Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0246(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0124/2014

Testi mressqa :

A7-0124/2014

Dibattiti :

PV 11/03/2014 - 18
CRE 11/03/2014 - 18

Votazzjonijiet :

PV 12/03/2014 - 8.15
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0222

Testi adottati
PDF 679kWORD 335k
L-Erbgħa, 12 ta' Marzu 2014 - Strasburgu
Il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta ***I
P7_TA(2014)0222A7-0124/2014
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004, id-Direttiva 2011/83/UE li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (COM(2013)0512 – C7-0215/2013 – 2013/0246(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0512,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0215/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0124/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 170, 5.6.2014, p. 73.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), vaganzi kollox kompriż, tours kollox kompriż u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE [Em. 1]
P7_TC1-COD(2013)0246

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2),

Billi:

(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE(3) tistipula għadd importanti ta’ drittijiet tal-konsumatur f’relazzjoni mal-vjaġġi b’kollox inkluż, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni, l-obbligu ta’ kummerċjanti f’relazzjoni mal-eżekuzzjoni ta’ pakkett u l-protezzjoni kontra l-insolvenza ta’ organizzatur jew ta' bejjiegħ. Madankollu, hu meħtieġ li jiġi adattat il-qafas leġiżlattiv għall-iżviluppi tas-suq, sabiex jagħmluha aktar adattat għas-suq intern, jelimina l-ambigwitajiet u l-lakuni leġiżlattivi mill-qrib.

(2)  It-turiżmu għandu sehem importanti fl-ekonomiji tal-Unjoni u vjaġġi kollox kompriż, vaganzi kollox kompriż u turs kollox kompriż ('pakketti turistiċi') jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti ta’ dan is-suq. Is-suq tal-ivvjaġġar għadda minn tibdil konsiderevoli mindu ġiet adottata d-Direttiva 90/314/KEE. Minbarra l-ktajjen ta’ distribuzzjoni tradizzjonali, l-internet sar mezz dejjem aktar importanti biex joffri servizzi tal-ivvjaġġar. Servizzi tal-ivvjaġġar mhumiex biss ikkombinati fil-forma ta’ vjaġġi kollox kompriż tradizzjonali mħejjija minn qabel, iżda sikwit jingħaqdu b’mod personalizzat. Ħafna minn dawn il-prodotti tal-ivvjaġġar huma f'qasam griż legali jew huma b’mod ċar mhux koperti bid-Direttiva 90/314/KEE. Din id-Direttiva, għalhekk, għandha l-għan li tadatta l-kamp ta' applikazzjoni ta’ protezzjoni għal dawn l-iżviluppi, iżżid it-trasparenza u zzid iċ-ċertezza legali għall-vjaġġaturi u n-negozjanti. [Em. 2]

(3)  L-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi li l-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur permezz tal-miżuri li hi tadotta skont l-Artikolu 114 tat-TFUE.

(4)  Id-Direttiva 90/314/KEE tagħti diskrezzjoni wiesgħa lill-Istati Membri għal dak li għandu x’jaqsam mat-traspożizzjoni u, għalhekk, diverġenzi sinifikanti bejn il-liġijiet tal-Istati Membri jibqgħu. Il-frammentazzjoni legali twassal għal spejjeż ogħla għan-negozji u ostakli għal dawk li jixtiequ joperaw b’mod transfruntiera, u b’hekk tillimita l-għażla tal-konsumaturi.

(5)  Skont l-Artikolu 26(2) tat-TFUE, is-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu ta' merkanzija u servizzi, u l-libertà ta' stabbiliment huma żgurati. L-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn ta’ kuntratti ta' vjaġġi kollox kompriż u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta hija meħtieġa għall-ħolqien ta’ suq intern reali tal-konsumatur f’dak il-qasam, li ssib l-aħjar bilanċ bejn livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-kompetittività tal-intrapriżi. [Em. 3]

(6)  Il-potenzjal transfruntiera ta' suq ta' vjaġġi kollox kompriż fl-Unjoni bħalissa mhuwiex sfruttat bis-sħiħ. Id-differenzi fir-regoli tal-protezzjoni tal-vjaġġaturi fi Stati Membri differenti huma diżinċentiv għal vjaġġaturi fi Stat Membru milli jixtru pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta fi Stat Membru ieħor, u bl-istess mod, diżinċentiv għall-organizzaturi u l-bejjiegħa bl-imnut fi Stat Membru wieħed milli jbigħu servizzi bħal dawn fi Stat Membru ieħor. Sabiex il-konsumaturi u n-negozji jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq intern, filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi fl-Unjoni kollha, huwa meħtieġ li jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma’ pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta.

(7)  Il-maġġoranza ta’ vjaġġaturi li jkunu qed jixtru pakketti huma konsumaturi fis-sens tal-liġi tal-konsumatur tal-Unjoni. Fl-istess ħin, mhuwiex dejjem faċli li ssir distinzjoni bejn il-konsumaturi u r-rappreżentanti tan-negozji ż-żgħar jew professjonisti li jibbukkjaw vjaġġi relatati ma’ negozju jew mal-professjoni tagħhom permezz tal-istess prenotazzjoni bħala konsumaturi. Dawn il-vjaġġaturi ta' spiss jeħtieġu livell simili ta’ protezzjoni. B’kuntrast, kumpaniji jew organizzazzjonijiet ikbar ta' spiss jagħmlu l-arranġamenti tal-ivvjaġġar għall-impjegati, il-membri u r-rappreżentanti tagħhom fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ qafas għal vjaġġar fuq negozju li jispeċjalizzaw fl-arranġament ta’ vjaġġi fuq xogħol. Dan l-aħħar tip ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar ma jirrikjedix il-livell ta’ protezzjoni maħsuba għall-konsumaturi. Għalhekk, din id-Direttiva għandha tapplika għal vjaġġaturi fuq negozju biss sakemm ma jkunux għamlu arranġamenti għall-ivvjaġġar fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ qafas. Sabiex tiġi evitata l-konfużjoni mad-definizzjoni fid-definizzjoni tat-terminu "konsumatur" f’direttivi oħrajnużata f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-konsumatur, persuni protetti skont din id-Direttiva għandhom jiġu riferuti bħala “vjaġġaturi”. [Em. 4]

(8)  Billi servizzi tal-ivvjaġġar jistgħu jiġu kombinati f’ħafna modi differenti, huwa xieraq li jiġu kkunsidrati bħala pakketti l-kombinazzjonijiet kollha ta’ servizzi tal-ivvjaġġar li juru karatteristiċi li vjaġġaturi tipikament jassoċjaw ma’ pakketti, b'mod partikolari li servizzi separati tal-ivvjaġġar ikunu ggruppati flimkien f’prodott wieħed tal-ivvjaġġar li għalih l-organizzatur jassumi r-responsabbiltà għal eżekuzzjoni korretta. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea(4), ma għandha tagħmel l-ebda differenza jekk servizzi tal-ivvjaġġar humiex kombinati qabel kwalunkwe kuntatt mal-vjaġġatur jew btalba ta’ jew skont l-għażla magħmula mill-vjaġġatur. L-istess prinċipji għandhom japplikaw irrispettivament jekk minn jagħmel il-prenotazzjoni ssir permezz ta’ aġent tal-ivvjaġġar magħruf jew onlajn.

(9)  Għal raġunijiet ta’ trasparenza, pakketti għandhom ikunu distinti minn arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti marbuta, fejn aġenti onlajn jew magħrufa jassistu vjaġġaturi billi jiġu kombinatikkombinati servizzi tal-ivvjaġġar li jwasslu lill-vjaġġatur biex jikkonkludi kuntratti ma’ fornituri differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, inkluż permezz ta’ proċessi marbuta ta' prenotazzjoni b’mod immirat, li ma jkollhomx dawk il-karatteristiċi u li fir-rigward tagħhom ma jkunx xieraq li japplikaw l-obbligi kollha li japplikaw għal pakketti. [Em. 5]

(10)  Fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq, huwa xieraq li jiġu definiti aktar pakketti fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi liema alternattivi fil-biċċa l-kbira jirrigwardaw il-mod li bih servizzi tal-ivvjaġġar huma ppreżentati jew mixtrija u fejn dawk il-vjaġġaturi jistgħu raġonevolment jistennew li jkunu protetti bid-Direttiva. Dak huwa l-każ, pereżempju, meta servizzi differenti tal-ivvjaġġar huma mixtrija għall-istess vjaġġ jew vaganza fl-istess proċess ta’ prenotazzjoni minn punt uniku ta’ bejgħ jew fejn dawn is-servizzi jiġu offruti jew imposti bi prezz inklussiv jew totali. Għandu jiġi kkunsidrat li servizzi tal-ivvjaġġar jiġu akkwistati fl-istess proċess ta’ prenotazzjoni jekk ikunu magħżula qabel ma l-vjaġġatur ikun aċċetta li jħallas.

(11)  Fl-istess ħin, arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti marbuta għandhom ikunu distinti minn servizzi tal-ivvjaġġar li vjaġġaturi jibbukkjaw b’mod indipendenti, ta’ spiss fi żminijiet differenti, anki għall-iskop tal-istess vjaġġ jew btala. Arranġamenti tal-ivvjaġġar assistitimarbuta onlajn għandhom wkoll ukoll jiġu distinti minn websajts konnessi li m'għandhomx l-objettiv li jikkonkludu kuntratt mal-vjaġġatur u mil-links li permezz tagħhom vjaġġaturi jkunu sempliċiment infurmati dwar aktar servizzi tal-ivvjaġġar b’mod ġenerali u mhux immirat, bħal pereżempju meta lukanda jew organizzatur ta’ avveniment jinkludu fuq il-websajt tagħhom lista tal-operaturi kollha li joffru servizzi ta’ trasport għall-post indipendentement minn kull prenotazzjoni, jew meta cookies jew metadejta jintużaw biex jagħmlu riklami fuq il-websajts relatati mad-destinazzjoni tal-ivvjaġġar u/jew il-perjodu speċifikat għall-ewwel servizz tal-ivvjaġġar magħżul. [Em. 6]

(12)  Ix-xiri ta’ servizz ta' vjaġġar bl-ajru fuq bażi awtonoma bħala servizz uniku ta' vjaġġar ma jikkostitwixxix la pakkett u lanqas arranġament ta' vjaġġar marbut.

(13)  Għalhekk, f'din id-Direttiva għandhom jiġu stabbiliti regoli partikolari kemm għal bejjiegħa bl-imnut magħrufa u dawk onlajn li jassistu vjaġġaturi, fl-okkażjoni ta’ żjara waħda jew kuntatt ma’ punt ta’ bejgħ tagħhom stess, għall-konklużjoni ta' kuntratti separati ma’ fornituri individwali ta’ servizzi u għal , fejn il-vjaġġatur jagħżel u jaqbel li jħallas kull servizz tal-ivvjaġġar separatament. Tali regoli għandhomn japplikaw ukoll għal bejjiegħa onlajn li, permezz ta’ proċessi marbuta ta' bbukkjar onlajn, jiffaċilitaw l-akkwist ta’ servizzi addizzjonali għall-ivvjaġġar minn kummerċjant ieħor b’mod immirat, fejn tal-anqas l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-vjaġġatur jiġu trażmessi lill-kummerċjant l-ieħor u tali serizzi addizzjonali jiġu pprovduti l-iktar tard meta 24 siegħa wara li l-prenotazzjoni tal-ewwel servizz hija kkonfermata tkun ikkonfermata. Dawn ir-regoli se japplikaw pereżempju, fejn, flimkien ma’ konferma tal-prenotazzjoni tal-ewwel servizz tal-ivvjaġġar bħal titjira jew vjaġġ bil-ferrovija, konsumatur jirċievi stedina biex jibbukkja servizz tal-ivvjaġġar addizzjonali disponibbli fil-post magħżul tal-ivvjaġġar, pereżempju akkomodazzjoni f’lukanda, b’rabta mas-sit tal-ibbukkjar ta’ fornitur ieħor tas-servizz jew intermedjarju. Filwaqt li dawn l-arranġamenti ma jikkostitwixxux pakketti fis-sens ta’ din id-Direttiva minħabba li ma jistax ikun hemm konfużjoni li organizzatur uniku assuma r-responsabbiltà għal servizzi tal-ivvjaġġar, tali arranġamenti marbuta jikkostitwixxu mudell ta’ negozju alternattiv li ta' spiss jikkompetu jikkompeti mill-qrib ma' pakketti. [Em. 7]

(14)  Sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u biex ikun protett il-konsumatur, l-obbligu li tiġi pprovduta biżżejjed xhieda ta’ sigurtà għar-rifużjoni ta’ pagamenti bil-quddiem u r-ripatrijazzjoni ta’ vjaġġaturi f’każ ta’ insolvenza għandu japplika wkoll għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta.

(14a)  Dehru prattiki onlajn li permezz tagħhom il-kummerċjanti li jiffaċilitaw l-akkwist ta' arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta ma pprovdewx b'mod ċar u mhux ambigwu l-għażla ta' prenotazzjoni biss tas-servizz ewlieni u li s-servizzi ulterjuri ma jingħażlux. Prattiki bħal dawn għandhom jitqiesu bħala qarrieqa għall-vjaġġaturi. Peress li l-qafas legali eżistenti għadu ma ppermettiex l-eliminazzjoni tagħhom u minħabba li huma speċifiċi għall-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, dawn il-prattiki għandhom jiġu pprojbiti taħt din id-Direttiva. [Em. 8]

(15)  Biex tiżdied iċ-ċarezza għall-vjaġġaturi u tgħinhom jagħmlu għażliet infurmati dwar it-tipi differenti ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar offruti, huwa xieraq li jobbligaw lill-kummerċjanti biex jiddikjaraw in-natura tal-arranġament b’mod ċar u jinfurmaw il-vjaġġaturi bid-drittijiet tagħhom. Dikjarazzjoni ta’ kummerċjant dwar in-natura legali tal-prodott tal-ivvjaġġar li qed jiġi kkummerċjalizzat għandha tikkorrispondi man-natura legali vera ta' dak il-prodott konċernat. L-awtoritajiet tal-infurzar għandhom jintervjenu fejn negozjanti ma jipprovdux informazzjoni preċiża lil vjaġġaturi.

(15a)  Qabel ma jħallsu, il-konsumaturi għandhom ikunu konxji jekk hux qed jagħżlu vjaġġi kollox kompriż jew arranġament tal-ivvjaġġar marbut, u tal-livell korrispondenti ta’ protezzjoni. [Em. 9]

(15b)  Il-kummerċjanti li jiffaċilitaw l-akkwist ta' arranġament tal-ivvjaġġar marbut għandhom jikkomunikaw b'mod ċar lill-vjaġġatur qabel ma dan tal-aħħar ikun marbut b'xi kuntratt jew b'xi offerta rispettiva ta' arranġament tal-ivvjaġġar marbut, li biex jiżgura l-benefiċċji tad-Direttiva li japplikaw għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbut, il-kuntratti l-oħra kollha li jagħmlu parti mill-arranġament tal-ivvjaġġar marbut għandhom ikunu kkonfermati fi żmien l-24 siegħa segwenti. Fejn il-konsumaturi ma jiġux mgħarrfa dwar din l-informazzjoni jew fejn din l-informazzjoni tkun inkorretta, tqarraq jew imħollija barra, dan jista' jikkostitwixxi prattika kummerċjali inġusta. [Em. 141]

(16)  Biss il-kombinazzjoni ta’ servizzi tal-ivvjaġġar differenti, bħall-akkomodazzjoni, it-trasport ta’ passiġġieri permezz tax-xarabank, bil-ferrovija, bil-baħar jew bl-ajru, kif ukoll il-kiri tal-karozzi, għandhom jiġu kkunsidrati sabiex jiġi identifikat pakkett jew arranġament ta' vjaġġ assistit marbut. Iljieli f’lukanda flimkien ma’ pakketti addizzjonali, bħal biljetti għal musicals jew trattamenti fi spa għandhom jiġu esklużi meta dan il-pakkett ma jiġix ikkummerċjalizzat speċifikament lill-vjaġġatur bħala parti sinifikanti tal-vjaġġ jew jekk is-servizz anċillari ma jkunx jikkostitwixxi b’mod ċar il-karatteristika essenzjali tal-vjaġġ. Akkomodazzjoni għal skopijiet residenzjali, inkluża li b'mod ċar mhijiex għal skop ta' turiżmu, bħal pereżempju għal korsijiet tal-lingwa fit-tul, ma għandhomx jitqiesuma għandhiex titqies bħala akkomodazzjoni fit-tifsira ta’ din id-Direttiva. [Em. 11]

(16a)  It-trasport bix-xarabank, bil-ferrovija, bil-baħar jew bl-ajruplan, li jinkludi akkomodazzjoni, pereżempju, vjaġġi bil-lanċa f’kabini jew vjaġġi bil-ferrovija f’vaguni għall-irqad, għandu jitqies bħala servizzi ta’ vjaġġ individwali, jekk f’dan il-każ jidher b’mod ċar li t-trasport hu l-karatteristika predominanti u li tali trasport mhuwiex ikkombinat ma' servizz ieħor tal-ivvjaġġar. [Em. 12]

(17)  Servizzi turistiċi oħrajn, bħal ammissjoni għal kunċerti, avvenimenti sportivi, eskursjonijiet jew parks għal avvenimenti huma servizzi li, flimkien ma’ ġarr ta’ passiġġieri, l-akkomodazzjoni u/jew il-kiri tal-karozzi, għandhom jitqiesu bħala kapaċi li jikkostitwixxu pakkett jew arranġament tal-ivvjaġġar assistit marbut. Madankollu, dawn il-pakketti għandhom ikunu biss fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva jekk servizz turistiku rilevanti jammonta għal parti sinifikanti tal-pakkett. Ġeneralment, servizz turistiku għandu jitqies bħala parti sinifikanti tal-pakkett jekk dan huwa jiġi kkummerċjalizzat speċifikament għall-vjaġġaturi bħala tali, ikun jirrappreżenta b'mod ċar ir-raġuni tal-vjaġġ, jekk ikun ekwivalenti għal aktar minn 20 % tal-prezz totali jew inkella jirrappreżenta fattur essenzjali tal-vjaġġ jew btala. Servizzi anċillari bħal, b'mod partikolari, l-assigurazzjoni, bħall-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar, it-trasport bejn stazzjon tal-ferrovija u l-akkomodazzjoni, it-trasport fil-bidu tal-vjaġġ kif ukoll dak li jagħmel parti minn eskursjonijiet, it-trasport tal-bagalji, ikliet u s-servizzi ta' tindif t-tindif pprovduti bħala parti ta’ akkomodazzjoni, ma għandhomx jitqiesu bħala servizzi turistiċi bi dritt proprju tagħhom. [Em. 13]

(18)  Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-kuntratti li bihom negozjant jintitola l-vjaġġatur wara l-konklużjoni tal-kuntratt biex jagħżel fost għażla ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, bħal fil-każ ta’ pakkett ta' rigal tal-ivvjaġġar, għandhom jikkostitwixxu pakkett. Barra minn hekk, għadd ta’ servizzi ta’ vjaġġar għandhom jitqiesu bħala pakkett fejn l-isem jew id-dettalji u dejta personali oħra tal-vjaġġatur, bħal dettalji ta' kuntatt, dettalji tal-karta ta' kreditu jew dettalji tal-passaport, li huma meħtieġa biex tkun konkluża tranżazzjoni tal-prenotazzjoni huma trasferiti bejn in-negozjanti mhux aktar tard minn meta24 siegħa wara li l-prenotazzjoni tal-ewwel servizz hija kkonfermata. Id-dettalji neċessarji għall-konklużjoni tat-tranżazzjoni tal-prenotazzjoni jirrelataw ma' dettalji tal-kard tal-kreditu jew informazzjoni oħra meħtieġa sabiex jinkiseb il-pagament tkun ikkonfermata. Min-naħa l-oħra, it-trasferiment sempliċi ta’ dettalji bħad-destinazzjoni tal-ivvjaġġar jew il-ħinijiet tal-ivvjaġġar ma għandux ikun biżżejjed.Barra minn hekk, il-kruċieri u l-vjaġġi ta’ ħafna ġranet bil-ferrovija li jinkludu akkomodazzjoni għandhom jgħoddu bħala vjaġġi kollox kompriż, għax jikkombinaw it-trasport, l-akkomodazzjoni u l-ikliet. [Em. 14]

(19)  Billi hemm inqas ħtieġa li jiġu protetti l-vjaġġaturi f’każijiet ta’ vjaġġi għal żmien qasir, u sabiex jiġi evitat piż mhux meħtieġ għall-kummerċjanti, vjaġġi li jdumu anqas minn 24 siegħa li ma jinkludux akkomodazzjoni kif ukoll pakketti organizzati b'mod okkażjonali, għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikażzjoni ta' din id-Direttiva il-pakketti u l-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta li jiġu offruti b'mod okkażjonali jew ikkombinati minn persuna fiżika jew ġuridika, bħal organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, inklużi organizzazzjonijiet tal-karità, klabbijiet tal-futbol u skejjel li ma jakkwistaw ebda profitt finanzjarju dirett jew indirett mill-bejgħ ta' tali pakketti jew mill-faċilitazzjoni ta' tali arranġementi tal-ivvjaġġar marbuta; [Em. 15]

(19a)  L-Istati Membri għandhom jibqgħu kompetenti, skont il-liġi tal-Unjoni, għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal oqsma li ma jidħlux fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu iżommu jew idaħħlu leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkorrispondi mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva, jew xi wħud minnhom, rigward kuntratti li ma jidħlux fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Pereżempju, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għal pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta li jiġu offruti okkażjonalment jew ikkombinati minn persuna fiżika jew ġuridika fejn ma jkun hemm ebda gwadann finanzjarju dirett jew indirett magħmul mill-bejgħ ta' dawn il-pakketti jew mill-faċilitazzjoni ta' dawn l-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta li jestendu fuq perjodu ta' anqas minn 24 siegħa u ma jinkludux akkomodazzjoni. [Em. 16]

(20)  Il-karatteristika ewlenija ta' vjaġġ kollox kompriż huwa li tal-inqas negozjant wieħed huwa responsabbli bħala organizzatur għat-twettiq xieraq tal-pakkett kollu kemm hu. Għalhekk, huwa biss f’każijiet fejn kummerċjant ieħor qed jaġixxi bħala l-organizzatur ta’ pakkett, li kummerċjant, tipikament aġent tal-ivvjaġġar magħruf jew onlajn, ikun kapaċi jaġixxi bħala sempliċiment bejjiegħ bl-imnut jew intermedjarju u ma jkunx responsabbli bħala organizzatur. Jekk negozjant qed jaġixxi bħala organizzatur għal pakkett partikulari għandux jiddependi fuq l-involviment tiegħu fil-ħolqien ta’ pakkett kif definit skont din id-Direttiva, u mhux fuq id-denominazzjoni li bih twettaq in-negozju tiegħu. Fejn żewġ kummerċjanti jew aktar jissodisfaw kriterju li tagħmel il-kombinazzjoni ta’ servizzi tal-ivvjaġġar bħala pakkett u fejn dawk il-kummerċjanti ma infurmawx lill-vjaġġatur liema minnhom huwa l-organizzatur tal-pakkett, il-kummerċjanti rilevanti kollha għandhom jitqiesu bħala l-organizzaturi.

(20a)  Id-Direttiva 90/314/KEE ħalliet f'idejn l-Istati Membri biex jiddefinixxu jekk il-bejjiegħa bl-imnut, l-organizzzaturi, jew it-tnejn li huma, għandhomx ikunu responsabbli mill-prestazzjoni xierqa ta' pakkett. Dik il-flessibilità rriżultat f'ambigwità f'xi Stati Membri dwar jekk il-kummerċjanti involuti fil-pakkett kinux responsabbli rigward it-twettiq tas-servizzi relevanti, partikolarment fil-proċess ta' prenotazzjoni onlajn. Għalhekk, ikun adegwat li jiġi ċċarat f'din id-Direttiva li l-organizzaturi huma responsabbli mit-twettiq tas-servizzi tal-ivvjaġġar inklużi fil-kuntratt, sakemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprevedix espressament ukoll il-possibilità li l-organizzatur jew il-bejjiegħ bl-imnut jinżammu responsabbli. [Em. 17]

(21)  Fir-rigward ta’ pakketti, il-bejjiegħa bl-imnut għandhom ikunu responsabbli flimkien mal-organizzatur biex tiġi pprovduta informazzjoni prekuntrattwali. Fl-istess ħin għandu jiġi ċċarat li l-bejjiegħa bl-imnut huma responsabbli għal żbalji fi prenotazzjoni, meta huma jagħmlu żbalji fil-proċess tal-prenotazzjoni. Biex tkun faċilitata l-komunikazzjoni, partikolarment f’kawżi transfruntiera, vjaġġaturi għandhom ikollhom il-possibbiltà li jikkuntattjaw l-organizzatur ukoll permezz tal-bejjiegħ bl-imnut li jkunu xtraw il-pakkett minnu. [Em. 18]

(22)  Il-vjaġġatur għandu jirċievi l-informazzjoni essenzjali kollha qabel ma jixtri pakkett, kemm jekk jinbiegħ permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni mill-bogħod, jew minn fuq il-bank jew kif ukoll permezz ta’ tipi oħrajn ta’ distribuzzjoni. Il-kummerċjant meta jagħti din l-informazzjoni għandu jikkunsidra l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ vjaġġaturi li huma partikolarment vulnerabbli minħabba l-età tagħhom jew infermità fiżika, dawk li l-kummerċjant seta' raġonevolment jipprevedi.

(23)  Informazzjoni ewlenija, pereżempju dwar il-karatteristiċi prinċipali ta’ servizzi tal-ivvjaġġar jew il-prezzijiet, ipprovduti fir-riklami, fil-websajt tal-organizzatur jew f’fuljetti bħala parti tal-informazzjoni prekuntrattwali, għandha tkun vinkolanti, sakemm l-organizzatur jirriżerva l-possibbiltà li jagħmel emendi għal dawk l-elementi u sakemm dawn il-bidliet huma b’mod ċar u prominenti kkomunikati lil min jivvjaġġa qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt. Madankollu, fid-dawl ta’ teknoloġiji ġodda ta’ komunikazzjoni, ma għadx hemm il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi fuq fuljetti, filwaqt li huwa xieraq li jiġi żgurat li, f’ċerti ċirkostanzi, bidliet li jkollhom impatt fuq l-eżekuzzjoni tal-kuntratt huma kkomunikati bejn il-partijiet fuq mezz li jservi fit-tul aċċessibbli għal referenza futura. Dejjem għandu jkun possibbli li jsiru bidliet f’dik l-informazzjoni fejn iż-żewġ partijiet kontraenti jiftehmu espliċitament dwar dan. [Em. 19]

(23a)  Madankollu, fid-dawl ta’ teknoloġiji ġodda ta’ komunikazzjoni li jistgħu jgħinu biex jiżguraw li l-vjaġġaturi jkollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata fil-ħin tal-prenotazzjoni u t-tendenza dejjem tikber tal-prenotazzjoni ta’ pakketti tal-ivvjaġġar onlajn, m’għadx hemm bżonn ta’ regoli speċifiċi li jirrikjedu fuljetti stampati. [Em. 20]

(23b)  Il-ħinijiet tat-titjiriet għandhom ikunu parti fissa mill-kuntratt u huma waħda mill-karatteristiċi ewlenin ta’ servizz tal-ivvjaġġar. Huma m'għandhomx ivarjaw b'mod sinifikanti mill-ħinijiet indikati lill-vjaġġaturi fl-informazzjoni prekuntrattwali. [Em. 21]

(24)  Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f’din id-Direttiva huma eżawrjenti, iżda għandhom ikunu bla ħsara għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati f’leġiżlazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni(5).

(25)  Filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta’ kuntratti ta' vjaġġi kollox kompriż, id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet għandhom jitniżżlu, għaż-żmien ta’ qabel u wara l-bidu tal-pakkett, b’mod partikolari jekk il-pakkett ma jiġix eżegwit kif jixraq, jew jekk jinbidlu ċ-ċirkostanzi partikolari.

(26)  Billi pakketti huma normalment mixtrija żmien twil qabel l-eżekuzzjoni tagħhom, jistgħu jseħħu avvenimenti mhux previsti. Għalhekk il-vjaġġatur għandu, taħt ċerti kundizzjonijiet, ikun intitolat li jittrasferixxi pakkett għal vjaġġatur ieħor. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-organizzatur għandu jkun jista’ jirkupra l-ispejjeż tiegħu, pereżempju jekk subkuntrattur jeħtieġ tariffa għall-bdil ta' isem il-vjaġġatur jew għall-kanċellazzjoni ta' biljett tat-trasport u l-ħruġ ta' wieħed ġdid. Il-vjaġġaturi għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jikkanċellaw il-kuntratt fi kwalunkwe żmien qabel il-bidu tal-pakkett billi jħallsu kumpens xieraq, kif ukoll id-dritt li jitterminaw il-kuntratt mingħajr ma jitħallas kumpens fejn dan ma jistax jiġi evitat u ċirkustanzi straordinarji bħal gwerra, inkluż terroriżmu, jew diżastru naturali inklużi ċikluni u terremoti, jew instabbiltà politika, li tipperikola s-sikurezza tal-vjaġġaturi se jaffettwaw b’mod sinifikanti pakkett, meta dawn l-attivitajiet ikunu ġraw wara l-konklużjoni tal-kuntratt tal-ivvjaġġar. Ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji għandhom b’mod partikolari jitqiesu li jeżistu fejn rapporti kredibbli u pubblikament disponibbli, bħal rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, jagħtu parir kontra l-ivvjaġġar għall-post tad-destinazzjoni. [Em. 22]

(27)  F’sitwazzjonijiet speċifiċi, l-organizzatur għandu jkun intitolat ukoll li jittermina l-kuntratt qabel il-bidu tal-pakkett mingħajr pagament ta’ kumpens, pereżempju jekk in-numru minimu ta’ parteċipanti ma jintlaħaqx u fejn din il-possibbiltà ġiet riżervata fil-kuntratt. F’tali sitwazzjoni, l-organizzatur għandu jinforma b’mod adegwat lill-vjaġġaturi li jistgħu jintlaqtu minn din il-klawsola tal-kuntratt. [Em. 23]

(28)  F’ċerti każijiet l-organizzaturi għandhom jitħallew jagħmlu tibdiliet unilaterali għall-kuntratt ta’ vjaġġ b'kollox kompriż. Madankollu, il-passiġġieri għandu jkollhom id-dritt li jitterminaw il-kuntratt jekk l-emendi proposti jbiddlu b’mod sinifikanti kwalunkwe mill-karatteristiċi prinċipali tas-servizzi tal-ivvjaġġar. Żidiet fil-prezzijiet għandhom ikunu possibbli biss jekk kien hemm bidla fil-prezz tas-servizzi tat-trasport tal-passiġiera li tirriżulta mill-prezz tal-fjuwil għat-trasport ta’ passiġġieri, fit-taxxi jew il-miżati imposti minn parti terza li mhux direttament involuta fl-eżekuzzjoni ta' servizzi tal-ivvjaġġar inklużi jew fir-rati tal-kambju rilevanti għall-pakkett u jekk is-setgħa li jiġi rivedut il-prezz kemm ’il fuq u ’l isfel tkun espressament riżervata fil-kuntratt. Żidiet fil-prezzijiet għandhom ikunu limitati għal 10 %Il-vjaġġaturi għandu jkollhom id-dritt jikkanċellaw il-kuntratt bla ma jkunu obbligati jħallsu kumpens jew li jaċċettaw alternattiva ta’ vjaġġ tal-istess valur offruta mill-organizzatur, jekk iż-żidiet fil-prezz jaqbżu t-8 % tal-prezz oriġinali tal-pakkett. [Em. 24]

(28a)  Żieda fil-prezz għandha dejjem tiġi ġġustifikata fuq medju durabbli. Jekk ikun hemm żieda fil-prezz ta’ aktar minn 8 %, il-vjaġġatur għandu jiġi offrut fuq medju durabbli l-possibbiltà li jirtira mill-kuntratt jew alternattiva li jibbukkja vjaġġ ekwivalenti għall-valur tal-vjaġġ ibbukkjat oriġinarjament. Jekk il-vjaġġatur ma japprofittax minn din il-possibbiltà, għandu jitqies li l-pakkett tal-ivvjaġġar bil-prezz miżjud ġie aċċettat. L-oneru tal-prova ta’ aċċess għall-notifikazzjoni fuq medju durabbli għandu jkun tal-organizzatur. [Em. 25]

(29)  Huwa xieraq li jiġu stipulati regoli speċifiċi dwar ir-rimedji fir-rigward ta' nuqqas ta’ konformità fl-eżekuzzjoni ta' kuntratt ta' vjaġġ kollox kompriż. Il-vjaġġatur għandu jkun intitolat li jkollu problemi solvuti u, fejn parti sinifikanti tas-servizzi kuntrattati ma jistgħux ikunu pprovduti, il-vjaġġatur għandu jiġi offrut arranġamenti alternattivi. Il-passiġġieri għandhom ikunu intitolati wkoll għal tnaqqis fil-prezz u/jew kumpens għad-danni. Il-kumpens għandu jkopri wkoll kwalunkwe dannu immaterjali, b’mod partikolari f’każ ta’ vaganza mħassra, u, f’każijiet iġġustifikati, spejjeż li l-vjaġġatur ġarrab meta rriżolva l-problema hu nnifsu.

(30)  Sabiex tkun żgurata l-konsistenza, huwa xieraq li jiġu allinjati d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma’ konvenzjonijiet internazzjonali li jkopru servizzi tal-ivvjaġġar u mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-passiġġieri. Meta l-organizzatur huwa responsabbli għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew eżekuzzjoni ħazina tas-servizzi inklużi fil-kuntratt ta' vjaġġ b'kollox kompriż, l-organizzatur għandu jkun jista’ jinvoka l-limitazzjonijiet tar-responsabbilità ta’ fornituri tas-servizz stabbiliti f’dawn il-konvenzjonijiet internazzjonali bħall-Konvenzjoni ta’ Montreal tal-1999 għall-Unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru(6), il-Konvenzjoni tal-1980 dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF)(7) u l-Konvenzjoni ta’ Ateni tal-1974 dwar it-Trasport tal-Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar(8). Fejn huwa impossibbli, minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji, biex jiżguraw ir-ritorn tal-vjaġġatur lejn il-post tat-tluq, l-obbligu tal-organizzatur li jħallas l-ispejjeż tas-soġġorn kontinwat tal-vjaġġatur fil-post ta’ destinazzjoni għandu jkun allinjat mar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9)(10).

(31)  Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-drittijiet ta’ vjaġġaturi biex il-pretensjonijiet ikunu ppreżentati kemm b'din id-Direttiva u bi kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni, b’mod li l-vjaġġaturi se jkomplu jkollhom il-possibilità li jindirizzaw it-talbiet lill-organizzatur, it-trasportatur jew kwalunkwe parti oħra responsabbli, jew, skont kif ikun il-każ, għal diversi partijiet. Għandu jiġi ċċarat li ma jistgħux jakkumulaw id-drittijiet permezz ta’ bażijiet legali differenti jekk id-drittijiet jħarsu l-istess interess jew li jkollhom l-istess objettiv. Madankollu, il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-vjaġġaturi jirċievu kumpens xieraq u fil-ħin f’każijiet fejn il-kuntratt ma jkunx sar b'mod komplut minn waħda mill-partijiet ma għandhiex timponi piż mhux raġonevoli u sproporzjonat fuq l-organizzaturi u l-bejjiegħa bl-imnut. Minbarra l-obbligu tagħhom li jirrimedjaw kwalunkwe nuqqas ta’ konformità jew biex jikkumpensaw lill-vjaġġaturi, l-organizzaturi u l-bejjiegħa bl-imnut għandu wkoll ikollhom id-dritt li jfittxu rimedju minn kwalunkwe parti terza li kkontribwixxiet għall-avveniment li jkun skatta l-kumpens jew obbligi oħra. Ir-responsabbiltà tal-organizzatur u tal-bejjiegħ bl-imnut għalhekk hija mingħajr preġudizzju għad-dritt għal dak id-dritt li jitfittex rimedju minn partijiet terzi, inklużi fornituri ta’ servizzi. [Em. 27]

(32)  Jekk il-vjaġġatur hu isib ruħu f’diffikultà waqt il-vjaġġ jew il-vaganza, l-organizzatur għandu jkun obbligat li jagħti assistenza fil-pront. xierqa mingħajr dewmien indebitu. Tali assistenza għandha tikkonsisti prinċipalment fil-forniment, fejn xieraq, ta' informazzjoni dwar aspetti bħalma huma s-servizzi tas-saħħa, awtoritajiet lokali u assistenza konsulari, kif ukoll għajnuna prattika, pereżempju fir-rigward ta’ komunikazzjoni mill-bogħod u l-provvista ta' arranġamenti alternattivi tal-ivvjaġġar. [Em. 28]

(33)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-18 ta' Marzu 2013 intitolata 'Il-protezzjoni tal-passiġġieri fil-każ ta’ insolvenza ta' linja tal-ajru', il-Kummissjoni stabbiliet miżuri li jtejbu l-protezzjoni ta’ vjaġġaturi fil-każ ta’ insolvenza ta' linja tal-ajru, inkluż infurzar aħjar tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, tar-Regolament (KE) 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11) u l-impenn mal-partijiet interessati tal-industrija, fin-nuqqas ta' dan, miżura leġiżlattiva tista' tiġi kkunsidrata. Dik il-Komunikazzjoni tikkonċerna x-xiri ta’ komponent individwali, jiġifieri servizzi tal-ivvjaġġar bl-ajru, u għalhekk hija mingħajr preġudizzju għal regoli eżistenti fuq il-pakketti u ma tipprevenix lil-leġiżlaturi biex jipprovdu għal protezzjoni mill-insolvenza wkoll għal xerrejja ta’ kombinazzjonijiet oħra moderni ta’ servizzi tal-ivvjaġġar.

(34)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li vjaġġaturi li jixtru pakkett jew arranġament tal-ivvjaġġar assistit marbut huma kompletament protetti kontra l-insolvenza tal-organizzatur, tal-bejjiegħ bl-imnut wara li ffaċilita l-arranġament tal-ivvjaġġar assistitmarbut jew ta’ kwalunkwe fornitur ta’ servizzi intrapriżi involuti fl-arranġament tal-ivvjaġġar marbut. L-Istati Membri li fihom organizzaturi ta' pakketti u l-bejjiegħa bl-imnut jiffaċilitaw arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti huma stabbiliti, għandhom jiżguraw li negozjanti li joffru dawn il-kombinazzjonijiet ta’ servizzi tal-ivvjaġġar jipprovdu sigurtà għar-rifużjoni tal-pagamenti kollha li saru minn vjaġġaturi u għal ripatrijazzjoni tagħhom f’każ ta’ insolvenza. Filwaqt li tinżamm id-diskrezzjoni rigward il-mod li bih tingħata protezzjoni mill-insolvenza, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-politiki tagħhom dwar l-iskemi tal-protezzjoni nazzjonali tal-insolvenza huma effettivi u jistgħu jiggarantixxu ripatrijazzjoni f’waqtha u r-rifużjoni immedjata lill-vjaġġaturi kollha affettwati mill-insolvenza. Fejn vjaġġatur jippreferi jkompli l-pakkett jew l-arranġament tal-ivvjaġġar marbut, minflok jikseb rimborż sħiħ, il-protezzjoni mill-insolvenza tista’, fejn xieraq, tipprevedi l-issodisfar ta’ kuntratti eżistenti, sabiex tippermetti li l-pakkett jew l-arranġament tal-ivvjaġġar marbut jitkomplew mingħajr ebda spiża addizzjonali għall-konsumatur. Il-protezzjoni mill-insolvenza meħtieġa għandha tqis ir-riskju finanzjarju attwali tal-attivitajiet tal-organizzatur, il-bejjiegħ bl-imnut jew il-fornitur ta’ servizz rilevanti jew ta’ intrapriża involuta fl-arranġament tal-ivvjaġġar marbut, inkluż it-tip ta’ kombinazzjonijiet ta’ servizzi tal-ivvjaġġar li jbigħu, it-tibdil staġonali prevedibbli, kif ukoll il-limitu ta’ pagamenti bil-quddiem u l-mod li bih dawn ikunu assigurati. Skont id-Direttiva 2006/123/KE tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, f’każijiet fejn protezzjoni mill-insolvenza għandha tiġi pprovduta fil-forma ta’ garanzija jew polza tal-assigurazzjoni, dik il-garanzija ma tistax tkun limitata għal ċertifikati maħruġa minn operaturi finanzjarji stabbiliti fi Stat Membru partikolari. [Em. 29]

(35)  Sabiex jiġi ffaċilitat il-moviment ħieles tas-servizzi, l-Istati Membri għandhom jiġu espliċitament obbligati jirrikonoxxu protezzjoni mill-insolvenza skont il-liġi tal-Istat Membru ta’ stabbiliment. Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni amministrattiva u s-superviżjoni tan-negozji li huma attivi fi Stati Membri differenti fir-rigward ta’ protezzjoni mill-insolvenza, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jaħtru punti ta’ kuntatt ċentrali.

(36)  Fir-rigward arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, lil hinn mill-obbligu li tingħata protezzjoni mill-insolvenza u tinforma lill-vjaġġaturi li l-fornituri individwali tas-servizzi huma responsabbli biss tal-eżekuzzjoni kuntrattwali tagħhom, il-kuntratti rilevanti huma soġġetti għal leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-konsumatur u ġenerali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(37)  Huwa xieraq li jiġu protetti l-vjaġġaturi f’sitwazzjonijiet fejn bejjiegħ bl-imnut jirranġa l-prenotazzjoni ta’ pakkett jew arranġament tal-ivvjaġġar marbut u fejn il-bejjiegħ bl-imnut jagħmel żbalji fil-proċess tal-prenotazzjoni.

(38)  Huwa wkoll xieraq li jiġi kkonfermat li l-konsumaturi ma jkunux jistgħu jċedu d-drittijiet imnissla minn din id-Direttiva u l-organizzaturi jew il-kummerċjanti li jiffaċilitaw arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta ma jistgħux jaħarbu mill-obbligi tagħhom billi jistqarru li huma sempliċiment qed jaġixxu bħala fornitur ta’ servizz tal-ivvjaġġar, intermedjarju jew f’xi kapaċità oħra.

(39)  Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jistipulaw penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu din id-Direttiva u għandhom jiżguraw li dawn jiġu infurzati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(40)  L-adozzjoni ta’ din id-Direttiva tagħmilha meħtieġ li jiġu adattati ċerti atti ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Filwaqt li titqies id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumatur(12) fil-forma attwali tagħha ma tapplikax għal kuntratti koperti mid-Direttiva 90/314/KEE, huwa meħtieġ li tkun emendata d-Direttiva 2011/83/UE biex jiġi żgurat li din tapplika għal arranġamentitibqa’ tapplika fir-rigward ta’ servizzi individwali li huma parti minn arranġament tal-ivvjaġġar assistitimarbut, sakemm dawn is-servizzi individwali ma jkunux esklużi mill-ambitu tad-Direttiva 2011/83/UE u li ċerti drittijiet tal-konsumatur stabbiliti f’dik id-Direttiva japplikaw ukoll għal pakketti. [Em. 30]

(41)  Din id-Direttiva għanda tkun bla preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 (13) u għal-liġi ta' kuntratti nazzjonali għal dawk l-aspetti li mhumiex regolati biha. Billi l-objettivi ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u għall-kisba ta’ livell għoli u kemm jista' jkun uniformi ta’ protezzjoni tal-konsumatur ma jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(42)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (Karta). Din id-Direttiva, b’mod partikolari, il-proposta tirrispetta l-libertà tat-twettiq ta’ negozju stabbilit fl-Artikolu 16 tal-Karta, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, skont l-Artikolu 38 tal-Karta.

(43)  Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni(14), l-Istati Membri refgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew iktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawn id-dokumenti hija ġustifikata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Kapitolu I

Suġġett, livell ta' armonizzazzjoni, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett

L-għan ta' din id-Direttiva għandha huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u għall-kisba ta’ livell għoli u kemm jista’ jkun uniformi ta’ protezzjoni tal-konsumatur billi tagħmel approssimazzjoni ta’ ċerti aspetti fir-rigward tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward kuntratti dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti marbuta konkluż bejn passiġġieri u negozjanti. [Em. 31]

Artikolu 1a

Livell ta’ armonizzazzjoni

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'din id-Direttiva, l-Istati Membri m’għandhomx iżommu jew idaħħlu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet differenti minn dawk stabbiliti fid-Direttiva, inklużi dispożizzjonijiet aktar jew anqas stretti li jiżguraw livell differenti ta' protezzjoni tal-konsumatur. [Em. 32]

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva tapplika għal pakketti offruti għall-bejgħ jew mibjugħa minn kummerċjanti għall-vjaġġaturi, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 17, u għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta bl-eċċezzjoni tal-Artikoli minn 4 sa 14, l-Artikolu 18 u l-Artikolu 21(1).

2.  Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a)  pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta li jkopru perjodu ta’ inqas minn 24 siegħa sakemm l-akkomodazzjoni mal-lejl hija inkluża;

(aa)  pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta li jiġu offruti okkażjonalment jew jiġu kkombinati minn persuna fiżika jew ġuridika fejn ma jinkisibx profitt finanzjarju dirett jew indirett mill-bejgħ ta' dawn il-pakketti jew il-faċilitazzjoni ta' dawn l-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta u fejn il-vjaġġatur ikun ġie infurmat b'mod xieraq mill-kummerċjant responsabbli li din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal tali pakkett jew arranġament ta' vjaġġar; [Em. 33]

(b)  kuntratti anċillari li jkopru servizzi tal-ivvjaġġar, li huma pprovduti bħala servizzi addizzjonali għall-pakketti u li huma bbukkjati mingħajr l-involviment tal-organizzatur jew kuntratti anċillari li jkopru servizzi finanzjarji; [Em. 34]

(c)  pakketti u arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti marbuta fuq il-bażi ta’ qafas ta' kuntratt ta’ bejn dak li jħaddem tal-vjaġġatur u negozjant li jispeċjalizza fl-arranġament ta’ għal vjaġġar għan-negozju bejn negozju li vjaġġatur ikun qed jivvjaġġa f'ismu u negozjant; [Em. 35]

(d)  pakketti fejn mhux aktar minn servizz wieħed tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punti (a), (b), u (c) tal-punt 1 tal-Artikolu 3 hu kkombinat ma’ servizz tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punt (d) tal-punt 1 tal-Artikolu 3 jekk dan is-servizz tal-aħħar ma jammontax għal parti sinifikanti tal-pakkett jew ma jirrappreżentax b'mod ċar ir-raġuni għall-vjaġġ jew is-servizz anċillari ma jkunx ikkummerċjalizzat b'mod ċar bħala l-element ewlieni tal-vjaġġ; jew [Em. 6]

(e)  kuntratti awtonomi għal servizz tal-ivvjaġġar wieħed.

(ea)  trasport ta’ passiġġieri permezz tax-xarabank, bil-ferrovija, bil-baħar jew bl-ajru li jinkludi l-akkomodazzjoni, jekk il-komponent ewlieni jkun b'mod ċar it-trasport u jekk tali trasport ma jiġix ikkombinat ma’ servizzi oħrajn tal-ivvjaġġar kif imsemmi fil-punti (b), (c) jew (d) tal-punt 1 tal-Artikolu 3. [Em. 37]

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  “servizz tal-ivvjaġġar” tfisser

(a)  it-trasport ta' passiġġieri,

(b)  l-akkomodazzjoni għal skopijiet mhux residenzjali, sakemm tali akkomodazzjoni sservi skop turistiku b'mod ċar, [Em. 38]

(c)  il-kiri ta’ karozza karozzi, vetturi jew mezzi oħra ta’ trasport, jew [Em. 39]

(d)  kwalunkwe servizz turistiku ieħor mhux anċillari għat-trasport ta’ passiġġieri, l-akkomodazzjoni jew il-kiri ta’ karozza ta’ karozzi, vetturi oħra jew mezzi oħra ta’ trasport [Em. 40]

(2)  "pakkett" ("package") tfisser taħlita ta’ mill-anqas żewġ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-iskop tal-istess vjaġġ jew għall-vaganzi, jekk:

(a)  dawk is-servizzi huma miġbura flimkien minn negozjant, inklużi dawk b'talba jew skont l-għażla ta’ min jivvjaġġa, qabel kuntratt dwar is-servizzi kollha jiġi konkluż; jew

(b)  irrispettivament minn jekk kuntratti separati humiex konklużi ma’ fornituri ta’ servizzi tal-ivvjaġġar individwali, dawk is-servizzi huma:

(i)  mixtrija minn punt uniku ta’ bejgħ fl-istess proċess ta’ prenotazzjoni u fejn is-servizzi kollha jkunu ġew magħżula mill-vjaġġatur qabel il-vjaġġatur ikun aċċetta li jħallas, jew [Em. 41],

(ii)  offruti jew imposti bi prezz inklussiv jew totali, jew [Em. 42]

(iii)  reklamati jew mibjugħa bit-terminu “pakkett” jew b'xi terminu simili, jew [Em. 43]

(iv)  ikkombinati wara l-konklużjoni ta’ kuntratt li bih negozjant jagħti d-dritt lil vjaġġatur li jagħżel fost għażla ta’ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, jew

(v)  mixtrija minn negozjanti separati permezz ta' proċessi ta' prenotazzjoni onlajn fejn l-isem jew id-dettalji u dejta personali oħra tal-vjaġġatur, bħal dettalji ta' kuntatt, dettalji tal-karta ta' kreditu jew dettalji tal-passaport, li huma tal-vjaġġatur meħtieġa biex tkun konkluża tranżazzjoni tal-prenotazzjoni huma trasferiti bejn in-negozjanti mhux aktar tard minn meta 24 siegħa wara li l-prenotazzjoni tal-ewwel servizz hija kkonfermata tkun ikkonfermata; [Em. 44]

(3)  “kuntratt ta' vjaġġ kollox kompriż” tfisser kuntratt fuq il-pakkett kollu jew, jekk il-pakkett hu pprovdut skont kuntratti differenti, il-kuntratti kollha li jkopru s-servizzi mdaħħla fil-pakkett;

(4)  “bidu tal-pakkett" tfisser il-bidu tal-eżekuzzjoni tal-pakkett;

(5)  “arranġament tal-ivvjaġġar assistit marbut” tfisser taħlita ta’ mill-anqas żewġ tipi differenti ta’ servizzi tal-ivvjaġġar għall-iskop tal-istess vjaġġ jew ta’ vaganza, ma jikkostitwix pakkett, li jirriżulta fil-konklużjoni ta’ kuntratti separati ma’ fornituri tas-servizzi tal-ivvjaġġar individwali, jekk wieħed mill-fornituri involuti jew il-bejjiegħ bl-imnut jiffaċilita l-kombinazzjoni: [Em. 45]

(a)  fejn il-vjaġġatur jagħżel u jaqbel li jħallas għal kull servizz ta' vvjaġġar b'mod separat fuq il-bażi ta’ prenotazzjonijiet separati magħmulin fl-okkażjoni ta’ żjara waħda jew kuntatt mal-punt ta’ bejgħ; jew [Em. 46]

(b)  permezz tal-akkwist ta’ servizzi addizzjonali għall-ivvjaġġar minn kummerċjant ieħor b’mod immirat permezz ta’ proċessi marbuta tal-ibbukkjar onlajn fejn tal-anqas l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-vjaġġatur jiġu ttrasferiti lil kummerċjant ieħor u tali serizzi addizzjonali jiġu prokurati mhux aktar tard minn meta 24 siegħa wara li l-prenotazzjoni tal-ewwel servizz ikun ikkonfermat; tkun ikkonfermata. [Em. 47]

(6)  “vjaġġatur” tfisser kwalunkwe persuna li qiegħda tfittex li tikkonkludi jew ikollha d-dritt li tivvjaġġa fuq il-bażi ta’ kuntratt konkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inklużi vjaġġaturi fuq negozju sakemm ma jivvjaġġawx fuq il-bażi ta’ kuntratt qafas għal vjaġġar għan-negozju bejn negozju li vjaġġatur ikun qed jivvjaġġa f'ismu u negozjant;

(7)  "kummerċjant" tfisser kwalunkwe persuna, li taġixxi għal finijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(8)  “organizzatur” tfisser kummerċjant li jikkombina u jbigħ jew joffri għall-bejgħ pakketti, jew direttament jew permezz/flimkien ma’ kummerċjant ieħor jew min jiffaċilita l-kombinazzjoni u l-akkwist ta’ dawn il-pakketti; fejn aktar minn kummerċjant wieħed jissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji msemmija fil-punt (b) tal-punt 2, dawk il-kummerċjanti kollha jitqiesu bħala organizzaturi, sakemm wieħed minnhom hu nominat bħala organizzatur u l-vjaġġatur ikun mgħarraf b’dan; [Em. 48]

(9)  "bejjiegħ bl-imnut" tfisser kummerċjant ieħor għajr l-organizzatur li:

(a)  ibigħ jew joffri għall-bejgħ pakketti miġbura flimkien minn organizzatur; jew [Em. 49]

(b)  jiffaċilita l-akkwist ta’ servizzi tal-ivvjaġġar li huma parti minn arranġament tal-ivvjaġġar assistit marbut billi jgħin lill-vjaġġaturi jikkonkludu kuntratti separati għal servizzi tal-ivvjaġġar ma’ fornituri individwali tas-servizzi, li wieħed minnhom jista’ jkun il-bejjiegħ bl-imnut innifsu [Em. 50];

(10)  "mezz li jservi għal żmien twil" tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jew il-kummerċjant li jaħżen informazzjoni personalment indirizzata lilu b'mod aċċessibbli għal referenza futura għal perjodu ta' żmien adegwat għall-iskopijiet tal-informazzjoni u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;

(11)  “ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji” tfisser sitwazzjoni mhux tas-soltu prevista lil hinn mill-kontroll tal-kummerċjant li l-konsegwenzi tagħha ma setgħux jiġu evitati anki jekk tkun ittieħdet l-attenzjoni dovuta il-miżuri raġonevoli kollha ġew meħudin: [Em. 51]

(12)  "nuqqas ta’ konformità" tfisser nuqqas ta’ ujew l-eżekuzzjoni ħazina tas-servizzi tal-ivvjaġġar inklużi f’pakkett. [Em. 52]

(12a)  "servizz anċillari" tfisser servizz turistiku mhux independenti fil-kuntest tal-provvista jew forniment ta’ servizzi ta’ vjaġġar bħal speċjalment assigurazzjoni tal-ivvjaġġar, it-trasport bejn l-istazzjon tal-ferrovija u l-post tal-akkomodazzjoni, lejn l-ajruport tat-tluq, kif ukoll fil-qafas ta’ eskursjonijiet, trasport ta’ bagalji, servizzi ta' ikliet u tindif provduti bħala parti mill-akkomodazzjoni. [Em. 53]

Kapitolu II

L-obbligi ta’ informazzjoni u l-kontenut dwar il-vjaġġi kollox kompriż

Artikolu 4

Informazzjoni prekuntrattwali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel ma l-vjaġġatur ikun marbut bi kwalunkwe kuntratt għal kuntratt ta' vjaġġ kollox kompriż jew bi kwanlunkwe offerta korrispondenti, l-organizzatur u, fejn il-pakkett jinbiegħ permezz ta’ bejjiegħ bl-imnut, dan ukoll għandu jipprovdi lill-vjaġġatur bl-informazzjoni li ġejja fejn applikabbli għall-pakkett: [Em. 54]

(a)  il-karatteristiċi ewlenin tas-servizzi tal-ivvjaġġar:

(i)  id-destinazzjoni/jiet tal-vjaġġ, l-itinerarju u l-perjodi ta’ soġġorn, bid-dati u n-numru ta’ ljieli inklużi; [Em. 55]

(ii)  il-mezzi, il-karatteristiċi u l-kategoriji tat-trasport, il-punti, dati u ħinijiet ta’ tluq u ritorn jew, meta l-ħin eżatt għadu mhux determinat, il-ħin approssimattiv ta’ tluq u ritorn, it-tul u l-postijiet tal-waqfiet intermedji u l-konnessjonijiet tat-trasport;

Meta l-ħin eżatt ma jkunx għadu ġie determinat, il-kummerċjant għandu jinforma lill-vjaġġatur dwar il-ħin approssimattiv ta' tluq u ritorn.

Meta ma jkunx jista' jiġi determinat ħin indikattiv, il-bejjiegħ bl-imnut għandu jinforma lill-vjaġġatur dwar dan; [Em. 56]

(iii)  il-post, il-karatteristiċi ewlenin u l-kategorija turistika uffiċjali tal-akkomodazzjoni assenjati mill-korp kompetenti tal-post fejn tinsab l-akkomodazzjoni; [Em. 57]

(iv)  jekk ikliet humiex pprovduti u, jekk iva, il-pjan tal-ikel;

(v)  iż-żjarat, l-eskursjoni/jiet jew is-servizzi l-oħra li jkunu inklużi fil-prezz totali miftiehem għall-pakkett;

(va)  jekk kwalunkwe wieħed mis-servizzi tal-ivvjaġġar se jiġi pprovdut lill-vjaġġatur bħala parti minn grupp u, jekk dan ikun il-każ, kemm nies huma mistennija jipparteċipaw; [Em. 58]

(vi)  il-lingwa/i li fihom ikunu se jsiru l-attivitajiet u [Em. 59]

(vii)  fuq talba tal-vjaġġatur, jekk l-aċċess għal persuni b’mobilità b’ċertu grad ta' mobilità mnaqqsa jkun garantit matul il-vjaġġ jew btala; [Em. 60]

(b)  l-isem kummerċjali, l-indirizz ġeografiku tal-organizzatur u, fejn applikabbli, il-bejjiegħ bl-imnut, kif ukoll in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom;

(c)  il-prezz totali tal-pakkett bit-taxxi inklużi u, fejn applikabbli, tat-tariffi kollha addizzjonali, l-imposti u spejjeż oħrajn jew, meta dawn l-ispejjeż ma jistgħux jiġu raġonevolment ikkalkolati minn qabel, il-fatt li l-vjaġġatur jista’ jkollu jħallas spejjeż addizzjonali bħal dawn u n-natura ta' tali spejjeż; il-prezz totali għandu jiġi ppreżentat fil-forma ta' fattura dettaljata li tistipula l-ispejjeż kollha tas-servizz tal-ivvjaġġar b'mod trasparenti; [Em. 61]

(d)  l-arranġamenti għall-pagament u, fejn applikabbli, l-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta’ depożiti jew garanziji finanzjarji oħrajn li għandhom jitħallsu jew li għandhom jiġu pprovduti mill-vjaġġatur;

(e)  fejn dan ikun f'loku, l-għadd minimu meħtieġ ta’ persuni għall-eżekuzzjoni tal-pakkett u limitu l-limitu ta’ żmien ta’ mill-inqas 20 jum imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 10(3) qabel il-bidu tal-pakkett għall-kanċellazzjoni possibbli jekk dak in-numru ma jkunx intlaħaq; [Em. 62]

(f)  informazzjoni ġenerali dwar ir-rekwiżiti tal-passaport u tal-viża, inklużi d-dati approssimattivi tal-perjodi biex jinkisbu l-viżi, għal ċittadini tal-Istat(i) Membru(i) jew Stati Membri kkonċernati u informazzjoni dwar formalitajiet tas-saħħa;

(fa)  informazzjoni dwar ix-xiri volontarju ta’ assigurazzjoni li tkopri l-ispejjeż tal-kanċellazzjoni mill-vjaġġatur jew l-ispejjeż tar-ripatrijazzjoni f’każ ta’ inċident jew mard. [Em. 63]

(g)  konferma li s-servizzi jikkostitwixxu pakkett fit-tifsira ta’ din id-Direttiva.

(ga)  informazzjoni li, skont l-Artikolu 10, il-vjaġġatur jew l-organizzatur jista’ jittermina l-kuntratt fi kwalunkwe ħin qabel il-bidu tal-pakkett u malli titħallas tariffa raġonevoli standardizzata ta’ terminazzjoni applikabbli, jekk ikun hemm; [Em. 64]

(gb)  il-possibbiltà ta’ trasferiment tal-kuntratt ta' vjaġġ kollox kompriż lil vjaġġatur ieħor u l-limitazzjonijiet u l-konsegwenzi possibbli ta’ tali trasferiment. [Em. 65]

1a.  Meta l-pakkett ikun ġie mibjugħ permezz ta’ bejjiegħ bl-imnut, il-bejjiegħ bl-imnut immedjatament għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 lill-vjaġġatur. [Em. 66]

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta b’mod li tkun ċar, komprensibbli u prominenti. [Em. 67]

2a.  F’każ ta’ kuntratt tal-ivvjaġġar li jkun ġie konkluż b’mod elettroniku, l-organizzatur għandu jinforma lill-vjaġġatur b’mod ċar u prominenti qabel ma dan jirriżerva l-vjaġġ tiegħu, dwar l-informazzjoni msemmija fil-punti (a)(i), (ii), (iii), (iv), (v), (c), u (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2011/83/UE għandu japplika b'dan il-mod. [Em. 68]

2b.  Fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati f’dan il-Kapitolu, l-oneru tal-prova għandu jkun fuq il-kummerċjant. [Em. 69]

Artikolu 5

In-natura vinkolanti ta’ informazzjoni prekuntrattwali u l-konklużjoni tal-kuntratt

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzaturi ma jistgħux ibiddlu l-informazzjoni mogħtija lill-vjaġġatur skont il-punti (a), (c), (d), (e), (f), (g) u (ga) tal-Artikolu 4(1), li se tkun parti integrali mill-kuntratti tal-vjaġġi kollox kompriż u m'għandhiex tinbidel, sakemm l-organizzatur jirriżerva l-possibbiltà li jagħmel emendi għal dik l-informazzjoni u jikkomunika kwalunkwe tibdil li jsir il-partijiet kontraenti ma jiftehmux espressament mod ieħor. It-tibdil kollu fl-informazzjoni prekuntrattwali għandu jiġi kkomunikat lill-vjaġġatur b’mod ċar u prominenti qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. [Em. 70]

2.  Jekk l-informazzjoni dwar pagamenti addizzjonali, tariffi jew spejjeż oħra msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) ma tkunx pprovduta qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, il-vjaġġatur ma għandux iħallas dawn it-tariffi, pagamenti u spejjeż oħra. [Em. 71]

3.  Fi jew immedjatament mingħajr dewmien wara l-konklużjoni tal-kuntratt, l-organizzatur għandu jipprovdi lill-vjaġġatur b’kopja tal-kuntratt jew konferma tal-kuntratt fuq mezz li jservi fit-tul. [Em. 71]

Artikolu 6

Kontenut ta' kuntratti ta' vjaġġi kollox kompriż u d-dokumenti li għandhom ikunu forniti qabel il-bidu tal-pakkett

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kuntratti ta' vjaġġi kollox kompriż huma f’kitba sempliċi, li tinftiehem u, sakemm dawn ikunu bil-miktub, b’mod li jistgħu jinqraw.

2.  Il-kuntrattIt-test tal-kuntratt jew il-konferma tal-kuntratt għandhom jistipulaw il-kontenut sħiħ tal-kuntratt u b’mod partikolari l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu skont l-Artikolu 4 li tkun saret parti integrali mill-kontenut tal-kuntratt. It-test tal-kuntratt jew il-konferma tal-kuntratt għandu jkun fih fihom l-informazzjoni addizzjonali li ġejja: [Em. 74]

(a)  rekwiżiti speċjali tal-vjaġġatur li l-organizzatur aċċetta;

(b)  informazzjoni li l-organizzatur huwa:

(i)  responsabbli għall-eżekuzzjoni xierqa tas-servizzi tal-ivvjaġġar kollha inklużi fil-kuntratt;

(ii)  obbligat li jipprovdi assistenza jekk il-vjaġġatur hu f’diffikultà skont l-Artikolu 14;

(iii)  obbligat li jikseb protezzjoni mill-insolvenza għar-rifużjoni u r-ripatrijazzjoni skont l-Artikolu 15, kif ukoll l-isem tal-entità li qed tipprovdi protezzjoni mill-insolvenza u d-dettalji tagħha ta’ kuntatt, inkluż l-indirizz ġeografiku;

(c)  id-dettalji ta’ punt ta’ kuntatt fejn il-vjaġġatur jista’ jilmenta dwar kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jinduna bih fuq il-post; [Em. 75]

(d)  l-isem, l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentant lokali tal-organizzatur jew punt ta’ kuntatt li vjaġġatur f’diffikultà jista’ jitlob jew, fejn l-ebda tali rappreżentant jew punt ta’ kuntatt jeżisti, numru tat-telefown tal-emerġenza jew indikazzjoni ta’ modi oħra kif tikkuntattja l-organizzatur; [Em. 76]

(e)  informazzjoni li l-vjaġġatur jista’ jtemm il-kuntratt fi kwalunkwe żmien qabel il-bidu tal-pakkett għal pagament ta’ kumpens xieraq jew, fejn xieraq, tariffa raġonevoli ta' terminazzjoni li tkun standard jekk dawn it-tariffi jkunu speċifikati skont l-Artikolu 10 (1); [Em. 77]

(f)  fejn il-minorenni jivvjaġġaw fuq pakkett li jinkludi akkomodazzjoni, u jivvjaġġaw mingħajr il-kumpanija tal-ġenituri jew it-tuturi tagħhom, informazzjoni li tippermetti kuntatt dirett mal-minuri jew il-persuna responsabbli fuq il-post ta’ residenza tal-minuri minn ġenitur jew tutur; [Em. 78]

(g)  informazzjoni dwar mekkaniżmi disponibbli proċeduri ta' ġestjoni interna ta' lmenti u ta’ riżoluzzjoni alternattiva u onlajn tat-tilwim disponibbli skont id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15) u mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni onlajn tat-tilwim skont ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16). [Em. 79]

3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi pprovduta b’mod li jkun ċar, komprensibbli u prominenti. [Em. 80]

4.  Fi żmien biżżejjed qabel il-bidu ta’ pakkett, l-organizzatur għandu jipprovdi lill-vjaġġatur l-irċevuti meħtieġa, vawċers jew biljetti, inkluża informazzjoni preċiża dwar il-ħinijiet tat-tluq, waqfiet intermedji, il-konnessjonijiet ta’ trasport u wasla. bl-informazzjoni li ġejja:

(a)  l-irċevuti meħtieġa, vawċers jew biljetti, inkluża informazzjoni preċiża dwar il-ħinijiet tat-tluq, il-waqfiet intermedji, il-konnessjonijiet ta’ trasport u l-wasla;

(b)  id-dettalji rilevanti kollha ta’ kuntatt fil-każ li l-vjaġġatur jiddetermina n-nuqqas ta’ konformità ta’ servizz, kif ukoll l-informazzjoni dwar kif il-vjaġġatur għandu jipproċedi;

(c)  l-isem, l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentant lokali tal-organizzatur jew punt ta’ kuntatt li vjaġġatur f’diffikultà jista’ jitlob jew, fejn l-ebda tali rappreżentant jew punt ta’ kuntatt jeżisti, numru tat-telefown tal-emerġenza jew indikazzjoni ta’ modi oħra kif ikun ikkuntattjat l-organizzatur. [Em. 81]

Kapitolu III

Tibdil fil-kuntratt qabel il-bidu tal-pakkett

Artikolu 7

Trasferiment tal-kuntratt lil vjaġġatur ieħor

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li vjaġġatur jista’, wara li jagħti lill-organizzatur jew lill-bejjiegħ bl-imnut avviż raġonevoli fi żmien massimu ta’ sebat ijiem fuq fuq mezz li jservi fit-tul qabel il-bidu tal-pakkett, jittrasferixxi l-kuntratt lil persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha applikabbli għal dak il-kuntratt. [Em. 82]

2.  It-trasferitur tal-kuntratt u d-destinatarju għandhom ikunu responsabbli in solidum għall-pagament tal-bilanċ dovut u għal xi tariffi, imposti jew spejjeż addizzjonali oħra, jekk ikun hemm, li jirriżultaw mit-trasferiment. Dawn l-ispejjeżL-organizzatur għandu jinforma lit-trasferitur u lid-destinatarju dwar l-ispejjeż possibbli ta' tali trasferiment, li fi kwalunkwe każ ma għandhomx ikunu mhux raġonevoli u fi kwalunkwe każ ma għandhomx jeċċedu l-ispiża attwali mġarrba mill-organizzatur. [Em. 83]

L-organizzatur għandu jkun responsabbli biex jipprovdi prova tal-ħlasijiet addizzjonali, l-imposti jew l-ispejjeż l-oħra kkawżati mit-trasferiment tal-kuntratt. [Em. 84]

Artikolu 8

Bidla tal-prezz

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prezzijiet mhumiex suġġetti għal rieżami, sakemm il-kuntratt espressament jirriżerva l-possibbiltà ta’ żieda u jobbliga l-organizzatur biex inaqqas il-prezzijiet sal-istess punt bħala konsegwenza diretta tal-bidliet:

(a)  il-prezz tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri li jirriżultaw mill-prezz tal-fjuwils għat-trasport ta’ passiġġieri, [Em. 85]

(b)  fil-livell ta’ taxxi jew imposti fuq servizzi inklużi tal-ivvjaġġar imposti minn partijiet terzi li mhumiex direttament involuti fl-eżekuzzjoni ta’ pakkett, inkluż taxxi tat-turisti, it-taxxi għall-inżul jew id-drittijiet tal-imbarkazzjoni jew l-iżbark fil-portijiet u fl-ajruporti, jew

(c)  ir-rati tal-kambju rilevanti għall-pakkett.

1a.  Tnaqqis fil-prezz skont il-paragrafu 1 ta' 3 % jew aktar għandu jiġi mgħoddi lill-vjaġġatur. Żieda fil-prezz skont il-paragrafu 1 tista' tiġi mgħoddija lill-vjaġġatur biss jekk il-prezz jinbidel bi 3 % jew aktar. Fil-każ ta’ tnaqqis fil-prezz ta' 3 % jew aktar, l-organizzatur tal-vjaġġi jista’ jitlob EUR 10 għal kull vjaġġatur għal spejjeż amministrattivi. [Em. 86]

2.  Jekk iż-żieda fil-prezz msemmija fil-paragrafu 1, ma għandhiex teċċedi l-10teċċedi t-8 % tal-prezz tal-pakkett, għandu japplika l-Artikolu 9(2). [Em. 87]

3.  Iż-żieda fil-prezz imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun valida biss jekk l-organizzatur, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifika l-vjaġġatur b’mod ċar u komprensibbli dwar din iż-żieda b’ġustifikazzjoni u kalkolu fuq mezz li jibqa’ fit-tul mhux aktar tard minn 20 ġurnata qabel il-bidu tal-pakkett dwar iż-żieda fil-prezz b'ġustifikazzjoni u kalkolu. [Em. 88]

Artikolu 9

Tibdil ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali oħra

1.  l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel il-bidu tal-perjodu ta’ pakkett, l-organizzatur ma jistax, b’mod unilaterali, ibiddel il-kundizzjonijiet kuntrattwali għajr il-prezz konformi mal-Artikolu 8, sakemm: [Em. 89]

(a)  l-organizzatur irriserva dak id-dritt fil-kuntratt,

(b)  il-bidla hija insinifikanti b'mod partikolari fir-rigward tal-elementi stabbiliti fil-punti (a) u (d) tal-Artikolu 4(1); u [Em. 90]

(c)  l-organizzatur jinforma l-vjaġġatur b’mod ċar u prominenti fuq mezz li jservi fit-tul.

1a.  Bidla fit-termini tal-kuntratt għandha, b'mod partikolari, titqies sinifikanti fis-sens tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jekk il-ħin tat-tluq u tar-ritorn pprovdut skont il-punt (a)(ii) tal-Artikolu 4(1) ivarja b'aktar minn tliet sigħat mill-ħin attwali ta' tluq jew ritorn jew, jekk ma jkunx fil-parti tal-ġurnata indikata fl-informazzjoni prekuntrattwali. [Em. 91]

2.  Jekk, qabel il-bidu tal-perjodu ta’ pakkett, l-organizzatur huwa kostrett li jibdel kwalunkwe mill-karatteristiċi prinċipali tas-servizzi tal-ivvjaġġar kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) jew rekwiżiti speċjali kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(2), jew jgħolli l-prezz tal-pakkett b’iktar minn 8 % tal-prezz kuntrattwali miftiehem bi qbil mal-Artikolu 8(2), l-organizzatur għandu jinforma mingħajr dewmien il-vjaġġatur b’mod ċar u prominenti fuq mezz li jservi fit-tul ta’: [Em. 92]

(a)  bidliet proposti u l-impatt tagħhom fuq il-prezz tal-pakkett; u [Em. 93]

(b)  l-fatt li l-vjaġġatur jista’ jittermina l-kuntratt mingħajr penali f’perjodu speċifikat ta’ żmien raġonevoli u li inkella t-tibdil propost se jitqies bħala aċċettat jew jaċċetta pakkett ta' vvjaġġar ekwivalenti alternattiv offrut mill-vjaġġatur; [Em. 94]

(ba)  il-fatt li l-bidliet kuntrattwali proposti għandhom jitqiesu bħala aċċettati, jekk il-vjaġġatur ma jkunx eżerċita d-dritt li jtemm jew li jaċċetta pakkett ta’ vjaġġ alternattiv ekwivalenti offrut mill-organizzatur. [Em. 95]

3.  Fejn it-tibdiliet għall-kuntratt jew il-pakkett ta’ vjaġġ alternattiv ekwivalenti offrut kif imsemmi fil-paragrafu 2 jirriżultaw f’pakkett ta’ kwalità aktar baxxa jew il-kost, il-vjaġġatur għandu jkun intitolat għal sistema xierqa ta’ tnaqqis fil-prezz.

4.  Jekk il-kuntratt jintemm skont il-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-organizzatur għandu jrodd lura l-pagamenti kollha li waslulu mingħand il-vjaġġatur fi żmien 14-il jum wara li l-kuntratt jiġi mitmum mit-tmiem tal-kuntratt, inklużi pagamenti għal servizzi anċillari bbukkjati minnu, bħal pereżempju assigurazzjoni għall-vjaġġ jew għall-kanċellazzjoni tal-vjaġġ jew attivitajiet addizzjonali pprenotati fil-post. Il-vjaġġatur għandu, fejn xieraq, ikun intitolat għal kumpens għad-danni skont l-Artikolu 12. [Em. 97]

Artikolu 10

Terminazzjoni tal-kuntratt qabel il-bidu tal-pakkett

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjaġġatur jista’ jittermina l-kuntratt qabel il-bidu tal-pakkett bi pagament ta’ kumpens xieraq lill-organizzatur. Il-kuntratt jista’ jispeċifika tariffi raġonevoli standardizzati ta' terminazzjoni bbażati fuq il-ħin tat-terminazzjoni u ffrankar konvenzjonali ta’ spejjeż u dħul minn skjerament alternattivi ta’ servizzi tal-ivvjaġġar. Fin-nuqqas ta’ tariffi standardizzati ta' terminazzjoni, l-ammont tal-kumpens għandu jikkorrispondi mal-prezz tal-pakkett bit-tnaqqis tal-ispejjeż li jista’ jiġi ppruvat li ġew iffrankati mill-organizzatur u li ma jistgħux jiġu rkuprati mill-fornituri tas-servizz tal-ivvjaġġar jew permezz ta’ użu alternattiv ta' dawk is-servizzi. It-tariffi dovuti għat-terminazzjoni tal-kuntratt, inklużi t-tariffi amministrattivi, m’għandhomx ikunu sproporzjonati jew eċċessivi. L-organizzatur għandu jipprovdi ġustifikazzjoni għall-kalkolu tal-ammont tal-kumpens jew tat-tariffi standardizzati tat-terminazzjoni. L-oneru tal-prova tal-adegwatezza tal-kumpens għandu jkun tal-organizzatur. [Em. 98]

2.  Ladarba l-kuntratt tal-vjaġġ ikun ġie konkluż, il-vjaġġatur għandu jkollu d-dritt li jittermina l-kuntratt qabel il-bidu tal-pakkett mingħajr kumpens fil-każ ta’ ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji li jseħħu fil-post tad-destinazzjoni jew fil-viċinanzi immedjati tiegħu u li jaffettwaw sinifikament il-pakkett u li minħabba fihom l-organizzatur ikollu jagħmel tibdiliet sinifikanti fl-elementi essenzjali tal-kuntratt ta' vjaġġ kollox kompriż. Ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji bħal dawn għandhom jitqiesu li jeżistu, pereżempju, jekk il-pakkett jiġi affettwat b’mod sinifikanti minn atti ta’ gwerer jew diżastru naturali. B'mod partikolari, għandhom jitqiesu li jeżistu ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji fejn rapporti kredibbli u pubblikament disponibbli, bħal rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, jagħtu parir biex dak li jkun ma jivvjaġġax lejn il-post tad-destinazzjoni. [Em. 99]

3.  L-organizzatur jista’ jtemm il-kuntratt mingħajr pagament ta’ kumpens lill-vjaġġatur, jekkfil-każijiet li ġejjin biss: [Em. 101]

(a)  l-għadd ta’ persuni li jkunu nkitbu għall-pakkett ikun iżgħar minn numru minimu ddikjarat fil-kuntratt u jinnotifika lill-vjaġġatur dwar it-terminazzjoni fi żmien perjodu fiss stabbilit fil-kuntratt u iżda mhux aktar tard minn 20 jum qabel il-bidu tal-pakkett; jew

(i)  20  jum qabel il-bidu tal-vjaġġ f’każ ta’ vjaġġi ta’ iktar minn sitt ijiem,

(ii)  sebat ijiem qabel il-bidu tal-vjaġġ f’każ ta’ vjaġġi ta’ bejn jumejn u sitt ijiem,

(iii)  48 siegħa qabel il-bidu tal-vjaġġ f’każ ta’ ġiti ta’ jum wieħed, jew [Em. 102]

(b)  l-organizzatur hu pprojbit milli jwettaq il-kuntratt minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji u jinnotifika lill-vjaġġatur tat-terminazzjoni mingħajr dewmien żejjed qabel il-bidu tal-pakkett.

4.  F’każijiet ta’ terminazzjoni skont il-paragrafi 1, 2 u 3, l-organizzatur għandu jagħti rimborż ta’ kwalunkwe pagament mhux dovut magħmul mill-vjaġġatur fi żmien 14-il jum.

Kapitolu IV

Eżekuzzjoni tal-pakkett

Artikolu 11

Responsabbiltà għall-eżekuzzjoni tal-pakkett

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzatur huwa responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ servizzi tal-ivvjaġġar inklużi fil-kuntratt, irrispettivament jekk dawk is-servizzi għandhomx jitwettqu mill-organizzatur jew minn fornituri oħra tas-servizz.

2.  Jekk xi servizzi mhumiex eżegwiti f’konformità mal-kuntratt, l-organizzatur għandu jirrimedja n-nuqqas ta’ konformità, sakemm dan ma jkunx in-nuqqas ta' konformità jkun ġie rappurtat mill-vjaġġatur lill-organizzatur jew in-nuqqas ikun deher b'mod ċar lill-organizzatur u r-rimedju ma jkunx sproporzjonat u sakemm in-nuqqas ta' konformità ma jkunx jista' jiġi attribwit lill-vjaġġatur. [Em. 103]

3.  Meta proporzjon sinifikanti tas-servizzi ma jkunx jista' jiġi pprovdut kif miftiehem fil-kuntratt, l-organizzatur għandu jagħmel arranġamenti alternattivi adattati, mingħajr pagament żejjed għall-vjaġġatur, għall-kontinwazzjoni tal-pakkett, fejn il-kwalità tas-servizz tkun mill-inqas ekwivalenti għal dik speċifikata mill-kuntratt,, inkluż fejn ir-ritorn tal-vjaġġatur lejn il-post tat-tluq ma jkunx ipprovdut kif miftiehem. [Em. 104]

4.  Jekk huwa impossibbli għall-organizzatur li joffri arranġamenti alternattivi xierqa jew il-vjaġġatur ma jaċċettahomx minħabba li dawn ma jistgħux jiġu mqabbla ma’ dak li kien miftiehem fil-kuntratt, l-organizzatur għandu, sakemm il-pakkett jinkludi l-ġarr ta’ passiġġieri, jipprovdi lill-vjaġġatur mingħajr ma jintalab xi pagament addizzjonali, bi trasport ekwivalenti lejn il-post tat-tluq jew lejn post ieħor bi qbil mal-vjaġġatur u fejn is-servizzi miftiehma ma jkunux ġew ipprovduti, għandu, fejn dan ikun f’loku, jikkumpensa l-vjaġġatur skont l-Artikolu 12. Il-kumpens għandu jsir fi żmien 14-il jum. [Em. 105]

4a.  Jekk il-paragrafu 4 jkun japplika, il-vjaġġatur jista’ jittermina l-kuntratt fejn in-nuqqas ta’ konformità tas-servizz ikun sinifikanti, u rimedju sussegwenti ma jkunx possibbli jew ta’ suċċess. [Em. 106]

5.  Sakemm huwa impossibbli li jiġi żgurat ir-ritorn f’waqtu tal-vjaġġatur minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji, l-organizzatur ma għandux ikun obbligat li jħallas l-ispejjeż għas-soġġorn kontinwat ta' aktar minn EUR 100 għal kull lejl u tlett ħamest iljieli għal kull vjaġġatur. L-organizzatur għandu jieħu ħsieb li jkun hemm akkomodazzjoni konsistenti mal-kategorija tal-lukanda bbukkjata oriġinarjament. Il-vjaġġatur jista' jibbukkja l-akkomodazzjoni hu stess biss jekk l-organizzatur jiddikjara espressament li mhuwiex lest jagħmel dan jew ma jistax jagħmel dan. F'tali każijiet, l-organizzatur jista' jillimita l-ispiża tal-akkomodazzjoni għal EUR 125 għal kull lejl għal kull vjaġġatur. [Em. 107]

6.  Il-limitazzjoni tal-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal persuni b’mobbiltà mnaqqsa, kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru, u kwalunkwe persuna li tkun magħhom, nisa tqal u t-tfal mhux akkumpanjati, kif ukoll persuni fil-bżonn ta’ assistenza medika speċifika, sakemm l-organizzatur ikun ġie nnotifikat dwar il-ħtiġijiet partikolari tagħhom meta ġie konkluż il-kuntratt ta' vjaġġ kollox kompriż jew, jekk dan mhuwiex possibbli, mill-inqas 48 siegħa qabel il-bidu tal-pakkett. L-organizzatur ma jistax jinvoka ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji li jillimitaw l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu jekk il-fornitur tat-trasport rilevanti ma jistax jiddependi fuq ċirkustanzi bħal dawn skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni. [Em. 108]

7.  Jekk l-arranġamenti alternattivi jirriżultaw f’pakkett ta’ kwalità aktar baxxa jew il-kost, il-vjaġġatur għandu jkun intitolat għal tnaqqis fil-prezz u, fejn xieraq, kumpens għad-danni, skont l-Artikolu 12.

7a.  L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet li jipprevedu li l-bejjiegħ bl-imnut ikun responsabbli għall-prestazzjoni tal-pakkett u għalhekk, ikun marbut bl-obbligi li jirriżultaw minn dan l-Artikolu u l-punt (b) tal-Artikolu 6(2), l-Artikolu 12, l-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 16. [Em. 109]

7b.  Kwalunkwe dritt għall-kumpens tal-vjaġġatur taħt ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 huwa indipendenti minn kwalunkwe dritt għall-kumpens tal-vjaġġatur taħt din id-Direttiva. Jekk il-vjaġġatur ikun intitolat għal kumpens kemm taħt ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 kif ukoll taħt din id-Direttiva, il-vjaġġatur għandu jkun intitolat li jippreżenta talbiet taħt iż-żewġ atti legali, iżda ma jistax jakkumula d-drittijiet taħt iż-żewġ atti legali jekk id-drittijiet jipproteġu l-istess interess jew ikollhom l-istess għan. [Em. 110]

Artikolu 12

Tnaqqis fil-prezz u l-kumpens għad-danni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjaġġatur hu intitolat għal tnaqqis ta’ prezzijiet xierqa għal:

(a)  kwalunkwe perjodu li matulu kien hemm nuqqas ta’ konformità; jew

(b)  fejn l-arranġamenti alternattivi kif imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 11 jirriżultaw f’pakkett ta’ kwalità baxxa, jew il-kost.

2.  Il-vjaġġatur għandu jkun intitolat li jirċievi kumpens mingħand l-organizzatur għal kwalunkwe dannu, inkluż dannu mhux materjali, li huwa jġarrab bħala riżultat ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ konformità.

3.  Il-vjaġġatur ma għandux ikun intitolat għal tnaqqis fil-prezz jew kumpens għad-danni jekk:

(a)  l-organizzatur jagħti prova li n-nuqqas ta’ konformità jkun:

(i)  attribwibbli għall-vjaġġatur,

(ii)  attribwibbli għal terza persuna li ma jkollhiex x'taqsam mal-provvista tas-servizzi mniżżla fil-kuntratt, u jkunu imprevedibbli jew inevitabbli,

(iii)  minħabba ċirkostanzi inevitabbli u straordinarji jew

(b)  il-vjaġġatur jonqos milli jinforma lill-organizzatur mingħajr dewmien żejjed b’kull nuqqas ta’ konformità li l-vjaġġatur jara fuq il-post jekk ir-rekwiżit ta' dik l-informazzjoni kien iddikjarat b’mod ċar u espliċitu fil-kuntratt u huwa raġonevoli, meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi tal-każ.

4.  Sakemm konvenzjonijiet internazzjonali vinkolanti għall-Unjoni jkunu limitati jew il-kundizzjonijiet li taħthom il-kumpens għandu jitħallas minn fornitur li jwettqu servizz li huwa parti minn pakkett, l-istess limitazzjonijiet għandhom japplikaw lill-organizzatur. Sakemm konvenzjonijiet internazzjonali li jorbtu lill-Unjoni jillimitaw kumpens li għandu jkun imħallas minn fornitur tas-servizz, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-kumpens li għandu jitħallas mill-organizzatur skont dan. F’każijiet oħra, il-kuntratt jista' jillimita l-kumpens li għandu jitħallas mill-organizzatur sakemm din il-limitazzjoni ma tapplikax għal korriment personali u jew dannu kkawżati intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja u ma jammontawx għal anqas minn tliet darbiet il-prezz totali tal-pakkett. [Em. 111]

5.  Kwlaunkwe dritt għal kumpens għad-danni jew tnaqqis fil-prezzijiet taħt din id-Direttiva ma għandux jaffettwa d-drittijiet ta’ vjaġġaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 261/2004, ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007, ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 u r-Regolament (UE) Nru 181/2011. Il-vjaġġaturi jkunu intitolati li jippreżentaw pretensjonijiet skont din id-Direttiva u skont dawk ir-regolamenti iżda ma jistgħux fir-rigward tal-istess fatti, jakkumulaw msemmija, speċjalment talbiet ulterjuri għal danni. Drittijiet miż-żewġ atti legali jekk id-drittijiet jissalvagwardjaw l-istess interess jew għandhom l-istess objettiv li jirrigwardaw l-istess fatti ma jistgħux ikunu akkumulati. [Em. 112]

6.  Il-perjodu ta’ preskrizzjoni biex jiddaħħlu klejms skont dan l-Artikolu ma għandux ikun iqsar minn sena tliet snin. [Em. 113]

Artikolu 13

Il-possibbiltà li jiġi kkuntattjat l-organizzatur permezz tal-bejjiegħ bl-imnut

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vjaġġatur jista’ jindirizza l-messaġġi, l-ilmenti jew it-talbiet f’relazzjoni mal-eżekuzzjoni tal-pakkett direttament lill-bejjiegħ bl-imnut li minn għandu jkun inxtara dak il-pakkett. Il-bejjiegħ bl-imnut għandu jgħaddi dawn il-messaġġi, l-ilmenti jew it-talbiet lill-organizzatur mingħajr dewmien żejjed. Għall-fini ta’ konformità mal-limiti taż-żmien jew l-perjodi ta’ preskrizzjoni, il-wasla ta' tali notifiki minn bejjiegħ bl-imnut għandu jitqies bħala irċevuta mill-organizzatur.

Artikolu 14

Obbligu li tkun ipprovduta assistenza

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzatur jagħti assistenza pronta adegwata mingħajr dewmien żejjed lill-vjaġġatur f’diffikultà, b’mod partikolari billi: [Em. 114]

(a)  jipprovdi informazzjoni xierqa dwar is-servizzi tas-saħħa, l-awtoritajiet lokali u l-assistenza konsulari, u

(b)  li jassisti l-vjaġġatur meta ssir biex jagħmel komunikazzjoni mill-bogħod u jgħin lill-vjaġġatur biex jakkwista arranġamenti alternattivi tal-ivvjaġġar. [Em. 115]

L-organizzatur għandu jkun kapaċi jimponi ħlas raġonevoli għal tali assistenza jekk is-sitwazzjoni hija kkawżata minn negliġenza jew intenzjoni tal-vjaġġatur. Dan il-ħlas m'għandu fl-ebda każ jaqbeż l-ispejjeż attwali li ġarrab l-organizzatur. [Em. 116]

Kapitolu V

Protezzjoni mill-insolvenza

Artikolu 15

L-effiċjenza u l-kamp ta' applikazzjoni ta’ protezzjoni mill-insolvenza

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzaturi ta' pakketti u l-bejjiegħa bl-imnut ta' arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta jiffaċilitaw l-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar assistitimarbuta stabbiliti fit-territorju tagħhom biex jiksbu garanzija effettiva u rimborż immedjat tal-pagamenti kollha magħmula minn vjaġġaturi u, sakemm it-trasport tal-passiġġieri jkun inkluż, għal ripatrijazzjoni effettiva u immedjata tal-vjaġġaturi f’każ ta’ insolvenza. Fejn possibbli, għandha tiġi offruta l-kontinwazzjoni tal-vjaġġ. [Em. 117]

2.  Il-protezzjoni mill-insolvenza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tqis ir-riskju finanzjarju attwali tal-attivitajiet tal-kummerċjant rilevanti. Għandhom jibbenefikaw minnha l-vjaġġaturi irrispettivament mill-post ta’ residenza, il-post tat-tluq jew fejn il-pakkett jew l-arranġament tal-ivvjaġġar marbut jkun mibjugħ.

Artikolu 16

Rikonoxximent reċiproku ta’ protezzjoni mill-insolvenza u kooperazzjoni amministrattiva

1.  L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu li ssodisfaw ir-rekwiżiti tar-regoli nazzjonali tagħhom li jittrasponu l-Artikolu 15 ta' kwalunkwe protezzjoni mill-insolvenza miksuba minn organizzatur jew bejjiegħ bl-imnut li jiffaċilita l-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta skont ir-regoli tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit li jittrasponu l-Artikolu 15.

1a.  L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-organizzaturi tal-pakketti, lill-bejjiegħa bl-imnut li jiffaċilitaw l-akkwist tal-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta u lit-trasportaturi tal-passiġġieri stabbiliti barra mit-territorju tagħhom jew barra mill-Unjoni biex jiksbu l-protezzjoni mill-insolvenza skont l-iskemi nazzjonali tagħhom ta’ protezzjoni mill-insolvenza. [Em. 118]

2.  L-Istati Membri għandhom jinnominaw punti ta’ kuntatt ċentrali sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni amministrattiva u s-superviżjoni tal-organizzaturi u l-bejjiegħa bl-imnut għall-faċilitazzjoni tal-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta li joperaw fi Stati Membri differenti. Huma għandhom jinnotifikaw id-dettalji tal-kuntatt ta’ dawk il-punti ta’ kuntatt lill-Istati Membri l-oħra kollha u lill-Kummissjoni.

3.  Il-punti ċentrali ta’ kuntatt għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ xulxin l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-iskemi tal-protezzjoni nazzjonali tal-insolvenza tagħhom u l-identità tal-korp jew tal-korpi li jipprovdu protezzjoni mill-insolvenza għal negozjant partikolari stabbilit fit-territorju tagħhom. Huma għandhom jagħtu lil xulxin aċċess għal kwalunkwe elenkar ta’ inventarju tal-organizzaturi u l-bejjiegħa bl-imnut biex jiffaċilitaw l-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta li huma konformi mal-obbligi ta' protezzjoni mill-insolvenza.

4.  Jekk Stat Membru jkollu dubji dwar protezzjoni mill-insolvenza ta’ organizzatur jew bejjiegħ bl-imnut li jiffaċilita l-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti marbuta li hu stabbilit fi Stat Membru differenti u qed jopera fit-territorju tiegħu, għandu jfittex kjarifika mingħand l-Istat Membru ta’ stabbiliment. L-Istati Membri għandhom jirrispondu għal talbiet minn Stati Membri oħra mhux aktar tard minn 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċevuhom. [Em. 119]

Kapitolu VI

Arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta

Artikolu 17

Rekwiżiti ta’ informazzjoni għal arranġamenti ta' vjaġġi marbuta

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel il-vjaġġatur hu marbut bi kwalunkwe kuntratt jew bi kwanlunkwe offerta korrispondenti għal arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, il-kummerċjant li qed jffaċilita l-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta għandu jiddikjara b’mod ċar u prominenti li:

(a)  kull fornitur ta’ servizz se jkun unikament responsabbli sabiex ikun hemm il-eżekuzzjoni kuntrattwali korretta tas-servizz tiegħu; u

(b)  l-vjaġġatur ma għandu jibbenefika minn ebda drittijiet mogħtija skont din id-Direttiva esklużivament lil vjaġġaturi ta' pakkett, iżda jibbenefika mid-dritt għal rifużjoni ta’ pagamenti bil-quddiem u, sakemm it-trasport tal-passiġġieri jkun inkluż, għal ripatrijazzjoni fil-każ li l-bejjiegħ bl-imnut jew kwalunkwe mill-fornituri tas-servizz isiru insolventi; u

(ba)  madankollu l-vjaġġatur se jibbenefika mid-drittijiet mogħtija skont id-Direttiva 2011/83/UE, minbarra eċċezzjoni prevista f’din id-Direttiva. [Em. 120]

Fejn il-kummerċjant li jiffaċilita l-akkwist ta' arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta ma ssodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt b tal-paragrafu 1, il-vjaġġatur għandu jgawdi mill-garanziji u d-drittijiet kollha mogħtija minn din id-Direttiva rigward vjaġġi kollox kompriż. [Em. 121]

Artikolu 17a

L-informar lill-bejjiegħ bl-imnut tas-servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar ibbukkjati fil-qafas ta’ arranġamenti għall-ivvjaġġar marbuta permezz ta’ proċessi marbuta ta’ prenotazzjoni onlajn

Kummerċjanti li jipprovdu servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar fil-qafas tal-arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta għandhom jiżguraw li l-bejjiegħ bl-imnut ikkonċernat ikun infurmat sew dwar il-prenotazzjoni kkonfermata ta’ servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar, li meta jittieħdu flimkien mal-ewwel servizz tal-ivvjaġġar prenotat, għandhom jikkostitwixxu arranġament tal-ivvjaġġar marbut, biex b’hekk jiġu skattati r-responsabbiltà u l-obbligi tal-bejjiegħ bl-imnut responsabbli skont din id-Direttiva. [Em. 122]

Artikolu 17b

Kummerċjanti li jiffaċilitaw l-akkwist ta' arranġamenti marbuta tal-ivvjaġġar onlajn

Kummerċjanti li jiffaċilitaw l-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta onlajn ma għandhomx jaħbu jew jipprovdu b’manjiera mhux ċara, mhux intelliġibbli jew ambigwa l-għażla li ma tibbukkjax xi servizzi ulterjuri jew servizzi anċillari. Tali għażla għandha dejjem tingħażel minn qabel b’mod prestabbilit. [Em. 123]

Kapitolu VII

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 18

Obbligi speċifiċi tal-bejjiegħ bl-imnut fejn l-organizzatur huwa stabbilit barra ż-ŻEE.

Meta l-organizzatur huwa stabbilit barra ż-ŻEE, il-bejjiegħ bl-imnut stabbilit fi Stat Membru għandu jkun soġġetti għall-obbligi stabbiliti għall-organizzaturi fil-Kapitoli IV u V, sakemm il-bejjiegħ bl-imnut jipprovdi evidenza li l-organizzatur huwa konformi mal-Kapitoli IV u V. Fejn organizzatur li jkun stabbilt barra ż-ŻEE, jaġixxi ta' bejjiegħ bl-imnut, għandha tapplika r-responsabbiltà eżistenti għall-kumpens rigward il-ksur ta' aspetti oħra tad-dmir kuntrattwali ta' premura. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal regoli oħra nazzjonali ta' responsabbiltà. [Em. 124]

Artikolu 18a

Obbligi tal-organizzaturi jew bejjiegħa bl-imnut stabbiliti barra miż-ŻEE

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzatur jew bejjiegħ bl-imnut li jiffaċilita l-akkwist ta’ arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta stabbiliti barra miż-ŻEE u li jbigħ direttament f’territorju ta’ Stat Membru għandu jkunu soġġett għall-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva. [Em. 125]

Artikolu 18b

Rekwiżiti formali għall-kuntratti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kuntratti kollha koperti minn din id-Direttiva jkunu f’kitba sempliċi, li tinftiehem u, sakemm dawn ikunu bil-miktub, leġġibbli. Il-lingwa tal-kuntratt għandha tkun l-istess bħal dik tal-informazzjoni prekuntrattwali.

2.  Il-kuntratt għandu jiġi pprovdut f'mezz li jservi fit-tul. Fir-rigward tal-kuntratti barra mill-post tan-negozju, il-kuntratt għandu jiġi pprovdut bil-miktub ukoll.

3.  Jekk il-kuntratt jiġi konkluż permezz tat-telefown, il-kummerċjant għandu jikkonferma l-offerta lill-vjaġġatur fuq mezz li jservi għal żmien twil, u l-vjaġġatur għandu jkun marbut biss meta jiffirma jew jibgħat il-ftehim tiegħu bil-miktub fuq mezz li jservi għal żmien twil. [Em. 126]

Artikolu 19

Responsabbiltà għal żbalji ta’ prenotazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bejjiegħ bl-imnut li qabel li jirranġa l-prenotazzjoni ta’ pakkett jew arranġamenti tal-ivvjaġġar assistiti marbuta jew li jiffaċilita l-prenotazzjoni ta’ dawn is-servizzi għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe jekk jonqos milli jipprovdi l-informazzjoni li tkun ġiet provvduta mill-organizzatur skont l-Artikolu 4(1), jipprovdi informazzjoni mhijiex kompluta jew jekk jagħmel żbalji li jseħħu waqt il-proċess tal-prenotazzjoni, sakemm dawn f'każ li dawn fil-fatt jiġru waqt il-proċess tal-prenotazzjoni. Bejjiegħ bl-imnut ma għandux ikun responsabbli fejn l-iżbalji jkunu dovuti għall-vjaġġatur jew għal ċirkostanzi li ma jistgħux jiġu evitati u straordinarji. Fil-kuntest ta’ arranġament tal-ivvjaġġar marbut ibbażat fuq l-akkwist ta’ servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar minn kummerċjant ieħor b’mod iffukat permezz ta’ proċessi marbuta ta’ prenotazzjoni onlajn kif imsemmi fil-punt (b) tal-punt 5 tal-Artikolu 3, il-bejjiegħ bl-imnut ma għandux ikun responsabbli għal żbalji fil-prenotazzjoni li jirriżultaw minn żbalji mwettqa minn dak il-kummerċjant. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kummerċjant li jipprovdi servizzi addizzjonali tal-ivvjaġġar għandu jkun responsabbli għall-iżbalji li jseħħu fil-proċess ta’ prenotazzjoni ta’ tali servizzi. [Em. 127]

Artikolu 20

Dritt ta’ rimedju

1.   F’każijiet fejn organizzatur jew, skont l-Artikoli 15 u 18, bejjiegħ bl-imnut iħallas kumpens, jagħti skont fil-prezz jew jilħaq l-obbligi l-oħra li għandu d-dmir iwettaq skont din id-Direttiva, l-ebda dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva jew il-liġi nazzjonali tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzatur jew il-bejjiegħ bl-imnut ikollu d-dritt tiegħu li jfittex rimedju minn kwalunkwe parti terza li kkontribwixxiet għall-avveniment li kkawża kumpens, tnaqqis fil-prezz jew obbligi oħraobbligu ieħor.

2.  Id-dritt li wieħed ifittex rimedju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi wkoll id-dritt tal-organizzaturi u l-bejjiegħa li jfittxu rimedju minn fornituri tas-servizzi tal-ivvjaġġar fejn organizzatur jew bejjiegħ huwa obbligat iħallas kumpens lill-vjaġġatur skont din id-Direttiva u l-vjaġġatur fl-istess ħin għandu dritt għal kumpens skont liġi applikabbli oħra tal-Unjoni, inkluż iżda mhux limitat għar-Regolament (KE) Nru 261/2004 u r-Regolament (KE) Nru 1371/2007. Dak id-dritt li wieħed ifittex rimedju ma jistax ikun ristrett f’kuntratt.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe restrizzjoni fuq id-dritt li wieħed ifittex rimedju msemmi fil-paragrafu 1 ikun raġonevoli u proporzjonat, skont il-liġi nazzjonali applikabbli. [Em. 128]

Artikolu 21

In-natura imperattiva tad-Direttiva

1.  Dikjarazzjoni minn organizzatur li qed jaġixxi esklussivament bħala fornitur ta’ servizz tal-ivvjaġġar, bħala intermedjarju jew fi kwalunkwe kapaċità oħra li, jew li pakkett fis-sens ta’ din id-Direttiva ma jikkostitwixxix pakkett, ma jeħlisx lill-organizzatur mill-obbligi imposti fuq l-organizzaturi skont din id-Direttiva.

2.  Il-vjaġġaturi ma jkunux jistgħu jċedu d-drittijiet mogħtija lilhom minn miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

3.  Kwalunkwe arranġament kuntrattwali jew kwalunkwe dikjarazzjoni mill-vjaġġatur li direttament jew indirettament tirrinunzja jew tirrestrinġi d-drittijiet konferiti fuq vjaġġaturi skont din id-Direttiva jew għandha l-għan li jevitaw l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ma għandhiex tkun vinkolanti fuq min jivvjaġġa.

Artikolu 22

L-infurzar

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiżguraw konformità ma' din id-Direttiva.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ mekkaniżmi xierqa sabiex jiżguraw li ma jinsabu fis-seħħ l-ebda prattiki qarrieqa mill-kummerċjanti jew organizzaturi, li partikolarment joħolqu aspettattiva min-naħa tal-konsumatur dwar drittijiet u garanziji li mhumiex previsti fil-kuntratt relevanti. [Em. 129]

Artikolu 23

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li korpi tal-infurzar jistgħu jimponu għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u disważivi.

Artikolu 24

Rappurtar tal-Kummisjoni u r-rieżami

Il-Kummissjoni għandha, sa ...(17), tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jekk ikun il-każ, dak ir-rapport ikun akkumpanjat minn proposti leġislattivi biex id-Direttiva tiġi adegwata għall-iżviluppi fil-qasam tad-drittijiet tal-konsumatur.

Artikolu 25

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE

1.  Il-punt 5 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 ta-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18) jinbidel b'dan li ġej:"

"5. Id-Direttiva .../.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

_______________

* Direttiva ... / ... /UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'... dwar vjaġġi organizzati, vaganzi organizzati, tours kollox kompriż u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011 / 83/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L ...)(19)+"

"

2.  Il-punt (g) tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/83/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:"

“(g) dwar pakketti kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva .../.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 8(2), l-Artikoli 19, l-Artikolu 21 u l-Artikolu 22.

____________

* Direttiva ... / ... /UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'.... dwar vjaġġar kollox kompriż, vaganzi kollox kompriż, tours kollox kompriż u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L ...)(20) "

"

Kapitolu VIII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 26

Tħassir

Id-Direttiva 90/314/KEE titħassar b'effett minn ...(21) . [Em. 130]

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni mniżżla fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 27

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa ...(22), il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet il-miżuri lill-Kummissjoni. [Em. 131]

2.  Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet il-miżuri minn ....(23) [Em. 133]

3.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

4.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 28

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-[20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea].

Artikolu 29

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ....,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

Tabella ta' korrelazzjoni

Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE

Din id-Direttiva

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2(1)

Il-punt 2 tal-Artikolu 3 u l-punt (a) tal-Artikolu 2(2):

L-Artikolu 2(2)

Il-punt 8 tal-Artikolu 3

L-Artikolu 2(3)

Il-punt 9 tal-Artikolu 3

L-Artikolu 2(4)

Il-punt 6 tal-Artikolu 3

L-Artikolu 2(5)

Il-punt 3 tal-Artikolu 3

L-Artikolu 3(1)

Imħassar

L-Artikolu 3(2)

L-Artikoli 4 u 5

L-Artikolu 4(1)

L-Artikolu 4(1), l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 6(4)

Il-punt (b)(iv) tal-Artikolu 4(1)

Il-punt (a) tal-Artikolu 4(2)

L-Artikolu 6(2)

Il-punt (b) tal-Artikolu 4(2)

L-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 6(1) u (3)

Il-punt (c) tal-Artikolu 4(2)

L-Artikolu 4(3)

L-Artikolu 7

L-Artikolu 4(4)

L-Artikolu 8

L-Artikolu 4(5)

L-Artikolu 9(2)

L-Artikolu 4(6)

L-Artikolu 9(3) u (4) u l-Artikolu 10(3) u (4)

L-Artikolu 4(7)

L-Artikolu 11(3), (4) u (7)

L-Artikolu 5(1)

L-Artikolu 11(1)

L-Artikolu 5(2)

L-Artikolu 12(2) (3) u (4) u l-Artikolu 14

L-Artikolu 5(3)

L-Artikolu 21(3)

L-Artikolu 5(4)

Il-punt (c) tal-Artikolu 6(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 12(3)

L-Artikolu 6

L-Artikolu 11(2)

L-Artikolu 7

L-Artikolu 15 u l-Artikolu 16

L-Artikolu 8

L-Artikolu 9(1)

L-Artikolu 27(1), (2) u (3)

L-Artikolu 9(2)

L-Artikolu 27(4)

L-Artikolu 10

L-Artikolu 29

(1)ĠU C 170, 5.6.2014, p. 73.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014.
(3)Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar vjaġġi organizzati, vaganzi organizzati u tours organizzati (ĠU L 158, 23,6.1990, p. 59).
(4)Ara s-sentenza fil-Kawża C-400/00 Club Tour, Viagens e Turismo SA v. Alberto Carlos Lobo Gonçalves Garrido and Club Med Viagens Ld, Ġabra 2002, I-04051.
(5)Ara, id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1) u d-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 ta' Diċembru 2006 dwar servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36), kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' trasportaturi bl-ajru soġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tat-trasportatur bl-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15), ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ĠU L 204, 26.7.2006, p 1), ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar drittijiet u obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14), ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3), ir-Regolament (EU) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar u fuq l-ilmijiet interni navigabbli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1) u r-Regolament (EU) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u u jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).
(6)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE tal-5 ta' April 2001 dwar il-konklużjoni tal-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjoni bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta' Montreal) (ĠU L 194, 18.07.2001, p. 38).
(7)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/103/UE tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Intergovernattiva għat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni li tirrigwarda t-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tad-9 ta' Mejju 1980, kif emendata mill-Protokoll ta' Vilnius tat-3 ta' Ġunju 1999 (ĠU L 51, 23.2.2013, p. 1).
(8)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/22/UE tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 10 u 11 tiegħu (ĠU L 8, 12.1.2012, p. 1).
(9)Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru, fejn jidħol it-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom (ĠU L ...).
(10) In-numru tar-Regolament (2013/0072 (COD)) fil-premessa u n-numru, id-data tal-adozzjoni u l-pubblikazzjoni ta' referenza tar-Regolament fin-nota ta' taħt 4.
(11) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar kumpens u assistenza lill-passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1).
(12)Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22,11.2011, p. 64).
(13)Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4,7.2008, p. 6).
(14) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(15) Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).
(16) Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).
(17) Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(18) Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar ta' liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) (ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1).
(19)+ In-numru, id-data tal-adozzjoni u l-pubblikazzjoni referenza ta' din id-Direttiva.
(20) In-numru, id-data tal-adozzjoni u l-pubblikazzjoni referenza ta' din id-Direttiva.
(21) 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(22)
(23) 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Avviż legali - Politika tal-privatezza