Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi (COM(2013)0044 – C7-0034/2013 – 2013/0024(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0044),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0034/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Mejju 2013(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2013(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0140/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2)
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),
Billi:
(1) Il-flussi ta' flus minn sorsi illegali permezz ta' trasferimenti ta' fondiilleċiti jistgħu jagħmlu ħsara lill-istruttura, lill-istabbiltà u lir-reputazzjoni tas-settur finanzjarju u jheddu s-suq intern kif ukoll l-iżvilupp internazzjonali u jdgħajfu, b'mod dirett jew indirett, il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istat tad-dritt. Il-finanzjament tat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata jibqa' problema sinifikanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. It-terroriżmu jheżżeż is-sisienu l-kriminalità organizzatahuma ta’ ħsara għall-istituzzjonijiet demokratiċi u jheżżus-sisien infushom tas-soċjetà tagħna. Il-faċilitaturi kruċjali tal-flussi tal-flus illeċiti huma l-istrutturi korporattivi sigrieti li joperaw fi ħdan u permezz ta’ ġurisdizzjoni sigrieta, spiss imsejħa wkoll bħala rifuġji fiskali. Is-saħħa, l-integrità u l-istabbiltà tas-sistema ta' trasferimenti ta' fondi u l-kunfidenza fis-sistema finanzjarja, mill-aspett globali tagħha, jistgħuqegħdin jiġu pperikolati serjament bl-isforzi tal-kriminali u s-soċji tagħhom sabiex jgħattu l-oriġini ta' rikavat kriminali jew sabiex jittrasferixxu fondi għal attivitajiet kriminali jew skopijiet terroristiċi. [Em. 1]
(2) Sabiex jiffaċilitaw l-attivitajiet kriminali tagħhom, dawk li jwettqu l-ħasil tal-flus u jiffinanzjaw lit-terroristi jistgħu jippruvawqegħdin jieħdu vantaġġ mil-libertà tal-movimenti ta' kapital meħtieġa fiż-żona finanzjarja integrata, sakemm ma jiġux adottati ċerti miżuri ta' koordinament fil-livell tal-Unjoni u fil-livell internazzjonali. Il-kooperazzjoni internazzjonali fil-qafas tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF) u l-implimentazzjoni globali tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu huma mmirati li jevitaw arbitraġġ regolatorju u tgħawwiġ fil-kompetizzjoni. Permezz tad-daqs tagħha, l-azzjoni tal-Unjoni għandha tiżgura li r-Rakkomandazzjoni 16 tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF)tal-FATF dwar it-trasferimenti elettroniċi, adottata fi Frar 2012, tkun trasposta b’mod uniformi fl-Unjoni kollha, u, b 'mod partikolari, li ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni jew diskrepanza bejn il-pagamenti nazzjonali fi Stat Membru u l-pagamenti transkonfinali bejn l-Istati Membri. Azzjoni mhux koordinata mill-Istati Membri waħedhom fil-qasam tat-trasferimenti transkonfinali tal-fondi jista' jkollha impatt sinifikanti fuq il-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta' pagament fil-livell tal-UE, u b’hekk tagħmel ħsara lis-suq intern fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. [Em. 2]
(2a) L-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament, inkluża r-Rakkomandazzjoni 16 tal-FATF, m’għandhomx jirriżultaw fi spejjeż sproporzjonati u mhux ġustifikati għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament jew għaċ-ċittadini li jużaw is-servizzi tagħhom, u l-libertà tal-moviment ta’ kapital legali għandha tkun garantita b’mod sħiħ madwar l-Unjoni kollha. [Em. 3]
(3) Fl-istrateġija riveduta tal-Unjoni dwar il-Finanzjament tat-Terroriżmu tas-17 ta’ Lulju 2008 ġie rrimarkat li jridu jinżammu l-isforzi għall-prevenzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu u tal-użu minn persuni suspettati b’terroriżmu tar-riżorsi finanzjarji tagħhom stess. Wieħed jirrikonoxxi li l-FATF kontinwament tfittex li ttejjeb ir-rakkomandazzjonijiet tagħha u taħdem lejn fehim komuni ta' kif dawn għandhom jiġu implimentati. Fl-istrateġija riveduta tal-Unjoni huwa nnutat li l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-Rakkomandazzjonijiet mill-membri kollha tal-FATF u mill-membri tal-korpi reġjonali immudellati fuq l-FATF hija evalwata fuq bażi regolari u li, minn dan il-lat, approċċ komuni għall-implimentazzjoni mill-Istati Membri huwa importanti.
(4) Għall-prevenzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu, ittieħdu miżuri mmirati lejn l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni, gruppi u entitajiet, inkluż ir-Regolament (KE) Nru 2580/2001(4), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002(5). Għall-istess skop, ittieħdu miżuri bl-għan li tiġi protetta s-sistema finanzjarja kontra l-użu ta' fondi u riżorsi ekonomiċi għall-finijiet tat-terroriżmu. Id-Direttiva .../.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6)(7) tat-terrorismu tinkludi għadd ta' miżuri bħal dawn. Madankollu dawn il-miżuri ma jimpedixxux kompletament lit-terroristi u kriminali oħra milli jkollhom aċċess għal sistemi ta' pagament sabiex iċaqilqu l-fondi tagħhom.
(5) Sabiex jitrawwem approċċ koerenti fil-kuntest internazzjonali fil-qasam tal-ġlieda u tiżdied l-effiċenza tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, azzjoni ulterjuri mill-Unjoni għandha tqis l-iżviluppi f’dak il-livell, jiġifieri l-Istandards Internazzjonali dwar il-Glieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u l-Proliferazzjoni adottati fl-2012 mill-FATF, u partikolarment ir-Rakkomandazzjoni 16 u n-nota interpretattiva riveduta għall-implimentazzjoni tagħha. [Em. 4]
(5a) Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-obbligi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 208 TFUE bil-ħsieb li titwaqqaf ix-xejra dejjem tiżdied li l-attivitajiet ta' ħasil tal-flus jiġu trasferiti minn pajjiżi żviluppati b'regoli stretti dwar il-ħasil tal-flus lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw fejn ir-regoli jistgħu jkunu inqas stretti. [Em. 5]
(6) It-traċċabbiltà sħiħa tat-trasferimenti ta' fondi tista' tkun għodda partikolarment importanti u valida fil-prevenzjoni, fl-investigazzjoni u fl-individwazzjoni tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu. Għalhekk huwa xieraq, sabiex tkun żgurata t-trażmissjoni tal-informazzjoni tul il-katina kollha ta' pagament, li tiġi stabbilita sistema li timponi l-obbligu fuq il-fornituri tas-servizzi ta' pagament li jiżguraw li t-trasferimenti ta' fondi jkunu akkumpanjati minn informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju, li għandha tkun preċiża u aġġornata. Hu essenzjali f'dan ir-rigward, li l-istituzzjonijiet finanzjarji jagħtu informazzjoni adegwata, preċiża u aġġornata b'rabta mat-trasferimenti ta' fondi mwettqa għall-klijenti tagħhom biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jipprevjenu b'mod iżjed effettiv il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. [Em. 6]
(7) Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali li titrasponi d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta(8). Pereżempju, dejta personali miġbura għall-fini ta' konformità ma' dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi pproċessata aktar b'mod li hu inkonsistenti mad-Direttiva 95/46/KE. B’mod partikolari, ipproċessar ulterjuri għal skopijiet kummerċjali għandu jkun strettament ipprojbit. Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu hija rikonoxxuta bħala raġuni ta’ interess pubbliku importanti mill-Istati Membri kollha. Għaldaqstant, fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, it-trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz li ma jiżgurax livell adegwat ta' protezzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE għandu jkun permess skont l-Artikolu 26 (d) ta' dik id-Direttiva. Huwa importanti li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament li joperaw f'ġurisdizzjonijiet multipli b'fergħat jew sussidjarji barra mill-Unjoni ma jkunux ostakolati b'mod mhux raġonevoli milli jikkondividu informazzjoni dwar tranżazzjonijiet suspettużi fi ħdan l-istess organizzazzjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal ftehimiet internazzjonali konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi li għandhom l-għan li jiġġieldu l-ħasil tal-flus, inklużi salvagwardji adegwati għaċ-ċittadini li jiżguraw livell ekwivalenti jew adegwat ta' protezzjoni. [Em. 7]
(8) Persuni li sempliċiment jaqilbu dokumenti fil-forma ta’ karta f'dejta elettronika u jaġixxu taħt kuntratt ma' fornitur tas-servizzi ta' pagament ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; l-istess japplika għal kwalunkwe persuna fiżika jew legali li lill-fornituri tas- servizzi ta' pagament tipprodilhom biss sistemi ta' messaġġi jew sistemi oħra ta' appoġġ għat-trażmissjoni ta' fondi jew sistemi ta' ikklerjar u ta’ saldu.
(9) Huwa xieraq li trasferimenti ta' fondi li jirrappreżentaw riskju żgħir ta' ħasil ta’ flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawn l-esklużjonijiet għandhom ikopru karti ta' kreditu jew debitu, telefons ċellulari jew apparat diġitali jew ta’ teknoloġija tal-informatika (IT) ieħor, irtirar ta’ flus minn kaxxiera awtomatiċi (ATM), pagamenti ta' taxxi, multi jew imposti oħra, u trasferimenti ta' fondi fejn kemm il-pagatur kif ukoll il-benefiċjarju jkunu fornituri tas-servizzi ta' pagament, li jaġixxu f'isimhom stess. Minbarra dan, sabiex ikunu riflessi l-karatteristiċi speċjali tas-sistemi nazzjonali ta' pagament, huwa xieraq li l-Istati Membri jkollhom id-dritt li jeżentaw il-pagamenti elettroniċi “giro”, sakemm ikun dejjem possibbli li t-trasferiment ta' fondi jiġi traċċat lura sal-pagatur kif ukoll it-trasferimenti ta' fondi magħmula permezz ta’ 'check image exchanges' jew kambjali. Madankollu, ma jrid ikun hemm l-ebda eżenzjoni meta jintużaw karta ta’ debitu jew kreditu, telefon ċellulari jew apparat diġitali jew tal-IT ieħor li huwa mħallas minn qabel jew li jitħallas wara sabiex jiġi effettwat trasferiment minn persuna għal oħra. Fid-dawl tal-progress teknoloġiku li qed jevolvi b’mod dinamiku, għandha tiġi kkunsidrata estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament sabiex ikopri l-flus elettroniċi u metodi ta’ pagament oħrajn ġodda. [Em. 8]
(10) Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju ma tkunx nieqsa jew mhux kompluta. Sabiex ma jkunx hemm xkiel għall-effiċjenza tas-sistemi ta' pagament, ir-rekwiżiti għall-verifika ta' trasferimenti ta' fondi magħmula minn kont bankarju għandhom ikunu distinti minn dawk għal trasferimenti ta' fondi mhux magħmula minn kont bankarju. Sabiex ikunu bbilanċjati r-riskji li t-tranżazzjonijiet jibdew isiru bil-moħbi, minħabba l-impożizzjoni ta' rekwiżiti eċċessivament stretti ta' identifikazzjoni, mat-theddida terroristika potenzjali ppreżentata minn trasferimenti żgħar ta' fondi, l-obbligu li jiġi verifikat jekk l-informazzjoni dwar il-pagatur hijiex preċiża, fil-każ ta' trasferimenti ta' fondi li ma jsirux minn kont bankarju, għandu jkun applikat biss fuqristrett għall-isem tal-pagatur għal trasferimenti ta' fondi individwali ta' aktar minnmassimu ta' EUR 1 000. Għal trasferimenti ta' fondi mwettqa minn kont bankarju, il-fornituri tas-servizzi ta' pagament ma għandhomx ikunu meħtieġa jivverifikaw l-informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja kull trasferiment ta' fondi fejn l-obbligi taħt id-Direttiva .../.../UE(9) ikunu ssodisfati. [Em. 9]
(11) Fl-isfond tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni dwar il-pagamenti - ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11) u d-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) - huwa biżżejjed li tkun prevista informazzjoni ssimplifikata dwar il-pagatur biex takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi fl-Unjoni.
(12) Sabiex l-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu f'pajjiżi terzi jkunu jistgħu jittraċċaw is-sors ta' fondi użati għal dawk l-għanijiet, it-trasferimenti ta' fondi mill-Unjoni 'l barra mill-Unjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn informazzjoni kompleta dwar il-pagatur u l-benefiċjarju. Dawk l-awtorijiet għandhom jingħataw aċċess għal informazzjoni kompleta dwar il-pagatur biss għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, u undividwazzjoni ta' ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.
(12a) L-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u l-aġenziji ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi rilevanti fl-Istati Membri, għandhom jintensifikaw il-kooperazzjoni bejniethom u mal-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi, inkluż dawk fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, ħalli jissaħħu aktar it-trasparenza, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki. L-Unjoni għandha tappoġġja programmi ta' bini tal-kapaċità fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex tiffaċilita tali kooperazzjoni. Is-sistemi biex tinġabar l-evidenza u biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni d-dejta u l-informazzjoni rilevanti għall-investigazzjoni ta' reati għandhom jittejbu, mingħajr ma b'xi mod jinkisru l-prinċipji tas-sussidjarjetà jew il-proporzjonalità jew id-drittijiet fundamentali fl-Unjoni. [Em. 10]
(12b) Il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur, tal-benefiċjarju u l-fornituri tas-servizz intermedjarju għandu jkollhom fis-seħħ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jipproteġu d-dejta personali kontra telf aċċidentali, tibdil, żvelar jew aċċess mhux awtorizzati. [Em. 11]
(13) Sabiex it-trasferimenti ta' fondi minn pagatur uniku lil diversi benefiċjarji jintbagħtu b'mod ekonomiku f'lottijiet skedati li jinkludu trasferimenti individwali mill-Unjoni lejn barra mill-Unjoni, għandu jsir provvediment sabiex tali trasferimenti individwali ikollhom biss in-numru tal-kont tal-pagatur jew l-identifikatur uniku tiegħu tat-trasferiment, sakemm il-lott skedat ikun jinkludi informazzjoni kompleta dwar il-pagatur u l-benefiċjarju.
(14) Sabiex ikun iċċekkjat jekk l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur u l-benefiċjarju takkumpanjax it-trasferimenti tal-fondi, u sabiex tingħata għajnuna fl-identifikazzjoni ta' transazzjonijiet suspettużi, il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju u l-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament għandu jkollhom proċeduri effettivi stabbiliti sabiex jindividwaw jekk l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju hijiex nieqsa jew mhux kompluta, b’mod partikolari jekk huma involuti għadd ta’ servizzi ta’ pagament, biex itejbu t-traċċabbiltà tat-trasferimenti ta’ fondi. Kontrolli effettivi tad-disponibilità u l-kompletezza tal-informazzjoni, partikolarment fejn ikunu involuti diversi fornituri tas-servizzi ta' pagament, jistgħu jgħinu sabiex il-proċeduri ta' investigazzjoni jieħdu inqas ħin u jkunu aktar effettivi, u dan min-naħa tiegħu jwassal għal titjib fit-traċċabbiltà ta' trasferimenti ta' fondi. Għaldaqstant l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament jinkludu l-informazzjoni meħtieġa dwar it-tranżazzjoni mat-trasferiment elettroniku jew il-messaġġ relatat tul il-katina ta' pagament. [Em. 12]
(15) Minħabba t-theddida potenzjali tal-finanzjament tat-terroriżmu ppreżentata mit-trasferimenti anonimi, huwa xieraq li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament ikunu meħtieġa jitolbu informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju. Skont l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju żviluppat mill-FATF, huwa xieraq li jiġu identifikati oqsma ta’ riskju ogħla u aktar baxx bil-ħsieb li jiġu immirati aħjar ir-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Skont dan, il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur u l-fornitur tas-servizz intermedjarju għandhom jistabbilixxu proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju u jivvalutaw u jiżnu r-riskji sabiex dawk ir-riżorsi jkunu jistgħu jiġu orjentati b'mod espliċitu lejn oqsma ta' riskju għoli tal-ħasil tal-flus. Tali proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju għal każijiet fejn trasferiment ta' fondi jkun nieqes mill-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur u l-benefiċjarju, sabiexse jgħinu lill-fornituri tas-servizzi ta' pagament jiddeċiedu b'mod aktar effettiv jekk iwettqux, jirrifjutawx jew jissospendux dak it-trasferiment u x’azzjoni xierqa ta' segwitu tittieħed. Fil-każ fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ikun ibbażat barra mit-territorju tal-Unjoni, għandha tiġi applikata b'mod imsaħħaħ id-diliġenza dovuta mal-klijent, konformement mad-Direttiva .../.../UE(13), fir-rigward ta' relazzjonijiet bankarji transkonfinali korrispondenti ma' dak il-fornitur tas-servizzi ta' pagament. [Em. 13]
(16) Il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur u l-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament għandhom jeżerċitaw viġilanza speċjali, jivvalutaw r-riskji, meta jsiru konxji li l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju tkun nieqsa jew mhux kompleta u għandhom jirrapportaw tranżazzjonijiet suspettużi lill-awtoritajiet kompetenti, skont l-obbligi tar-rappurtar stabbiliti fid-Direttiva …/…/UE(14) u fil-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali..
(17) Id-dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti ta' fondi fejn informazzjoni dwar il-pagatur jew il-benefiċjarju tkun nieqsa jew ma tkunx kompleta japplikaw bla ħsara għal kwalunkwe obbligu tal-fornituri tas-servizzi ta' pagament li jissospendu jew jirrifjutaw trasferimenti ta' fondi li jiksru dispożizzjonijiet tad-dritt ċivili, amministrattiv jew kriminali. Il-ħtieġa għal informazzjoni dwar l-identità tal-pagatur jew il-benefiċjarju fir-rigward ta’ individwi, persuni ġuridiċi, trusts, fondazzjonijiet, kumpaniji mutwalistiċi, azjendi u arranġamenti legali simili eżistenti jew futuri hija fattur ewlieni fl-intraċċar tal-kriminali li nkella jaf jaħbu l-identità tagħhom wara struttura korporattiva. [Em. 14]
(18) Sakemm jitneħħew il-limitazzjonijiet tekniċi li jistgħu jżommu fornituri intermedjarji tas-servizzi ta' pagament milli jissodisfaw l-obbligu li jittrasmettu l-informazzjoni kollha riċevuta minnhom dwar il-pagatur, dawk il-fornituri intermedjarji tas-servizzi ta' pagament għandhom iżommu rekords ta' dik l-informazzjoni. Tali limitazzjonijiet tekniċi għandhom jitneħħew hekk kif is-sistemi ta' pagament jiġu mtejba. Sabiex jingħelbu l-limitazzjonijiet tekniċi, jista' jitħeġġeġ l-użu tal-iskema tat-trasferiment tal-kreditu SEPA fil-każ ta' trasferimenti interbankarji bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. [Em. 15]
(19) Billi f’investigazzjonijiet kriminali jista' jagħti l-każ li ma jkunx possibbli li tiġi identifikata d-dejta meħtieġa jew l-individwi involuti għal ħafna xhur, jew anke snin, wara t-trasferiment oriġinali tal-fondi u sabiex ikun hemm aċċess għal provi essenzjali fil-kuntest tal-investigazzjonijiet, huwa xieraq li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament ikunu meħtieġa jżommu rekords ta’ informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju għal skopijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, u skoperta ta' ħasil tal-flus jew il- finanzjament tat-terroriżmu. Dan il-perjodu għandu jkun limitat għal ħames snin, u wara dan il-perjodu d-dejta personali kollha għandha titħassar, għajr jekk previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali. Iż-żamma ulterjuri tad-dejta għandha tkun permessa biss jekk meħtieġ għall-prevenzjoni, l-individwazzjoni jew l-investigazzjoni tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu u m'għandhiex taqbeż l-għaxar snin. Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament għandhom jiżguraw li d-dejta miżmuma skont dan ir-Regolament tintuża biss għall-iskopijiet deskritti fih. [Em. 16]
(20) Sabiex tkun possibbli azzjoni immedjata fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-fornituri tas- servizzi ta' pagament għandhom jirrispondu immedjatament talbiet għal informazzjoni dwar il-pagatur mill-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu fl-Istat Membru fejn jinsabu.
(21) L-għadd ta' ġranet ta' xogħol fl-Istat Membru tal-fornitur tas-servizz ta' pagament tal-pagatur jiddetermina l-għadd ta' ġranet sabiex tingħata tweġiba għal talbiet għal informazzjoni dwar il-pagatur.
(22) Sabiex titjieb il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2010 intitolata ‘Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji’, għandhom jittejbu s-setgħa tal-awtoritajiet kompetenti li jadottaw miżuri ta’ sorveljanza u s-setgħat tagħhom ta’ sanzjonar. Sanzjonijiet amministrattivi għandhom ikunu pprovduti u, minħabba l-importanza tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sanzjonijiet li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan, kif ukoll lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (“ABE”), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (“AEAPX”), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ) (“AETS”), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17).
(23) Sabiex tiżguraikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli XXXtal-Kapitolu V ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(18). [Em. 17]
(24) Għadd ta' pajjiżi u territorji li ma jiffurmawx parti mit-territorju tal-Unjoni jikkondividu unjoni monetarja ma' Stat Membru, jiffurmaw parti miż-żona monetarja ta' Stat Membru jew iffirmaw konvenzjoni monetarja mal-Unjoni rappreżentati minn Stat Membru u għandhom fornituri tas-servizzi ta' pagament li jipparteċipaw direttament jew indirettament fis-sistemi ta' pagament u ta' saldu ta' dak l-Istat Membru. Sabiex tkun evitata l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal trasferimenti ta' fondi bejn l-Istati Membri kkonċernati u dawk il-pajjiżi jew territorji li jkollhom effett negattiv sinifikanti fuq l-ekonomiji ta' dawk il-pajjiżi jew territorji, hu xieraq li jsir provvediment għall-possibbiltà li tali trasferimenti ta' fondi jkunu trattati bħala trasferimenti ta' fondi fl-Istati Membri kkonċernati.
(25) Fid-dawl tal-emendi li hemm bżonn li jsiru għar-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar informazzjoni fuq il-pagatur, li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi(19), dak ir-regolament għandu jitħassar għal raġunijiet ta' ċarezza.
(26) Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.
(27) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja (Artikolu 7), id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8) u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust (l-Artikolu 47) u l-prinċipju ta’ ne bis in idem.
(28) Sabiex tkun żgurata introduzzjoni mingħajr xkiel tal-qafas ġdid kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, huwa xieraq li d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun taħbat mal-iskadenza tat-traspożizzjoni għal d-Direttiva …/…/UE(20)
(28a) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta ta l-opinjoni fl-4 ta' Lulju 2013(21).
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, DEFINIZZJONIJIET U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli fuq l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzoni u l-individwazzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, meta jsir trasferiment ta’ fondi.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “finanzjament tat-terroriżmu” tfisser finanzjament tat-terroriżmu kif iddefinit fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva …/…/UE(22);
(2) “ħasil ta’ flus” tfisser attivitajiet ta’ ħasil ta’ flus imsemmija fl-Artikolu 1(2) jew (3) tad-Direttiva …/…/UE(23);
(3) “pagatur” tfisser persuna naturali jew legali li jew twettaq trasferiment ta' fondi mill-kont tiegħu jew tagħha stess jew li tagħmel ordni għat-trasferiment ta' fondipagatur kif definit fl-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2007/64/KE; [Em. 18]
(4) "benefiċjarju" tfisser persuna fiżika jew legali li tkun il-benefiċjarju li għalih huma previsti l-fondi trasferitibenefiċjarju kif definit fl-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2007/64/KE; [Em. 19]
(5) “fornitur tas-servizzi ta’ pagament” tfisser persuna fiżika jew legali li tipprovdi s-servizz ta’ trasferiment ta’ fondi fil-kapaċità professjonali tiegħu jew tagħhafornitur tas-servizzi ta' pagament kif definit fl-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2007/64/KE; [Em. 20]
(6) “fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament” tfisser fornitur tas-servizzi ta' pagament li jkun la tal-pagatur u lanqas tal-benefiċjarju, u li jirċievi u jittrażmetti trasferiment ta’ fondi f'isem il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur jew tal-benefiċjarju, jew ta’ fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament ieħor;
(7) “trasferiment ta’ fondi” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li ssir b’mezzi elettroniċi f’isem pagatur permezz ta’ fornitur tas-servizzi ta’ pagament, b’mod partikolari “servizzi ta’ ħlas ta’ flus” u “debitu dirett” fis-sens tad-Direttiva 2007/64/KE, bil-għan li l-fondi jkunu disponibbli għall-benefiċjarju permezz ta' fornitur tas-servizzi ta’ pagament, irrispettivament jekk il-pagatur u l-benefiċjarju humiex l-istess persuna; [Em. 21]
(8) “trasferiment ta' lott skedat” tfisser pakkett ta’ diversi trasferimenti individwali ta' fondi li nġabru flimkien għal trażmissjoni;
(9) “identifikatur uniku tat-tranżazzjoni” tfisser kombinazzjoni ta' ittri jew simboli stabbiliti mill-fornitur tas-servizzi ta' pagament, b’konformità mal-protokolli tas-sistemi ta' pagament u saldu jew sistemi ta’ messaġġi użati għat-trasferiment tal-fond, li tippermetti t-traċċabilità tat-tranżazzjoni lura lill-pagatur u lill-benefiċjarju;
(10) “trasferiment ta’ fondi minn persuna għal oħra” tfisser tranżazzjoni bejn żewġ persuni fiżiċi, li, bħala konsumaturi, jaġixxu għal skopijiet oħra għajr is-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħhom. [Em. 22]
Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament japplika għal trasferimenti ta' fondi, fi kwalunkwe munita, li jintbagħtu jew li jiġu riċevuti minn fornitur tas-servizzi ta' pagament stabbilit fl-Unjoni.
2. Dan ir-Regolament ma japplikaxm'għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi li jsiru permezz ta' karta ta' kreditu jew debitu, karta mħallsa minn qabel jew vawċer, jew telefon ċellulari,flus elettroniċi jew apparat diġitali jew ta’ teknoloġija tal-informatika (IT) ieħor definiti fid-Direttiva 2014/.../UE [PSD], meta l-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati: [Em. 23]
(a) il-kardil-karta jew apparat jintuża’jintużaw biex jitħallsu prodotti u servizzi lil kumpanija fi ħdan kummerċ jew negozju professjonali; [Em. 24]
(b) in-numru tal-kard jew apparat jakkumpanja t-trasferimenti kollha li joħorġu minn din it-tranżazzjoni.
Madankollu, dan ir-Regolament għandu japplika meta karta ta’ kreditu jew ta’ debitu, jew karta mħallsa minn qabel jew vawċer, jew telefon ċellulari, flus elettroniċi jew kwalunkwe apparat diġitali jew tal-ITieħor jintuża sabiex jiġi effettwat trasferiment ta' fondi minn persuna għal oħra. [Em. 25]
3. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li m'għandhom l-ebda attività għajr li jaqilbu dokumenti stampati f'dejta elettronika u li jaġixxu skont kuntratt ma' fornitur tas-servizzi ta' pagament jew lil dawk li m'għandhom l-ebda attività għajr li jipprovdu lill-fornituri tas-servizzi ta' pagament b'messaġġi jew sistemi oħra ta' appoġġ għat-trażmissjoni ta' fondi jew b'sistemi ta' kklerjar jew ta' saldu. [Em. 26]
Dan ir-Regolament ma japplikax għal trasferimenti ta' fondi:
(a) fejn it-trasferiment ta' fondi jinvolvi li l-pagatur jiġbed flus mill-kont tiegħu jew tagħha stess;
(b) fejn il-fondi huma ttrasferiti lil awtoritajiet pubbliċi bħala pagament għal taxxi, multi jew imposti oħra fi Stat Membru;
(c) fejn kemm il-pagatur kif ukoll il-benefiċjarju ikunu fornituri tas-servizzi ta' pagament li jaġixxu f'isimhom stess.
KAPITOLU II
L-OBBLIGI TAL-FORNITURI TAS-SERVIZZI TA' PAGAMENT
Taqsima 1
L-obbligi tal-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur
Artikolu 4
Informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi
1. Il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur jiżgura li t-trasferiment ta' fondi jkun akkumpanjat mill-informazzjoni li ġejja dwar il-pagatur:
(a) l-isem tal-pagatur;
(b) in-numru tal-kont tal-pagatur, fejn tali kont huwa użat biex jiġi pproċessat it-trasferiment tal-fondi, jew identifikatur uniku tat-tranżazzjoni fejn l-ebda tali kont ma jkun użat għal dak il-għan;
(c) l-indirizz tal-pagatur, numru tal-identità nazzjonali, jew numru ta' identifikazzjoni tal-klijent, jew id-data u l-post tat-twelid. [Em. 27]
2. Il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur jiżgura li t-trasferimenti ta' fondi jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni li ġejja dwar il-benefiċjarju:
(a) l-isem tal-benefiċjarju; u
(b) in-numru tal-kont tal-benefiċjarju, fejn tali kont huwa użat biex tiġi pproċessata t-tranżazzjoni, jew identifikatur uniku tat-tranżazzjoni fejn l-ebda tali kont ma jkun użat għal dak il-għan.
3. Qabel jittrasferixxi l-fondi, il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur għandu japplika miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijent skont id-Direttiva …/…/UE(24) u għandu jivverifika l-eżattezza u l-kompletezza tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 abbażi tad-dokumenti, tad-dejta u tal-informazzjoni miksuba minn sors affidabbli u indipendenti. [Em. 28]
4. Fejn il-fondi huma trasferiti mill-kont tal-pagatur, il-verifika msemmija fil-paragrafu 3 tkun meqjusa li saret fil-każijiet li ġejjin:
(a) fejn l-identità ta' pagatur tkun ġiet verifikata b'konnessjoni mal-ftuħ tal-kont skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva …/…/UE(25) u l-informazzjoni miksuba permezz ta' dik il-verifika tkun ġiet reġistrata konformement mal-Artikolu 39 ta' dik id-Direttiva;
jew
(b) fejn l-Artikolu 12(5) tad-Direttiva …/…/UE(26) japplika għall-pagatur.
5. Madankollu, b'deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta' trasferimenti ta' fondi li ma jsirux minn kont, il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ma jivverifikax l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jekk l-ammont ma jaqbiżx l-EURhuwa mitlub jivverifika tal-inqas l-isem tal-pagatur għal trasferimenti ta' fondi sa massimu ta' EUR 1 000 u ma jidhirx li hu marbut ma' trasferimenti oħra ta' fondi li, flimkien mat-trasferiment inkwistjoni, imma għandu jivverifika l-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur u l-benefiċjarju msemmija fil-paragrafu 1 fejn it-tranżazzjoni ssir f'diversi operazzjonijiet li jkunu jidhru li huma relatati jew fejn dawn jaqbżu l-EUR 1 000. [Em. 29]
Artikolu 5
Trasferimenti ta' fondi fl-Unjoni
1. B'deroga mill-Artikolu 4(1) u (2), meta l-fornitur(i) tas-servizz ta’ pagament ta' kemm il-pagatur kif ukoll il-benefiċjarju jkunu stabbiliti fl-Unjoni, fil-ħin tat-trasferiment ta' fondi għandhomjintalbu li jiġu pprovduti biss l-isem sħiħ u n-numru tal-kont tal-pagatur u l-benefiċjarju jew l-identifikatur uniku tat-tranżazzjoni tiegħumingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(2)(b) u (3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012. [Em. 30]
2. Minkejja l-paragrafu 1, min-naħa tal- il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur, f'każ li jiġi identifikat riskju ogħla kif imsemmi fl-Artikolu 16(2) jew (3), jew fl-Anness III tad-Direttiva .../.../UE(27),għandu jitlob l-informazzjoni kompluta dwar il-pagatur u l-benefiċjarju jew, fuq talba mill-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju jew il-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament, tkunjagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar il-pagatur jew il-benefiċjarju skont l-Artikolu 4, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol minn meta jirċievi dik it-talba. [Em. 31]
Artikolu 6
Trasferimenti ta’ fondi barra mill-unjoni
1. Fil-każ ta' trasferimenti ta' lottijiet skedati minn pagatur uniku fejn il-fornituri tas-servizz ta' pagament tal-benefiċjarji jinsabu barra mill-Unjoni, l-Artikolu 4(1) u (2) ma japplikax għat-trasferimenti individwali miġbura flimkien fihom, sakemm il-lott skedat ikun jinkludi dik l-informazzjoni imsemmija f’dak l-Artikolu u t-trasferimenti individwali jkunu akkumpanjati min-numru tal-kont tal-pagatur jew mill- identifikatur uniku tiegħu.
2. B'deroga mill-Artikolu 4(1) u (2), meta l-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju jkun stabbilit barra mill-Unjoni, it-trasferimenti ta’ fondi li jammontaw għal EUR 1 000 jew inqas ikunu akkumpanjati biss minn: [Em. 32]
(a) l-isem tal-pagatur;
(b) l-isem tal-benefiċjarju;
(c) in-numru tal-kont kemm tal-pagatur kif ukoll tal-benefiċjarju jew l-identifikatur uniku tat-tranżazzjoni.
Din l-informazzjoni m’hemmx għalfejn tiġi verifikata għall-preċiżjoni, sakemm ma jkunx hemm suspett ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu.
Taqsima 2
L-obbligi tal-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju
Artikolu 7
L-individwazzjoni ta' informazzjoni nieqsa dwar il-pagatur u l-benefiċjarju
1. Il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju għandu jinnota jekk is-segmenti li jirrigwardaw l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju fis-sistema ta' messaġġi jew fis-sistema ta' pagament u saldu li tintuża sabiex isir it-trasferiment ta' fondi, ikunux imtlew bl-użu tal-karattri jew inputs ammissibbli għall-proċeduri interni stabbiliti u bbażati fuq ir-riskju għal kontra l-abbuż, skont il-prattika ta' dik is-sistema ta’ messaġġi jew is-sistema ta’ pagament u saldu. [Em. 33]
2. Il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju jkollu fis-seħħ proċeduri effettivi sabiex jiskopri jekk l-informazzjoni li ġejja dwar il-pagatur u l-benefiċjarju tkunx nieqsa:
(a) għal trasferimenti ta' fondi fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ikun jinsab fl-Unjoni, l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 5;
(b) għal trasferimenti ta' fondi fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ikun stabbilit barra mill-Unjoni, l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) u fejn ikun applikabbli, l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 14; u
(c) għal trasferimenti ta' lottijiet skedati fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ikun stabbilit barra mill-Unjoni l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) rigward it-trasferiment ta' lott skedat.
3. Għal trasferimenti ta' fondi li jammontaw għal aktar minn EUR 1 000, fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ikun stabbilit barra mill-Unjoni, il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju jivverifika l-identità tal-benefiċjarju jekk l-identità tiegħu jew tagħha ma tkunx diġà ġiet ivverifikata.
4. Għal trasferimenti li jammontaw għal EUR 1 000 jew inqas, fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ikun stabbilit barra mill-Unjoni, il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju ma għandux għalfejn jivverifika l-informazzjoni dwar il-pagatur, sakemm ma jkunx hemm suspett ta' ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.
L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu jew ma japplikawx il-livell limitu fil-każ meta l-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali tkun issuġġeriet li jiżdiedu l-kontrolli fir-rigward ta' trasferimenti ta' fondi mhux magħmula minn kont. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-deroga għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni. [Em. 34]
4a. Fil-każ fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ikun stabbilit f'pajjiż terz li jippreżenta livell ta' riskju ogħla, għandha tiġi applikata diliġenza dovuta msaħħa mal-klijent, f'konformità mad-Direttiva …/…/UE (28), fir-rigward ta' relazzjonijiet bankarji transkonfinali korrispondenti ma' dak il-fornitur tas-servizzi ta' pagament. [Em. 35]
Artikolu 8
Trasferimenti ta' fondi b'informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta dwar il-pagatur u l-benefiċjarju
1. Il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju għandu jistabbilixxi proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju, abbażi tar-riskji identifikati fl-Artikolu 16(2) u l-Anness III għad-Direttiva .../.../UE(29), biex jiddeterminaw meta jiġi eżegwit, irrifjutat jew sospiż trasferiment ta' fondi minħabba nuqqas ta’ informazzjoni meħtieġa kompluta dwar il-pagatur u l-benefiċjarju u dwar azzjoni ta’ segwitu xierqa. [Em. 36]
Fi kwalunkwe każ, il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur u l-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandhom ikunu konformi ma’ kwalunkwe liġi applikabbli jew dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 2580/2001, ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 u d-Direttiva .../.../UE(30). [Em. 37]
Jekk il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju jsir jaf, meta jirċievi trasferimenti ta' fondi, li l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju meħtieġa skont l-Artikoli 4(1) u (2), l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6 hija nieqsa jew mhijiex kompleta jew ma ġietx ikkompletata bl-użu tal-karattri jew l-inputs ammissibbli fil-konvenzjonijet tas-sistema ta’ messaġġi jew fis-sistema ta’ pagament u saldu, dan għandu jew jirrifjuta t-trasferiment jew inkellajissospendih u jitlob għall-informazzjoni kompleta dwar il-pagatur u l-benefiċjarju qabel ma jagħmel it-tranżazzjoni ta' pagament. [Em. 38]
2. Meta fornitur ta' servizzi ta' pagament jonqos regolarment milli jagħti l-informazzjoni meħtieġa u kompluta dwar il-pagatur, il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju għandu jieħu passi, li għall-ewwel jistgħu jinkludu l-ħruġ ta' twissijiet u l-istipular ta' skadenzi, qabel jirrifjuta kwalunkwe trasferimenti futuri ta' fondi mingħand dak il-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew jiddeċiedi jekk jirrestrinġix jew itemm ir-relazzjoni ta' negozju tiegħu ma' dak il-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew le. [Em. 39]
Il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju jinforma lill-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.
Artikolu 9
Valutazzjoni u Rappurtar
Il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju, skont il-proċeduri bbażati fuq ir-riskju tal-fornituri tas-servizzi ta’ pagament, għandu jikkunsidra informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta dwar il-pagatur u l-benefiċjarju bħala fatturwieħed mill-fatturi fil-valutazzjoni ta' jekk it-trasferiment ta' fondi, jew kwalunkwe tranżazzjoni relatata, hijiex suspettuża,humiex suspettużi, u jekk għandhiex tiġi rappurtatagħandhomx jiġu rappurtati lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja. Il-fornitur tas-servizzi ta' pagament għandu, fil-proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju tiegħu, jiffoka wkoll fuq fatturi oħra ta' riskju kif identifikat fl-Artikolu 16(3) u fl-Anness III għad-Direttiva .../.../UE(31), u jieħu miżuri xierqa dwarhom. [Em. 40]
Taqsima 3
L-obbligi ta' fornituri intermedjarji tas-servizzi ta' pagament
Artikolu 10
Iż-żamma tal-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju mat-trasferiment
Il-fornituri intermedjarji tas-servizzi ta' pagament jiżguraw li l-informazzjoni kollha li jirċievu dwar il-pagatur li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi tinżamm mat-trasferiment.
Artikolu 11
L-individwazzjoni ta' informazzjoni nieqsa dwar il-pagatur u l-benefiċjarju
1. Il-fornitur tas-servizzi ta' pagament jinnota jekk is-segmenti li jirrigwardaw l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju fis-sistema ta' messaġġi jew fis-sistema ta' pagament u saldu li tintuża sabiex isir it-trasferiment ta' fondi, ikunux imtlew bl-użu tal-karattri jew inputs ammissibbli skont il-prattika ta' dik is-sistema.
2. Il-fornitur tas-servizzi ta' pagament għandu jkollu fis-seħħ proċeduri effettivi sabiex jiskoprujiskopri jekk l-informazzjoni li ġejja dwar il-pagatur u l-benefiċjarju tkunxhijiex nieqsa jew mhux kompluta: [Em. 41]
(a) għal trasferimenti ta' fondi fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ikun jinsab fl-Unjoni, l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 5;
(b) għal trasferimenti ta' fondi fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ikun stabbilit barra mill-Unjoni, l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) jew, fejn ikun applikabbli, l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 14; u
(c) għal trasferimenti ta' lottijiet skedati fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ikun stabbilit barra mill-Unjoni l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) rigward it-trasferiment ta' lott skedat.
Artikolu 12
Trasferimenti ta' fondi b'informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta dwar il-pagatur u l-benefiċjarju
1. Il-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament għandu tal-benefiċjarju jistabbilixxi proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju biex jiddeterminaw meta jiġi eżegwit, irrifjutat jew sospiż trasferiment ta' fondi minħabba nuqqas ta’ informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur u l-benefiċjarju u dwarjekk l-informazzjoni li tkun waslet dwar il-pagatur u l-benefiċjarju hijiex nieqsa jew mhux kompluta, u għandu jadotta azzjoni ta’ segwitu xierqa. [Em. 42]
Jekk il-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju jsir jaf, meta jirċievi trasferimenti ta' fondi, li l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju meħtieġa skont l-Artikoli 4(1) u (2), l-Artikolu 5(1) u l-Artikoli 6 hija nieqsa jew mhijiex kompleta jew ma ġietx ikkompletata bl-użu tal-karattri jew l-inputs ammissibbli skont il-konvenzjonijet tas-sistema ta’ messaġġi jew is-sistema ta’ pagament u saldu, dan għandu jew jirrifjuta t-trasferiment jew inkella jissospendih u jitlob għall-informazzjoni kompleta dwar il-pagatur u l-benefiċjarju qabel ma jagħmel it-tranżazzjoni ta' pagament. [Em. 43]
2. Meta fornitur ta' servizzi ta' pagament jonqos regolarment milli jagħti l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur, il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju jieħu passi, li għall-ewwel jistgħu jinkludu l-ħruġ ta' twissijiet u l-istipular ta' skadenzi, qabel jirrifjuta kwalunkwe trasferimenti futuri ta' fondi mingħand dak il-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew jiddeċiedi jekk jirrestrinġix jew itemmx ir-relazzjoni ta' negozju tiegħu ma' dak il-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew le.
Il-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament jinforma b’dan lill-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.
Artikolu 13
Valutazzjoni u Rappurtar
Il-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament jikkunsidra informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta dwar il-pagatur u l-benefiċjarju bħala fattur fil-valutazzjoni ta' jekk it-trasferiment ta' fondi, jew kwalunkwe tranżazzjoni relatata, hijiex suspettuża, u jekk għandhiex tiġi rappurtata lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja.
Artikolu 14
Limitazzjonijiet tekniċi
1. Dan l-Artikolu japplika fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur huwa stabbilit barra mill-Unjoni u l-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament jinsab fl-Unjoni.
2. Sakemm il-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament ma jsirx jaf, meta jirċievi trasferiment ta' fondi, li l-informazzjoni dwar il-pagatur meħtieġa taħt dan ir-Regolament tkun nieqsa jew mhux kompleta, huwa jista' juża sistema ta' pagament b'limitazzjonijiet tekniċi li timpedixxi li informazzjoni dwar il-pagatur milli takkumpanja t-trasferiment ta' fondi sabiex jagħmel trasferimenti ta' fondi lill-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju.
3. Meta l-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament isir jaf, meta jirċievi trasferiment ta' fondi, li l-informazzjoni dwar il-pagatur meħtieġa taħt dan ir-Regolament tkun nieqsa jew mhux kompleta, huwa juża sistema ta' pagament b'limitazzjonijiet tekniċi biss jekk ikun jista' jinforma lill-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju b'dan, f’sistema ta' messaġġi jew ta' pagament li tagħmel possibbli l-komunikazzjoni ta' dan il-fatt jew permezz ta' proċedura oħra, sakemm il-metodu ta' komunikazzjoni ikun aċċettat minn, jew miftiehem bejn, iż-żewġ fornituri tas-servizzi ta' pagament.
4. Meta l-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament juża sistema ta' pagament b'limitazzjonijiet tekniċi, il-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament, fuq talba mill-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju, jagħmel disponibbli lil dak il-fornitur ta' servizzi ta' pagament l-informazzjoni kollha dwar il-pagatur li huwa jkun irċieva, irrispettivament jekk din tkunx kompleta jew le, fi żmien tlitt ijiem ta' xogħol minn meta jirċievi dik it-talba.
KAPITOLU III
KOOPERAZZJONI U Ż-ŻAMMA TA’ REKORDS
Artikolu 15
Obbligi ta’ kooperazzjoni u ekwivalenza [Em. 44]
1. Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament u l-fornituri intermedjarji tas-servizzi ta’ pagament għandhom jirrispondu b'mod sħiħ u mingħajr dewmien, b’konformità mar-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jinsabu fih, għall-mistoqsijiet li jiġu esklużivament mill-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu ta' dak l-Istat Membru li jikkonċernaw l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament. Għandhom jiġu stabbiliti salvagwardji speċifiċi biex ikun żgurat li tali skambji ta' informazzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-dejta. L-ebda awtorità jew parti esterna oħra m’għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni maħżuna mill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament. [Em. 45]
1a. Billi proporzjon kbir tal-flussi finanzjarji illeċiti jispiċċa f'rifuġji fiskali, l-Unjoni għandha tagħmel aktar pressjoni fuq dawn il-pajjiżi ħalli jikkooperaw biex jiġġieldu tali flussi finanzjarji illeċiti u jtejbu t-trasparenza. [Em. 46]
1b. Il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament stabbiliti fl-Unjoni għandhom japplikaw dan ir-Regolament għas-sussidjarji u l-fergħat tagħhom li joperaw f’pajjiżi terzi u li mhumiex meqjusa ekwivalenti.
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22a fir-rigward tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza tal-qafas legali u superviżorju ta' ġurisdizzjonijiet barra mill-Unjoni għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.[Em. 47]
Artikolu 15a
Il-protezzjoni tad-dejta
1. Rigward l-ipproċessar tad-dejta personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 95/46/KE.
2. Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament għandhom jiżguraw li d-dejta miżmuma skont dan ir-Regolament tintuża biss għall-iskopijiet deskritti fih u li fl-ebda każ ma tintuża għal skopijiet kummerċjali.
3. L-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta għandu jkollhom is-setgħat, inklużi setgħat ta' aċċess indirett, biex jinvestigaw, jew ex-officio jew abbażi ta' lment, kwalunkwe dikjarazzjoni fir-rigward ta’ problemi fl-ipproċessar tad-dejta personali. Din għandha tinkludi b’mod partikolari aċċess għall-fajl tad-dejta għand il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. [Em. 48]
Artikolu 15b
Trasferiment tad-dejta personali lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali
It-trasferiment ta’ dejta personali lejn pajjiż terz, jew lejn organizzazzjoni internazzjonali, li ma jassigurax livell adegwat ta’ protezzjoni fit-tifsira tal--Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE, jista’ jseħħ biss jekk:
(a) jiġu stabbiliti miżuri u salvagwardji adegwati għall-protezzjoni tad-dejta; u
(b) l-awtorità superviżorja, wara valutazzjoni ta’ dawn il-miżuri u s-salvagwardji, tkun tat awtorizzazzjoni minn qabel għat-trasferiment. [Em. 49]
Artikolu 16
Iż-żamma tar-rekords
L-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju m’għandhiex tinżamm aktar milli strettament meħtieġ. Il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur u l-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jżommu rekords tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 4, 5, 6 u 7 għal perjodu massimu ta' ħames snin. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 14(2) u (3), il-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament għandu jżomm rekord tal-informazzjoni kollha li jkun irċieva għal ħames snin. Malli jiskadi dan il-perjodu, id-dejta personali għandha titħassar, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali, li tiddetermina taħt liema ċirkostanzi fornituri tas-servizzi ta' pagament jistgħu jżommu jew iżommu ulterjurment id-dejta. L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jeħtieġu żamma għal perjodu itwal biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn ġustifikati u fejn ikunu ingħataw raġunijiet, u biss jekk meħtieġ għall-prevenzjoni, l-individwazzjoni jew l-investigazzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu. Il-perjodu massimu taż-żamma wara t-twettiq tat-trasferiment ta’ fondi ma jistax jaqbeż l-għaxar snin u l-ħażna tad-dejta personali għandha tikkonforma mal-liġi nazzjonali li titrasponi d-Direttiva 95/46/KE. [Em. 50]
Il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur u tal-benefiċjarju u l-fornitur tas-servizz intermedjarju għandu jkollhom fis-seħħ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jipproteġu d-dejta personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali, it-telf aċċidentali, it-tibdil, l-iżvelar jew l-aċċess illegali. [Em. 51]
L-informazzjoni miġbura dwar il-pagatur jew il-benefiċjarju mill-fornituri tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur u tal-benefiċjarju u l-fornituri intermedjarji tas-servizzi ta’ pagament, għandha titħassar wara li jiskadi l-perjodu taż-żamma. [Em. 52]
Artikolu 16a
Aċċess għall-informazzjoni u l-kunfidenzjalità
1. Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament għandhom jiżguraw li l-informazzjoni miġbura għall-finijiet ta' dan ir-Regolament tkun aċċessibbli biss għall-persuni speċifikati jew tkun limitata għal dawk il-persuni li huma strettament neċessarji sabiex jitlesta l-kompitu meħud.
2. Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament għandhom jiżguraw ir-rispett tal-kunfidenzjalità tad-dejta pproċessata.
3. Individwi li jkollhom aċċess għal u li qed jittrattaw ma’ dejta personali tal-pagatur jew tal-benefiċjarju, għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-proċessi tad-dejta kif ukoll ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-persuni li jiġbru jew jipproċessaw regolarment dejta personali, jingħataw taħriġ speċifiku dwar il-protezzjoni tad-dejta. [Em. 53]
KAPITOLU IV
Sanzjonijiet u monitoraġġ
Artikolu 17
Sanzjonijiet
1. L-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar il-miżuri amministrattivi u s-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jwettqu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li huma jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet previsti jridu ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri jiżguraw li fejn japplikaw obbligi għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament, fil-każ ta' ksur ikunu jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet lill-membri tal-maniġment, u lil kwalunkwe individwu ieħor li skont il-liġi nazzjonali jkun responsabbli għall-ksur.
3. Sa ...(32) l-Istati Membri jinnotifikaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Konġunt tal-ABE, AEAPX u l-AETS. Huma jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Konġunt tal-ABE, l-AEAPX u l-AETS mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalih.
4. L-awtoritajiet kompetenti jingħataw is-setgħat investigattivi kollha li huma neċessarji biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom. Fl-eżerċitar tas-setgħat tagħhom ta’ sanzjonar, l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li s-sanzjonijiet jew il-miżuri jipproduċu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom meta jittrattaw każijiet transkonfinali.
Artikolu 18
Dispożizzjonijiet speċifiċi
1. Dan l-Artikolu japplika għall-ksur li ġej:
(a) nuqqas ripetut ta’ inklużjoni tal-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur u l-benefiċjarju minn fornitur tas-servizzi ta’ pagament, bi ksur tal-Artikoli 4, 5 u 6; [Em. 54]
(b) nuqqas serju min-naħa tal-fornituri tas-servizzi ta' pagament li jiżguraw iż-żamma tar-rekords f'konformità mal-Artikolu 16;
(c) nuqqas min-naħa tal-fornitur tas-servizzi ta’ pagament li jdaħħal fis-seħħ politika u proċeduri eggettivi bbażati fuq ir-riskju meħtieġa skont l-Artikoli 8 u 12.
(ca) nuqqas serju min-naħa tal-fornituri intermedjarji tas-servizzi ta’ pagament li jikkonformaw mal-Artikoli 11 u 12. [Em. 55]
2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi li jistgħu jiġu applikati jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:
(a) dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew legali u n-natura tal-ksur;
(b) ordni li titlob lill-persuna naturali jew legali biex tieqaf minn din l-inġiba u ma tirrepetix dak il-komportament;
(c) fil-każ ta' fornitur tas-servizzi ta’ pagament, l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-fornitur;
(d) projbizzjoni temporanja kontra kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-fornitur tas-servizzi ta’ pagament jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li titqies responsabbli, milli teżerċita xi funzjoni mal-fornitur tas-servizzi ta’ pagament;
(e) fil-każ ta’ persuna legali, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa 10 % tal-fatturat totali annwali tal-persuna legali fis-sena kummerċjali preċedenti; fejn il-persuna legali hija sussidjarja ta’ intrapriża prinċipali, il-fatturat annwali totali rilevanti jkun il-fatturat annwali totali li jirriżulta mill-kont konsolidat tal-intrapriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti;
(f) fil-każ ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri li l-munita tagħhom m'hix l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fil-...(33).
(g) sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sad-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati.
Artikolu 19
Pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi imposti fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 17 u l-Artikolu 18(1) jiġu ppubblikati mingħajr dewmien bla bżonn inkluż tagħrif dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli għalih, sakemm din il-pubblikazzjoni ma tipperikolax l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji.jekk dan ikun neċessarju u proporzjonat wara valutazzjoni każ b'każ. [Em. 56]
Fejn il-pubblikazzjoni tikkaġuna ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti, l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw is-sanzjonijiet fuq bażi anonima.
Fejn l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru timponi jew tapplika sanzjoni amministrattiva jew miżura oħra skont l-Artikoli 17 u 18, din għandha tinnotifika lill-ABE b’dik is-sanzjoni jew miżura u ċ-ċirkostanzi li fihom ġiet imposta jew applikata. L-ABE għandha tinkludi tali notifika fil-bażi ta' dejta ċentrali tas-sanzjonijiet amministrattivi stabbilita skont l-Artikolu 69 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(34) u għandha tapplika fil-konfront tagħha l-istess proċeduri bħal dawk għas-sanzjonijiet l-oħra kollha ppubblikati. [Em. 57]
Meta jiddeterminaw it-tip tas-sanzjonijiet jew miżuri amminstrattivi u l-livell ta’ sanzjonijiet pekunarji amminstrattivi, l-awtoritajiet kompetenti iqisu ċ-ċirkostanzi relevanti kollha, inkluż:
(a) il-gravità tal-ksur u kemm dam għaddej;
(b) il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew legali responsabbli;
(c) is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew legali responsabbli, skont kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna legali responsabbli jew mid-dħul annwali tal-persuna fiżika responsabbli;
(d) l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf li jkun ġie evitat mill-persuna fiżika jew legali responsabbli, safejn dawn ikunu jistgħu jiġu detetminati;
(e) it-telf għal partijiet terzi kkawżat mill-ksur, safejn ikun jista' jiġi determinat;
(f) il-livell ta’ kooperazzjoni li l-persuna fiżika jew legali responsabbli turi mal-awtorità kompetenti;
(g) ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew legali responsabbli.
Artikolu 21
Ir-rappurtar tal-ksur
1. L-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi sabiex jinkoraġġixxu r-rappurtar ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament lill-awtoritajiet kompetenti. Għandhom jiġu implimentati miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jipproteġu d-dejta kontra l-qerda aċċidentali jew illegali, it-telf aċċidentali, it-tibdil, jew l-iżvelar illegali. [Em. 58]
2. Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu mill-inqas:
(a) proċeduri speċifiċi biex jintlaqgħu rapporti dwar ksur u għas-segwitu tagħhom;
(b) il-protezzjoni xierqa għall-persunigħall-informaturi u għall-persuni li jirrapportaw ksur potenzjali jew reali; [Em. 59]
(c) il-protezzjoni tad-dejta personali li tikkonċerna kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll lill-persuna naturali li hija allegatament responsabbli għall-ksur, skont il-prinċipji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE.
3. Il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, għandhom jistabbilixxu proċeduri interni xierqa għall-impjegati tagħhom sabiex jirrapportaw vjolazzjonijietkwalunkwe ksur b’mezz speċifikusikur, indipendenti u anonimu. [Em. 60]
Artikolu 22
Monitoraġġ
1. L-Istati Membri jeżiġu li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw b'mod effettiv, u jieħdu l-miżuri neċessarji bil-għan li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. L-ABE tista' toħroġ linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar il-proċessi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tqis l-aħjar prattiki tal-Istati Membri. [Em. 61]
1a. Il-Kummissjoni għandha tikkoordina u timmonitorja sew l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi ta' pagament barra l-Unjoni u għandha ssaħħaħ il-kooperazzjoni, fejn xieraq, mal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi responsabbli biex jinvestigaw u jippenalizzaw każijiet ta' ksur skont l-Artikolu 18. [Em. 62]
1b. Sal-1 ta' Jannar 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Kapitolu IV b'attenzjoni partikolari lejn il-każijiet transkonfinali, il-fornituri tas-servizzi ta' pagament ta' pajjiżi terzi u l-eżekuzzjoni tas-setgħat investigattivi u ta' sanzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom. Jekk ikun hemm riskju ta' ksur relatat mal-ħżin tad-dejta, il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni xierqa u effettiva, inkluż it-tressiq ta' proposta li temenda dan ir-Regolament. [Em. 63]
Artikolu 22a
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati hi konferita lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 15(1a) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal żmien indeterminat minn ...(35)
3. Id-delega tas-setgħa li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 15(1a) tista’ tkun revokata f’kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iżjed tard speċifikata fih. Din m'għandhiex tolqot il-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 15(1a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 64]
KAPITOLU V
IS-SETGĦAT TAL-IMPLIMENTAZZJONI
Artikolu 23
Proċedura ta' Kumitat
1. Il-Kummissjoni tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (‘il-Kumitat’). Il-Kumitat ikun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, sakemm id-dispożizzjonijiet implimentattivi adottati skont il-proċedura stabbilita fih ma jbiddlux id-dispożizzjonijiet bażiċi ta' dan ir-Regolament. [Em. 65]
KAPITOLU VI
DEROGI
Artikolu 24
Ftehimiet ma’ territorji jew pajjiżi mhux imsemmija fl-Artikolu 355 tat-Trattat [Em. 66]
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1a), il-Kummissjoni tista', f’każijiet fejn l-ekwivalenza ġiet attestata, tawtorizza lil kwalunkwe Stat Membru sabiex jikkonkludi ftehimiet, ma' pajjiż jew territorju li ma jifformax parti mit-territorju tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 355 tat-Trattat, li jinkludu derogi minn dan ir-Regolament, sabiex jippermettu li t-trasferimenti ta' fondi bejn dak il-pajjiż jew territorju u l-Istat Membru konċernat ikunu meqjusa bħala trasferimenti ta' fondi f'dak l-Istat Membru. [Em. 67]
Tali ftehimiet jistgħu jkunu awtorizzati biss jekk il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:
(a) il-pajjiż jew territorju konċernat jikkondividi unjoni monetarja mal-Istat Membru konċernat jew jifforma parti miż-żona monetarja ta' dak l-Istat Membru jew ikun iffirma Konvenzjoni Monetarja mal-Unjoni Ewropea rappreżentata minn Stat Membru;
(b) il-fornituri tas-servizzi ta' pagament fil-pajjiż jew territorju konċernat jipparteċipaw direttament jew indirettament fis-sistemi ta' pagament u ta' saldu f'dak l-Istat Membru;
u
(c) il-pajjiż jew territorju konċernat jeżiġi li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu japplikaw l-istess regoli bħal dawk stabbiliti taħt dan ir-Regolament.
2. Kwalunkwe Stat Membru li jixtieq jikkonkludi xi ftehim kif imsemmi fil-paragrafu 1 jibgħat applikazzjoni lill-Kummissjoni u jagħtiha l-informazzjoni kollha meħtieġa.
Hekk kif il-Kummissjoni tirċievi applikazzjoni minn Stat Membru, it-trasferimenti ta' fondi bejn dak l-Istat Membru u l-pajjiż jew it-territorju konċernat ikunu provviżorjament trattati bħala trasferimenti ta' fondi f'dak l-Istat Membru, sakemm tittieħed deċiżjoni skont il-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu.
Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li ma għandhiex l-informazzjoni kollha neċessarja, tikkuntattja lill-Istat Membru konċernat fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-applikazzjoni u tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.
Ladarba l-Kummissjoni jkollha l-informazzjoni kollha li tikkunsidra neċessarja għall-valutazzjoni tat-talba, fi żmien xahar tinnotifika lill-Istat Membru b’dan u tittrasmetti t-talba lill-Istati Membri l-oħra.
3. Fi żmien tliet xhur min-notifika msemmija fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni tiddeċiedi, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2), jekk tawtorizzax lill-Istat Membru konċernat sabiex jikkonkludi l-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Fi kwalunkwe każ, tiġi adottata deċiżjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu fi żmien 18-il xahar minn meta l-Kummissjoni tirċievi l-applikazzjoni.
3a. Għad-deċiżjonijiet awtorizzati b'rabta ma' territorji dipendenti jew assoċjati diġà eżistenti, għandha tkun żgurata kontinwazzjoni mingħajr interruzzjoni, jiġifieri d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/43/UE(36), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/259/UE(37), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/982/KE(38). [Em. 68]
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 25
Tħassir
Jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness.
Artikolu 26
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Regolament (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70).
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk tal-Al-Qaida (ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9).
Direttiva .../.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' .. dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament (ĠU L , , p. ).
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 (ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11).
Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti bl-euro u jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).
Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta 'Novembru 2007 dwar servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).
Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropea tal-Assigurazzjoni u), li temenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni(ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Direttiva 2013/36/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 aċċess għall-attività ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u jħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/43/UE tal-25 ta’ Jannar 2012 li tawtorizza lir-Renju tad-Danimarka jikkonkludi ftehimiet mal-Groenlandja u l-Gżejjer Faeroe għat-trasferimenti ta’ fondi bejn id-Danimarka u kull wieħed minn dawn it-territorji li għandhom jiġu ttrattati bħala trasferimenti ta’ fondi fid-Danimarka, skont ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(ĠU L 24, 27.1.2012, p. 12).
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/259/EC tal-4 ta’ Mejju 2010 li tawtorizza r-Repubblika Franċiża tikkonkludi ftehim mal-Prinċipat ta’ Monako dwar trasferimenti ta’ fondi bejn ir-Repubblika Franċiża u l-Prinċipat ta’ Monako sabiex jiġu meqjusa bħala trasferimenti fi ħdan ir-Repubblika Franċiża, skont ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(ĠU L 112, 5.5.2010, p. 23).
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/982 tat-8 ta' Diċembru 2008 li tawtorizza lir-Renju Unit jikkonkludi ftehim mal-Bailiwick ta' Jersey, mal-Bailiwick ta' Guernsey u mal-Isle of Man sabiex it-trasferimenti ta' fondi bejn ir-Renju Unit u kull wieħed minn dawn it-territorji jitqiesu bħala trasferimenti ta' fondi fi ħdan ir-Renju Unit, skond ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(ĠU L 352, 31.12.2008, p. 34).