Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta’ dejta dwar merkanzija, passiġġieri u aċċidenti (COM(2013)0611 – C7-0249/2013 – 2013/0297(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0611),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0249/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0002/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta' dejta dwar merkanzija, passiġġieri u aċċidenti
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(1),
Billi:
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2) jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni, it-trażmissjoni, l-evalwazzjoni u t-tixrid ta' statistika komparabbli dwar it-trasport ferrovjarju fl-Unjoni.
(2) L-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri bil-ferrovija hija neċessarja sabiex il-Kummissjoni tkun tista' timmonitorja u tiżviluppa politika ta' trasport komuni u l-elementi tat-trasport tal-politiki dwar in-networks reġjonali u trans-Ewropej.
(3) L-istatistika dwar is-sikurezza ferrovjarja hija neċessarja wkoll sabiex il-Kummissjoni tħejji u timmonitorja l-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza tat-trasport. L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea tiġbor dejta dwar l-aċċidenti skont l-Anness Statistiku tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(3) tal-Komunità fir-rigward tal-indikaturi komuni tas-sikurezza u l-metodi komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż tal-aċċidenti.
(3a) Il-Eurostat għandu jikkoopera mill-qrib mal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea fil-ġbir tad-dejta dwar l-aċċidenti ferrovjarji bil-għan li jiġi żgurat li d-dejta ottenuta hija konsistenti u għalkollox komparabbli. Ir-rwol tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea fil-qasam tas-sikurezza ferrovjarja għandu jiġi kontinwament imsaħħaħ. [Em. 1]
(4) Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri li jitrażmettu dejta dwar il-passiġġieri lill-Kummissjoni (Eurostat) skont ir-Regolament (KE) Nru 91/2003, ipprovdew b'mod regolari l-istess dejta kemm għad-dejtasets proviżorji kif ukoll għal dawk finali.
(5) Għandu jkun hemm bilanċ bejn il-bżonnijiet tal-utenti u l-piż ta' dawk li jwieġbu meta tiġi prodotta statistika Ewropea.
(6) Il-Eurostat wettaq analiżi teknika tad-dejta eżistenti dwar l-istatistika ferrovjarja miġbura skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-politika ta' tixrid, fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma u t-Task Force fuq l-istatistika dwar it-trasport ferrovjarju, biex jissimplifika kemm jista' jkun id-diversi attivitajiet neċessarji biex tiġi prodotta statistika, filwaqt li r-riżultat finali jibqa' konformi mal-bżonnijiet attwali u futuri tal-utent.
(7) Fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, il-Kummissjoni ssemmi li l-iżviluppi fuq terminu twil probabbilment ifissru t-trażżin jew is-simplifikazzjoni tad-dejta diġà miġbura skont ir-Regolament, u li l-intenzjoni hija li jitnaqqas il-perjodu ta' trażmissjoni tad-dejta, għad-dejta annwali dwar il-passiġġieri bil-ferrovija. Il-Kummissjoni għandha tkompli tagħti rapporti f’intervalli regolari dwar il-mod li bih dan ir-Regolament jiġi implimentat. [Em. 2]
(8) Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 jagħti setgħat lill-Kummissjoni biex timplimenta wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("it-Trattat"), is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament għandhom bżonn jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat.
(9) Sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi l-ġodda fl-Istati Membri u fl-istess ħin jinżamm il-ġbir armonizzat tad-dejta ferrovjarja mal-Unjoni kollha u bil-għan li tinżamm il-kwalità għolja tad-dejta trażmessa mill-Istati Membri, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni, bil-għan li tadatta d-definizzjonijiet u l-limiti għar-rappurtar u l-kontenuti tal-Annessi, u li tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi provduta.
(10) Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell espert, u litqis il-pożizzjoni tas-settur ferrovjarju. Waqt it-tħejjija u t-tfassil tal-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm sottomissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 3]
(11) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn l-atti ddelegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq dawk li jwieġbu.
(12) Sabiex jiġi żgurat li jkun hemmikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, is-setgħatgħandhom jiġu kkonferitisetgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-informazzjoni li trid tiġi porvduta għar-rapporti dwar il-kwalità u l-komparabbiltà tar-riżultati, u dwar l-arranġamenti għat-tixrid tar-riżultati mill-Kummissjoni (Eurostat). DawkDawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4). Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ dawk l-atti, minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni ġenerali tagħhom.
(13) Ġie kkonsultat il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika.
(14) Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 għandu jiġi emendat skont dan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 huwa emendat kif ġej:
(1) L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
(a) Fil-paragrafu 1, jitħassru l-punti 24 sa 30.[Em. 5]
(b) Il-paragrafu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:"
'2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, f'konformità mal-Artikolu 10, atti ddelegati biex tadatta d-definizzjonijiet tekniċi msemmija fil-paragrafu 1 u biex tipprovdi definizzjonijiet addizzjonali meta jkun hemm bżonn li jitqiesu żviluppi ġodda li jeħtieġu li jiġi ddefinit ċertu livell ta' dettall tekniku sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni tal-istatistika.'
"
(2) L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
(a) Fil-paragrafu 1, jitħassru l-punti b u d. [Em. 6]
(aa) Fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt li ġej:"
'(ga) l-istatistika dwar l-infrastruttura ferrovjarja (l-Anness Ga);' [Em. 7]
"
(ab) Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"
‘1a. Il-Eurostat għandu jikkoopera mill-qrib mal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA) fil-ġbir tad-dejta dwar l-aċċidenti, inklużi l-kwalifikazzjonijiet tad-dejta, bil-għan li jiġi żgurat li d-dejta dwar l-aċċidenti miġbura mill-ERA taħt l-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/149/KE* dwar is-sikurezza ferrovjarja hija għalkollox komparabbli mad-dejta dwar l-aċċidenti miġbura mill-Eurostat dwar modi oħra ta' trasport.
___________________
* Direttiva tal-Kummissjoni 2009/149/KE tas-27 ta' Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-Indikaturi Komuni tas-Sikurezza u mal-metodi komuni biex ikunu kkalkulati l-ispejjeż tal-inċidenti (ĠU L 313, 28.11.2009, p. 65).’ [Em. 8]
"
(b) Il-paragrafu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:"
'2. Skont l-Annessi A u C, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dejta għall-impriżi:
(a) li l-volum totali ta' merkanzija ttrasportata huwa mill-inqas 200 miljun tunnellata-km jew mill-inqas 500 000 tunnellata;
(b) li l-volum totali ta' passiġġieri ttrasportati huwa mill-inqas 100 miljun kilometru tal-passiġġieri;
(c) mhuwiex obbligatorju r-rappurtar fl-Annessi A u C taħt dawn il-limiti.'
"
(c) Il-paragrafu 3 huwa mibdul b’dan li ġej:"
'3. Skont l-Anness L, l-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dejta totali għall-impriżi taħt il-limitu msemmi fil-paragrafu 2 jekk din id-dejta ma tiġix irrappurtata skont l-Annessi A u C, kif speċifikat fl-Anness L.'
"
(d) Il-paragrafu 5 huwa mibdul b’dan li ġej:"
'5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, fejn meħtieġf'konformità maskont l-Artikolu 10, atti ddelegati li jikkonċernaw l-adattament tal-kontenutital-kontenut tal-Annessi u l-limiti għar-rappurtar kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 3, sabiex jitqiesu l-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi.' [Em. 9]
"
(e) Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:"
'6. Meta tkun qed teżerċita s-setgħa tagħha skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti ddelegati adottati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq dawk li jwieġbu.'
"
(3) Fl-Artikolu 5(2), il-punt b huwa mibdul b'dan li ġej:"
'(b) id-dejta amministrattiva, li tinkludi d-dejta miġbura mill-awtoritajiet regolatorji, b'mod partikolari l-polza tat-tagħbija tal-merkanzija ferrovjarja jekk tkun disponibbli'.
"
(4) L-Artikolu 7 huwa mibdul b'dan li ġej:"
‘Artikolu 7
Tixrid
L-istatistika bbażata fuq id-dejta speċifikata fl-Annessi A, C, E, F, G, GA, H u L għandha tinxteredtixxerred mill-Kummissjoni (Eurostat) mhux aktar tard minn 12-il xahar wara tmien il-perjodu li r-riżultati huma marbuta miegħu.
L-arranġamenti għat-tixrid tar-riżultati għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).'
"
(4a) Fl-Artikolu 8, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"
'1a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-kwalità tad-dejta trasmessa.' [Em. 11]
"
(5) Fl-Artikolu 8, jiżdiedu l-paragrafi:"
'3. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji ta' kwalità li jridu jiġu applikati għad-dejta li se tiġi trażmessa, huma dawk imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.
4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tispeċifika l-modalitajiet, l-istruttura, il-perjodiċità u l-elementi ta' komparabbiltà għar-rapporti ta' kwalità standard. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11.
__________________
* Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).’
"
(6) Jitħassar lL-Artikolu 9 huwa mibdul b'dan li ġej:"
'Artikolu 9
Rapport
Sa ...(5) u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Kumitat għall-Programmi Statistiċi, għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, dak ir-rapport għandu:
(a) jivvaluta l-benefiċċji li jirriżultaw favur l-Unjoni, l-Istati Membri u l-fornituri u l-utenti ta’ informazzjoni statistika tal-istatistika prodotta, fir-rigward tal-ispejjeż tagħhom;
(b) jivvaluta l-kwalitá tal-istatistika prodotta, speċjalment fir-rigward tat-telfiet tad-dejta, li jirriżultaw mit-tħassir tar-rappurtar simplifikat;
(c) jidentifika oqsma fejn jista' jsir titjib u kwalunkwe emenda kkunsidrata meħtieġa fid-dawl tar-riżultati miksuba.' [Em. 12]
2. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti ddelegatita’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(2) u 4(5) għandha tingħatahija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjoduperijodu ta’ żmien indeterminatħames snin minn ...(6). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tal-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. [Em. 13]
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3(2) u 4(5) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 3(2) u 4(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.'
"
(8) L-Artikolu 11 huwa mibdul b'dan li ġej:"
'Artikolu 11
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011'
_________
* Regolament (UE) Nru182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).’
"
(9) Jitħassar l-Artikolu 12.
(10) Jitħassru l-Annessi B, D, H u I. [Em. 15]
(11) L-Anness C huwa mibdul kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
(11a) L-Anness F huwa emendat kif ġej:
(a) Fil-kolonna 2, ir-ringiela 1, il-paragrafu 1 għandu jiżdied l-inċiż li ġej:"
'– tunnellata-km';
"
(b) Fil-kolonna 2, ir-ringiela 1, il-paragrafu 2 għandu jiżdied l-inċiż li ġej:"
'– passiġġieri-km'. [Em. 16]
"
(c) Fil-kolonna 2, ir-ringiela 1 għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"
'– ishma modali tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija abbażi tad-distanza, f'ttunnellati kull kilometru, skont it-tqassim dettaljat tad-distanzi li ġej:
– d ≤ 50 km
– 50 km < d ≤ 150 km
– 150 km < d ≤ 300 km
– 300 km < d ≤ 500 km
– 500 km < d ≤ 750 km
– 750 km < d ≤ 1000 km
– d > 1000 km;’ [Em. 17]
"
(b) Il-kolonna 2, ir-ringiela 3 hija sostitwita b'dan li ġej:"
'– Għal ‘tunnellati’ u ‘tunnellata-km’: Kull sena’:
– Għal ‘numru ta’ passiġġieri’ u ‘passiġġieri-km’: Kull ħames snin’. [Em. 18]
"
(11b) Jiddaħħal l-Anness li ġej;"
'Anness Ga
Dejta dwar l-infrastruttura ferrovjarja
1. Numru ta’ kilometri ta'infrastruttura ferrovjarja, mgħammra bl-ERTMS;
2. Tul f'kilometri tan-netwerk ferrovjarju li b'mod kontinwu huwa mgħammar bl-ERTMS (fl-Istat Membru);
3. Numru ta’ punti transkonfinali tal-infrastruttura ferrovjarja, użata b’mod aktar frekwenti għat-trasport tal-passiġġieri minn kull siegħa, minn kull sagħtejn u b’mod anqas frekwenti minn kull sagħtejn;
4. Numru ta’ punti ferrovjarji transkonfinali, abbandunati għall-użu tal-passiġġieri jew transport tal-merkanzija jew infrastruttura ferrovjarja żarmata;
5. Numru ta’ stazzjonijiet, mingħajr barrieri, aċċessibbli għall-persuni b’mobilità mnaqqsa (PMM) u l-persuni b’diżabilità'. [Em. 23]
"
(11c) L-Anness H huwa emendat kif ġej:
(a) Fil-kolonna 2, ir-ringiela 1 għandu jiżdied l-inċiż li ġej:"
'– numru ta' inċidenti (it-Tabella H2)';
"
(b) Fil-kolonna 2, ir-ringiela 4, il-paragrafu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:"
'It-Tabella H2: numru ta' aċċidenti u inċidenti li jinvolvu t-trasport tal-merkanzija perikoluża';
"
(c) Fil-kolonna 2, ir-ringiela 7, il-paragrafu 1, it-tielet inċiż huwa mibdul b’dan li ġej:"
'– aċċidenti li jinvolvu l-passaġġi invelli u dawk mhux ikkawżati mit-trenijiet';
"
(d) Fil-kolonna 2, ir-ringiela 7, il-paragrafu 2, l-ewwel inċiż huwa mibdul b’dan li ġej:"
'– numru totali ta' aċċidenti u inċidenti li jinvolvu mill-inqas vettura ferrovjarja waħda li tkun qiegħda tittrasporta l-merkanzija perikoluża, kif iddefinita mil-lista tal-merkanzija koperta mill-Anness K';
"
(e) Fil-kolonna 2, ir-ringiela 7, il-paragrafu 2, it-tieni inċiż huwa mibdul b’dan li ġej:"
'– numru ta’ dawn l-aċċidenti u l-inċidenti li fihom tiġi rilaxxata merkanzija perikoluża'. [Em. 19]
"
(12) L-Anness L jiżdied kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jiġi kkonsolidat mar-Regolament (KE) Nru 91/2003 fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tiegħu. [Em. 21]
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi ...,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS
'Anness C
STATISTIKA ANNWALI DWAR IT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI - RAPPURTAR IDDETTALJAT
Lista ta' varjabbli u unitajiet ta' kejl
Passiġġieri ttrasportati fi:
– għadd ta’ passiġġieri
– kilometri tal-passiġġieri
Movimenti tat-trejns tal-passiġġieri fi:
– kilometri tat-trejns
Lokomottivi mgħammra bl-ERTMS fi:
– numru [Em. 22]
Perjodu ta’ referenza
Sena
Frekwenza
Kull sena
Lista ta' tabelli b'rendikont għal kull tabella
Tabella C3: passiġġieri ttrasportati skont it-tip ta' trasport
Tabella C4: passiġġieri internazzjonali ttrasportati, skont il-pajjiż ta' imbark u l-pajjiż ta' żbark
Tabella C5: movimenti tat-trejns tal-passiġġieri
Skadenza għat-trażmissjoni tad-dejta
Tmien xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza.
L-ewwel perjodu ta' referenza
2012
Noti
1. It-tip ta' trasport huwa maqsum kif ġej:
– nazzjonali
– internazzjonali
2. Għat-Tabelli C3 u C4, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dejta li tinkludi l-informazzjoni minn bejgħ ta' biljetti barra l-pajjiż ta' rappurtar. Din l-informazzjoni tista' tinkiseb direttament mill-awtoritajiet nazzjonali ta' pajjiżi oħra jew permezz ta' arranġamenti internazzjonali ta' kumpens għall-biljetti’
‘Anness L
Tabella L.1
LIVELL TA' ATTIVITÀ TA' TRASPORT F'MERKANZIJA TTRASPORTATA
Lista ta' varjabbli u unitajiet ta' kejl
Merkanzija ttrasportata fi:
– tunnellati totali
– tunnellata-km totali
Movimenti tat-trejns tal-merkanzija fi:
– km-trejns totali
Perjodu ta’ referenza
Sena waħda
Frekwenza
Kull sena
Skadenza għat-trażmissjoni tad-dejta
Ħames xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza
L-ewwel perjodu ta' referenza
201X
Noti
Għall-impriżi biss li għandhom volum totali ta' trasport ta' merkanzija ta' inqas minn 200 miljun tunnellata-km u inqas minn 500 000 tunnellata u li ma jirrappurtawx skont l-Anness A (rappurtar iddettaljat)’
Tabella L.2
LIVELL TA' ATTIVITÀ TA' TRASPORT F'PASSIĠĠIERI TTRASPORTATI
Lista ta' varjabbli u unitajiet ta' kejl
Passiġġieri ttrasportati fi:
– passiġġieri totali
– kilometri tal-passiġġieri totali
Movimenti tat-trejns tal-passiġġieri fi:
– km-trejns totali
Perjodu ta’ referenza
Sena waħda
Frekwenza
Kull sena
Skadenza għat-trażmissjoni tad-dejta
Tmien xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza
L-ewwel perjodu ta' referenza
201X
Noti
Għall-impriżi biss li għandhom volum totali ta' trasport ta' passiġġieri ta' inqas minn 100 miljun kilometru tal-passiġġieri u li ma jirrappurtawx skont l-Anness C (rappurtar iddettaljat)’
Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (ĠU L 14, 21.1.2003, p. 1).
Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar sigurtà fil-ferroviji tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE dwar il-liċenzjar ta' impriżi ferrovjarji u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva sigurtà tal-Ferroviji) (ĠU l 164, 30.4.2004, p. 44).
Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal- eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).