Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0279(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0042/2014

Testi mressqa :

A7-0042/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/03/2014 - 8.19
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0226

Testi adottati
PDF 408kWORD 71k
L-Erbgħa, 12 ta' Marzu 2014 - Strasburgu Verżjoni finali
Statistika relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri (setgħat delegati u ta' implimentazzjoni) ***I
P7_TA(2014)0226A7-0042/2014
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 471/2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri fir-rigward tal-għoti ta' setgħat delegati u ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (COM(2013)0579 – C7-0243/2013 – 2013/0279(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0579),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0243/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0042/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 471/2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri fir-rigward tal-għoti ta' setgħat delegati u ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri
P7_TC1-COD(2013)0279

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva(1),

Billi:

(1)  Minħabba d-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni għandhom jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE.

(2)  B'konnessjoni mal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2), il-Kummissjoni impenjat ruħha(3) li fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fit-TFUE tirrevedi l-atti leġiżlattivi li bħalissa fihom referenzi għall-proċedura regolatorja bi skrutinju.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) jagħti setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta xi dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(4)  Fil-kuntest tal-allinjament tar-Regolament (KE) Nru 471/2009 mar-regoli l-ġodda tat-TFUE, għandhom jiġu previsti s-setgħat ta' implimentazzjoni li bħalissa ngħataw lill-Kummissjoni billi l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni.

(5)  Sabiex jitqiesu l-bidliet fil-Kodiċi Doganali jew fid-dispożizzjonijiet derivati minn konvenzjonijiet internazzjonali, il-bidliet neċessarji għal raġunijiet metodoloġiċi u l-ħtieġa li titwaqqaf sistema effiċjenti għall-ġbir tad-dejta u l-kumpilazzjoni tal-istatistika, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tal-lista ta' proċeduri doganali jew tat-trattament jew l-użu approvati mid-dwana, oġġetti jew movimenti speċifiċi u dispożizzjonijiet differenti jew speċifiċi applikabbli għalihom, l-esklużjoni ta' oġġetti jew movimenti mill-istatistika dwar il-kummerċ estern, il-ġbir tad-dejta skont l-Artikolu 4(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 471/2009, l-ispeċifikazzjoni ulterjuri tad-dejta dwar l-istatistika, ir-rekwiżit ta' settijiet limitati tad-dejta dwar oġġetti jew movimenti speċifiċi u dejta pprovduta f'konformità mal-Artikolu 4(2) tiegħu, il-karatteristiċi tal-kampjun, il-perjodu tar-rappurtar u l-livell ta' aggregazzjoni għall-pajjiżi msieħba, oġġetti u muniti għall-statistika dwar il-kummerċ skont il-munita tal-fatturat, l-adattament tad-data tal-iskadenza għat-trażmissjoni tal-istatistika u tal-kontenut, il-kopertura u l-kundizzjonijiet ta' reviżjoni għall-istatistika diġà trażmessa, id-data tal-iskadenza għat-trażmissjoni tal-istatistika dwar il-kummerċ skont il-karatteristiċi tan-negozju u l-istatistika dwar il-kummerċ imqassma skont il-munita tal-fatturat.

(6)  Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(7)  Il-kummissjoni għandha tiżgura li dawn l-atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali fuq l-Istati Membri jew fuq l-unitajiet rispondenti.

(8)  Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 471/2009, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni biex tkun tista' tadotta miżuri relatati mal-kodiċijiet li għandhom jintużaw għad-dejta msemmija fl-Artikolu 5(1) ta' dak ir-Regolament u miżuri relatati mar-rabta tad-dejta dwar il-karatteristiċi tan-negozju mad-dejta rrekordjata f'konformità mal-istess Artikolu. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 1]

(9)  Il-Kumitat dwar l-istatitika relatata mal-kummerċ ta' oġġetti ma' pajjiżi mhux membri (Il-Kumitat tal-Extrastat) imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 471/2009 jagħti pariri lill-Kummissjoni u jassistiha fl-eżerċitar tas-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha. [Em. 2]

(10)  Skont l-istrateġija għal Sistema Ewropea ġdida dwar l-Istatistika (minn hawn 'il quddiem "ESS"), l-istruttura hija intenzjonata biex ittejjeb il-koordinazzjoni u s-sħubija fi struttura piramida ċara fl-ESS, il-Kumitat Ewropew dwar is-Sistema tal-Istatistika (minn hawn 'il quddiem "ESSC"), stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea(5), għandu jkollu rwol konsultattiv u jassisti lill-Kummissjoni fl-eżerċitar tas-setgħat ta' implimentazzjoni tagħhom. [Em. 3]

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 għandu jiġi emendat billi r-referenza tal-Kumitat tal-Extrastat tinbidel b'referenza għall-ESSC. [Em. 4]

(12)  Biex tkun żgurata iċ-ċertezza legali, il-proċeduri għall-adozzjoni ta' miżuri li nbdew iżda li ma tlestewx qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ma għandhomx jintlaqtu minn dan ir-Regolament.

(13)  Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 għandu jiġi emendat kont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 471/2009 jiġi emendat kif ġej:

(1)  L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:

(a)  Il-Paragrafu 2 jinbidel kif ġej:"

"2. Sabiex jitqiesu l-bidliet fil-Kodiċi Doganali jew fid-dispożizzjonijiet derivati mill-konvenzjonijiet internazzjonali, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li f'konformità mal-Artikolu 10a tadotta atti delegati sabiex tadatta l-lista ta' proċeduri doganali jew it-trattament jew l-użu approvati mid-dwana msemmi fil-paragrafu 1."

"

(b)  Fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu jinbidel kif ġej:"

"Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li f'konformità mal-Artikolu 10a tadotta atti delegati relatati ma' oġġetti jew movimenti speċifiċi jew ma' dispożizzjonijiet differenti jew speċifiċi applikabbli għalihom."

"

(c)  Fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu jinbidel kif ġej:"

"Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li f'konformità mal-Artikolu 10a tadotta atti delegati relatati mal-esklużjoni ta' oġġetti jew movimenti minn statistika dwar il-kummerċ estern."

"

(2)  Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 5 jinbidel kif ġej:"

"5. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li f'konformità mal-Artikolu 10a tadotta atti delegati relatati mal-ġbir tad-dejta skont il-paragrafi 2 u 4 ta' dan l-Artikolu."

"

(3)  L-Artikolu 5 jiġi emendat kif ġej:

(a)  Il-Paragrafu 2 jinbidel kif ġej:"

"2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li f'konformità mal-Artikolu 10a, tadotta atti delegati dwar l-adozzjoni ta' regoli fir-rigward tal--ispeċifikazzjoni ulterjuri tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 u fir-rigward tal-miżuri relatati mal-kodiċijiet li għandhom jintużaw għal din id-dejta.Il-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni tadotta miżuri relatati mal-kodiċijiet li għandhom jintużaw għal din id-dejta.

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2)." [Em. 5]

"

(b)  Fil-Paragrafu 4, it-tieni subparagrafu jinbidel kif ġej:"

"Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li f'konformità mal-Artikolu 10a tadotta atti delegati relatati ma' dawn is-settijiet limitati tad-dejta.".

"

(4)  L-Artikolu 6 jiġi emendat kif ġej:

(a)  Fil-paragrafu 2, l-aħħar subparagrafu jinbidel kif ġej:"

"Il-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri relatati mar-rabta atti delegati skont l-Artikolu 10a dwar l-adozzjoni ta' regoli dwar l-irbit tad-dejta ma' din l-istatistika li trid tiġi kompilata.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2). " [Em. 6]

"

(b)  Fil-paragrafu 3, l-aħħar subparagrafu jinbidel kif ġej:"

"Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li f'konformità mal-Artikolu 10a tadotta atti delegati relatati mal-karatteristiċi tal-kampjun, il-perjodu tar-rappurtar u l-livell ta' aggregazzjoni għall-pajjiżi msieħba, oġġetti u muniti."

"

(5)  L-Artikolu 8 jiġi emendat kif ġej:

(a)  Fil-paragrafu 1, l-aħħar subparagrafu jinbidel kif ġej:"

"Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li f'konformità mal-Artikolu 10a tadotta atti delegati sabiex tadatta d-data tal-iskadenza għat-trażmissjoni tal-istatistika, il-kontenut, il-kopertura u l-kundizzjonijiet ta' reviżjoni għall-istatistika diġà trażmessa."

"

(b)  Il-Paragrafu 2 jinbidel kif ġej:"

"2.Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li f'konformità mal-Artikolu 10a tadotta atti delegati relatati mad-data tal-iskadenza għat-trażmissjoni tal-istatistika dwar il-kummerċ skont il-karatteristiċi tan-negozju msemmija fl-Artikolu 6(2) u l-istatistika dwar il-kummerċ imqassma skont il-munita tal-fatturat imsemmija fl-Artikolu 6(3)."

"

(6)  Jiżdied l-artikolu li ġej:"

"Artikolu 10a

Eżerċitar tad-delegazzjoni

1.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.  Meta teżerċita s-setgħat delegati fl-Artikolu 3(2), (3) u (4), l-Artikolu 4(5), l-Artikolu 5(2) u (4), l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 8(1) u (2), il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u r-rispondenti.

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-attiIs-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2), (3) u (4), l-Artikolu 4(5), l-Artikolu 5(2) u (4), l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 8(1) u (2), għal perjodu taż-żmien indefinit minn (Publication office: please insert the exact date of the entry into force of this Regulation).hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn ...(6). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. [Em. 7]

4.  Is-setgħat ta' delegazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2), (3) u (4), l-Artikolu 4(5), l-Artikolu 5(2) u (4), l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 8(1) u (2), jistgħu jiġu revokati f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f'din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf b'dan fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat skont l-Artikolu 3(2), (3) u (4), l-Artikolu 4(5), l-Artikolu 5(2) u (4), l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 8(1) u (2), jidħol fis-seħħ biss jekk ma titressaq ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. B'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn."

"

(7)  L-Artikolu 11 jinbidel kif ġej għandu jitħassar:"

"Artikolu 11

Il-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandu jassistiha l-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea (*). Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (*).

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(*) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

(*) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13." [Em. 8]

"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-proċeduri għall-adozzjoni tal-miżuri previsti fir-Regolament (KE) Nru 471/2009 li nbdew iżda li ma tlestewx qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jiġi kkonsolidat mar-Regolament li jemenda fi żmien tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ. [Em. 9]

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014.
(2)Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u prinċipji ġenerali li jikkonċernaw mekkaniżmi għal kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.).
(3)ĠU L 55, 28.2.2011, p. 19.
(4)Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 23.).
(5)ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
(6) ĠU: daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Avviż legali - Politika tal-privatezza