Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0213(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0004/2014

Testi mressqa :

A7-0004/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/03/2014 - 9.19
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0198

Testi adottati
PDF 286kWORD 43k
It-Tlieta, 11 ta' Marzu 2014 - Strasburgu
Il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku ***I
P7_TA(2014)0198A7-0004/2014
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 fir-rigward tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku (COM(2013)0449 – C7-0208/2013 – 2013/0213(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0449),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0208/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Ottubru 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta’ Novembru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-24 ta' Jannar 2014, li japprova l-pożizzjoni adottata mill-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0004/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 79, 6.3.2014, p. 67.
(2) Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottat fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku
P7_TC1-COD(2013)0213

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva Nru 2014/55/UE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza