Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0367(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0021/2014

Testi mressqa :

A7-0021/2014

Dibattiti :

PV 12/03/2014 - 14
CRE 12/03/2014 - 14

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2014 - 14.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0241

Testi adottati
PDF 300kWORD 113k
Il-Ħamis, 13 ta' Marzu 2014 - Strasburgu
Il-Fond għall-Ażil, Migrazzjoni u Integrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna (Dispożizzjonijiet ġenerali) ***I
P7_TA(2014)0241A7-0021/2014
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi (COM(2011)0752 – C7-0444/2011 – 2011/0367(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0752),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 78(2), 79(2) u (4), 82(1), 84 u 87(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0444/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-11 ta’ Lulju 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-18 ta' Lulju 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud tar-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0021/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmużin ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 299, 4.10.2012, p. 108.
(2) ĠU C 277, 13.9.2012, p. 23.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet
P7_TC1-COD(2011)0367

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 514/2014.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni ta' programmi nazzjonali

Il-Kummissjoni ser tagħmel l-aħjar sforzi tagħha biex tinforma lill-Parlament Ewropew minn qabel dwar l-adozzjoni tal-programmi nazzjonali.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Artikolu 5(4), subparagrafu 2, il-punt b tar-Regolament 182/2011

Il-Kummissjoni tissottolinja li huwa kontra l-kliem u l-ispirtu tar-Regolament 182/2011 (ĠU L 55 28.2.2011, p. 13) li jiġi invokat b'mod sistematiku l-Artikolu 5(4), subparagrafu 2, il-punt b. Wieħed għandu jirrikorri għal din id-dispożizzjoni bħala tweġiba għal ħtieġa speċifika li titbiegħed mir-regola tal-prinċipju li tgħid li l-Kummissjoni tista' tadotta abbozz ta' att ta' implimentazzjoni meta ma tingħata l-ebda opinjoni. Meta wieħed iqis li din hija eċċezzjoni għar-regola ġenerali stabbilita bl-Artikolu 5 § 4, ir-rikors għas-subparagrafu 2, il-punt (b) ma jistax jidher sempliċiment bħala "setgħa diskrezzjonali" tal-Leġislatur, iżda għandu jiġi interpretat b'mod ristrett u għaldaqstant għandu jiġi ġġustifikat.

Avviż legali - Politika tal-privatezza