In-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għal kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għal kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u Assemblej Parlamentari multilaterali
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għal kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għal kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u Assemblej Parlamentari multilaterali (2014/2632(RSO))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,
– wara li kkunsidra l-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, ta' kooperazzjoni, u ftehimiet oħra konklużi mill-Unjoni Ewropea ma' pajjiżi terzi,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 198 u 200 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. waqt li jinsab anzjuż biex isaħħaħ id-demokrazija parlamentari billi jfittex li jkun hemm djalogu interparlamentari kontinwu;
1. Jiddeċiedi dwar in-numru tad-delegazzjonijiet u tal-gruppi reġjonali tagħhom kif ġej:
mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Ażja u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Ażja (ASEAN)
–
mal-Peniżola Koreana
–
mal-Awstralja u New Zealand
Delegazzjoni għall-Kumitati ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Kazakistan, UE-Kirgiżistan, UE-Uzbekistan u UE-Taġikistan, u għar-relazzjonijiet mat-Turkmenistan u l-Mongolja
2. Jiddeċiedi li l-membri tal-kumitati parlamentari li nħolqu abbażi tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE) għandhom ikunu esklussivament mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Iżvilupp – filwaqt li tiġi żgurata ż-żamma tar-rwol prinċipali tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali bħala l-kumitat responsabbli – u dawn għandhom jikkoordinaw b’mod attiv il-ħidma tagħhom mal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE;
3. Jiddeċiedi li s-sħubija tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran, l-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana u l-Assemblea Parlament Euronest għandhom ikunu esklussivament mid-delegazzjonijiet bilaterali jew sottoreġjonali koperti minn kull Assemblea;
4. Jiddeċiedi li s-sħubija tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO għandhom ikunu esklussivament mis-Sottokumitat dwar is-Sigurtà u d-Difiża;
5. Jiddeċiedi li l-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet għandha tfassal abbozz ta' kalendarju ta' sitt xhur, li għandu jkun adottat mill-Konferenza tal-Presidenti b'konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bil-patt li, madankollu, il-Konferenza tal-Presidenti tista' tbiddel il-kalendarju sabiex ikun hemm lok għal reazzjoni għal avvenimenti politiċi;
6. Jiddeċiedi li l-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati għandhom jaħtru sostituti permanenti biex ikunu parti minn kull tip ta' delegazzjoni u li n-numru ta' dawn is-sostituti ma jistax jaqbeż in-numru ta' membri sħaħ li jirrappreżentaw lill-gruppi jew il-Membri mhux affiljati;
7. Jiddeċiedi li jintensifika l-kooperazzjoni u l-konsultazzjoni mal-kumitati kkonċernati bix-xogħol tad-delegazzjonijiet billi jorganizza laqgħat konġunti bejn dawn il-korpi fil-postijiet tax-xogħol tas-soltu tiegħu;
8. Se jagħmel ħiltu biex jiżgura fil-prattika li rapporteur wieħed jew aktar jew president wieħed jew aktar tal-kumitati jkunu jistgħu wkoll jieħdu sehem fil-proċedimenti tad-delegazzjonijiet, tal-kumitati interparlamentari konġunti, tal-kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u l-assemblej parlamentari multilaterali; u jiddeċiedi li l-Presidenti fuq talba konġunta taċ-chairpersons tad-delegazzjoni u l-kumitat ikkonċernati, għandu jawtorizza missjonijiet ta' dan it-tip;
9. Jiddeċiedi li din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-ewwel sessjoni parzjali tat-tmien leġiżlatura;
10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.