Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2014 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-ratifika ta’, jew l-adeżjoni mal-Konvenzjoni Internazzjonali ta’ Ħong Kong tal-2009 dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jkun Sikur u li Jħares l-Ambjent, mill-Istati Membri fl-interessi tal-Unjoni Ewropea (15902/2013 – C7-0485/2013 – 2012/0056(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (15902/2013),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali ta’ Hong Kong tal-2009 dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jkun Sikur u li Jħares l-Ambjent, 2009,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE(1),
– wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), u l-paragrafu 8, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0485/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 81(2), u l-Artikolu 90(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0166/2014),
1. Jagħti l-kunsens tiegħu għall-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.