Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0367(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0111/2014

Testi mressqa :

A7-0111/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/03/2014 - 9.20
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0199

Testi adottati
PDF 288kWORD 37k
It-Tlieta, 11 ta' Marzu 2014 - Strasburgu
L-istħarriġ dwar strutturi tal-impriżi agrikoli u l-istħarriġ dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola ***I
P7_TA(2014)0199A7-0111/2014
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1166/2008 dwar stħarriġ ta’ strutturi tal-impriżi agrikoli u stħarriġ dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola, rigward il-qafas finanzjarju għall-perjodu 2014-2018 (COM(2013)0757 – C7-0390/2013 – 2013/0367(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0757),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu  338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0390/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regola 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rural (A7-0111/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1166/2008 rigward il-qafas finanzjarju għall-perjodu 2014-2018
P7_TC1-COD(2013)0367

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 378/2014.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza