Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0359(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0308/2013

Testi mressqa :

A7-0308/2013

Dibattiti :

PV 21/10/2013 - 12
CRE 21/10/2013 - 12

Votazzjonijiet :

PV 23/10/2013 - 11.4
CRE 23/10/2013 - 11.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 02/04/2014 - 18.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0439
P7_TA(2014)0264

Testi adottati
PDF 317kWORD 51k
L-Erbgħa, 2 ta' April 2014 - Brussell
L-applikazzjoni u l-infurzar ta' regoli kummerċjali internazzjonali ***I
P7_TA(2014)0264A7-0308/2013
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali (COM(2012)0773 – C7-0415/2012 – 2012/0359(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0773),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0415/2012),

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0308/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(1);

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-23 ta' Ottubru 2013 (Testi adottati P7_TA(2013)0439).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli kummerċjali internazzjonali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ
P7_TC1-COD(2012)0359

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 654/2014.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni tilqa’ l-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju ta’ drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta’ regoli tal-kummerċ internazzjonali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94.

Skont ir-Regolament, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni f’ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u soġġetti għall-kontroll tal-Istati Membri. Fl-eżerċitar ta' din is-setgħa, il-Kummissjoni bi ħsiebha taġixxi skont din id-Dikjarazzjoni.

Meta tipprepara abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni se twettaq konsultazzjonijiet estensivi bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-interessi rilevanti kollha huma kkunsidrati kif xieraq. Permezz ta’ dawn il-konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni tistenna li tirċievi kontribuzzjoni minn partijiet interessati privati affettwati minn miżuri ta’ pajjiżi terzi jew minn miżuri ta’ politika kummerċjali possibbli li għandhom jiġu adottati mill-Unjoni. Bl-istess mod, il-Kummissjoni tistenna li tirċievi kontribut minn awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jkunu involuti fl-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ politika kummerċjali possibbli li għandhom jiġu adottati mill-Unjoni. Fil-każ ta’ miżuri fil-qasam tal-akkwist pubbliku, b’mod partikolari se jitqies l-input tal-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri fit-tħejjija ta’ abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

Il-Kummissjoni tagħraf l-importanza tal-Istati Membri li jirċievu informazzjoni f’waqtha meta tkun qed tikkonsidra l-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament biex ikunu jistgħu jikkontribwixxu għal deċiżjonijiet infurmati bis-sħiħ u se jaġixxu biex jilħqu dan l-għan.

Il-Kummissjoni tikkonferma li se tibgħat minnufih abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni lill-Parlament u lill-Kunsill li hija tippreżenta lill-Kumitat tal-Istati Membri. Bl-istess mod, din se tibgħat minnufih l-abbozzi finali tal-atti ta’ implimentazzjoni lill-Parlament u lill-Kunsill wara l-wasla tal-opinjonijiet fil-Kumitat.

Il-Kummissjoni se żżomm lill-Parlament u lill-Kunsill regolarment infurmati dwar żviluppi internazzjonali li jistgħu jwasslu għal sitwazzjonijiet li jeħtieġu l-adozzjoni ta’ miżuri skont ir-Regolament. Dan se jsir permezz tal-kumitati responsabbli fil-Kunsill u fil-Parlament.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-intenzjoni tal-Parlament li tippromwovi djalogu strutturat dwar is-soluzzjoni tat-tilwim u kwistjonijiet ta’ infurzar u se timpenja ruħha bis-sħiħ f'sessjonijiet partikolari mal-kumitat Parlamentari responsabbli għal skambju ta’ fehmiet dwar tilwim kummerċjali u azzjonijiet ta’ infurzar, inklużi fir-rigward tal-impatti fuq l-industriji tal-Unjoni.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tikkonferma li hija tagħti importanza kbira lill-fatt li jiġi żgurat li r-Regolament huwa għodda effettiva u effiċjenti għall-infurzar tad-drittijiet tal-Unjoni skont ftehimiet kummerċjali internazzjonali, inkluż fil-qasam tal-kummerċ fis-servizzi. Għalhekk, il-Kummissjoni se tirrevedi l-ambitu tal-Artikolu 5 skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament, bil-għan li tkopri miżuri ta’ politika kummerċjali addizzjonali dwar il-kummerċ fis-servizzi hekk kif il-kundizzjonijiet biex jiġi żgurat it-tħaddim u l-effettività ta’ dawn il-miżuri jkunu preżenti.

Avviż legali - Politika tal-privatezza