Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0368(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0026/2014

Testi mressqa :

A7-0026/2014

Dibattiti :

PV 12/03/2014 - 14
CRE 12/03/2014 - 14

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2014 - 14.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0242

Testi adottati
PDF 372kWORD 30k
Il-Ħamis, 13 ta' Marzu 2014 - Strasburgu
Il-Fond għas-Sigurtà Interna (Il-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet) ***I
P7_TA(2014)0242A7-0026/2014
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tar-riskji (COM(2011)0753 – C7-0445/2011 – 2011/0368(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0753),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 82(1), l-Artikolu 84 u l-Artikolu 87(2) tat-Trattat FUE, skont liema artikoli l-Kummissjoni preżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0445/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat FUE,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-11 ta' Lulju 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-18 ta' Lulju 2012(2),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-ftuħ u l-mandat ta' Negozjati Interistituzzjonali dwar il-proposta(3),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, b'ittra tal-11 ta' Diċembru 2013, biex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0026/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 299, 4.10.2012, p. 108.
(2) ĠU C 277, 13.9.2012, p. 23.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0021.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tar-riskji u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/JHA
P7_TC1-COD(2011)0368

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 513/2014.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza