Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0465(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0116/2014

Testi mressqa :

A7-0116/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/03/2014 - 9.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0188

Testi adottati
PDF 278kWORD 37k
It-Tlieta, 11 ta' Marzu 2014 - Strasburgu
Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni KE-Serbja ***II
P7_TA(2014)0188A7-0116/2014

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar xi proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, fuq in-naħa l-oħra (17930/1/2013 – C7-0028/2014 – 2011/0465(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fl-ewwel qari (17930/1/2013 – C7‑0028/2014),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0938),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat FUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Procedura tieghu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7‑0116/2014),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat FUE;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Testi adottati 25.10.2012, P7_TA(2012)0389.

Avviż legali - Politika tal-privatezza