-reġjun;
36. Jenfasizza li l-UE għandha tintensifika d-djalogi politiki u l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet bħad-drittijiet fundamentali, inklużi dawk ta' minoranzi etniċi u reliġjużi, u kwistjonijiet simili, u tipproteġi l-libertà ta' espressjoni u l-fluss ħieles ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet ta' tħassib komuni relatati mal-istat tad-dritt u l-kwistjonijiet tas-sigurtà, bħall-ġlieda kontra l-kriminalità transnazzjonali, il-korruzzjoni, l-evażjoni tat-taxxa, il-ħasil tal-flus u t-traffikar ta' persuni u drogi, u l-ġlieda kontra t-terrożmu, in-nonproliferazjoni, id-diżarmament, is-sigurtà marittima u s-sigurtà ċibernetika;
37. Jinsab imħasseb dwar l-isfidi urbani, li jirriżultaw mill-iżvilupp ekonomiku, li qed jaffaċċjaw il-pajjiżi tal-ASEAN, inkluż il-ġestjoni tal-flussi migratorji minn żoni rurali għall-bliet, l-ippjanar urban u l-provvista tal-infrastrutturi u s-servizzi bażiċi, il-ġlieda kontra l-kwartieri fqar u l-possibbiltà tal-użu ta' enerġiji nodfa u rinovabbli biex jiġi miġġieled it-tniġġis; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkollabora mal-pajjiżi tal-ASEAN dwar strateġiji li jindirizzaw dawn il-problemi;
38. Jipproponi appoġġ għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali b’mod speċjali fir-rigward tal-fluss ħieles ta’ oġġetti, servizzi u investiment, il-mobilità ta’ ħaddiema tas-sengħa biex tissaħħaħ aktar il-kooperazzjoni fil-ġestjoni tad-diżastri u tal-kriżijiet, is-sigurtà u l-ġlieda kontra l-faqar u l-kwistjonijiet tal-migrazzjoni;
39. Ifakkar li huwa importanti wkoll l-appoġġ lis-settur privat, li qed jikber, billi jiġu msaħħa d-djalogu bejn il-kumpaniji Ewropej u Asjatiċi u l-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u privat dwar kwistjonijiet finanzjarji, ta' investiment, ekonomiċi u kummerċjali, inkluż l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs Ewropej u l-aċċess għas-suq tagħhom, u l-kriżi finanzjarja globali li għaddejja; jinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-UE u l-ASEAN f’dan ir-rigward;
40. Jinnota li għal diversi membri tal-ASEAN esportazzjonijiet tat-tessuti lejn l-UE jirrappreżentaw settur importanti u jfakkar li l-għoti tal-GSP u l-GSP+ huwa marbut mal-implimentazzjoni ta’ standards bażiċi tax-xogħol u tal-ILO u konvenzjonijiet internazzjonali prinċipali oħrajn li huma essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli;
41. Jistieden lill-mexxejja tal-istati membri tal-ASEAN jappoġġaw l-objettiv tal-UE li tipparteċipa f’Samits tal-Asja tal-Lvant futuri, wara l-adeżjoni tal-UE mat-Trattat ta’ Ħbiberija u Kooperazzjoni fl-Asja tax-Xlokk;
42. Jilqa’ l-proċess tal-paċi u r-riformi demokratiċi fil-Burma/il-Mjanmar, li jiftaħ tieqa storika ta’ opportunità għal relazzjonijiet UE-ASEAN imsaħħa ferm; jibqa’ partikolarment imħasseb, madankollu, dwar is-sitwazzjoni tal-minoranzi etniċi; iħeġġeġ lill-Gvern Burman u l-ġirien tal-ASEAN tiegħu, b'mod speċjali fir-rigward tar-Rohingyas, jagħmlu kull sforz possibbli biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u d-drittijiet taċ-ċittadini tagħhom;
43. Jilqa’ r-ratifika tal-Kambodja u l-Filippini tal-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) u jappella lill-istati membri kollha tal-ASEAN biex jagħmlu l-istess; jappella wkoll lill-Istati Membri kollha tal-ASEAN isegwu x-xejra dinjija lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt; jinkoraġġixxi lill-membri tal-ASEAN biex jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni;
44. Ifaħħar l-Indoneżja u l-Filippini għall-impenn attiv tagħhom fl-Isħubija ta’ Gvern Trasparenti (Open Government Partnership) (OPG) u l-impenn li wrew biex joħolqu aktar trasparenza tal-gvern u integrità pubblika; jissuġġerixxi li l-bqija tal-pajjiżi tal-ASEAN ifittxu li jissieħbu mal-OPG u jiżviluppaw Pjanijiet ta’ Azzjoni propji tagħhom b’kooperazzjoni mill-qrib u siewja ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lokali;
45. Jesprimi tħassib, madankollu, li f’ħafna pajjiżi tal-ASEAN il-każijiet tal-ħtif tal-art, tal-impunità għal dawk b’konnessjoni mal-elit li tmexxi u tal-korruzzjoni qed jipperikolaw il-progress ekonomiku u soċjali enormi li ġie miksub fir-reġjun;
46. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lis-SEAE, il-Kunsill u lill-Kummissjoni, l-Assemblea Interparlamentari ASEAN (AIPA), is-Segretarjat tal-ASEAN u l-gvernijiet u l-parlamenti tal-istati membri tal-ASEAN.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (11532/4/2013 – C7-0410/2013 – 2011/0196(COD))
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11532/4/2013 – C7‑0410/2013),
– wara li kkunsidra l-opinjonital-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-7 ta' Diċembru 2011(1),
– wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni ,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0451),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0471/2013),
1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
2. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006
Sabiex tkun żgurata l-implementazzjoni effettiva u uniformi tal-leġiżlazzjoni dwar il-ħinijiet tas-sewqan u l-perijodi ta' mistrieħ, il-Kummissjoni se tissokta timmonitorja mill-qrib l-implementazzjoni ta' dik il-leġiżlazzjoni, u, fejn ikun neċessarju, tieħu l-inizjattivi xierqa.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (COM(2011)0897 – C7-0004/2012 – 2011/0437(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0897),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 53(1), 62 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0004/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fi ħdan il-qafas ta' Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Bundesrat Ġermaniż, il-Kungress tad-Deputati Spanjol u l-Kunsill Federali Awstrijakk, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' April 2012(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Lulju 2012(2),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-17 ta' Lulju 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7‑0030/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Jannar 2014 bil-ħsieb li tadotta d-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku (COM(2011)0896 – C7-0006/2012 – 2011/0438(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0896),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62 u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0006/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati sottomessi, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Svediż u mill-House of Commons tar-Renju Unit li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' April 2012(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2012(2),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-17 ta' Lulju 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7‑0007/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Jannar 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (COM(2011)0895 – C7-0007/2012 – 2011/0439(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0895),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 53(1), 62 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0007/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Parlament Svediż u mill-House of Commons tar-Renju Unit, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxixi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta’ April 2012(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2012(2),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-17 ta' Lulju 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0034/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill- Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Jannar 2014 bil-ħsieb li tadotta d-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE
L-aċċess ta' prodotti u servizzi għas-swieq tal-akkwist pubbliku ***I
651k
346k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta’ pajjiżi terzi (COM(2012)0124 – C7-0084/2012 – 2012/0060(COD))(1)
dwar l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi
dwar l-aċċess ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet tal-Unjoni u l-proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati marbuta mal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku u għall-konċessjonijiet ta’ pajjiżi terzi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Emenda 2 Proposta għal regolament Kunsiderazzjoni 3a (ġdida)
Emenda 3 Proposta għal regolament Kunsiderazzjoni 3b (ġdida)
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Multilaterali rivedut dwar l-Akkwist Pubbliku (GPA),
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 1
(1) Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-Unjoni għandha tiddefinixxi u teżerċita politiki u azzjonijiet komuni, u taħdem biex tikseb livell għoli ta’ kooperazzjoni fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet internazzjonali sabiex, inter alia, tħeġġeġ l-integrazzjoni tal-pajjiżi kollha fl-ekonomija dinjija, inkluż permezz tal-abolizzjoni progressiva tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali.
(1) Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-Unjoni għandha tiddefinixxi u teżerċita politiki u azzjonijiet komuni, u taħdem biex tikseb livell għoli ta' kooperazzjoni fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet internazzjonali sabiex, inter alia, tissalvagwardja l-valuri, l-interessi fundamentali, is-sigurtà, l-indipendenza u l-integrità tagħha u sabiex tħeġġeġ l-integrazzjoni tal-pajjiżi kollha fl-ekonomija dinjija, inkluż permezz tal-abolizzjoni progressiva tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali.
Emenda 86 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida)
(4a) Il-Ftehim plurilaterali rivedut tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA) jipprevedi biss aċċess tas-suq limitat għall-kumpaniji tal-Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' swieq tal-akkwisti pubbliċi ta' pajjiżi terzi u japplika biss għal għadd limitat ta' Membri tad-WTO, li huma partijiet għall-GPA. Il-GPA rivedut ġie ratifikat mill-Unjoni f'Diċembru 2013.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) Fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u permezz tar-relazzjonijiet bilaterali tagħha, l-Unjoni saħqet fuq ftuħ ambizzjuż tas-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u s-sħab kummerċjali tagħha, fi spirtu ta' reċiproċità u benefiċċju reċiproku
(5) Fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u permezz tar-relazzjonijiet bilaterali tagħha, l-Unjoni saħqet fuq ftuħ ambizzjuż tas-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet tal-Unjoni u s-sħab kummerċjali tagħha, fi spirtu ta’ reċiproċità u benefiċċju reċiproku.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida)
(5a) L-Akkwist Pubbliku jifforma parti importanti mill-PDG tal-UE u għandu għalhekk jintuża biex isaħħaħ il-potenzjal tal-UE għall-innovazzjoni u l-produzzjoni industrijali. Fid-dawl ta’ strateġija ta’ politika ta’ industrija sostenibbli fl-Unjoni Ewropea, għandhom għalhekk jiġu esklużi offerti inġusti li jinkludu prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni Ewropea. Fl-istess ħin, għandhom jiġu żgurati reċiproċità u kundizzjonijiet ġusti għall-aċċess għas-suq tal-industriji tal-UE.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 5b (ġdida)
(5b) Il-politika tal-kummerċ tal-Unjoni Ewropea għandha tgħin tnaqqas il-faqar madwar id-dinja, billi tippromwovi titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, tas-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol u tad-drittijiet fundamentali.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Bosta pajjiżi terzi jsibuha bi tqila sabiex jiftħu s-swieq tal-akkwist pubbliku tagħhom għall-kompetizzjoni internazzjonali jew li jiftħu dawk is-swieq aktar milli diġà għamlu. Bħala riżultat ta’ dan, l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni jaffrontaw prattiki restrittivi tal-akkwist mingħand bosta sħab kummerċjali tal-Unjoni. Dawk il-prattiki restrittivi tal-akkwist iwasslu għal telf f’opportunitajiet importanti ta’ kummerċ.
(6) Bosta pajjiżi terzi jsibuha bi tqila sabiex jiftħu s-swieq tal-akkwist pubbliku tagħhom u l-konċessjonijiet tagħhom għall-kompetizzjoni internazzjonali jew li jiftħu dawk is-swieq aktar milli diġà għamlu. Bħala riżultat ta’ dan, l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni jaffrontaw prattiki restrittivi tal-akkwist mingħand bosta sħab kummerċjali tal-Unjoni. Dawk il-prattiki restrittivi tal-akkwist iwasslu għal telf f’opportunitajiet importanti ta’ kummerċ.
Emenda 87 Proposta għal regolament Premessa 7
(7) Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi11 jinkludu biss ftit dispożizzjonijiet dwar id-dimensjoni esterna tal-politika tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2004/17/KE. Madankollu dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss kamp ta' applikazzjoni limitat u minħabba nuqqas ta' gwida mhumiex applikati ħafna minn entitajiet kontraenti.
(7) Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi11 jinkludu biss ftit dispożizzjonijiet dwar id-dimensjoni esterna tal-politika tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2004/17/KE. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet kellhom biss kamp ta' applikazzjoni limitat u minħabba nuqqas ta' gwida ma kinux applikati ħafna minn entitajiet kontraenti, u għalhekk għandhom jinbiddlu b'dispożizzjonijiet aktar konċiżi u applikabbli.
__________________
__________________
10 ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.
10 ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.
11 ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
11 ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
Emenda 88 Proposta għal regolament Premessa 7 a (ġdida)
(7a) L-aċċess tas-suq għall-offerenti minn pajjiżi terzi għal swieq tal-akkwisti pubbliċi tal-Unjoni għandu jkun pprovdut f'konformità mad-Direttivi 2014/.../UE12, 2014/.../UE13u 2014/.../UE14tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
__________________
12Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar l-akkwist pubbliku (ĠU L ...).
13Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali (ĠU L ...).
14Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L ...).
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Skont l-Artikolu 207 tat-TFUE, il-politika kummerċjali komuni fil-qasam tal-akkwist pubbliku għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi.
(8) Skont l-Artikolu 207 tat-TFUE l-politika kummerċjali komuni fil-qasam tal-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Fl-interess taċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tal-Unjoni u pajjiżi terzi, l-impenji għall-aċċess għas-suq internazzjonali li ttieħdu mill-Unjoni fir-rigward ta' pajjiżi terzi fil-qasam tal-akkwist pubbliku għandhom ikunu riflessi fl-ordni legali tal-UE, u b'hekk jiżguraw l-applikazzjoni effettiva tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida dwar l-applikazzjoni tal-impenji internazzjonali eżistenti tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aċċess għas-suq internazzjonali. Din il-gwida għandha tkun aġġornata regolarment u tipprovdi tagħrif li jkun faċli biex tużah.
(9) Fl-interess taċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tal-Unjoni u pajjiżi terzi, l-impenji għall-aċċess għas-suq internazzjonali li ttieħdu mill-Unjoni fir-rigward ta’ pajjiżi terzi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet għandhom ikunu riflessi fl-ordni legali tal-UE, u b’hekk jiżguraw l-applikazzjoni effettiva tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida dwar l-applikazzjoni tal-impenji internazzjonali eżistenti tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aċċess għas-suq internazzjonali. Din il-gwida għandha tkun aġġornata regolarment u tipprovdi tagħrif li jkun faċli biex tużah.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdida)
(9a) Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura li ma tiffinanzjax programmi li l-akkwist pubbliku u l-operazzjoni tal-kuntratti pubbliċi internazzjonali tagħhom imorru kontra l-prinċipji stabbiliti fid-direttiva dwar l-akkwist pubbliku (2011/0438(COD), 2011/0439(COD) u 2011/0437(COD)).
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) L-għanijiet ta' titjib fl-aċċess tal-operaturi ekonomiċi tal-UE għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' ċertu pajjiżi terzi mħarsa minn miżuri restrittivi tal-akkwist u li jinżammu kundizzjonijiet ekwi għall-kompetizzjoni fis-Suq Uniku Ewropew jeħtieġu li t-trattament ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjoni tal-Unjoni jkunu armonizzati fl-Unjoni Ewropea kollha.
(10) L-għanijiet ta’ titjib fl-aċċess tal-operaturi ekonomiċi tal-UE għas-swieq tal-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet ta’ ċertu pajjiżi terzi mħarsa minn miżuri restrittivi tal-akkwist u li jinżammu kundizzjonijiet ekwi għall-kompetizzjoni fis-Suq Uniku Ewropew jeħtieġu li t-trattament ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni jkunu armonizzati fl-Unjoni Ewropea kollha.
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 11
(11) Għal dan il-għan għandhom jiġu stabbiliti regoli tal-oriġini sabiex l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkunu jafu jekk prodotti u servizzi jkunux koperti mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni Ewropea. L-oriġini ta' prodott għandha tkun iddeterminata skont l-Artikolu 22 sa 26 tar-Regolament (KE) Nru 2913/1992 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità12. Skont dan ir-Regolament, prodotti għandhom ikunu kkunsidrati bħala prodotti tal-Unjoni meta jkunu miksuba jew prodotti b’mod sħiħ fl-Unjoni. Il-prodotti li l-produzzjoni tagħhom tkun involviet pajjiż terz wieħed jew aktar għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw mill-pajjiż li fih ikun sar l-aħħar proċessar jew ħidma sostanzjali, ekonomikament iġġustifikati li jkunu twettqu f’impriża mgħammra għal dak il-għan u li wassal għall-manifattura ta’ prodott ġdid jew jirrappreżenta stadju importanti tal-manifattura. L-oriġini ta’ servizz għandha tkun determinata skont l-oriġini tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tipprovdieh. Il-gwida msemmija fil-premessa 9 għandha tkopri l-applikazzjoni fil-prattika tar-regoli tal-oriġini.
(11) Għal dan il-għan għandhom jiġu stabbiliti regoli tal-oriġini sabiex l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkunu jafu jekk prodotti u servizzi jkunux koperti mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni Ewropea. L-oriġini ta’ prodott għandha tkun iddeterminata skont l-Artikolu 59 sa 63 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill, inklużi d-dispożizzjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 65 tiegħu. Skont dan ir-Regolament, prodotti għandhom ikunu kkunsidrati bħala prodotti tal-Unjoni meta jkunu miksuba jew prodotti b’mod sħiħ fl-Unjoni. Il-prodotti li l-produzzjoni tagħhom tkun involviet pajjiż terz wieħed jew aktar għandhom jitqiesu bħala li joriġinaw mill-pajjiż li fih ikun sar l-aħħar proċessar jew ħidma sostanzjali, ekonomikament iġġustifikati li jkunu twettqu f’impriża mgħammra għal dak il-għan u li wassal għall-manifattura ta’ prodott ġdid jew jirrappreżenta stadju importanti tal-manifattura. L-oriġini ta’ servizz għandha tkun determinata skont l-oriġini tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tipprovdieh. Id-determinazzjoni tal-oriġini ta’ servizz għandha ssir b’mod konformi mal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) tad-WTO. Id-dispożizzjonijiet li jiddeterminaw ir-regoli tal-oriġini tas-servizzi għandhom jipprevjenu t-tidwir ma’ restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq tal-akkwist pubbliku tal-UE permezz tat-twaqqif ta’ kumpaniji tal-kaxxi tal-ittri. Il-gwida msemmija fil-premessa 9 għandha tkopri l-applikazzjoni fil-prattika tar-regoli tal-oriġini.
_____________
12ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1
Emendi 14 u 89 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Il-Kummissjoni għandha tqis jekk tapprovax li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti skont it-tifsira tad-Direttivi [2004/17/KE, 2004/18/KE u d-Direttiva [….] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [….]…. dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni] jeskludu, għal kuntratti b'valur stmat ta' EUR 5 000 000 jew aktar, mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti, prodotti u servizzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjonali li tkun ħadet l-Unjoni Ewropea.
(12) Fil-każ li l-Kummissjoni tiftaħ investigazzjoni ta' akkwist estern biex tiddetermina jekk jistax ikun hemm nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali rigward l-aċċess għal swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tqis jekk tapprovax li l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti skont it-tifsira tad-Direttivi [2004/17/KE, 2004/18/KE u d-Direttiva [….] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [….]…. dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni13] jeskludu, għall-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti jew konċessjonijiet b’valur stmat ta’ EUR 5 000 000 jew aktar, mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti, prodotti u servizzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjonali li tkun ħadet l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Dan ma jikkonċernax proċeduri għall-għoti ta’ prodotti u servizzi ta’ kuntratt li joriġinaw mill-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea kif definit mir-regoli tal-oriġini rilevanti, kif ukoll prodotti u servizzi ta’ kuntratt li joriġinaw minn pajjiżi li jibbenefikaw mill-ftehim “Kollox Minbarra Armi” kif elenkat fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill1, kif ukoll prodotti u servizzi ta’ kuntratt li joriġinaw fil-pajjiżi fil-fażi ta’ żvilupp meqjusa bħala vulnerabbli minħabba nuqqas ta’ diversifikazzjoni u integrazzjoni insuffiċjenti fis-sistema ta’ kummerċ internazzjonali kif definit fl-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 978/2012.
________________
________________
13 ĠU L …
13 ĠU L …
13a Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).
Emendi 15 u 90 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) Għall-finijiet tat-trasparenza, dawk l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti bl-intenzjoni li jużaw b'mod sħiħ is-setgħa tagħhom skont dan ir-Regolament sabiex jeskludu offerti li jkunu jinkludu prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni Ewropea, li fihom il-valur tal-prodotti jew servizzi mhux koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta' dawn il-prodotti jew is-servizzi mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għandhom jinfurmaw l-operaturi ekonomiċi b'dan fl-avviż tal-kuntratt ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(13) Għall-finijiet tat-trasparenza, dawk l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti bl-intenzjoni li jużaw b’mod sħiħ is-setgħa tagħhom skont dan ir-Regolament sabiex jeskludu offerti li jkunu jinkludu prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni Ewropea, li fihom il-valur tal-prodotti jew servizzi mhux koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta’ dawn il-prodotti jew is-servizzi mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti jew konċessjonijiet għandhom jinfurmaw l-operaturi ekonomiċi b’dan fil-parti introduttiva 'tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi' jew 'tad-dokument deskrittiv' kif imsemmi fil-punt 15 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva [2014/.../UE] dwar l-akkwist pubbliku u punt 15 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva [2014/.../UE] dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tass-servizzi postali, jew fil-parti introduttorja 'tar-rekwiżiti tekniċi u funzjonali' kif imsemmi fl-Artikolu 2(13) tad-Direttiva [2014/.../UE] dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni.
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Għall-kuntratti b’valur stmat ta’ EUR 5 000 000 jew aktar, il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni maħsuba jekk il-ftehim internazzjonali dwar l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku bejn l-Unjoni u l-pajjiż minn fejn joriġinaw il-prodotti u/jew is-servizzi, jinkludi, għall-prodotti u/jew is-servizzi li tagħhom tkun qed tiġi proposta l-esklużjoni, riżervazzjonijiet espliċiti ta’ aċċess għas-suq min-naħa tal-Unjoni. Meta ftehim tali ma jkunx jeżisti, il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni fejn pajjiż terz iżomm miżuri restrittivi tal-akkwist li jwasslu għal nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat. Għandu jkun preżunt nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali meta miżuri restrittivi tal-akkwist jirriżultaw f’diskriminazzjonijiet serji u ripetittivi tal-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-UE.
(15) Għal kuntrattiu konċessjonijiet b’valur stmat ta’ EUR 5,000,000 jew aktar, il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni maħsuba jekk il-ftehim internazzjonali dwar l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet bejn l-Unjoni u l-pajjiż minn fejn joriġinaw il-prodotti u/jew is-servizzi, jinkludi, għall-prodotti u/jew is-servizzi li tagħhom tkun qed tiġi proposta l-esklużjoni, riżervazzjonijiet espliċiti ta’ aċċess għas-suq min-naħa tal-Unjoni. Meta ftehim tali ma jkunx jeżisti, il-Kummissjoni għandha tapprova l-esklużjoni fejn pajjiż terz iżomm miżuri restrittivi tal-akkwist fil-qasam tal-akkwist jew tal-għoti tal-konċessjonijiet li jwasslu għal nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat. Għandu jkun preżunt nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali meta miżuri restrittivi tal-akkwist fil-qasam tal-akkwist jew l-għoti ta' konċessjonijiet jirriżultaw f’diskriminazzjonijiet serji u ripetittivi tal-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-UE jew jekk in-nuqqas ta' osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tax-xogħol elenkati fl-Anness XI għad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku [...] fl-2014 u fl-Anness XIV għad-Direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali li [...] (2014) mill-awtoritajiet pubbliċi wasslu għal diffikultajiet serji li kellhom jaffrontaw impriżi Ewropej u li ġew rapportati lill-Kummissjoni Ewropea, meta dawk l-impriżi Ewropej ippruvaw jiżguraw l-għoti ta' kuntratti u konċessjonijiet f'pajjiżi terzi.
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 16
(16) Meta tkun qed tivvaluta jekk jeżistix nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali, il-Kummissjoni għandha teżamina, sa liema livell il-liġijiet dwar l-akkwist pubbliku tal-pajjiż ikkonċernat jiżguraw trasparenza f’konformità mal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku u jipprekludu kwalunkwe diskriminazzjoni kontra prodotti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni. Minbarra dan, għandha teżamina sa liema livell l-awtoritajiet pubbliċi u/jew entitajiet tal-akkwist individwali jżommu jew jadottaw prattiki diskriminatorji fir-rigward ta’ prodotti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni.
(16) Meta tkun qed tivvaluta jekk jeżistix nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali, il-Kummissjoni għandha teżamina, sa liema livell il-liġijiet dwar l-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet tal-pajjiż ikkonċernat jiżguraw trasparenza f’konformità mal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet u jipprekludu kwalunkwe diskriminazzjoni kontra prodotti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni. Minbarra dan, għandha teżamina sa liema livell l-awtoritajiet pubbliċi u/jew entitajiet tal-akkwist individwali jżommu jew jadottaw prattiki diskriminatorji fir-rigward ta’ prodotti, servizzi u operatur ekonomiku tal-Unjoni jew sa liema punt in-nuqqas ta' osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tax-xogħol elenkati fl-Anness XI għad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku [...] fl-2014 u fl-Anness XIV għad-Direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali [...] (2014) mill-awtoritajiet pubbliċi wasslu għal diffikultajiet serji li kellhom jaffrontaw impriżi Ewropej u li ġew rapportati lill-Kummissjoni Ewropea, meta dawk l-impriżi Ewropej ippruvaw jiżguraw l-għoti ta' kuntratti u konċessjonijiet f'pajjiżi terzi.
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 16a (ġdida)
(16a) Meta tivvaluta offerti li jinkludu prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kontraenti u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jiżguraw l-konformità mal-kriterji għal kummerċ ġust, kif ukoll għall-konformità mad-drittijiet tax-xogħol u l-istandards ambjentali kif stabbilit fl-Artikolu 15(2) u l-Anness 11 tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku [...] (2013) XXX.
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tipprevjeni l-impatt negattiv li tista’ tħalli esklużjoni maħsuba fuq negozjati kummerċjali li jkunu għadhom għaddejjin mal-pajjiż ikkonċernat. Għalhekk, meta pajjiż ikun qed iwettaq negozjati importanti mal-Unjoni rigward l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku u l-Kummissjoni tqis li jkun hemm prospett raġonevoli għat-tneħħija ta' prattiki restrittivi tal-akkwist fil-futur qrib, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta att ta' implimentazzjoni li jipprovdi li l-prodotti u s-servizzi minn dak il-pajjiż ma jkunux esklużi mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għall-perjodu ta' sena.
(17) Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tipprevjeni l-impatt negattiv li tista’ tħalli esklużjoni maħsuba fuq negozjati kummerċjali li jkunu għadhom għaddejjin mal-pajjiż ikkonċernat. Għalhekk, meta pajjiż ikun qed iwettaq negozjati importanti mal-Unjoni rigward l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku u/jew il-konċessjonijiet u l-Kummissjoni tqis li jkun hemm prospett raġonevoli għat-tneħħija ta’ prattiki restrittivi tal-akkwist u/jew tal-konċessjonijiet fil-futur qrib, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tadotta att ta’ implimentazzjoni li jipprovdi li l-prodotti u s-servizzi minn dak il-pajjiż ma jkunux esklużi mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal perjodu ta’ sena.
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 18
(18) Fid-dawl tal-fatt li l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għas-suq tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-politika kummerċjali, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tagħhom ma għandhomx ikunu jistgħu jillimitaw l-aċċess ta' prodotti jew servizzi ta' pajjiżi terzi għall-proċeduri ta' offerti tagħhom bi kwalunkwe miżura oħra li ma tkunx prevista minn dan ir-Regolament.
(18) Fid-dawl tal-fatt li l-aċċess ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għas-suq tal-akkwist pubbliku u tal-konċessjonijiet tal-Unjoni jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-politika kummerċjali, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tagħhom ma għandhomx ikunu jistgħu jillimitaw l-aċċess ta’ prodotti jew servizzi ta’ pajjiżi terzi għall-proċeduri ta’ offerti tagħhom bi kwalunkwe miżura oħra li ma tkunx prevista minn dan ir-Regolament jew minn dritt relevanti tal-Unjoni.
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 19
(19) Fid-dawl ta’ diffikultà akbar għall-awtoritajiet/entitajiet kontraenti sabiex dawn jivvalutaw, fil-kuntest ta’ offerti li jinkludu prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni Ewropea, u li fihom il-valur tal-prodotti jew servizzi li mhumiex koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta’ dawn il-prodotti jew servizzi, huwa xieraq li tkun prevista trasparenza akbar fit-trattament ta’ offerti anormalment baxxi. Minbarra r-regoli previsti mill-Artikolu 69 tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku u Artikolu 79 tad-Direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li għandhom l-intenzjoni li jaċċettaw offerta anormalment baxxa bħal din, għandhom jinfurmaw b'dan lill-offerenti l-oħra bil-miktub u jinkludu r-raġunijiet għan-natura anormalment baxxa tal-prezz jew tal-ispejjeż imposti. Dan jippermetti li dawn l-offerenti jikkontribwixxu għal valutazzjoni aktar preċiża fir-rigward ta’ jekk l-offerent rebbieħ ikunx jista’ jwettaq kompletament il-kuntratt taħt il-kundizzjonijiet spjegati fid-dokumentazzjoni tal-offerti. Għalhekk, din l-informazzjoni addizzjonali tippermetti livell aktar ekwu fis-suq tal-akkwist pubbliku tal-UE.
(19) Fid-dawl ta’ diffikultà akbar għall-awtoritajiet/entitajiet kontraenti sabiex dawn jivvalutaw, fil-kuntest ta’ offerti li jinkludu prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni Ewropea, u li fihom il-valur tal-prodotti jew servizzi li mhumiex koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta’ dawn il-prodotti jew servizzi, huwa xieraq li tkun prevista trasparenza akbar fit-trattament ta’ offerti anormalment baxxi. L-offerti li jidhru anormalment baxxi fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jkunu bbażati fuq assunzjonijiet jew prattiki li teknikament, ekonomikament jew legalment ma jkunux sodi. Minbarra r-regoli previsti mill-Artikolu 69 tad-Direttiva 2014/XXX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13a u mill-Artikolu 79 tad-Direttiva 2014/XXX/EUtal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13b l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li għandhom l-intenzjoni li jaċċettaw offerta anormalment baxxa bħal din, għandhom jinfurmaw b’dan lill-offerenti l-oħra bil-miktub u jinkludu r-raġunijiet għan-natura anormalment baxxa tal-prezz jew tal-ispejjeż imposti. Fejn l-offerent ma jkunx jista’ jipprovdi spjegazzjoni suffiċjenti, l-awtorità kontraenti għandha tkun intitolata li tirrifjuta l-offerta. Dan jippermetti li dawn l-offerenti jikkontribwixxu għal valutazzjoni aktar preċiża fir-rigward ta’ jekk l-offerent rebbieħ ikunx jista’ jwettaq kompletament il-kuntratt taħt il-kundizzjonijiet spjegati fid-dokumentazzjoni tal-offerti. Għalhekk, din l-informazzjoni addizzjonali tippermetti livell aktar ekwu fis-suq tal-akkwist pubbliku tal-UE.
_________________
13aId-Direttiva 2014/XXX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku (ĠU XXX) (2011/0438(COD)).
13b Id-Direttiva 2014/XXX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU XXX) (2011/0439(COD)).
Emendi 22 u 91 Proposta għal regolament Premessa 20
(20) Il-Kummissjoni għandha tkun tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' partijiet interessati jew ta' Stat Membru, fi kwalunkwe mument, tibda investigazzjoni esterna fir-rigward ta' prattiki restrittivi tal-akkwist li allegatament ikunu għadhom fis-seħħ f'pajjiż terz. Għandha tqis b’mod partikolari l-fatt li l-Kummissjoni approvat għadd ta’ esklużjonijiet maħsuba li jikkonċernaw pajjiż terz skont l-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament. Proċeduri investigattivi tali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta’ politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b’mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ14.
(20) Il-Kummissjoni għandha tkun tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' partijiet interessati jew ta' Stat Membru, fi kwalunkwe mument, tibda investigazzjoni esterna fir-rigward ta' prattiki restrittivi tal-akkwist li allegatament ikunu għadhom fis-seħħ f'pajjiż terz. Fid-deċiżjoni tagħha biex tinbeda proċedura ta' investigazzjoni esterna, għandha tqis l-għadd ta' talbiet li saru mill entitajiet/awtoritajiet kontraenti jew mill-Istati Membri. B’mod partikolari għandha tqis l-fatt li l-Kummissjoni approvat għadd ta’ esklużjonijiet maħsuba li jikkonċernaw pajjiż terz skont l-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament. Proċeduri investigattivi tali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta’ politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b’mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ14.
________________
________________
14 ĠU L 349, 31.12.1994
14 ĠU L 349, 31.12.1994
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 21
(21) Fejn il-Kummissjoni, abbażi ta' informazzjoni disponibbli għaliha, ikollha raġuni sabiex temmen li l-pajjiż terz ikun adotta jew żamm prattiki restrittivi tal-akkwist, għandha tkun tista' tibda investigazzjoni. Jekk l-eżistenza ta’ prattika restrittiva ta’ akkwist f’pajjiż terz tkun ikkonfermata, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-pajjiż ikkonċernat jidħol f’konsultazzjonijiet bil-għan li jtejjeb l-opportunitajiet għal offerti ta’ operaturi, prodotti u servizzi ekonomiċi fis-suq tal-akkwist f’dak il-pajjiż.
(21) Meta l-Kummissjoni, abbażi ta’ informazzjoni disponibbli għaliha, ikollha raġuni sabiex temmen li l-pajjiż terz ikun adotta jew żamm prattiki restrittivi tal-akkwist u ta' konċessjoni, għandha tkun tista’ tibda investigazzjoni. Jekk l-eżistenza ta’ prattika restrittiva ta’ akkwist f’pajjiż terz tkun ikkonfermata, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-pajjiż ikkonċernat jidħol f’konsultazzjonijiet bil-għan li jtejjeb l-opportunitajiet għal offerti ta’ operaturi, prodotti u servizzi ekonomiċi fis-suq tal-akkwist f’dak il-pajjiż.
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 22
(22) Jekk il-konsultazzjonijiet mal-pajjiż ikkonċernat ma jwasslux għal titjib suffiċjenti fl-opportunitajiet għal offerti ta' operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-UE, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri restrittivi xierqa.
(22) Jekk il-konsultazzjonijiet mal-pajjiż ikkonċernat ma jwasslux għal titjib suffiċjenti fl-opportunitajiet għal offerti ta’ operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-UE f’perjodu ta’ żmien raġonevoli jew jitqies li l-miżuri ta’ rimedju/korrettivi li ttieħdu mill-pajjiż terz ikkonċernat mhumiex sodisfaċenti, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri restrittivi xierqa.
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 23
(23) Miżuri tali jistgħu jġibu magħhom l-esklużjoni obbligatorja ta’ ċertu prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi mill-proċeduri tal-akkwist pubbliku fl-Unjoni Ewropea jew jimponu fuq l-offerti, li jikkonsistu fi prodotti jew servizzi li joriġinaw minn dak il-pajjiż, penali obbligatorja fuq il-prezz. Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni ta’ dawn il-miżuri, jista’ wkoll ikun meħtieġ li jkunu esklużi ċerti persuni ġuridiċi kkontrollati minn barranin jew bi sjieda barranija stabbiliti fl-Unjoni Ewropea u li mhumiex impenjati f’operazzjonijiet importanti ta’ negozju b’mod illi jkollhom rabta diretta u effettiva mal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat. Miżuri xierqa ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbla mal-prattiki restrittivi tal-akkwist li ġew adottati b’reazzjoni għalihom.
(23) Miżuri tali jistgħu jġibu magħhom l-esklużjoni obbligatorja ta’ ċertu prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi mill-proċeduri tal-akkwist pubbliku jew mill-proċeduri għall-għoti ta’ konċessjonijiet fl-Unjoni Ewropea jew jimponu fuq l-offerti, li jikkonsistu fi prodotti jew servizzi li joriġinaw minn dak il-pajjiż, penali obbligatorja fuq il-prezz. Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni ta’ dawn il-miżuri, jista’ wkoll ikun meħtieġ li jkunu esklużi ċerti persuni ġuridiċi kkontrollati minn barranin jew bi sjieda barranija stabbiliti fl-Unjoni Ewropea u li mhumiex impenjati f’operazzjonijiet importanti ta’ negozju b’mod illi jkollhom rabta diretta u effettiva mal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat. Miżuri xierqa ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbla mal-prattiki restrittivi tal-akkwist li ġew adottati b’reazzjoni għalihom, u għandhom japplikaw għal perjodu ta’ ħames snin, li jista’ jiġi estiż għal ħames snin oħra.
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 24a (ġdida)
(24a) Huwa ta’ importanza vitali wkoll li, fid-dawl ta’ integrazzjoni xierqa ta’ rekwiżiti ambjentali, soċjali u tax-xogħol, l-awtoritajiet kontraenti jieħdu miżuri relevanti biex jiżguraw konformità mal-obbligi fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol li japplikaw fil-post fejn jitwettqu x-xogħlijiet u li jirriżultaw minn obbligi, liġijiet, regolamenti, digrieti u deċiżjonijiet internazzjonali, kemm fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, kif ukoll minn ftehimiet kollettivi.
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 26
(26) Fid-dawl tal-politika ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-pajjiżi l-anqas żviluppati hekk kif prevista, inter alia, fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta' Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009, huwa xieraq li l-prodotti u s-servizzi minn dawn il-pajjiżi jiġu assimilati għal prodotti u servizzi tal-Unjoni.
(26) Fid-dawl tal-objettiv tal-politika ġenerali tal-Unjoni li tappoġġja t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-integrazzjoni tagħhom fil-katina tal-valur globali, li hija l-bażi għat-twaqqif min-naħa tal-Unjoni ta’ sistema ġeneralizzata ta’ preferenzi kif deskritt fil-qosor fir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huwa xieraq li jiġu assimilati l-prodotti u s-servizzi mill-pajjiżi l-anqas żviluppati li jibbenefikaw mill-arranġamċnt “Kollox Minbarra Armi” kif ukoll prodotti u servizzi minn pajjiżi fil-fażi ta’ żvilupp meqjusa bħala vulnerabbli minħabba nuqqas ta’ diversivikazzjoni u integrazzjoni insuffiċjenti fis-sistema ta’ kummerċ internazzjonali kif definit rispettivament fl-Annessi IV u VII għar-Regolament (UE) Nru 978/2012, għal prodotti u servizzi tal-Unjoni.
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 27
(27) Sabiex fl-ordni ġuridiku tal-Unjoni Ewropea jiġu riflessi l-impenji internazzjonali fir-rigward tal-aċċess għas-suq u li ttieħdu fil-qasam tal-akkwist pubbliku wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bil-għan li tkun emendata l-lista ta' ftehimiet internazzjonali annessi għal dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni għandha tagħmel konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tkun qed tħejji u telabora l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
(27) Sabiex fl-ordni ġuridiku tal-Unjoni Ewropea jiġu riflessi l-impenji internazzjonali fir-rigward tal-aċċess għas-suq u li ttieħdu fil-qasam tal-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bil-għan li tkun emendata l-lista ta’ ftehimiet internazzjonali annessi għal dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni għandha tagħmel konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 30
(30) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, mill-inqas kull tliet snin, rapporti dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(30) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, mill-inqas kull tliet snin, rapporti dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-funzjonament tar-Regolament kif ukoll il-progress magħmul fl-ilħuq ta’ reċiproċità fil-ftuħ ta’ swieq ta’ akkwist pubbliku. Flimkien mat-tieni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li għandu jiġi sottomess mhux iktar tard minn sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta sabiex ittejjeb ir-Regolament jew tistabbilixxi r-raġunijiet għalfejn, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, ma jkun meħtieġ l-ebda tibdil f’dan ir-Regolament. Fl-eventwalità li l-Kummissjoni la tissottometti proposta u lanqas tistabbilixxi r-raġunijiet għalfejn l-ebda tibdil mhu meħtieġ f’dan ir-Regolament, dan ir-Regolament m’għandux jibqa’ fis-seħħ.
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 31
(31) Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq, sabiex jitwettaq l-għan fundamentali ta' stabbiliment ta' politika esterna komuni fir-rigward ta' swieq pubbliċi, li jkunu stabbiliti regoli marbuta mat-trattament ta' prodotti u servizzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament dwar l-aċċess għall-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-pajjiżi terzi ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet fil-mira, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
(31) Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq, sabiex jitwettaq l-għan fundamentali ta’ stabbiliment ta’ politika esterna komuni fil-qasam tal-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet, li jkunu stabbiliti regoli marbuta mat-trattament ta’ prodotti u servizzi li mhumiex koperti mill-impenji internazzjonali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament dwar l-aċċess għall-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-pajjiżi terzi ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet fil-mira, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1
1. Dan ir-Regolament jistipula regoli dwar l-aċċess ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għall-għoti ta’ kuntratti bil-għan li jitwettqu x-xogħlijiet jew biċċa xogħol, il-provvista ta’ prodotti u l-forniment ta’ servizzi mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tal-Unjoni, u jistabbilixxi proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati fir-rigward tal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku tal-pajjiżi terzi.
1. Dan ir-Regolament jistipula regoli dwar l-aċċess ta’ prodotti u servizzi ta’ pajjiżi terzi għall-għoti ta’ kuntratti bil-għan li jitwettqu x-xogħlijiet jew biċċa xogħol, il-provvista ta’ prodotti u l-forniment ta’ servizzi mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tal-Unjoni, u jistabbilixxi proċeduri li jappoġġjaw in-negozjati fir-rigward tal-aċċess tal-prodotti u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku tal-pajjiżi terzi. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti tagħhom jistgħu jirrestrinġu l-aċċess ta' prodotti u servizzi ta' pajjiżi terzi għall-proċeduri ta’ offerti tagħhom biss permezz ta’ miżuri previsti f’dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għoti ta' kuntratti meta l-prodotti jew is-servizzi jkunu akkwistati għal finijiet governattivi u mhux bil-għan li jkun hemm bejgħ mill-ġdid kummerċjali jew bil-għan li jintużaw fil-produzzjoni ta' prodotti jew fil-forniment ta' servizzi għal bejgħ kummerċjali.
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għoti ta’ kuntratti meta l-prodotti jew is-servizzi jkunu akkwistati għal finijiet governattivi, u għall-għoti ta’ konċessjonijiet ta' servizzi u xogħlijiet pprovduti għal finijiet governattivi, u mhux bil-għan li jkun hemm bejgħ mill-ġdid kummerċjali jew bil-għan li jintużaw fil-produzzjoni ta’ prodotti jew fil-forniment ta’ servizzi għal bejgħ kummerċjali.
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a
(a) 'fornitur' tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li toffri prodotti fis-suq;
(a) ‘operatur ekonomiku’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew entità pubblika jew grupp ta’ tali persuni u/jew entitajiet li joffru t-twettiq ta’ xogħlijiet jew biċċa xogħol, il-provvista ta’ prodotti jew il-forniment ta’ servizzi fis-suq;
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b
(b) 'fornitur ta' servizzi' tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li toffri t-twettiq ta' xogħlijiet jew biċċa xogħol, jew servizzi fis-suq;
(b) ‘offerent’ tfisser operator ekonomiku li jkun issottometta offerta;
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d
(d) ‘prodotti jew servizzi koperti’ tfisser prodott jew servizz li joriġina minn pajjiż li miegħu l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku inkluż impenji għall-aċċess għas-suq u li għalihom japplika l-ftehim relevanti. L-Anness I għal dan ir-Regolament jinkludi lista ta’ ftehimiet rilevanti;
(d) ‘prodotti jew servizzi koperti’ tfisser prodott jew servizz li joriġina minn pajjiż li miegħu l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet inklużi impenji għall-aċċess għas-suq u li għalihom japplika l-ftehim relevanti. L-Anness I għal dan ir-Regolament jinkludi lista ta’ ftehimiet rilevanti;
(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu (iż-żieda tar-referenza għall-konċessjonijiet kull darba li jissemma l-akkwist pubbliku); l-adozzjoni tar-regolament se jimplika emendi tekniċi fit-test kollu.)
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)
(ga) 'in-nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali' tfisser l-eżistenza ta' kwalunkwe miżura, proċedura jew prattika leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi, adottata jew imwettqa minn awtoritajiet pubbliċi jew entitajiet individwali ta' akkwist f'pajjiż terz, li jirrestrinġu l-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku jew tal-konċessjonijiet b'mod partikolari b'nuqqas ta' trasparenza meta mqabbla ma' standards internazzjonali u dispożizzjonijiet leġiżlattivi u prassi amministrattivi diskriminatorji, li jirriżulta fi trattament diskriminatorju serju u rikorrenti fil-konfront tal-operaturi, l-oġġetti jew is-servizzi tal-Unjoni.
"Nuqqas ta’ reċiproċitá sostanzjali" għandu jiġi preżunt, fin-nuqqas ta' osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tax-xogħol elenkati fl-Anness XI għad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku [...] 2014 u fl-Anness XIV għad-Direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u tas-servizzi postali [...] (2014) minn awtoritajiet pubbliċi wassal għal diffikultajiet affrontati minn impriżi Ewropej u li ġew rapportati lill-Kummissjoni, meta dawn l-impriżi jkunu ppruvaw jiżguraw l-għoti tal-kuntratti u ta' konċessjonijiet f’pajjiżi terzi.
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b
(b) it-terminu 'operatur ekonomiku' għandu jkopri bl-istess mod il-kunċetti ta' fornitur u fornitur tas-servizz;
imħassar
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c
(c) operatur ekonomiku li ssottometta offerta għandu jissejjaħ 'offerent';
imħassar
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e
(e) 'penali obbligatorja fuq il-prezz' għandha tirreferi għal obbligu għall-entitajiet kontraenti li jżidu, suġġett għal ċerta eċċezzjonijiet, il-prezz tas-servizzi u/jew il-prodotti li joriġinaw minn ċertu pajjiżi terzi u li kienu ġew offerti fil-proċeduri tal-għoti tal-kuntratt.
(e) ‘penali obbligatorja fuq il-prezz’ għandha tirreferi għal obbligu għall-entitajiet kontraenti li jżidu, suġġett għal ċerta eċċezzjonijiet, il-prezz tas-servizzi u/jew il-prodotti li joriġinaw minn ċertu pajjiżi terzi u li kienu ġew offerti fil-proċeduri tal-għoti tal-kuntratt jew fil-proċeduri tal-għoti ta’ konċessjonijiet.
(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat (żieda tar-referenza għall-'proċeduri tal-għoti ta’ konċessjonijiet' meta ssir referenza għall-'proċeduri tal-għoti tal-kuntratt’, kemm fis-singular kif ukoll fil-plural); l-adozzjoni tagħha tirrikjedi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1
1. L-oriġini ta' prodott għandha tkun iddeterminata skont l-Artikolu 22 sa 26 tar-Regolament (KE) Nru 2913/1992 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità18.
1. L-oriġini ta’ prodott għandha tkun iddeterminata skont l-Artikolu 59 sa 63 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill, inklużi d-dispożizzjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 65 tiegħu.
__________________
18ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
L-oriġini ta' servizz għandu jkun determinat skont l-oriġini tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tipprovdieh. L-oriġini tal-fornitur tas-servizz għandu jitqies bħala:
L-oriġini ta' servizz għandu jkun determinat skont l-oriġini tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed tipprovdieh. L-oriġini tal-operatur ekonomiku li jipprovdi s-servizz għandha titqies bħala:
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 4
Trattament ta' prodotti u servizzi koperti
Trattament ta' prodotti u servizzi koperti
Meta jingħataw kuntratti għat-twettiq ta' xogħlijiet u/jew ta' biċċa xogħol, il-forniment ta' prodotti jew ta' servizzi, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jittrattaw prodotti u servizzi koperti bl-istess mod bħall-prodotti u servizzi li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea.
Meta jingħataw kuntratti għat-twettiq ta’ xogħlijiet u/jew ta’ biċċa xogħol, il-forniment ta’ prodotti jew ta’ servizzi, jew meta jingħataw konċessjonijiet sabiex jitwettqu xogħlijiet jew għall-provvista ta’ servizzi, awtoritajiet/entitajiet kontraenti għandhom jittrattaw prodotti u servizzi koperti bl-istess mod bħall-prodotti u servizzi li joriġinaw mill-Unjoni Ewropea.
Prodotti jew servizzi li joriġinaw mill-pajjiżi lanqas żviluppati elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 732/2008 għandhom ikunu trattati bħala prodotti u servizzi koperti.
Prodotti jew servizzi li joriġinaw mill-pajjiżi l-anqas żviluppati elenkati fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp meqjusa bħala vulnerabbli minħabba nuqqas ta' diversifikazzjoni u integrazzjoni insuffiċjenti fl-ekonomija dinjija kif definit fl-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 978/2012 għandhom ikunu trattati bħala prodotti u servizzi koperti.
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1
1. Fuq talba tal-awtoritajiet/entitajiet kontraenti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk għandhiex tapprova, għall-kuntratti b’valur stmat ta’ EUR 5 000 000 jew aktar u li jeskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), l-esklużjoni mill-proċeduri għall-għoti ta’ offerti ta’ kuntratt li jinkludu prodotti jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni, jekk il-valur ta’ prodotti jew servizzi mhux koperti jkun jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta’ prodotti jew servizzi li jikkostitwixxu l-offerta, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin.
1. Meta l-Kummissjoni tibda investigazzjoni ta’ akkwist estern kif previst fl-Artikolu 8, il-Kummissjoni, fuq talba tal-awtoritajiet/entitajiet kontraenti u wara l-pubblikazzjoni tal-avviż tal-bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni, għandhativvaluta jekk għandhiex tapprova, għall-kuntratti b’valur stmat ta’ EUR 5,000,000 jew aktar u li jeskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), l-esklużjoni mill-proċeduri għall-għoti ta’ offerti ta’ kuntratt li jinkludu prodotti jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni, jekk il-valur ta’ prodotti jew servizzi mhux koperti jkun jaqbeż il-50 % tal-valur totali ta’ prodotti jew servizzi li jikkostitwixxu l-offerta, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin.
Meta l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkollhom il-ħsieb li jagħmlu esklużjonijiet mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti abbażi tal-paragrafu 1, għandhom jindikaw dan fl-avviż tal-kuntratt li jippubblikaw skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/18/KE jew skont l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2004/17/KE jew l-Artikolu 26 tad-Direttiva dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni.
Meta l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jkollhom il-ħsieb li jagħmlu esklużjonijiet mill-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti abbażi tal-paragrafu 1, għandhom jindikaw dan b'mod ċar fil-parti introduttiva "tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi" jew "tad-dokument deskrittiv" kif imsemmi fl-Artikolu 2(15) tad-Direttivi [2014 / ... / UE] dwar l-akkwist pubbliku u tad-Direttiva [2014 / ... / UE] dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali, jew fil-parti introduttorja "tar-rekwiżiti tekniċi u funzjonali" kif imsemmi fl-Artikolu 2(13) tad-Direttiva [2014 / ... / UE] dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni.
Meta l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jirċievu offerti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 illi għandhom l-intenzjoni li jitolbu l-esklużjoni tagħhom minħabba dik ir-raġuni, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni. Matul il-proċedura ta’ notifika l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jkomplu bl-analiżi tagħhom tal-offerti.
Meta l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jirċievu offerti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 illi għandhom l-intenzjoni li jitolbu l-esklużjoni tagħhom minħabba dik ir-raġuni, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien ġimgħa. Matul il-proċedura ta’ notifika l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jkomplu bl-analiżi tagħhom tal-offerti.
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 4 – punt b
(b) deskrizzjoni tal-prodott tal-kuntratt;
(b) deskrizzjoni tal-prodott tal-kuntratt jew tal-konċessjoni;
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 4 – punt da (ġdid)
(da) fejn ikun xieraq, kwalunkwe informazzjoni oħra li titqies utli mill-Kummissjoni.
Dak it-tagħrif għandu jkun ipprovdut fi żmien tmint ijiem ta’ xogħol, li jibdew fl-ewwel jum ta’ xogħol wara d-data li fiha tirċievi t-talba għal tagħrif addizzjonali. Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda tagħrif f’dan il-perjodu, il-perjodu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 3 għandu jkun sospiż, sakemm il-Kummissjoni tirċievi t-tagħrif mitlub.
Dak it-tagħrif għandu jkun ipprovdut fi żmien tmint ijiem kalendarji, li jibdew fl-ewwel jum kalendarju wara d-data li fiha tirċievi t-talba għal tagħrif addizzjonali. Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda tagħrif f’dan il-perjodu, il-perjodu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 3 għandu jkun sospiż, sakemm il-Kummissjoni tirċievi t-tagħrif mitlub.
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3
3. Għall-kuntratti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni dwar l-approvazzjoni tal-esklużjoni maħsuba f'perjodu ta' xahrejn li jibda fl-ewwel ġurnata xogħol wara d-data li fiha tirċievi n-notifika. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2). Dan il-perjodu ta' żmien jista' jiġi estiż darba b'massimu ta' xahrejn f'każijiet iġġustifikati kif xieraq, b'mod partikolari jekk it-tagħrif inkluż fin-notifika jew fid-dokumenti annessi magħha ma jkunx komplut jew mhux eżatt jew jekk il-fatti hekk kif rapportati jinbidlu b'mod sostanzjali. Jekk, fl-aħħar ta' dan il-perjodu ta' xahrejn, jew tal-perjodu ta' żmien estiż, il-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni li tapprova jew ma tapprovax l-esklużjoni, l-esklużjoni għandha titqies bħala mhux approvata mill-Kummissjoni.
3. Fejn il-Kummissjoni ssib, għall-oġġetti u/jew is-servizzi li għalihom ġiet proposta l-esklużjoni, nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali kif definita f'punt (g) tal-Artikolu 2(1), hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li japprova l-esklużjoni tal-offerti kkonċernati mill-investigazzjoni f'konformitá mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati fi ħdan perjodu ta' xahar li jibda' mill-ewwel jum wara talba kif imsemmija fil-paragrafu 1. Dan il-perjodu ta’ żmien jista’ jiġi estiż darba b’massimu ta’ xahar f’każijiet iġġustifikati kif xieraq, b’mod partikolari jekk it-tagħrif inkluż fin-notifika jew fid-dokumenti annessi magħha ma jkunx komplut jew mhux eżatt jew jekk il-fatti hekk kif rapportati jinbidlu b’mod sostanzjali. Jekk, fl-aħħar ta’ dan il-perjodu ta’ xahar, jew tal-perjodu ta’ żmien estiż, il-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni li tapprova jew ma tapprovax l-esklużjoni, l-esklużjoni għandha titqies bħala mhux approvata mill-Kummissjoni.
Dik l-esklużjoni għandha tkun miżura temporanja sakemm titlesta l-investigazzjoni esterna dwar l-akkwist kif prevesit fl-Artikolu 8, il-konklużjonijiet tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni prevista skont l-Artikolu 9 u, fejn japplika, l-adozzjoni ta' kwalunkwe miżura li tillimitaw l-aċċess ta’ prodotti jew servizzi mhux koperti fis-suq tal-Unjoni tal-akkwist pubbliku skont l-Artikolu 10.
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b
(b) meta ftehim imsemmi fil-punt (a) ma jkunx jeżisti u l-pajjiż terz iżomm miżuri restrittivi tal-akkwist li jwasslu għal nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat.
(b) meta ftehim imsemmi fil-punt (a) ma jkunx jeżisti u l-pajjiż terz iżomm miżuri restrittivi tal-akkwist jew għall-għoti ta' konċessjoni li jwasslu għal nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat, b’mod partikolari meta dawk il-miżuri restrittivi jkunu ta’ ħsara għall-politika industrijali tal-UE.
Għall-finijiet tal-punt (b), għandu jkun preżunt nuqqas ta' reċiproċità sostanzjali meta miżuri restrittivi tal-akkwist jirriżultaw f'diskriminazzjoni serja u ripetuta tal-operaturi ekonomiċi, prodotti u servizzi tal-Unjoni.
imħassar
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 5
5. Meta tkun qed tivvaluta jekk jeżistix nuqqas ta’ reċiproċità sostanzjali, il-Kummissjoni għandha teżamina dan li ġej:
imħassar
(a) sa liema livell il-liġijiet dwar l-akkwist pubbliku tal-pajjiż ikkonċernat jiżguraw trasparenza f’konformità mal-istandards internazzjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku u jipprekludu kwalunkwe diskriminazzjoni kontra l-prodotti, is-servizzi u l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni;
(b) sa liema livell l-awtoritajiet pubbliċi u/jew entitajiet tal-akkwist individwali japplikaw jew jadottaw prattiki diskriminatorji kontra prodotti, servizzi u operaturi ekonomiċi tal-Unjoni.
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 6 – Paragrafu 7
7. L-awtoritajiet/entitajiet kontraenti li jkunu eskludew offerti abbażi tal-paragrafu 1, għandhom jindikaw dan fl-avviż tal-kuntratt li jippubblikaw skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/18/KE, l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2004/17/KE, jew l-Artikolu 27 tad-Direttiva dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-formoli standard għal avviżi ta' għoti ta' kuntratt. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17(3).
7. Meta l-offerti jkunu ġew esklużi skont il-paragrafu 3, l-awtoritajiet/entitajiet kontraenti, għandhom jindikaw dan, inklużi r-raġunijiet għall-esklużjoni, fl-avviż tal-kuntratt li jippubblikaw skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/18/KE, Artikolu 42 tad-Direttiva 2004/17/KE, jew l-Artikolu 27 tad-Direttiva dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-formoli standard għal avviżi ta' għoti ta' kuntratt. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17(3).
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 8
8. Il-paragrafu 1 ma għanduxjapplika fejn il-Kummissjoni tkun adottat l-att ta' implimentazzjoni dwar l-aċċess temporanju tal-prodotti u servizzi minn pajjiż impenjat f'negozjati sostanzjali mal-Unjoni hekk kif stabbilit fl-Artikolu 9(4).
8. Paragrafu 1 jista' ma jkunx japplika fejn il-Kummissjoni tkun adottat l-att ta’ implimentazzjoni dwar l-aċċess temporanju tal-prodotti u servizzi minn pajjiż impenjat f’negozjati mal-Unjoni hekk kif stabbilit fl-Artikolu 9(4). Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif dovut id-deċiżjoni korrispondenti tagħhom lill-entitá kontraenti li ressqet l-applikazzjoni.
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1
Fejn l-awtorità/entità kontraenti għandha l-ħsieb li, skont l-Artikolu 69 tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku jew skont l-Artikolu 79 tad-Direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali, wara li tivverifika l-ispjegazzjonijiet tal-offerent, taċċetta offerta anormalment baxxa li tinkludi prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni u li fiha l-valur tal-prodotti jew servizzi mhux koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali tal-prodotti jew servizzi li jikkostitwixxu l-offerta, għandha tinforma b'dan lill-offerenti l-oħrajn bil-miktub u tinkludi r-raġunijiet għan-natura anormalment baxxa tal-prezz jew tal-ispejjeż imposti.
Fejn l-awtorità/entità kontraenti għandha l-ħsieb li, skont l-Artikolu 69 tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku jew skont l-Artikolu 79 tad-Direttiva dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali, wara li tivverifika l-ispjegazzjonijiet tal-offerent, taċċetta offerta anormalment baxxa li tinkludi prodotti u/jew servizzi li joriġinaw minn barra l-Unjoni u li fiha l-valur tal-prodotti jew servizzi mhux koperti jaqbeż il-50 % tal-valur totali tal-prodotti jew servizzi li jikkostitwixxu l-offerta, għandha tinforma b'dan lill-offerenti l-oħrajn bil-miktub u tinkludi r-raġunijiet għan-natura anormalment baxxa tal-prezz jew tal-ispejjeż imposti. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati biex jiżguraw li fit-twettiq tal-kuntratti pubbliċi l-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, id-dritt nazzjonali, il-ftehimiet kollettivi jew mid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tal-ambjent, soċjali u tax-xogħol elenkati fl-Anness XI tad-Direttiva dwar l-akkwist pubbliku [...] 2013.
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2
Awtorità/entità kontraenti tista' twaqqaf kwalunkwe divulgazzjoni ta' tagħrif fejn dan ikun jista' jostakola l-applikazzjoni tal-liġi, imur kontra l-interess pubbliku, jippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi tal-operaturi ekonomiċi, kemm jekk pubbliċi jew privati, jew ikun jista' jippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejniethom.
Wara li jiġu infurmati mill-awtorità/entità kontraenti bl-intenzjoni tagħhom li jaċċettaw offerta anormalment baxxa, l-offerenti l-oħrajn għandu jkollhom il-possibilità li jagħtu informazzjoni rilevanti lill-awtorità/entità kontraenti fi żmien raġonevoli sabiex l-awtorità/entità kontraenti tkun tista’ tieħu deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni b’għarfien sħiħ ta’ fatturi potenzjali li setgħu influwenzaw il-valutazzjoni tan-natura anormalent baxxa tal-prezz jew tal-ispejjeż imposti.
Il-Kummissjoni tista' fi kwalunke ħin, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-partijiet interessati jew ta' Stat Membru, tiftaħ investigazzjoni esterna dwar l-akkwist fir-rigward ta' miżuri allegatament restrittivi tal-akkwist, meta tqis li din l-azzjoni tkun fl-interess għall-Unjoni.
Il-Kummissjoni tista’ fi kwalunke ħin, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-partijiet interessati, l-awtorità/entità kontraenti jew ta’ Stat Membru, tiftaħ investigazzjoni esterna dwar l-akkwist fir-rigward ta’ miżuri allegatament restrittivi tal-akkwist. Fid-deċiżjoni tagħha biex tinbeda investigazzjoni tal-akkwist esterna, il-Kummissjoni għandha tqies in-numru ta' talbiet li saru mill entitajiet/awtoritajiet kontraenti jew mill-Istati Membri. Fil-każ li l-Kummissjoni tirrifjuta li tiftaħ investigazzjoni, għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha lill-Istat Membru, il-parti interessata jew l-entità kontraenti li jkunu għamlu t-talba.
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3
3. Il-valutazzjoni li titwettaq mill-Kummissjoni dwar jekk miżuri restrittivi tal-akkwist ikunux qed jiġu applikati minn pajjiżi terzi kkonċernati għandha ssir abbażi ta' tagħrif mogħti minn partijiet interessati u Stati Membri u/jew fatti miġbura mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni tagħha, u għandha tiġi konkluża f'perjodu ta' disa' xhur wara li tkun bdiet l-investigazzjoni. F’każijiet iġġustifikati kif xieraq dan il-perjodu ta’ żmien jista’ jiġi estiż bi tliet xhur.
3. Il-valutazzjoni li titwettaq mill-Kummissjoni dwar jekk miżuri restrittivi tal-akkwist ikunux qed jiġu applikati minn pajjiżi terzi kkonċernati għandha ssir abbażi ta’ tagħrif mogħti minn partijiet interessati u Stati Membri u/jew fatti miġbura mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni tagħha jew ir-rapporti regolari tagħha dwar l-ostakli kummerċjali li jeżistu fil-pajjiżi terzi; u għandha tiġi konkluża f’perjodu ta’ tliet xhur wara li tkun bdiet l-investigazzjoni. F’każijiet iġġustifikati kif xieraq dan il-perjodu ta’ żmien jista’ jiġi estiż b’xahar.
Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni għandha tqis it-talbiet li saru mill-awtoritajiet/entitajiet kontraenti għall-investigazzjonijiet skot l-Artikolu 6 paragrafu 1 wara li jkunu nbdew il-proċeduri stabbiliti f'dan l-artikolu.
Meta, wara li tkun inbdiet il-konsultazzjoni, il-pajjiż ikkonċernat jieħu miżuri rimedjali/korrettivi sodisfaċenti, iżda dan mingħajr ma jieħu impenji ġodda għall-aċċess għas-suq, il-Kummissjoni tista' tissospendi jew ittemm il-konsultazzjoni.
Meta, wara li tkun inbdiet il-konsultazzjoni, il-pajjiż ikkonċernat jieħu miżuri rimedjali/korrettivi sodisfaċenti, iżda dan mingħajr ma jieħu impenji ġodda għall-aċċess għas-suq, il-Kummissjoni tista’ tissospendi, ittemm il-konsultazzjoni, jew tistieden lill-pajjiż konċernat biex jibda negozjati, skont l-Artikolu 9(4).
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – parti introduttorja
Fejn il-miżuri rimedjali/korrettivi li jkunu ttieħdu mill-pajjiż terz ikkonċernat jintemmu, jiġu sospiżi jew implimentati b'mod mhux xieraq, il-Kummissjoni tista':
Fejn il-miżuri rimedjali/korrettivi li jkunu ttieħdu mill-pajjiż terz ikkonċernat jintemmu, jiġu sospiżi jew implimentati b’mod mhux xieraq, il-Kummissjoni taġixxi skont l-Artikolu 10 sabiex tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tillimita l-aċċess ta’ prodotti u servizzi li joriġinaw f’pajjiż terz.
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt i
(i) tkompli jew terġa tibda l-konsultazzjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat, u/jew
imħassar
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt ii
(ii) tieħu azzjoni skont Artikolu 10 li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tillimita l-aċċess għal prodotti u servizzi li joriġinaw minn pajjiż terz
imħassar
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4
4. Jekk, wara li tkun bdiet il-konsultazzjoni, jidher li l-aktar mod xieraq sabiex tintemm prattika restrittiva ta’ akkwist tkun il-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali, għandhom jitwettqu negozjati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 207 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Jekk pajjiż ikun impenja ruħu f’negozjati sostanzjali mal-Unjoni Ewropea dwar l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jipprevedi li l-prodotti u s-servizzi minn dak il-pajjiż ma jistgħux jiġu esklużi mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti skont l-Artikolu 6.
4. Jekk, wara li tkun bdiet il-konsultazzjoni, jidher li l-aktar mod xieraq sabiex tintemm prattika restrittiva ta’ akkwist tkun il-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali, għandhom jitwettqu negozjati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 207 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Jekk pajjiż ikun impenja ruħu f’negozjati mal-Unjoni Ewropea dwar l-aċċess għas-suq fil-qasam tal-akkwist pubbliku, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jipprevedi li l-prodotti u s-servizzi minn dak il-pajjiż ma jistgħux jiġu esklużi mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti skont Artikolu 6. Il-Kummissjoni għandha tiġġustifika kif dovut id-deċiżjoni korrispondenti tagħhom lill-entitá kontraenti li ressqet l-applikazzjoni.
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
Il-Kummissjoni tista' ttemm il-konsultazzjoni jekk il-pajjiż ikkonċernat jieħu impenji internazzjonali mifthema mal-Unjoni fi kwalunkwe wieħed minn dawn l-oqsfa li ġejjin:
Il-Kummissjoni tista’ ttemm il-konsultazzjoni jekk il-pajjiż ikkonċernat ikun ħal-miżuri li ġejjin mal-Unjoni jew fuq livell internazzjonali:
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a (ġdid)
(a) impenji internazzjonali ġew miftehma mal-Unjoni Ewropea fi kwalunkwe minn dawn l-oqsfa li ġejjin:
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a iii
(iii) Espansjoni tal-impenji tiegħu għall-aċċess għas-suq li ttieħdu fil-kuntest tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwist tal-Gvern jew fil-kuntest tal-ftehim bilaterali konkluż mal-Unjoni f’dak il-qafas,
(iii)Espansjoni tal-impenji tiegħu għall-aċċess għas-suq li ttieħdu fil-kuntest tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwist tal-Gvern (GPA) jew fil-kuntest ta' ftehim bilaterali konkluż mal-Unjoni f’dak il-qafas, u
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt b (ġdid)
(b) jiġu adottati miżuri korrettivi mill-pajjiż ikkonċernat
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 6
6. Fil-każ li konsultazzjoni ma’ pajjiż terz ma twassalx għal riżultati sodisfaċenti fi żmien 15-il xahar mid-data meta tkun bdiet il-konsultazzjoni mal-pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha ttemm il-konsultazzjoni u tikkunsidra azzjoni skont l-Artikolu 10 biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jillimitaw l-aċċess ta’ prodotti u servizzi li joriġinaw minn pajjiż terz.
6. Fil-każ li konsultazzjoni ma’ pajjiż terz ma twassalx għal riżultati sodisfaċenti fi żmien 12-il xahar mill-jumkalendarju meta tkun bdiet il-konsultazzjoni mal-pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha ttemm il-konsultazzjoni u tikkunsidra azzjoni skont l-Artikolu 10 biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jillimitaw l-aċċess ta’ prodotti u servizzi li joriġinaw minn pajjiż terz.
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1
1. Fejn f'investigazzjoni skont Artikolu 8, u wara li tkun segwita l-proċedura prevista f'Artikolu 9, jinsab li miżuri restrittivi tal-akkwist adottati jew applikati minn dak il-pajjiż terz wasslu għal nuqqas ta' reċiproċità importanti fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz, kif imsemmi f'Artikolu 6, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tillimita temporanjament l-aċċess għal prodotti u servizzi mhux koperti li joriġinaw minn pajjiż terz. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).
1. Meta f’investigazzjoni skont l-Artikolu 8, u wara li tkun ġiet segwita l-proċedura prevista fl-Artikolu 9, tinstab nuqqas ta’ reċiproċità importanti fil-ftuħ tas-suq bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz, kif imsemmi f'punt (ga) tal-Artikolu 2(1), il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tillimita temporanjament l-aċċess għal prodotti u servizzi mhux koperti li joriġinaw minn pajjiż terz.sa perjodu ta' ħames snin, li jista' jiġi estiż għal ħames snin oħra. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – parti introduttorja
Miżuri adottati skont il-paragrafu 1 jistgħu, b'mod partikolari, ikunu limitati għal:
Il-Kummissjoni ma għandhiex tapprova esklużjoni maħsuba fejn din tkun tikser l-impenji għall-aċċess għas-suq li tkun ħadet l-Unjoni fil-ftehimiet internazzjonali tagħha. Miżuri adottati skont il-paragrafu 1 jistgħu, b'mod partikolari, ikunu limitati għal:
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)
Jekk il-miżuri adottati skont l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 10 ma jkunu, fil-frattemp, ġew sospiżi jew imħassra, għandhom jiskadu ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħhom.
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1. Awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li, fil-qafas tal-proċedura tal-akkwist, ma japplikawx il-miżuri skont Artikolu 10 jekk:
1. Awtoritajiet/entitajiet kontraenti jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex, fil-qafas tal-proċedura tal-akkwist, ma tapplikax il-miżuri skont Artikolu 10 jekk:
Jekk, fl-aħħar ta’ 15-il jum kalendarju, il-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni li tapprova jew ma tapprovax din it-talba, għandu jitqies li t-talba ma tkunx ġiet approvata mill-Kummissjoni. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, din l-iskadenza tista’ tiġi estiża b’perjodu massimu ieħor ta’ ħamest ijiem kalendarju.
Fejn awtorità/entità kontraenti jkollha l-intenzjoni li ma tapplikax il-miżuri adottati skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament, jew applikabbli mill-ġdid skont l-Artikolu 11, għandha tindika dan fin-notifika ta’ kuntratt li għandha tippubblika skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/18/KE jew l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2004/17/KE. Għandha tinnotifika lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem kalendarji wara l-pubblikazzjoni tan-notifika tal-kuntratt.
Fejn awtorità/entità kontraenti jkollha l-intenzjoni li ma tapplikax il-miżuri adottati skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament, jew applikabbli mill-ġdid skont l-Artikolu 11, għandha tindika dan fin-notifika ta’ kuntratt li għandha tippubblika skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/18/KE jew l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2004/17/KE.
In-notifika għandha tintbagħat permezz ta' mezzi elettroniċi u bl-użu ta' formoli standard. Il-Kummissjoni għanda tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli standard għan-notifiki tal-kuntratti u n-notifikazzjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17(3).
Il-Kummissjoni għanda tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli standard għan-notifiki tal-kuntratti skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17(3).
(a) l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-awtorità/entità kontraenti;
(b) deskrizzjoni tal-prodott tal-kuntratt;
(c) tagħrif dwar l-oriġini tal-operatur ekonomiku, il-prodotti u/jew is-servizzi li għandhom jiġu ammessi;
(d) ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni li ma jiġux applikati miżuri restrittivi u ġustifikazzjoni ddettaljata għall-użu tal-eċċezzjoni;
(e) fejn xieraq, kwalunkwe tagħrif ieħor meqjus bżonnjuż mill-awtorità/entità kontraenti.
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 14 tista' tkun revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ b’effett mill-jum ta’ wara l-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 14 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ fil-ġurnata kalendarja wara dik tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni msemmija. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 16 a (ġdid)
Artikolu 16a
Kundizzjonijiet tal-akkwist fil-qafas ta’ programmi ffinanzjati mill-Unjoni fil-pajjiżi terzi.
Fil-qafas tas-kuntratti pubbliċi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura l-implimentazzjoni ta’ qafas regolatorju vinkolanti, sabiex jirregola l-akkwist u l-implimentazzjoni tal-kuntratti pubbliċi internazzjonali. F'dak il-kuntest, l-Unjoni għandha tadotta regoli uniformi biex tiżgura kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni leali bejn l-Unjoni u operaturi ekonomiċi ta' pajjiżi terzi.
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew, l-Istati Membri u l-uffiċjali tagħhom m'għandhomx jiżvelaw kwalunkwe tagħrif ta' natura kunfidenzjali li jasal skont dan ir-Regolament, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur ta' dan it-tagħrif.
4a. L-informazzjoni li tasal skont dan ir-Regolament u ddikjarata mill-fornitur tal-informazzjoni li hi ta’ natura kunfidenzjali, taħt l-ebda ċirkostanzi m’għandha tiġi żvelata, sakemm il-fornitur ma jagħtix il-permess speċifiku tiegħu.
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 19
Sal-1 ta' Jannar 2017, u mill-inqas kull tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u dwar il-progress li jkun sar fin-negozjati internazzjonali, skont dan ir-Regolament, fir-rigward tal-aċċess għall-operaturi ekonomiċi tal-UE għall-proċeduri ta' għoti ta' kuntratti pubbliċi fil-pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, tagħrif xieraq.
Mill-inqas kull tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u dwar il-progress li jkun sar fin-negozjati internazzjonali, skont dan ir-Regolament, fir-rigward tal-aċċess għall-operaturi ekonomiċi tal-UE għall-proċeduri ta' għoti ta' kuntratti pubbliċi fil-pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, tagħrif xieraq. Meta l-Kummissjoni tissottometti t-tieni rapport tagħha, għandha tippreżenta wkoll lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill proposta leġiżlattiva għal Regolament emendat jew inkella tistabbilixxi raġunijiet għaliex fl-opinjoni tagħha ma huwa meħtieġ l-ebda tibdil. Jekk il-Kummissjoni ma tikkonformax ma’ dan l-obbligu, ir-Regolament jieqaf japplika fi tmiem it-tieni sena wara s-sottomissjoni tat-tieni rapport.
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 20
L-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2004/17/KE għandhom ikunu rrevokati b’effett mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2004/17/KE għandhomx jinżammew. Fid-dawl tal-konlużjonijiet ta’ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva li tirrevoka dawk l-Artikoli b’effett mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0454/2013).
L-għasel ***I
426k
86k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE li tirrigwarda l-għasel (COM(2012)0530 – C7-0304/2012 – 2012/0260(COD))(1)
(1) Ġaladarba ngħatat is-sentenza tas-6 ta' Settembru 2011 tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża C-442/098, it-trab tad-dakra fl-għasel għandu jitqies bħala ingredjent fit-tifsira tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta' liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel9. Is-sentenza tal-Qorti kienet ibbażata fuq il-kunsidrazzjoni, skont il-fatti li ġew ippreżentati quddiemha, li t-trab tad-dakra fl-għasel huwa primarjament ir-riżultat taċ-ċentrifugazzjoni li jagħmel min irabbi n-naħal biex jiġbor l-għasel. Iżda t-trab tad-dakra jidħol fid-doqqajs minħabba l-attività tan-naħal u qiegħed fl-għasel b'mod naturali u ma għandux x'jaqsam jużax jew le ċ-ċentrifugazzjoni biex joħroġ l-għasel min irabbi n-naħal. Għalhekk jeħtieġ li jkun iċċarat, mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament, fuq it-trab tad-dakra mmodifikat ġenetikament li jkun fl-għasel, li t-trab tad-dakra huwa kostitwent tal-għasel, li huwa sustanza naturali mingħajr ingredjenti, u mhuwiex ingredjent fit-tifsira tad-Direttiva 2000/13/KE. Għalhekk, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel għandha tiġi emendata skont dan. (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tiddefinixxi l-għasel bħala sustanza naturali u ħelwa prodotta min-naħal. L-għasel jikkonsisti essenzjalment minn zokkrijiet differenti, bi predominanza l-fruttożju u l-glukożju, kif ukoll sustanzi oħra bħal aċidi organiċi, enzimi u partikoli solidi derivati mill-ġbir tal-għasel. Id-Direttiva 2001/110/KE tippreserva l-karattru naturali tal-għasel billi tillimita l-intervent tal-bniedem li jista' jbiddel il-kompożizzjoni tal-għasel. B'mod partikolari, dik id-Direttiva tipprojbixxi ż-żieda ta' kwalunkwe ingredjent alimentari mal-għasel, inklużi addittivi tal-ikel, jew li jsirulu żidiet oħra għajr ta' għasel. Bl-istess mod, dik id-Direttiva tipprojbixxi t-tneħħija ta' kwalunkwe kostitwent partikolari għall-għasel, inkluż it-trab tad-dakra, sakemm dan ma jkunx inevitabbli fit-tneħħija ta' materjal barrani. Dawk ir-rekwiżiti huma konformi mal-istandard tal-Codex Alimentarius għall-għasel.
__________________
__________________
11 ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47.
1 ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47.
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 1a (ġdida)
(1a) Sabiex tiġi kkunsidrata s-sensittività li qed tiżdied tal-konsumaturi dwar il-preżenza tal-organiżmi ġenetikament modifikati fl-ikel u d-drittijiet tagħhom li jkunu infurmati dwarhom, u bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE* għandha b'konsegwenza tkun emendata.
______________________________
*Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 Diċembru 2001 rigward l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p.47).
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 1b (ġdida)
(1b) It-trab tad-dakra hu parti mill-kriterji tal-kompożizzjoni tal-għasel kif stabbilit bid-Direttiva 2001/110/KE. L-evidenza disponibbli, inkluża dejta empirika u xjentifika, tikkonferma li n-naħal tal-għasel huma l-oriġini tal-preżenza tat-trab tad-dakra fl-għasel. Frak tat-trab tad-dakra jispiċċa fin-nettaru li mbagħad jinġabar min-naħal tal-għasel. In-nettaru li jinġabar fid-doqqajs ikun fih frak tat-trab tad-dakra li jiġi midbdul f'għasel min-naħal. Skont dejta disponibbli, trab tad-dakra addizzjonali fl-għasel jista' jiġi mit-trab tad-dakra li jkun hemm fuq in-naħal, trab tad-dakra li jkun hemm fl-arja ġewwa d-doqqajs u mit-trab tad-dakra ppakkajat min-naħal f'ċelloli li inċidentalment jinfetħu waqt li qed jinġabar l-għasel mill-operaturi. Minn dan jirriżulta li t-trab tad-dakra jidħol fid-doqqajs minħabba l-attività tan-naħal u qiegħed fl-għasel b'mod naturali indipendentement minn jekk l-għasel jiġix estratt jew le mill-operaturi. Barra minn hekk, m'hemmx żieda intenzjonata ta' trab tad-dakra fl-għasel mill-operaturi, tali addizzjoni hi projbita mid-Direttiva 2001/110/KE.
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 1c (ġdida)
(1c) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi jiddefinixxi 'ingredjent' bħala kwalunkwe sustanza użata fil-manifattura jew il-preparazzjoni tal-ikel u li tibqa' preżenti fil-prodott lest, anke jekk f'forma mibdula. Din id-definizzjoni timplika użu intenzjonat ta' sustanza fil-manifattura jew il-preparazzjoni tal-ikel. Meta jitqies il-karattru naturali tal-għasel, u b'mod partikolari l-oriġini naturali tal-preżenza ta' kostitwenti partikolari għall-għasel, inkluż it-trab tad-dakra, jeħtieġ li jkun iċċarat li t-trab tad-dakra u kwalunkwe kostitwent ieħor partikolari għall-għasel m'għandux jitqies bħala 'ingredjent' tal-għasel fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.
__________________
1Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi(ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 1d (ġdida)
(1d) Billi l-għasel hu prodott naturali, dan għandu jiġi eżentat mir-rekwiżit li jkollu lista ta' ingredjenti.
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 1e (ġdida)
(1e) Miżuri ta' koeżistenza fil-livell tal-Istat Membru stabbiliti bi qbil mal-Artikolu 26a tad-Direttiva 2001/18/KE għandhom jiżguraw li l-analiżi standard tal-għasel ma tkunx meħtieġa, inter alia billi jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi ta' distanza.
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 4
imħassar (4) L-Annessi tad-Direttiva 2001/110/KE fihom xi elementi tekniċi li għandu mnejn ikollhom jiġu addattati jew aġġornati biex iqisu l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti. Din id-Direttiva ma tikkonferixxix setgħat xierqa lill-Kummissjoni biex fil-pront taddatta jew taġġorna dawn l-Annessi biex iqisu l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali. Għalhekk, għall-implimentazzjoni konsistenti tad-Direttiva 2001/110/KE, is-setgħa li taddatta jew taġġorna l-Annessi ta' din id-Direttiva biex iqisu mhux biss il-progress tekniku, iżda wkoll l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali, għandha wkoll tiġi kkonferita lill-Kummissjoni.
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 6
(6) Għalhekk, biex jitqies il-progress tekniku u, fejn ikun rilevanti, l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandu jkun iddelegat lill-Kummissjoni biex taddatta jew taġġorna l-karatteristiċi tekniċi marbutin mad-deskrizzjonijiet u d-definizzjonijiet tal-prodotti fl-Annessi tad-Direttiva 2001/110/KE.
imħassar
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 1 Direttiva 2001/110/KE Artikolu 2 – punt 5
5. Billi t-trab tad-dakra huwa kostitwent naturali partikolari tal-għasel, ma għandux jitqies bħala ingredjent, fit-tifsira tal-Artikolu 6(4)tad-Direttiva 2000/13/KE, tal-prodotti ddefiniti fl-Anness 1 ta' din id-Direttiva.
5. Billi t-trab tad-dakra huwa kostitwent naturali partikolari għall-għasel, ma għandux jitqies bħala ingredjent, fit-tifsira tal-Artikolu 2(2)(f) tar-Regolament (UE) 1169/2011, tal-prodotti ddefiniti fl-Anness 1 ta' din id-Direttiva.
Emenda 12 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 Direttiva 2001/110/KE Artikolu 6
Artikolu 6
imħassar
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 6a biex temenda l-karatteristiċi tekniċi marbuta mal-ismijiet, mad-deskrizzjonijiet u mad-definizzjonijiet tal-prodotti fl-Anness I u mal-kriterji tal-kompożizzjoni għall-għasel fl-Anness II, biex jitqiesu l-progress tekniku, u fejn ikun rilevanti, l-iżviluppi fl-istandards internazzjonali rilevanti.
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 3 Direttiva 2001/110/KE Artikolu 6a - paragrafu 2
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 4 u 6 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat li jibda minn (...). (Publications Office is to fill in the date of entry into force of this amending Act).
2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 4 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin li jiddekorru minn ….*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded taċitament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu tali tiġdid sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.
__________________________
* Data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja.
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 3 Direttiva 2001/110/KE L-Artikolu 6a – paragrafu 3
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4 u 6 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.
Emenda 15 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 3 Direttiva 2001/110/KE Artikolu 6a – punt 5
Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 4 u 6 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn mid-data tan-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 4 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn mid-data tan-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal-punt (1) tal-Artikolu 1 sa [data]. Huma jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal-punt (1) tal-Artikolu 1 sa ... *. Huma jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.
___________________
* 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva emendatorja.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Hercule III għall-promozzjoni tal-attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (COM(2011)0914 – C7-0513/2011 – 2011/0454(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0914),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0513/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-15 ta' Mejju 2012(1),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Novembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7‑0385/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Jannar 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Rgeolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Erkole III) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 250/2014.)
Statistika relatata mal-kummerċ ta' oġġetti bejn Stati Membri ***I
433k
111k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 638/2004 fuq l-istatistiċi Komunitarji rigward il-kummerċ ta' merkanzija bejn Stati Membri rigward l-għoti ta’ setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri, il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-amministrazzjoni tad-dwana, l-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali bejn l-Istati Membri, kif ukoll id-definizzjoni tal-valur statistiku (COM(2013)0578 – C7-0242/2013 – 2013/0278(COD))(1)
(6) Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-għarfien espert. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(6) Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell l-aktar effiċjenti tal-għarfien espert wara li tinforma l-Istati Membri dwar min għandu jiġu kkonsultat u fuq liema bażi għandu jiġi żgurat ir-rispett tal-imparzjalità u għandhom jiġu evitati l-kunflitti ta' interess possibbli. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 7
(7) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn l-atti ddelegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq l-unitajiet li jwieġbu.
(7) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn l-atti ddelegati ma jimponux spiża jew piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq l-unitajiet li jwieġbu u li jibqgħu kemm jista' jkun ekonomiċi.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 638/2004, għandhom jiġu kkonferiti setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni li jippermettulha li tadotta l-arranġamenti għall-ġbir tal-informazzjoni, b’mod partikolari rigward il-kodiċijiet li għandhom jintużaw, id-dispożizzjonijiet tekniċi biex tinġabar l-istatistika annwali dwar il-kummerċ permezz tal-karatteristiċi tan-negozju u kwalunkwe miżura neċessarja biex tiżgura li l-kwalità tal-istatistika trażmessa hija konformi mal-kriterji tal-kwalità. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.
(8) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 638/2004, għandhom jiġu kkonferiti setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni li jippermettulha li tadotta l-arranġamenti għall-ġbir tal-informazzjoni, b’mod partikolari rigward il-kodiċijiet li għandhom jintużaw, id-dispożizzjonijiet tekniċi biex tinġabar l-istatistika annwali dwar il-kummerċ permezz tal-karatteristiċi tan-negozju u kwalunkwe miżura neċessarja biex tiżgura li l-kwalità tal-istatistika trażmessa mingħajr ħlastkun konformi mal-kriterji tal-kwalità. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 10
(10) Bl-istrateġija għal struttura ġdida tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (minn hawn 'il quddiem imsejħa ESS) maħsuba biex ittejjeb il-koordinazzjoni u s-sħubija fi struttura piramida ċara fi ħdan l-ESS, il- Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESSC), stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea9, għandu jaqdi rwol konsultattiv u jassisti lill-Kummissjoni waqt li tkun qed teżerċita s-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha.
(10) Bl-istrateġija għal struttura ġdida tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (minn hawn 'il quddiem imsejħa ESS) maħsuba biex ittejjeb il-koordinazzjoni u s-sħubija fi struttura piramida ċara fi ħdan l-ESS, il- Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESSC), stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill9, għandu jaqdi rwol konsultattiv u jassisti lill-Kummissjoni waqt li tkun qed teżerċita s-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha. It-titjib tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni (Eurostat) huwa essenzjali biex tinħareġ statistika ta' kwalità ogħla fl-Unjoni.
__________________
__________________
9 ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
9Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea(ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 11
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 638/2004 għandu jiġi emendat bis-sostituzzjoni tar-referenza lill-Kumitat tal-Intrastat b’referenza għall-ESSC.
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 638/2004 għandu jiġi emendat bis-sostituzzjoni tar-referenza lill-Kumitat tal-Intrastat b’referenza għall-ESSC. L-ESSC għandu jżomm l-istess struttura ta' sħubija bħal dik tal-Kumitat Intrastat, jiġifieri membru wieħed għal kull Stat Membru.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Simplifikazzjonijiet ta’ skemi ta’ approvazzjoni doganali wasslu għal nuqqas ta’ disponibbiltà, fil-livell ta’ dwana, ta’ tagħrif statistiku dwar merkanzija li tgħaddi minn proċeduri doganali ta' proċessar. Biex tiġi żgurata l-kopertura tad-dejta, il-movimenti ta’ dik il-merkanzija għandhom jiġu inklużi fis-sistema tal-Intrastat.
(12) Simplifikazzjonijiet ta’ skemi ta’ approvazzjoni doganali wasslu għal nuqqas ta’ disponibbiltà, fil-livell ta’ dwana, ta’ tagħrif statistiku dwar merkanzija li tgħaddi minn proċeduri doganali ta' proċessar. Biex tiġi żgurata l-kopertura tad-dejta, il-movimenti ta’ dik il-merkanzija għandhom jiġu inklużi fis-sistema tal-Intrastat filwaqt li kwalunkwe spiża addizzjonali għandha tkun kemm jista' jkun limitata. L-informazzjoni għandha ssegwi l-prinċipju ta' "rappurtar b'direzzjoni waħda", u għaldaqstant, sakemm tkun tista' tiġi garantita l-kwalità tad-dejta, id-dejta għandha tinġabar biss mill-kumpaniji tal-esportazzjoni.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) L-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali relatata mal-istatistika dwar il-kummerċ ġewwa l-UE għandu jitħalla jsir bejn l-Istati Membri bil-għan li jkun hemm iktar effiċjenza fl-iżvilupp, fil-produzzjoni u fit-tixrid ta’ din l-istatistika jew għat-titjib tal-kwalità tagħha.
(13) L-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali relatata mal-istatistika dwar il-kummerċ ġewwa l-UE għandu jitħalla jsir bejn l-Istati Membri u għandu jkun mingħajr ħlas jekk dan ikun neċessarju sabiex ikun hemm iktar effiċjenza fl-iżvilupp, fil-produzzjoni u fit-tixrid ta’ din l-istatistika jew għat-titjib tal-kwalità tagħha. Tali skambji għandhom ikunu volontarji u għandhom ikunu possibbli għal perjodu transitorju wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Madankollu, tali skambju ta' dejta kunfidenzjali għandu jiġi ttrattat bir-reqqa u fih innifsu m'għandux jinvolvi piż amministrattiv ogħla għall-kumpaniji.
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 14
(14) Id-definizzjoni ta’ valur statistiku għandha tiġi ċċarata u allinjata mad-definizzjoni ta’ dan l-element tad-dejta skont l-istatistika dwar il-kummerċ barra l-UE.
(14) Id-definizzjoni ta’ valur statistiku għandha tiġi ċċarata u allinjata mad-definizzjoni ta’ dan l-element tad-dejta skont l-istatistika dwar il-kummerċ barra l-UE sabiex tiġi permessa komparabilità aħjar bejnil-kummerċ fl-UE u dak barra l-UE tal-istatistika kummerċjali. Id-definizzjonijiet uniformi huma essenzjali għal kummerċ transkonfinali li jiffunzjona tajjeb u bla xkiel u huma importanti b'mod speċjali sabiex l-awtoritajiet nazzjonali differenti jkunu jistgħu jagħmlu interpretazzjonijiet konkordanti tar-regoli li jkollhom impatt fuq l-attivitajiet transkonfinali tan-negozji.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, huwa neċessarju u xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-amministrazzjoni tad-dwana, l-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali bejn l-iSM u d-definizzjoni ta’ valur statistiku fil-qasam tal-istatistika tal-kummerċ ġewwa l-UE. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan, skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
(15) Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, huwa neċessarju u xieraq li jiġu stabbiliti regoli armonizzati dwar il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-amministrazzjoni tad-dwana, l-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali bejn l-iSM u d-definizzjoni ta’ valur statistiku fil-qasam tal-istatistika tal-kummerċ ġewwa l-UE. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan, skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 15a (ġdida)
(15a) It-trasmissjoni tad-dejta mill-awtoritajiet nazzjonali għandha tkun bla ħlas għall-Istati Membri u għall-istituzzjonijiet jew l-aġenziji tal-Unjoni.
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 17a (ġdida)
(17a) Fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika tal-Istati Membri u ż-żieda ta' miżuri ta' koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġu żviluppati approċċ integrat u indikaturi statistiċi dejjem iżjed affidabbli sabiex il-politiki jiġu implimentati b'mod aktar effettiv.
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 17b (ġdida)
(17b) B'segwitu għall-iskoperta riċenti ta' ksur tal-protezzjoni tad-dejta taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-Istati Membri, jeħtieġ li tissaħħaħ is-sigurtà tal-modalitajiet ta' trasmissjoni ta' dejta statistika sensittiva, inkluża dejta ekonomika;
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt b Regolament (KE) Nru 638/2004 Artikolu 5 – paragrafu 2
2. L-informazzjoni statistika dwar id-dispaċċi u l-wasliet ta’ merkanzija li jkunu s-suġġett ta’ dokument amministrattiv wieħed għall-finijiet doganali jew fiskali għandha tkun ipprovduta direttament mid-dwana lill-awtoritajiet nazzjonali,ta’ lanqas darba fix-xahar.
2. L-informazzjoni statistika dwar id-dispaċċi u l-wasliet ta’ merkanzija li jkunu s-suġġett ta’ dokument amministrattiv wieħed għall-finijiet doganali jew fiskali għandha tkun ipprovduta direttament mid-dwana lill-awtoritajiet nazzjonali darba fix-xahar.
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 638/2004 Artikolu 9a – paragrafu 1
L-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali, kif iddefinit bl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (*), għandu għal skopijiet ta’ statistika biss, jkun permess bejn l-awtoritajiet nazzjonali rispettivi ta’ kull Stat Membru, fejn l-iskambju jservi l-iżvilupp effiċjenti, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea rigward il-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri jew itejjeb il-kwalità tagħhom.
L-iskambju, mingħajr ħlas, ta’ dejta kunfidenzjali, kif iddefinit bl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), għandu għal skopijiet ta’ statistika biss, jkun permess bejn l-awtoritajiet nazzjonali rispettivi ta’ kull Stat Membru, fejn ikun ippruvatli l-iskambju jservi l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni effiċjenti tal-istatistika Ewropea rigward il-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri jew itejjeb b'mod sinifikanti l-kwalità tagħhom. Kwalunkwe piż amministrattiv u spiża addizzjonali għall-Istati Membri għandha tinżamm għal ammont minimu. Tali skambju ta' informazzjoni kunfidenzjali għandu jkun volontarju sal-...**.
______________
(*) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164
(*) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta 'Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
** Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 638/2004 Artikolu 9a – paragrafu 2
L-awtoritajiet nazzjonali li jkunu kisbu d-dejta kunfidenzjali għandhom jittrattaw din l-informazzjoni bħala kunfidenzjali u għandhom jużawha esklussivament għal għanijiet ta' statistika.
L-awtoritajiet nazzjonali li jkunu kisbu d-dejta kunfidenzjali għandhom jittrattaw din l-informazzjoni bħala kunfidenzjali u għandhom jużawha esklussivament għal għanijiet ta' statistika. L-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx jittrażmettu tali dejta lil xi organizzazzjoni internazzjonali, għajr bil-mod previst fir-Regolament.
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 6 – punt c Ir-Regolament (KE) 638/2004 Artikolu 10 – paragrafu 5
5. L-Istati Membri jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet li jilħqu r-rekwiżiti ta’ kwalità, jissimplifikaw it-tagħrif li għandu jingħata għal tranżazzjonijiet żgħar individwali. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, b’konformità mal-Artikolu 13a, atti ddelegati biex tiddefinixxi dawn il-kundizzjonijiet.
5. L-Istati Membri jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet li jilħqu r-rekwiżiti ta’ kwalità, jissimplifikaw it-tagħrif li għandu jingħata għal tranżazzjonijiet żgħar individwali sakemm tali simplifikazzjoni ma jkollha l-ebda effett ta' detriment għall-kwalità tal-istatistika. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, b’konformità mal-Artikolu 13a, atti ddelegati biex tiddefinixxi dawn il-kundizzjonijiet.
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 6a (ġdid) Regolament (KE) Nru 638/2004 Artikolu 11
(6a) L-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Artikolu 11
“Artikolu 11
Il-kunfidenzjalità tal-istatistika
Il-kunfidenzjalità tal-istatistika
Fil-każ uniku fejn il-parti jew il-partijiet li jkunu pprovdew l-informazzjoni hekk jitolbu, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiddeċiedu jekk ir-riżultati tal-istatistika, li permezz tagħhom huwa possibli li jista' jkun identifikati l-imsemmija fornituri, għandhomx jiġu disseminati jew emendati b'tali mod li d-disseminazzjoni tagħhom ma jippreġudikax il-konfidenzalità tal-istatistika.
Fil-każ uniku fejn il-parti jew il-partijiet li jkunu pprovdew l-informazzjoni hekk jitolbu, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiddeċiedu jekk ir-riżultati tal-istatistika, li permezz tagħhom huwa possibli li jista' jkun identifikati l-imsemmija fornituri, għandhomx jiġu disseminati jew emendati b'tali mod li d-disseminazzjoni tagħhom ma jippreġudikax il-konfidenzalità tal-istatistika. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiżguraw li l-benefiċċji statistiċi jegħlbu b'mod ċar l-effetti negattivi eventwali fuq il-parti jew il-partijiet li jipprovdu l-informazzjoni.”
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 7 – punt c Regolament (KE) Nru 638/2004 Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet tekniċi għal kumpilazzjoni ta’ din l-istatistika.
Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet tekniċi għal kumpilazzjoni ta’ din l-istatistika bl-aktar mod ekonomiku possibbli.
(4) Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, kwalunkwe miżura neċessarja biex tiżgura l-kwalità tal-istatistika trażmessa konformement mal-kriterji tal-kwalità.
(4) Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, kwalunkwe miżura neċessarja biex tiżgura l-kwalità tal-istatistika trażmessa konformement mal-kriterji tal-kwalità, filwaqt li tevita spejjeż eċċessivi għall-awtoritajiet nazzjonali.
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 9 Regolament (KE) Nru 638/2004 Artikolu 13a – paragrafu 2
(2) Meta teżerċita s-setgħat delegati fl-Artikolu 3(4), 6(2), 10(3) (4) u (5), 12(1)(a) u (2), il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti ddelegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq il-parteċipanti.
(2) Meta teżerċita s-setgħat delegati fl-Artikolu 3(4), 6(2), 10(3) (4) u (5), 12(1)(a) u (2), il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti ddelegati ma jimponux spejjeż jew piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq il-parteċipanti. Il-Kummissjoni għandha ssegwi tnaqqis fl-ispejjeż u fil-piż amministrattiv fejn ikun possibbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika debitament l-azzjonijiet f’dawk l-atti delegati intenzjonati u tipprovdi informazzjoni, b’kontribut mill-Istati Membri, dwar kwalunkwe piż u spiża tal-produzzjoni assoċjati skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 9 Ir-Regolament (KE) 638/2004 Artikolu 13a – paragrafu 3
3. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 3(4), 6(2), 10(3) (4) u (5), 12(1)(a) u (2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [(Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet:. jekk jogħġbok daħħal id-data preċiża tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' emenda)].
3. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 3(4), 6(2), 10(3) (4) u (5), 12(1)(a) u (2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data preċiża tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' emenda]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 9 Regolament (KE) Nru 638/2004 Artikolu 13a – paragrafu 6
6. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 3(4), 6(2), 10(3) (4) u (5), 12(1)(a) u (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni għalih mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta dak l-att jiġi nnotifikat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
6. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 3(4), 6(2), 10(3) (4) u (5), 12(1)(a) u (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhurmin-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni ta' April 2013 tal-Kummissjoni tan-NU għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità u l-Ġustizzja Kriminali, approvata mill-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-NU f’Lulju 2013, li tħeġġeġ lill-Istati Membri tan-NU biex "iqisu t-traffikar illeċitu tal-fawna u l-flora selvaġġi bħala reat serju meta jkunu involuti gruppi tal-kriminalità organizzata", sabiex b'hekk ipoġġuha fuq l-istess livell bħat-traffikar tal-bnedmin u t-traffikar tad-droga,
– wara li kkunsidra l-investigazzjoni mwettqa mill-Interpol u mill-IFAW (il-Fond Internazzjonali għall-Benessri tal-Annimali) dwar il-kummerċ onlajn tal-avorju fl-UE, li nnutat li l-infurzar tal-liġi fir-rigward tal-kriminalità onlajn marbuta mal-organiżmi selvaġġi għadu fil-bidu tiegħu u talbet l-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni speċifika għall-kummerċ elettroniku li tirregola l-kummerċ tal-organiżmi selvaġġi fl-UE,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2013 dwar l-objettivi strateġiċi tal-UE għas-16-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), li se ssir f'Bangkok (it-Tajlandja) mit-3 sal-14 ta' Marzu 2013(1),
– wara li kkunsidra l-eżitu tal-laqgħa msemmija hawn fuq tal-Konferenza tal-Partijiet (CoP 16), fejn il-partijiet qablu dwar għadd ta' azzjonijiet konkreti kontra l-kaċċa illegali u t-traffikar tal-organiżmi selvaġġi, inklużi d-Deċiżjonijiet 16.39-16.40 u d-Deċiżjonijiet 16.78-16.83,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni CITES, implimentata fl-Unjoni Ewropea permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom(2), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97(3),
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Nru 155 (2011) tal-Kumitat Permanenti tal-Konvenzjoni ta’ Bern dwar il-qtil, il-qbid u l-kummerċ illegali tal-għasafar selvaġġi, adottata fit-2 ta’ Diċembru 2011, u l-Pjan Direzzjonali sussegwenti tal-Kummissjoni dwar l-eliminazzjoni tal-qtil, il-qbid u l-kummerċ illegali tal-għasafar (12/2012),
– wara li kkunsidra l-inizjattivi reċenti meħuda mill-Istati Uniti, il-Filippini u l-Gabon biex jeqirdu l-ħażniet ta’ stokkijiet ta’ avorju illegali tagħhom sabiex joħolqu sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar id-domanda ikbar għall-avorju u l-livelli ikbar ta’ kummerċ u kaċċa illegali, bl-għan li jieħdu azzjoni deċiżiva kontra t-traffikar tal-organiżmi selvaġġi,
– wara li kkunsidra l-istqarrija konġunta tas-26 ta' Settembru 2013 magħmula minn 11-il kap ta’ stat ta’ meded tal-iljunfanti Afrikani, bħala parti mill-impenn għall-azzjoni tal-Inizjattiva Globali Clinton għas-Sħubija biex jiġu Salvati l-Iljunfanti tal-Afrika, li tħeġġeġ pajjiżi oħra "jiddikjaraw jew jerġgħu jinfurzaw moratorji nazzjonali fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni kummerċjali kollha u l-bejgħ u x-xiri domestiku ta’ nejbiet tal-iljunfanti u prodotti tal-avorju sakemm il-popolazzjonijiet tal-iljunfanti selvaġġi ma jibqgħux iżjed mhedda mill-kaċċa illegali",
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar "il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport finali)"(4), u b.mod partikolari l-paragrafu 127 tagħha, u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar "il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet u inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport intermedju)"(5),
– wara li kkunsidra l-eżitu tas-sessjoni ta' ħidma dwar il-kriminalità internazzjonali marbuta mal-orġaniżmi selvaġġi li għamel il-Kumitat tiegħu għall-Ambjent, is-saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel fis-27 ta' Frar 2013 fi Brussell,
– wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni tad-29 ta' Ottubru 2013 dwar il-krimimalitá marbuta mal-organiżmi selavaġġi (O‑000123/2013 – B7‑0529/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selavaġġi, inklużi l-kaċċa u t-teħid illegali ta' organiżmi selvaġġi, it-tranżitu ta' prodotti u derivattivi illegali ta' organiżmi selvaġġi, u l-bejgħ u l-użu illegali ta' dawk il-prodotti fil-pajjiżi konsumaturi issa tirrappreżenta negozju kriminali organizzat b'mod transnazzjonali b'fatturat annwali ta' mill-inqas USD 19-il biljun, u issa hija r-raba’ l-ikbar attività illegali fid-dinja, wara t-traffikar tad-droga, il-falsifikazzjoni u t-traffikar tal-bnedmin;
B. billi t-traffikar illeċitu tal-organiżmi selvaġġi spiss jinvolvi netwerks kriminali organizzati b'mod transnazzjonali u jintuża bħala sors ta’ dħul għal dawn in-netwerks u għal gruppi ribelli militanti;
C. billi l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi tikkostitwixxi theddida għall-benesseri tal-annimali individwali u għall-konservazzjoni tal-ispeċijiet tal-annimali u l-pjanti kkonċernati, u tpoġġi f'riskju l-ekosistemi lokali b'mod ġenerali;
D. billi l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi saret theddida serja għas-sigurtà, l-istabilità politika, l-ekonomija, l-għajxien lokali, ir-riżorsi naturali u l-wirt kulturali ta' ħafna pajjiżi; billi l-livell ta' azzjoni meħtieġ biex jiġi indirizzat b'mod effettiv dan it-theddid ta' spiss jissupera l-mandat uniku tal-aġenziji għall-infurzar tal-liġi ambjentali jew dwar l-organiżmi selvaġġi, jew ta' pajjiż jew reġjun waħdu;
E. billi t-traffikar illeċitu tal-organiżmi selvaġġi mhux biss huwa theddida ewlenija għas-sigurtà, l-istat tad-dritt u l-iżvilupp tal-komunitajiet lokali fejn ir-riżorsi tal-organiżmi selvaġġi qed jonqsu, imma wkoll għall-paċi u s-sigurtà tan-nazzjonijiet u r-reġjuni fejn jinsabu dawk il-komunitajiet, kif ukoll għal żvilupp globali sostenibbli;
F. billi l-indirizzar tal-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi jirrikjedi reazzjoni globali kkoordinata fl-ogħla livell politiku u bejn l-aġenziji tal-infurzar fil-livell internazzjonali u f'dak nazzjonali, kif ukoll użu effikaċi ta' għodda biex jissaħħu s-sistemi tal-ġustizzja kriminali u l-infurzar tal-liġi;
G. billi sakemm id-domanda għall-prodotti tal-organiżmi selvaġġi tibqa’ għolja u l-isforz tal-infurzar ikun baxx, il-kummerċ legali se jkompli jservi bħala kopertura għall-kummerċ illegali u se jkompli jżid il-kaċċa illegali;
1. Jenfasizza li l-UE hija suq sinifikanti kif ukoll rotta ta' tranżitu għall-kummerċ illegali tal-organiżmi selvaġġi; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li skont l-estimi tal-Europol id-dħul iġġenerat mit-traffikar ta' speċijiet fil-periklu jammonta għal bejn EUR 18-il biljun u EUR 26 biljun kull sena, filwaqt li l-UE hija s-suq primarju ta' destinazzjoni fid-dinja;
2. Jenfasizza li l-għan tas-CITES huwa li tiżgura li l-kummerċ internazzjonali fl-annimali u l-pjanti selvaġġi ma jkunx theddida għas-sopravivenza tal-ispeċijiet fl-ambjent naturali tagħhom;
3. Huwa allarmat mill-fatt li l-kummerċ illegali ta' prodotti tal-organiżmi selavaġġi fuq l-internet biss ġie stmat, fir-Rapport tal-Global Financial Integrity ta' Frar 2011 bit-titolu "Transnational Crime in the Developing World", li jammonta għal USD 10 biljun fis-sena;
4. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-rabtiet dejjem jiżdiedu bejn il-persuni u l-flus marbuta mal-kummerċ tal-organiżmi selvaġġi u forom oħra ta' attività kriminali organizzata, inklużi t-traffikar tad-drogi u l-armi, il-korruzzjoni u l-frodi, kif ukoll il-militanza u t-terroriżmu;
5. Huwa mħasseb dwar il-fatt li gruppi tal-kriminalità organizzata, speċjalment dawk b'kapaċitajiet ta' kuntrabandu, isibu t-traffikar tal-organiżmi selvaġġi attraenti minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità u ta’ infurzar u implimentazzjoni tal-liġi, u minħabba l-profitti għoljin u l-penalitajiet dgħajfa;
6. Jenfasizza li jekk l-UE u l-Istati Membri tagħha jixtiequ jkollhom rwol mexxej fil-protezzjoni tal-ispeċijiet fil-periklu, jeħtieġ li mhux biss tiġi żgurata, bħala kwistjoni ta' urġenza, il-promozzjoni attiva u ambizzjuża ta' negozjati internazzjonali, iżda jeħtieġ ukoll li jinħolqu l-qafas legali l-aktar xieraq u l-kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni li se jiżguraw li l-lakuni kollha li jikkontribwixxu għal dan il-kummerċ illegali jintemmu mal-fruntieri tal-Unjoni;
7. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kriminalitá marbuta mal-organiżmi selvaġġi tista' tkun theddida serja għall-istat tad-dritt u għall-iżvilupp sostenibbli;
8. Huwa konxju li l-fenomenu tal-kaċċa illegali ta’ diversi speċijiet ta’ fawna selvaġġa jseħħ anke fit-territorju tal-UE, u li attwalment għad hemm qtil, teħid, qbid u kummerċ ta’ speċijiet rari, partikolarment protetti u anke speċijiet fil-periklu elenkati fl-Anness IV tad-Direttiva 92/43/KEE (id-Direttiva dwar il-Ħabitat) u fl-Anness I tad-Direttiva 2009/147/KE (id-Direttiva dwar l-Għasafar);
Azzjoni fi ħdan l-UE
9. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi, mingħajr dewmien, pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra l-kriminalità u t-traffikar marbuta mal-organiżmi selvaġġi, inklużi riżultati u skedi ta’ żmien ċari;
10. Jenfasizza li l-UE hija destinazzjoni ta' tranżitu ewlenija għall-prodotti illegali tal-organiżmi selvaġġi, kif enfasizzat f’rapport reċenti maħruġ minn TRAFFIC(6), u għalhekk qiegħda f'pożizzjoni privileġġata biex tikkontrolla dan il-kummerċ;
11. Jistieden lill-Istati Membri jintroduċu moratorji fuq l-importazzjoni kummerċjali, l-esportazzjonijiet u l-bejgħ u x-xiri domestiku ta’ nejbiet tal-iljunfanti u tal-prodotti tal-avorju maħduma u mhux maħduma kollha sakemm il-popolazzjonijiet tal-iljunfanti selvaġġi ma jibqgħux aktar mhedda mill-kaċċa illegali;
12. Jistieden lill-Istati Membri jingħaqdu ma’ Partijiet għas-CITES oħra fl-għoti ta’ sinjal ċar kontra t-traffikar tal-organiżmi selvaġġi u d-domanda għall-prodotti illegali tal-organiżmi selvaġġi billi jeqirdu l-ħażniet ta’ stokkijiet tagħhom ta’ avorju illegali;
13. Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/425/KE li tidentifika sett ta’ azzjonijiet għall-infurzar tar-Regolament (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom; jirrakkomanda li l-Istati Membri jipprovdu għall-konfiska fil-pront ta' kwalunkwe kampjun maqbud biex jimplimentaw aħjar is-CITES u jipproteġu l-benessri tal-annimali ħajjin;
14. Jistieden lill-Kummissjoni tqabbad lill-Kumitat Permanenti tas-CITES rigward id-Deċiżjoni 16.47 tal-CoP 16 dwar id-dispożizzjonijiet għas-simplifikazzjoni tad-disponiment tal-kampjuni nnegozjati b’mod illegali u konfiskati biex tiżgura approċċi kkoordinati għall-iskambju tal-informazzjoni u t-treġġigħ lura d-dar malajr tal-annimali ħajjin ikkonfiskati;
15. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex isaħħu l-ġudikatura fl-UE permezz ta' sensibilizzazzjoni, kapaċità u riżorsi msaħħa sabiex jiġi żgurat li l-prosekuzzjonijiet ta' traffikar illeċitu ta' organiżmi selvaġġi jitwettqu b'mod effikaċi u bil-pieni massimi previsti mil-liġi, u li dawk li jwettqu reat b'rabta mal-organiżmi selvaġġi jirċievu pieni li jkunu proporżjonati mal-gravità tar-reat; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tissimplifika l-armonizzazzjoni bejn l-Istati Membri skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2007/425/KE sabiex jiġi evitat li l-Istati Membri bl-anqas pieni jiġu sfruttati bħala punt ta' dħul ta' preferenza;
16. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex timmonitorja u tissorvelja bir-reqqa l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/99/KE dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali, minħabba li anke llum il-ġurnata, f’ċerti Stati Membri għadhom ma ġewx previsti sanzjonijiet kriminali effikaċi, li huma previsti wkoll mid-Direttiva għal min joqtol, jeqred, jippossjedi jew jieħu kampjuni ta’ speċijiet ta’ fawna u flora selvaġġi protetti;
17. Jitlob, abbażi tal-istess tħassib espress fir-riżoluzzjoni tan-NU ta’ Mejju 2013 li tinkludi r-reati kontra l-foresti, li jiġu eżaminati l-istrumenti eżistenti tal-UE dwar il-kummerċ illegali tal-injam u atti oħra relatati mal-foresti, sabiex jiġi determinat jekk humiex adegwati u effikaċi biżżejjed biex ilaħħqu mal-għadd kbir ta’ kummerċ illegali rreġistrat attwalment fl-Unjoni;
18. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li attwalment, fl-UE, għad hemm differenzi enormi bejn id-l-Istati Membri fir-rigward tas-sistema ta' sanzjonijiet kontra min jinnegozja, jieħu, jaqbad jew jippossjedi kampjuni ta’ organiżmi selvaġġi protetti; jinnota li din id-diversità ta’ trattament fost l-Istat Membri fir-rigward tal-pieni spiss ikollha impatt negattiv fuq l-effettività tas-sistemi ta’ monitoraġġ u l-effiċjenza ta' dawk responsabbli għall-monitoraġġ f'kull Stat Membru;
19. Jitlob sanzjonijiet xierqa għal każijiet ta' ksur tar-Regolament (KE) Nru 338/97, biex jiskoraġġixxu l-kriminalitá marbuta mal-organiżmi selvaġġi, u biex jitqies ukoll il-valur tas-suq u l-valur ta' konservazzjoni tal-ispeċijiet involuti fir-reat, kif ukoll l-ispejjeż imġarrba; jitlob l-iżvilupp ta' sistema li tipprovdi għall-aġġornament u l-aġġustament regolari tal-ammonti tal-pieni;
20. Jenfasizza l-fatt li d-Direttiva 2008/99/KE dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali tarmonizza d-definizzjonijiet ta' kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi madwar l-Unjoni kollha; jinnota, barra minn hekk, li d-direttiva tirrikjedi li l-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ sanzjonijiet kriminali effikaċi, proporzjonati u dissważivi, u għalhekk iħeġġiġhom biex jistabbilixxu mingħajr dewmien livelli ta’ sanzjonijiet xierqa għall-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi;
21. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jagħtu appoġġ lit-taħriġ dedikat għall-katina kollha tal-infurzar taħt l-istrumenti finanzjarji eżistenti rilevanti;
22. Jistieden lill-Istati Membri biex jużaw l-istrumenti rilevanti kollha, kemm dawk Ewropej kif ukoll dawk domestiċi, kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, u jiżguraw il-konfiska tal-assi fil-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi;
23. Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jikkonformaw mar-riżoluzzjoni ta' April 2013 tal-Kummissjoni tan-NU għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità u l-Ġustizzja Kriminali billi jaġġornaw il-leġiżlazzjoni tagħhom sabiex jiżguraw li t-traffikar illeċitu ta' fawna u flora selvaġġi bl-involviment tal-gruppi tal-kriminalità organizzata jkun definit reat kriminali kastigabbli b’sentenza sa erba’ snin ħabs jew iżjed, sabiex il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali tkun tista’ tintuża bħala l-bażi għall-kooperazzjoni internazzjonali u l-assistenza legali reċiproka;
24. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet stipulati fil-"Proġett WEB", investigazzjoni INTERPOL/IFAW fil-kummerċ onlajn tal-avorju fl-UE;
25. Huwa konxju li l-kaċċa, mhux sostenibbli u bla etika, għat-trofej ikkaġunat tnaqqis fuq skala kbira f'dawk l-ispeċijiet fil-periklu elenkati fl-Appendiċi I u II tas-CITES, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġaw reviżjoni eventwali tad-dispożizzjonijiet legali tal-UE li jirregolaw l-importazzjoni ta' trofej tal-kaċċa fl-Istati Membri u jirrikjedu permessi għall-importazzjoni ta’ trofej tal-ispeċijiet kollha elenkati fl-Anness B tatat-test rilevanti;
26. Jinnota l-problemi li ġew dokumentati ta' annimali maqbuda fis-selvaġġ li jiddaħħlu fis-sistema legali permezz tal-użu ta' dispożizzjonijiet ta' natura inqas ristrettiva dwar trobbija ta' annimali fil-magħluq; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa d-Deċiżjonijiet 16.63-16.66 tal-CoP 16 dwar kampjuni mrobbija fil-magħluq, u biex tipprovdi appoġġ finanzjarju għal studju li jevalwa t-tħassib dwar speċijiet iddikjarati bħala mrobbija fil-magħluq u għall-iżvilupp ta' gwida għall-ispezzjoni tal-faċilitajiet;
27. Jitlob li tiġi stabbilita Unità kontra l-Kriminalità marbuta mal-Organiżmi Selvaġġi fi ħdan il-Europol, li jkollha setgħat u responsabilitajiet transazzjonali kif ukoll riżorsi umani suffiċjenti u kwalifikati u finanzjament adegwat, bl-għan li l-informazzjoni u l-analiżi jiġu ċċentralizzati filwaqt li l-investigazzjonijiet jiġu kkoordinati, b'riżultat li jkun hemm iktar investigazzjonijiet konġunti u approċċ strateġiku iktar ikkoordinat; jitlob l-ottimizzazzjoni u t-tisħiħ tal-kollegament bejn il-korpi ta' spezzjoni lokali fl-Istati Membri ma’ dawk internazzjonali sabiex jitjieb l-iskambju ta’ informazzjoni u b’hekk jiżdiedu l-effettività u l-effiċjenza tal-ħidma tal-ispetturi lokali;
28. Jistieden lill-Istati Membri, għal dan il-fini, biex jistabbilixxu t-Task Force Nazzjonali għas-Sigurtà Ambjentali (NEST) irrakkomandata mill-Interpol, u biex jidħlu f’operazzjonijiet ikkoordinati permezz tal-Unità kontra l-Kriminalità marbuta mal-Organiżmi Selvaġġi fi ħdan il-Europol;
29. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-riżorsi dedikati għas-CITES fi ħdan is-servizzi ikunu suffiċjenti biex jippermettu li l-UE jkollha rwol ta’ tmexxija, fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tal-Emenda ta’ Gaborone fis-CITES;
30. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jużaw l-istrumenti ta' kummerċ u żvilupp tagħhom biex jistabbilixxu programmi dedikati, biex isaħħu l-implimentazzjoni tas-CITES u jipprovdu riżorsi għall-bini ta' kapaċità kontra l-kaċċa u t-traffikar illegali, b'mod partikulari billi jappoġġaw, isaħħu u jespandu inizjattivi ta' infurzar bħalma huma l-ASEAN-WEN (ASEAN Wildlife Enforcement Network), il-HA-WEN (Horn of Africa Wildlife Enforcement Network), l-LATF (Lusaka Agreement Task Force) u l-PAPECALF (Plan d’Action sous-régional des pays de l’espace COMIFAC pour le renforcement de l’application des législations nationales sur la faune sauvage 2012 – 2017), li għandhom l-għan li jistabbilixxu ċentri reġjonali ta' kompetenza u jipprovdu mudelli għall-kooperazzjoni kontra l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi;
31. Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jaħdmu b’mod proattiv sabiex jagħmlu liċ-ċittadini Ewropej konxji mill-fatt li l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi mhix kwistjoni li tikkonċerna biss kontinenti oħra, imma iktar minn hekk hi kwistjoni urġenti li tikkonċerna l-pjaneta tagħna u l-ekosistema tagħna b’impatt politiku, ekonomiku u soċjali fuq il-komunitajiet madwar id-dinja;
Azzjoni internazzjonali
32. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jinkludu l-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi bħala prijorità fl-ipprogrammar tal-istrumenti finanzjarji għall-għajnuna għall-iżvilupp, kemm fl-ipprogrammar tematiku kif ukoll f'dak reġjonali;
33. Jilqa' l-fatt li l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi ġiet "aġġornata" għall-istess livell tal-kriminalità organizzata internazzjonali serja bħat-traffikar tal-bnedmin u d-drogi wara r-Riżoluzzjoni tal-UNCCPCJ tas-26 ta' April 2013, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw il-politika ta' kummerċ u żvilupp tagħhom biex jiżguraw li l-ftehim internazzjonali jiġi implimentat bis-sħiħ; jinnota li fost il-prijoritajiet tal-UE għat-68 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU adottati mill-Kunsill f’Ġunju 2013, għad hemm l-idea li jiżdiedu l-isforzi kontra l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi u l-qtugħ illegali tas-siġar u tiġi promossa governanza mtejba;
34. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu l-almu tagħhom, fis-CITES u fid-djalogu bilaterali mal-pajjiżi konsumaturi, biex jiżguraw l-għeluq tas-swieq legali paralleli, internazzjonali u domestiċi, li qed jistimulaw id-domanda għall-ispeċijiet f’riskju sinifikanti bħall-iljunfanti, ir-rinoċeronti u t-tigri;
35. Jinnota li hemm mekkaniżmi disponibbli taħt is-CITES għall-Partijiet mhux konformi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għalhekk, biex jużawhom sal-limitu sħiħ tagħhom, jekk dan ikun iġġustifikat;
36. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu Fond Fiduċjarju, jew faċilità simili, skont l-Artikolu 187 tar-regolament finanzjarju rivedut applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, bl-għan li jiġu ssalvagwardjati ż-żoni protetti u jiġu miġġielda t-traffikar u l-kaċċa illegali tal-organiżmi selvaġġi, bħala parti mill-Pjan ta’ Azzjoni kontra t-traffikar tal-organiżmi selvaġġi;
37. Jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġaw bil-qawwi l-Konsorzju Internazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-Kriminalità marbuta mal-Organiżmi Selvaġġi (ICCWC), li jinkludi s-CITES, l-Interpol, il-UNODC (Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità), il-Bank Dinji u l-Organizzazzjoni Doganali Dinjija, inkluż permezz tal-għoti ta’ riżorsi finanzjarji u kompetenza speċjalizzata, sabiex jiġi ffaċilitat il-bini tal-kapaċità mill-gvernijiet u l-iskambju ta' informazzjoni u ta' intelligence, u jiġi appoġġat l-infurzar u l-konformità mill-membri tal-ICCWC;
38. Jilqa’ l-fatt li fl-aħħar summit tal-G-8 (li sar f’Lough Erne, l-Irlanda ta' Fuq f'Ġunju 2013) ġie deċiż li tittieħed azzjoni biex jiġi indirizzat it-traffikar illegali tal-ispeċijiet tal-organiżmi selvaġġi protetti jew fil-periklu u jiġi offrut appoġġ politiku u prattiku lil dawk l-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali li jmexxu l-isforzi biex titjieb il-kapaċità tal-pajjiżi li jimmonitorjaw u jikkontrollaw il-fruntieri tagħhom u biex jindirizzaw il-fatturi li jiffaċilitaw bħall-korruzzjoni, il-kriminalità organizzata transnazzjonali u t-traffikar illeċitu, li jxekklu l-governanza u l-istat tad-dritt u f’xi każijiet jipprovdu sors importanti ta’ finanzjament għat-terroristi;
39. Jistieden lill-Kummissjoni biex, permezz tal-ħidma tagħha mal-istati ta’ medda Afrikani u Asjatiċi, tassisti lil dawk il-pajjiżi biex isaħħu l-politiki u l-oqfsa legali tagħhom, iżidu l-kapaċità tal-infurzar tal-liġi, jiżviluppaw sistemi ġudizzjarji effikaċi u jsaħħu l-mekkaniżmi biex jindirizzaw il-korruzzjoni, sabiex jiġġieldu aħjar il-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi fil-livelli lokali, nazzjonali u reġjonali, inkluż bl-appoġġ u l-finanzjament tal-applikazzjoni ta' inizjattivi bħalma hi l-ġabra ta’ strumenti tal-ICCWC;
40. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-politiki u l-oqfsa legali, iżidu l-kapaċità għall-infurzar tal-liġi, jindirizzaw il-ħtiġijiet tat-teknoloġija tal-intelligence u jiżviluppaw sistemi ġudizzjarji effikaċi jiġġieldu aħjar il-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi fil-livelli lokali, nazzjonali u reġjonali, fost l-oħrajn billi jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' inizjattivi bħalma hi l-ġabra ta' strumenti tal-ICCWC u t-taħriġ ta' prosekuturi speċjalizzati fil-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi;
41. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa u timplimenta strateġiji reġjonali ta' infurzar tal-liġi fir-rigward tal-organiżmi selvaġġi u netwerks li jkunu interkonnessi permezz ta' mekkaniżmu globali ta' koordinazzjoni, inter alia billi tappoġġa l-Programm dwar il-Kriminalità Ambjentali tal-Interpol, l-istabbiliment tan-NESTs u l-integrazzjoni tagħhom mal-korpi reġjonali tal-infurzar bħat-Task Force tal-Ftehim ta’ Lusaka, il-HA-WEN, is-SAWEN (South Africa Wildlife Enforcement Network) u l-ASEAN-WEN;
42. Jinnota d-domanda għolja u li dejjem qed tiżdied għall-prodotti illegali marbuta mal-organiżmi selvaġġi miċ-Ċina u x-Xlokk tal-Asja, u jenfasizza l-ħtieġa li din il-kwistjoni titqiegħed fuq l-aġenda tad-djalogu bejn l-UE u l-Asja, fl-ogħla livell politiku; jappoġġa, b'rabta ma' dan, bħala pass sinifikanti, il-ftehim iffirmat f’Lulju 2013, mill-Kummissarju Potocnik u l-Viċi Ministru Ċiniż għall-Amministrazzjoni tal-Forestrija tal-Istat, Zhang Jianlong, dwar sforzi komuni kontra t-traffikar tal-organiżmi selvaġġi, u jixtieq jara li dan il-ftehim jiġi implimentat b'mod sħiħ;
43. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jesploraw il-kwistjonijiet mal-Unjoni Afrikana, in-NEPAD (is-Sħubija Ġdida għall-Iżvilupp tal-Afrika), l-AMCEN (il-Konferenza Ministerjali Afrikana dwar l-Ambjent), u l-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana, fil-qafas tas-Summit Afrika UE 2014 li ġej, sabiex jidentifikaw oqsma ta' azzjoni kollaborattiva dwar din l-isfida globali għall-Istrateġija Konġunta UE-Afrika 2014-2020;
44. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi l-kwistjoni tat-traffikar tal-organiżmi selvaġġi fil-kooperazzjoni transatlantika, bl-għan li tiżviluppa approċċ komuni li jiggarantixxi reġimi legali effikaċi li jipprevjenu l-prodotti nnegozjati illegalment milli jidħlu fis-swieq Ewropej u Amerikani u li ttejjeb il-kanali tal-komunikazzjoni għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-organiżmi selvaġġi u r-regolamenti kummerċjali;
45. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw l-isforzi fil-pajjiżi ewlenin biex jaħdmu mal-ministeri kollha biex ifasslu u jimplimentaw kampanji b’riċerka tajba dwar it-tnaqqis fid-domanda u jiżguraw investiment adegwat fit-tul għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-istrateġiji;
46. Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-iżvilupp ta’ għajxien alternattiv għall-komunitajiet lokali l-eqreb tal-organiżmi selvaġġi kkonċernati li jikkontribwixxi b’mod evidenti għall-irkupru u ż-żamma tal-popolazzjonijiet tal-organiżmi selvaġġi u biex jinvolvu lill-komunitajiet fl-operazzjonijiet kontra l-kaċċa illegali;
47. Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jadottaw u jimplimentaw liġijiet u politiki effikaċi li jiddiswadu l-konsum ta' prodotti derivati minn speċijiet ta' organiżmi selvaġġi vulnerabbli, biex jedukaw lil-konsumaturi dwar l-impatt tal-konsum tagħhom ta' speċijiet ta' organiżmi selvaġġi, u biex jipprovdu informazzjoni adegwata dwar il-konsegwenzi u l-perikli inerenti fit-tixrid bla kontroll ta' ċerti speċijiet aljeni madwar l-ekosistemi indiġeni;
o o o
48. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-segretarjat tas-CITES, l-Interpol, l-Europol, il-UNDOC, il-Bank Dinji u l-Organizzazzjoni Dinjina Doganali.
Ir-riindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa biex jiġu promossi l-kompetittività u s-sostenibbiltà
507k
248k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2014 dwar ir-riindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa biex jiġu promossi l-kompetittività u s-sostenibbiltà (2013/2006(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 173 tat-Titolu XVII tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li kien l-Artikolu 157 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea), li jkopri l-politika industrijali tal-UE u jirreferi, fost affarijiet oħra, għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2012 bit-titolu ‘Industrija Ewropea Aktar b’Saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku – Aġġornament tal-Komunikazzjoni dwar il-Politika Industrijali’ (COM(2012)0582),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija(1),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2012 għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna" (COM(2012)0710).
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2011 għal regolament li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014 - 2020) (COM(2011)0834),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Lulju 2012 intitolata "L-Istrateġija tal-kompetittività sostenibbli fis-settur tal-kostruzzjoni u tal-intrapriżi tiegħu" (COM(2012)0433),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2008 bit-titolu "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir. Att dwar in-Negozji ż-Żgħar" għall-Ewropa (COM(2008)0394),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2008 bit-titolu "L-inizjattiva tas-swieq tal-materja prima – nilħqu l-ħtiġijiet kritiċi tagħna għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Ewropa" (COM(2008)0699),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bit-titolu "Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2010 bit-titolu "Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020: Unjoni tal-Innovazzjoni" (COM(2010)0546),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2011 bit-titolu "Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi" (COM(2011)0571),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2011 bit-titolu "Industrial policy: Reinforcing competitiveness" (COM(2011)0642),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2011 bit-titolu "Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050" (COM(2011)0885),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Frar 2012 bit-titolu "Ninnovaw għal Tkabbir Sostenibbli: Bijoekonomija għall-Ewropa" (COM(2012)0060),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2012 bit-titolu "Azzjoni għall-istabbiltà, għat-tkabbir u għall-impjiegi" (COM(2012)0299),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ġunju 2012, bit-titolu "Strateġija Ewropea għat-Teknoloġiji Ewlenin ta' Appoġġ – Pont għat-tkabbir u l-impjiegi" (COM(2012)0341),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2013 bit-titolu "Green Paper: Il-finanzjament fuq terminu twil tal-ekonomija Ewropea" (COM(2013)0150),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2013 bit-titolu "Green Paper – Qafas għall-politiki dwar il-klima u l-enerġija sal-2030’ (COM(2013)0169),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Novembru 2008 bit-titolu "L-inizjattiva tas-swieq tal-materja prima – nilħqu l-ħtiġijiet kritiċi tagħna għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Ewropa" (COM(2008)0699) – (SEC(2008)2741),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Settembru 2012 bit-titolu "Competitiveness of the European high-end industries" (SWD(2012)0286),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2012 li jakkumpanja l-komunikazzjoni dwar "A Stronger European Industry for Growth and Economic Recovery Industrial Policy Communication Update" (SWD(2012)0297),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2012 bit-titolu "European Competitiveness report 2012. Reaping the benefits of Globalisation" (SWD(2012)0299),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Kummissjoni tal-11 ta’ April 2013 bit-titolu "Industrial relations in Europe 2012" (Ir-relazzjonijiet industrijali fl-Ewropa 2012) (SWD(2013)0126),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ġunju 2013 bit-titolu "Is-segwitu tal-Kummissjoni tal-Konsultazzjoni "TOP TEN" tal-SMEs dwar ir-Regolamentazzjoni tal-UE" (COM(2013)0446),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tas-17 ta’ April 2013 intitolata "Strateġija tal-kompetittività sostenibbli fis-settur tal-kostruzzjoni u l-intrapriżi tiegħu"(2),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-20 ta’ Marzu 2013 intitolata "L-involviment u l-parteċipazzjoni tal-impjegati bħala pedamenti essenzjali ta’ governanza korporattiva tajba u approċċi bbilanċjati biex tingħeleb il-kriżi"(3),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2010 dwar l-investiment fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji b’livell baxx ta’ karbonju (SET-Plan)(4),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Settembru 2010 dwar l-iżvilupp tal-potenzjal ta’ ħolqien ta’ impjiegi ta’ ekonomija sostenibbli ġdida(5),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali(6),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar Politika Industrijali għall-Era Globalizzata(7),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Settembru 2011 dwar strateġija effettiva tal-materja prima għall-Ewropa(8),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Mejju 2012 dwar Ewropa li tuża r-riżorsi b'effiċjenza(9),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Ġunju 2012 bit-titolu "L-Att dwar is-Suq Uniku: Il-Passi li Jmiss għal Tkabbir"(10),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2012 dwar "L-SMEs: kompetittività u opportunitajiet kummerċjali"(11),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar l-impatti ambjentali tal-attivitajiet ta’ estrazzjoni ta' gass tax-shale u ta' żejt tax-shale(12),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar l-aspetti industrijali u enerġetiċi u aspetti oħra tal-gass u ż-żejt tax-shale(13),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2013 dwar il-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050, futur bl-enerġija(14),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050(15),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar sfidi u opportunitajiet attwali għall-enerġija rinnovabbli fis-suq intern Ewropew tal-enerġija(16),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar strateġiji reġjonali għaż-żoni industrijali fl-Unjoni Ewropea(17),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Ġunju 2013 dwar l-akkomodazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea(18),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ Lulju 2013 dwar il-kontribut tal-kooperattivi biex tingħeleb il-kriżi(19),
– wara li kkunsidra d-dibattitu tiegħu tal-4 ta’ Frar 2013, b’segwitu għad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni, dwar l-irkupru tal-industrija Ewropea fid-dawl tad-diffikultajiet attwali (2013/2538(RSP)),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-3 208 laqgħa tal-Kunsill Kompetittività tal-10 u l-11 ta’ Diċembru 2012 bit-titolu "A stronger European industry for growth and economic recovery",
– wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu "EU industrial structure 2011 – Trends and Performance" tal-2011 li sar f’isem il-Kummissjoni,
– wara li kkunsidra r-rapport li joħroġ minn stħarriġ tal-inizjattivi tal-UE 2020 bit-titolu "An Industrial Policy for the Globalisation Era", li sar f’April 2013 f’isem il-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2013 dwar "Industrija Ewropea Aktar b’Saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku. Aġġornament dwar il-Komunikazzjoni tal-Politika Industrijali"(20),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-11 ta’ April 2013 bit-titolu "Industrija Ewropea aktar b’saħħitha għat-tkabbir u l-irkupru ekonomiku"(21),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0464/2013),
A. billi l-industrija Ewropea qed taffaċċja kriżi bla preċedent u għandha wkoll diversi żvantaġġi li jxekklu l-kompetittività tagħha;
B. billi ċ-ċifri mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea huma ambizzjużi iżda kundizzjonali, minħabba li huma marbutin ma’ diversi fatturi li għadhom identifikati ħażin;
C. billi l-industrija Ewropea għandha rwol ewlieni u hija parti importanti mis-soluzzjoni għal din il-kriżi;
D. billi l-kompetituri industrijali tal-Ewropa ilhom snin jiżviluppaw strateġiji industrijali b’saħħithom,
E. billi l-UE teħtieġ strateġija biex tindirizza l-kriżi ekonomika u finanzjarja u tagħti bidu għal dinamika ekonomika ġdida;
F. billi l-Kummissjoni għandha tiġi mfaħħra talli impenjat ruħha f’politika industrijali bil-komunikazzjoni tagħha bil-għan li torganizza bidla fir-rotta industrijali;
G. billi l-futur komuni tal-Ewropa bħala destinazzjoni industrijali jinsab f’offensiva favur il-modernizzazzjoni li ssaħħaħ iċ-ċentri tal-innovazzjoni u telimina n-nuqqasijiet fl-iżvilupp ta’ reġjuni dgħajfa industrijalment u strutturalment;
H. billi t-tnaqqis fid-disponibbiltà ta’ kreditu jillimita l-investimenti, u dan jostakola l-innovazzjoni kif ukoll l-adozzjoni ta’ teknoloġiji effiċjenti ġodda; Billi politika industrijali fl-Ewropa għalhekk teħtieġ arkitettura finanzjarja robusta li tippromwovi l-investimenti;
I. billi l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament fin-Nofsinhar tal-Ewropa huma aktar riġidi u b’hekk jinħtieġu soluzzjonijiet ta’ finanzjament imfassla apposta;
J. billi l-Istati Membri għandhom jiġu ggwidati minn metodi ta’ ristrutturar industrijali li taw prova ta' suċċess fl-Ewropa u f’pajjiżi oħra fid-dinja;
K. billi l-Kummissjoni rrimarkat li l-industriji tal-UE jistgħu jiksbu lura l-attrattiva tagħhom minħabba t-tnaqqis mistenni fid-differenzjali tal-pagi globali;
L. billi l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ġenerali aħjar għal politika industrijali Ewropea jfisser it-twettiq u l-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-UE fi ħdan ekonomija tas-suq soċjali;
M. billi l-ewwel prijorità tal-Ewropa għandha tkun li ssalvagwardja s-setturi tal-manifattura u n-know-how, filwaqt li l-industrija tiġi megħjuna terġa' tikseb il-kompetittiva tagħha f'livell dinji;
N. billi l-ispejjeż tal-enerġija għall-industrija u d-differenzi li qed jiżdiedu tal-prezzijiet tal-enerġija bejn l-Ewropa u l-pajjiżi industrijalizzati l-oħra (b’mod partikolari l-Istati Uniti) se jkollhom rwol ikbar jekk it-tendenzi attwali ma jiġux indirizzati b'mod adegwat;
O. billi fid-dawl tal-isfidi globali huwa essenzjali li l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi tkun fil-bażi tat-tiġdid industrijali Ewropew jekk l-industrija Ewropea għandha l-ħsieb li żżomm il-kompetittività tagħha fil-futur;
P. billi l-UE teħtieġ approċċ ta’ politika industrijali li jgħaqqad flimkien il-kompetittività, is-sostenibbiltà u xogħol deċenti sabiex jiġu indirizzati l-isfidi kbar tas-soċjetà;
Q. billi huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-konsistenza tal-politika tal-enerġija, tal-klima, dik ambjentali, industrijali u kummerċjali tal-UE sabiex jinsab bilanċ bejn l-objettivi tal-politika tal-klima u tal-protezzjoni tal-ambjent u l-objettivi tar-RISE;
R. billi fl-aħħar għexieren ta’ snin il-produttività tax-xogħol żviluppat b’mod ħafna aktar mgħaġġel mill-produttività tar-riżorsi, filwaqt li l-istimi juru li x-xogħol jirrappreżenta inqas minn 20 % tal-ispejjeż ta' produzzjoni, waqt li r-riżorsi jirrappreżentaw 40 %;
S. billi l-UE għandha fi ħdanha kapaċità ta’ innovazzjoni enormi b’sitt Stati Membri tal-UE fost l-ewwel 10 mill-50 pajjiż l-aktar innovattivi fid-dinja;
T. billi l-politika industrijali għandha dimensjoni soċjali qawwija li taffettwa l-livelli kollha tas-soċjetà;
U. billi politika industrijali Ewropea teħtieġ forza tax-xogħol b’saħħitha, filwaqt li bħala medja 7 % biss tal-forza tax-xogħol b’ħiliet baxxi ġiet imħarrġa;
Strateġija ta’ ‘Qawmien mill-Ġdid tal-Industrija għal Ewropa Sostenibbli’ (RISE): prinċipji, objettivi u governanza
1. Jilqa’ l-enfasi tal-Kummissjoni fuq il-politika industrijali (PI), peress li tali enfasi hija essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku u l-kompetittività, u tiżgura prosperità fuq terminu ta' żmien twil, filwaqt li ssolvi l-problema tal-qgħad, meta jitqies li l-industrija toħloq impjieg wieħed minn kull erbgħa, u tipprovdi impjieg għal madwar 34 miljun ruħ; jissottolinja l-fatt li l-PI għandha tindirizza d-dgħufijiet komparattivi fl-ekonomija tal-UE, sew jekk huma nuqqas ta' investiment fir-R&Ż, l-iżvilupp ta' prezzijiet tal-enerġija, burokrazija żejda jew diffikultà fl-aċċess għall-finanzi; jinnota li l-industrija hija responsabbli għal 80 % tan-nefqa fil-qasam tar-R&Ż u li kważi 75 % tal-esportazzjonijiet Ewropej jikkonsistu f'merkanzija industrijali; jenfasizza li l-industrija hija responsabbli għal parti kbira mill-ħolqien ta' valur fl-ekonomija, filwaqt li kull impjieg fl-industrija joħloq madwar żewġ impjiegi addizzjonali fis-setturi tal-provvista u s-servizzi;
2. Jenfasizza li l-qawwa u l-importanza industrijali futuri tal-Unjoni Ewropea jinsabu fil-Qawmien mill-Ġdid ta' strateġija tal-Industrija għal Ewropa Sostenibbli (RISE) li tfittex innovazzjoni teknoloġika, kummerċjali, finanzjarja, ambjentali u soċjali favur it-tielet rivoluzzjoni industrijali li tinkludi strateġija ta' effiċjenza li terġa' tindustrijalizza l-Ewropa, isaħħaħ l-industrija Ewropea b'mod globali u taġixxi bħala rispons għall-isfidi soċjali li qed jiżdiedu; jargumenta li l-istrateġija RISE tista’ toħloq swieq ġodda, inter alia għal prodotti u servizzi ġodda u innovattivi, mudelli kummerċjali u imprendituri u intrapriżi kreattivi, impjiegi ġodda u xogħol deċenti, u b’hekk iġġib magħha tiġdid industrijali b’dinamiżmu ekonomiku, fiduċja u kompetittività; jemmen li waħda mill-prijoritajiet prinċipali hija li jinżammu setturi tal-produzzjoni b'saħħitjom u n-know-ħow u li s-swieq miftuħa, id-disponibilità ta' enerġija u materja prima kif ukoll l-innovazzjoni, l-enerġija u l-effiċjenza fl-enerġija u l-effiċjenza fir-riżorsi huma pilastri ewlenin ta’ tali strateġija għall-kompetittività; jinnota li infrastruttura affidabbli orjentata lejn il-futur għat-trasport, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija kif ukoll it-telekomunikazzjonijiet huma wkoll ta’ importanza kbira;
3. Iqis li l-istrateġija RISE trid tkun integrata f’ekonomija ekoloġika u ekonomija soċjali tas-suq f'konformità mal-prinċipji tal-imprenditorija, il-kompetizzjoni ġusta, il-mira fuq żmien twil ta' internalizzazzjoni tal-esternalitajiet, politiki finanzjarji sodi u regolamenti ta' qafas ekonomiċi b’kuxjenza ambjentali; isostni li l-politika industrijali għandha tkun koerenti ma' viżjoni ggwidata mill-innovazzjoni, is-sostenibilità u l-kompetittività, li jsaħħaħ is-setturi tal-manifattura u n-know-how kif ukoll l-ekonomija ċirkolari; jinnota r-rwol kruċjali li għandhom l-industrija u l-kumpaniji bħala promoturi tas-sostenibilità kif ukoll l-importanza tat-trasparenza fil-katini tal-provvista;
4. Jenfasizza li l-istrateġija RISE teħtieġ aġenda għal żmien qasir sabiex issalvagwrdja l-bażi tal-manifattura u n-know-how, biex jiġu indirizzati l-isfidi urġenti f'uħud mis-setturi (bħall-kapaċità żejda ta’ produzzjoni, ir-ristrutturar u l-kompetizzjoni inġusta) kif ukoll pjan direzzjonali u qafas fuq terminu twil ibbażat fuq approċċ b'objettivi u miri ċari u stabbli, indikaturi bbażati fuq ix-xjenza u approċċ ta' ekonomija b'ċiklu tal-ħajja u ċirkolari li joħloq u jipprovdi inċentivi biex l-investimenti jiġu diretti lejn il-kreattività, il-ħiliet, l-innovazzjoni, it-teknoloġiji ġodda, u jippromwovi l-modernizzazzjoni, is-sostenibilità u l-kompetittività tal-bażi industrijali tal-Ewropa, permezz ta’ politika konxja mill-katina tal-valur li tkopri intrapriżi ta' kull daqs, tagħti attenzjoni dovuta lill-industriji bażiċi u twassal għaż-żamma tal-katina ta' produzzjoni fl-Ewropa; iqis li tali modernizzazzjoni għandha tinbena fuq iż-żewġ industriji ewlenin u setturi ġodda tal-industrija u li għandha tkun indirizzata lejn it-tkabbir f'konformità ma' prinċipji ta' żvilupp sostenibbli;
5. Jenfasizza li l-politika industrijali tinkorpora l-oqsma kollha tal-politika li għandhom impatt fuq l-industrija; jirrikonoxxi li l-PI għandha tindirizza l-isfidi kbar tas-soċjetà u tal-ambjent stabbiliti fl-istrateġija u l-għanijiet tal-Ewropa 2020, kif ukoll il-miri, inklużi l-objettivi futuri dwar l-enerġija, ir-riżorsi, l-impjiegi u l-klima, u għandha tiġi integrata b’mod effettiv fil-proċess tas-Semestru Ewropew u l-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma, sabiex jiġu stabbiliti l-prekundizzjonijiet meħtieġa għall-investiment u jinħolqu impjiegi tajba, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-komunikazzjoni tagħha dwar l-impenji tagħha favur il-PI sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-fiduċja tal-investituri, tal-ħaddiema u taċ-ċittadini fl-azzjoni Ewropea;
6. Jinnota li s-sehem tal-industrija Ewropea fil-prodott domestiku gross Ewropew aggregat (PDG) niżel minn 20 % għal 15 % fi 15-il sena;
7. Jemmen li l-istrateġija RISE trid tkompli ssegwi miri industrijali ambizzjużi u realistiċi; jinnota li l-mira ewlenija ta’ 20 % tkun teħtieġ li mill-anqas jinħolqu 400 000 impjieg industrijali ġdid kull sena; jappoġġja bil-qawwa l-mira ta’ 20 % u jipproponi li għandha titqies bħala objettiv direzzjonali allinjat mal-objettivi 20/20/20 tal-UE;
8. Jemmen li dawn il-miri għandhom jirriflettu r-realtajiet industrijali ġodda bħall-integrazzjoni tal-manifattura u s-servizzi (manu-services) kif ukoll spostament lejn ekonomija mmexxija mid-dejta u lejn produzzjoni b’valur miżjud; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tivvaluta u tissostanzja x-xogħol tagħha fuq il-miri u tifformula mill-ġdid il-klassifikazzjoni tas-setturi industrijali;
9. Jenfasizza li l-attivitajiet tas-setturi industrijali jagħmluha possibbli li l-kriżi tiġi superata, mhux l-inqas billi l-ekonomija tas-servizzi fil-periferija tissaħħaħ;
10. Jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta l-impenn tagħha li tipproduċi indikaturi għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-proċess ta’ riindustrijalizzazzjoni; jenfasizza li dawn l-indikaturi għandhom mhux biss ikunu kwantitattivi iżda wkoll kwalitattivi, sabiex jiġi żgurat li dan il-proċess ikun sostenibbli u kompatibbli mal-protezzjoni tal-ambjent;
11. Jistenna li, b'implimentazzjoni xierqa, l-istrateġija RISE tkun tista' tagħti ħajja ġdida lill-industrija u terġa' ġġib il-manifattura lura fl-UE, filwaqt li tagħti attenzjoni lill-immaniġġjar tal-katina tal-provvista u wkoll tikkunsidra kulturi u domandi speċifiċi ta' manifattura reġjonali u lokali, filwaqt li ssaħħaħ setturi emerġenti importanti neċessarji għal ekonomija u soċjetà sostenibbli;
12. Jenfasizza li l-istrateġija RISE tirnexxi biss jekk tkun sostnuta minn qafas makroekonomiku adegwat, ċar u prevedibbli, billi jiġu evitati politiki konfliġġenti, u mir-riżorsi baġitarji meħtieġa sabiex jiġi sfruttat l-investiment pubbliku u privat u tiġi promosa l-kompetittività globali tal-UE; jiddispjaċih li l-politika makroekonomika dominanti attwali fl-UE ma tipprovdix aċċess adegwat għal kapital għal investiment u innovazzjoni, speċjalment għall-SMEs, u għalhekk tmur kontra PI; jitlob, f’dan il-kuntest, strateġija ta’ tkabbir intelliġenti u inklużiva Ewropea u jiddeplora t-tnaqqis li għamel il-Kunsill fl-intestatura 1A tal-Qafas Finanzjarji Pluriennali (QFP), b’mod partikolari fl-Orizzont 2020, COSME u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu b’mod sostanzjali s-setgħa finanzjarja ta’ dawk il-programmi;
13. Jenfasizza li l-ħolqien ta’ riżorsi proprji għall-baġit Ewropew jista' jkollu effett pożittiv fuq ir-riindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa;
14. Jenfassiza li l-PI tal-UE għandha tkun definita b’mod ċar, meta jitqies li bosta prattiki u xejriet differenti attwalment qed jiddominaw il-qasam tal-PI fi ħdan l-UE u fl-Istati Membri;
15. Ifaħħar l-approċċ trasversali tal-Kummissjoni lejn il-PI u jenfasizza l-importanza ta' approċċ ħolistiku li jkun kemm koerenti kif ukoll ikkoordinat f'setturi fejn l-oqsma kollha l-oħra tal-politika (bħall-kompetizzjoni, il-kummerċ, l-enerġija, l-ambjent, l-innovazzjoni, il-fondi strutturali, is-Suq Uniku eċċ.) jikkunsidraw l-għanijiet tal-istrateġija RISE; ifakkar, f’dan ir-rigward, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), li tagħti prova li azzjoni b'suċċess, integrata u innovattiva hija possibbli fil-qasam tal-PI, u li tiġġenera t-tkabbir u l-impjiegi, tippromwovi l-integrazzjoni tagħha stess u hija ta' natura li tippromwovi s-sħubija soċjali; isostni li l-istrateġija RISE għandha tkun ibbażata fuq kunċett tal-PI orizzontali pjuttost milli vertikali; jemmen li, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta lill-industriji bażiċi, miżuri settorjali għandhom jappoġġjaw il-katini tal-valuri u r-raggruppamenti ta’ attivitajiet b’potenzjal ta’ tkabbir għoli u għandhom ikunu konnessi ma' speċjalizzazzjoni settorjali li tippromwovi teknoloġija għolja u strateġiji b'valur għoli miżjud kif ukoll l-innovazzjoni, il-ħiliet, l-intraprenditorija, l-impjiegi u l-kreattività; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-istrateġiji settorjali fl-industriji tal-vetturi bil-mutur (Cars 2020) u l-azzar (pjan ta’ azzjoni għall-azzar) u jitlob lill-Kummissjoni tadotta miżuri adattati biex jiġu implimentati l-istrateġiji; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiffukaw suffiċjentement fuq setturi li għandhom know-how robust u grad għoli ta’ investiment fir-R&Ż u fil-ħolqien ta’ valur miżjud inkluża l-innovazzjoni tal-proċess;
16. Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiffoka fuq il-valur miżjud tal-produzzjoni industrijali Ewropea fil-katini tal-produzzjoni dinjin fuq bażi ta' settur b'settur, biex tiddetermina kemm huma b'saħħithom l-għeruq tal-industriji differenti f’diversi Stati Membri u tistabbilixxi b’mod aktar effettiv strateġija komuni biex tiddefendi l-interessi industrijali Ewropej;
17. Huwa tal-fehma li l-UE teħtieġ taħlita intelliġenti ta' industrija privata u istituzzjonijiet pubbliċi biex tissaħħaħ il-formazzjoni ta’ katini ta’ valur miżjud fl-UE;
18. Jenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni futura se tkun waħda mill-politiki ewlenin tal-UE li jrawmu l-innovazzjoni industrijali permezz ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti bħala respons għall-isfidi marbutin mal-enerġija sostenibbli, it-tibdil fil-klima u l-użu effiċjenti tar-riżorsi kemm materjali kif ukoll umani; huwa tal-fehma, għaldaqstant, li l-appoġġ mill-politika ta’ koeżjoni futura u l-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej huwa ta’ importanza ċentrali għar-riindustrijalizzazzjoni tal-UE u r-reġjuni tagħha permezz ta’ politika industrijali ġenwinament moderna – inklużiva, sostenibbli, effiċjenti fl-enerġija u kompetittiva ħafna; jitlob li jkun hemm koordinament u sinerġiji aħjar bejn il-politika ta' koeżjoni u l-programmi tal-Orizzont 2020 sabiex jitwaqqfu inkubaturi reġjonali ta' innovazzjoni u tkun massimizzata l-innovazzjoni fil-livell reġjonali;
19. Jaqbel mal-Kummissjoni li l-PI jrid ikollha struttura ta’ governanza effettiva u integrata li tinkludi s-sorveljanza tal-attivitajiet; ifakkar ir-rakkomandazzjoni tal-PE fir-rapport Lange dwar l-industrija biex tiġi stabbilita task force permanenti tal-Kummissjoni dwar il-PI magħmula mid-direttorati ġenerali relevanti li tikkunsidra l-input tal-partijiet interessati u tikkoordina u tissorvelja l-implimentazzjoni; jenfasizza li l-Parlament għandu jkun regolarment infurmat dwar l-iżviluppi tal-PI u jitlob lill-Kummissjoni biex kull sena tirrapporta lill-Parlament dwar il-progress tal-istrateġija RISE u safejn l-ambizzjonijiet tagħha qed jintlaħqu bl-għodod disponibbli; jipproponi li t-task forces għal-linji ta' azzjoni ta' prijorità wkoll jippubblikaw rapport annwali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tistudja u tidentifika l-kapaċità żejda u l-isfidi ta' ristrutturar li l-industrija Ewropea u setturi partikolari jiffaċċaw bil-għan li jitfasslu soluzzjonijiet fuq perjodu qasir u jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja kwalunkwe delokalizzazzjoni barra l-pajjiż tal-manifattura Ewropea; jenfasizza li l-istrateġija RISE teħtieġ alleanza ta’ u sħubija ma’ partijiet interessati mill-industrija minn setturi differenti (inklużi l-SMEs), mit-trejdjunjins, minn fost l-akkademiċi u mis-soċjetà ċivili, bħal gwardjani tal-konsumaturi u organizzazzjonijiet mhux governattivi; jitlob lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ tal-Artikolu 173(2) tat-Trattat biex tressaq ’il quddiem l-istrateġija RISE u tqassam ir-riżorsi tagħha b'mod aktar effettiv; jidika l-importanza li jitjieb il-mod li bih l-Unjoni tikkomunika l-PI tagħha lill-pubbliku u b'mod partikolari liż-żgħażagħ sabiex tkun promossa l-importanza tal-industrija Ewropea, l-impjiegi tagħha u l-għarfien tagħha;
20. Isostni li l-istrateġija RISE għandha tkun immirata lejn il-ħolqien ta' ambjent attraenti u kompetittiv fl-Ewropa li jagħti bidu għall-flussi ta' investiment fl-UE kollha u r-reġjuni tagħha, speċjalment fin-Nofsinhar tal-Ewropa, sabiex issaħħaħ mill-ġdid it-tkabbir, b'mod partikolari permezz ta' sepċjalizzazzjonijiet intelliġenti u l-formazzjoni ta' raggruppamenti, inklużi raggruppamenti transnazzjonali u reġjonali kif ukoll netwerks kummerċjali bħal dawn;
21. Ifaħħar il-ħidma tal-Viċi President Tajani fil-koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-PI mal-Kunsill tal-Kompetittività; jirrikonoxxi li PI għal strateġija RISE għandha tifforma bażi komuni għall-UE iżda jenfasizza li għandha tikkunsidra ċ-ċirkostanzi nazzjonali u reġjonali differenti u tkun ikkoordinata mal-PI tal-Istati Membri; jappoġġja l-idea ta' Kunsill tal-Kompetittività aktar b'saħħtu li, f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, jikkontribwixxi għall-koordinazzjoni vertikali tal-politiki fuq livell Ewropew, reġjonali u tal-Istati Membri; josserva, fost l-oħrajn, li regolamentazzjoni intelliġenti u burokrazija mnaqqsa huma prekundizzjonijiet essenzjali għat-tkabbir industrijali;
22. Jemmen li l-livelli territorjali differenti għandhom ikunu involuti b'mod sħiħ u jaġixxu b’mod ikkoordinat fil-proċess ta' industrijalizzazzjoni mill-ġdid, fl-identifikazzjoni tal-prijoritajiet, il-potenzjal u l-qawwiet għall-industrija fit-territorji tagħhom kif ukoll fl-istimolu tal-iżvilupp tal-SMEs; jirrimarka li l-SMEs huma l-aktar vittmi tal-kriżi li ntlaqtu ħażin, anki jekk dawn huma ta' valur minħabba li għandhom id-daqs u r-reattività suffiċjenti biex jindirizzaw il-bidliet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu programmi speċifiċi ta’ appoġġ u għajnuna għall-SMEs u jgħinu lill-SMEs isiru l-industriji futuri fl-oqsma tagħhom; jilqa’ l-ħidma mwettqa mill-Kumitat tar-Reġjuni kif ukoll il-ħidma tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti għas-simplifikazzjoni tal-finanzjament mill-UE lejn l-objettivi ta’ Ewropa 2020;
23. Jistieden lill-Istati Membri, fil-każ ta’ bidliet eventwali fit-Trattati, biex iwaqqfu politika industrijali komuni b’ambizzjoni u b’mezzi komparabbli għall-Politika Agrikola Komuni, li tkun tinkludi djalogu ġenwin nazzjonali biex jaqsmu strateġija komuni permezz ta’ riżorsi finanzjarji sostanzjali u għodod finanzjarji u regolatorji simili għal dawk tal-oqsma kummerċjali ewlenin oħra li jinkludu, pereżempju, għodda monetarja jew regoli dwar l-għajnuniet statali mfassla għall-ħtiġijiet tal-industrija tagħna, filwaqt li jibqgħu fid-dritt internazzjonali.
24. Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tinteressa ruħha fil-produtturi, b'mod partikolari dawk industrijali, u mhux biss fil-konsumaturi;
25. Jiddeplora l-assenza mill-proposta tal-Kummissjoni ta’ kwalunkwe miżura kontra d-dumping tal-pagi u d-dumping soċjali u dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegati u r-ristrutturar;
Offensiva favur l-Innovazzjoni, l-Effiċjenza u t-Teknoloġija Sostenibbli
26. Jenfasizza l-fatt li strateġija għall-innovazzjoni, l-effiċjenza u t-teknoloġija ġdida, inkluża t-teknoloġija għas-sostennibbiltà, flimkien mal-mudelli kummerċjali ġodda, il-kreattività u l-manifattura avvanzata għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw mill-ġdid u jimmodernizzaw il-bażi industrijali tal-UE, billi jżidu l-kompetittività prinċipali reġjonali u globali; jemmen li jeħtieġ li tiġi promossa l-innovazzjoni fil-kamp kollu, meta jitqiesu l-partijiet interessati kollha li jvarjaw minn innovazzjoni shop-floor u innovazzjoni mhux teknika għal R&Ż ta’ teknoloġija avvanzata fil-laboratorji tar-riċerka; josserva, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-involviment tal-impjegati b'mod proattiv fil-proċess ta' innovazzjoni li jistimula kumpaniji innovattivi li huma l-mexxejja f'termini ekonomiċi, soċjali u ambjentali; jenfasizza l-ħtieġa tal-ħolqien ta' ambjent favorevoli u jqis li huwa fundamentali li jiġu żgurati kundizzjonijiet li fl-ambitu tagħhom in-negozji jistgħu joperaw u jkunu kompetittivi; iqis li huwa meħtieġ li tissaħħaħ il-bażi tal-għarfien tal-Ewropa, titnaqqas il-frammentazzjoni billi tiġi promossa l-eċċellenza fix-xjenza u l-edukazzjoni, jinħolqu kundizzjonijiet għat-trasformazzjoni ta’ ideat tajbin fi prodotti kummerċjabbli u jiżdied l-aċċess għall-finanzjament minn negozji innovattivi, jinħoloq ambjent favur l-innovazzjoni u jitneħħew l-inugwaljanzi soċjali u ġeografiċi billi jiġu reklamati l-benefiċċji ta’ innovazzjoni fl-Ewropa kollha; jenfassizza, f’dan il-kuntest, li għandu jiġi kkunsidrat b'mod partikolari r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-innovazzjoni (“Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Unjoni tal-Innovazzjoni tal-2013”), li juri kif l-innovazzjoni taffettwa t-titjib tal-kompetittività dejjiema u li jipprovdi valutazzjoni komparattiva tal-prestazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni, u jindika s-saħħiet u d-dgħufijiet relattivi tas-sistemi tar-riċerka u l-innovazzjoni tagħhom;
27. Jemmen li l-fondi tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni għandhom jaġixxu bħala katalisti u għandhom jintużaw f’sinerġija ma’ diversi strumenti nazzjonali kif ukoll fondi Ewropej, nazzjonali u reġjonali; ifakkar il-mira tar-R&Ż ta’ 3 % b’żewġ terzi ġejjin mis-settur privat; jappoġġja l-istabbiliment ta’ sħubijiet pubbliċi-privati (PPPs) skont Orizzont 2020 u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura effett ta’ lieva suffiċjenti għall-investiment mis-settur privat;
28. Jilqa’ l-parti ta’ 4 % mill-fondi li se jiġu implimentati permezz ta’ strument iddedikat għall-SMEs skont il-programm Orizzont 2020;
29. Jilqa’ l-enfasi tal-Kummissjoni fuq l-ekodisinn, ir-riċiklabbiltà bi speċifikazzjonijiet minn nieqa sa nieqa, il-kriterji ġodda ta’ sostenibbiltà għall-prodotti u l-metodi ta’ kostruzzjoni u l-effiċjenza fir-riżorsi fil-kunċett ta' ekonomija ċirkolari; jitlob li l-abbozz tal-leġiżlazzjonijiet u l-istudji dwar l-użu effiċjenti ta’ riżorsi jqisu l-vijabilità ta’ dan tal-aħħar skont il-kriterji ta’ effiċjenza, profittabilità u effetti fit-tul; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi aktar il-mentalità li tqis “iċ-ċiklu tal-ħajja” permezz tal-politika integrata dwar il-prodotti (IPP) li tikunsidra ċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-prodott (l-approċċ minn nieqa sa nieqa);
30. Jilqa’ l-linji ta’ azzjoni tal-Kummissjoni kif ukoll il-PPPs possibbli; madankollu, jinsab imħasseb li l-iżviluppi ta' big data u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni mhumiex inklużi b'mod adegwat; jistieden lill-Kummissjoni tintegra dawn l-iżviluppi b'mod xieraq; iqis li s-servizzi broadband huma importanti għall-iżvilupp tal-industrija tal-UE u jistgħu jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku tal-UE u fl-impjiegi, u għalhekk il-promozzjoni tal-investiment fil-faċilitajiet ta' broadband sabiex jintlaħqu netwerks ta' broadband u fibra ta' kapaċità għolja fin-netwerks ta' aċċess għandha tkompli tkun waħda mill-prijoritajiet tal-UE; jitlob lill-Kummissjoni tappoġġja l-formazzjoni ta' raggruppamenti minn naħa għall-oħra tal-linji ta' azzjoni, filwaqt li tippromwovi s-sinerġiji u l-effetti konsekwenzjali bejniethom;
31. Jenfasizza r-rwol ewlieni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni fit-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli, li tinvolvi aspetti bħal dematerjalizzazzjoni, ekosorveljanza, effiċjenza fit-trasport u l-loġistika, servizzi–e u l-kura tas-saħħa; jilqa’ l-Istrateġija Industrijali Ġdida Ewropea għall-Elettronika li għandha l-għan li tirdoppja l-produzzjonijiet taċ-ċippi elettroniċi tal-UE għal 20 % tal-produzzjoni globali; jinsisti li ssir iżjed promozzjoni tal-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni f'setturi industrijali tradizzjonali u l-iżvilupp ta' prodotti u servizzi diġitali ġodda li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi ta' żvilupp sostenibbli;
32. Jilqa’ l-linja ta’ azzjoni dwar il-manifattura avvanzata; jemmen li din tibbenefika minn PPPs bħal SPIRE; jemmen li t-tnedija ta’ Komunità dwar l-Għarfien u l-Innovazzjoni sal-2016 fil-qasam tal-manifattura ta’ valur miżjud hija prijorità; jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-esperjenzi tal-EPEC (iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza Esperta fuq il-PPPs tal-BEI) fil-PPPs li ġejjin; iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq ukoll sinerġiji fil-manifattura avvanzata bejn Stati Membri u istituzzjonijiet industrijali u tar-riċerka; jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra safejn in-Netwerk Nazzjonali għall-Innovazzjoni fil-Manifuttura tal-Istati Uniti jista’ jservi bħala mudell;
33. Jilqa' l-linja ta' azzjoni dwar il-grilji intelliġenti u jemmen li din tibbenefika mill-estensjoni fl-iskop tagħha u jiżdiedu aktar proposti; jirrakkomanda li xogħolha għandu wkoll jinkludi l-aspetti ta’ infrastruttura adegwata tal-enerġija, ħażna u kapaċità ta' riżerva tal-enerġija msemmijin mill-Kummissjoni, bħal grilja tal-elettriku b’effiċjenza għolja b’interkonnetturi li tgħin fit-tlestija tas-suq intern għall-enerġija u kapaċi timmaniġġja sorsi ta’ enerġija rinnovabbli bħal enerġija mir-riħ kif ukoll infrastruttura diġitali ta’ teknoloġija avvanzata;
34. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi politika ta' raggruppamenti u netwerk ta' raggruppamenti fil-forma ta' kooperazzjoni, b'mod partikolari fil-ktajjen tal-valur, bejn il-kumpaniji, il-fornituri, il-fornituri tas-servizzi, l-universitajiet u ċ-ċentri ta' riċerka konnessi li wkoll jistimulaw ħolqien organiku ta' ragguppamenti “minn isfel għal fuq” biex iwieġbu għall-ħtiġijiet tan-negozju u/jew tar-riċerka; jenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti raggruppamenti transnazzjonali, b'mod partikolari sabiex ikunu strutturalment integrati reġjuni aktar dgħajfa fil-katina tal-valur industrijali Ewropea, abbażi ta’ kompetizzjoni fl-Unjoni kollha sabiex tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi/reġjuni sottorappreżentati u tiżgura t-trasferiment tal-għarfien fil-komunitajiet tar-riċerka mill-Istati Membri kollha; jemmen li dan huwa aspett kruċjali li għandu jkun integrat fil-politiki industrijali reġjonali; josserva li l-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari biex tappoġġja raggruppamenti eżistenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex timplimenta raggruppamenti dwar l-effiċjenza tar-riżorsi permezz tal-Pjan ta’ Azzjoni ambjentali li jmiss għall-SMEs;
35. Jilqa’ l-istrateġija għal teknoloġiji abilitanti essenzjali fejn l-UE għandha l-potenzjal li tikseb vantaġġ kompetittiv qawwi u l-potenzjal li żżidu minħabba l-bażi ta’ riċerka b’saħħitha li għandha, però jemmen li hemm bżonn sforz akbar rigward l-isfruttament ta’ riżultati sabiex jitwassal dan il-vantaġġ; jappoġġja l-azzjonijiet proposti biex jittejbu l-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejn il-politiki u l-istrumenti, inklużi l-Orizzont 2020, il-BEI, il-Fondi Strutturali tal-UE u fondi pubbliċi u privati oħra; jilqa’ l-inizjattivi li jsaħħu l-azzjonijiet speċifiċi għar-raggruppamenti relatati mal-KETs u ż-żieda fil-kooperazzjoni transreġjonali; jistieden lill-Kummissjoni tevita li tistabbilixxi għeluq għal konsorzji individwali jew kumpaniji individwali; josserva li l-iffinanzjar ta’ infrastruttura ta’ riċerka għandu jkun għall-benefiċċju u l-użu ta’ bosta atturi;
36. Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ in-netwerks ta' komunikazzjoni fuq l-eżempju tal-proġetti tal-bliet intelliġenti, permezz ta' kooperazzjoni bejn ir-reġjuni, l-ibliet u żoni lokali, sabiex jamministraw is-servizzi komuni, jipproduċu u jikkunsmaw l-enerġija b'mod effiċjenti, filwaqt li jinċentivaw interventi ta’ kwalifikazzjoni mill-ġdid tal-enerġija li jippromwovu, pereżempju, il-kostruzzjoni ta' bini b' teknoloġija avvanzata u konsum baxx ta' enerġija;
37. Josserva l-orjentazzjoni predominanti ta’ “spinta teknoloġika” lejn il-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni tal-Kummissjoni; jemmen li hemm bżonn ġenerali biex jissaħħu l-miżuri u l-attivitajiet ta’ domanda tas-suq li jkunu jistgħu b’mod effettiv idaħħlu s-soluzzjonijiet fis-swieq;
38. Jistieden lill-Kummissjoni tgħaqqad għodod ta’ politika mil-lat tal-provvista mal-lat tad-domanda permezz tal-ħolqien ta’ Sħubija għal Innovazzjoni (bħal bliet intelliġenti, it-tixjiħ attiv jew il-materja prima) u l-iżvilupp ta’ “suq pilota” bl-għan li ssir promozzjoni tal-adozzjoni ta’ prodotti u servizzi ġodda fis-suq li jissodisfaw il-bżonnijiet tas-soċjetà;
39. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija li tiżgura li l-Ewropa tiġbed talenti barranin filwaqt li fl-istess ħin iżżomm relazzjonijiet mal-ogħla talenti Ewropej; jenfasizza l-importanza tal-kollaborazzjoni mal-komunitajiet espatrijati mill-UE, filwaqt li jiġu mħeġġa jużaw l-għarfien u l-kuntatti tagħhom għal opportunitajiet ta’ negozju fl-UE;
40. Huwa tal-fehma li l-inċentiv ta’ forom ta’ turiżmu sostenibbli marbuta mal-konsum ta’ produzzjonijiet lokali jkun kapaċi jagħti spinta lill-irkupru ta’ attivitajiet agrikoli u artiġjanali kif ukoll it-tixrid ta’ intrapriżi żgħar fil-lokalitajiet u jista’ jservi ta’ mutur ekonomiku sinifikanti b’tali mod li jiffavorixxi l-irkupru ekonomiku, li fl-istess ħin jiżgura mmaniġġjar korrett tal-ambjent, protezzjoni tal-kulturi u salvagwardja tal-bniedem, il-prevenzjoni ta’ żbilanċi idroġeoloġiċi;
41. Iqis li x-xjenzi tal-ħajja huma settur strateġiku tal-Unjoni Ewropea minħabba l-potenzjal innovattiv tagħhom, ir-rwol tagħhom fil-produzzjoni industrijali Ewropea, l-importanza tagħhom f’termini ta’ impjiegi diretti u indiretti li joħolqu u l-abbiltà tagħhom għall-esportazzjoni ta’ prodotti barra l-UE;
42. Jemmen li sabiex tiżviluppa l-politika industrijali tagħha l-UE trid tagħmel għażliet politiċi u tikkonċentra l-isforzi tagħha fuq setturi strateġiċi li jindirizzaw l-isfidi soċjali filwaqt li jibnu fuq l-għarfien Ewropew; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, tiżviluppa aġenda strateġika għall-industrija Ewropea tax-xjenzi tal-ħajja kif spjegat fil-komunikazzjoni tagħha intitolata “Industrija Ewropea Aktar B'saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku Aġġornament tal-Komunikazzjoni dwar il-Politika Industrijali”;
It-tlestija tas-suq intern u l-ftuħ ta’ swieq esterni għall-istrateġija RISE
43. Jenfasizza li s-Suq Uniku Ewropew għandu rwol ċentrali bħala s-suq lokali għall-industrija Ewropea u li hemm bżonn ta’ żvilupp ta’ strateġija fis-suq intern xprunata mid-domanda sabiex tippromwovi l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda, b’hekk tgħin fil-ħolqien ta’ swieq ġodda, mudelli ta’ negozji u setturi industrijali; jenfasizza li dan huwa partikolarment pertinenti waqt il-pubblikazzjoni tar-riżultati tar-R&Ż fis-swieq; jenfasizza li regoli u standards prevedibbli fis-suq intern – applikati b'mod effikaċi fl-Istati Membri – jgħinu biex jipprovdu lill-kumpaniji bi prospettiva stabbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jlestu b’urġenza s-suq uniku għall-prodotti, għall-enerġija, it-telekomunikazzjonijiet, it-trasport, il-prodotti ekoloġiċi (kif stabbilit mill-Kummissjoni fl-inizjattiva tagħha) u l-kapital ta’ riskju kif ukoll biex jiġi żgurat il-moviment ħieles tar-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija; jirrimarka li n-nuqqas ta' tlestija tas-suq intern huwa ostaklu għat-tkabbir u jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju biex tivvaluta l-impatt tal-kriżi fuq is-suq intern u tindirizza l-inugwaljanza tal-ispejjeż fl-UE li jistgħu jwasslu għal żvantaġġi għall-kumpaniji Ewropej meta mqabbla ma' kompetituri f'pajjiżi terzi; iwissi dwar il-periklu ta' tfixkil fil-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri fi ħdan it-territorju tal-UE minħabba l-frammentazzjoni tas-suq intern; jitlob lill-UE tkompli ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha fl-oqsma tal-liġi tax-xogħol u l-benefiċċji tat-taxxa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-użu tal-marka “Magħmul fl-Ewropa” biex issaħħaħ is-suq uniku u l-prodotti ta’ oriġini Ewropea;
44. Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiżviluppa pjan ta’ azzjoni orizzontali biex tagħti spinta lid-domanda għal prodotti u servizzi innovattivi; jistieden lill-Kummissjoni tippersisti fl-istudju tal-ħajja tal-prodotti sa mill-fażi ta' materja prima sal-fażi ta' riċiklaġġ, bil-għan li tavvanza 'l quddiem u tistabbilixxi parametri referenzjarji ta’ effiċjenza għall-prodotti li jqisu l-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż u l-potenzjal ta' innovazzjoni;
45. Jenfasizza li l-akkwist pubbliku għandu jixpruna l-innovazzjoni; jirrimarka li l-akkwist pubbliku huwa parti integrali tal-politika industrijali tas-sħab fil-kummerċ tal-Unjoni Ewropea; jemmen li l-linji gwida tal-għajnuna mill-istat għandu jkollhom l-għan li jagħtu spinta lill-kompetittività industrijali tal-UE anke b'kont meħud tal-aħjar prattiki u eżempji tajba mis-sħab fil-kummerċ tal-UE, jippromwovu l-kooperazzjoni Ewropea u jkunu miftuħa għall-miżuri politiki li jtejbu l-innovazzjoni; jemmen li l-istandardizzazzjoni u l-ekotikkettar, kif ukoll ir-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji, inkluż għall-oġġetti importati, għandhom rwol importanti biex jagħtu spinta fl-adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipprijoritizza attivitajiet li jappoġġjaw l-istandardizzazzjoni u l-interoperabiltà għall-prodotti emerġenti ġodda, servizzi u teknoloġiji bħala pilastru għall-kompetizzjoni interna Ewropea u opportunitajiet ta’ kummerċ internazzjonali;
46. Jirrikonoxxi li s-sorveljanza tas-suq hija pilastru kruċjali biex is-sigurtà u l-kwalità jkunu żgurati fi ħdan is-suq intern; jilqa’ l-pakkett propost mill-Kummissjoni dwar is-sigurtà tal-prodotti u s-sorveljanza tas-swieq, billi jenfasizza l-importanza li jista’ jkollha l-indikazzjoni tal-oriġini, mhux biss għall-konsumaturi, imma wkoll fl-għan ta' politika kummerċjali, interna u esterna, aktar trasparenti; jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta s-saħħa u l-effikaċja tal-internet fil-ħidma tagħha dwar is-sorveljanza tas-suq, billi tippermetti lin-nies jipparteċipaw billi jipprovdu rispons ikkwalifikat dwar il-prodotti; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza tal-protezzjoni tal-konsumatur li tiffunzjona sew fl-Unjoni Ewropea;
47. Jenfasizza li t-tlestija tas-suq uniku diġitali hija element importanti fl-istrateġija industrijali tal-UE; itenni l-importanza għall-SMEs li jiddiġitalizzaw is-suq intern u l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku fis-suq intern; jemmen li s-suq diġitali u t-teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni joffru opportunità ta’ żvilupp industrijali li għad irid jiġi sfruttat bis-sħiħ u li l-Ewropa għandha għarfien qawwi tiegħu; jenfasizza l-ħtieġa kbira tal-adattament tal-politika ta’ standardizzazzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni tal-UE mal-iżviluppi tas-suq u tal-politika, li se jwasslu għall-kisba tal-għanijiet tal-politika Ewropea li teħtieġ l-interoperabilità bħan-negozju elettroniku, il-kummerċ elettroniku, it-trasport elettroniku ta' merkanzija u s-sistemi intelliġenti tat-trasport, eċċ.;
48. Jenfasizza li t-tlestija tas-suq uniku diġitali għandu jkun element importanti fl-istrateġija industrijali tal-UE; jenfasizza li għandu jiġi applikat qafas regolatorju ekwivalenti lis-swieq online u offline sabiex tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta u l-protezzjoni tal-konsumaturi;
49. Jilqa' r-rikonoxximent mill-Kummissjoni Ewropea ta’ definizzjoni tal-industriji kulturali u kreattivi ta’ kwalità għolja bħala settur ekonomiku li jkopri s-sezzjonijiet tas-swieq għal prodotti u servizzi ta’ kwalità għolja u jirrifletti l-karatteristiċi speċifiċi bħad-dimensjoni kulturali u ta' kreattività tal-prodott jew tas-servizz, il-prestiġju tal-prodott, il-proprjetà intellettwali, il-kwalità tal-manifattura, id-disinn u l-innovazzjoni, u l-mod li bih il-prodotti u s-servizzi huma kkumerċjalizzati jew irreklamati; jistieden lill-Kummissjoni tagħraf in-natura speċifika ta’ eċċellenza tal-professjonijiet fi ħdan l-industriji Ewropej, li jammontaw għal numru sostanzjali ta’ impjiegi fl-Ewropa u li huma bbażati fuq erba’ kriterji: il-kreattivita, l-eċċellenza, l-għarfien espert u t-tagħlim matul il-karriera;
50. Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tappoġġja l-kompetittività tas-settur ta’ kwalità għolja, li jammonta għal 3 % tal-PDG fl-UE u aktar minn 1.5 miljun impjieg dirett u indirett u jistedinha biex timplimenta miżuri li jindirizzaw ir-riskju ta’ nuqqas ta’ ħiliet fis-settur sabiex jitħarsu l-metodi tal-produzzjoni u l-għarfien espert li huma speċifikament Ewropej;
51. Josserva li l-industrija tal-azzar Ewropea taħdem b’50 % tal-kapaċità tagħha u li l-produzzjoni Ewropea tal-azzar waqgħet b’25 % mill-2008;
52. Josserva li s-settur Ewropew tal-karozzi, li fl-2007 pproduċa 16-il miljun karozza, mhux se jirnexxilu jipproduċi 12-il miljun karozza fl-2013;
53. Iqis li, meta titqies il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali ta' bħalissa, l-investiment pubbliku u privat huwa essenzjali bħala parti mill-istrateġija ġenerali għat-tkabbir sostenibbli; jappoġġja, f'dan is-sens, ir-riforma globali fir-reġim tal-assistenza statali, permezz tal-applikazzjoni ta' approċċ b'bażijiet aktar soċjali u ekonomiċi u permezz ta' flessibilità akbar tar-regoli ta' kompetizzjoni kif stabbilit fl-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE; itenni l-importanza li jittieħed akkont akbar tal-kwalità u tal-effikaċja tan-nefqa pubblika.
54. Jenfasizza li l-politika industrijali għandha tagħmel użu sħiħ mill-istrumenti tal-politika tal-kompetizzjoni sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u jitrawmu swieq kompetittivi;
55. Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tevalwa safejn ir-rifjut minn grupp li jopera globalment li jċedi sit li ddeċieda li jagħlaq lil grupp potenzjali ieħor jew entità pubblika għal użu pubbliku temporanju, huwa f’konformità mal-liġi tal-kompetizzjoni Ewropea;
56. Jieħu nota tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-riforma tas-suq intern għall-prodotti industrijali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dawn l-istandards relevanti jkunu kompatibbli mas-suq;
57. Jirrikonoxxi l-kampanja tal-Kummissjoni dwar regolamentazzjoni intelliġenti mfassla biex tnaqqas il-piżijiet lill-industrija mingħajr ma xxekkel l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni, li tinkludi l-valutazzjonijiet tal-impatti, il-verifika tal-kompetittività, il-kontrolli tal-adegwatezza u t-test tal-intrapriżi żgħar u medji, b'mod partikolari fir-rigward tal-intrapriżi mikro u l-intrapriżi żgħar u medji, u jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' stabbiltà regolatorja sabiex tinkoraġixxi l-investiment; jemmen li piż burokratiku u politiki konfliġġenti huma ħafna drabi barriera biex tittejjeb il-kompetittività tal-kumpaniji industrijali u jqis li x-xogħol biex jitnaqqsu dawn il-piżijiet għandu jkun ta' prijorità fuq l-aġenda politka, u jistenna bil-ħerqa proposti mill-Kummissjoni dwar dan is-suġġett b'objettivi konkreti; jappoġġja l-koerenza regolatorja, l-approċċ regolatorju trasversali u l-prijoritizzazzjoni kif ukoll it-titjib fil-verifika tal-kompetittività li għandu jkun parti integrali u obbligatorja skont il-linji gwida dwar il-valutazzjoni tal-impatt; jistieden lill-Istati Membri jużaw it-test tal-intrapriżi żgħar u medji u tat-titjib tal-verifika tal-kompetittività fuq livell nazzjonali wkoll; jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex tevalwa l-effett kumulattiv ta' leġiżlazzjoni fis-settur tal-azzar u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa aktar il-metodoloġija kif ukoll tidentifika s-setturi l-oħra li jistgħu jibbeneffikaw minn dan l-approċċ;
58. Jinkoraġġixxi l-isfruttament ulterjuri tal-potenzjal tal-proċedura ta' notifika 98/34/KE, u jissuġġerixxi li l-Istati Membri jintroduċu l-verifika tal-kompetittività fil-valutazzjonijiet tal-impatt imwettqa fl-istadji tat-tfassil tal-proċessi leġiżlattivi nazzjonali, fil-qasam aktar wiesa' tat-'Test tas-Suq Uniku' li ntalab fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2013 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-governanza tas-Suq Uniku;
59. Jitlob għall-implimentazzjoni rapida tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar sabiex ikunu appoġġjati l-intrapriżi żgħar u medji Ewropej; josserva l-importanza tan-Netwerk Enterprise Europe biex ikunu appoġġjati l-intrapriżi żgħar u medji fil-kummerċ transkonfinali fl-UE; jenfasizza l-importanza li jiġu appoġġjati n-negozji ż-żgħar u jiġu mgħejjuna biex jinbidlu f'intrapriżi ta' daqs medju u li l-intrapriżi żgħar u medji jinbidlu f'atturi akbar, sabiex il-kompetittività globali tagħhom tkun iffaċilitata wkoll; jiġbed l-attenzjoni għall-benefiċċju ekonomiku li jiġu żviluppati wkoll rabtiet bejn il-kumpaniji fl-istess settur, bħall-industrija tad-difiża, sabiex jiksbu ekonomiji ta' skala u jaqsmu proġetti industrijali komuni;
60. Iqis aċċess tal-SMEs li jkun aħjar, aktar rapidu u jiswa anqas, għall-proċeduri tal-antidumping, bħala fundamentali biex jitħarsu b’mod aktar effettiv minn prattiki kummerċjali inġusti min-naħa ta' sħab kummerċjali; jistieden lill-UE tqis dan il-punt meta tkun qed teżamina mill-ġdid l-istrumenti tagħha ta’ difiża kummerċjali;
61. Jistieden lill-UE ssaħħaħ il-produzzjoni industrijali tagħha billi tipprovdi informazzjoni aktar preċiża lill-konsumaturi, billi trendi obbligatorja l-ispeċifikazzjoni tal-provenjenza tal-prodotti tal-UE u ta’ prodotti importati minn pajjiżi terzi u billi tinforza r-rispett tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-ikel Ewropej fil-pajjiżi terzi;
62. Jenfasizza li l-iżvilupp teknoloġiku huwa settur sensittiv u vulnerabbli; jemmen li d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (DPI) huma komponent essenzjali ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien u ta’ politika industrijali soda li jistgħu jrawmu l-innovazzjoni u r-riċerka, u jsaħħu l-industrija Ewropea; jilqa’ f’dan ir-rigward, il-ħolqien ta’ privattiva unitarja tal-UE u jistieden lill-Istati Membri jimplimentawha mingħajr dewmien; jemmen li l-proċedura li wasslet għall-ħolqien tagħha għandha tinżamm bħala eżempju tal-aħjar prattika fil-kuntest tat-tisħiħ tal-integrazzjoni aktar mill-qrib tal-industrija u s-suq intern; jinsab imħasseb li r-reġim attwali tad-DPI spiss ma jwettaqx il-missjoni tiegħu li jwassal għall-innovazzjoni; jemmen li żieda fit-trasparenza u prattiki ta’ ġestjoni u liċenzjar innovattivi jistgħu jġibu soluzzjonijiet tas-suq aktar rapidi; jilqa’, f’dan il-kuntest, ix-xogħol mibdi mill-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-protezzjoni tad-DPI, partikolarment biex jittrattaw b’mod determinat l-iffalsifikar u l-ispjunaġġ industrijali; jenfasizza li hemm bżonn ta’ strutturi ta’ governanza u fora ġodda għall-protezzjoni tad-DPI fil-livell internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi strateġija għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali fuq livell Ewropew;
63. Jenfasizza l-importanza tal-infurzar tad-DPI fl-ambjent fiżiku u f’dak diġitali għat-tkabbir u l-ħolqien ta’ impjiegi fl-industriji Ewropej; jilqa’, f’dan ir-rigward, ir-riforma li għadha għaddejja tas-sistema tal-marki kummerċjali tal-UE, li għandha l-potenzjal li ssaħħaħ il-protezzjoni tal-marki kummerċjali online, offline u fis-suq intern kollu kemm hu;
64. Jappoġġja r-riforma attwali tas-sistema tal-liġi tal-marki kummerċjali li se tagħti spinta lill-protezzjoni tal-marki kummerċjali onlajn, offlajn u fis-suq intern kollu kemm hu u fil-qafas tal-kummerċ internazzjonali;
65. Jilqa’ l-għarfien tal-problema tal-“patent thickets” (massa kumplessa ta’ privattivi) u l-“patent ambushes” (“imbuskati” ta’ privattivi); jappoġġja l-emendar tas-sistema regolatorja biex jitrawmu arranġamenti ta’ liċenzjar reċiproku u ta’ pula ta’ privattivi favur il-kompetizzjoni;
66. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni li se tippermetti lill-kumpaniji Ewropej jimmanifatturaw mediċini ġeneriċi u bijosimili fl-UE waqt il-perjodu taċ-Ċertifikat Kumplementari ta’ Protezzjoni għall-Mediċamenti (ĊKP), wara li tkun skadiet il-protezzjoni tal-privattivi, bil-għan li jħejju għall-varar immedjat wara l-iskadenza taċ-ĊKP jew jesportaw lejn pajjiżi fejn ma hemm fis-seħħ l-ebda privattiva jew ĊKP; jemmen li tali dispożizzjonijiet jistgħu jgħinu sabiex tiġi evitata l-esternalizzazzjoni tal-produzzjoni u sabiex jitrawwem il-ħolqien ta’ impjiegi fl-UE, kif ukoll biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn il-kumpaniji Ewropej u l-kompetituri tagħhom f’pajjiżi terzi;
67. Jenfasizza li r-relazzjonijiet esterni għandhom implikazzjonijiet li jmorru lil hinn mill-ambitu tal-ftehimiet iffirmati taħt l-awspiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u li, meta jkunu qed jiżviluppaw id-dimensjoni esterna tal-politika industrijali, l-UE u l-Istati Membri għandhom jaqblu dwar pożizzjonijiet komuni sabiex jiżguraw li jkun hemm kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fuq livell globali;
68. Jibed l-attenzjoni lejn il-fatt li fil-komunikazzjoni konġunta tagħha tas-7 ta’ Frar 2013 bit-titolu “L-Istrateġija taċ-Ċibersigurtà tal-Unjoni Ewropea: Ċiberspazju Miftuħ, Sikur u Sigur”(22), il-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà impenjat ruħha li tiżviluppa u li tippromwovi riżorsi industrijali u teknoloġiċi għall-qasam taċ-ċibersigurtà;
69. Jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb il-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej fis-suq dinji; jinnota l-importanza ta’ strateġija tal-kummerċ tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl ta' kompetizzjoni akbar min-naħa tas-sħab kummerċjali tal-UE, torganizza mill-ġdid il-politika tal-kummerċ tagħha biex tiżgura li l-politika tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni tal-Unjoni tkun kompatibbli mal-objettivi tal-politika industrijali Ewropea u li ma tipperikolax il-potenzjal innovattiv u kompetittiv tal-kumpaniji Ewropej; jitlob lill-Kummissjoni, flimkien mal-VP / RGħ, tiżviluppa strateġija għall-inklużjoni ta' uffiċċji għall-SMEs fil-missjonijiet tal-UE; jinnota li dawn l-uffiċċji għall-SMEs għandhom iqisu x-xogħol tal-kmamar tal-kummerċ u għandhom jintegraw il-lezzjonijiet meħuda miċ-ċentri tan-negozju Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-kooperazzjoni tagħhom b'appoġġ għall-kumpaniji Ewropej fis-swieq barranin; jistedinhom jagħtu prijorità b'mod partikolari lil strumenti maħsuba biex jgħinu lill-SMEs u biex jiċċentralizzaw l-informazzjoni għall-SMEs billi jistabbilixxu punti uniċi ta' servizz fl-UE kollha; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel it-test imtejjeb tal-kompetittività parti mill-valutazzjonijiet tal-impatt tal-ftehimiet ta' kummerċ u tal-impatt kumulattiv tagħhom;
70. Jinnota li kulma jmur l-ispejjeż ambjentali li ġġarrab l-industrija Ewropea qed iwasslu biex l-industrijalisti Ewropej jinvestu barra mill-Unjoni Ewropea;
71. Jenfasizza l-importanza ta’ standards ambjentali u soċjali fil-ftehimiet kummerċjali bilaterali u r-relazzjonijiet kummerċjali multilaterali sabiex jiġi stabbilit kummerċ ġust u ekwu u kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni globali; jistieden lill-Kummissjoni, meta tkun qed tiffirma ftehimiet kummerċjali ġodda jew tirrevedi dawk eżistenti, tiżgura li l-operaturi kemm ġewwa u kemm barra mill-UE jiġu fuq livell indaqs; jenfasizza li l-UE għandha tieħu passi reali biex tqajjem kwistjonijiet ta' tgħawwiġiet speċifiċi li huma ta' ħsara għall-interessi industrijali Ewropej, u li għandha ddaħħal gradwalment il-prinċipju tar-relazzjonijiet kummerċjali reċiproċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku u ttejjeb il-kapaċità ta' rispons, ħwejjeġ li jistgħu jgħinu fil-ftuħ tas-swieq;
72. Ifakkar lill-Kummissjoni li l-livell baxx tas-salarji u tal-protezzjoni ambjentali għadu element importanti ħafna tal-kompetizzjoni internazzjonali u li huwa neċessarju b’mod urġenti li jiġi segwit allinjament ’il fuq ta’ dawn l-istandards sabiex l-UE tkun tista' verament tirriindustrijalizza; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tinnegozja impenji vinkolanti fir-rigward tad-drittijiet tal-ħaddiema u l-protezzjoni tal-ambjent fil-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles ma' pajjiżi terzi;
73. Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni li jiġu mmodernizzati l-istrumenti ta’ difiża kummerċjali tal-UE, li huma elementi kruċjali tal-politika industrijali; jittama li din il-modernizzazzjoni tkun tista' ttejjeb l-effettività tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għal dan il-għan, ma ddgħajjifx dawk l-istrumenti, la de jure u lanqas de facto, iżda għall-kuntrarju ssaħħaħhom sabiex tipproteġi l-impriżi Ewropej ta' kull daqs b’mod aktar effikaċi, u malajr kemm jista' jkun, kontra prattiki kummerċjali illegali jew inġusti;
74. Ifakkar fil-ħtieġa li, kulfejn dan ikun iġġustifikat miċ-ċirkostanzi, jintużaw l-istrumenti ta’ difiża kummerċjali kontra pajjiżi li ma jirrispettawx ir-regoli tal-kummerċ internazzjonali jew il-kundizzjonijiet tal-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles konklużi mal-Unjoni, u jitlob li l-aċċess tal-SMEs għall-proċeduri tal-antidumping jiġi iffaċilitat, isir aktar malajr u irħas sabiex ikunu jistgħu jipproteġu ruħhom aħjar kontra l-prattiki inġusti;
75. Jiġbed l-attenzjoni lejn ir-rwol ewlieni mwettaq mir-riċerka u l-innovazzjoni fl-iżgurar tal-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej fis-swieq dinjija u jenfasizza l-ħtieġa li l-kumpaniji Ewropej isiru kapaċi jantiċipaw aħjar il-ħtiġijiet tas-swieq ta' pajjiżi terzi sabiex iwieġbu għad-domanda dinjija;
76. Iqis li huwa essenzjali, bħala parti mill-isforzi biex tagħti l-ħajja mill-ġdid lill-industrija tagħha, li l-UE tgħammar lilha nfisha bil-għodda biex:
–
issegwi politika aktar attiva ta’ antidumping u tieħu azzjoni xierqa b'reazzjoni, inter alia, għas-sussidji tal-esportazzjoni inġusti stabbiliti minn ċerti pajjiżi terzi,
–
timplimenta politika ġenwina fir-rigward tar-rata tal-kambju li tħares l-interessi kummerċjali Ewropej,
–
tiddefendi l-prinċipju ta’ “kummerċ ġust”, li huwa bbażat fuq ir-rispett reċiproku għal standards soċjali, ambjentali, kulturali u tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tal-kummerċ internazzjonali;
77. Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb b’mod sinifikanti l-valutazzjonijiet tagħha tal-ftehimiet kummerċjali, b'mod partikolari l-istudji dwar l-impatt li jsiru, billi tqis il-kwistjoni tal- kompetittività industrijali u twettaq studji ex-post, kif ukoll analiżijiet tal-effett kumulattivi tal-ftehimiet kollha li diġà huma konklużi jew li qed jiġu nnegozjati; jenfasizza l-importanza tal-impenn tas-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP) għar-realizzazzjoni tal-objettivi tar-riindustrijalizzazzjoni, it-tkabbir u l-impjiegi Ewropej, u li għandu l-potenzjal li jissimplifika u jżid l-esportazzjoni tal-prodotti industrijali Ewropej, itejjeb il-kompetittività tal-industrija billi jgħolli l-istandards internazzjonali tal-produzzjoni u jnaqqas il-ispejjeż tal-importazzjoni tal-materja prima u tal-materja pproċessata għall-kumpaniji tal-manifattura; jinsisti li t-TTIP, l-istess bħal fil-każ ta' ftehimiet kummerċjali oħra, għandha tinkludi kapitolu iffukat fuq tali kwistjonijiet tal-enerġija bħalma huma dawk li jistgħu jaffettwaw is-suq intern; jistieden lill-Kummissjoni biex, permezz tat-tneħħija tat-tariffi, tagħmel possibbli aċċess aħjar għas-suq b’konnessjoni mas-servizzi u l-investimenti, issaħħaħ il-kooperazzjoni regolatorja, tiżgura t-titjib tar-regoli tal-akkwist pubbliku u l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, u ssegwi dawn l-objettivi b’mod attiv fil-politika tal-kompetizzjoni u b’konnessjoni mal-enerġija u l-komoditajiet; jenfasizza l-bżonn li r-regolamenti jiġu simplifikati kif ukoll li l-piżijiet regolatorji u amministrattivi jitnaqqsu kif maħsub mit-TTIP, li għandha tiġu implimentata taħt il-konsiderazzjoni u l-protezzjoni stretti ta’ standards soċjali u ambjentali għolja u tad-drittijiet tal-impjegati; jenfasizza l-fatt li l-konklużjoni eventwali tat-TTIP se toħloq il-prospett ta’ spazju ekonomiku wiesa' li imbagħad isaħħaħ ir-relazzjonijiet tal-UE u jservi bħala multiplikatur għall-investiment dirett barrani (IDB) fl-UE;
78. Jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-eżempju tal-Istati Uniti li tippermetti lit-trejdjunjins iressqu lmenti kummerċjali, minħabba li t-tgħawwiġ tal-kummerċ jista' jolqot b'mod negattiv lill-industrija u għalhekk lill-ħaddiema u tipproponi miżuri simili għall-UE;
79. Jenfasizza li għandha tissaħħaħ il-katina tal-valur miżjud industrijali fl-Ewropa permezz tal-konklużjoni ta’ ftehimiet kummerċjali ġodda, ta’ ftehimiet ta’ investiment ġodda u ta’ ftehimiet ġodda dwar il-proprjetà intellettwali, jiġifieri li għandu jiġi diġà, f’dan ir-rigward, integrat orjentament strateġiku li jimxi mal-mandat li se jingħata;
80. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija ta’ esportazzjoni Ewropea għar-riżorsi u t- teknoloġiji effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u servizzi korrispondenti li tinkludi d-diplomazija tal-istandardizzazzjoni biex jiġi żgurat li l-istandards Ewropej jiġu promossi fid-dinja kollha;
81. Jirrimarka li l-istandards u r-regolamenti tekniċi għandhom rwol kruċjali sabiex jiġi ggarantit li l-UE tkun fuq quddiem nett fis-setturi innovattivi, inklużi t-teknoloġiji ekoloġiċi; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tistabbilixxi standards u regoli tekniċi internazzjonali fis-setturi innovattivi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, barra minn hekk, ittejjeb il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi ewlenin – inklużi l-pajjiżi emerġenti – bil-ħsieb li jiġu stabbiliti standards u regoli tekniċi komuni;
Finanzjament u Rinaxximent Industrijali
82. Jirrikonoxxi l-eżistenza ta’ limitazzjonijiet fuq is-self mill-banek u l-impatt negattiv tagħhom, b’mod partikolari fuq l-SMEs; jiddeplora l-fatt li dawn il-limitazzjonijiet jaffettwaw ukoll l-istrumenti ta' finanzjament ipprovduti mill-Unjoni Ewropea u jemmen li l-Kummissjoni għandha titlob lill-intermedjarji finanzjarji li huma responsabbli mill-amministrazzjoni ta' dawk l-istrumenti iressqu rapporti annwali; jilqa’ l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament fit-tul; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ ir-robustezza u l-kredibilità tas-settur bankarju tal-UE permezz ta’ Basel III, unjoni bankarja u l-MES; jenfasizza l-importanza tas-sħab internazzjonali tagħna li wkoll qed jimplimentaw ir-regoli ta' Basel III; jirrimarka li l-investimenti fl-industrijali huma investimenti fit-tul; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-qafas leġiżlattiv u finanzjarju ħalli jagħmluh aktar ċar u aktar prevedibbli u b'hekk jinkoraġġixxu investiment fl-industrija;
83. Jemmen li jeħtieġ li jiġu investigati toroq alternattivi u kreattivi ġodda ta’ finanzjament b’mod partikolari fir-rigward tal-finanzjament privat u l-finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma; jinnota li l-promozzjoni tal-litteriżmu finanzjarju wkoll għandha rwol importanti f’dan ir-rigward u li l-litteriżmu finanzjarja għandu jiġi integrat fil-kurrikuli tal-iskejjel;
84. Jenfasizza l-importanza ta’ riżorsi finanzjarji għall-kumpaniji li jkunu għadhom qed jiġu stabbiliti u l-SMEs sabiex l-intraprendituri jkollhom ir-riżorsi biex iġibu ideat innovattivi fis-suq;
85. Jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li toħloq strumenti finanzjarji konġunti mal-BEI u jinnota li din l-inizjattiva ġiet approvata waqt il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2013; jilqa’ wkoll il-fatt li l-Kummissjoni u l-BEI kellhom il-ħsieb li lill-Kunsill Ewropew, qabel il-laqgħa tiegħu ta' Ottubru 2013, iressqulu rapport komprensiv dwar l-applikazzjoni tagħhom fejn jispjegaw l-objettivi kwantitattivi, l-istrumenti u kalendarju;
86. Jitlob lill-Kunsill, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-BEI, jispeċifika mingħajr dewmien il-parametri għad-disinn ta’ dawn l-istrumenti bil-għan li jinkiseb effett ta’ lieva importanti; jenfasizza li dawn l-istrumenti għandhom jibdew jaħdmu qabel it-tmiem tal-2013;
87. Jilqa' ż-żieda kapitali tal-BEI u l-linji gwida tiegħu li għadhom kif ġew ippubblikati marbuta ma standard ġdid tal-prestazzjoni fir-rigward tal-emissjonijiet (EPS) ta' 550 gramma ta' CO2 kull kilowatt hour (g/kWh); jemmen li l-BEI jista’ jgħin biex jittaffew il-problemi marbuta mal-frammentazzjoni tas-swieq finanzjarji tal-UE; jitlob lill-BEI ikompli jinvestiga l-iżvilupp ta’ mudelli ġodda ta’ kreditu mfassla apposta għall-ħtiġijiet tal-industrija; jistieden lill-BEI jimplimenta l-pjan tiegħu li jżid l-attività kreditizja fl-UE b’aktar minn 50 % bejn l-2013 u l-2015;
88. Jinnota li s-sussidarjetà tħalli l-bieb miftuħ għal varjetà wiesgħa ta’ politiki fiskali u self, kif ukoll arranġamenti ta' sissidju madwar l-Ewropa kollha;
89. Jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga kif is-suq tat-titoli abbażi ta’ assi kif ukoll formuli alternattivi ta’ finanzjament bis-superviżjoni prudenzjali xierqa jistgħu jiġu ingranati biex jiġi ffaċilitat il-finanzjament għall-SMEs; jinnota r-rwol li l-banek għall-iżvilupp tan-negozji u l-infrastruttura jista’ jkollhom fl-investiment f’bonds koperti strutturati maħruġa mill-banek, billi jgħaqqdu tali investiment ma’ żieda fl-objettivi ta’ self lill-SMEs; jilqa’ l-proposta ta’ sħubiji ta’ self privat lill-privat fejn kumpanija tal-assigurazzjoni u bank jingħaqdu sabiex jipprovdu selfiet għal perjodu qasir u fit-tul;
90. Jemmen li huwa importanti li jiġu mrawma mudelli ġodda ta' finanzjament innovattiv għall-SMEs, speċjalment b'potenzjal għoli ta' tkabbir; jiġbed l-attenzjoni lejn l-inizjattivi ta’ finanzjament kollettiv (crowd-funding) u l-pjattaformi elettroniċi li qed jiffjorixxu għas-self fl-Ewropa u lejn il-benefiċċji finanzjarji u mhux finanzjarji li dan il-finanzjament iġib għall-SMEs u l-intraprendituri bħalma hu l- provvediment ta’ finanzjament biex jingħata bidu għal negozju, il-validazzjoni ta' prodotti, feedback tal-konsumatur, u struttura stabbli u impenjata ta’ parteċipazzjoni azzjonarja; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ komunikazzjoni dwar il-finanzjament kollettiv (crowd-funding); jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas regolatorju effettiv għall-finanzjament kollettiv (crowd-funding) fuq bażi ta’ massimu ta’ EUR 1 miljun għal kull proġett li jindirizza wkoll il-kwistjonijiet rigward il-protezzjoni tal-investitur; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra tagħmel fondi limitati disponibbli għal servizzi ta’ finanzjament kollettiv (crowd-funding), kif diġà sar minn xi Stati Membri;
91. Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-ħolqien ta’ swieq tal-bonds lokali għall-SMEs sabiex jiġi pprovdut finanzjament fit-tul adegwat, b’mod partikolari fir-reġjuni bi problemi ta’ kreditu; jemmen li swieq tal-bonds lokali bħalma hi l-Borża ta’ Stuttgart jistgħu jservi bħala mudell potenzjali;
92. Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-iżvilupp ta’ banek tal-investiment nazzjonali għall-SMEs u tippermetti lil dawk eżistenti jespandu l-operazzjonijiet tagħhom fi Stati Membri oħra u jsiru involuti fil-finanzjament ta' proġetti 'il barra mill-fruntieri nazzjonali tagħhom, billi tfassal linji gwida bil-ħsieb li jingħeleb il-fenomenu mifrux tal-kriżi tal-kreditu;
93. Jemmen li l-ħlasijiet tard huma sors ta’ instabbiltà u telf ta’ kompetittività għad-ditti, b'mod partikolari għall-SMEs; ifaħħar lil dawk l-Istati Membri li implimentaw bis-sħiħ id-Direttiva dwar il-ħlasijiet tard u jitlob li tiġi implimentata għalkollox tagħha fl-UE kollha; jemmen li l-għajnuna u l-istrumenti finanzjarji Ewropejli huma disponibbli isofru minn nuqqas ta’ għarfien fost l-operaturi ekonomiċi, speċjalment l-SMEs; jitlob li fl-UE kollha jiġu stabbiliti punti uniċi ta' servizz li jiċċentralizzaw l-informazzjoni għall-SMEs dwar il-finanzjament Ewropew disponibbli; jenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti netwerks ta’ assoċjazzjonijiet intermedjarji ta' intraprendituri u b'għanijiet mhux għall-qligħ għall-finijiet li jiġu stabbiliti u jingħataw lill-SMEs appoġġ, konsulenza u selfiet, bil-ħsieb li tiġi żviluppata l-intraprenditorija;
94. Jemmen li l-kompetizzjoni tat-taxxa mhux ġusta bejn l-Istati Membri mhijiex adegwata għall-iżvilupp ta’ IP Ewropew b’saħħtu;
95. Huwa favur koordinament aħjar tas-sistemi tat-taxxa tal-kumpaniji fl-UE permezz tal-introduzzjoni ta' bażijiet tat-taxxa armonizzati;
96. Jistieden lill-Kummissjoni tipproduċi studju komprensiv tal-fatturi tal-kompetittività mhux marbuta mal-prezz ta’ attivitajiet industrijali fit-territorju tal-Unjoni Ewropea (iż-żminijiet tal-kunsinna, il-privattivi, il-kwalità tal-prodotti, is-servizz ta' wara l-bejgħ, il-kwalità tan-netwerks tal-infrastruttura tat-trasport, tal-enerġija u tal-informatika, eċċ), hekk kif imqabbl regolarment ma’ dawk f’reġjuni oħra tad-dinja.; jitlob li l-Kummissjoni tmexxi analiżi li tibqa' għaddejja tal-kompetittività makro-ekonomika fl-Unjoni Ewropea, b'referenza partikolari għan-netwerks tal-infrastruttura tat-trasport, l-enerġija u l-informatika, u tipproduċi studji dwar il-finanzjament fit-tul għall-infrastruttura ġdida jew eżistenti li huwa meħtieġ bil-għan li l-Unjoni Ewropea tibqa' kompetittiva;
97. Jenfasizza l-importanza ta’ netwerks ta’ kapital ta’ riskju u ta’ investituri informali, b’mod partikolari għan-nisa; jitlob l-implimentazzjoni fil-pront tal-portal online tal-intraprendituri nisa; jilqa’ l-appoġġ tal-UE għall-istabbiliment ta’ netwerks ta’ investituri informali u inkubaturi; jilqa’ b’mod partikolari l-istabbiliment ta’ faċilità ta’ ekwità taħt Orizzont 2020 u COSME biex tiġi appoġġjata ż-żieda fil-kwantità u l-kwalità tal-provvista ta’ kapital ta’ riskju; jemmen li l-Fond Ewropew tal-Investiment għandu rwol kruċjali x’jiżvolġi fl-iżvilupp tas-swieq tal-kapital ta’ riskju, b’mod partikolari għall-varar ta’ teknoloġiji ġodda; jemmen li d-distinzjoni għal finijiet ta’ taxxa bejn l-ekwità u d-dejn għandha titneħħa;
98. Jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-effetti multiplikaturi tal-unitajiet ta’ kompetenzi ewlenin b'referenza għall-produzzjoni tagħhom, il-ħolqien tal-valur u n-netwerks ta’ impjiegi fl-ekonomija kollha bħala ħaġa sħiħa; jikkunsidra li l-unitajiet ta' kompetenzi ewlenin mhumiex neċessarjament definiti mid-daqs tagħhom imma jissodisfaw firxa ta’ kriterji, bħal pereżempju enfasi internazzjonali, ċertu sehem minimu mis-suq domestiku u globali, R&Ż intensivi u kooperazjoni ma’ netwerk kbir ta' impriżi; jikkunsidra li dan it-tip ta’ studju jista’ fuq kollox jiġbed l-attenzjoni lejn l-interdipendenza tan-negozji industrijali u l-SMEs, u b'hekk jinvalida ċerti sterjotipi fir-rigward tal-bażi industrijali tal-ipproċessar;
Nattiraw il-ħiliet u l-forza tax-xogħol għal Rinaxximent Industrijali
99. Hu tal-fehma li, sa mill-bidu tal-kriżi, madwar 5 500 intrapriża industrijali Ewropea ġiet “ristrutturata”, li rriżulta fit-telf ta’ xi 2.7 miljuni ta' impjiegi;
100. Jenfasizza li l-proġett RISE huwa opportunità għal xogħol stabbli b’impjiegi tajbin u paga deċenti; jenfasizza s-sħubija indispensabbli mal-partijiet interessati, b’mod speċjali s-sħab soċjali, il-kmamar u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, fil-kuntest tal-integrazzjoni taż-żgħażagħ fil-forza tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw id-djalogu soċjali wkoll fi ħdan il-fergħat tal-industrija u d-ditti; jemmen li l-involviment tas-sħab soċjali fl-aktar stadju bikri possibbli fi kwalunkwe proċedura ta’ leġiżlazzjoni jkun ta’ benefiċċju kbir; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tippromwovi r-rwol tas-sħab soċjali fil-livell tagħha, filwaqt li tqis kif dovut id-differenzi bejn id-diversi sistemi nazzjonali; Jistieden lis-sħab soċjali jidħlu fi djalogu fil-livell tal-UE kulfejn ikun possibbli;
101. Jinnota li l-proġett RISE se jirrikjedi aċċess aktar u aħjar għat-taħriġ, it-tagħlim tul il-ħajja, taħriġ vokazzjonali u edukazzjoni universitarja li jkunu jgħoddu għall-ġejjieni, enfasi qawwija fuq l-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM), b'mod partikolari għan-nisa, u appoġġ għall-intraprenditorija; jappoġġja l-inklużjoni ta' tali suġġetti fil-kurrikuli tal-iskejjel; jappoġġa l-iżvilupp ta' skemi ta' taħriġ u apprentistat marbuta max-xogħol u xibka ta' sikurezza soċjali adegwata flimkien ma' politika tat-tieni ċans; jemmen, f'dan ir-rigward, li l-programmi u l-istrumenti tal-UE, bħalma huma Orizzont 2020 u l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), għandhom iwettqu rwol importanti;
102. Jikkunsidra li l-appoġġ għal forza tax-xogħol ikkwalifikata huwa vantaġġ kbir għall-Ewropa u mutur maġġuri għall-iżvilupp tal-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp; jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lill-appoġġ għall-edukazzjoni, bil-għan li jinħolqu ċentri tar-riċerka li jkunu fuq quddiem nett tal-eċċellenza akkademika internazzjonalment;
103. Jemmen li l-innovazzjoni tal-post tax-xogħol, l-iżvilupp tal-kompetenzi, ħaddiema kreattivi u awtonomi u x-xogħol f'tim huma assi importanti kemm fil-prestazzjoni kemm soċjali kif ukoll ekonomika tal-kumpaniji; jenfasizza li d-demokratizzazzjoni tas-suq tax-xogħol, inkluża l-parteċipazzjoni attiva mir-rappreżentanti tal-persunal u t-trejdjunjins, għandha bżonn titwessa'; jistieden lill-Istati Membri jew lill-korpi reġjonali kkonċernati joħolqu qafas għat-taħriġ li jibqa' għaddej, kemm jekk bħala dritt individwali għat-taħriġ jew skemi oħra, li jiżgura li l-ġabra ta' ħiliet tagħhom tibqa' pass 'il quddiem mid-domanda li kulma jmur qed tikber fis-settur u tkun adattabbli għal suq ġdid jew, fil-każ ta' ħaddiema li jispiċċaw żejda, tkun trasferibbli għal settur industrijali ieħor; jinnota li min iħaddem u l-ħaddiema għandhom responsabbiltà kondiviża fi-rigward tat-tagħlim tul il-ħajja; jinnota, barra minn hekk, li l-informazzjoni u l-konsultazzjoni fuq il-post tax-xogħol huma dritt fundamentali stabbiliti fit-Trattat;
104. Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-Istati Membri u mas-sħab soċjali settorjali kkonċernati sabiex tfassal tbassir għall-futur medju u għat-tul dwar il-ħiliet meħtieġa mis-suq tax-xogħol, pereżempju billi jinħolqu kunsilli Ewropej tal-ħiliet industrijali;
105. Jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-ħiliet elettroniċi fil-livelli edukattivi kollha u permezz tat-tagħlim tul il-ħajja minħabba li l-iżviluppi tal-ICT jista’ jkollhom, fuq perjodu ta’ żmien twil, impatt kbir fuq industriji li qed jikbru fis-setturi bħall-effiċjenza enerġetika, l-ippjanar ambjentali, l-objettivi tas-sigurtà u kapaċitajiet ta’ komunikazzjonijiet oħra (eż. sistemi tat-trasport effiċjenti u intelliġenti, sistemi ta’ komunikazzjoni bejn persuni, bejn persuni u magni u bejn il-magni);
106. Jenfasizza li s-saħħa fl-inġinerija u t-teknoloġija tal-informazzjoni ttejjeb ir-reżiljenza fl-impjieg; jistieden lill-Istati Membri bl-appoġġ tal-Kummissjoni jikkunsidraw li jistabbilixxu miri nazzjonali biex iżidu n-numru ta’ studenti li jistudjaw suġġetti tal-iSTEM; jemmen li l-ħolqien ta’ pjattaformi STEM nazzjonali, reġjonali u Ewropej għall-iskambju tal-aħjar prattika bejn ir-reġjuni, l-universitajiet u l-industrija, jista’ jkun ta’ benefiċċju fl-istabbiliment ta’ miri STEM; iqis ukoll li l-pjattaformi Ewropej, jekk stabbiliti, jistgħu jkunu importanti biex jipprovdu koordinazzjoni u kooperazzjoni għall-pjattaformi nazzjonali fil-livell Ewropew; jenfasizza li l-ħiliet bażiċi tal-ICT għandhom ikunu mrawma fl-iskejjel u programmi ta’ taħriġ vokazzjonali f’dan il-kuntest;
107. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw il-mudell tal-Istati Uniti għall-istabbiliment ta’ Fondi College-to-Career (C2C) biex jinħolqu sħubijiet bejn l-industrija u l-universitajiet sabiex jitħarrġu żgħażagħ għall-impjiegi fl-industriji emerġenti; jinnota l-pjanijiet għall-istabbiliment ta' ‘Kulleġġi Tekniċi Universitarji’ mas-sħab fl-industrija, kif diskuss fir-Renju Unit;
108. Jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ il-mobilità volontarja fost iż-żgħażagħ, bil-promozzjoni ta' Erasmus għal Kulħadd u t-tneħħija tal-ostakli eżistenti għall-apprendistati, l-iskemi ta’ taħriġ u t-tiroċinji transkonfinali, u bit-tisħiħ tal-portabbiltà tal-pensjonijiet u d-drittijiet tax-xogħol u tal-protezzjoni soċjali madwar l-UE; jenfasizza li l-programm "Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ", b'mod partikolari, għandu jkun estiż b'mod sinifikanti;
109. Jissuġġerixxi l-immobilizzar tal-istrumenti finanzjarji u leġiżlattivi kollha disponibbli biex titħeġġeġ ir-rilokazzjoni tal-ekonomija, u jitlob li jinħolqu ċentri ta’ informazzjoni biex jissensibilizzaw l-imprendituri rigward il-vantaġġi taż-żamma jew ir-rilokazzjoni tal-attività tagħhom fl-Ewropa, billi it-tqassir tal-ktajjen tal-provvista jista' jwassal biex tiġi stabbilita provvista lokali ta’ prodotti u għal effiċjenza akbar għas-settur tal-manifattura filwaqt li jiġu żviluppati opportunitajiet ta’ impjieg lokali; iħeġġeġ biex l-EURES jiġi sfruttat b'mod effiċjenti kemm jista' jkun sabiex isir użu mill-ħiliet tal-Ewropej żgħażagħ li jkunu qed ifittxu l-impjiegi; jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw id-direttiva dwar is-servizzi b'mod aktar effettiv u jeliminaw id-dumping soċjali;
110. Jissottolinja li l-edukazzjoni hija rekwiżit bażiku u għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd, fil-livelli kollha tal-edukazzjoni mill-iskola primarja sal-università;
111. Jenfasizza l-ħtieġa li titnaqqas ir-rata ta’ tfal li jieqfu mill-iskola qabel iż-żmien, u jenfasizza li dawk li jispiċċaw l-iskola jeħtieġu opportunitajiet ta’ kollokamenti għal taħriġ, bħalma hu l-każ tal-"Garanzija ta’ Taħriġ" Awstrijaka;
112. Jilqa' d-deċiżjonijiet biex jiġu implimentati l-Garanzija taż-Żgħażagħ u l-ambizzjonijiet warajha kif ukoll ir-rieda tal-Istati Membri biex jallokaw il-finanzjament biex jittrattaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ; jilqa' l-promozjoni ta' Alleanza għall-Apprendistati; jenfasizza li f’ċerti Stati Membri l-apprendistati ma jiffurmawx, sa ċertu punt, parti integrali mill-politika tal-impjieg; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa indikaturi komuni tal-investiment soċjali, speċjalment rigward il-qgħad taż-żgħażagħ; jistieden lill-industrija tilgħab parti attiva fl-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żagħżagħ fuq il-livelli nazzjonali rispettivi u toffri impjiegi ta’ kwalità jew skemi ta’ taħriġ liż-żgħażagħ fejn ikun possibbli, u toħloq tiroċinji ta’ kwalità b’paga deċenti; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu l-iskemi ta' apprendistati aktar attraenti għall-kumpaniji permezz ta' varjetà ta' miżuri;
113. Jenfasizza li Stati Membri b’sistemi ta’ taħriġ vokazzjonali b’saħħithom kellhom swieq tax-xogħol relattivament robusti waqt il-kriżi; jistieden lill-Istati Membri kollha jeżaminaw u jintroduċu sistemi bħal dawn flimkien mas-sħab soċjali u partijiet interessati oħra rilevanti bħall-kmamar; jieħu nota tal-isfida tal-kompatibilità li dejjem tiżdied tas-Sistema Ewropea ta’ Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) u s-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment tal-Krediti (ECTS); jenfasizza wkoll l-importanza tal-kapaċità ta’ tqabbil u l-kompatibbiltà dejjem akbar bejn id-diversi sistemi ta’ taħriġ vokazzjonali nazzjonali sabiex tiġi ffaċilitata l-mobilità fis-suq tax-xogħol fil-kategoriji rilevanti tal-impjiegi;
114. Jinnota li l-iskejjel tal-edukazzjoni teknika sekondarja u s-sistemi ta’ taħriġ vokazzjonali jwettqu rwol essenzjali u jappoġġja l-inizjattivi tal-Kummissjoni li jappoġġjaw l-iskambji transkonfinali bejn l-Istati Membri;
115. Jemmen li t-tisħiħ tal-immaġni tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandha ssir mhux biss b’enfasi fuq il-valur intrinsiku tagħhom iżda wkoll billi dawn jiġu marbutin ma’ tranżizzjoni possibbli għall-edukazzjoni universitarja jew edukazzjoni ogħla oħra; jinnota li dan jeħtieġ ukoll li l-kwalifiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali ta’ kwalità għolja jiksbu klassifika ta’ livell ogħla fl-oqfsa ta’ kwalità nazzjonali mill-Istati Membri; jinnota l-importanza li jiżdiedu l-kompetenzi edukattivi sabiex tiżdied il-kwalità tal-iżvilupp tal-manifattura ġdida, anke permezz ta’ azzjoni Ewropea ta’ omoġenizzazzjoni tal-politiki għar-riżorsi umani li tibda mit-taħriġ bażiku;
116. Jistieden lill-Istati Membri biex, f’kooperazzjoni mas-sħab soċjali, ifasslu u jimplimentaw programmi ta' gwida vokazzjonali għaż-żgħażagħ f'dixxiplini xjentifiċi u teknoloġiċi sabiex jippromwovu l-iżvilupp ta' ekonomija vijabbli u sostenibbli, u miżuri ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet ekoloġiċi u ambjentali, kemm permezz tas-sistema tal-edukazzjoni formali u kemm fil-qafas tal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;
117. Jemmen li l-iżvilupp ulterjuri tal-libertà tal-moviment għall-ħaddiema, bl-użu ta' strumenti bħar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali u t-taħriġ tul il-ħajja, b'mod partikolari għall-ħaddiema vulnerabbli, għandu potenzjal kbir biex itaffi n-nuqqas ta' persunal kwalifikat u biex jippromwovi t-tkabbir inklużiv;
118. Jistieden lill-Istati Membri jniedu faċilitajiet ta’ mikrokreditu għaż-żgħażagħ sabiex jippromwovu l-intraprenditorija;
119. Jistenna li l-miżuri u l-azzjonijiet li ttieħdu biex jippromwovu l-intraprenditorija fil-livell Ewropew jew nazzjonali japplikaw għat-tipi kollha ta’ intrapriżi, kooperattivi, negozji tas-snajja’, professjonijiet liberali u intrapriżi tal-ekonomija soċjali;
120. Jenfasizza li RISE għandha tkun iggwidata mill-prinċipju ta’ "paga ugwali għal xogħol ugwali", sabiex ikunu żgurati kemm l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-post tax-xogħol kif ukoll kundizzjonijiet ugwali għal impjegati fuq tipi differenti ta’ kuntratt;
121. Jindika li kull sena, in-nisa jirrappreżentaw aktar min-nofs tal-għadd ta’ gradwati minn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla fl-Ewropa; jisħaq fuq l-impatt pożittiv li jista' jkollhom il-ħiliet tan-nisa kwalifikati fuq l-impriżi, partikolarment, għat-tkabbir, il-produttività u l-kompetittività tal-industrija Ewropea; f'dan ir-rigward, jistieden lill-partijiet interessati fl-oqsma ekonomiku, edukattiv u soċjali, u lill-Kummissjoni, biex jippromwovu u jsaħħu r-rwol tan-nisa fis-setturi industrijali fl-Ewropa;
122. Jisħaq fuq l-importanza li jiġi evitat l-iżbilanċ tradizzjonali bejn is-sessi fl-industrija; iqis li huwa importanti li jingħeleb l-iżbilanċ sabiex kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel ikunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq tax-xogħol, partikolarment minħabba l-isfidi demografiċi li taffaċċja l-UE;
123. Jirreferi għar-rwol importanti tal-ħaddiema nisa f'RISE; jenfasizza li l-assenza tal-perspettivi tas-sessi fil-politiki industrijali żżid l-inugwaljanza bejn is-sessi; iqis li huwa importanti li jingħeleb l-iżbilanċ tas-sessi preżenti sabiex kemm in-nisa kif ukoll l-irġiel ikunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq tax-xogħol, abbażi tal-prinċipju ta' pagi ugwali għal xogħol ugwali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-ħaddiema nisa mhumiex sottorappreżentati jew esklużi minn taħriġ, proġetti u programmi dwar it-trasformazzjoni ekoloġika u jenfasizza l-bżonn li jiġu integrati l-kwistjonijiet relatati mal-ugwaljanza bejn is-sessi; jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw miżuri li jwasslu għal bilanċ bejn il-ħajja tal-familja u l-ħajja tax-xogħol sabiex jimmassimizzaw l-opportunitajiet lin-nisa biex ikun hemm progress kontinwu u regolari fil-karriera;
124. Jinnota li t-trasformazzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju mhux biss se toħloq impjiegi ġodda f’setturi ekonomiċi ġodda iżda tista’ twassal ukoll għal telf tal-impjiegi f’attivitajiet inqas sostenibbli; jirrakkomanda, f'dan il-kuntest, li l-għodod għall-antiċipazzjoni f’waqtha tal-bidla jiġu stabbiliti u msaħħa sabiex jiggarantixxu tranżizzjoni mingħajr xkiel minn impjieg għall-ieħor;
125. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa u tippromwovi s-sett ta’ għodod għal politika tal-kumpanija sostenibbli (li jinkludi responsabbiltà soċjali korporattiva, rappurtar ta’ sostennibbiltà, azzjonijiet biex jiġu promossi mudelli li jipproduċu emissjonijiet ta’ karbonju baxx jew skart baxx);
126. Jenfasizza l-importanza tar-responsabbilità soċjali tal-kumpanija, għodda ewlenija għal politika kummerċjali attenta għall-użu effiċjenti tar-riżorsi naturali, għall-aspetti soċjali dwar ir-relazzjonijiet mal-komunità, mal-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom, mal-aspetti ekonomiċi dwar il-ġestjoni korretta tal-kumpanija;
127. Jistieden lill-Istati Membri, fi djalogu mas-sħab soċjali u l-partijiet interessati rilevanti, biex jikkunsidraw politiki biex is-sigħat tax-xogħol ikunu aktar flessibbli meta jkun hemm tnaqqis fir-ritmu ekonomiku;
128. Jipproponi li fl-aġenda ta’ summit soċjali bi tliet partijiet għat-Tkabbir u l-Impjiegi previst mill-Artikolu 152 tat-TFUE, jiġi inkluż is-suġġett tal-inklużjoni tal-konverġenza tal-istandards soċjali minimi fil-katina tal-prezzijiet ta’ kemm iqumu l-prodotti;
Politika tar-riżorsi u tal-enerġija għal rinaxximent industrijali
129. Jenfasizza l-fatt li r-riżorsi u l-enerġija huma ċentrali għal RISE, minħabba l-fatt li huma kruċjali għall-kompetittività internazzjonali; jenfasizza li d-disponibbiltà tal-materja prima hija ta’ importanza kruċjali għall-possibbiltajiet ta’ żvilupp tal-industrija Ewropea u jwissi li, mingħajr ċerta materja prima importanti, il-biċċa l-kbira tal-industriji strateġiċi Ewropej mhux se jkunu jistgħu jiżviluppaw; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex b’mod attiv jieħdu miżuri kontra spejjeż eċċessivi fil-qasam tar-riżorsi u l-enerġija; jappoġġja approċċ trijangolari ta’ affordabbiltà-sostenibbiltà-aċċessibbiltà għat-tnejn li huma, li jinsisti fuq it-tliet dimensjonijiet kollha msemmija filwaqt li għandu bħala għan id-diżakkoppjament tat-tkabbir miż-żieda fl-użu tar-riżorsi; jenfasizza l-importanza tal-iżgurar ta’ suq tal-enerġija kompetittiv u trasparenti li jevita l-iżbilanċi bejn l-Istati Membri u li jiffaċilita l-aċċess faċli għal enerġija sikura, sostenibbli, affidabbli u bi prezzijiet għall-but ta’ kulħadd; Jinnota l-bżonn ta' strateġija li tiffaċilita l-integrazzjoni tas-suq Ewropew tal-enerġija u l-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-enerġija;
130. Jilqa' l-Inizjattiva Ewropea tal-Materja Prima (RMI), is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar materja prima u l-pjan strateġiku ta’ implimentazzjoni tagħha, kif ukoll il-Pjan Direzzjonali dwar l-Effiċjenza fir-Riżorsi; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata l-iskarsezza tar-riżorsi għal riżorsi kruċjali bħall-ilma u jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli taħdem fuq l-istrateġija tal-materja prima tagħha fuq it-tliet pilastri tas-sħubijiet u l-kummerċ internazzjonali, tal-provvista tal-materja prima fl-UE, u l-effiċjenza, ir-riċiklar u l-użu mill-ġdid tar-riżorsi; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi l-għanijiet tal-politika tal-iskart fis-Semestru Ewropew u fir-rakkomandazzjonijiet skont il-pajjiż u l-programmi nazzjonali ta’ riforma; jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa ulterjorment il-parametri referenzjarji settorjali għall-effiċjenza fir-riżorsi, b’mod partikolari għal finijiet ta’ akkwist pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni biex tintegra strateġija 3R (Reduce, Re-use, Recycle (Naqqas, Erġa’ uża, Irriċikla)) u biex tistudja bir-reqqa proposti li jfittxu l-limitazzjoni ta’ materja prima importanti; jenfasizza l-importanza ta’ skema ta’ ċertifikazzjoni globali għar-riċiklaġġ tal-ewwel trattament ta’ skart perikoluż u għal materjali ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE); jirrimarka li f’xi Stati Membri jeżistu skemi ta’ ġbir u riċiklaġġ rilevanti; jinnota li l-industriji estrattivi Ewropej għandhom fost l-ogħla standards fid-dinja u jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa fi żmien sentejn il-proposta biex jiġi stabbilit Istitut Ġeoloġiku Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni biex toħroġ b'miżuri li jfittxu li jarmonizzaw ir-regoli u l-proċeduri għall-għoti ta' liċenzji għall-estrazzjoni ta’ materja prima fl-UE; jistieden lill-Istati Membri, l-industrija, l-istituti ġeoloġiċi u l-Kummissjoni biex jikkooperaw fl-immappjar tal-postijiet fejn tinsab il-materja prima;
131. Jenfasizza l-potenzjal tal-użu ta’ ekonomija bbażata aktar fuq il-bijoloġija, peress li l-materja prima, pereżempju mill-foresti, jista’ jkollha rwol importanti fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u fil-produzzjoni industrijali sostenibbli;
132. Jitlob għall-implimentazzjoni rapida tad-direttiva dwar l-effiċjenza enerġetika u l-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali bl-appoġġ ta’ inċentivi finanzjarji xierqa; jitlob il-ħolqien ta’ eżenzjoni sħiħa għall-iskemi kollha tal-effiċjenza enerġetika li l-Kummissjoni Ewropea ġiet innotifikata dwarha bħala parti mill-pjanijiet ta’ azzjoni għall-effiċjenza enerġetika tal-Istati Membri; jemmen li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strateġiji ambizzjużi partikolarment biex jirrinnovaw l-istokk tal-bini eżistenti skont standards komuni stabbiliti; jenfasizza li strumenti finanzjarji jistgħu iħeġġu aktar aġenda ta' effiċjenza; jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem favur kriterji ta' appoġġ kosteffiċjenti għall-enerġija rinnovabbli; jisħaq fuq il-fatt li provvista tal-enerġija affidabbli, sikura u li wieħed ikun jista' jaffordja hija essenzjali għall-kompetittività tal-industrija Ewropea; jisħaq fuq l-importanza ta' objettivi tal-klima ċari u fuq tul ta' żmien twil biex l-impriżi jkunu permessi jinvestu, partikolarment fl-industriji ħodor u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipproponi qafas legali u stabbli ta' azzjoni fuq tul ta' żmien medju u twil għall-politika tal-enerġija u tal-klima Ewropea sal-2030 sabiex jitħeġġeġ l-investiment fit-tnaqqis tal-karbonju, l-effiċjenza tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli;
133. Jinnota li l-UE hija l-unika li għandha skema tal-kwoti tal-emissjonijiet u li, barra l-pajjiżi tal-UE, in-numru tal-pajjiżi li għadhom jaderixxu mal-Protokoll ta’ Kyoto naqas b'inqas minn sitt pajjiżi li lanqas biss jirrappreżentaw 15 % tal-emissjonijiet globali tas-CO2, l-Unjoni Ewropea inkluża;
134. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija industrijali għall-enerġiji rinnovabbli li tkopri l-firxa sħiħa ta’ attivitajiet ta’ riċerka, inkluż il-finanzjament, sabiex ikun żgurat li tinżamm il-pożizzjoni ewlenija tal-UE fil-qasam tal-enerġiji rinnovabbli;
135. Iqis li l-industrija Ewropea, kif ukoll il-konsumaturi individwali, jistgħu jibbenefikaw minn infrastruttura tal-enerġija modernizzata bħalma huma l-grilji intelliġenti li jistgħu jgħinu biex jiġi massimizzat il-potenzjal enerġetiku indiġenu u biex jiġu integrati b’mod sħiħ is-sorsi rinovabbli fil-provvista tal-enerġija;
136. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li jkun hemm qafas stabbli għall-provvista tal-enerġija fid-deċennji li ġejjin, biex b’hekk tiġi ggarantita s-sigurtà tal-investimenti u jiġu żgurati miżuri biex tissaħħaħ il-kompetittività sostenibbli;
137. Jiġbed l-attenzjoni għall-iżviluppi attwali fil-prezzijiet tal-enerġija fid-dinja, li huma assoċjati mar-riżorsi mhux konvenzjonali ta’ żejt u gass fl-Istati Uniti kif ukoll fil-Lvant Nofsani, u jinnota li prezzijiet tal-enerġija għoljin huma fattur importanti li jaffettwa l-kompetittività tal-industriji Ewropej; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi pprovduta analiżi tal-fatturi li jinfluwenzaw il-prezz tal-enerġija; jistieden lill-Kummissjoni biex tqis dan bħala magħmul fil-valutazzjonijiet tal-impatt tagħha meta tfassal proposti futuri; jenfasizza li RISE jeħtieġ koerenza bejn il-politiki industrijali, tal-enerġija u tal-klima; jinnota li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-enerġija fl-Istati Uniti ppermetta investimenti industrijali addizzjonali; jirreferi għar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar tali investimenti; jenfasizza r-rwol ferm importanti tal-industriji li jużaw ħafna enerġija, li jipproduċu materja bażika essenzjali; jenfasizza li dawn l-industriji huma suġġetti għar-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju u li prekawzjonijiet speċjali huma għalhekk bżonnjużi biex jinżammu kompetittivi; jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq rakkomandazzjonijiet li jevitaw ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju;
138. Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni ma tennitx l-aderenza tagħha mal-prinċipju ta’ prekawzjoni fir-rigward tas-setturi li jużaw teknoloġiji li ma wrewx li huma ħielsa mir-riskji;
139. Jenfasizza li l-pajjiżi tan-Nofshinar tal-Ewropa qed iħallsu l-ogħla prezzijiet tal-gass fl-Ewropa, u b'hekk dan iħalli lill-industriji, b’mod partikolari l-industriji li jużaw ħafna enerġija, fi żvantaġġ kompetittiv filwaqt li jiżdied ukoll ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju;
140. Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jerġgħu jikkunsidraw il-kundizzjonijiet għal kuntratti tal-enerġija fuq tul ta' żmien twil u jirrevedu l-kuntratti tal-gass ibbażati fuq mekkaniżmi ta’ pprezzar tal-indiċjar taż-żejt u jersqu lejn ipprezzar aktar ibbażat fuq ċentri ta’ attività b'kompetizzjoni akbar fis-suq intern; jistieden lill-Kummissjoni biex tgħin ħalli jiġu skopruti possibilitajiet ta' negozjar mill-ġdid għal dawk il-kuntratti u tiġi ffaċilitata tranżizzjoni lejn alternattivi aktar flessibbli; b'hekk jissaħħu l-miri għal aċċess aħjar għall-gass għall-Istati Membri kollha;
Strateġija RISE reġjonali b'attenzjoni partikolari fuq in-Nofsinhar tal-Ewropa
141. Jappoġġja approċċ ta’ politika industrijali multireġjonali li jagħti spinta lit-tkabbir sostenibbli fl-ekonomiji li qed jiċkienu u lil dawk l-aktar esposti għal riskji sinifikanti għall-bażi industrijali tagħhom; jinnota l-bżonn urġenti li jiġu implimentati miżuri ta’ appoġġ għal dawk is-setturi industrijali l-aktar affettwati mill-kriżi u mill-kompetizzjoni internazzjonali; jappoġġja strateġija ta’ valur miżjud għoli fl-integrazzjoni tal-ekonomiji reġjonali, speċjalment l-ekonomiji tan-Nofsinhar, f’katini ta’ valur dinji; jemmen li l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti huma b’mod partikolari rilevanti f’dan il-kuntest u li s-saħħiet industrijali eżistenti jeħtieġ li jkunu promossi permezz ta’ żieda fl-innovazzjoni u l-ispeċjalizzazzjoni; jemmen li b'mod parallel mal-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti, fir-rigward tal-aċċess għall-finanzi, hija meħtieġa strateġija ta’ investiment għan-Nofsinhar;
142. Jenfasizza li jrid jittejjeb is-self fl-Istati Membri fi kriżi u jsostni li jista’ jiġi introdott programm ta’ mikrokreditu ffinanzjat mill-BEI jew banek nazzjonali ta’ żvilupp li jippermetti li l-SMEs jipproċessaw l-ordnijiet;
143. Jinnota li numru ta' reġjuni huma affettwati mill-pożizzjoni periferika tagħhom u li n-nuqqas ta’ infrastrutturi xierqa u konnessi sew jaffettwa l-kapaċità tagħhom li jkunu kompetittivi fis-suq intern u barra mill-Unjoni; jinnota li din hija partikolarment importanti għal ċerti żoni tan-Nofsinhar tal-Ewropa iżda li oħrajn bħaż-żoni tal-Lvant u tat-Tramuntana tal-Ewropa – fejn tinsab parti kbira mir-riżorsi naturali tal-Unjoni – ukoll jeħtieġu li jkunu kollegati aħjar mal-bqija tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi integrazzjoni infrastrutturali Ewropea sħiħa, speċjalment tal-ekonomiji tan-Nofsinhar, b’mod partikolari tal-ferrovija, l-enerġija u l-ICT, u jenfasizza l-ħtieġa li l-faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tingħata direzzjoni f’dan is-sens; jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropew u lill-Istati Membri biex jiggarantixxu livelli xierqa ta’ finanzjament u proċeduri burokratiċi simplifikati sabiex itejbu l-PPP, il-finanzjament tal-proġetti u l-bonds tal-proġetti; jiddeplora l-fatt li l-Peninsula Iberika mhijiex integrata għal kollox fis-suq tal-ferroviji Ewropew u li, flimkien ma' partijiet tal-Ewropa tan-Nofsinhar u tal-Lvant, mhijiex integrata fis-suq tal-enerġija Ewropea;
144. Jindika li r-reġjuni tan-Nofsinhar għandhom potenzjal kbir għall-iżvilupp tas-settur strateġiku tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli; jitlob miżuri li jistimulaw is-swieq f’dawn ir-reġjuni, inklużi azzjonijiet li jinkoraġġixxu l-mikroġenerazzjoni mill-impriżi li jixtiequ jipproduċu l-elettriku tagħhom stess u jbiegħu l-enerġija li tifdal fil-grilja;
145. Jenfasizza li ż-żieda fid-diversità tal-provvista tal-enerġija u l-użu ta’ riżorsi indiġeni, inkluża l-enerġija rinnovabbli, jista’ jkollhom rwol sinifikanti fit-tixtil tal-ekonomiji tan-Nofsinhar; jinnota li l-pajjiżi tan-Nofsinhar jiddependu ħafna fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija, f’ċertu każijiet minn fornitur wieħed;
146. Jisħaq fuq l-importanza tal-infrastruttura tal-ICT, b’mod partikolari soluzzjonijiet flessibbli u mobbli, biex tippermetti li l-industrija tiżviluppa wkoll f’reġjuni periferali u b’popolazzjoni baxxa;
147. Jenfasizza l-importanza ta’ mekkaniżmi tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u tar-replikazzjoni tas-suq; jilqa’ proposti biex tiżdied il-kooperazzjoni, is-simbjożi industrijali u jiġu żviluppati netwerks ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar l-effiċjenza fir-riżorsi; jemmen li l-isforzi għas-simbjożi industrijali jistgħu jgħinu sabiex jinħolqu aktar valur u effiċjenzi; jinnota li l-mudell tas-simbjożi industrijali tar-Renju Unit jista’ jservi bħala mudell għal Stati Membri oħra;
148. Jenfasizza li t-trasformazzjoni ta’ impriżi tal-kapital f’kooperattivi rnexxiet f’xi reġjuni u dan jiżgura b’mod effettiv approċċ aktar fit-tul, li jankrahom fl-ekonomija lokali u jagħtihom sehem fl-iżvilupp sostenibbli lokali; jinnota li l-kooperattivi jirrapreżentaw realtà ekonomika importanti fl-UE, fejn aktar minn 160,000 impriża kooperattiva huma l-proprjetà ta’ 123 miljum membru inkluż aktar minn 50,000 impriża kooperattiva fl-industrija u s-servizzi li jipprovdu impjiegi għal 1.4 miljun persuna u jikkontribwixxu bħala medja madwar 5 % tal-PDG ta’ kull Stat Membru; jemmen, f'dan ir-rigward, li l-mudelli tan-negozju adottati mill-kooperattivi għandhom jiġu kkunsidrati wkoll u li l-ispeċifiċitajiet tagħhom għandhom jingħataw kunsiderazzjoni fil-politiki rilevanti tal-UE;
149. Jemmen li l-ekonomiji tal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Ewropa jistgħu jibbenefikaw mis-swieq tal-esportazzjoni u huma b'mod partikolari strateġikament pożizzjonati għal swieq fin-Nofsinhar tal-Mediterran, filwaqt li l-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant jistgħu jibbenefikaw b'mod simili mis-swieq tal-esportazzjoni ġodda fil-pajjiżi tal-Commonwealth ta' Stati Indipendenti (CIS); jitlob biex jintlaqa' spirtu ta' intraprenditorija, u għall-migranti min-Nofsinhar u l-Lvant tal-Ewropa biex joħolqu negozji li jistgħu jaċċessaw dawk is-swieq tal-esportazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw relazzjonijiet intraprenditorjali bejn in-Nofsinhar u t-Tramuntana tal-Mediterran; jilqa’ wkoll il-missjonijiet għat-tkabbir tal-Viċi President Tajani; huwa tal-fehma li enfasi ikbar fuq il-qawwiet industrijali reġjonali u l-clusters tista’ tfisser żieda fil-kompetittività għall-iżvilupp strutturali tal-Ewropa; jitlob li dan jiġi kkunsidrat b’mod deċiżiv fl-iżvilupp istituzzjonali u strutturali Ewropew ulterjuri;
150. Huwa tal-fehma li enfasi ikbar fuq il-qawwiet industrijali reġjonali u l-clusters tista’ tfisser żieda fil-kompetittività għall-iżvilupp strutturali tal-Ewropa; jitlob li dan jiġi kkunsidrat b’mod deċiżiv fl-iżvilupp istituzzjonali u strutturali Ewropew ulterjuri;
o o o
151. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.