Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0169(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0424/2013

Testi mressqa :

A7-0424/2013

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 02/04/2014 - 18.16
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0271

Testi adottati
PDF 299kWORD 86k
L-Erbgħa, 2 ta' April 2014 - Brussell
L-immaniġġjar tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti ***I
P7_TA(2014)0271A7-0424/2013
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005, id-Direttiva 2009/128/KE u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (COM(2013)0327 – C7-0167/2013 – 2013/0169(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0327),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2), 43(2) u 168(4)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0167/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-16 ta’ Ottubru 2013(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta' Frar 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0424/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 67, 6.3.2014, p. 166.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE
P7_TC1-COD(2013)0169

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 652/2014.)


ANNESS

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI(1)

dwar il-proċeduri għall-approvazzjoi ta’ programmi veterinarji u fitosanitarji

Sabiex tinforma aħjar lill-Istati Membri, il-Kummissjoni se tiffissa laqgħa annwali tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf li għandha tiffoka fuq ir-riżultati tal-proċedura ta' evalwazzjoni tal-programmi. Dik il-laqgħa se ssir mhux iktar tard mit-30 ta’ Novembru tas-sena qabel l-implimentazzjoni tal-programmi.

B'rabta ma' dik il-laqgħa, il-Kummissjoni se tippreżenta l-lista tal-programmi approvati teknikament u proposti għal kofinanzjament. Se jiġu diskussi kemm id-dettalji finanzjarji kif ukoll dwk tekniċi mad-delegazzjonijiet nazzjonali u l-kummenti tagħhom jittieħdu in kunsiderazzjoni.

Barra minn hekk, qabel tieħu id-deċiżjoni finali tagħha, il-Kummissjoni, matul laqgħa annwali tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf li ssir f'Jannar, tikkomunika lill-Istati Membri, il-lista finali tal-programmi magħżula għal kofinanzjament u l-ammont finali allokat lil kull programm.

Il-ħidma preparatorja għat-tfassil tal-programm ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikoli 9, 19 u 25 se titwettaq mill-esperti tal-Istati Membri fil-bidu ta’ Frar ta’ kull sena sabiex l-Istati Membri jingħataw l-informazzjoni relevanti biex jistabbilixxu l-programmi ta’ qerda u sorveljanza.

(1) ĠU, jekk jogħġbok ippubblika din id-dikjarazzjoni ma' dan ir-Regolament fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Avviż legali - Politika tal-privatezza