Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/2016(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0215/2014

Testi mressqa :

A7-0215/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 02/04/2014 - 18.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0258

Testi adottati
PDF 219kWORD 52k
L-Erbgħa, 2 ta' April 2014 - Brussell
Restrizzjonijiet komuni rigward il-viża għal uffiċjali Russi involuti fil-każ Sergei Magnitsky
P7_TA(2014)0258A7-0215/2014

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill tat-2 ta' April 2014 dwar l-istabbiliment ta' restrizzjonijiet komuni rigward il-viża għal uffiċjali Russi involuti fil-każ Sergei Magnitsky (2014/2016(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 215 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill magħmula minn Guy Verhofstadt u Kristiina Ojuland f'isem il-Grupp ALDE dwar l-istabbiliment ta' restrizzjonijiet komuni rigward il-viża għal uffiċjali Russi involuti fil-każ Sergei Magnitsky (B7–0473/2013),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2012 lill-Kunsill dwar politika konsistenti fil-konfront ta' reġimi awtoritarji, li kontrihom l-UE tapplika miżuri restrittivi(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar l-istabbiliment ta' restrizzjonijiet komuni rigward il-viżi għal uffiċjali Russi involuti fil-każ ta' Sergei Magnitsky(2),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Catherine Ashton, tal-20 ta' Marzu 2013 dwar il-każ Magnitsky fil-Federazzjoni Russa,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-kelliem tal-VP/RGħ Catherine Ashton tat-12 ta' Lulju 2013 dwar il-każ Sergei Magnitsky,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta' Jannar 2014 dwar iċ-ċaħda tal-impunità għall-qattiela ta' Sergei Magnitsky,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet mill-Istati Uniti li jiġu imposti restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar għal numru ta' uffiċjali involuti fil-każ Sergei Magnitsky u għal konsiderazzjonijiet simili f'numru ta' pajjiżi oħra,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar ir-Rapport Annwali tal-2012 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja 2012 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 121(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0215/2014),

A.  billi l-arrest u l-mewt sussegwenti f'detenzjoni ta' Sergei Magnitsky jirrappreżentaw każ dokumentat sew u sinifikanti ta' nuqqas ta' rispett għad-drittjiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem fir-Russja, tefgħu dubju fuq l-indipendenza u l-imparzjalità tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji tagħha, u jservu ta' tfakkira dwar il-bosta nuqqasijiet dokumentati fir-rigward tar-rispett għall-istat tad-dritt fir-Russja;

B.  billi żewġ investigazzjonijiet indipendenti, imwettqa rispettivament mill-Kummissjoni għall-Iskrutinju Pubbliku tal-Osservanza tad-Drittijiet tal-Bniedem fiċ-Ċentri ta' Detenzjoni f'Moska u mill-Kunsill Presidenzjali Russu dwar l-Iżvilupp tas-Soċjetà Ċivili u d-Drittijiet tal-Bniedem, żvelaw li Sergei Magnitsky kien issoġġettat għal kundizzjonijiet inumani, negliġenza intenzjonata u tortura;

C.  billi r-Russja, bħala membru ta' diversi organizzazzjonijiet internazzjonali bħalma huma l-Kunsill tal-Ewropa, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa u n-Nazzjonijiet Uniti, impenjat ruħha għall-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt, u billi l-Unjoni Ewropea ripetutament offriet għajnuna u għarfien addizzjonali biex tgħin lir-Russja ħalli timmodernizza u ssegwi l-ordinament kostituzzjonali u ġuridiku tagħha, f'konformità mal-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa;

D.  billi dejjem qed jikber il-bżonn ta' politika soda, koerenti u komprensiva tal-UE fil-konfront tar-Russja, appoġġata mill-Istati Membri kollha, b'sostenn u għajnuna flimkien ma' kritika soda u ġusta, inklużi, fejn ikunu meħtieġa, sanzjonijiet u miżuri restrittivi;

E.  billi r-restrizzjonijiet tal-viża u miżuri restrittivi oħra mhumiex sanzjonijiet ġudizzjarji tradizzjonali per se, iżda jikkostitwixxu madankollu sinjal politiku tat-tħassib tal-UE għal pubbliku aktar wiesa', u għalhekk jibqgħu għodda neċessarja u leġittima tal-politika għall-affarijiet barranin;

F.  billi r-Rappreżentant Għoli ma rnexxilhiex tqiegħed din il-kwistjoni fl-aġenda tal-Kunsill Affarijiet Barranin u billi r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2012 ma rċeviet l-ebda segwitu uffiċjali;

1.  Jindirizza r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill:

   (a) biex tiġi stabbilita lista komuni tal-UE tal-uffiċjali responsabbli għall-mewt ta' Sergei Magnitsky, il-ħabi sussegwenti fil-livell ġudizzjarju u l-fastidju kontinwu u sostnut fil-konfront ta' ommu u l-armla tiegħu;
   (b) biex tiġi imposta u implimentata projbizzjoni tal-viża mal-UE kollha fuq dawn l-uffiċjali u biex jiġu ffriżati l-assi finanzjarji kollha li huma, jew il-familja immedjata tagħhom, jista' jkollhom ġewwa l-Unjoni Ewropea;
   (c) biex tiġi permessa r-reviżjoni regolari tal-lista ta' projbizzjoni tal-viża proposta;
   (d) wara l-Att ta' Responsabbiltà tal-Istat tad-Dritt ta' Sergei Magnitsky tal-2012, biex, fost l-oħrajn, iċ-ċittadini Russi li ġejjin jitqiegħdu fuq lista ta' projbizzjoni tal-viża mal-UE kollha u biex jiġu kkunfiskati l-assi finanzjarji kollha li jista' jkollhom ġewwa l-UE;

ALISOV, Igor, li twieled fil-11 ta' Marzu 1968;

DROGANOV, Aleksey (magħruf ukoll bħala DROGANOV, Alexei), li twieled fil-11 ta' Ottubru 1975;

EGOROVA, Olga, li twieldet fid-29 ta' Ġunju 1955;

GAUS, Alexandra, li twieldet fid-29 ta' Marzu 1975;

GERASIMOVA, Anastasia, li twieldet fit-22 ta' Jannar 1982;

GRIN, Victor, li twieled fl-1 ta' Jannar 1951;

KARPOV, Pavel, li twieled fis-27 ta' Awwissu 1977;

KHIMINA, Yelena (magħrufa wkoll bħala KHIMINA, Elena), li twieldet fil-11 ta' Frar 1953;

KLYUEV, Dmitry (magħruf ukoll bħala KLYUEV, Dmitriy jew KLYUEV, Dmitri), li twieled fl-10 ta' Awwissu 1967;

KOMNOV, Dmitriy (magħruf ukoll bħala KOMNOV, Dmitri), li twieled fis-17 ta' Mejju 1977;

KRIVORUCHKO, Aleksey (magħruf ukoll bħala KRIVORUCHKO, Alex jew KRIVORUCHKO, Alexei), li twieled fil-25 ta' Awwissu 1977;

KUZNETSOV, Artem (magħruf ukoll bħala KUZNETSOV, Artyom), li twieled fit-28 ta' Frar 1975;

LOGUNOV, Oleg, li twieled fl-4 ta' Frar 1962;

MAYOROVA, Yulia (magħrufa wkoll bħala MAYOROVA, Yulia), li twieldet fit-23 ta' April 1979

PAVLOV, Andrei (magħruf ukoll bħala PAVLOV, Andrei), li twieled fis-7 ta' Awwissu 1977;

PECHEGIN, Andrey (magħruf ukoll bħala PECHEGIN, Andrei), li twieled fl-24 ta' Settembru 1965;

PODOPRIGOROV, Sergei, li twieled fit-8 ta' Jannar 1974;

PONOMAREV, Konstantin, li twieled fl-14 ta' Awwissu 1971;

PROKOPENKO, Ivan Pavlovitch, li twieled fit-28 ta' Settembru 1973;

REZNICHENKO, Mikhail, li twieled fl-20 ta' Frar 1985;

SAPUNOVA, Marina, li twieldet fid-19 ta' Ġunju 1971;

SHUPOLOVSKY, Mikhail, li twieled fit-28 ta' Settembru 1983;

SILCHENKO, Oleg, li twieled fil-25 ta' Ġunju 1977;

STASHINA, Yelena (magħrufa wkoll bħala STASHINA, Elena jew STASHINA, Helen), li twieldet fil-5 ta' Novembru 1963;

STEPANOVA, Olga, li twieldet fid-29 ta' Lulju 1962;

STROITELEV, Denis, li twieled fit-23 ta' Jannar 1973;

TAGIEV, Fikhret, li twieled fit-3 ta' April 1962;

TOLCHINSKIY, Dmitry (magħruf ukoll bħala TOLCHINSKY, Dmitriy jew TOLCHINSKIY, Dmitri), li twieled fil-11 ta' Mejju 1982;

UKHNALYOVA, Svetlana (magħrufa wkoll bħala UKHNALEV, Svetlana jew UKHNALEVA, Svetlana V.), li twieldet fl-14 ta' Marzu 1973;

URZHUMTSEV, Oleg, li twieled fit-22 ta' Ottubru 1968;

VINOGRADOVA, Natalya, li twieldet fis-16 ta' Ġunju 1973;

VORONIN, Victor, li twieled fil-11 ta' Frar 1958;

   (e) biex iħeġġeġ lir-Russja twettaq investigazzjoni kredibbli, dettaljata u indipendenti dwar il-mewt ta' Sergei Magnitsky waqt arrest preventiv, u biex dawk kollha responsabbli jinġiebu quddiem il-ġustizzja;
   (f) biex jistieden lir-Russja tagħlaq il-proċess wara l-mewt ta' Sergei Magnitsky u tieqaf tagħmel pressjoni fuq ommu u l-armla tiegħu biex jipparteċipaw f'dawn il-proċedimenti;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lid-Duma tal-Istat u l-Gvern tar-Russja.

(1) ĠU C 239 E, 20.8.2013, p. 11.
(2) ĠU C 68 E, 7.3.2014, p.13.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0575.

Avviż legali - Politika tal-privatezza