Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0265(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0167/2014

Testi mressqa :

A7-0167/2014

Dibattiti :

PV 02/04/2014 - 26
CRE 02/04/2014 - 26

Votazzjonijiet :

PV 03/04/2014 - 7.3
CRE 03/04/2014 - 7.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0279

Testi adottati
PDF 475kWORD 257k
Il-Ħamis, 3 ta' April 2014 - Brussell
It-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard ***I
P7_TA(2014)0279A7-0167/2014

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-3 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard (COM(2013)0550 – C7-0241/2013 – 2013/0265(COD))(1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  F’diversi Stati Membri qed titħejja leġiżlazzjoni sabiex tirregola t-tariffi tal-interkambju, li tkopri għadd ta’ kwistjonijiet, inklużi l-limiti fuq it-tariffi tal-interkambju f’diversi livelli, it-tariffi tan-negozjant, ir-Regoli li għandek Tonora l-Kards Kollha jew il-miżuri dwar prattiċi ta’ gwida. Id-deċiżjonijiet amministrattivi eżistenti f’xi Stati Membri jvarjaw b’mod sinifikanti. Fid-dawl tal-ħsara li jagħmlu t-tariffi tal-interkambju lill-bejjiegħa bl-imnut u lill-konsumaturi, hija antiċipata l-introduzzjoni ta’ iktar miżuri regolatorji fil-livell nazzjonali bil-għan li jiġu indirizzati l-livelli jew id-diverġenzi ta’ dawn it-tariffi. Tali miżuri nazzjonali aktarx li joħolqu ostakoli sinifikanti għall-implimentazzjoni sħiħa tas-suq intern fil-qasam tal-kards u tal-pagamenti bl-internet u bil-mowbajl ibbażati fuq kards, u għaldaqstant ifixklu l-libertà li jiġu fornuti s-servizzi.
(7)  F’diversi Stati Membri21 qed titħejja jew diġà tfasslet leġiżlazzjoni sabiex tirregola t-tariffi tal-interkambju, li tkopri għadd ta’ kwistjonijiet, inklużi l-limiti fuq it-tariffi tal-interkambju f’diversi livelli, it-tariffi tan-negozjant, ir-Regoli li għandek Tonora l-Kards Kollha jew il-miżuri dwar prattiċi ta’ gwida. Id-deċiżjonijiet amministrattivi eżistenti f’xi Stati Membri jvarjaw b’mod sinifikanti. Sabiex il-livelli tat-tariffi tal-interkambju jsiru aktar konsistenti, hija antiċipata l-introduzzjoni ta’ iktar miżuri regolatorji fil-livell nazzjonali bil-għan li jiġu indirizzati l-livelli jew id-diverġenzi ta’ dawn it-tariffi jew bejniethom. Tali miżuri nazzjonali aktarx li joħolqu ostakoli sinifikanti għall-implimentazzjoni sħiħa tas-suq intern fil-qasam tal-kards u tal-pagamenti bl-internet u bil-mowbajl ibbażati fuq kards, u għaldaqstant ifixklu l-libertà li jiġu fornuti s-servizzi.
__________________
__________________
21L-Italja, l-Ungerija, il-Polonja u r-Renju Unit.
21L-Italja, l-Ungerija, il-Polonja u r-Renju Unit.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Il-kards ta’ ħlas huma l-iktar strument ta’ ħlas elettroniku użat b’mod frekwenti għax-xiri bl-imnut. Madankollu, l-integrazzjoni tas-suq tal-kards ta’ ħlas tal-Unjoni għad jonqsu ħafna biex jiġi implimentat b’mod sħiħ billi ħafna soluzzjonijiet ta’ ħlas ma jistgħux jiżviluppaw lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tagħhom jew minħabba li fornituri ġodda pan-Ewropej mhumiex jitħallew jidħlu fis-suq. In-nuqqas ta’ integrazzjoni tas-suq bħalissa qed twassal għal prezzijiet ogħla u inqas għażla fis-servizzi ta’ ħlas għall-konsumaturi u l-bejjiegħa bl-imnut, u iktar opportunitajiet limitati biex jisfruttaw is-suq intern. Għaldaqstant hemm il-ħtieġa li jitwarrbu l-ostakoli għall-funzjonament effiċjenti tas-suq tal-kards, inklużi t-tranżazzjonijiet ta’ pagament bil-mowbajl u bl-internet li huma bbażati fuq kard li għadhom qed joħolqu xkiel għall-implimentazzjoni ta’ suq integrat b’mod sħiħ.
(8)  Il-kards ta’ ħlas huma l-iktar strument ta’ ħlas elettroniku użat b’mod frekwenti għax-xiri bl-imnut. Madankollu, l-integrazzjoni tas-suq tal-kards ta’ ħlas tal-Unjoni għad jonqsu ħafna biex jiġi implimentat b’mod sħiħ billi ħafna soluzzjonijiet ta’ ħlas ma jistgħux jiżviluppaw lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tagħhom jew minħabba li fornituri ġodda pan-Ewropej mhumiex jitħallew jidħlu fis-suq. Sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ is-suq intern, hemm il-ħtieġa li jitwarrbu l-ostakoli għall-integrazzjoni ta’ alternattivi ġodda ta’ ħlas bil-kard, inklużi t-tranżazzjonijiet ta’ pagament bil-mowbajl u bl-internet li huma bbażati fuq kard.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Biex is-suq intern ikun jista’ jiffunzjona b’mod effettiv, l-użu tal-pagamenti elettroniċi għandu jiġi promoss u ffaċilitat għall-benefiċċju tal-bejjiegħa bl-imnut u tal-konsumaturi. Il-kards u pagamenti elettroniċi oħra jistgħu jintużaw b’manjiera aktar versatili, billi jinkludu possibbiltajiet li jsir ħlas onlajn sabiex jiġi sfruttat is-suq intern u l-kummerċ elettroniku, waqt li l-pagamenti elettroniċi jipprovdu wkoll ħlasijiet potenzjalment sikuri lill-bejjiegħa bl-imnut. Għalhekk l-użu tal-kards u ta’ pagamenti bbażati fuq kard flok flus kontanti jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-bejjiegħa bl-imnut u għall-konsumaturi, sakemm it-tariffi fuq l-użu tas-sistemi ta’ pagament ikunu stabbiliti f’livell ekonomikament effiċjenti, filwaqt li jikkontribwixxu għall-innovazzjoni u għad-dħul fis-suq ta’ operaturi ġodda.
(9)  Biex is-suq intern ikun jista’ jiffunzjona b’mod effettiv, l-użu tal-pagamenti elettroniċi għandu jiġi promoss u ffaċilitat għall-benefiċċju tal-bejjiegħa bl-imnut u tal-konsumaturi. Il-kards u pagamenti elettroniċi oħra jistgħu jintużaw b’manjiera aktar versatili, billi jinkludu possibbiltajiet li jsir ħlas onlajn sabiex jiġi sfruttat is-suq intern u l-kummerċ elettroniku, waqt li l-pagamenti elettroniċi jipprovdu wkoll ħlasijiet potenzjalment sikuri lill-bejjiegħa bl-imnut. Għalhekk l-użu tal-kards u ta’ pagamenti bbażati fuq kard flok flus kontanti jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-bejjiegħa bl-imnut u għall-konsumaturi, sakemm it-tariffi fuq l-użu tas-sistemi ta’ pagament ikunu stabbiliti f’livell ekonomikament effiċjenti, filwaqt li jikkontribwixxu għall-kompetizzjoni ġusta, l-innovazzjoni u għad-dħul fis-suq ta’ operaturi ġodda.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Waħda mill-prattiċi ewlenin li jxekklu l-funzjonament tas-suq intern fil-pagamenti bil-kard jew ibbażati fuq kard hija l-eżistenza mifruxa tat-tariffi tal-interkambju, li fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri mhumiex soġġetti għal xi leġiżlazzjoni. It-tariffi tal-interkambju huma tariffi interbankarji normalment applikati bejn il-fornituri tas-servizzi tal-akkwist ta’ kards ta’ pagament u l-fornituri tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ kards ta’ pagament li jappartjenu għal ċerta skema ta’ kards. It-tariffi tal-interkambju huma parti ewlenija mit-tariffi imposti fuq in-negozjanti mill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament għal kull tranżazzjoni bil-kard. In-negozjanti min-naħa tagħhom jinkorporaw dawn l-ispejjeż tal-kards fil-prezzijiet ġenerali tal-prodotti u s-servizzi. Il-kompetizzjoni bejn l-iskemi tal-kards fil-prattika tidher li hija mmirata l-aktar biex tikkonvinċi kemm jista’ jkun fornituri tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament (eż. il-banek) biex joħorġu l-kards tagħhom, ħaġa li normalment twassal għal tariffi tal-interkambju ogħla aktar milli orħos fis-suq, b’kuntrast mal-effett dixxiplinarju fuq il-prezzijiet li s-soltu jkollha l-kompetizzjoni f’ekonomija tas-suq. Ir-regolazzjoni tat-tariffi tal-interkambju kieku ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern.
(10)  Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, it-tariffi tal-interkambju mhumiex soġġetti għal għal xi leġiżlazzjoni iżda, minflok, għal deċiżjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali għall-kompetizzjoni. It-tariffi tal-interkambju huma tariffi interbankarji normalment mgħoddija mill-fornituri tas-servizzi tal-akkwist ta’ kards ta’ pagament għal fornituri tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ kards ta’ pagament li jappartjenu għall-iskema rilevanti. It-tariffi tal-interkambju huma komponent ewlieni mit-tariffi imposti fuq in-negozjanti mill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament għal kull tranżazzjoni bil-kard. In-negozjanti min-naħa tagħhom jinkorporaw dawn l-ispejjeż tal-kards fil-prezzijiet ġenerali tal-prodotti u s-servizzi, bħalma jsir għall-ispejjeż kollha tagħhom. Applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-kompetizzjoni għat-tariffi tal-interkambju kieku tnaqqas l-ispejjeż ta' tranżazzjoni għall-konsumaturi u b'hekk ittejjeb il-funzjonament tas-suq intern.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Il-varjetà wiesgħa li teżisti bħalissa ta’ tariffi tal-interkambju u l-livell tagħhom ma jippermettux li joħorġu fis-suq atturi "ġodda" pan-Unjoni abbażi ta’ mudelli tan-negozju b’tariffi orħos tal-interkambju, għad-detriment tal-ekonomiji potenzjali ta’ skala u kamp ta' applikazzjoni u l-effiċjenzi li jirriżultaw minnhom. Dan iħalli impatt negattiv fuq il-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi u jipprevjeni l-innovazzjoni. Billi bħala minimu l-atturi pan-Unjoni jkollhom joffru lill-banek emittenti l-ogħla livell ta’ tariffa tal-interkambju prevalenti fis-suq li jkunu jridu jidħlu fih, dan ukoll iwassal għall-frammentazzjoni persistenti tas-suq. L-iskemi domestiċi eżistenti b’tariffi tal-interkambju iktar baxxi jew mingħajr tariffi, ukoll jistgħu jiġu sfurzati joħorġu mis-suq minħabba l-pressjoni mill-banek biex jiksbu introjti ikbar mit-tariffi tal-interkambju. Bħala riżultat, il-konsumaturi u n-negozjanti jiffaċċjaw għażla ristretta, prezzijiet ogħla u kwalità iktar baxxa ta’ servizzi ta’ pagament, waqt li l-abbiltà tagħhom li jużaw soluzzjonijiet ta’ ħlas pan-Unjoni hija ristretta. Barra minn hekk, il-bejjiegħa bl-imnut ma jistgħux jegħlbu d-differenzi tat-tariffi billi jagħmlu użu mis-servizzi ta’ aċċettazzjoni tal-kards offruti mill-banek fi Stati Membri oħrajn. Regoli speċifiċi applikati mill-iskemi ta’ pagament jirrikjedu l-applikazzjoni tat-tariffa tal-interkambju tal-"Punt tal-Bejgħ" (il-pajjiż tal-bejjiegħ bl-imnut) għal kull tranżazzjoni ta’ ħlas. Dan ma jħallix il-banek akkwirenti joffru b’suċċess is-servizzi tagħhom fuq bażi transfruntiera. Ma jħallix ukoll il-bejjiegħa bl-imnut inaqqsu l-ispejjeż tal-pagament tagħhom għall-benefiċċju tal-konsumaturi.
(11)  Il-varjetà wiesgħa li teżisti bħalissa ta’ tariffi tal-interkambju u l-livell tagħhom ma jippermettux li joħorġu fis-suq atturi "ġodda" pan-Unjoni abbażi ta’ mudelli tan-negozju bl-ebda tariffa jew b’tariffi orħos tal-interkambju, għad-detriment tal-ekonomiji potenzjali ta’ skala u kamp ta' applikazzjoni u l-effiċjenzi li jirriżultaw minnhom. Dan iħalli impatt negattiv fuq il-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi u jipprevjeni l-innovazzjoni. Billi bħala minimu l-atturi pan-Unjoni jkollhom joffru lill-banek emittenti l-ogħla livell ta’ tariffa tal-interkambju prevalenti fis-suq li jkunu jridu jidħlu fih, dan ukoll iwassal għall-frammentazzjoni persistenti tas-suq. L-iskemi domestiċi eżistenti b’tariffi tal-interkambju iktar baxxi jew mingħajr tariffi, ukoll jistgħu jiġu sfurzati joħorġu mis-suq minħabba l-pressjoni mill-banek biex jiksbu introjti ikbar mit-tariffi tal-interkambju. Bħala riżultat, il-konsumaturi u n-negozjanti jiffaċċjaw għażla ristretta, prezzijiet ogħla u kwalità iktar baxxa ta’ servizzi ta’ pagament, waqt li l-abbiltà tagħhom li jużaw soluzzjonijiet ta’ ħlas pan-Unjoni hija ristretta. Barra minn hekk, il-bejjiegħa bl-imnut ma jistgħux jegħlbu d-differenzi tat-tariffi billi jagħmlu użu mis-servizzi ta’ aċċettazzjoni tal-kards offruti mill-banek fi Stati Membri oħrajn. Regoli speċifiċi applikati mill-iskemi internazzjonali ta’ pagament b'kard, abbażi tal-politiki ta' liċenzjar territorjali tagħhom, jirrikjedu l-applikazzjoni tat-tariffa tal-interkambju tal-“Punt tal-Bejgħ” (il-pajjiż tal-bejjiegħ bl-imnut) għal kull tranżazzjoni. Dan ma jħallix lil akkwirenti joffru b’suċċess is-servizzi tagħhom fuq bażi transfruntiera. Jista' jostakola wkoll lill-bejjiegħa bl-imnut inaqqsu l-ispejjeż tal-pagament tagħhom għall-benefiċċju tal-konsumaturi.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Dan ir-Regolament isegwi approċċ gradwali. Bħala l-ewwel pass, huwa neċessarju li jittieħdu miżuri li jiffaċilitaw il-ħruġ u l-akkwist transfruntiera ta’ tranżazzjonijiet bil-kards ta’ ħlas. Il-permess li n-negozjanti jagħżlu akkwirent minn barra l-Istat Membru proprju tagħhom ("akkwist transfruntiera") u l-impożizzjoni ta’ livell massimu ta’ tariffi tal-interkambju transfruntiera għal tranżazzjonijiet ta’ akkwist transfruntiera għandhom jipprovdu ċ-ċarezza legali meħtieġa. Barra minn hekk, il-liċenzi għall-ħruġ jew għall-akkwist ta’ strumenti ta’ ħlas fl-Unjoni għandhom ikunu validi mingħajr restrizzjonijiet ġeografiċi. Dawn il-miżuri jiffaċilitaw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern għall-pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl, għall-benefiċċju tal-konsumaturi u tal-bejjiegħa bl-imnut.
(15)  Sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament mingħajr xkiel ta’ suq intern għal pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl, għall-benefiċċju tal-konsumaturi u l-bejjiegħa bl-imnut, dan ir-Regolament japplika għal ħruġ u akkwist transfruniteri u nazzjonali u l-akkwist ta’ tranżazzjonijiet bil-kards ta’ ħlas. Jekk in-negozjanti jkunu jistgħu jagħżlu akkwirent minn barra l-Istat Membru proprju tagħhom ("akkwist transfruntier"), li jkun iffaċilitat mill-impożizzjoni tal-istess livell massimu ta’ tariffi tal-interkambju transfruntieri u lokali għal tranżazzjonijiet ta’ akkwist u l-projbizzjoni ta' liċenzjar territorjali, għandha tiġi pprovduta ċ-ċarezza legali meħtieġa u ostakolata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn is-sistemi tal-kards tal-ħlas.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Bħala konsegwenza tar-rabtiet u l-impenji unilaterali aċċettati fil-qafas tal-proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, ħafna tranżazzjonijiet transfruntiera ta’ ħlas bil-kard fl-Unjoni diġà qegħdin jitwettqu skont it-tariffi massimi tal-interkambju applikabbli għall-ewwel fażi ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet marbutin ma’ dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ malajr, hekk li jinħolqu opportunitajiet għall-bejjiegħa bl-imnut biex ifittxu servizzi orħos ta’ akkwist transfruntiera, u l-komunitajiet bankarji u l-iskemi domestiċi jiġu inċentivati biex ibaxxu t-tariffi tagħhom tal-akkwist.
(16)  Bħala konsegwenza tar-rabtiet u l-impenji unilaterali aċċettati fil-qafas tal-proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, ħafna tranżazzjonijiet transfruntiera ta’ ħlas bil-kard fl-Unjoni diġà qegħdin jitwettqu skont it-tariffi massimi tal-interkambju. Sabiex tiġi prevista l-kompetizzjoni ġusta fis-suq għall-akkwist tas-servizzi, id-dispożizzjonijiet marbutin ma’ tranżazzjonijiet transfrunitieri u nazzjonali għandhom japplikaw simultanjament u fi ħdan perjodu raġonevoli wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, b'kunsiderazzjoni għad-diffikultà u l-kumplessità tal-migrazzjoni tas-sistemi tal-kards tal-ħlas, li dan ir-Regolament jesiġi.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Għat-tranżazzjonijiet domestiċi, huwa meħtieġ perjodu ta’ tranżizzjoni li jagħti lill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament u lill-iskemi żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda. Għaldaqstant, wara perjodu ta’ sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u sabiex tkun ipprovduta implimentazzjoni sħiħa ta’ suq intern għall-pagamenti bbażati fuq kard, il-limiti fuq it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet bil-kard tal-konsumatur għandhom jiġu estiżi biex ikopru l-pagamenti transfruntiera u domestiċi kollha.
(17)  Madankollu, huwa meħtieġ perjodu tranżitorju li jagħti lill-fornituri tas-servizzi ta’ pagamenti u lill-iskemi żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda. Għaldaqstant, wara perjodu ta’ sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u sabiex tkun ipprovduta implimentazzjoni sħiħa ta’ suq intern għall-pagamenti bbażati fuq kard, il-limiti fuq it-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet bil-kard tal-konsumatur għandhom ikopru l-pagamenti transfruntiera u domestiċi kollha.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 18
(18)  Sabiex ikun iffaċilitat l-akkwist transfruntiera, it-tranżazzjonijiet kollha (transfruntiera u domestiċi) magħmulin b’kard ta’ debitu "tal-konsumatur" u kull tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard għandu jkollhom tariffa massima tal-interkambju ta’ 0,20% u t-tranżazzjonijiet kollha (transfruntiera u domestiċi) magħmulin b’kard ta’ kreditu tal-konsumatur u t-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard imsejsa fuqhom għandu jkollhom tariffa massima tal-interkambju ta’ 0,30%.
(18)  It-tranżazzjonijiet kollha magħmulin b’kard ta’ debitu u kull tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard għandu jkollhom tariffa massima tal-interkambju ta’ 0,2 % u t-tranżazzjonijiet kollha b'kard ta' kreditu u t-tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq kard għandu jkollhom tariffa massima tal-interkambju ta’0,3 %
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 18a (ġdida)

Il-valutazzjoni tal-impatt turi li projbizzjoni tat-tariffi tal-interkambju għat-tranżazzjonijiet b’kard ta’ debitu tista’ tkun ta’ benefiċċju għall-aċċettazzjoni tal-kards, l-użu tal-kards u l-iżvilupp tas-suq uniku u tiġġenera iktar benefiċċji għan-negozjanti u l-konsumaturi minn limitu stabbilit fi kwalunkwe livell ogħla. Barra minn hekk tevita effetti negattivi fuq sistemi nazzjonali b'ebda tariffa ta' interkambju jew b'tariffi baxxi ħafna għal tranżazzjonijiet ta' debitu ta' limitu aktar għoli minħabba l-espansjoni transfruntiera jew entrati ġodda li jżidu l-livelli tat-tariffi sal-livell tal-limitu. Projbizzjoni fuq tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet ta' debitu bil-kard tindirizza wkoll it-theddida ta' esportazzjoni tal-mudell għat-tariffa tal-interkambju, għal servizzi ta' pagament ġodda u innovattivi bħal sistemi mobbli u onlajn.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 19a (ġdida)

(19a)  Skont il-prinċipji bażiċi tas-suq intern, l-akkwirenti għandhom ikunu jistgħu jfornu s-servizzi tagħhom lil dawk in-negozjanti fl-Unjoni kollha fejn japplikaw it-tariffi multilaterali tal-interkambju (MIFs) li japplikaw fis-suq nazzjonali tagħhom. M'għandhomx japplikaw MIFs aktar għoljin għal tranżazzjonijiet transfruntieri minn dawk li japplikaw għal tranżazzjonijiet nazzjonali.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  It-tranżazzjonijiet b’kard ta’ ħlas ġeneralment isiru fuq il-bażi ta’ żewġ mudelli tan-negozju ewlenin, l-hekk imsejħa skemi tal-kard ta’ ħlas ta’ tliet partijiet (id-detentur tal-kard – l-iskema ta’ akkwist u ħruġ – in-negozjant) u skemi tal-kard ta’ ħlas ta’ erba’ partijiet (id-detentur tal-kard – il-bank emittenti – il-bank akkwirenti – in-negozjant). Ħafna skemi tal-kard ta’ ħlas ta’ erba’ partijiet qegħdin jużaw tariffa tal-interkambju espliċita, ħafna drabi multilaterali. It-tariffi tal-interkambju (tariffi mħallsin mill-banek akkwirenti biex jinċentivaw il-ħruġ tal-kards u l-użu tagħhom) huma impliċiti fi skemi tal-kard ta’ ħlas ta’ tliet partijiet. Sabiex l-eżistenza ta’ tariffi impliċiti tal-interkambju tkun rikonoxxuta u jingħata kontribut għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet indaqs, l-iskemi tal-kard ta’ ħlas ta’ tliet partijiet li jużaw il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament bħala emittenti jew akkwirenti għandhom jiġu kkunsidrati bħala skemi tal-kard ta’ ħlas ta’ erba’ partijiet u għandhom isegwu l-istess regoli, filwaqt li t-trasparenza u miżuri oħra marbutin mar-regoli tan-negozju għandhom japplikaw għall-fornituri kollha.
(22)  It-tranżazzjonijiet b’kard ta’ ħlas ġeneralment isiru fuq il-bażi ta’ żewġ mudelli tan-negozju ewlenin, l-hekk imsejħa skemi tal-kard ta’ ħlas ta’ tliet partijiet (id-detentur tal-kard – l-iskema ta’ akkwist u ħruġ – in-negozjant) u skemi tal-kard ta’ ħlas ta’ erba’ partijiet (id-detentur tal-kard – il-bank emittenti – il-bank akkwirenti – in-negozjant). Ħafna skemi tal-kard ta’ ħlas ta’ erba’ partijiet qegħdin jużaw tariffa tal-interkambju espliċita, ħafna drabi multilaterali. It-tariffi tal-interkambju (tariffi mħallsin mill-banek akkwirenti biex jinċentivaw il-ħruġ tal-kards u l-użu tagħhom) huma impliċiti fi skemi tal-kard ta’ ħlas ta’ tliet partijiet. Sabiex l-eżistenza ta’ tariffi impliċiti tal-interkambju tkun rikonoxxuta u jingħata kontribut għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet indaqs, l-iskemi tal-kard ta’ ħlas ta’ tliet partijiet li jużaw il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament bħala emittenti jew akkwirenti għandhom jiġu kkunsidrati bħala skemi tal-kard ta’ ħlas ta’ erba’ partijiet u għandhom isegwu l-istess regoli, filwaqt li t-trasparenza u miżuri oħra marbutin mar-regoli tan-negozju għandhom japplikaw għall-fornituri kollha. L-iskemi ta’ tliet partijiet għandhom jaċċettaw tranżazzjonijiet li saru bl-użu tal-kards tagħhom minn kwalunkwe akkwirent abbażi ta’ standards ġenerali ta’ tranżazzjoni b’kards u regoli ta’ akkwisti komparabbli mar-regoli tan-negozjanti għall-iskemi ta’ tliet partijiet speċifiċi u b’limiti tal-interkambju skont dan ir-Regolament.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  Importanti jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-tariffi tal-interkambju li għandhom jitħallsu jew jiġu riċevuti mill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma jiġux evaduti bi flussi alternattivi ta’ tariffi lill-fornituri tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament. Biex dan jiġi evitat, il-“kumpens nett” tat-tariffi mħallsa u riċevuti mill-fornitur tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament minn skema tal-kard ta’ ħlas għandu jitqies bħala tariffa tal-interkambju. Meta tiġi kkalkolata t-tariffa tal-interkambju, bil-għan li jiġi vverifikat jekk tkunx qed isseħħ l-evażjoni, għandu jitqies l-ammont totali ta’ pagamenti jew inċentivi riċevuti minn fornitur tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament mingħand skema tal-kard ta’ ħlas fir-rigward tat-tranżazzjonijiet irregolati, bi tnaqqis tat-tariffi mħallsa mill-fornitur tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament lill-iskema. Il-pagamenti, l-inċentivi u t-tariffi kkunsidrati jistgħu jkunu diretti (jiġifieri bbażati fuq il-volum jew speċifiċi għat-tranżazzjoni) jew indiretti (inklużi inċentivi tal-kummerċjalizzazzjoni, bonusijiet, skontijiet talli jintlaħqu ċerti volumi ta’ tranżazzjonijiet).
(23)  Importanti jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-tariffi tal-interkambju li għandhom jitħallsu jew jiġu riċevuti mill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma jiġux evaduti bi flussi alternattivi ta’ tariffi lill-fornituri tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament. Biex dan jiġi evitat, il-“kumpens nett” tat-tariffi mħallsa u riċevuti mill-fornitur tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament, inklużi tariffi ta’ awtorizzazzjoni possibbli, minn skema tal-kard ta’ ħlas għandu jitqies bħala tariffa tal-interkambju. Meta tiġi kkalkolata t-tariffa tal-interkambju, bil-għan li jiġi vverifikat jekk tkunx qed isseħħ l-evażjoni, għandu jitqies l-ammont totali ta’ pagamenti jew inċentivi riċevuti minn fornitur tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament mingħand skema tal-kard ta’ ħlas fir-rigward tat-tranżazzjonijiet irregolati, bi tnaqqis tat-tariffi mħallsa mill-fornitur tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament lill-iskema u l-inċentivi monetarji jew ekwivalenti riċevuti minn detentur ta’ kard minn skema tal-kard ta' ħlas. Il-pagamenti, l-inċentivi u t-tariffi kollha sew diretti (jiġifieri bbażati fuq il-volum jew speċifiċi għat-tranżazzjoni) sew indiretti (inklużi inċentivi tal-kummerċjalizzazzjoni, bonusijiet, skontijiet talli jintlaħqu ċerti volumi ta’ tranżazzjonijiet). Meta jiġi vverifikat jekk ikunux qed jiġu evitati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jikkontrolla li qed iseħħ l-ammont massimu ta’ tariffi tal-interkambju, il-profitti tal-emittenti tal-kards li jirriżultaw minn programmi speċjali mwettqa b’mod konġunt mill-emittenti tal-kards ta’ ħlas u mill-iskemi tal-kards ta’ ħlas u d-dħul mill-ipproċessar, il-liċenzjar, u tariffi oħra li jipprovdu dħul lill-organizzazzjonijiet tal-kards għandhom jitqiesu b’mod partikolari.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Għall-funzjonament effettiv tal-limitazzjonijiet fuq ir-Regola li għandek Tonora l-Kards Kollha, ċerta informazzjoni hija indispensabbli. L-ewwel nett, il-benefiċjarji għandu jkollhom il-mezz biex jidentifikaw il-kategoriji differenti tal-kards. Għaldaqstant, id-diversi kategoriji għandhom ikunu jingħarfu b’mod viżibbli u b’mod elettroniku fl-apparat. It-tieni nett, il-pagatur ukoll għandu jkun infurmat dwar l-aċċettazzjoni tal-istrument(i) ta’ ħlas tiegħu f’punt tal-bejgħ partikolari. Huwa neċessarju li kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu ta’ marka partikolari titħabbar mill-benefiċjarju lill-pagatur fl-istess ħin u taħt l-istess kundizzjonijiet li tingħata l-informazzjoni li marka partikolari hija aċċettata.
(30)  Il-benefiċjarji u min iħallas għandu jkollhom il-mezz biex jidentifikaw il-kategoriji differenti tal-kards. Għaldaqstant, id-diversi kategoriji għandhom ikunu jingħarfu b’mod elettroniku u għall-istrumenti ta’ pagament ibbażat fuq kard li għadhom kif inħarġu anke b’mod viżibbli fuq l-apparat jew fuq it-terminal tal-ħlas. It-tieni nett, il-pagatur ukoll għandu jkun infurmat dwar l-aċċettazzjoni tal-istrument(i) ta’ ħlas tiegħu f’punt tal-bejgħ partikolari.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 30a (ġdida)

Pagament huwa ftehim bejn min iħallas u min jitħallas. Sabiex ikun hemm kompetizzjoni effettiva bejn il-marki, huwa importanti li l-għażla tal-applikazzjoni tal-ħlas għandha ssir mill-utenti, u mhux tiġi imposta mis-suq upstream, li tinkludi sistemi ta’ kards tal-ħlas, fornituri u proċessuri tas-servizzi ta’ ħlas. Tali ftehim ma għandux iżomm lil min iħallas u lil min jitħallas milli jistabbilixxu għażla awtomatika tal-applikazzjoni, fejn teknikament possibbli, sakemm din l-għażla tista’ tiġi mibdula għal kull tranżazzjoni. Jekk min jitħallas jagħżel applikazzjoni appoġġata mit-tnejn li huma, l-utent għandu jkun jista’ jirrifjutaha u jagħżel l-applikazzjoni tal-preferenza tiegħu.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 31
(31)  Sabiex ikun żgurat li r-rimedju jkun possibbli fejn dan ir-Regolament ikun ġie applikat b’mod żbaljat, jew fejn jinqala’ tilwim bejn l-utenti tas-servizzi ta’ pagament u l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri adegwati u effettivi ta’ lment u rimedju barra l-qorti. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawn il-penali jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, u li jiġu applikati.
(31)  Sabiex ikun żgurat li r-rimedju jkun possibbli fejn dan ir-Regolament ikun ġie applikat b’mod żbaljat, jew fejn jinqala’ tilwim bejn l-utenti tas-servizzi ta’ pagament u l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri adegwati u effettivi ta’ lment u rimedju barra l-qorti. L-Istati Membri, skont linji gwida stabbiliti mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) ("ABE"), u stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a , għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawn il-penalitajiet ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi u li jiġu applikati.

_________________

1aRegolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti uniformi tekniċi u tan-negozju għat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas bil-kard magħmulin fl-Unjoni, meta kemm il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur kif ukoll il-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-benefiċjarju huma stabbiliti hemmhekk.
1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti uniformi tekniċi u tan-negozju għat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażat fuq kard magħmulin fl-Unjoni, meta kemm il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur kif ukoll il-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-benefiċjarju huma stabbiliti hemmhekk.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
2.  Dan ir-Regolament ma japplikax għal strumenti ta’ ħlas li jistgħu jintużaw biss f’netwerk limitat maħsub biex jindirizza ħtiġijiet preċiżi permezz ta’ strumenti ta’ ħlas li jintużaw biss b’manjiera limitata, minħabba li dawn jippermettu lid-detentur tal-istrument speċifiku li jakkwista prodotti jew servizzi fil-post tal-kummerċ tal-emittent biss, fi ħdan netwerk limitat ta’ fornituri tas-servizzi skont ftehim kummerċjali dirett ma’ emittent professjonali, jew minħabba li jistgħu jintużaw biss għall-akkwist ta’ firxa limitata ta’ prodotti jew servizzi.
2.  Dan ir-Regolament ma japplikax għal strumenti ta’ ħlas li jistgħu jintużaw biss f’netwerk limitat maħsub biex jindirizza ħtiġijiet preċiżi permezz ta’ strumenti ta’ ħlas li jintużaw biss b’manjiera limitata, minħabba li dawn jippermettu lid-detentur tal-istrument speċifiku li jakkwista prodotti jew servizzi fil-post tal-kummerċ tal-emittent biss, fi ħdan netwerk limitat ta’ fornituri tas-servizzi skont ftehim kummerċjali dirett ma’ emittent professjonali, jew minħabba li jistgħu jintużaw biss għall-akkwist ta’ firxa limitata ħafna ta’ prodotti jew servizzi.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt a
(a)  tranżazzjonijiet b’kards kummerċjali,
imħassar
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt b
(b)  ġbid ta’ flus kontanti minn magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus u
(b)  ġbid ta’ flus kontanti jew tranżazzjonijiet għajr bejgħ ta' prodotti u servizzi li saru minn magni awtomatiċi għall-ġbid tal-flus u ħlasijiet f'kontanti fil-punt ta' ħlas fil-bini tal-fornitur tas-servizz għall-ħlas; kif ukoll
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt c
(c)  tranżazzjonijiet b’kards maħruġin minn skemi ta’ ħlas bil-kard ta’ tliet partijiet.
(c)  tranżazzjonijiet b’kards maħruġin minn skemi ta’ ħlas bil-kard ta’ tliet partijiet jekk il-volum tagħhom ma jaqbiżx limitu stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea;
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 4a (ġdid)

4a.  L-Artikoli 6 u 7 m’għandhomx japplikaw għall-iskemi domestiċi ta’ kards ta’ debitu li joperaw b’tariffa tal-interkambju medja jew mudell ta’ kumpens nett verifikabbli taħt il-valur limitu fl-Artikoli 3 u 4.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 4
(4)  "tranżazzjoni b’kard ta’ debitu" tfisser tranżazzjoni b’kard ta’ ħlas inkluża ma’ kards imħallsin minn qabel marbutin ma’ kont ta’ aċċess kurrenti jew ta’ depożitu li għalih tkun iddebitata tranżazzjoni fi żmien 48 siegħa jew inqas wara li t-tranżazzjoni tkun ġiet awtorizzata/mibdija.
(4)  “tranżazzjoni ta’ debitu b’kard” tfisser tranżazzjoni ta’ ħlas ibbażat fuq kard marbuta ma’ kont ta’ aċċess kurrenti jew ta’ depożitu li għalih tkun iddebitata tranżazzjoni immedjatament wara li t-tranżazzjoni tkun ġiet ikklerjata.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 5
(5)  "tranżazzjoni b’kard ta’ kreditu" tfisser tranżazzjoni b’kard ta’ ħlas fejn it-tranżazzjoni tiġi rregolata aktar minn 48 siegħa wara li t-tranżazzjoni tkun ġiet awtorizzata/mibdija;
(5)  "tranżazzjoni ta’ kreditu b'kard" tfisser tranżazzjoni ta’ ħlas ibbażata fuq kard fejn it-tranżazzjoni tiġi ddebitata tal-anqas jumejn ta' xogħol wara li t-tranżazzjoni tkun ġiet awtorizzata/mibdija
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 8
(8)  "tranżazzjoni ta’ pagament transfruntiera" tfisser pagament bil-kard jew tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard mibdija minn pagatur jew minn benefiċjarju fejn il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur u l-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju huma stabbiliti fi Stati Membri differenti jew fejn il-pagament bil-kard jinħareġ minn fornitur ta’ servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak tal-punt tal-bejgħ;
(8)  “tranżazzjoni ta’ pagament transfruntiera” tfisser pagament bil-kard jew tranżazzjoni ta’ pagament ibbażata fuq kard mibdija minn pagatur jew minn benefiċjarju fejn il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur jew il-punt ta' bejgħ huma stabbiliti fi Stat Membru differenti minn dak tal-fornitur tas-servizz għall-ħruġ ta' pagament tal-benefiċjarju jew fejn il-kard ta’ ħlas jinħareġ minn fornitur ta’ servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak tal-punt tal-bejgħ, inkluż meta benefiċjarju juża s-servizzi ta’ akkwirent li jinsab fi Stat Membru ieħor;
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 12a (ġdid)

"kard tal-ħlas" tfisser kard ta' debitu jew kreditu li lid-detentur tal-kard tintitolah ikollu aċċess għall-fondi tad-detentur tal-kard, jew li tippermetti lid-detentur tal-kard jagħmel ħlas permezz tal-intermedjazzjoni ta' akkwirent u li hija aċċettata minn min jitħallas sabiex tiġi pproċessata tranżazzjoni ta' ħlas;
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 13
(13)  "skema ta’ kards ta’ ħlas" tfisser sett uniku ta’ regoli, prattiċi, standards u/jew linji gwida ta’ implimentazzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas madwar l-Unjoni jew fl-Istati Membri, u li hija separata minn kwalunkwe infrastruttura jew sistema ta’ pagament li ssostni l-operat tagħha;
(13)  "skema ta’ ħlas" tfisser sett uniku ta’ regoli, prattiċi, standards u/jew linji gwida ta’ implimentazzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ ħlas madwar l-Unjoni jew fl-Istati Membri, u li hija separata minn kwalunkwe infrastruttura jew sistema ta’ pagament li ssostni l-operat tagħha;
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 15
(15)  "skema ta’ ħlas bil-kard ta’ tliet partijiet" tfisser skema ta’ ħlas bil-kard li fiha l-pagamenti jsiru mill-kont ta’ pagament miżmum mill-iskema għan-nom tad-detentur tal-kard fil-kont ta’ pagament miżmum mill-iskema għan-nom tal-benefiċjarju, u tranżazzjonijiet ibbażati fuq kard imsejsa fuq l-istess struttura. Meta skema ta’ ħlas bil-kard ta’ tliet partijiet tilliċenza fornituri oħrajn ta’ servizzi ta’ pagament għall-ħruġ u/jew l-akkwist ta’ kards ta’ ħlas, titqies bħala skema ta’ ħlas bil-kard ta’ erba’ partijiet;
(15)  "skema ta’ ħlas bil-kard ta’ tliet partijiet" tfisser skema ta’ ħlas bil-kard li fiha l-pagamenti jsiru mill-kont ta’ pagament miżmum mill-iskema għan-nom ta' min iħallas fil-kont ta’ pagament miżmum mill-iskema għan-nom tal-benefiċjarju, u tranżazzjonijiet ibbażati fuq kard imsejsa fuq l-istess struttura. Meta skema ta’ ħlas bil-kard ta’ tliet partijiet tilliċenzja fornituri oħrajn ta’ servizzi ta’ pagament għall-ħruġ u/jew l-akkwist ta’ kards ta’ ħlas, jew toħroġ kards ta’ ħlas flimkien ma’ sieħeb konġunt tal-marka jew permezz ta’ aġent, titqies bħala skema ta’ ħlas bil-kard ta’ erba’ partijiet;
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – titolu
It-tariffi tal-interkambju fuq kard ta’ debitu jew ta’ kreditu tal-konsumatur transfruntiera
It-tariffi tal-interkambju fuq tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażati fuq kard ta’ debitu jew ta’ kreditu tal-konsumatur
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  B’effett minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma għandhomx joffru jew jitolbu għal tranżazzjonijiet transfruntiera b’kard ta’ debitu tariffa tal-interkambju fuq kull tranżazzjoni jew xi rimunerazzjoni oħra miftiehma b’għan jew effett ekwivalenti ta’ iktar minn 0,2 % tal-valur tat-tranżazzjoni.
1.  B’effett minn ...*, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma għandhomx joffru jew jitolbu għal tranżazzjonijiet ta' debitu b’kard tariffa tal-interkambju fuq kull tranżazzjoni jew xi rimunerazzjoni oħra miftiehma b’għan jew effett ekwivalenti ta’ iktar mill-ammont iktar baxx ta’ 7 ċenteżmi ta' euro jew 0,2 % tal-valur tat-tranżazzjoni.

____________

* Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2
2.  B’effett minn xahrejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma għandhomx joffru jew jitolbu għal tranżazzjonijiet transfruntiera b’kard ta’ kreditu tariffa tal-interkambju fuq kull tranżazzjoni jew xi rimunerazzjoni oħra miftiehma b’għan jew effett ekwivalenti ta’ iktar minn 0,3 % tal-valur tat-tranżazzjoni.
2.  B’effett minn ...* , il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma għandhomx joffru jew jitolbu għal tranżazzjonijiet ta' kreditu b'kard tariffa tal-interkambju fuq kull tranżazzjoni jew xi rimunerazzjoni oħra miftiehma b’għan jew effett ekwivalenti ta’ iktar minn 0,3 % tal-valur tat-tranżazzjoni.

____________

* Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

2a.  L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jżommu jew jintroduċu livelli iktar baxxi jew miżuri b’għan jew effett ekwivalenti permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 4
Artikolu 4
imħassar
It-tariffi tal-interkambju fuq it-tranżazzjonijiet kollha ta’ debitu jew ta’ kreditu b’kard

1.  B’effett minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma għandhomx joffru jew jitolbu tariffa tal-interkambju fuq kull tranżazzjoni jew xi rimunerazzjoni oħra miftiehma b’għan jew effett ekwivalenti ta’ iktar minn 0,2 % tal-valur tat-tranżazzjoni għal kwalunkwe tranżazzjonijiet ibbażati fuq kard ta’ debitu.

2.  B’effett minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma għandhomx joffru jew jitolbu tariffa tal-interkambju fuq kull tranżazzjoni jew xi rimunerazzjoni oħra miftiehma b’għan jew effett ekwivalenti ta’ iktar minn 0,3 % tal-valur tat-tranżazzjoni għal kwalunkwe tranżazzjonijiet ibbażati fuq kard ta’ kreditu.

Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 5
5.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-limiti msemmija fl-Arikolu 3 u fl-Artikolu 4, kwalunkwe kumpens nett riċevut minn bank emittenti mingħand skema ta’ kard ta’ ħlas fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament jew attivitajiet relatati għandu jiġi ttrattat bħala parti mit-tariffa tal-interkambju.
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-limiti msemmija fl-Arikolu 3, kwalunkwe kumpens nett riċevut minn fornitur tas-servizzi ta’ pagament emittenti fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament għandu jiġi ttrattat bħala parti mit-tariffa tal-interkambju.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprevjenu kwalunkwe tentattiv mill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament li jevitaw ir-regoli stabbiliti b’dan ir-Regolament, inkluż il-ħruġ mhux min-naħa tal-UE ta’ kards ta’ ħlas.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

4a.  Kwalunkwe restrizzjoni fuq l-għoti ta’ servizzi relatati mal-ħlas fir-regoli dwar l-iskemi ta’ kards ta’ ħlas għandha tiġi pprojbita, ħlief jekk tkun mhux diskriminatorja u oġġettivament meħtieġa biex tiġi operata l-iskema ta’ ħlas.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 6a (ġdid)

Artikolu 6a

Tranżizzjonijiet transfruntieri

Għal tranżazzjonijiet transfruntieri, it-tariffa tal-interkambju applikabbli hija t-tariffa tal-interkambju tal-pajjiż tal-akkwirent.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  L-iskemi ta’ kards ta’ ħlas għandhom jippermettu l-possibbiltà li l-messaġġi ta’ awtorizzazzjoni u ta’ kklerjar ta’ tranżazzjonijiet b’kard unika jiġu separati u pproċessati minn entitajiet ta’ pproċessar differenti.
2.  L-iskemi ta’ kards ta’ ħlas u l-emittenti għandhom jippermettu l-possibbiltà li l-messaġġi ta’ awtorizzazzjoni u ta’ kklerjar ta’ tranżazzjonijiet b’kard unika jiġu separati u pproċessati minn entitajiet ta’ pproċessar differenti. Regoli dwar l-iskemi u regoli fi ftehimiet ta’ liċenzjar jew kuntratti oħra li jwasslu għal restrizzjoni fuq il-libertà li wieħed jagħżel proċessur għandhom jiġu pprojbiti.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 4
4.  L-entitajiet ta’ pproċessar fl-Unjoni għandhom jiżguraw li s-sistema tagħhom hija teknikament interoperabbli ma’ sistemi oħrajn ta’ entitajiet ta’ pproċessar fl-Unjoni permezz tal-użu ta’ standards żviluppati minn korpi ta’ standardizzazzjoni internazzjonali jew Ewropej. Barra minn dan, l-entitajiet ta’ pproċessar ma għandhomx jadottaw jew japplikaw regoli tan-negozju li jirrestrinġu l-interoperabbiltà ma’ entitajiet oħrajn ta’ pproċessar fl-Unjoni.
4.  Sa ...* l-entitajiet ta’ pproċessar fl-Unjoni għandhom jiżguraw li s-sistema tagħhom hija teknikament interoperabbli ma’ sistemi oħrajn ta’ entitajiet ta’ pproċessar fl-Unjoni permezz tal-użu ta’ standards żviluppati minn korpi ta’ standardizzazzjoni internazzjonali jew Ewropej. Barra minn dan, l-entitajiet ta’ pproċessar ma għandhomx jadottaw jew japplikaw regoli tan-negozju li jirrestrinġu l-interoperabbiltà ma’ entitajiet oħrajn ta’ pproċessar fl-Unjoni.

4a.  Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ma' dan l-Artikolu, l-ABE għandha, wara li tikkonsulta ma' bord ta' konsulenza kif imsemmi fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu rekwiżiti li sistemi ta' ħlas, skemi ta' ħlas u entitajiet għall-ipproċessar għandhom jikkonformaw magħhom sabiex jiġi żgurat suq għall-ipproċessar tal-kards kompletament miftuħ u kompetittiv.

L-ABE għandha tressaq dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ..**.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Ir-rekwiżiti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jidħlu fis-seħħ sa ... *** u għandhom jiġu aġġornati fuq bażi regolari kif xieraq

________________

* Sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

** Id-data:

*** Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 4b (ġdid)

4b.  L-Istati Membri jistgħu jeżentaw skemi ta' pagament ibbażati fuq il-kard li għadhom kif ġew stabbiliti milli japplikaw dan l-Artikolu għal perjodu limitat ta' żmien permezz ta' deroga mill-Artikoli 1 sa 4b wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  Kwalunkwe regoli ta’ skemi jew regoli fi ftehimiet li jagħtu liċenza li jfixklu jew jipprevjenu emittent milli jagħmel co-badging ta’ żewġ marki differenti jew iżjed ta’ strumenti ta’ ħlas fuq kard, telekomunikazzjoni, jew apparat diġitali jew tal-IT, għandhom ikunu pprojbiti.
1.  Kwalunkwe regoli ta’ skemi u regoli fi ftehimiet li jagħtu liċenzja jew miżuri li għandhom l-istess effett li jfixklu jew jipprevjenu emittent milli jagħmel co-badging ta’ żewġ marki differenti jew iżjed ta’ strumenti ta’ ħlas fuq kard, telekomunikazzjoni, jew apparat diġitali jew tal-IT, għandhom ikunu pprojbiti.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

1a.  Meta jidħol fi ftehim kuntrattwali ma’ fornitur tas-servizzi ta’ pagament, il-konsumatur għandu jingħata l-possibbiltà li jiddeċiedi jekk għandux bżonn żewġ marki differenti jew aktar ta’ strumenti ta’ ħlas fuq il-kard, telekomunikazzjoni, jew l-apparat diġitali jew tal-IT tiegħu. Qabel ma jiġi ffirmat il-kuntratt, il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament għandu jipprovdi lill-konsumatur informazzjoni ċara u oġġettiva dwar il-marki ta’ pagament kollha disponibbli u l-karatteristiċi tagħhom (funzjonalitajiet, spiża, sigurtà).
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  Kwalunkwe differenza fit-trattament tal-emittenti u l-akkwirenti f’regoli ta’ skemi u regoli fi ftehimiet ta’ għoti ta’ liċenza li jikkonċernaw il-co-badging fuq kard, telekomunikazzjoni, jew apparat diġitali jew tal-IT għandha tkun oġġettivament ġustifikata u mhux diskriminatorja.
2.  Kwalunkwe differenza fit-trattament tal-emittenti jew l-akkwirenti f’regoli ta’ skemi u regoli fi ftehimiet ta’ għoti ta’ liċenzja li jikkonċernaw il-co-badging jew koresidenza ekwivalenti tal-marki jew l-applikazzjonijiet differenti fuq kard, telekomunikazzjoni, jew apparat diġitali jew tal-IT għandha tkun oġġettivament ġustifikata u mhux diskriminatorja.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
3.  L-iskemi ta’ kards ta’ ħlas ma għandhomx jimponu rekwiżiti ta’ rapporti, obbligi ta’ ħlas ta’ tariffi jew obbligi oħrajn bl-istess għan jew effett fuq il-fornituri tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ kards ta’ ħlas u ta’ akkwist ta’ pagament għal tranżazzjonijiet magħmula bi kwalunkwe apparat li fuqu hija preżenti l-marka tagħhom fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet li fihom l-iskema tagħhom ma tintużax.
3.  L-iskemi ta’ kards ta’ ħlas ma għandhomx jimponu rekwiżiti ta’ rapporti, obbligi ta’ ħlas ta’ tariffi jew obbligi simili bl-istess għan jew effett fuq il-fornituri tas-servizzi ta’ ħruġ ta’ kards ta’ ħlas u ta’ akkwist ta’ pagament għal tranżazzjonijiet magħmula bi kwalunkwe apparat li fuqu hija preżenti l-marka tagħhom fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet li fihom l-iskema tagħhom ma tintużax.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
4.  Kwalunkwe prinċipji ta’ għażla tar-rotta maħsuba biex jidderieġu t-tranżazzjonijiet minn mezz jew proċess speċifiku, u standards u rekwiżiti oħrajn tekniċi u ta’ sigurtà fir-rigward tat-trattament ta’ iktar minn marka waħda ta’ kard ta’ ħlas fuq kard, telekomunikazzjoni, jew apparat diġitali jew tal-IT, ma għandhomx ikunu diskriminatorji u għandhom jiġu applikati b’mod mhux diskriminatorju.
4.  Kwalunkwe prinċipji jew miżuri ekwivalenti ta’ għażla tar-rotta maħsuba biex jidderieġu t-tranżazzjonijiet minn mezz jew proċess speċifiku, u standards u rekwiżiti oħrajn tekniċi u ta’ sigurtà fir-rigward tat-trattament ta’ iktar minn marka waħda ta’ kard ta’ ħlas jew ekwivalenti fuq kard, telekomunikazzjoni, jew apparat diġitali jew tal-IT, ma għandhomx ikunu diskriminatorji u għandhom jiġu applikati b’mod mhux diskriminatorju.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 6
6.  L-iskemi ta’ kards ta’ ħlas, l-emittenti, l-akkwirenti u l-infrastruttura li timmaniġġja l-kards ta’ ħlas ma għandhiex iddaħħal mekkaniżmi, softwer jew apparat awtomatiku fl-istrument ta’ ħlas jew fit-tagħmir applikat fil-punt tal-bejgħ li jillimitaw l-għażla tal-applikazzjoni mill-pagatur meta dan ikun qed juża strument ta’ ħlas li jkun co-badged.
6.  L-iskemi ta’ kards ta’ ħlas, l-emittenti, l-akkwirenti u l-infrastruttura li timmaniġġja l-kards ta’ ħlas ma għandhiex iddaħħal mekkaniżmi, softwer jew apparat awtomatiku fl-istrument ta’ ħlas jew fuq tagħmir applikat fil-punt tal-bejgħ li jillimitaw l-għażla tal-applikazzjoni mill-pagatur u l-benefiċjarju meta dan ikun qed juża strument ta’ ħlas li jkun co-badged. Il-benefiċjarji għandhom iżommu l-għażla li jinstallaw mekkaniżmi awtomatiċi fit-tagħmir użat fil-punt tal-bejgħ li jagħmlu għażla prijorità ta' marka jew applikazzjoni partikolari. Madankollu, il-benefiċjarji ma għandhomx jipprevjenu li l-kapaċità tal-pagatur, għall-kategoriji ta’ kards jew strumenti ta’ ħlas relatati aċċettati mill-benefiċjarju, li jissupera għażla ta’ prijorità awtomatika magħmula mill-benefiċjarju fit-tagħmir tiegħu.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  L-akkwirenti għandhom joffru u jiċċarġjaw lill-benefiċjarji tariffi għas-servizzi tan-negozjant speċifikati individwalment għall-kategoriji differenti u l-marki differenti ta’ kards ta’ ħlas sakemm in-negozjanti ma jitolbux bil-miktub lill-fornituri tas-servizzi ta’ akkwist ta’ pagament biex it-tariffi għas-servizzi tan-negozjant jiċċarġjawhom imħalltin flimkien.
1.  L-akkwirenti għandhom joffru u jiċċarġjaw lill-benefiċjarji tariffi għas-servizzi tan-negozjant speċifikati individwalment għall-kategoriji differenti u l-marki differenti ta’ kards ta’ ħlas b’livelli ta’ tariffi tal-interkambju differenti sakemm in-negozjanti ma jitolbux bil-miktub lill-fornituri tas-servizzi ta’ akkwist ta’ pagament biex it-tariffi għas-servizzi tan-negozjant jiċċarġjawhom imħalltin flimkien.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
1.  L-iskemi ta’ ħlas u l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma għandhomx japplikaw xi regola li tista’ tobbliga lill-benefiċjarji jaċċettaw kards u strumenti oħrajn ta’ ħlas maħruġin minn fornitur wieħed ta’ servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament fil-qafas ta’ skema ta’ strumenti ta’ ħlas sabiex jaċċettaw ukoll strumenti oħrajn ta’ ħlas tal-istess marka u/jew kategorija maħruġin minn fornituri oħrajn tas-servizzi tal-ħruġ ta’ pagament fil-qafas tal-istess skema, ħlief meta jkunu soġġetti għall-istess tariffa regolata tal-interkambju.
1.  L-iskemi ta’ ħlas u l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma għandhomx japplikaw xi regola li tista’ tobbliga lill-benefiċjarji jaċċettaw kards u strumenti oħrajn ta’ ħlas maħruġin minn fornitur wieħed ta’ servizzi ta’ ħruġ ta’ pagament fil-qafas ta’ skema ta’ strumenti ta’ ħlas sabiex jaċċettaw ukoll strumenti oħrajn tal-ħlas tal-istess marka u/jew kategorija maħruġin minn fornituri oħrajn tas-servizzi tal-ħruġ ta’ pagament fil-qafas tal-istess skema, ħlief meta jkunu soġġetti għall-istess tariffa tal-interkambju li, barra minn hekk, tikkonforma mal-limiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4
4.  Il-fornituri tas-servizzi tal-ħruġ ta’ pagament għandhom jiżguraw li l-istrumenti tagħhom ta’ pagament huma viżibbli u elettronikament identifikabbli, b’mod li l-benefiċjarji jidentifikaw b’mod inekwivoku liema marki u kategoriji ta’ kards imħallsin minn qabel, ta’ debitu, ta’ kreditu jew kummerċjali jew pagamenti bbażati fuq kards imsejsa fuqhom jiġu magħżula mill-pagatur.
4.  Sa ...* il-fornituri tas-servizzi tal-ħruġ ta’ pagament għandhom jiżguraw li l-istrumenti tagħhom ta’ pagament huma elettronikament identifikabbli, u, fil-każ tal-istrumenti ta’ ħlas tagħhom ibbażati fuq kard li jkunu għadhom kif inħarġu, ikunu wkoll identifikabbli b’mod viżibbli, b’mod li l-benefiċjarji u l-pagaturi jkunu jistgħu jidentifikaw b’mod inekwivoku liema marki u kategoriji ta’ kards imħallsin minn qabel, ta’ debitu, ta’ kreditu jew kummerċjali jew pagamenti bbażati fuq kards imsejsa fuqhom jiġu magħżula mill-pagatur.

________________

* Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3
3.  Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar imposti, skontijiet u prattiċi oħrajn ta’ gwida stipulati fl-Artikolu 55 tal-proposta COM (2013)547 u fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/83/UE22.
3.  Il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar imposti, skontijiet u prattiċi oħrajn ta’ gwida stipulati fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2014/.../UE [PSD] u fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/83/UE22.
__________________
__________________
22 Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur…
22 Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

2a.  Meta jidħol fi ftehim kuntrattwali ma’ fornitur tas-servizzi ta’ pagament, il-konsumatur għandu jingħata wkoll informazzjoni perjodika ċara u oġġettiva dwar il-karatteristiċi ta’ pagament u t-tariffi ta’ pagament applikati għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jiġu applikati. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jiġu applikati. L-ABE tista' toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 sabiex tiżgura li dawk il-penali jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri adegwati u effettivi ta’ lment u rimedju barra l-qorti għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim li jinqala’ taħt dan ir-Regolament bejn il-benefiċjarji u l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament tagħhom. Għal dawn il-finijiet, l-Istati Membri għandhom jaħtru korpi eżistenti, fejn xieraq, jew jistabbilixxu korpi ġodda.
1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri, independenti, adegwati u effettivi ta’ lment u rimedju barra l-qorti għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim li jinqala’ taħt dan ir-Regolament bejn il-benefiċjarji u l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament tagħhom. Għal dawn il-finijiet, l-Istati Membri għandhom jaħtru korpi eżistenti, fejn xieraq, jew jistabbilixxu korpi ġodda. Il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament għandhom ikunu meħtieġa jaderixxu ma’ tal-inqas korp wieħed alternattiv għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawn il-korpi sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla sussegwenti li tkun tikkonċerna lil dawn il-korpi.
2.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawn il-korpi sa ... *. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla sussegwenti li tkun tikkonċerna lil dawn il-korpi.
____________
* Xahrejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament jieħdu sehem fi proċeduri ta’ tilwim skont il-paragrafu 1.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
Erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu janalizza b’mod partikulari l-adattezza tal-livelli tat-tariffi tal-interkambju u tal-mekkaniżmi ta’ gwida, bħall-imposti, waqt li jieħu inkonsiderazzjoni l-użu u l-ispiża tad-diversi mezzi ta’ pagamenti u l-livell ta’ dħul ta’ atturi ġodda u teknoloġija ġdida fis-suq.
Sa ...*, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu janalizza b’mod partikulari l-adattezza tal-livelli tat-tariffi tal-interkambju u tal-mekkaniżmi ta’ gwida, bħall-imposti, waqt li jieħu inkonsiderazzjoni l-użu u l-ispiża tad-diversi mezzi ta’ pagamenti u l-livell ta’ dħul ta’ atturi ġodda, ta' teknoloġija ġdida u ta' mudelli ta' negozju innovattivi fis-suq. Il-valutazzjoni għandha tikkunsidra b’mod partikolari:

(a)  l-iżvilupp ta’ tariffi għad-detenturi ta’ kards;

(b)  il-livell ta’ kompetizzjoni fost il-fornituri u l-iskemi ta’ kards ta’ ħlas;

(c)  l-effetti fuq l-ispejjeż għall-pagatur u l-benefiċjarju;

(d)  il-livelli ta' negozjanti li għaddew sforz it-tnaqqis fil-livelli ta' interskambju;

(e)  ir-rekwiżiti tekniċi u l-implikazzjonijiet tagħhom għall-partijiet kollha involuti;

(f)  l-effetti tal-co-badging fuq il-faċilità ta’ użu għall-utent, prinċipalment għall-anzjani u l-utenti l-iktar vulnerabbli.

Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu, jekk ikun xieraq, jiġu akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li tista' tinkludi emenda proposta tal-limitu massimu għal tariffi tal-interkambju.

_______________

* Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0167/2014).

Avviż legali - Politika tal-privatezza