Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0340(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0252/2014

Testi mressqa :

A7-0252/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 02/04/2014 - 18.19
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0274

Testi adottati
PDF 626kWORD 284k
L-Erbgħa, 2 ta' April 2014 - Brussell
Qafas Komunitarju għas-Sikurezza Nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari *
P7_TA(2014)0274A7-0252/2014

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/71/EURATOM li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-Sikurezza Nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari (COM(2013)0715 – C7-0385/2013 – 2013/0340(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0715),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat Euratom, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0385/2013),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7‑0252/2014),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Kunsiderazzjoni 4a (ġdida)
Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, li ġiet iffirmata mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri kollha tal-UE fl-1998,
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Kunsiderazzjoni 4b (ġdida)
Wara li kkunsidra l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Aarhus fil-kuntest tas-sikurezza nukleari, kif imnedija mill-inizjattiva 'Aarhus Convention and Nuclear', li teżiġi li l-Istati Membri jippubblikaw informazzjoni importanti dwar is-sikurezza nukleari u jinvolvu lill-pubbliku fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet,
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 6

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sigura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv7 timponi obbligi fuq l-Istati Membri sabiex jistabbilixxu u jżommu qafas nazzjonali għall-ġestjoni ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv.Emenda

Test propost mill-Kummissjoni

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sigura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv7 timponi obbligi fuq l-Istati Membri sabiex jistabbilixxu u jżommu qafas nazzjonali għall-ġestjoni ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv. Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2013 dwar valutazzjonijiet tar-riskju u tas-sikurezza ("stress tests") tal-impjanti tal-enerġija nukleari fl-Unjoni Ewropea u tal-attivitajiet relatati33a fakkret li l-perikli tal-iskart nukleari ġew enfasizzati għal darb'oħra mill-aċċident nukleari ta' Fukushima.

__________________

__________________

7 ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48.

7 ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48.

7a P7_TA(2013)0089.

Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 7
__________________
(7)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2007 dwar is-sikurezza nukleari u l-ġestjoni sikura tal-fjuwil nukleari użat u l-iskart radjuattiv8 aċċennaw li s-"sikurezza nukleari hija responabbiltà nazzjonali eżerċitata fejn jixraq fi ħdan qafas tal-UE. Id-deċiżjonijiet dwar l-azzjonijiet tas-sikurezza u s-superviżjoni tal-installazzjonijiet nukleari jibqgħu r-responsabbiltà tal-operaturi u l-awtoritajiet nazzjonali biss".
(7)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2007 dwar is-sikurezza nukleari u l-ġestjoni sikura tal-fjuwil nukleari użat u l-iskart radjuattiv8 aċċennaw li s-"sikurezza nukleari hija responsabbiltà nazzjonali eżerċitata fejn jixraq fi ħdan qafas tal-UE. Id-deċiżjonijiet dwar l-azzjonijiet tas-sikurezza u s-superviżjoni tal-installazzjonijiet nukleari jibqgħu r-responsabbiltà tal-operaturi u l-awtoritajiet nazzjonali biss". Madankollu, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2013 dwar valutazzjonijiet tar-riskju u tas-sikerezza ("stress tests") tal-impjanti tal-enerġija nukleari fl-Unjoni Ewropea u tal-attivitajiet relatati, il-Parlament Ewropew ħa nota tar-relevanza transfruntiera tas-sikurezza nukleari, pereżempju billi rrakkomanda li ir-rieżamijiet perjodiċi tas-sikurezza għandhom ikunu bbażati fuq standards komuni tas-sikurezza jew li għandhom jiġu żgurati sikurezza u superviżjoni transfruntieri. Dik ir-riżoluzzjoni talbet it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' standards vinkolanti dwar is-sikurezza nukleari.
__________________
8 Adottati mill-COREPER fil-25 ta’ April 2007 (Ref. dok. 8784/07) u l-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji fit-8 ta’ Mejju 2007.
8 Adottati mill-COREPER fil-25 ta’ April 2007 (Ref. dok. 8784/07) u l-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji fit-8 ta’ Mejju 2007.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 15
(15)  Awtorità regolatorja kompetenti b’saħħitha u indipendenti hija kundizzjoni fundamentali tal-qafas regolatorju Ewropew dwar is-sikurezza nukleari. L-indipendenza tagħha u l-eżerċizzju tas-setgħat tagħha b’mod imparzjali u trasparenti huma fatturi kruċjali għall-assigurazzjoni ta’ livell għoli ta’ sikurezza nazzjonali. Deċiżjonijiet regolatorji objettivi u azzjonijiet ta’ infurzar għandhom jiġu stabbiliti mingħajr ebda influwenza esterna li tista’ tikkomprometti s-sikurezza, bħal pressjoni assoċjata ma’ tibdil fil-kundizzjonijiet politiċi, ekonomiċi jew soċjetali, jew pressjoni minn dipartimenti tal-gvern jew kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra. Il-konsegwenzi negattivi tan-nuqqas ta’ indipendenza kienu evidenti fl-aċċident ta’ Fukushima. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/71/Euratom dwar is-separazzjoni funzjonali tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandha tissaħħaħ sabiex tkun żgurata l-indipendenza effettiva tal-awtoritajiet regolatorji u sabiex ikun garantit li jingħataw il-mezzi u l-kompetenzi xierqa sabiex iwettqu kif xieraq ir-responsabbiltajiet mogħtija lilhom. B’mod partikolari, l-awtorità regolatorja għandu jkollha setgħat legali suffiċjenti, persunal suffiċjenti u riżorsi finanzjarji suffiċjenti għall-qadi xieraq tar-responsabbiltajiet fdati lilha. Ir-rekwiżiti msaħħa li jkollhom l-għan li jassiguraw l-indipendenza fit-twettiq ta’ kompiti regolatorji għandhom madankollu jkunu mingħajr preġudizzju għall-kooperazzjoni mill-qrib, kif xieraq, ma’ awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħrajn jew għal linji gwida ta’ politika ġenerali maħruġa mill-gvern mhux relatati mas-setgħat u d-doveri regolatorji.
(15)  Awtorità regolatorja kompetenti b’saħħitha u indipendenti hija kundizzjoni fundamentali tal-qafas regolatorju Ewropew dwar is-sikurezza nukleari. L-indipendenza ġuridika tagħha u l-eżerċizzju tas-setgħat tagħha b’mod imparzjali u trasparenti huma fatturi kruċjali għall-assigurazzjoni ta’ livell għoli ta’ sikurezza nazzjonali. Deċiżjonijiet regolatorji oġġettivi u azzjonijiet ta’ infurzar għandhom jiġu stabbiliti mingħajr ebda influwenza esterna li tista’ tikkomprometti s-sikurezza, bħal pressjoni assoċjata ma’ tibdil fil-kundizzjonijiet politiċi, ekonomiċi jew soċjetali, jew pressjoni minn dipartimenti tal-gvern jew kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra. Il-konsegwenzi negattivi tan-nuqqas ta’ indipendenza kienu evidenti fl-aċċident ta’ Fukushima. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/71/Euratom dwar is-separazzjoni funzjonali tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandha tissaħħaħ sabiex tkun żgurata l-indipendenza effettiva tal-awtoritajiet regolatorji u sabiex ikun garantit li jingħataw il-mezzi u l-kompetenzi xierqa sabiex iwettqu kif xieraq ir-responsabbiltajiet mogħtija lilhom. B’mod partikolari, l-awtorità regolatorja għandu jkollha setgħat legali suffiċjenti, persunal suffiċjenti u riżorsi finanzjarji suffiċjenti għall-qadi xieraq tar-responsabbiltajiet fdati lilha. Ir-rekwiżiti msaħħa li jkollhom l-għan li jassiguraw l-indipendenza fit-twettiq ta’ kompiti regolatorji għandhom madankollu jkunu mingħajr preġudizzju għall-kooperazzjoni mill-qrib, kif xieraq, ma’ awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħrajn u l-Kummissjoni jew għal linji gwida ta’ politika ġenerali maħruġa mill-gvern li ma jimminawx is-setgħat u d-doveri regolatorji tal-awtorità nazzjonali.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 22
(22)  Sabiex ikun żgurat li jinkisbu l-ħiliet xierqa u li jinkisbu u jinżammu l-livelli adegwati ta’ kompetenza, il-partijiet kollha għandhom jassiguraw li l-persunal kollu (inklużi s-subkuntratturi) li jkollu responsabbiltajiet marbuta mas-sikurezza nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari u mat-tħejjija fuq il-post għall-emerġenza u mal-arranġamenti tar-rispons, jgħaddi minn proċess kontinwu ta’ tagħlim. Dan jista’ jinkiseb permezz tal-istabbiliment ta’ programmi ta’ taħriġ u pjanijiet ta’ taħriġ, proċeduri għar-reviżjoni perjodiċi u l-aġġornament tal-programmi ta’ taħriġ kif ukoll dispożizzjonijiet baġitarji xierqa għat-taħriġ.
(22)  Sabiex ikun żgurat li jinkisbu l-ħiliet xierqa u li jinkisbu u jinżammu l-livelli adegwati ta’ kompetenza, il-partijiet kollha għandhom jassiguraw li l-persunal kollu (inklużi s-subkuntratturi) li jkollu responsabbiltajiet marbuta mas-sikurezza nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari u mat-tħejjija fuq il-post għall-emerġenza u mal-arranġamenti tar-rispons, jgħaddi minn proċess kontinwu ta’ tagħlim. Dan jista’ jinkiseb permezz tal-istabbiliment ta’ programmi ta’ taħriġ u pjanijiet ta’ taħriġ, proċeduri għar-rieżami perjodiku u l-aġġornament tal-programmi ta’ taħriġ u permezz ta' skambji tal-kompetenzi bejn il-pajjiżi fi ħdan l-Unjoni u barra minnha, kif ukoll dispożizzjonijiet baġitarji xierqa għat-taħriġ.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 23
(23)  Tagħlima ewlenija oħra li ħadna mill-aċċident nukleari ta’ Fukushima hija l-importanza li titjieb it-trasparenza fi kwistjonijiet ta’ sikurezza nukleari. It-trasparenza hija wkoll mezz importanti sabiex tkun promossa l-indipendenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet regolatorji. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet attwali tad-Direttiva 2009/71/Euratom dwar l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta lill-pubbliku għandhom ikunu aktar speċifiċi rigward liema tip ta’ informazzjoni għandha tingħata, bħala minimu mill-awtorità regolatorja kompetenti u mid-detentur tal-liċenzja, u f’kemm żmien. Għal dan il-għan, pereżempju, it-tip ta’ informazzjoni li għandha tingħata, bħala minimu mill-awtorità regolatorja kompetenti u mid-detentur tal-liċenzja bħala parti mill-istrateġiji usa’ ta’ trasparenza tagħhom, għandha tkun identifikata. L-informazzjoni għandha tinħareġ f’waqtha, b’mod partikolari f’każ ta’ avvenimentijew aċċidenti mhux tas-soltu. Ir-riżultati ta’ reviżjonijiet perjodiċi tas-sikurezza u reviżjonijiet bejn il-pari internazzjonali wkoll għandhom jiġu ppubblikati.
(23)  Tagħlima ewlenija oħra li ħadna mill-aċċident nukleari ta’ Fukushima hija l-importanza li titjieb it-trasparenza fi kwistjonijiet ta’ sikurezza nukleari. It-trasparenza hija wkoll mezz importanti sabiex tkun promossa l-indipendenza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet regolatorji. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet attwali tad-Direttiva 2009/71/Euratom dwar l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta lill-pubbliku għandhom ikunu aktar speċifiċi rigward liema tip ta’ informazzjoni għandha tingħata, bħala minimu mill-awtorità regolatorja kompetenti u mid-detentur tal-liċenzja, u f’kemm żmien. Għal dan il-għan, pereżempju, it-tip ta’ informazzjoni li għandha tingħata, bħala minimu mill-awtorità regolatorja kompetenti u mid-detentur tal-liċenzja bħala parti mill-istrateġiji usa’ ta’ trasparenza tagħhom, għandha tkun identifikata. L-informazzjoni għandha tinħareġ f’waqtha, b’mod partikolari f’każ ta' inċidenti u aċċidenti. Ir-riżultati ta’ rieżamijiet perjodiċi tas-sikurezza u evalwazzjonijiet bejn il-pari internazzjonali wkoll għandhom jiġu ppubblikati. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2013 dwar valutazzjonijiet tar-riskju u tas-sikurezza ("stress tests") tal-impjanti tal-enerġija nukleari fl-Unjoni Ewropea u tal-attivitajiet relatati il-Parlament Ewropew talab li ċ-ċittadini tal-Unjoni jiġu infurmati u kkonsultati bis-sħiħ dwar is-sikurezza nukleari fl-Unjoni.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 24
__________________(24) Ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva dwar it-trasparenza jikkumplimentaw lil dawk tal-leġiżlazzjoni Euratom eżistenti. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/600/Euratom tal-14 ta’ Diċembru 1987 dwar l-arranġamenti Komunitarji għall-iskambju bikri ta’ informazzjoni fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika16 timponi obbligi fuq l-Istati Membri sabiex jinnotifikaw u jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħrajn f’każ ta’ emerġenza radjoloġika fit-territorju tagħhom, filwaqt li d-Direttiva tal-Kunsill 89/618 Euratom tas-27 ta’ Novembru 198917 tipprevedi rekwiżiti fuq l-Istati Membri sabiex jinformaw lill-pubbliku dwar miżuri ta’ protezzjoni tas-saħħa li għandhom ikunu applikati u l-passi li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika, u sabiex jipprovdu informazzjoni minn qabel u kontinwa lill-popolazzjoni li aktarx li tkun affettwata f’każ ta’ emerġenza bħal din. Madankollu, minbarra l-informazzjoni li għandha tingħata f’każ bħal dan, l-Istati Membri għandhom taħt din id-Direttiva jagħmlu arranġamenti għal dispożizzjonijiet xierqa ta’ trasparenza, bil-ħruġ f’waqtu u regolari ta’ informazzjoni aġġornata sabiex ikun żgurat li l-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali jinżammu infurmati dwar l-avvenimenti kollha marbuta mas-sikurezza nukleari, inkluż f’kundizzjonijiet ta’ inċidenti jew aċċidenti.
(24)  Ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva dwar it-trasparenza jikkumplimentaw lil dawk tal-leġiżlazzjoni Euratom eżistenti. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/600/Euratom tal-14 ta’ Diċembru 1987 dwar l-arranġamenti Komunitarji għall-iskambju bikri ta’ informazzjoni fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika16 timponi obbligi fuq l-Istati Membri sabiex jinnotifikaw u jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħrajn f’każ ta’ emerġenza radjoloġika fit-territorju tagħhom, filwaqt li d-Direttiva tal-Kunsill 89/618 Euratom tas-27 ta’ Novembru 198917 tipprevedi rekwiżiti fuq l-Istati Membri sabiex jinformaw lill-pubbliku dwar miżuri ta’ protezzjoni tas-saħħa li għandhom ikunu applikati u l-passi li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika, u sabiex jipprovdu informazzjoni minn qabel u kontinwa lill-popolazzjoni li aktarx li tkun affettwata f’każ ta’ emerġenza bħal din. Madankollu, minbarra l-informazzjoni li għandha tingħata f’każ bħal dan, l-Istati Membri għandhom taħt din id-Direttiva jagħmlu arranġamenti għal dispożizzjonijiet xierqa ta’ trasparenza, bil-ħruġ f’waqtu u regolari ta’ informazzjoni aġġornata sabiex ikun żgurat li l-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali jinżammu infurmati dwar l-avvenimenti kollha marbuta mas-sikurezza nukleari, inkluż f’kundizzjonijiet ta’ avvenimenti jew aċċidenti mhux tas-soltu. Barra minn hekk, il-pubbliku għandu jingħata opportunitajiet sabiex jipparteċipa b’mod effettiv fil-proċess ta’ għoti ta’ liċenzji lil installazzjonijiet nukleari u l-awtorità regolatorja kompetenti għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni marbuta mas-sikurezza b’mod indipendenti, mingħajr il-ħtieġa ta’ kunsens minn qabel minn xi entità pubblika jew privata oħra.
__________________
16 ĠU L 371, 30.12.1987, p. 76.
16 ĠU L 371, 30.12.1987, p. 76.
17 ĠU L 357, 7.12.1989, p. 31.
17 ĠU L 357, 7.12.1989, p. 31.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 25
(25)  Id-Direttiva 2009/71/Euratom tistabbilixxi qafas Komunitarju legalment vinkolanti bħala bażi għal sistema ta’ sikurezza nukleari leġiżlattiva, amministrattiva u organizzattiva. Ma tinkludix rekwiżiti speċifiċi għall-installazzjonijiet nukleari. Minħabba l-progress tekniku miksub mill-IAEA, u l-Assoċjazzjoni tar-Regolaturi Nukleari tal-Ewropa tal-Punent (‘WENRA’) u sorsi oħrajn ta’ esperjenza, inkluż it-tagħlim miksub mit-testijiet tal-istress u l-investigazzjonijiet dwar l-aċċident nukleari ta’ Fukushima, id-Direttiva 2009/71/Euratom għandha tiġi emendata sabiex tinkludi l-għanijiet ta’ sikurezza nukleari tal-Komunità li jkopru l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-installazzjonijiet nukleari (il-lokalizzazzjoni, it-tfassil, il-bini, l-użu, it-tħaddim, it-twaqqif mill-użu).
(25)  Id-Direttiva 2009/71/Euratom tistabbilixxi qafas Komunitarju legalment vinkolanti bħala bażi għal sistema ta’ sikurezza nukleari leġiżlattiva, amministrattiva u organizzattiva. Ma tinkludix rekwiżiti speċifiċi għall-installazzjonijiet nukleari. Minħabba l-progress tekniku miksub mill-IAEA, u l-Assoċjazzjoni tar-Regolaturi Nukleari tal-Ewropa tal-Punent (‘WENRA’) u sorsi oħrajn ta’ esperjenza, inkluż it-tagħlim miksub mit-testijiet tal-istress u l-investigazzjonijiet dwar l-aċċident nukleari ta’ Fukushima, id-Direttiva 2009/71/Euratom għandha tiġi emendata sabiex tinkludi l-għanijiet legalment vinkolanti ta’ sikurezza nukleari tal-Komunità li jkopru l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-installazzjonijiet nukleari (il-lokalizzazzjoni, it-tfassil, il-bini, l-użu, it-tħaddim, it-twaqqif mill-użu).
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 28
(28)  Għal disinn ta’ reatturi ġodda, hemm aspettattiva ċara li jiġi indirizzat fid-disinn oriġinali dak li jmur lil hinn mid-disinn tal-ġenerazzjonijiet preċedenti ta’ reatturi. Il-kundizzjonijiet tal-estensjoni tad-disinn huma kundizzjonijiet ta’ aċċident li mhumiex ikkunsidrati għal aċċidenti ta’ disinn bażiku, iżda huma meqjusa fil-proċess tad-disinn tal-installazzjoni skont il-metodoloġija tal-aqwa stima, u li għalihom ir-rilaxx ta’ materjal radjuattiv jinżamm fil-limiti aċċettabbli. Il-kundizzjonijiet ta’ estensjoni tad-disinn jistgħu jinkludu kundizzjonijiet ta’ aċċidenti serji.
(28)  Għal disinn ta’ reatturi ġodda, hemm aspettattiva ċara li jiġi indirizzat fid-disinn oriġinali dak li jmur lil hinn mid-disinn tal-ġenerazzjonijiet preċedenti ta’ reatturi. Il-kundizzjonijiet tal-estensjoni tad-disinn huma kundizzjonijiet ta’ aċċident li mhumiex ikkunsidrati għal aċċidenti ta’ disinn bażiku, iżda huma meqjusa fil-proċess tad-disinn tal-installazzjoni skont il-metodoloġija tal-aqwa stima, u li għalihom ir-rilaxx ta’ materjal radjuattiv jinżamm fil-limiti aċċettabbli. Il-kundizzjonijiet ta’ estensjoni tad-disinn għandhom jinkludu kundizzjonijiet ta’ aċċidenti serji.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 29
(29)  L-applikazzjoni tal-kunċett ta’ difiża profonda fl-attivitajiet relatati mal-organizzazzjoni, l-imġiba u d-disinn ta’ installazzjoni nukleari, tassigura li attivitajiet relatati mas-sikurezza huma soġġetti għal diversi livelli indipendenti ta’ dispożizzjonijiet, b’mod li jekk isseħħ xi ħsara, tkun skoperta u kkompensata b’miżuri xierqa. L-effikaċja indipendenti ta’ kull wieħed mil-livelli differenti hija element essenzjali tad-difiża profonda sabiex jiġu evitati aċċidenti u jitnaqqsu l-konsegwenzi jekk tabilħaqq iseħħu.
(29)  L-applikazzjoni tal-kunċett ta’ difiża profonda fl-attivitajiet relatati mal-organizzazzjoni, l-imġiba u d-disinn ta’ installazzjoni nukleari, tassigura li attivitajiet relatati mas-sikurezza huma soġġetti għal diversi livelli indipendenti ta’ dispożizzjonijiet, b’mod li jekk isseħħ xi ħsara, tkun skoperta u kkompensata jew irranġata b’miżuri xierqa. L-effikaċja indipendenti ta’ kull wieħed mil-livelli differenti hija element essenzjali tad-difiża profonda sabiex jiġu evitati aċċidenti, jinkixfu u jiġu kkontrollati d-devjazzjonijiet u jitnaqqsu l-konsegwenzi jekk tabilħaqq iseħħu.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 33

(33)  Din id-Direttiva tintroduċi dispożizzjonijiet ġodda dwar l-awtovalutazzjonijiet u r-reviżjonijiet bejn il-pari ta’ installazzjonijiet nukleari bbażati fuq għażla ta’ temi ta’ sikurezza nukleari li jkopru ċ-ċiklu tal-ħajja sħiħa tagħhom. F’livell internazzjonali, hemm diġà esperjenza kkonfermata fit-twettiq ta’ tali reviżjonijiet bejn il-pari fuq impjanti tal-enerġija nukleari. Fil-livell tal-UE, l-esperjenza mill-proċess tat-testijiet tal-istress turi l-valur ta’ eżerċizzju kkoordinat sabiex tiġi vvalutata u riveduta s-sikurezza tal-impjanti tal-enerġija nukleari tal-UE. Mekkaniżmu simili, ibbażat fuq il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, għandu jkun applikat hawnhekk. Għaldaqstant, l-awtoritajiet regolatorji kompetenti li jikkoordinaw fil-kuntest ta’ gruppi ta’ esperti bħall-ENSREG, jistgħu jikkontribwixxu bl-esperjenza tagħhom għall-identifikazzjoni tat-temi ta’ sikurezza rilevanti u fit-twettiq ta’ dawn ir-reviżjonijiet bejn il-pari. Jekk l-Istati Membri jonqsu li jagħżlu b’mod konġunt mill-inqas tema waħda l-Kummissjoni għandha tagħżel tema waħda jew aktar biex jiġu riveduti bejn il-pari. Il-parteċipazzjoni ta’ partijiet interessati oħrajn, bħal Organizzazzjonijiet ta’ Appoġġ Tekniku, osservaturi internazzjonali jew Organizzazzjonijiet mhux governattivi jistgħu jżidu l-valur tar-reviżjonijiet bejn il-pari.

Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 33a (ġdida)
(33a)  Meta wieħed iqis ir-riskji ta' duplikazzjoni eżistenti b'rabta ma' proċessi internazzjonali ta' evalwazzjoni bejn il-pari u r-riskju ta' interferenza fil-ħidma tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti, l-evalwazzjonijiet topiċi bejn il-pari għandhom jibnu fuq l-esperjenza miksuba mill-ENSREG u l-WENRA matul il-valutazzjonijiet mill-ġdid Ewropej dwar is-sikurezza wara Fukushima. L-ENSREG għandu jiġi fdat mill-Istati Membri bl-għażla tas-suġġetti, l-organizzazzjoni tal-evalwazzjoni topika bejn il-pari, l-implimentazzjoni tagħha, u l-azzjonijiet ta' segwitu.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 35
(35)  Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ segwitu xieraq li jassigura li l-eżitu ta’ dawn ir-reviżjonijiet bejn il-pari jiġi implimentat kif xieraq. Ir-reviżjonijiet bejn il-pari għandhom jgħinu fit-titjib tas-sikurezza ta’ installazzjonijiet nukleari individwali kif ukoll jgħinu jifformulaw rakkomandazzjonijiet u linji gwida ġeneriċi validi dwar is-sikurezza teknika madwar l-Unjoni.
(35)  Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ segwitu xieraq li jassigura li l-eżitu ta’ dawn l-evalwazzjonijiet bejn il-pari jiġi implimentat kif xieraq. L-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandhom jgħinu fit-titjib tas-sikurezza ta’ installazzjonijiet nukleari individwali fil-kuntest ta' applikazzjonijiet differenti kif ukoll jgħinu jifformulaw rakkomandazzjonijiet u linji gwida ġeneriċi validi dwar is-sikurezza teknika madwar l-Unjoni.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 36
(36)  F’każ li l-Kummissjoni tidentifika devjazzjonijiet sostanzjali jew dewmien fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tekniċi mill-proċess ta’ reviżjoni bejn il-pari, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-awtoritajiet regolatorji kompetenti tal-Istati Membri mhux ikkonċernati sabiex jorganizzaw u jwettqu missjoni ta’ verifika bl-għan li jiksbu stampa sħiħa tas-sitwazzjoni u jinfurmaw lill-Istat Membru kkonċernat dwar miżuri possibbli li jirrimedjaw kwalunkwe nuqqas identifikat.
(36)  F’każ li l-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-ENSREG, tidentifika devjazzjonijiet sostanzjali jew dewmien fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tekniċi mill-proċess ta’ evalwazzjoni bejn il-pari, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-awtoritajiet regolatorji kompetenti tal-Istati Membri mhux ikkonċernati sabiex jorganizzaw u jwettqu missjoni ta’ verifika bl-għan li jiksbu stampa sħiħa tas-sitwazzjoni u jinfurmaw lill-Istat Membru kkonċernat dwar miżuri possibbli li jirrimedjaw kwalunkwe nuqqas identifikat.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 42a (ġdida)
(42a)  L-ENSREG, li esperjenza l-eżerċizzju Ewropew tat-testijiet ta' reżistenza u huwa kompost mir-regolaturi tas-sikurezza nukleari kollha tal-Unjoni u l-Kummissjoni, għandu jkun involut mill-qrib fl-għażla tas-suġġetti li jkunu soġġetti għal evalwazzjonijiet regolari bejn il-pari, fl-organizzazzjoni ta' dawk l-evalwazzjonijiet topiċi bejn il-pari u fl-iżgurar tas-segwitu tagħhom, b'mod partikolari rigward l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 2
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 1 – punt c
(c)  li jiġi żgurat li l-Istati Membri għandhom jipprovdu arranġamenti nazzjonali adatti sabiex l-installazzjonijiet nukleari jiġu mfassla, lokalizzati, mibnija, kkummissjonati, mħaddma jew dekummissjonati b’mod li jiġievitatir-rilaxx radjuattiv.
(c)  li jiġi żgurat li l-Istati Membri għandhom jipprovdu arranġamenti nazzjonali adatti sabiex l-installazzjonijiet nukleari jiġu mfassla, lokalizzati, mibnija, kkummissjonati, mħaddma jew dekummissjonati b'mod li r-rilaxx radjuattiv jiġi limitat għal livell minimu.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 –punt 2a (ġdid)
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 1 – punt d (ġdid)
(2a)  Fl-Artikolu 1, jiżdied il-punt li ġej:
"(d) li tiġi promossa u msaħħa l-kultura ta' sikurezza nukleari.";
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 3 – punt 7
imħassar
7.  ‘avveniment mhux normali’ tfisser kwalunkwe okkorrenza mhux intenzjonata li l-konsegwenzi, jew il-konsegwenzi potenzjali tagħha mhumiex negliġibbli mill-perspettiva tal-protezzjoni jew tas-sikurezza nukleari;
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 3 – punt 7a (ġdid)
7a.  'inċident' tfisser kwalunkwe avveniment mhux ippjanat, inklużi żbalji operattivi, ħsara f’tagħmir, avvenimenti li jagħtu bidu, prekursuri tal-aċċidenti, aċċidenti li jiġu evitati bi żbrixx jew aċċidenti oħrajn, jew att mhux awtorizzat, li jkun doluż jew li ma jkunx doluż, li l-konsegwenzi, jew il-konsegwenzi potenzjali tagħhom mhumiex negliġibbli mill-perspettiva tal-protezzjoni jew tas-sikurezza;
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 3 – punt 8
8.  ‘aċċident’ tfisser kwalunkwe avveniment mhux ippjanat, inklużi żbalji operattivi, ħsara f’tagħmir jew aċċidenti oħrajn, li l-konsegwenzi, jew il-konsegwenzi potenzjali tagħhom mhumiex negliġibbli mill-perspettiva tal-protezzjoni jew tas-sikurezza nukleari;
8.  ‘aċċident’ tfisser kwalunkwe avveniment mhux maħsub minn qabel, inklużi żbalji operattivi, ħsara f’tagħmir jew aċċidenti oħrajn, li l-konsegwenzi, jew il-konsegwenzi potenzjali tagħhom mhumiex negliġibbli mill-perspettiva tal-protezzjoni jew tas-sikurezza nukleari;
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 3 – punt 8a (ġdid)
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 3 – punt 12
12.  ‘raġonevolment possibbli’ tfisser li, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ prattika tajba fl-inġinerija, għandhom jinstabu miżuri oħrajn ta’ sikurezza jew ta’ tnaqqis ta’ riskju għad-disinn, il-kummissjonar, it-tħaddim jew id-dekummissjonar ta’ installazzjoni nukleari u li dawn il-miżuri għandhom ikunu implimentati diment li ma jistax jintwera li huma wisq sproporzjonati fir-rigward tal-benefiċċju ta’ sikurezza li jikkonferixxu;
12.  ‘raġonevolment prattikabbli’ tfisser li, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ prattika tajba fl-inġinerija, għandhom jinstabu miżuri oħrajn ta’ sikurezza jew ta’ tnaqqis ta’ riskju għad-disinn, il-kummissjonar, it-tħaddim jew id-dekummissjonar ta’ installazzjoni nukleari u li dawn il-miżuri għandhom ikunu implimentati dment li l-awtorità regolatorja nazzjonali taċċetta li jkun intwera li huma wisq sproporzjonati fir-rigward tal-benefiċċju ta’ sikurezza li jikkonferixxu;
(L-emenda minn "raġonevoment possibbli" għal "raġonevolment prattikabbli" tapplika fit-test kollu. L-adozzjoni tagħha tirrikjedi bidliet korrispondenti fit-test kollu.)
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 3 – punt 13
13.  ‘bażi ta’ disinn’ tfisser il-firxa ta’ kundizzjonijiet u avvenimenti kkunsidrati b’mod espliċitu fid-disinn ta’ installazzjoni, skont kriterji stabbiliti, b’mod li l-installazzjoni tkun tista’ tiflaħ għalihom mingħajr ma taqbeż il-limiti awtorizzati bit-tħaddim ippjanat tas-sistemi ta’ sikurezza;
13.  ‘bażi ta’ disinn’ tfisser il-firxa u l-effett kumulattiv ta’ kundizzjonijiet u avvenimenti kkunsidrati b’mod espliċitu fid-disinn ta’ installazzjoni, skont kriterji stabbiliti, b’mod li l-installazzjoni tkun tista’ tiflaħ għalihom mingħajr ma taqbeż il-limiti awtorizzati bit-tħaddim ippjanat tas-sistemi ta’ sikurezza;
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 3 – punt 14
14.  ‘aċċidenti ta’ disinn bażiku’ tfisser kundizzjonijiet ta’ aċċident li fuqhom installazzjoni hija mfassla skont kriterji stabbiliti, u li għalihom il-ħsara lill-fjuwil u r-rilaxx ta’ materjal radjuattiv huma miżmuma fil-limiti awtorizzati;
14.  ‘aċċidenti ta’ disinn bażiku’ tfisser aċċident li jikkaġuna kundizzjonijiet ta' aċċident li għalihom faċilità hija mfassla b'konformità ma' kriterji stabbiliti ta' disinn u metodoliġija konservattiva, u li għalihom ir-rilaxxi ta’ materjal radjuattiv huma miżmuma fi ħdan limiti aċċettabbli;
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 3 – punt 15
15.  'lil hinn minn aċċidenti ta’ disinn bażiku’ tfisser aċċident li huwa possibbli, iżda li ma ġiex ikkunsidrat fid-disinn minħabba li kien meqjus ferm improbabbli;
imħassar
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 3 – punt 16a (ġdid)
16a.  'kundizzjonijiet ta' estensjoni tad-disinn' huma kundizzjonijiet ta’ aċċident li ma ġewx ikkunsidrati f'aċċidenti bbażati fuq id-disinn, iżda ġew ikkunsidrati fil-proċess tad-disinn tal-faċilità skont il-metodoloġija għall-aqwa previżjoni, u li għalihom ir-rilaxx ta’ materjal radjuattiv jinżamm fi ħdan limiti aċċettabbli. Il-kundizzjonijiet ta’ estensjoni tad-disinn jistgħu jinkludu kundizzjonijiet ta’ aċċidenti serji.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 3 – punt 17a (ġdid)
17a.  'verifika' tfisser proċess ta' investigazzjoni filwaqt li jiġi żgurat li prodotti tal-fażi tas-sistema, il-komponent tas-sistema, il-metodu, l-għodda għall-kalkolu, l-ipprogrammar tal-kompjuter, l-iżvilupp u l-produzzjoni lkoll jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-fażi preċedenti.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 3 – punt 17b (ġdid)
17b.  'aċċident serju' tfisser kundizzjonijiet ta' aċċident aktar serji minn aċċident abbażi tad-disinn u li jinvolvi degradazzjoni tal-qalba sinifikanti.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 6 – punt a
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas leġiżlattiv, regolatorju u organizzattiv nazzjonali (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-qafas nazzjonali’) għas-sikurezza nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari li jalloka r-responsabbiltajiet u jipprovdi għall-koordinazzjoni bejn il-korpi rilevanti tal-istat. Il-qafas nazzjonali għandu jipprovdi b’mod partikolari għal:
1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu qafas leġiżlattiv, regolatorju, amministrattiv u organizzattiv nazzjonali (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-qafas nazzjonali’) għas-sikurezza nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari li jalloka r-responsabbiltajiet u jipprovdi għall-koordinazzjoni bejn il-korpi rilevanti tal-istat. Il-qafas nazzjonali għandu jipprovdi b’mod partikolari għal:
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a
(a)  tkun funzjonalment separata minn kull korp pubbliku jew privat ieħor ikkonċernat mill-promozzjoni jew l-użu ta’ enerġija nukleari, jew mill-produzzjoni tal-elettriku;
(a)  tkun legalment separata minn kull korp pubbliku jew privat ieħor ikkonċernat mill-promozzjoni jew l-użu ta’ enerġija nukleari, jew mill-produzzjoni tal-elettriku;
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt c
(c)  tieħu deċiżjonijiet regolatorji, ibbażati fuq kriterji oġġettivi u verifikabbli marbuta mas-sikurezza;
(c)  tistabbilixxi proċess deċiżjonali regolatorju trasparenti, ibbażat fuq kriterji oġġettivi u verifikabbli marbuta mas-sikurezza;
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt d
(d)  ikollha l-allokazzjonijiet tal-baġit xierqa, b’awtonomija fl-implimentazzjoni tal-baġit allokat. Il-mekkaniżmu ta’ finanzjament u l-proċess ta’ allokazzjoni tal-baġit għandhom ikunu definiti b’mod ċar fil-qafas nazzjonali;
(d)  ikollha l-allokazzjonijiet tal-baġit xierqa, b’awtonomija fl-implimentazzjoni tal-baġit allokat. Il-mekkaniżmu ta’ finanzjament u l-proċess ta’ allokazzjoni tal-baġit għandhom ikunu definiti b’mod ċar fil-qafas nazzjonali u għandhom jinkludu dispożizzjonijiet għall-ġenerazzjoni adegwata ta' għarfien, kompetenza u ħiliet ġodda u għall-ġestjoni ta' dawk eżistenti;
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt e
(e)  timpjega għadd xieraq ta’ persunal bil-kwalifiki, bl-esperjenza u bl-għarfien meħtieġa;
(e)  timpjega għadd xieraq ta’ persunal, li kollha kemm huma, b'mod partikolari l-membri tal-bord maħtura politikament, jipposjedu l-kwalifiki, l-esperjenza u l-kompetenza meħtieġa biex tissodisfa l-obbligi tagħha u li jkollhom aċċess għal riżorsi esterni tekniċi u xjentifiċi u kompetenza ta' sostenn sa fejn jitqies meħtieġ b'appoġġ għall-funzjonijiet regolatorji tagħha u b'konformità mal-prinċipji tat-trasparenza, l-indipendenza u l-integrità tal-proċessi regolatorji;
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Persuni b'responsabbiltà eżekuttiva fi ħdan l-awtorità regolatorja kompetenti għandhom jinħatru skont proċeduri u rekwiżiti definiti b'mod ċar. Jistgħu jitneħħew mill-inkarigu tagħhom matul il-mandat tagħhom speċjalment jekk ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' indipendenza stabbiliti f'dan l-Artikolu jew jekk jinstabu ħatja ta' kondotta ħażina skont il-liġi nazzjonali. Għandu jiġi stabbilit perjodu xieraq ta' tregwa għal pożizzjonijiet b'kunflitt ta' interess potenzjali.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt e
(e)  li jwettaq azzjonijiet ta’ infurzar, inkluż li jissospendil-operat ta’ installazzjoni nukleari skont il-kundizzjonijiet definiti mill-qafas nazzjonali msemmi fl-Artikolu 4(1).
(e)  li jwettaq azzjonijiet ta’ infurzar, inklużi l-penali skont l-Artikolu 9a u s-sospensjoni tal-operat ta’ installazzjoni nukleari skont il-kundizzjonijiet definiti mill-qafas nazzjonali msemmi fl-Artikolu 4(1);
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt f (ġdid)
(f)  tipprovdi kundizzjonijiet xierqa għall-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp meħtieġa biex tiġi żviluppata l-bażi ta' għarfien u biex tiġi appoġġata l-ġestjoni tal-kompetenza għall-proċess regolatorju.
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 8 – punt a
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li r-responsabbiltà ewlenija għas-sikurezza nukleari ta’ installazzjoni nukleari tkun tad-detentur tal-liċenzja. Din ir-responsabbiltà ma tistax tkun iddelegata.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li r-responsabbiltà unika għas-sikurezza nukleari ta’ installazzjoni nukleari tkun tad-detentur tal-liċenzja. Din ir-responsabbiltà ma tistax tkun iddelegata. L-operaturi nukleari u d-detenturi ta' liċenzji għar-rimi tal-iskart għandhom ikunu assigurati bis-sħiħ u l-ispejjeż kollha tal-assigurazzjoni kif ukoll ir-responsabbiltajiet u l-ispejjeż għad-danni kkawżati lin-nies u lill-ambjent fil-każ ta' aċċidenti, għandhom ikunu koperti bis-sħiħ mill-operaturi u d-detenturi ta' liċenzji.
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 8 – punt b
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li d-detenturi tal-liċenzja, taħt is-superviżjoni tal-awtorità regolatorja kompetenti, jivvalutaw u jivverifikaw regolarment, u jtejbu kontinwament,sakemm ikun raġonevolment possibbli, is-sikurezza nukleari tal-installazzjonijiet nukleari tagħhom b’mod sistematiku u verifikabbli.
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li d-detenturi tal-liċenzja, taħt is-superviżjoni tal-awtorità regolatorja kompetenti, jivvalutaw u jivverifikaw regolarment, u jtejbu kontinwament is-sikurezza nukleari tal-installazzjonijiet nukleari tagħhom b’mod sistematiku u verifikabbli.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 8 – punt d
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 6 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li d-detenturi tal-liċenzja jistabbilixxu u jimplimentaw sistemi ta’ ġestjoni li jagħtu prijorità dovuta għas-sikurezza nukleari u li huma vverifikati regolarment mill-awtorità regolatorja kompetenti.
4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li d-detenturi tal-liċenzja jistabbilixxu u jimplimentaw sistemi ta’ ġestjoni li jagħtu prijorità dovuta għas-sikurezza nukleari, inklużi l-promozzjoni u t-tisħiħ tal-kultura ta' sikurezza nukleari, u li huma vverifikati regolarment mill-awtorità regolatorja kompetenti.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 8 – punt f
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 6 – paragrafu 5
5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li d-detenturi ta’ liċenzja jipprevedu u jżommu riżorsi finanzjarji u umani adegwati, bi kwalifiki, kompetenzi u ħiliet xierqa, biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tas-sikurezza nukleari ta’ installazzjoni nukleari, stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4a ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikoli 8a sa 8d ta’ din id-Direttiva. Dawn l-obbligi jestendu wkoll għall-ħaddiema subkuntrattati.
5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li d-detenturi ta’ liċenzja jipprevedu u jżommu riżorsi finanzjarji u umani adegwati, bi kwalifiki, kompetenzi u ħiliet xierqa, biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tas-sikurezza nukleari ta’ installazzjoni nukleari, stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4a ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikoli 8a sa 8d ta’ din id-Direttiva, anke matul u wara d-dekummissjonar tagħha. Dawn l-obbligi jestendu wkoll għall-ħaddiema subkuntrattati.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 9
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 7
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li l-partijiet kollha jagħmlu arranġamenti għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-eżerċizzju għall-persunal tagħhom b’responsabbiltajiet relatati mas-sikurezza nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari u biex ikunu ppreparati għal emerġenzi fuq il-post u jkollhom arranġamenti ta’ rispons, sabiex jibnu, iżommu u jkomplu jiżviluppaw kompetenzi u ħiliet aġġornati u rikonoxxuti reċiprokament fis-sikurezza nukleari.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li l-partijiet kollha jagħmlu arranġamenti għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-eżerċizzju kontinwi għall-persunal tagħhom b’responsabbiltajiet relatati mas-sikurezza nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari u biex ikunu ppreparati għal emerġenzi fuq il-post u jkollhom arranġamenti ta’ rispons, sabiex jibnu, iżommu u jkomplu jiżviluppaw kompetenzi u ħiliet aġġornati u rikonoxxuti reċiprokament fis-sikurezza nukleari.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 9
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 8
Transparenza
Trasparenza
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni aġġornata u f’waqtha fir-rigward tas-sikurezza nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari u tar-riskji relatati tkun magħmula disponibbli għall-ħaddiema u għall-pubbliku ġenerali, b’kunsiderazzjoni speċifika għal dawk li jgħixu fil-viċinanza ta’ installazzjoni nukleari.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni aġġornata fir-rigward tas-sikurezza nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari u tar-riskji relatati tkun magħmula disponibbli għall-ħaddiema u għall-pubbliku ġenerali mingħajr dewmien bla bżonn, b’kunsiderazzjoni speċifika għal dawk li jgħixu fil-viċinanza ta’ installazzjoni nukleari. Proċess ta' komunikazzjoni mifrux u trasparenti għandu jiġi żgurat, anke, fejn xieraq, permezz ta' informazzjoni u konsultazzjoni regolari maċ-ċittadini.
L-obbligu stabbilit fl-ewwel paragrafu jinkludi l-iżgurar li l-awtorità regolatorja kompetenti u d-detenturi ta’ liċenzja, fl-oqsma ta’ responsabbiltà tagħhom, jiżviluppaw, jippubblikaw u jimplimentaw strateġija ta’ trasparenza li tkopri, inter alia, informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet operattivi normali ta’ installazzjonijiet nukleari, l-attivitajiet mhux obbligatorji ta’ konsultazzjoni mal-ħaddiema u mal-pubbliku ġenerali u l-komunikazzjoni fil-każ ta’ avvenimenti mhux normali u aċċidenti.
L-obbligu stabbilit fl-ewwel paragrafu jinkludi l-iżgurar li l-awtorità regolatorja kompetenti u d-detenturi ta’ liċenzja, fl-oqsma ta’ responsabbiltà tagħhom, jiżviluppaw, jippubblikaw u jimplimentaw strateġija ta’ trasparenza li tkopri, inter alia, informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet operattivi normali ta’ installazzjonijiet nukleari, l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni mal-ħaddiema, fejn xieraq, u mal-pubbliku ġenerali u l-komunikazzjoni immedjata fil-każ ta’ inċidenti u aċċidenti. Dan għandu jkopri wkoll informazzjoni bħas-sit, il-kostruzzjoni, l-estensjoni, il-kummissjonar, l-operat, l-operat lil hinn mill-ħajja tas-servizz tad-disinn, il-waqfien finali u d-dekummissjonar.
2.  L-informazzjoni għandha tkun magħmula disponibbli għall-pubbliku skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli u l-obbligi internazzjonali, sakemm dan ma jipperikolax interessi prevalenti oħra, bħas-sigurtà, rikonoxxuta fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew obbligi internazzjonali.
2.  L-informazzjoni għandha tkun magħmula disponibbli għall-pubbliku skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli u l-obbligi internazzjonali, sakemm dan ma jipperikolax interessi prevalenti oħra, bħas-sigurtà, rikonoxxuta fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew obbligi internazzjonali.
3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata opportunitajiet effettivi u minn kmieni biex jipparteċipa fil-proċess ta’ liċenzjar ta’ installazzjonijiet nukleari, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli u obbligi internazzjonali.".
3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata opportunitajiet effettivi u minn kmieni biex jipparteċipa fil-valutazzjoni tal-impatt ambjentali ta’ installazzjonijiet nukleari, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli u obbligi internazzjonali, b'mod partikolari l-Konvenzjoni ta' Aarhus.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 10
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 8a
Objettiv tas-sikurezza għal installazzjonijiet nukleari
Objettiv tas-sikurezza għal installazzjonijiet nukleari
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li installazzjonijiet nukleari jiġu ddisinjati, ippożizzjonati, mibnija, ikkummissjonati, mħaddmin u dekommissjonati bil-għan li jiġuevitati rilaxxi radjuattivi potenzjali billi:
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li installazzjonijiet nukleari jiġu ddisinjati, lokalizzati, mibnija, ikkummissjonati, operati u dekommissjonati bil-għan tal-prevenzjoni ta' aċċidenti u rilaxxi radjuattivi u, fil-każ ta' aċċident, jittaffew l-effetti tiegħu u l-prevenzjoni ta' rilaxxi radjuattivi u kontaminazzjoni mifruxa, fit-tul u lil hinn mis-sit oriġinali billi:
(a)  prattikament jeliminaw l-okkorrenza tas-sekwenzi kollha ta’ aċċidenti li jistgħu jwasslu għal rilaxxi kmieni jew kbar;
(a)  jimminimizzaw l-okkorrenza tas-sekwenzi kollha ta’ aċċidenti li jistgħu jwasslu għal rilaxxi kmieni jew kbar, għal livell baxx sa fejn raġonevolment prattikabbli;
(b)  għal aċċidenti li ma ġewx eliminati prattikament, jimplimentaw miżuri fid-disinn sabiex ikun hemm biss il-ħtieġa għal miżuri protettivi limitati fiż-żona u fil-ħin għall-pubbliku u li jkun hemm biżżejjed ħin disponibbli biex dawn il-miżuri jiġu implimentati, u li l-frekwenza ta’ aċċidenti bħal dawn tiġi minimizzata.
(b)   fil-każ ta' aċċident, jimplimentaw miżuri fid-disinn sabiex ikun hemm biss il-ħtieġa għal miżuri protettivi limitati fiż-żona u fil-ħin għall-pubbliku u li jkun hemm biżżejjed ħin disponibbli biex dawn il-miżuri jiġu implimentati, u li l-frekwenza ta’ aċċidenti bħal dawn tiġi minimizzata.
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jeħtieġ li l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 japplika għal installazzjonijiet nukleari eżistenti sal-punt li dan ikun jista'jintlaħaq b’mod raġonevoli.
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jeħtieġ li l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 japplika bis-sħiħ għall-installazzjonijiet nukleari li għalihom liċenzja ta' kostruzzjoni tingħata għall-ewwel darba wara...+u għal installazzjonijiet nukleari eżistenti sal-punt raġonevolment prattikabbli.
_____________
+Data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 10
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 8b
Implimentazzjoni tal-objettiv tas-sikurezza għal installazzjonijiet nukleari
Implimentazzjoni tal-objettiv tas-sikurezza għal installazzjonijiet nukleari
Sabiex jilħqu l-objettiv tas-sikurezza stabbilit fl-Artikolu 8a, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li l-installazzjonijiet nukleari jkunu:
Sabiex jilħqu l-objettiv tas-sikurezza stabbilit fl-Artikolu 8a, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li l-installazzjonijiet nukleari jkunu:
(a)  sitwati b’tali mod sabiex tingħata l-konsiderazzjoni dovuta sabiex, fejn possibbli, jiġu evitati l-perikli naturali esterni u magħmula mill-bniedem u jiġi minimizzat l-impatt tagħhom;
(a)  sitwati b’tali mod sabiex tingħata l-konsiderazzjoni dovuta sabiex jiġu prevenuti l-perikli naturali esterni u magħmula mill-bniedem u jiġi minimizzat l-impatt tagħhom;
(b)  ddisinjati, mibnija, ikkummissjonati, imħaddmin u dekommissjonati abbażi tal-kunċett ta’ difiża profonda sabiex:
(b)  ddisinjati, mibnija, ikkummissjonati, imħaddmin u dekommissjonati abbażi tal-kunċett ta’ difiża profonda sabiex:
(i)  id-dożi ta’ radjazzjoni għall-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali ma jaqbżux il-limiti preskritti u jinżammu baxxi kemm jista’ jkun possibbli;
(i)  id-dożi ta’ radjazzjoni għall-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali ma jaqbżux il-limiti awtorizzati u jinżammu baxxi sa fejn hu raġonevolment prattikabbli;
(ii)  l-okkorrenza ta’ avvenimenti mhux normali tiġi minimizzata;
(ii)  l-okkorrenza ta’ inċidenti tiġi minimizzata;
(iii)  il-potenzjal ta’ eskalazzjoni għal sitwazzjonijiet ta’ aċċidenti jitnaqqas billi titjieb il-kapaċità tal-installazzjonijiet nukleari biex jimmaniġġjaw u jikkontrollaw l-avvenimenti mhux normali b’mod effettiv;
(iii)  il-potenzjal ta’ eskalazzjoni għal sitwazzjonijiet ta’ aċċidenti jitnaqqas billi titjieb il-kapaċità tal-installazzjonijiet nukleari biex jimmaniġġjaw u jikkontrollaw b’mod effettiv l-inċidenti jekk dawn iseħħu xorta waħda;
(iv)  il-konsegwenzi dannużi ta’ avvenimenti mhux normali u aċċidenti abbażi tad-disinn, jekk dawn iseħħu, jiġu mtaffija biex jiġi żgurat li ma jinduċu l-ebda impatt radjoloġiku barra mis-sit, jew li l-impatt radjoloġiku jkun minuri biss;
(iv)  il-konsegwenzi dannużi ta’ inċidenti u aċċidenti abbażi tad-disinn, jekk dawn iseħħu xorta waħda, jiġu mtaffija biex jiġi żgurat li ma jinduċu l-ebda impatt radjoloġiku barra mis-sit, jew li l-impatt radjoloġiku jkun minuri biss;
(v)  il-perikli naturali esterni u magħmula mill-bniedem jiġu evitati, fejn possibbli, u l-impatt tagħhom jiġi minimizzat.
(v)   il-frekwenza tal-perikli naturali esterni u magħmula mill-bniedem tiġi minimizzata, u l-impatt tagħhom ikun baxx sa fejn hu raġonevolment prattikabbli.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 10
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 8c
Metodoloġija għal-lokalizzazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, il-kummissjonar, it-tħaddim u d-dekommissjonar ta’ installazzjonijiet nukleari
Metodoloġija għal-lokalizzazzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni, il-kummissjonar, it-tħaddim u d-dekommissjonar ta’ installazzjonijiet nukleari
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li d-detentur ta’ liċenzja, taħt is-superviżjoni tal-awtorità regolatorja kompetenti:
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li d-detentur ta’ liċenzja, taħt is-superviżjoni tal-awtorità regolatorja kompetenti:
(a)  jevalwa b’mod regolari l-impatt radjoloġiku ta’ installazzjoni nukleari fuq il-ħaddiema, il-pubbliku ġenerali u l-arja, l-ilma u l-ħamrija, kemm f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim normali u ta’ aċċidenti;
(a)  jevalwa b’mod regolari l-impatt radjoloġiku ta’ installazzjoni nukleari fuq il-ħaddiema, il-pubbliku ġenerali u l-arja, l-ilma u l-ħamrija, kemm f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim normali u ta’ aċċidenti;
(b)  jiddefinixxi, jiddokumenta u regolarment jevalwa mill-ġdid u mill-inqas kull għaxar snin, il-bażi tad-disinn ta’ installazzjonijiet nukleari permezz ta’ reviżjoni perjodika tas-sikurezza, u jissumplimentaha permezz ta’ analiżi tal-estensjoni tad-disinn, biex jiġi żgurat li l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli ta’ titjib ikunu ġew implimentati;
(b)  jiddefinixxi, jiddokumenta u regolarment jevalwa mill-ġdid u mill-inqas kull tmien snin, il-bażi tad-disinn ta’ installazzjonijiet nukleari permezz ta’ reviżjoni perjodika tas-sikurezza, u jissumplimentaha permezz ta’ analiżi tal-estensjoni tad-disinn, biex jiġi żgurat li l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli ta’ titjib ikunu ġew implimentati;
(c)  jiżgura li l-analiżi tal-estensjoni tad-disinn tkopri l-aċċidenti, l-avvenimenti u l-kombinazzjoni tal-avvenimenti kollha, inkluż perikli interni u esterni naturali u magħmula mill-bniedem u aċċidenti serji, li jwasslu għal kundizzjonijiet li ma jkunux inklużi fl-aċċidenti abbażi tad-disinn;
(c)  jiżgura li l-analiżi tal-estensjoni tad-disinn tkopri l-aċċidenti, l-avvenimenti u l-kombinazzjoni tal-avvenimenti kollha, inklużi perikli interni u esterni naturali u magħmula mill-bniedem u aċċidenti serji, li jwasslu għal kundizzjonijiet li ma jkunux inklużi fl-aċċidenti abbażi tad-disinn;
(d)  jistabbilixxi u jimplimenta strateġiji biex itaffi kemm aċċidenti abbażi tad-disinn kif ukoll dawk mhux ibbażati fuq id-disinn;
(d)  jistabbilixxi u jimplimenta strateġiji biex itaffi kemm aċċidenti abbażi tad-disinn kif ukoll dawk mhux ibbażati fuq id-disinn;
(e)  jimplimenta Linji Gwida għall-Immaniġġjar ta’ Aċċidenti Serji għall-impjanti kollha tal-enerġija nukleari u, jekk xieraq, għal installazzjonijiet nukleari oħra, li jkopru l-kundizzjonijiet operattivi kollha, aċċidenti fil-pools ta’ fjuwil użat u avvenimenti fit-tul;
(e)  jimplimenta Linji Gwida għall-Immaniġġjar ta’ Aċċidenti Serji għall-impjanti kollha tal-enerġija nukleari u, jekk xieraq, għal installazzjonijiet nukleari oħra, li jkopru l-kundizzjonijiet operattivi kollha, aċċidenti fil-pools ta’ fjuwil użat u avvenimenti fit-tul;
(f)  iwettaq reviżjoni speċifika tas-sikurezza għal installazzjonijiet nukleari li l-awtorità regolatorja kompetenti tqis li jkunu qrib il-limitu tal-ħajja operattiva tagħhom kif oriġinarjament previst, u li għalihom tkun intalbet estensjoni tal-ħajja.
(f)  iwettaq reviżjoni speċifika tas-sikurezza għal installazzjonijiet nukleari li l-awtorità regolatorja kompetenti tqis li jkunu qrib il-limitu tal-ħajja operattiva tagħhom kif oriġinarjament previst, u li għalihom tkun intalbet estensjoni tal-ħajja. Kwalunkwe miżura meħtieġa mill-awtorità regolatorja għall-prevenzjoni ta' aċċidenti li jkollhom karatteristiċi li ma jkunux aktar gravi minn dawk previsti waqt il-fażi tad-disinn, għandha tiġi implimentata qabel l-estensjoni tal-ħajja tkun awtorizzata.
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li l-għoti jew ir-reviżjoni ta’ liċenzja għall-bini u/jew l-operat ta’ installazzjoni nukleari għandhom ikunu bbażata fuq valutazzjoni xierqa speċifika għas-sit u għall-installazzjoni.
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li l-għoti jew ir-reviżjoni ta’ liċenzja għall-bini u/jew l-operat ta’ installazzjoni nukleari għandhom ikunu bbażata fuq valutazzjoni xierqa speċifika għas-sit u għall-installazzjoni inklużi spezzjonijiet fuq il-post mill-awtorità nazzjonali.
3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi, għal impjanti tal-enerġija nukleari u, jekk applikabbli, għal faċilitajiet għal reattur ta’ riċerka, li għalihom qiegħda tintalab liċenzja tal-kostruzzjoni għall-ewwel darba, li l-awtorità regolatorja kompetenti tobbliga lill-applikant juri li d-disinn prattikament jillimita l-effetti ta’ ħsara fil-qalba tar-reattur għal ġewwa l-konteniment.
3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi, għal impjanti tal-enerġija nukleari u, jekk applikabbli, għal faċilitajiet għal reattur ta’ riċerka, li għalihom qiegħda tintalab liċenzja tal-kostruzzjoni għall-ewwel darba, li l-awtorità regolatorja kompetenti tobbliga lill-applikant juri li d-disinn prattikament jillimita l-effetti ta’ ħsara fil-qalba tar-reattur għal ġewwa l-konteniment.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 10
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 8d
Stat ta’ tħejjija u rispons għal emerġenza
Stat ta’ tħejjija u rispons għal emerġenza
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li d-detentur ta’ liċenzja, taħt is-superviżjoni tal-awtorità regolatorja kompetenti:
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas nazzjonali jesiġi li d-detentur ta’ liċenzja, taħt is-superviżjoni tal-awtorità regolatorja kompetenti:
(a)  iħejji u jaġġorna b’mod regolari l-pjan ta’ emerġenza fuq il-post li għandu:
(a)  iħejji u jaġġorna b’mod regolari, tal-anqas kull tmien snin, pjan ta’ emerġenza fuq il-post li għandu:
(i)  jkun ibbażat fuq valutazzjoni ta’ avvenimenti ta’ sitwazzjonijiet li jistgħu jeħtieġu miżuri protettivi fuq il-post jew barra mis-sit;
(i)  ikun ibbażat fuq valutazzjoni ta’ avvenimenti ta’ sitwazzjonijiet li jistgħu jeħtieġu miżuri protettivi fuq il-post jew barra mis-sit;
(ii)  jkun koordinat ma’ korpi oħra involuti u għandu jkun ibbażat fuq lezzjonijiet mitgħallma mir-rispons ta’ esperjenza minn avvenimenti serji, jekk dawn iseħħu;
(ii)  ikun koordinat ma’ korpi oħra involuti u għandu jkun ibbażat fuq lezzjonijiet mitgħallma mir-rispons ta’ esperjenza minn avvenimenti serji, jekk dawn iseħħu;
(iii)  jindirizza avvenimenti partikolari li jista' jkollhom impatt fuq diversi unitajiet ta’ installazzjoni nukleari;
(iii)  jindirizza avvenimenti partikolari li jista' jkollhom impatt fuq diversi unitajiet ta’ installazzjoni nukleari;
(iiia)  iqis ir-riskji kumulattivi assoċjati mal-preżenza fil-qrib ta' installazzjonijiet industrijali perikolużi (tat-tip Seveso III) oħrajn;
(b)  jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva meħtieġa għall-allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet u jiżgura d-disponibbiltà tar-riżorsi u l-assi meħtieġa;
(b)  jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva meħtieġa għall-allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet u jiżgura d-disponibbiltà tar-riżorsi u l-assi meħtieġa;
(c)  jimplimenta arranġamenti għall-koordinazzjoni ta’ attivitajiet fuq il-post u jikkoopera mal-awtoritajiet u l-aġenziji responsabbli għar-rispons f’emerġenza fil-fażijiet kollha ta’ emerġenza, li għandhom jiġu eżerċitati b’mod regolari;
(c)  jimplimenta arranġamenti għall-koordinazzjoni ta’ attivitajiet fuq il-post u jikkoopera mal-awtoritajiet u l-aġenziji responsabbli għar-rispons f’emerġenza fil-fażijiet kollha ta’ emerġenza, li għandhom jiġu eżerċitati b’mod regolari;
(d)  jipprovdi għal miżuri ta’ tħejjija għall-ħaddiema fuq il-post fir-rigward ta’ avvenimenti mhux normali potenzjali u aċċidenti;
(d)  jipprovdi għal miżuri ta’ tħejjija għall-ħaddiema fuq il-post fir-rigward ta’ inċidenti u aċċidenti potenzjali;
(e)  jipprovdi arranġamenti għall-kooperazzjoni transkonfinali u internazzjonali, inkluż arranġamenti definiti minn qabel biex jirċievi assistenza esterna fuq il-post, jekk ikun hemm il-ħtieġa;
(e)  jipprovdi arranġamenti għall-kooperazzjoni transkonfinali u internazzjonali, inklużi arranġamenti definiti minn qabel biex jirċievi assistenza esterna fuq il-post, jekk ikun hemm il-ħtieġa;
(f)  jiżgura li jkun hemm ċentru għal rispons f’każ ta’ emerġenza fuq il-post, protett biżżejjed kontra l-perikli naturali u r-radjuattività biex jiġi żgurat li jkun abitabbli;
(f)  jiżgura li jkun hemm ċentru għal rispons f’każ ta’ emerġenza fuq il-post, protett biżżejjed kontra l-perikli naturali u r-radjuattività biex jiġi żgurat li jkun abitabbli fil-każ ta' u matul sitwazzjonijiet potenzjali ta' ġestjoni ta' kriżi;
(g)  jieħu miżuri protettivi f’każ ta’ emerġenza sabiex itaffi xi konsegwenzi għas-saħħa tal-bniedem u għall-arja, l-ilma u l-ħamrija.
(g)  jieħu miżuri protettivi f’każ ta’ emerġenza sabiex itaffi xi konsegwenzi għas-saħħa tal-bniedem u għall-arja, l-ilma u l-ħamrija.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 11
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 8e
Reviżjonijiet Bejn il-Pari
Evalwazzjonijiet bejn il-Pari
1.  Mill-inqas kull għaxar snin, l-Istati Membri għandhom jorganizzaw awtovalutazzjonijiet perjodiċi tal-qafas nazzjonali tagħhom u tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti u jistiednu reviżjoni bejn il-pari internazzjonali tal-aspetti rilevanti tal-qafas nazzjonali tagħhom u tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti tagħhom bil-għan li b’mod kontinwu jtejbu s-sikurezza nukleari. Ir-riżultati ta’ kwalunkwe reviżjoni bejn il-pari għandhom jiġu rapportati lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fejn disponibbli.
1.  Mill-inqas kull tmien snin, l-Istati Membri għandhom jorganizzaw awtovalutazzjonijiet perjodiċi tal-qafas nazzjonali tagħhom u tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti u jistiednu evalwazzjoni bejn il-pari internazzjonali tal-aspetti rilevanti tal-qafas nazzjonali tagħhom u tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti tagħhom bil-għan li b’mod kontinwu jtejbu s-sikurezza nukleari. Ir-riżultati ta’ kwalunkwe evalwazzjoni bejn il-pari għandhom jiġu rapportati lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fejn disponibbli. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi informat regolarment dwar ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari kif ukoll dwar miżuri u pjanijiet relatati.
2.  Stati Membri, bl-appoġġ tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti, għandhom perjodikament jirranġaw, u mill-inqas kull sitt snin, sistema ta’ reviżjonijiet topiċi bejn il-pari u għandhom jaqblu fuq skeda ta’ żmien u l-modalitajiet għall-implimentazzjoni. Għal dan il-għan l-Istati Membri għandhom:
2.  Stati Membri, bl-appoġġ tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti, għandhom perjodikament jirranġaw, u mill-inqas kull sitt snin, sistema ta’ evalwazzjonijiet topiċi bejn il-pari u għandhom jaqblu fuq skeda ta’ żmien u l-modalitajiet għall-implimentazzjoni. Għal dan il-għan l-Istati Membri, fil-qafas tal-ENSREG, għandhom:
(a)  flimkien u f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni jagħżlu tema waħda speċifika jew aktar relatati mas-sikurezza nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari. Jekk l-Istati Membri jonqsu milli b’mod konġunt jagħżlu mill-inqas tema fiż-żmien speċifikat f’dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tagħżel it-temi li għandhom ikunu s-suġġett tar-reviżjonijiet bejn il-pari;
(a)  flimkien jagħżlu tema waħda speċifika jew aktar relatati mas-sikurezza nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari. Jekk l-Istati Membri jonqsu milli b’mod konġunt jagħżlu mill-inqas tema fiż-żmien speċifikat f’dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tagħżel it-temi li għandhom ikunu s-suġġett tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari;
(b)  abbażi ta’ dawn it-temi, b’kollaborazzjoni mill-qrib mad-detenturi ta’ liċenzji, iwettqu valutazzjonijiet nazzjonali u jippubblikaw ir-riżultati;
(b)  jevalwaw sa liema punt dawn it-temi ġew indirizzati u, fejn meħtieġ, b’kollaborazzjoni mill-qrib mad-detenturi ta’ liċenzji, iwettqu valutazzjonijiet nazzjonali tal-installazzjonijiet, li għandhom jiġu evalwati minn awtorità regolatorja kompetenti u jippubblikaw ir-riżultati;
(c)  flimkien jiddefinixxu metodoloġija, jorganizzaw u jwettqu reviżjoni bejn il-pari tar-riżultati tal-valutazzjonijiet nazzjonali msemmija fil-punt (b), li għalihom il-Kummissjoni hija mistiedna tipparteċipa;
(c)  flimkien jiddefinixxu metodoloġija, jorganizzaw u jwettqu evalwazzjoni bejn il-pari tar-riżultati tal-valutazzjonijiet nazzjonali msemmija fil-punt (b);
(d)  jippubblikaw ir-riżultati tar-reviżjonijiet bejn il-pari msemmija fil-punt (c).
(d)  jippubblikaw ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari msemmija fil-punt (c).
2a.  It-tema tal-ewwel evalwazzjoni topika bejn il-pari għandha tiġi deċiża mhux aktar tard minn ...+.
3.  Kull Stat Membru soġġett għar-reviżjoni bejn il-pari msemmija fil-paragrafu 2 għandu jirranġa għall-ippjanar u l-mod ta’ implimentazzjoni fit-territorju tiegħu ta’ rakkomandazzjonijiet tekniċi rilevanti bħala riżultat tal-proċess tar-reviżjoni bejn il-pari u għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.
3.  Kull Stat Membru soġġett għal evalwazzjonijiet bejn il-pari msemmija fil-paragrafu 2 għandu jħejji rapport dwar l-eziti għall-Istati Membri kollha u għall-Kummissjoni u jirranġa għall-ippjanar u l-mod ta’ implimentazzjoni fit-territorju tiegħu ta’ rakkomandazzjonijiet tekniċi rilevanti bħala riżultat tal-proċess tal-evalwazzjoni bejn il-pari u jippubblika pjan ta' azzjoni li jirrifletti l-passi li ttieħdu.
4.  Jekk il-Kummissjoni tidentifika devjazzjonijiet jew dewmien sostanzjali fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tekniċi bħala riżultat tal-proċess ta’ reviżjoni bejn il-pari, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-awtoritajiet regolatorji kompetenti tal-Istati Membri mhux ikkonċernati biex jorganizzaw u jwettqu missjoni ta’ verifika biex tinkiseb stampa sħiħa tas-sitwazzjoni u tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar il-miżuri possibbli biex jirrimedja għal kwalunkwe nuqqas identifikat.
4.  Jekk il-Kummissjoni f'kooridnazzjoni mill-qrib mal-ENSREG tidentifika devjazzjonijiet jew dewmien sostanzjali fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tekniċi bħala riżultat tal-proċess ta’ evalwazzjoni bejn il-pari, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-awtoritajiet regolatorji kompetenti tal-Istati Membri mhux ikkonċernati biex jorganizzaw u jwettqu missjoni ta’ verifika biex tinkiseb stampa sħiħa tas-sitwazzjoni u tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar il-miżuri possibbli biex jirrimedja għal kwalunkwe nuqqas identifikat.
5.  Fil-każ ta’ aċċident li jwassal għal rilaxx bikri jew kbir jew avveniment mhux normali li jwassal għal sitwazzjonijiet li jkunu jeħtieġu miżuri ta’ emerġenza barra mis-sit jew miżuri li jipproteġu lill-pubbliku, l-Istat Membru kkonċernat għandu jistieden li ssir fi żmien sitt xhur reviżjoni bejn il-pari tal-installazzjoni kkonċernata skont il-paragrafu 2, u li għaliha l-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna tipparteċipa.
5.  Fil-każ ta’ aċċident jew inċident li jwassal għal sitwazzjonijiet li jkunu jeħtieġu miżuri ta’ emerġenza barra mis-sit jew miżuri li jipproteġu lill-pubbliku, l-Istat Membru kkonċernat għandu jistieden li ssir fi żmien sitt xhur evalwazzjoni bejn il-pari tal-installazzjoni kkonċernata skont il-paragrafu 2.
_____________________
+Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 11
Direttiva 2009/71/Euratom
Artikolu 8f
Abbażi tar-riżultati tar-reviżjonijiet bejn il-pari mwettqa skont l-Artikolu 8e(2) u r-rakkomandazzjonijiet tekniċi li jirriżultaw, f’konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza u titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari, l-Istati Membri għandhom, bl-appoġġ tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti, b’mod konġunt jiżviluppaw u jistabbilixxu linji gwida dwar it-temi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 8e(2)(a).
Abbażi tar-riżultati tal-evalwazzjonijet bejn il-pari mwettqa skont l-Artikolu 8e(2) u r-rakkomandazzjonijiet tekniċi li jirriżultaw, f’konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza u titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari, l-Istati Membri għandhom, bl-appoġġ tal-awtoritajiet regolatorji kompetenti, b’mod konġunt jiżviluppaw u jistabbilixxu linji gwida dwar it-temi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 8e(2)(a).
Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet topiċi bejn il-pari għandhom jintużaw sabiex jiġu mħeġġa diskussjonijiet fil-komunità nukleari li potenzjalment jistgħu jwasslu għall-iżvilupp, fil-futur, ta' sett ta' kriterji Komunitarji armonizzati dwar is-sikerezza nukleari.
Avviż legali - Politika tal-privatezza