Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 11 ta' Marzu 2014 - Strasburgu
Statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (setgħat iddelegati u implimentattivi) ***I
 L-istatistika għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi ***I
 L-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika KE-Stati Uniti ***
 Il-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għar-Rizorsi Ġenetiċi ***
 Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - applikazzjoni EGF/2013/008 ES/Comunidad Valenciana textiles minn Spanja
 Il-produzzjoni u d-disponibbiltà fis-suq ta' materjal riproduttiv tal-pjanti (il-liġi tal-materjal riproduttiv tal-pjanti) ***I
 Ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea (aġġustament mill-1 ta' Lulju 2011) ***I
 Ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea (aġġustament mill-1 ta' Lulju 2012) ***I
 Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni KE-Serbja ***II
 L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ***I
 L-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi ***I
 Il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għanijiet ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu ***I
 Garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra l-Unjoni Ewropea ***I
 Ir-riżorsi ġenetiċi ***I
 It-testijiet tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom ***I
 Dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi ***I
 L-affidabbiltà stradali ta' vetturi kummerċjali ***I
 Statistika tat-trasport bil-ferrovija ***I
 Il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku ***I
 L-istħarriġ dwar strutturi tal-impriżi agrikoli u l-istħarriġ dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola ***I
 Prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli ***I
 Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) - Rapport Annwali 2012
 Ir-Rieżami tas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji
 L-aċċess pubbliku għad-dokumenti għas-snin 2011-2013
 L-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2013
 L-Ortikultura
 Il-qerda tat-tortura fid-dinja
 L-Arabja Sawdija

Statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (setgħat iddelegati u implimentattivi) ***I
PDF 514kWORD 95k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 dwar statistika ta’ trasport ta’ merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni fir-rigward l-għoti ta’ setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri (COM(2013)0484 – C7-0205/2013 – 2013/0226(COD))
P7_TA(2014)0180A7-0003/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0484),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu  338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0205/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0003/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 dwar statistika ta’ trasport ta’ merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni fir-rigward l-għoti ta’ setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri

P7_TC1-COD(2013)0226


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposra mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li bagħtu l-abbozz ta’ att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(1),

Billi:

(1)  B'konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("it-Trattat"), is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni jeħtieġ li jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat.

(2)  B’rabta mal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2), il-Kummissjoni impenjat ruħha(3) li tanalizza, fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fit-Trattat, l-atti leġiżlattivi li ma kinux ġew adattati għall-proċedura regolatorja bi skrutinju qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jikkonferixxi setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(4)  Fil-kuntest tal-allinjament tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006 mar-regoli l-ġodda tat-TFUE, is-setgħat ta’ implimentazzjoni li attwalment huma kkonferiti lill-Kummissjoni għandhom jiġu pprovduti b’setgħat biex tadotta atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni.

(5)  Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006, sabiex jtqiesu t-tendenzi ekonomiċi u tekniċi, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tal-limitu għall-kopertura statistika dwar it-trasport tal-passaġġi fl-ilmijiet interni, l-adattament tad-definizzjonijiet u l-adozzjoni tad-definizzjonijiet addizzjonali, Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex jiġi adattat il-kamp tal-applikazzjoni tal-ġbir tad-dejta u l- kif ukoll l-adattament tal-kontenut tal-annessi. [Em. 1]

(6)  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn l-atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq l-unitajietdawk li jwieġbu. [Em. 2]

(7)  Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(8)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni kkonferiti lill-Kummissjoni biex tadotta arranġamenti għat-trażmissjoni tad-dejta inklużi standards għall-iskambjargħall-iskambju tad-data, għad-disseminazzjoni tar-riżultati mill-Kummissjoni (Eurostat) u wkoll biex jiġu żviluppati u ppubblikati kundizzjonijiet u kriterji ta’ metodoloġiċi mfassla biex tiġi żgurata l-kwalità tad-dejta prodotta. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Għandha tintuża l-proċedura ta' eżami għall-adozzjoni ta' dawk l-atti, minħabba l-ambitu ġenerali tagħhom. [Em. 3]

(9)  Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, huwa meħtieġ u xieraq biex jintlaħaq l-għanl-objettiv bażiku tal-allinjament tas-setgħat konferiti fuq il-Kummissjoni għall-Artikolipermezz tal-Artikoli  290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jiġu stabbiliti regoli komuni dwar dan l-allinjament fid-dominju tal-istatistika tat-trasport. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għanl-objettiv, skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. [Em. 4]

(10)  Biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa meħtieġ li l-proċeduri għall-adozzjoni ta' miżuri li nbdew iżda ma tlestewx qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ma jiġux affettwati minn dan ir-Regolament.

(11)  Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 huwa emendat kif ġej:

(-1a) Fl-Artikolu 2(4), punt (b) huwa mħassar; [Em. 5]

(-1b) Fl-Artikolu 2(4), punt (c) huwa mħassar; [Em. 6]

(1)  Fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:"

"5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, fejn dan ikun meħtieġ, skont l-Artikolu 9, li jieħu kont tat-tendenzi ekonomiċi u tekniċi, fir-rigward tal-adattament tal-limitu għall-kopertura statistika dwar it-trasport tal-passaġġi fl-ilmijiet interni.” [Em. 7]

"

(2)  Fl-Artikolu 3, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, fejn dan ikun meħtieġ, f’konformità mal-Artikolu 9, li jieħu kont tat-tendenzi ekonomiċi u tekniċi, fir-rigward tal-adattament tad-definizzjonijiet u l-adozzjoni tad-definizzjonijiet addizzjonali.” [Em. 8]

"

(3)  Fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:"

"4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, fejn dan ikun meħtieġ, f’konformità mal-Artikolu 9, li jieħu kont tat-tendenzi ekonomiċi u tekniċi, dwar l-adattament tal-kamp tal-applikazzjoni tal-ġbir tad-dejta u l-kontenut tal-Annessi.” [Em. 9]

"

(4)  Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:"

"2. Arranġamenti għat-trażmissjoni tad-dejta lill-Kummissjoni (Eurostat), inklużi standards għall-iskambjar tad-dejta, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(2).”

"

(5)  Fl-Artikolu 6, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:"

“Għandhom jiġu adottati arranġamenti għat-tixrid ta’ riżultati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(2).”

"

(6)  Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"

"1. Il-Kummissjoni għandha tadotta kundizzjonijiet u kriterji ta’ metodoloġiċi mfassla sabiex tiżgura l-kwalità tad-dejta prodotta f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).”

"

(6a)  Fl-Artikolu 7, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

"3a. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji tal-kwalità li jridu jiġu applikati għad-data li se tiġi trażmessa huma dawk imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

3b.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tispeċifika l-modalitajiet, l-istruttura, il-perjodiċità u l-elementi ta' komparabbiltà għar-rapporti tal-kwalità. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).

_____________________________

* Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).” [Em. 10]

"

(6b)  Fl-Artikolu 8, il-kliem introduttorju tal-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:Sal- 15 ta’ Ottubru 2009 u wara konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Programmi Statistiċi,"

“Sa …(5) u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Programmi Statistiċi, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament. B’mod partikolari, dak ir-rapport għandu:" [Em. 11]

"

(7)  L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 9

Eżerċizzju tas-setgħat delegatitad-delega [Em. 12]

1.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta' li jiġu adottati atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. [Em. 13]

2.  Meta teżerċita s-setgħat delegati fl-Artikolu 2(5), l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(4), il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq il-konvenuti.

3.  Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(5), l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(4) għandha tiġi konferitakkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’żmien indeterminatħames snin minn…(6) (Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data preċiża tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament emendatorju)Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b'mod taċitu għall-perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. [Em. 14]

4.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(5), l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(4) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delegazzjoni tas-setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

5.  Hekk kif hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinforma dwaru lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(5), Artikolu 3(4) u Artikolu 4 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.".

"

(8)  L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Artikolu 10

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea*. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni**.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2a.  Meta l-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 15]

______________

* Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

** Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."

"

(8a)  Fl-Anness B, it-Tabella B1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

"Tabella B1. Trasport skont in-nazzjonalità tal-bastiment u skond it-tip ta' bastiment (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2 karattri alfanumeriċi

"B1"

Pajjiż rapportatur

2 karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

Sena

4 karattri numeriċi

"ssss"

Pajjiż/reġjun tat-tgħabija

4 karattri alfanumeriċi

NUTS2 (*)

Pajjiż/reġjun tal-ħatt

4 karattri alfanumeriċi

NUTS2 (*)

Tip ta’ trasport

karattru numeriku

1 = Nazzjonali

2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3 = Tranżitu

Tip ta' bastiment

karattru numeriku

1= Barkun motorizzat

2= Barkun mhux motorizzat

3= Barkun tanker motorizzat

4= Barkun tanker mhux motorizzat

5= Bastimenti oħra għall-ġarr tal-merkanzija

6= Bastiment marittimu

Nazzjonalità tal-bastiment

2 karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali) (**)

7= Bastimenti tal-kruċieri li jġorru aktar minn 100 passiġġier

8= Vapuri għall-ġarr tal-passiġġieri għal aktar minn 300 metru

Tunnellati ttrasportati

Tunnellati

Tunnellati‒Km

Tunnellati‒Km

Passiġġieri ttrasportati

12-il karattru numeriku

Passiġġier

Kilometri tal-passiġġieri

12-il karattru numeriku

Passiġġier

Sits disponibbli għall-passiġġieri

12-il karattru numeriku

Sit tal-passiġġier

(*) Meta l-kodiċi reġjonali ma tkunx magħrufa jew ma tkunx disponibbli, tintuża l-kodifikazzjoni li ġejja:

—  "NUTS0 + ZZ" meta l-kodiċi NUTS tkun teżisti għall-pajjiż sieħeb.

—  "Il-kodiċi ISO + ZZ" meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż sieħeb.

—  "ZZZZ" meta l-pajjiż sieħeb ma jkunx magħruf kompletament.

(**) Meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-bastiment, tiġi rrappurtata l-kodiċi ISO nazzjonali. Fil-każ li n-nazzjonalità tal-bastiment ma tkunx magħrufa, il-kodiċi li għandha tintuża hija "ZZ"."

"

[Em. 16]

(9)  l-Anness G huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-proċeduri għall-adozzjoni ta' miżuri previsti fir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 li nbdew iżda ma tlestewx qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ….,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014.
(2)Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(3)ĠU L 55, 28.2.2011, p. 19.
(4)Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar statistika ta’ trasport ta’ merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 1).
(5) Tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
(6) Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju.


L-istatistika għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi ***I
PDF 451kWORD 208k
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment u l-kwalità tal-istatistika għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi (COM(2013)0342 – C7-0162/2013 – 2013/0181(COD))(1)
P7_TA(2014)0181A7-0143/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi1 jistabbilixxi mekkaniżmu ta' twissija biex jiffaċilita l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ tal-iżbilanċi. Skont dan il-mekkaniżmu, il-Kummissjoni hija meħtieġa tħejji Rapport annwali dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija (AMR) li jinkludi valutazzjoni ekonomika u finanzjarja ta' kwalità u tidentifika l-Istati Membri li tqis li jistgħu jiġu affettwati, jew ikunu fir-riskju li jiġu affettwati mill-iżbilanċi.
(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 (MIP) jistabbilixxi mekkaniżmu ta' twissija biex jiffaċilita l-identifikazzjoni bikrija u l-monitoraġġ tal-iżbilanċi. Skont dan il-mekkaniżmu, il-Kummissjoni hija meħtieġa tħejji Rapport annwali dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija (AMR) li jinkludi valutazzjoni ekonomika u finanzjarja ta' kwalità u tidentifika l-Istati Membri li tqis li jistgħu jiġu affettwati, jew ikunu fir-riskju li jiġu affettwati mill-iżbilanċi.
__________________
__________________
1 ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.
1 Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25).
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Id-dejta statistika affidabbli hija l-bażi għas-sorveljanza effettiva tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Biex tiġi ggarantita statistika soda u indipendenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, li għandha tkun konsistenti mal-kodiċi ta' prattika tal-istatistika Ewropea kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea3.
(3)  Dejta statistika affidabbli, eżatta u utli hija essenzjali għas-sorveljanza effettiva tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Biex tiġi ggarantita statistika soda u indipendenti, l-indipendenza tal-Eurostat għandha tissaħħaħ skont il-proposti tal-Parlament Ewropew għar-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika, li għandha tkun konsistenti mal-kodiċi ta’ prattika tal-istatistika Ewropea kif stipulat f'dak ir-Regolament.
__________________
3 ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164
1a Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika tal-Komunità, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
(3a)  Jeħtieġ li l-Kummissjoni tkompli tindirizza l-bżonn ta’ informazzjoni statistika affidabbli li tippermetti lill-politiki tal-Unjoni jirrispondu aħjar għar-realtajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali fil-livell reġjonali.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  L-AMR, li huwa bbażat fuq tabella ta' valutazzjoni b'sett ta' indikaturi li l-valuri tagħhom jitqabblu mal-limiti stabbiliti tagħhom, huwa strument inizjali ta' skrinjar li permezz tiegħu l-Kummissjoni tidentifika l-Istati Membri li tqis li l-iżviluppi jeħtieġu analiżi ddettaljata ulterjuri sabiex tiġi ddeterminata jekk jeżistux żbilanċi jew ir-riskju li dawn jitfaċċaw. L-AMR għandu jinkludi d-dejta rilevanti għall-MIP. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-katalizzaturi tal-iżviluppi osservati jiġu analizzati fil-fond fir-reviżjonijiet ddettaljati sussegwenti bil-għan li tiġi ddeterminata n-natura tal-iżbilanċi. It-tabella ta' valutazzjoni u l-limiti stabbiliti huma interpretati b'mod mekkaniku, iżda huma suġġetti għal qari ekonomiku. Meta twettaq reviżjonijiet iddettaljati, il-Kummissjoni teżamina firxa wiesgħa ta' varjabbli ekonomiċi u ta' informazzjoni addizzjonali, waqt li tieħu kont taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-pajjiż. Għal dawn ir-raġunijiet, id-dejta kollha li tista' tiġi użata għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi ma tistax tiġi elenkata bil-quddiem b'mod eżawrjenti, iżda trid tiġi ddefinita b'referenza għall-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 għall-identifikazzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi kif ukoll għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fl-Unjoni. Bl-implimentazzjoni tal-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi, il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jagħtu preferenza lill-istatistika li tiġi kkumpilata u trażmessa mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (Eurostat). Statistika oħra, li ma tiġix ikkumpilata u trażmessa b'dan il-mod għandha tintuża biss meta l-istatistika ta' qabel ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa, waqt li jittieħed kont tal-kwalità ta' dawn l-istatistiki l-oħra.
(4)  L-AMR, li huwa bbażat fuq tabella ta' valutazzjoni b'sett ta' indikaturi li l-valuri tagħhom jitqabblu mal-limiti stabbiliti tagħhom, huwa strument inizjali ta' skrinjar li permezz tiegħu l-Kummissjoni tidentifika l-Istati Membri li tqis li l-iżviluppi jeħtieġu analiżi ddettaljata ulterjuri sabiex tiġi ddeterminata jekk jeżistux żbilanċi jew ir-riskju li dawn jitfaċċaw. L-AMR għandu jinkludi d-dejta rilevanti għall-MIP. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-katalizzaturi tal-iżviluppi osservati jiġu analizzati fil-fond fir-reviżjonijiet ddettaljati sussegwenti bil-għan li tiġi ddeterminata n-natura tal-iżbilanċi. It-tabella ta’ valutazzjoni u l-limiti stabbiliti m’għandhomx ikunu interpretati b’mod mekkaniku, iżda għandhom ikunu suġġetti għal qari ekonomiku. Meta twettaq reviżjonijiet iddettaljati, il-Kummissjoni teżamina firxa wiesgħa ta' varjabbli ekonomiċi u ta' informazzjoni addizzjonali, waqt li tieħu kont taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-pajjiż. Għal dawn ir-raġunijiet, id-dejta kollha li tista' tiġi użata għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi ma tistax tiġi elenkata bil-quddiem b'mod eżawrjenti, iżda trid tiġi ddefinita b'referenza għall-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 għall-identifikazzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi kif ukoll għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fl-Unjoni. Fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jagħtu preferenza lill-istatistika li tiġi kkumpilata u trażmessa mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (Eurostat). Statistika oħra, li ma tiġix ikkumpilata u trażmessa b'dan il-mod għandha tintuża biss meta l-istatistika ta' qabel ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa, waqt li jittieħed kont tal-kwalità ta' dawn l-istatistiki l-oħra.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5
(5)  Għandha tiġi stabbilita proċedura affidabbli għall-kumpilazzjoni, il-monitoraġġ u r-rilaxx tad-dejta rilevanti għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi (minn hawn 'il quddiem imsejħa "dejta rilevanti għall-MIP") kif ukoll bħala titjib kontinwu tal-informazzjoni statistika sottostanti f'konformità mal-oqfsa ta' mmaniġġjar tal-kwalità tal-Kummissjoni għall-istatistika Ewropea4. Il-Grupp ta' Diretturi tal-Istatistika Makroekonomika (DMES), stabbilit mill-Kummissjoni, huwa l-grupp xieraq ta' esperti biex jipprovdi lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-għajnuna meħtieġa għall-applikazzjoni ta' proċedura b'saħħitha ta' monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP.
(5)  Għandha tiġi stabbilita proċedura affidabbli għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, il-monitoraġġ u r-rilaxx tad-dejta rilevanti għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi (minn hawn 'il quddiem imsejħa "dejta rilevanti għall-MIP") kif ukoll bħala titjib kontinwu tal-informazzjoni statistika sottostanti f'konformità mal-oqfsa ta' mmaniġġjar tal-kwalità tal-Kummissjoni għall-istatistika Ewropea4. Il-Grupp ta' Diretturi tal-Istatistika Makroekonomika (DMES), stabbilit mill-Kummissjoni, li jinkludi esperti mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea u mis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali, huwa l-grupp xieraq ta' esperti biex jipprovdi lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-għajnuna meħtieġa għall-applikazzjoni ta' proċedura b'saħħitha ta' monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP.
__________________
__________________
4 COM(2005)0217 finali u COM(2011)0211 finali.
4 COM(2005)0217 finali u COM(2011)0211 finali.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Huwa essenzjali li l-produzzjoni statistika neċessarja għall-prestazzjoni tal-attivitajiet tal-Unjoni tkun ibbażata biss fuq dejta affidabbli. Fil-produzzjoni ta' dejta rilevanti għall-MIP, li hija element essenzjali għall-identifikazzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi kif ukoll għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fl-Unjoni, id-dejta mhux affidabbli jista' jkollha impatt sinifikanti fuq l-interessi tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata l-prestazzjoni tajba tal-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri addizzjonali biex isaħħu l-effettività tal-produzzjoni, tal-forniment u tal-monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP. Dawn il-miżuri għandhom isaħħu l-kredibbiltà tal-informzzjoni statistika sottostanti kif ukoll il-forniment u l-monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP. Sabiex tiġi evitata r-rappreżentanza ħażina, kemm b'mod intenzjonat jew b'negliġenza serja, tad-dejta rilevanti għall-MIP, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' sanzjonijiet, li jservi wkoll biex jiżgura d-diliġenza dovuta fil-produzzjoni tad-dejta rilevanti għall-MIP.
(6)  Huwa essenzjali li l-produzzjoni statistika neċessarja għall-prestazzjoni tal-attivitajiet tal-Unjoni tkun ibbażata fuq dejta affidabbli. Huwa xieraq li l-proċeduri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 1176/2011 u (UE) Nru 1174/2011 jiġu supplementati b'qafas formali korrispondenti għall-kumpilazzjoni, il-monitoraġġ tal-kwalità u r-rilaxx ta' dejta rilevanti għall-MIP, skont il-kriterji komuni dwar il-kwalità stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Miżuri addizzjonali għandhom jagħmlu l-infurzar tal-produzzjoni, il-forniment u l-monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP aktar effikaċi u huma neċessarji għall-prestazzjoni tal-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi. Dawn il-miżuri għandhom isaħħu l-kredibbiltà tal-informzzjoni statistika sottostanti kif ukoll il-forniment u l-monitoraġġ tal-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  Sabiex jiskoraġġixxu r-rappreżentazzjoni ħażina tad-dejta rilevanti għall-MIP, kemm b’mod intenzjonat jew b’negliġenza serja, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu korrettiv, li jservi wkoll biex jiżgura d-diliġenza dovuta fil-produzzjoni tad-dejta rilevanti għall-MIP.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Biex jiġu ssupplimentati r-regoli dwar il-kalkolu tal-multi fir-rigward tal-manipulazzjoni tal-istatistika kif ukoll ir-regoli dwar il-proċedura li għandha ssegwi l-Kummissjoni għall-investigazzjoni tat-tali azzjonijiet, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("it-Trattat") għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ kriterji ddettaljati għall-istabbiliment tal-ammont tal-multa u għat-twettiq tal-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir trażmissjoni simultanja, fil-ħin, u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(7)  Biex jiġu ssupplimentati r-regoli dwar il-kalkolu tad-depożiti li jħallu l-imgħax u tal-multi fir-rigward tal-manipulazzjoni tal-istatistika kif ukoll ir-regoli dwar il-proċedura li għandha ssegwi l-Kummissjoni għall-investigazzjonijiet relatati mal-manipulazzjoni tal-istatistika, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("it-Trattat") għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ kriterji ddettaljati għall-istabbiliment tal-ammont tal-multa u għat-twettiq tal-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir trażmissjoni simultanja, fil-ħin, u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)   Għandhom jiġu stabbiliti kooperazzjoni mill-qrib u djalogu kontinwu bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-Istatistika sabiex jiżguraw il-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP rrappurtata mill-Istati Membri u l-informazzjoni statistika sottostanti.
(8)  Il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni li għaddejjin bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-istatistika huma parti importanti minn koordinazzjoni effiċjenti tal-attivitajiet tal-istatistika fis-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS). Dik il-kollaborazzjoni jeħtieġ li tissaħħaħ sabiex tiġi żgurata l-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP rrappurtata mill-Istati Membri u l-informazzjoni statistika sottostanti; is-separazzjoni istituzzjonali tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) u l-indipenedenza tal-banek ċentrali għandha tiġi rispettata fil-qafas tal-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' dejta rilevanti għall-MIP taħt l-istruttura ta' governanza rispettiva u l-programmi ta' ħidma statistika tal-ESS u s-SEBĊ.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 9
(9)  Għandha tiġi żgurata wkoll il-kooperazzjoni mill-qrib bejn is-Sistema Statistika Ewropea u s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali fir-rigward tad-dejta rilevanti għall-MIP, f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, sabiex jitnaqqas il-piż tar-rappurtar, tiġi garantita l-koerenza, tittejjeb l-istatistika sottostanti u tiġi żgurata l-komparabbiltà.
(9)  Billi l-ESS hija responsabbli għall-produzzjoni ta' għadd ta' statistika sottostanti għad-dejta rilevanti għall-MIP u s-SEBĊ hija responsabbli għall-produzzjoni ta' għadd ta' statistika oħra sottostanti għad-dejta rilevanti għall-MIP, għandha tiġi żgurata wkoll il-kooperazzjoni mill-qrib bejn iż-żewġ sistemi fir-rigward tad-dejta rilevanti għall-MIP, f'konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, sabiex jitnaqqas il-piż tar-rappurtar, tiġi garantita l-koerenza, tittejjeb l-istatistika sottostanti u tiġi żgurata l-komparabbiltà. Arranġamenti operattivi prattiċi għall-kooperazzjoni bejn l-ESS u s-SEBĊ rigward l-assigurazzjoni tal-kwalità għad-dejta rilevanti għall-MIP jistgħu jiġu stabbiliti f'memorandum ta' qbil. Fid-dawl tal-esperjenza fuq tul ta' żmien tiegħu fil-qasam tal-istatistika koperta mid-dejta rilevanti għall-MIP, il-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti (CMFB) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE1a jista' jagħti pariri dwar l-arranġamenti operattivi prattiċi għal kooperazzjoni li jistgħu jiġu riflessi f'tali memorandum ta' qbil.
_____________
1a.  ĠU L 332, 30.11.2006, p. 21.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
(9a)  Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jiġu kkunsidrati fil-qafas tat-tisħiħ tal-governanza ekonomika Ewropea, li jitlob aktar responsabbiltà demokratika fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni. Is-sistema mtejba ta’ monitoraġġ tal-istatistika tad-dejta rilevanti għall-MIP għandha tinkludi l-involviment eqreb u aktar f’waqtu tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew. Filwaqt li jirrikonoxxi li l-kontropartijiet tal-Parlament Ewropew fil-qafas tad-djalogu huma l-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u r-rappreżentanti tagħhom, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ jestendi stediniet lil rappreżentanti tal-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika (NSIs) biex jipparteċipaw b’mod volontarju fis-seduti ta' smigħ.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 9b (ġdida)
(9b)  It-tisħiħ tal-governanza ekonomika permezz ta’ sistema mtejba ta’ monitoraġġ tal-istatistika tad-dejta rilevanti għall-MIP għandu jinkludi l-involviment eqreb u aktar f’waqtu tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  Madankollu, is-sospensjoni tal-fondi li kellhom jinbdew permezz tal-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi għandha tintuża biss meta ma jkunx hemm alternattiva uħra, u għandha tqis analiżijiet approfonditi tal-indikaturi tal-qgħad, tal-faqar u ta' reċessjoni fil-PDG.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Proċeduri ta’ assigurazzjoni tal-kwalità stabbiliti fil-qafas ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu kkunsidrati u jibnu fuq l-aħjar prattiki fi proċeduri ta’ assigurazzjoni tal-kwalità eżistenti. Dawn m’għandhomx jirriżultaw fi sforzi doppji fir-rigward tal-assigurazzjoni tal-kwalità jew ta’ serja ta’ dejta parallela.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2
2.  L-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-dejta rilevanti għall-MIP għandhom ikunu dawk stipulati skont l-atti bażiċi rilevanti jew għandhom jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni f'kalendarji speċifiċi billi jitqiesu l-bżonnijiet tal-Unjoni.
2.  L-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-dejta rilevanti għall-MIP għandhom ikunu dawk stipulati skont l-atti bażiċi rilevanti jew għandhom jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni f’kalendarji speċifiċi billi jitqiesu l-qafas tas-Semestru Ewropew u l-bżonnijiet tal-Unjoni.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 3
3.  Kull sena, il-Kummissjoni għandha tindika lill-Istati Membri l-iskeda ta' żmien tar-Rapport annwali dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija stabbilita mill-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011. Skont din l-iskeda ta' żmien u l-iskadenzi u l-kalendarji msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha wkoll tiddeċiedi u tikkomunika lill-Istati Membri data ta' skadenza għat-trażmissjoni, min-naħa tagħhom, tad-dejta kollha rilevanti għall-MIP li tkun l-aktar aġġornata.
3.  Kull sena, il-Kummissjoni għandha tindika lill-Istati Membri l-iskeda ta' żmien tar-Rapport annwali dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija stabbilita mill-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011. Skont din l-iskeda ta' żmien u l-iskadenzi u l-kalendarji msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha wkoll tiddeċiedi u tikkomunika lill-Istati Membri data ta' skadenza għall-ħruġ mill-Kummissjoni (Eurostat) tad-dejta rilevanti għall-MIP biex taħdem, għal kull Stat Membru, l-indikaturi tat-tabella ta' valutazzjoni tal-MIPs u tistabbilixxi bażi ta' dejta ta' referenza dwar id-dejta rilevanti għall-MIP.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi lil kull Stat Membru b'aċċess għall-bażi ta' dejta ta' referenza bid-dejta rilevanti għall-MIP estratta mhux aktar tard minn ħames ġranet ta' xogħol wara d-data ta' skadenza għal finijiet ta' verifika. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw id-dejta u għandhom jikkonfermaw id-dejta jew jipprovdu emendi għaliha matul is-seba' ġranet ta' xogħol wara dak il-perjodu ta' ħamest ijiem.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  Meta jittrażmettu d-dejta rilevanti għall-MIP imsemmija fl-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) l-informazzjoni li turi kif din id-dejta tiġi kkalkulata, inkluż kwalunkwe tibdil fis-sorsi u l-metodi, fil-forma ta' rapport ta' kwalità.
1.  Meta jittrażmettu d-dejta rilevanti għall-MIP imsemmija fl-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni (Eurostat) l-informazzjoni li tindika kif din id-dejta tiġi kkalkulata, inkluż kwalunkwe tibdil fis-sorsi u l-metodi, fil-forma ta' rapport ta' kwalità.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  L-Istati Membri għandhom jittrażmettu r-rapport ta’ kwalità fi żmien sebat ijiem skont l-Artikolu 2(3a).
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni bil-għan li jiddefinixxu l-modalitajiet, l-istruttura u l-perjodiċità tar-rapporti ta' kwalità. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati bil-għan li jiddefinixxu l-modalitajiet, l-istruttura u l-perjodiċità tar-rapporti ta’ kwalità msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-inventarji u jibgħatuhom lill-Kummissjoni (Eurostat) sa mhux aktar tard minn […][disa' xhur wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni bil-għan li jiddefinixxu l-istruttura u l-modalitajiet għall-aġġornament ta' dawn l-inventarji sa […][sitt xhur wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament]. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).
2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-inventarji u jibagħtuhom lill-Kummissjoni (Eurostat) sa mhux aktar tard minn […][disa' xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati bil-għan li jiddefinixxu l-istruttura u l-modalitajiet għall-aġġornament ta' dawn l-inventarji sa […][sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Kapitolu VI – titolu
MISSJONIJIET FL-ISTATI MEMBRI
MISSJONIJIET TA' DJALOGU FL-ISTATI MEMBRI
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
1.  Meta l-Kummissjoni (Eurostat) tidentifika xi problema, b'mod partikolari fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-kwalità skont l-Artikolu 5, tista' tiddeċiedi li twettaq missjonijiet fl-Istat Membru kkonċernat.
1.  Meta l-Kummissjoni (Eurostat) tidentifika ħtieġa li tapprofondixxi l-valutazzjoni tagħha tal-kwalità tal-istatistika, b'mod partikolari fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-kwalità skont l-Artikolu 5, tista' tiddeċiedi li twettaq missjonijiet ta' djalogu fl-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  L-għan ta' dawn il-missjonijiet għandu jkun li jinvestigaw fil-fond il-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP ikkonċernata. Il-missjonijiet għandhom jiffukaw fuq kwistjonijiet metodoloġiċi, is-sorsi u l-metodi deskritti fl-inventarji, id-dejta u l-proċessi statistiċi ta' appoġġ bil-għan li jivvalutaw il-konformità tagħhom mar-regoli tal-kontabilità u tal-istatistika rilevanti.
2.  L-għan tal-missjonijiet ta' djalogu msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun li jinvestigaw fil-fond il-kwalità tad-dejta rilevanti għall-MIP ikkonċernata. Il-missjonijiet ta' djalogu għandhom jiffukaw fuq kwistjonijiet metodoloġiċi, is-sorsi u l-metodi deskritti fl-inventarji, id-dejta u l-proċessi statistiċi ta' appoġġ bil-għan li jivvalutaw il-konformità tagħhom mar-regoli tal-kontabilità u tal-istatistika rilevanti.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Meta torganizza l-missjonijiet ta’ djalogu, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tittrażmetti r-riżultati proviżorji tagħha lill-Istat Membru kkonċernat għall-kummenti tiegħu.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirraporta lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 74/122/KEE7 dwar is-sejbien ta' dawn il-missjonijiet, inklużi kwalunkwe kummenti dwar dan is-sejbien li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat. Wara li jiġu trażmessi lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika, dawn ir-rapporti, flimkien mal-kummenti li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, mingħajr peġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità statistika fir-Regolament (KE) Nru 223/2009.
3.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 74/122/KEE7 dwar is-sejbien ta’ dawn il-missjonijiet ta’ djalogu, inklużi kwalunkwe kummenti dwar dan is-sejbien li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat. Wara li jiġu trażmessi lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat tal-Politika Ekonomika, dawn ir-rapporti, flimkien mal-kummenti li jkunu saru mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, mingħajr peġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità statistika fir-Regolament (KE) Nru 223/2009.
____________
____________
7.   ĠU L 63, 5.3.1974, p. 21
7.   ĠU L 63, 5.3.1974, p. 21
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Kummissjoni (Eurostat), jipprovdu l-għajnuna minn esperti dwar kwistjonijiet statistiċi relatati mal-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi, inklużi għat-tħejjija u t-twettiq tal-missjonijiet. Fil-qadi ta' dmirijiethom, dawn l-esperti għandhom jipprovdu għarfien espert indipendenti. Għandha ssir lista ta' dawk l-esperti sa (id-data trid tiġi ffissata) abbażi tal-proposti mibgħuta lill-Kummissjoni (Eurostat) mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli tad-dejta rilevanti għall-MIP.
4.  L-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Kummissjoni (Eurostat), jipprovdu l-għajnuna minn esperti dwar kwistjonijiet statistiċi relatati mal-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi, fosthom għat-tħejjija u t-twettiq tal-missjonijiet ta' djalogu. Fil-qadi ta' dmirijiethom, dawn l-esperti għandhom jipprovdu għarfien espert indipendenti. Għandha ssir lista ta' dawk l-esperti sa [Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] abbażi tal-proposti mibgħuta lill-Kummissjoni (Eurostat) mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli tad-dejta rilevanti għall-MIP.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tistipula r-regoli u l-proċeduri relatati mal-għażla tal-esperti, billi titqies distribuzzjoni xierqa ta’ esperti fl-Istati Membri kollha u rotazzjoni xierqa ta’ esperti bejn l-Istati Membri, l-arranġamenti ta’ xogħolhom u d-dettalji finanzjarji. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taqsam mal-Istati Membri l-ispiża totali mġarrba mill-Istati Membri għall-għajnuna mill-esperti nazzjonali tagħhom.
5.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tistipula r-regoli u l-proċeduri relatati mal-għażla tal-esperti, billi titqies distribuzzjoni xierqa ta’ esperti fl-Istati Membri kollha u rotazzjoni xierqa u f'waqtha ta’ esperti bejn l-Istati Membri, l-arranġamenti ta’ xogħolhom u d-dettalji finanzjarji. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha taqsam mal-Istati Membri l-ispiża totali mġarrba mill-Istati Membri għall-għajnuna mill-esperti nazzjonali tagħhom.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 6a (ġdid)
6a.  Dan l-Artikolu m'għandux japplika f'każijiet li fihom il-leġiżlazzjoni settorjali diġà tipprevedi żjarat tal-Kummissjoni fl-Istati Membri.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi d-dejta rilevanti għall-MIP użata għall-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi inkluża dik permezz ta' stqarrijiet tal-aħbarijiet u/jew permezz ta' mezzi oħra li tqis xierqa.
1.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku d-dejta rilevanti għall-MIP użata għall-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi inkluża dik permezz ta’ stqarrijiet tal-aħbarijiet u/jew permezz ta’ mezzi oħra li tqis xierqa.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni (Eurostat) ma għandiex iddewwem il-forniment tad-dejta tal-Istati Membri rilevanti għall-MIP, fejn Stat Membru ma jkunx trażmetta d-dejta tiegħu stess.
2.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiddetermina d-data tal-pubblikazzjoni għall-istqarrija għall-istampa u tikkomunikaha lill-Istati Membri fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol wara d-data ta' skadenza msemmija fl-Artikolu 2. Ma għandhiex iddewwem il-forniment tad-dejta tal-Istati Membri rilevanti għall-MIP, fejn Stat Membru ma jkunx trażmetta d-dejta tiegħu stess.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
3.  Il-Kummisjoni (Eurostat) tista' tesprimi riżerva dwar il-kwalità tad-dejta ta' Stat Membru rilevanti għall-MIP. Sa mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat u lill-President tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika r-riżerva li beħsiebha tesprimi u tagħmel pubblika. Jekk il-kwistjoni tiġi solvuta wara l-pubblikazzjoni tad-dejta u tar-riżerva, l-irtirar tar-riżerva għandu jsir b'mod pubbliku eżattament wara.
3.  Il-Kummissjoni (Eurostat) tista' tesprimi riżerva dwar il-kwalità tad-dejta ta' Stat Membru rilevanti għall-MIP. L-Istat Membru kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu. Sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat u lill-President tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika r-riżerva li beħsiebha tesprimi u tagħmel pubblika. Jekk il-kwistjoni tiġi solvuta wara l-pubblikazzjoni tad-dejta u tar-riżerva, l-irtirar tar-riżerva għandu jsir b'mod pubbliku eżattament wara.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
4.  Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ temenda d-dejta trażmessa mill-Istati Membri u tipprovdi d-dejta emendata u ġustifikazzjoni għall-emenda fejn ikun hemm prova li d-data rrappurtata mill-Istati Membri mhijiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(2). Mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat u lill-President tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika d-dejta emendata u l-ġustifikazzjoni għall-emenda.
4.  Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ temenda d-dejta trażmessa mill-Istati Membri u tagħmel disponibbli għall-pubbliku d-dejta emendata u ġustifikazzjoni għall-emenda fejn ikun hemm prova li d-data rrappurtata mill-Istati Membri mhijiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3(2) kif ukoll mal-istandards metodoloġiċi applikabbli u mar-rekwiżiti tal-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza tad-dejta statistika. Mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol qabel id-data ppjanata għall-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat u lill-President tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika d-dejta emendata u l-ġustifikazzjoni għall-emenda.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jiddeċiedi li jimponi multa fuq Stat Membru li intenzjonalment jew b'negliġenza serja jagħti rappreżentanza ħażina tad-dejta rilevanti għall-MIP.
1.  Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, jista' jiddeċiedi fi proċedura b'żewġ stadji li jimponi depożitu li jħalli l-imgħax u sussegwentement, jekk il-Kummissjoni tivvaluta li l-Istat Membru ma kkonformax mal-azzjonijiet korrettivi msemmija fil-paragrafu 1a u, bħala l-aħħar alternattiva, multa fuq Stat Membru li jkun aġixxa intenzjonalment biex jirrappreżenta ħażin id-dejta rilevanti għall-MIP jew b'negliġenza serja li rriżultat fir-rappreżentazzjoni ħażina tad-dejta rilevanti għall-MIP, li bħala konsegwenza kellha impatt fuq l-abbiltà tal-Kummissjoni li tagħmel valutazzjoni vera u ġusta.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)
1a.  L-Istat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni sa skadenza speċifikata dwar l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa biex tiġi indirizzata u rmedjata r-rappreżentazzjoni ħażina jew in-negliġenza serja msemmija fil-paragrafu 1 u biex jiġu evitati ċirkustanzi simili fil-futur. Ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  Il-multa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun effettiva, dissważiva u proporzjonata għan-natura, is-serjetà u t-tul tar-rappreżentanza ħażina. L-ammont tal-multa ma għandux jaqbeż iż-0.05 % tal-PDG tal-Istat Membru kkonċernat.
2.  Id-depożitu li jħalli l-imgħax imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun effettiv, dissważiv u proporzjonat għan-natura, is-serjetà u t-tul tar-rappreżentazzjoni ħażina. L-ammont tad-depożitu li jħalli l-imgħax ma għandux jaqbeż iż-0,05 % tal-PDG fis-sena preċedenti tal-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
3.  Il-Kummissjoni tista' tagħmel l-investigazzjonijiet kollha neċessarji biex tistabbilixxi l-eżistenza tar-rappreżentanza ħażina msemmija fil-paragrafu 1. Din tista' tiddeċiedi li tibda investigazzjoni meta ssib li hemm indikazzjonijiet serji dwar l-eżistenza ta' fatti li jistgħu jikkostitwixxu tali rappreżentanza ħażina. Fl-investigazzjoni tar-rappreżentanza ħażina putattiva, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe kumment ippreżentat mill-Istat Membru kkonċernat. Sabiex twettaq il-ħidmiet tagħha, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru biex jipprovdi informazzjoni, u tista' twettaq spezzjonijiet fuq il-post u taċċessa l-informazzjoni statistika sottostanti u d-dokumenti relatati mad-dejta rilevanti għall-MIP. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jeħtieġ awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel għall-ispezzjonijiet fuq il-post, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-applikazzjonijiet neċessarji.
3.  Il-Kummissjoni tista', b'konformità mat-Trattati u l-leġiżlazzjoni settorjali speċifika, tibda u tagħmel l-investigazzjonijiet kollha neċessarji biex tistabbilixxi l-eżistenza tar-rappreżentazzjoni ħażina msemmija fil-paragrafu 1. Din tista' tiddeċiedi li tibda investigazzjoni meta ssib li hemm indikazzjonijiet serji dwar l-eżistenza ta' fatti li jistgħu jikkostitwixxu tali rappreżentazzjoni ħażina. Fl-investigazzjoni tar-rappreżentazzjoni ħażina putattiva, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe kumment ippreżentat mill-Istat Membru kkonċernat. Sabiex twettaq il-ħidmiet tagħha, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru li jkun qed jiġi investigat biex jipprovdi informazzjoni, u tista' twettaq spezzjonijiet fuq il-post u taċċessa l-informazzjoni statistika sottostanti u d-dokumenti relatati mad-dejta rilevanti għall-MIP. Jekk tkun meħtieġa mil-liġi tal-Istat Membru li jkun qed jiġi investigat, awtorizzazzjoni mill-awtorità ġudizzjarja għandha tinkiseb qabel spezzjoni fuq il-post.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Meta tlesti l-investigazzjoni tagħha u qabel ma tippreżenta kwalunkwe proposta lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità li jsemma' leħnu fir-rigward tal-kwistjonijiet taħt investigazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tibbaża kull proposta tagħha lill-Kunsill fuq il-fatti biss li l-Istat Membru kkonċernat kellu l-opportunità li jikkummenta dwarhom.
Meta tlesti l-investigazzjoni tagħha u qabel ma tippreżenta kwalunkwe rakkomandazzjoni lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Istat Membru li jkun qed jiġi investigat l-opportunità li jsemma' leħnu dwar il-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati. Il-Kummissjoni għandha tibbaża kull rakkomandazzjoni tagħha lill-Kunsill fuq il-fatti biss li l-Istat Membru kkonċernat kellu l-opportunità li jikkummenta dwarhom.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe investigazzjoni jew rakkomandazzjoni li ssir skont dan il-paragrafu. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ joffri lil Stat Membru li huwa s-suġġett ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, l-opportunità li jipparteċipa fi skambju ta’ opinjonijiet.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)
4a.  Il-Kummissjoni tista’, wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni, tirrakkomanda li l-Kunsill inaqqas jew jikkanċella l-ammont tad-depożitu li jħalli l-imgħax.
Id-depożitu li jħalli l-imgħax għandu jkollu rata ta’ mgħax li tirrifletti r-riskju ta’ kreditu tal-Kummissjoni u l-perjodu ta’ investiment rilevanti.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 5
5.  Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni illimitata għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kunsill jimponi multa taħt il-paragrafu 1. Hija tista' tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa hekk imposta.
5.  Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni illimitata għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kunsill jimponi depożiti li jħallu l-imgħax taħt il-paragrafu 1. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid id-depożitu li jħalli l-imgħax hekk impost.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Kapitolu IX – Titolu
NATURA U DISTRIBUZZJONI BAĠITARJA TAS-SANZJONIJIET
NATURA U ALLOKAZZJONI BAĠITARJA TAL-MULTI
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
2.  Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 9(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ tliet snin li jibda xahar wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu ta’ tliet snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3), fl-Artikolu 6(2) u fl-Artikolu 9(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ sentejn li jibda xahar wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni, wara li konsulta l-atturi rilevanti inkluż il-BĊE skont l-Artikolu 127 TFUE, għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu ta’ tliet snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3
3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 9(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwax il-validità tal-atti ddelegati li jkunu diġà fis-seħħ.
3.  Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 3(3), fl-Artikolu 6(2) u fl-Artikolu 9(4) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwax il-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 5
5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 9(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(3), l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 9(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 13
Għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 9, il-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta lill-Istat Membru kkonċernat.
Għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 9, il-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta lill-Istat Membru kkonċernat. Id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 9(1) għandha titqies li tkun ġiet adottata mill-Kunsill sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix, b’maġġoranza kwalifikata, li jirrifjuta r-rakkomandazzjoni fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)
Maġġoranza kwalifikata tal-membri tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 9(1) għandha tiġi definita skont il-punt (a) tal-Artikolu 238(3) TFUE.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 15
F'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-istituti nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri (in-NSI) għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni meħtieġa dwar id-dejta rilevanti għall-MIP fil-livell nazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali l-oħra kollha għandhom jirrappurtaw lin-NSI għal dan il-għan. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.
F'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-istituti nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri (l-NSIs) għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni meħtieġa dwar id-dejta rilevanti għall-MIP fil-livell nazzjonali. Il-banek ċentrali nazzjonali, fil-kapaċità tagħhom bħala membri tas-SEBĊ li jipproduċu dejta rilevanti għall-MIP, u meta xieraq, l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra għandhom jikkooperaw mal-NSIs għal dan il-għan. L-awtoritajiet nazzjonali li jipproduċu d-dejta għandhom jinżammu responsabbli għal dik id-dejta. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 17
Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet imwettqa mill-Kummissjoni (Eurostat) bil-għan li jiġi implimentat dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tirrapporta tal-anqas annwalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet imwettqa mill-Kummissjoni (Eurostat) bil-għan li jiġi implimentat dan ir-Regolament fil-kuntest tas-Semestru Ewropew kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.
________________
1a Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12).
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1
1.  Il-Kummissjoni għandha sal-14 ta' Diċembru 2014 u kull ħames snin wara, tirrevedi l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbien tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
1.  Il-Kummissjoni għandha sal-14 ta' Diċembru 2014 u kull ħames snin wara, tirrevedi u jissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta xieraq, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b
(b)  l-effettività ta' dan ir-Regolament u l-proċess ta' monitoraġġ applikat.
(b)  l-effettività u proporzjonalità ta’ dan ir-Regolament u l-proċess ta’ monitoraġġ applikat.

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0143/2014).


L-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika KE-Stati Uniti ***
PDF 203kWORD 35k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (15854/2013 – C7-0462/2013 – 2013/0351(NLE))
P7_TA(2014)0182A7-0126/2014

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (15854/2013),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/591/KE tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika,

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0462/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), subparagrafi 1 u 3, u l-Artikoli 81(2), 90(7) u 46(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0126/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-estensjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerika.


Il-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għar-Rizorsi Ġenetiċi ***
PDF 206kWORD 35k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (06852/2013 – C7-0005/2014 – 2012/0279(NLE))
P7_TA(2014)0183A7-0061/2014

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill (06852/2013),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, mehmuż mal-abbozz imsemmi hawn fuq għal deċiżjoni tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7‑0005/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0061/2014),

1.  Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


Il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - applikazzjoni EGF/2013/008 ES/Comunidad Valenciana textiles minn Spanja
PDF 388kWORD 64k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/008, ES/Comunidad Valenciana – tessuti minn Spanja) (COM(2014)0045 – C7-0019/2014 – 2014/2013(BUD))
P7_TA(2014)0184A7-0158/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0045 – C7‑0019/2014),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(1) (ir-Regolament dwar il-FEG),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0158/2014),

A.  billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex jingħata appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol,

B.  billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, f'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tas-2 ta' Diċembru 2013 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG,

C.  billi Spanja ressqet l-applikazzjoni EGF/2013/008 ES/Comunidad Valenciana – tessili għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara 560 sensja f'198 intrapriża li topera fit-Taqsima 13 tan-NACE Reviżjoni 2 (Manifattura ta' tessuti)(4) fir-reġjun NUTS II ta' Comunidad Valenciana (ES52) bi 300 ħaddiem fil-mira għal miżuri kofinanzjati mill-FEG, matul il-perjodu ta' referenza mill-1 ta' Novembru 2012 sal-1 ta' Awwissu 2013,

D.  billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG,

1.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament dwar il-FEG ġew issodisfati u li, għalhekk, Spanja hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja taħt dan ir-Regolament;

2.  Jinnota li l-awtoritajiet Spanjoli ressqu l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-FEG fit-8 ta' Ottubru 2013 u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni fit-28 ta' Jannar 2014; jilqa’ l-evalwazzjoni rapida ta' erba' xhur;

3.  Iqis li s-sensji fl-intrapriżi tat-tessuti fil-Comunidad Valenciana huma marbuta ma' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni, jirreferu għat-tmiem tal-Ftehim Tranżizzjonali tad-WTO dwar it-Tessuti u l-Ħwejjeġ fl-aħħar tal-2004 u huma esposti aktar għall-kompetizzjoni globali b'mod partikolari miċ-Ċina u pajjiżi oħra tal-Lvant Imbiegħed li twassal għal żieda fl-importazzjonijiet tat-tessuti fl-Unjoni u telf tas-sehem tas-suq tal-Unjoni fis-swieq dinjija tat-tessuti;

4.  Jirrimakra li l-Comunidad Valenciana sfat milquta severament mill-globalizzazzjoni b’qgħad li jilħaq id-29,19 % fl-ewwel kwart tal-2013; jilqa’ l-fatt li r-reġjun għal darb’oħra juża l-għajnuna tal-FEG biex itaffi l-qgħad għoli billi jindirizza għat-tieni darba s-sensji fis-settur tat-tessuti;

5.  Jifraħ lill-Comunidad Valenciana għall-kapaċità tagħha li tapplika u tuża l-FEG biex tittratta problemi tas-suq tax-xogħol tagħha kkaratterizzat b'perċentwal għoli ta' SMEs; f’dan il-kuntest ifakkar li r-reġjun tal-Comunidad Valenciana diġà applika għall-appoġġ tal-FEG għat-tessuti, għaċ-ċeramika, għall-ġebla naturali kif ukoll għas-settur tal-bini;

6.  Jenfasizza l-kapaċità tal-FEG li tgħin fl-indirizzar tas-sitwazzjoni fraġli tal-impjiegi fir-reġjuni dipendenti fuq setturi tradizzjonali bħat-tessuti jew is-settur tal-bini; jenfasizza li din il-kapaċità tiddependi fuq kemm huma lesti u effettivi l-awtoritajiet nazzjonali u lokali biex japplikaw għall-appoġġ tal-FEG;

7.  Jinnota li s'issa, il-manifattura tas-settur tat-tessuti kienet is-suġġett ta' 11-il applikazzjoni FEG(5), li kollha huma bbażati fuq il-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ filwaqt li r-reġjun tal-Comunidad Valenciana diġà ressaq sitt applikazzjonijiet FEG: f’Settembru 2009 (ċeramika)(6), f’Marzu 2010(7) (ġebla naturali), f'Marzu 2010(8) (tessuti), f'Lulju(9) u f'Diċembru 2011(10) (bini u xdud tas-saqajn rispettivament) u fl-2013(11) (materjali tal-bini);

8.  Jilqa' l-fatt li, biex il-ħaddiema jingħataw assistenza rapida, l-awtoritajiet Spanjoli ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fl-1 ta' Jannar 2014, ferm qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-appoġġ FEG għall-pakkett koordinat propost;

9.  Jinnota li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi kofinanzjat jinkludi miżuri għar-riintegrazzjoni f'impjieg ta' 300 ħaddiem li ngħataw is-sensja bħal tfassil ta' profil, gwida tax-xogħol, konsulenza, taħriġ (taħriġ f'ħiliet trasversali, taħriġ vokazzjonali, taħriġ dwar ix-xogħol, taħriġ lejn intraprenditorija), appoġġ lejn intraprenditorija, assistenza intensiva fit-tiftix tax-xogħol, inċentivi (inċentiv fit-tiftix tax-xogħol, appoġġ għat-twaqqif ta' negozju, inċentivi għar-rikollokament, kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u kontribuzzjoni għal persuni li jassistu persuni dipendenti);

10.  Jilqa' l-fatt li s-sħab soċjali, inklużi t-trade unions (UGT-PV, CCOO-PV), ġew ikkonsultati matul il-preparazzjoni tal-applikazzjoni FEG u qablu li jikkontribwixxu 10 % tal-kofinanzjament nazzjonali totali tal-ispejjeż totali tal-miżuri applikati, u li se tiġi applikata politika ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll prinċipju ta' nondiskriminazzjoni matul l-istadji diversi tal-implimentazzjoni u l-aċċess għall-FEG;

11.  Ifakkar fl-importanza li tittejjeb l-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-bżonnijiet tal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, iżda anke għall-ambjent kummerċjali effettiv;

12.  Jilqa’ l-fatt li l-pakkett koordinat jinkludi taħriġ vokazzjonali li jiffoka fuq setturi fejn jeżistu opportunitajiet jew probabbli li jinħolqu kif ukoll fih taħriġ fuq il-post tax-xogħol li jaqbel mal-ħtiġijiet identifikati ta’ impriżi lokali;

13.  Jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni ma tispjegax l-istruttura edukattiva tal-forza tax-xogħol li ngħatat is-sensja;

14.  Jirrimarka li l-pakkett koordinat jipprevedi inċentivi finanzjarji għat-tfittix ta’ xogħol (somma f’daqqa ta’ EUR 300), allowance ta’ mobilità, inċentiv għar-rikollokament (sa EUR 350) kif ukoll kontribut għal persuni li jindukraw persuni dipendenti fuqhom; jilqa’ l-fatt li l-ammont ġenerali ta’ inċentivi finanzjarji huwa relattivament limitat u dan iħalli l-maġġoranza tal-kontribuzzjoni biex tintefaq fuq it-taħriġ, il-counselling, l-għajnuna għat-tfittix ta’ xogħol u l-appoġġ għall-intraprenditorija;

15.  Jirrimarka li l-każ ikkonċernat tipikament jirrifletti x-xenarju soċjali u ekonomiku ta' reġjun b'ekonomija lokali kkaratterizzata minn perċentwal għoli ta' SMEs;

16.  Jirrimarka li l-informazzjoni provduta dwar il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jisħaq fuq il-fatt li l-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva dwar dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex tiżgura r-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma tkun tista' sseħħ l-ebda duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

17.  Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi neċessarji biex itejbu l-arranġamenti proċedurali sabiex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza l-proċedura mtejba implimentata mill-Kummissjoni, b'segwitu għat-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni għall-FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG; jenfasizza li fir-Regolament il-ġdid dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020)(12) jiġi integrat titjib proċedurali ulterjuri, u li jinkisbu aktar effiċjenza, trasparenza u viżibbiltà tal-FEG;

18.  Jisħaq fuq il-fatt li, bi qbil mal-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jiġi żgurat li l-FEG jappoġġa l-integrazzjoni mill-ġdid f'impjieg stabbli tal-ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-fatt li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss il-miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg dewwiemi u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandha tissostitwixxi la l-azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont id-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

19.  Jilqa' l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rigward ir-Regolament ġdid FEG, għall-perjodu 2014-2020, li jintroduċi mill-ġdid il-kriterju tal-mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, iżid il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal 60 % tal-ispejjeż stmati total tal-miżuri proposti, iżid l-effiċjenza għat-trattament ta' applikazzjoni tal-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni, jiżdiedu l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli billi jintroduċu persuni li jaħdmu għal rashom u żgħażagħ, u jiffinanzja inċentivi għat-twaqqif ta' negozji tagħhom stess;

20.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

22.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2013/008 ES/Comunidad Valenciana – tessuti minn Spanja)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2014/167/UE.)

(1) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4)Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(5)EGF/2007/005 IT Sardegna (COM(2008)0609); EGF/2007/006 IT Piemonte (COM(2008)0609); EGF/2007/007 IT Lombardia (COM(2008)0609); EGF/2008/001 IT Toscana (COM(2008)0609); EGF/2008/003 LT Alytaus Textile (COM(2008)0547); EGF/2008/005 ES Cataluña (COM(2009)0371); EGF/2009/001 PT Norte-Centro (COM(2009)0371); EGF/2009/004 BE Oost en West Vlaanderen Textiel (COM(2009)0515); EGF/2009/005 BE Limburg Textiel (COM(2009)0515); EGF/2010/009 ES Comunidad Valenciana (COM(2010)0613) and EGF/2013/008 ES Comunidad Valenciana (il-każ attwali).
(6)EGF/2009/014 ES Comunidad Valenciana ċeramika (COM(2010)0216);
(7)EGF/2010/005 ES Comunidad Valenciana qtugħ, għoti ta’ forma u rfinar tal-ġebla (COM (2010)0617).
(8)EGF/2010/009 ES Comunidad Valenciana (COM(2010)0613);
(9)EGF/2011/006 ES Comunidad Valenciana kostruzzjoni (COM(2012)0053).
(10)EGF/2011/020 ES Comunidad Valenciana xdud tas-saqajn (COM(2012)0204).
(11)EGF/2013/004 ES Comunidad Valenciana materjali tal-bini (COM(2013)0635).
(12) Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855).


Il-produzzjoni u d-disponibbiltà fis-suq ta' materjal riproduttiv tal-pjanti (il-liġi tal-materjal riproduttiv tal-pjanti) ***I
PDF 201kWORD 35k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u d-disponibbiltà fis-suq ta' materjal riproduttiv tal-pjanti (il-liġi tal-materjal riproduttiv tal-pjanti) (COM(2013)0262 – C7-0121/2013 – 2013/0137(COD))
P7_TA(2014)0185A7-0112/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0262),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0121/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Kunsill Federali Awstrijak u l-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Pajjiżi l-Baxxi, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0112/2014),

1.  Jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħha u biex tippreżenta waħda ġdida;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea (aġġustament mill-1 ta' Lulju 2011) ***I
PDF 290kWORD 61k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jaġġusta, b'effett mill-1 ta' Lulju 2011,ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (COM(2013)0895 – C7-0459/2013 – 2013/0438(COD))
P7_TA(2014)0186A7-0165/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0895,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tal-Anness XI tiegħu u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0459/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Marzu 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-3 ta’ Marzu 2014(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill perrmezz ta’ ittra bid-data tas-7 ta’ Marzu 2014 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, f’konformità mal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0165/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom

P7_TC1-COD(2013)0438


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 422/2014.)

(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea (aġġustament mill-1 ta' Lulju 2012) ***I
PDF 291kWORD 39k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom (COM(2013)0896 – C7-0460/2013 – 2013/0439(COD))
P7_TA(2014)0187A7-0164/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0896),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tal-Anness XI tiegħu u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0460/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Marzu 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-3 ta’ Marzu 2014(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta’ ittra bid-data tas-7 ta’ Marzu 2014 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, f’konformità mal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0164/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom

P7_TC1-COD(2013)0439


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 423/2014.)

(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni KE-Serbja ***II
PDF 278kWORD 37k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar xi proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, fuq in-naħa l-oħra (17930/1/2013 – C7-0028/2014 – 2011/0465(COD))
P7_TA(2014)0188A7-0116/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fl-ewwel qari (17930/1/2013 – C7‑0028/2014),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0938),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat FUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Procedura tieghu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7‑0116/2014),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat FUE;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Testi adottati 25.10.2012, P7_TA(2012)0389.


L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ***I
PDF 291kWORD 55k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (COM(2011)0008 – C7-0027/2011 – 2011/0006(COD))
P7_TA(2014)0189A7-0077/2012

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0008),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 50, 53, 62 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0027/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Mejju 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-5 ta' Mejju 2011(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Novembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0077/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb li tadotta d-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)

P7_TC1-COD(2011)0006


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva Nru 2014/51/UE.)

(1) ĠU C 159, 18.5.2011, p. 10.
(2) ĠU C 218, 23.7.2011, p. 82.


L-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi ***I
PDF 652kWORD 239k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi (COM(2013)0044 – C7-0034/2013 – 2013/0024(COD))
P7_TA(2014)0190A7-0140/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0044),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0034/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Mejju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0140/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi

P7_TC1-COD(2013)0024


(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4)

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  Il-flussi ta' flus minn sorsi illegali permezz ta' trasferimenti ta' fondiilleċiti jistgħu jagħmlu ħsara lill-istruttura, lill-istabbiltà u lir-reputazzjoni tas-settur finanzjarju u jheddu s-suq intern kif ukoll l-iżvilupp internazzjonali u jdgħajfu, b'mod dirett jew indirett, il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istat tad-dritt. Il-finanzjament tat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata jibqa' problema sinifikanti li għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-Unjoni. It-terroriżmu jheżżeż is-sisienu l-kriminalità organizzata huma ta’ ħsara għall-istituzzjonijiet demokratiċi u jheżżu s-sisien infushom tas-soċjetà tagħna. Il-faċilitaturi kruċjali tal-flussi tal-flus illeċiti huma l-istrutturi korporattivi sigrieti li joperaw fi ħdan u permezz ta’ ġurisdizzjoni sigrieta, spiss imsejħa wkoll bħala rifuġji fiskali. Is-saħħa, l-integrità u l-istabbiltà tas-sistema ta' trasferimenti ta' fondi u l-kunfidenza fis-sistema finanzjarja, mill-aspett globali tagħha, jistgħuqegħdin jiġu pperikolati serjament bl-isforzi tal-kriminali u s-soċji tagħhom sabiex jgħattu l-oriġini ta' rikavat kriminali jew sabiex jittrasferixxu fondi għal attivitajiet kriminali jew skopijiet terroristiċi. [Em. 1]

(2)  Sabiex jiffaċilitaw l-attivitajiet kriminali tagħhom, dawk li jwettqu l-ħasil tal-flus u jiffinanzjaw lit-terroristi jistgħu jippruvawqegħdin jieħdu vantaġġ mil-libertà tal-movimenti ta' kapital meħtieġa fiż-żona finanzjarja integrata, sakemm ma jiġux adottati ċerti miżuri ta' koordinament fil-livell tal-Unjoni u fil-livell internazzjonali. Il-kooperazzjoni internazzjonali fil-qafas tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF) u l-implimentazzjoni globali tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu huma mmirati li jevitaw arbitraġġ regolatorju u tgħawwiġ fil-kompetizzjoni. Permezz tad-daqs tagħha, l-azzjoni tal-Unjoni għandha tiżgura li r-Rakkomandazzjoni 16 tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF)tal-FATF dwar it-trasferimenti elettroniċi, adottata fi Frar 2012, tkun trasposta b’mod uniformi fl-Unjoni kollha, u, b 'mod partikolari, li ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni jew diskrepanza bejn il-pagamenti nazzjonali fi Stat Membru u l-pagamenti transkonfinali bejn l-Istati Membri. Azzjoni mhux koordinata mill-Istati Membri waħedhom fil-qasam tat-trasferimenti transkonfinali tal-fondi jista' jkollha impatt sinifikanti fuq il-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta' pagament fil-livell tal-UE, u b’hekk tagħmel ħsara lis-suq intern fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. [Em. 2]

(2a)  L-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament, inkluża r-Rakkomandazzjoni 16 tal-FATF, m’għandhomx jirriżultaw fi spejjeż sproporzjonati u mhux ġustifikati għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament jew għaċ-ċittadini li jużaw is-servizzi tagħhom, u l-libertà tal-moviment ta’ kapital legali għandha tkun garantita b’mod sħiħ madwar l-Unjoni kollha. [Em. 3]

(3)  Fl-istrateġija riveduta tal-Unjoni dwar il-Finanzjament tat-Terroriżmu tas-17 ta’ Lulju 2008 ġie rrimarkat li jridu jinżammu l-isforzi għall-prevenzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu u tal-użu minn persuni suspettati b’terroriżmu tar-riżorsi finanzjarji tagħhom stess. Wieħed jirrikonoxxi li l-FATF kontinwament tfittex li ttejjeb ir-rakkomandazzjonijiet tagħha u taħdem lejn fehim komuni ta' kif dawn għandhom jiġu implimentati. Fl-istrateġija riveduta tal-Unjoni huwa nnutat li l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-Rakkomandazzjonijiet mill-membri kollha tal-FATF u mill-membri tal-korpi reġjonali immudellati fuq l-FATF hija evalwata fuq bażi regolari u li, minn dan il-lat, approċċ komuni għall-implimentazzjoni mill-Istati Membri huwa importanti.

(4)  Għall-prevenzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu, ittieħdu miżuri mmirati lejn l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni, gruppi u entitajiet, inkluż ir-Regolament (KE) Nru 2580/2001(6), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002(7). Għall-istess skop, ittieħdu miżuri bl-għan li tiġi protetta s-sistema finanzjarja kontra l-użu ta' fondi u riżorsi ekonomiċi għall-finijiet tat-terroriżmu. Id-Direttiva .../.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8)(9) tat-terrorismu tinkludi għadd ta' miżuri bħal dawn. Madankollu dawn il-miżuri ma jimpedixxux kompletament lit-terroristi u kriminali oħra milli jkollhom aċċess għal sistemi ta' pagament sabiex iċaqilqu l-fondi tagħhom.

(5)  Sabiex jitrawwem approċċ koerenti fil-kuntest internazzjonali fil-qasam tal-ġlieda u tiżdied l-effiċenza tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, azzjoni ulterjuri mill-Unjoni għandha tqis l-iżviluppi f’dak il-livell, jiġifieri l-Istandards Internazzjonali dwar il-Glieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u l-Proliferazzjoni adottati fl-2012 mill-FATF, u partikolarment ir-Rakkomandazzjoni 16 u n-nota interpretattiva riveduta għall-implimentazzjoni tagħha. [Em. 4]

(5a)  Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-obbligi tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 208 TFUE bil-ħsieb li titwaqqaf ix-xejra dejjem tiżdied li l-attivitajiet ta' ħasil tal-flus jiġu trasferiti minn pajjiżi żviluppati b'regoli stretti dwar il-ħasil tal-flus lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw fejn ir-regoli jistgħu jkunu inqas stretti. [Em. 5]

(6)  It-traċċabbiltà sħiħa tat-trasferimenti ta' fondi tista' tkun għodda partikolarment importanti u valida fil-prevenzjoni, fl-investigazzjoni u fl-individwazzjoni tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu. Għalhekk huwa xieraq, sabiex tkun żgurata t-trażmissjoni tal-informazzjoni tul il-katina kollha ta' pagament, li tiġi stabbilita sistema li timponi l-obbligu fuq il-fornituri tas-servizzi ta' pagament li jiżguraw li t-trasferimenti ta' fondi jkunu akkumpanjati minn informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju, li għandha tkun preċiża u aġġornata. Hu essenzjali f'dan ir-rigward, li l-istituzzjonijiet finanzjarji jagħtu informazzjoni adegwata, preċiża u aġġornata b'rabta mat-trasferimenti ta' fondi mwettqa għall-klijenti tagħhom biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jipprevjenu b'mod iżjed effettiv il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. [Em. 6]

(7)  Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali li titrasponi d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta(10). Pereżempju, dejta personali miġbura għall-fini ta' konformità ma' dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi pproċessata aktar b'mod li hu inkonsistenti mad-Direttiva 95/46/KE. B’mod partikolari, ipproċessar ulterjuri għal skopijiet kummerċjali għandu jkun strettament ipprojbit. Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu hija rikonoxxuta bħala raġuni ta’ interess pubbliku importanti mill-Istati Membri kollha. Għaldaqstant, fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, it-trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz li ma jiżgurax livell adegwat ta' protezzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE għandu jkun permess skont l-Artikolu 26 (d) ta' dik id-Direttiva. Huwa importanti li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament li joperaw f'ġurisdizzjonijiet multipli b'fergħat jew sussidjarji barra mill-Unjoni ma jkunux ostakolati b'mod mhux raġonevoli milli jikkondividu informazzjoni dwar tranżazzjonijiet suspettużi fi ħdan l-istess organizzazzjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal ftehimiet internazzjonali konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi li għandhom l-għan li jiġġieldu l-ħasil tal-flus, inklużi salvagwardji adegwati għaċ-ċittadini li jiżguraw livell ekwivalenti jew adegwat ta' protezzjoni. [Em. 7]

(8)  Persuni li sempliċiment jaqilbu dokumenti fil-forma ta’ karta f'dejta elettronika u jaġixxu taħt kuntratt ma' fornitur tas-servizzi ta' pagament ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; l-istess japplika għal kwalunkwe persuna fiżika jew legali li lill-fornituri tas- servizzi ta' pagament tipprodilhom biss sistemi ta' messaġġi jew sistemi oħra ta' appoġġ għat-trażmissjoni ta' fondi jew sistemi ta' ikklerjar u ta’ saldu.

(9)  Huwa xieraq li trasferimenti ta' fondi li jirrappreżentaw riskju żgħir ta' ħasil ta’ flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawn l-esklużjonijiet għandhom ikopru karti ta' kreditu jew debitu, telefons ċellulari jew apparat diġitali jew ta’ teknoloġija tal-informatika (IT) ieħor, irtirar ta’ flus minn kaxxiera awtomatiċi (ATM), pagamenti ta' taxxi, multi jew imposti oħra, u trasferimenti ta' fondi fejn kemm il-pagatur kif ukoll il-benefiċjarju jkunu fornituri tas-servizzi ta' pagament, li jaġixxu f'isimhom stess. Minbarra dan, sabiex ikunu riflessi l-karatteristiċi speċjali tas-sistemi nazzjonali ta' pagament, huwa xieraq li l-Istati Membri jkollhom id-dritt li jeżentaw il-pagamenti elettroniċi “giro”, sakemm ikun dejjem possibbli li t-trasferiment ta' fondi jiġi traċċat lura sal-pagatur kif ukoll it-trasferimenti ta' fondi magħmula permezz ta’ 'check image exchanges' jew kambjali. Madankollu, ma jrid ikun hemm l-ebda eżenzjoni meta jintużaw karta ta’ debitu jew kreditu, telefon ċellulari jew apparat diġitali jew tal-IT ieħor li huwa mħallas minn qabel jew li jitħallas wara sabiex jiġi effettwat trasferiment minn persuna għal oħra. Fid-dawl tal-progress teknoloġiku li qed jevolvi b’mod dinamiku, għandha tiġi kkunsidrata estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament sabiex ikopri l-flus elettroniċi u metodi ta’ pagament oħrajn ġodda. [Em. 8]

(10)  Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju ma tkunx nieqsa jew mhux kompluta. Sabiex ma jkunx hemm xkiel għall-effiċjenza tas-sistemi ta' pagament, ir-rekwiżiti għall-verifika ta' trasferimenti ta' fondi magħmula minn kont bankarju għandhom ikunu distinti minn dawk għal trasferimenti ta' fondi mhux magħmula minn kont bankarju. Sabiex ikunu bbilanċjati r-riskji li t-tranżazzjonijiet jibdew isiru bil-moħbi, minħabba l-impożizzjoni ta' rekwiżiti eċċessivament stretti ta' identifikazzjoni, mat-theddida terroristika potenzjali ppreżentata minn trasferimenti żgħar ta' fondi, l-obbligu li jiġi verifikat jekk l-informazzjoni dwar il-pagatur hijiex preċiża, fil-każ ta' trasferimenti ta' fondi li ma jsirux minn kont bankarju, għandu jkun applikat biss fuq ristrett għall-isem tal-pagatur għal trasferimenti ta' fondi individwali ta' aktar minn massimu ta' EUR 1 000. Għal trasferimenti ta' fondi mwettqa minn kont bankarju, il-fornituri tas-servizzi ta' pagament ma għandhomx ikunu meħtieġa jivverifikaw l-informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja kull trasferiment ta' fondi fejn l-obbligi taħt id-Direttiva .../.../UE(11) ikunu ssodisfati. [Em. 9]

(11)  Fl-isfond tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni dwar il-pagamenti - ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) u d-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) - huwa biżżejjed li tkun prevista informazzjoni ssimplifikata dwar il-pagatur biex takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi fl-Unjoni.

(12)  Sabiex l-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu f'pajjiżi terzi jkunu jistgħu jittraċċaw is-sors ta' fondi użati għal dawk l-għanijiet, it-trasferimenti ta' fondi mill-Unjoni 'l barra mill-Unjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn informazzjoni kompleta dwar il-pagatur u l-benefiċjarju. Dawk l-awtorijiet għandhom jingħataw aċċess għal informazzjoni kompleta dwar il-pagatur biss għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, u undividwazzjoni ta' ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.

(12a)  L-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u l-aġenziji ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi rilevanti fl-Istati Membri, għandhom jintensifikaw il-kooperazzjoni bejniethom u mal-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi, inkluż dawk fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, ħalli jissaħħu aktar it-trasparenza, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-aħjar prattiki. L-Unjoni għandha tappoġġja programmi ta' bini tal-kapaċità fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex tiffaċilita tali kooperazzjoni. Is-sistemi biex tinġabar l-evidenza u biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni d-dejta u l-informazzjoni rilevanti għall-investigazzjoni ta' reati għandhom jittejbu, mingħajr ma b'xi mod jinkisru l-prinċipji tas-sussidjarjetà jew il-proporzjonalità jew id-drittijiet fundamentali fl-Unjoni. [Em. 10]

(12b)  Il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur, tal-benefiċjarju u l-fornituri tas-servizz intermedjarju għandu jkollhom fis-seħħ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jipproteġu d-dejta personali kontra telf aċċidentali, tibdil, żvelar jew aċċess mhux awtorizzati. [Em. 11]

(13)  Sabiex it-trasferimenti ta' fondi minn pagatur uniku lil diversi benefiċjarji jintbagħtu b'mod ekonomiku f'lottijiet skedati li jinkludu trasferimenti individwali mill-Unjoni lejn barra mill-Unjoni, għandu jsir provvediment sabiex tali trasferimenti individwali ikollhom biss in-numru tal-kont tal-pagatur jew l-identifikatur uniku tiegħu tat-trasferiment, sakemm il-lott skedat ikun jinkludi informazzjoni kompleta dwar il-pagatur u l-benefiċjarju.

(14)  Sabiex ikun iċċekkjat jekk l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur u l-benefiċjarju takkumpanjax it-trasferimenti tal-fondi, u sabiex tingħata għajnuna fl-identifikazzjoni ta' transazzjonijiet suspettużi, il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju u l-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament għandu jkollhom proċeduri effettivi stabbiliti sabiex jindividwaw jekk l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju hijiex nieqsa jew mhux kompluta, b’mod partikolari jekk huma involuti għadd ta’ servizzi ta’ pagament, biex itejbu t-traċċabbiltà tat-trasferimenti ta’ fondi. Kontrolli effettivi tad-disponibilità u l-kompletezza tal-informazzjoni, partikolarment fejn ikunu involuti diversi fornituri tas-servizzi ta' pagament, jistgħu jgħinu sabiex il-proċeduri ta' investigazzjoni jieħdu inqas ħin u jkunu aktar effettivi, u dan min-naħa tiegħu jwassal għal titjib fit-traċċabbiltà ta' trasferimenti ta' fondi. Għaldaqstant l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament jinkludu l-informazzjoni meħtieġa dwar it-tranżazzjoni mat-trasferiment elettroniku jew il-messaġġ relatat tul il-katina ta' pagament. [Em. 12]

(15)  Minħabba t-theddida potenzjali tal-finanzjament tat-terroriżmu ppreżentata mit-trasferimenti anonimi, huwa xieraq li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament ikunu meħtieġa jitolbu informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju. Skont l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju żviluppat mill-FATF, huwa xieraq li jiġu identifikati oqsma ta’ riskju ogħla u aktar baxx bil-ħsieb li jiġu immirati aħjar ir-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Skont dan, il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur u l-fornitur tas-servizz intermedjarju għandhom jistabbilixxu proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju u jivvalutaw u jiżnu r-riskji sabiex dawk ir-riżorsi jkunu jistgħu jiġu orjentati b'mod espliċitu lejn oqsma ta' riskju għoli tal-ħasil tal-flus. Tali proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju għal każijiet fejn trasferiment ta' fondi jkun nieqes mill-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur u l-benefiċjarju, sabiex se jgħinu lill-fornituri tas-servizzi ta' pagament jiddeċiedu b'mod aktar effettiv jekk iwettqux, jirrifjutawx jew jissospendux dak it-trasferiment u x’azzjoni xierqa ta' segwitu tittieħed. Fil-każ fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ikun ibbażat barra mit-territorju tal-Unjoni, għandha tiġi applikata b'mod imsaħħaħ id-diliġenza dovuta mal-klijent, konformement mad-Direttiva .../.../UE(15), fir-rigward ta' relazzjonijiet bankarji transkonfinali korrispondenti ma' dak il-fornitur tas-servizzi ta' pagament. [Em. 13]

(16)  Il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur u l-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament għandhom jeżerċitaw viġilanza speċjali, jivvalutaw r-riskji, meta jsiru konxji li l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju tkun nieqsa jew mhux kompleta u għandhom jirrapportaw tranżazzjonijiet suspettużi lill-awtoritajiet kompetenti, skont l-obbligi tar-rappurtar stabbiliti fid-Direttiva …/…/UE(16) u fil-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali..

(17)  Id-dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti ta' fondi fejn informazzjoni dwar il-pagatur jew il-benefiċjarju tkun nieqsa jew ma tkunx kompleta japplikaw bla ħsara għal kwalunkwe obbligu tal-fornituri tas-servizzi ta' pagament li jissospendu jew jirrifjutaw trasferimenti ta' fondi li jiksru dispożizzjonijiet tad-dritt ċivili, amministrattiv jew kriminali. Il-ħtieġa għal informazzjoni dwar l-identità tal-pagatur jew il-benefiċjarju fir-rigward ta’ individwi, persuni ġuridiċi, trusts, fondazzjonijiet, kumpaniji mutwalistiċi, azjendi u arranġamenti legali simili eżistenti jew futuri hija fattur ewlieni fl-intraċċar tal-kriminali li nkella jaf jaħbu l-identità tagħhom wara struttura korporattiva. [Em. 14]

(18)  Sakemm jitneħħew il-limitazzjonijiet tekniċi li jistgħu jżommu fornituri intermedjarji tas-servizzi ta' pagament milli jissodisfaw l-obbligu li jittrasmettu l-informazzjoni kollha riċevuta minnhom dwar il-pagatur, dawk il-fornituri intermedjarji tas-servizzi ta' pagament għandhom iżommu rekords ta' dik l-informazzjoni. Tali limitazzjonijiet tekniċi għandhom jitneħħew hekk kif is-sistemi ta' pagament jiġu mtejba. Sabiex jingħelbu l-limitazzjonijiet tekniċi, jista' jitħeġġeġ l-użu tal-iskema tat-trasferiment tal-kreditu SEPA fil-każ ta' trasferimenti interbankarji bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. [Em. 15]

(19)  Billi f’investigazzjonijiet kriminali jista' jagħti l-każ li ma jkunx possibbli li tiġi identifikata d-dejta meħtieġa jew l-individwi involuti għal ħafna xhur, jew anke snin, wara t-trasferiment oriġinali tal-fondi u sabiex ikun hemm aċċess għal provi essenzjali fil-kuntest tal-investigazzjonijiet, huwa xieraq li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament ikunu meħtieġa jżommu rekords ta’ informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju għal skopijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, u skoperta ta' ħasil tal-flus jew il- finanzjament tat-terroriżmu. Dan il-perjodu għandu jkun limitat għal ħames snin, u wara dan il-perjodu d-dejta personali kollha għandha titħassar, għajr jekk previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali. Iż-żamma ulterjuri tad-dejta għandha tkun permessa biss jekk meħtieġ għall-prevenzjoni, l-individwazzjoni jew l-investigazzjoni tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu u m'għandhiex taqbeż l-għaxar snin. Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament għandhom jiżguraw li d-dejta miżmuma skont dan ir-Regolament tintuża biss għall-iskopijiet deskritti fih. [Em. 16]

(20)  Sabiex tkun possibbli azzjoni immedjata fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-fornituri tas- servizzi ta' pagament għandhom jirrispondu immedjatament talbiet għal informazzjoni dwar il-pagatur mill-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu fl-Istat Membru fejn jinsabu.

(21)  L-għadd ta' ġranet ta' xogħol fl-Istat Membru tal-fornitur tas-servizz ta' pagament tal-pagatur jiddetermina l-għadd ta' ġranet sabiex tingħata tweġiba għal talbiet għal informazzjoni dwar il-pagatur.

(22)  Sabiex titjieb il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2010 intitolata ‘Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji’, għandhom jittejbu s-setgħa tal-awtoritajiet kompetenti li jadottaw miżuri ta’ sorveljanza u s-setgħat tagħhom ta’ sanzjonar. Sanzjonijiet amministrattivi għandhom ikunu pprovduti u, minħabba l-importanza tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sanzjonijiet li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan, kif ukoll lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (“ABE”), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (“AEAPX”), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18), u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ) (“AETS”), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19).

(23)  Sabiex tiżgura ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli XXX tal-Kapitolu V ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(20). [Em. 17]

(24)  Għadd ta' pajjiżi u territorji li ma jiffurmawx parti mit-territorju tal-Unjoni jikkondividu unjoni monetarja ma' Stat Membru, jiffurmaw parti miż-żona monetarja ta' Stat Membru jew iffirmaw konvenzjoni monetarja mal-Unjoni rappreżentati minn Stat Membru u għandhom fornituri tas-servizzi ta' pagament li jipparteċipaw direttament jew indirettament fis-sistemi ta' pagament u ta' saldu ta' dak l-Istat Membru. Sabiex tkun evitata l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal trasferimenti ta' fondi bejn l-Istati Membri kkonċernati u dawk il-pajjiżi jew territorji li jkollhom effett negattiv sinifikanti fuq l-ekonomiji ta' dawk il-pajjiżi jew territorji, hu xieraq li jsir provvediment għall-possibbiltà li tali trasferimenti ta' fondi jkunu trattati bħala trasferimenti ta' fondi fl-Istati Membri kkonċernati.

(25)  Fid-dawl tal-emendi li hemm bżonn li jsiru għar-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar informazzjoni fuq il-pagatur, li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi(21), dak ir-regolament għandu jitħassar għal raġunijiet ta' ċarezza.

(26)  Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(27)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja (Artikolu 7), id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8) u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust (l-Artikolu 47) u l-prinċipju ta’ ne bis in idem.

(28)  Sabiex tkun żgurata introduzzjoni mingħajr xkiel tal-qafas ġdid kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, huwa xieraq li d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun taħbat mal-iskadenza tat-traspożizzjoni għal d-Direttiva …/…/UE(22)

(28a)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta ta l-opinjoni fl-4 ta' Lulju 2013(23).

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, DEFINIZZJONIJIET U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli fuq l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzoni u l-individwazzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, meta jsir trasferiment ta’ fondi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  “finanzjament tat-terroriżmu” tfisser finanzjament tat-terroriżmu kif iddefinit fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva …/…/UE(24);

(2)  “ħasil ta’ flus” tfisser attivitajiet ta’ ħasil ta’ flus imsemmija fl-Artikolu 1(2) jew (3) tad-Direttiva …/…/UE(25);

(3)  “pagatur” tfisser persuna naturali jew legali li jew twettaq trasferiment ta' fondi mill-kont tiegħu jew tagħha stess jew li tagħmel ordni għat-trasferiment ta' fondipagatur kif definit fl-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2007/64/KE; [Em. 18]

(4)  "benefiċjarju" tfisser persuna fiżika jew legali li tkun il-benefiċjarju li għalih huma previsti l-fondi trasferitibenefiċjarju kif definit fl-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2007/64/KE; [Em. 19]

(5)  “fornitur tas-servizzi ta’ pagament” tfisser persuna fiżika jew legali li tipprovdi s-servizz ta’ trasferiment ta’ fondi fil-kapaċità professjonali tiegħu jew tagħhafornitur tas-servizzi ta' pagament kif definit fl-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2007/64/KE; [Em. 20]

(6)  “fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament” tfisser fornitur tas-servizzi ta' pagament li jkun la tal-pagatur u lanqas tal-benefiċjarju, u li jirċievi u jittrażmetti trasferiment ta’ fondi f'isem il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur jew tal-benefiċjarju, jew ta’ fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament ieħor;

(7)  “trasferiment ta’ fondi” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li ssir b’mezzi elettroniċi f’isem pagatur permezz ta’ fornitur tas-servizzi ta’ pagament, b’mod partikolari “servizzi ta’ ħlas ta’ flus” u “debitu dirett” fis-sens tad-Direttiva 2007/64/KE, bil-għan li l-fondi jkunu disponibbli għall-benefiċjarju permezz ta' fornitur tas-servizzi ta’ pagament, irrispettivament jekk il-pagatur u l-benefiċjarju humiex l-istess persuna; [Em. 21]

(8)  “trasferiment ta' lott skedat” tfisser pakkett ta’ diversi trasferimenti individwali ta' fondi li nġabru flimkien għal trażmissjoni;

(9)  “identifikatur uniku tat-tranżazzjoni” tfisser kombinazzjoni ta' ittri jew simboli stabbiliti mill-fornitur tas-servizzi ta' pagament, b’konformità mal-protokolli tas-sistemi ta' pagament u saldu jew sistemi ta’ messaġġi użati għat-trasferiment tal-fond, li tippermetti t-traċċabilità tat-tranżazzjoni lura lill-pagatur u lill-benefiċjarju;

(10)  “trasferiment ta’ fondi minn persuna għal oħra” tfisser tranżazzjoni bejn żewġ persuni fiżiċi, li, bħala konsumaturi, jaġixxu għal skopijiet oħra għajr is-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħhom. [Em. 22]

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament japplika għal trasferimenti ta' fondi, fi kwalunkwe munita, li jintbagħtu jew li jiġu riċevuti minn fornitur tas-servizzi ta' pagament stabbilit fl-Unjoni.

2.  Dan ir-Regolament ma japplikax m'għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi li jsiru permezz ta' karta ta' kreditu jew debitu, karta mħallsa minn qabel jew vawċer, jew telefon ċellulari, flus elettroniċi jew apparat diġitali jew ta’ teknoloġija tal-informatika (IT) ieħor definiti fid-Direttiva 2014/.../UE [PSD], meta l-kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati: [Em. 23]

(a)  il-kardil-karta jew apparat jintuża’jintużaw biex jitħallsu prodotti u servizzi lil kumpanija fi ħdan kummerċ jew negozju professjonali; [Em. 24]

(b)  in-numru tal-kard jew apparat jakkumpanja t-trasferimenti kollha li joħorġu minn din it-tranżazzjoni.

Madankollu, dan ir-Regolament għandu japplika meta karta ta’ kreditu jew ta’ debitu, jew karta mħallsa minn qabel jew vawċer, jew telefon ċellulari, flus elettroniċi jew kwalunkwe apparat diġitali jew tal-ITieħor jintuża sabiex jiġi effettwat trasferiment ta' fondi minn persuna għal oħra. [Em. 25]

3.  Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li m'għandhom l-ebda attività għajr li jaqilbu dokumenti stampati f'dejta elettronika u li jaġixxu skont kuntratt ma' fornitur tas-servizzi ta' pagament jew lil dawk li m'għandhom l-ebda attività għajr li jipprovdu lill-fornituri tas-servizzi ta' pagament b'messaġġi jew sistemi oħra ta' appoġġ għat-trażmissjoni ta' fondi jew b'sistemi ta' kklerjar jew ta' saldu. [Em. 26]

Dan ir-Regolament ma japplikax għal trasferimenti ta' fondi:

(a)  fejn it-trasferiment ta' fondi jinvolvi li l-pagatur jiġbed flus mill-kont tiegħu jew tagħha stess;

(b)  fejn il-fondi huma ttrasferiti lil awtoritajiet pubbliċi bħala pagament għal taxxi, multi jew imposti oħra fi Stat Membru;

(c)  fejn kemm il-pagatur kif ukoll il-benefiċjarju ikunu fornituri tas-servizzi ta' pagament li jaġixxu f'isimhom stess.

KAPITOLU II

L-OBBLIGI TAL-FORNITURI TAS-SERVIZZI TA' PAGAMENT

Taqsima 1

L-obbligi tal-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur

Artikolu 4

Informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi

1.  Il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur jiżgura li t-trasferiment ta' fondi jkun akkumpanjat mill-informazzjoni li ġejja dwar il-pagatur:

(a)  l-isem tal-pagatur;

(b)  in-numru tal-kont tal-pagatur, fejn tali kont huwa użat biex jiġi pproċessat it-trasferiment tal-fondi, jew identifikatur uniku tat-tranżazzjoni fejn l-ebda tali kont ma jkun użat għal dak il-għan;

(c)  l-indirizz tal-pagatur, numru tal-identità nazzjonali, jew numru ta' identifikazzjoni tal-klijent, jew id-data u l-post tat-twelid. [Em. 27]

2.  Il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur jiżgura li t-trasferimenti ta' fondi jkunu akkumpanjati mill-informazzjoni li ġejja dwar il-benefiċjarju:

(a)  l-isem tal-benefiċjarju; u

(b)  in-numru tal-kont tal-benefiċjarju, fejn tali kont huwa użat biex tiġi pproċessata t-tranżazzjoni, jew identifikatur uniku tat-tranżazzjoni fejn l-ebda tali kont ma jkun użat għal dak il-għan.

3.  Qabel jittrasferixxi l-fondi, il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur għandu japplika miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijent skont id-Direttiva …/…/UE(26) u għandu jivverifika l-eżattezza u l-kompletezza tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 abbażi tad-dokumenti, tad-dejta u tal-informazzjoni miksuba minn sors affidabbli u indipendenti. [Em. 28]

4.  Fejn il-fondi huma trasferiti mill-kont tal-pagatur, il-verifika msemmija fil-paragrafu 3 tkun meqjusa li saret fil-każijiet li ġejjin:

(a)  fejn l-identità ta' pagatur tkun ġiet verifikata b'konnessjoni mal-ftuħ tal-kont skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva …/…/UE(27) u l-informazzjoni miksuba permezz ta' dik il-verifika tkun ġiet reġistrata konformement mal-Artikolu 39 ta' dik id-Direttiva;

jew

(b)  fejn l-Artikolu 12(5) tad-Direttiva …/…/UE(28) japplika għall-pagatur.

5.  Madankollu, b'deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta' trasferimenti ta' fondi li ma jsirux minn kont, il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ma jivverifikax l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jekk l-ammont ma jaqbiżx l-EURhuwa mitlub jivverifika tal-inqas l-isem tal-pagatur għal trasferimenti ta' fondi sa massimu ta' EUR 1 000 u ma jidhirx li hu marbut ma' trasferimenti oħra ta' fondi li, flimkien mat-trasferiment inkwistjoni, imma għandu jivverifika l-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur u l-benefiċjarju msemmija fil-paragrafu 1 fejn it-tranżazzjoni ssir f'diversi operazzjonijiet li jkunu jidhru li huma relatati jew fejn dawn jaqbżu l-EUR 1 000. [Em. 29]

Artikolu 5

Trasferimenti ta' fondi fl-Unjoni

1.  B'deroga mill-Artikolu 4(1) u (2), meta l-fornitur(i) tas-servizz ta’ pagament ta' kemm il-pagatur kif ukoll il-benefiċjarju jkunu stabbiliti fl-Unjoni, fil-ħin tat-trasferiment ta' fondi għandhom jintalbu li jiġu pprovduti biss l-isem sħiħ u n-numru tal-kont tal-pagatur u l-benefiċjarju jew l-identifikatur uniku tat-tranżazzjoni tiegħu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5(2)(b) u (3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012. [Em. 30]

2.  Minkejja l-paragrafu 1, min-naħa tal- il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur, f'każ li jiġi identifikat riskju ogħla kif imsemmi fl-Artikolu 16(2) jew (3), jew fl-Anness III tad-Direttiva .../.../UE(29), għandu jitlob l-informazzjoni kompluta dwar il-pagatur u l-benefiċjarju jew, fuq talba mill-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju jew il-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament, tkun jagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar il-pagatur jew il-benefiċjarju skont l-Artikolu 4, fi żmien tlett ijiem ta' xogħol minn meta jirċievi dik it-talba. [Em. 31]

Artikolu 6

Trasferimenti ta’ fondi barra mill-unjoni

1.  Fil-każ ta' trasferimenti ta' lottijiet skedati minn pagatur uniku fejn il-fornituri tas-servizz ta' pagament tal-benefiċjarji jinsabu barra mill-Unjoni, l-Artikolu 4(1) u (2) ma japplikax għat-trasferimenti individwali miġbura flimkien fihom, sakemm il-lott skedat ikun jinkludi dik l-informazzjoni imsemmija f’dak l-Artikolu u t-trasferimenti individwali jkunu akkumpanjati min-numru tal-kont tal-pagatur jew mill- identifikatur uniku tiegħu.

2.  B'deroga mill-Artikolu 4(1) u (2), meta l-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju jkun stabbilit barra mill-Unjoni, it-trasferimenti ta’ fondi li jammontaw għal EUR 1 000 jew inqas ikunu akkumpanjati biss minn: [Em. 32]

(a)  l-isem tal-pagatur;

(b)  l-isem tal-benefiċjarju;

(c)  in-numru tal-kont kemm tal-pagatur kif ukoll tal-benefiċjarju jew l-identifikatur uniku tat-tranżazzjoni.

Din l-informazzjoni m’hemmx għalfejn tiġi verifikata għall-preċiżjoni, sakemm ma jkunx hemm suspett ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu.

Taqsima 2

L-obbligi tal-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju

Artikolu 7

L-individwazzjoni ta' informazzjoni nieqsa dwar il-pagatur u l-benefiċjarju

1.  Il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju għandu jinnota jekk is-segmenti li jirrigwardaw l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju fis-sistema ta' messaġġi jew fis-sistema ta' pagament u saldu li tintuża sabiex isir it-trasferiment ta' fondi, ikunux imtlew bl-użu tal-karattri jew inputs ammissibbli għall-proċeduri interni stabbiliti u bbażati fuq ir-riskju għal kontra l-abbuż, skont il-prattika ta' dik is-sistema ta’ messaġġi jew is-sistema ta’ pagament u saldu. [Em. 33]

2.  Il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju jkollu fis-seħħ proċeduri effettivi sabiex jiskopri jekk l-informazzjoni li ġejja dwar il-pagatur u l-benefiċjarju tkunx nieqsa:

(a)  għal trasferimenti ta' fondi fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ikun jinsab fl-Unjoni, l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 5;

(b)  għal trasferimenti ta' fondi fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ikun stabbilit barra mill-Unjoni, l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) u fejn ikun applikabbli, l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 14; u

(c)  għal trasferimenti ta' lottijiet skedati fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ikun stabbilit barra mill-Unjoni l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) rigward it-trasferiment ta' lott skedat.

3.  Għal trasferimenti ta' fondi li jammontaw għal aktar minn EUR 1 000, fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ikun stabbilit barra mill-Unjoni, il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju jivverifika l-identità tal-benefiċjarju jekk l-identità tiegħu jew tagħha ma tkunx diġà ġiet ivverifikata.

4.  Għal trasferimenti li jammontaw għal EUR 1 000 jew inqas, fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ikun stabbilit barra mill-Unjoni, il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju ma għandux għalfejn jivverifika l-informazzjoni dwar il-pagatur, sakemm ma jkunx hemm suspett ta' ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu jew ma japplikawx il-livell limitu fil-każ meta l-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali tkun issuġġeriet li jiżdiedu l-kontrolli fir-rigward ta' trasferimenti ta' fondi mhux magħmula minn kont. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-deroga għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni. [Em. 34]

4a.  Fil-każ fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ikun stabbilit f'pajjiż terz li jippreżenta livell ta' riskju ogħla, għandha tiġi applikata diliġenza dovuta msaħħa mal-klijent, f'konformità mad-Direttiva …/…/UE (30), fir-rigward ta' relazzjonijiet bankarji transkonfinali korrispondenti ma' dak il-fornitur tas-servizzi ta' pagament. [Em. 35]

Artikolu 8

Trasferimenti ta' fondi b'informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta dwar il-pagatur u l-benefiċjarju

1.  Il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju għandu jistabbilixxi proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju, abbażi tar-riskji identifikati fl-Artikolu 16(2) u l-Anness III għad-Direttiva .../.../UE(31), biex jiddeterminaw meta jiġi eżegwit, irrifjutat jew sospiż trasferiment ta' fondi minħabba nuqqas ta’ informazzjoni meħtieġa kompluta dwar il-pagatur u l-benefiċjarju u dwar azzjoni ta’ segwitu xierqa. [Em. 36]

Fi kwalunkwe każ, il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur u l-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju għandhom ikunu konformi ma’ kwalunkwe liġi applikabbli jew dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 2580/2001, ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 u d-Direttiva .../.../UE(32). [Em. 37]

Jekk il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju jsir jaf, meta jirċievi trasferimenti ta' fondi, li l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju meħtieġa skont l-Artikoli 4(1) u (2), l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6 hija nieqsa jew mhijiex kompleta jew ma ġietx ikkompletata bl-użu tal-karattri jew l-inputs ammissibbli fil-konvenzjonijet tas-sistema ta’ messaġġi jew fis-sistema ta’ pagament u saldu, dan għandu jew jirrifjuta t-trasferiment jew inkella jissospendih u jitlob għall-informazzjoni kompleta dwar il-pagatur u l-benefiċjarju qabel ma jagħmel it-tranżazzjoni ta' pagament. [Em. 38]

2.  Meta fornitur ta' servizzi ta' pagament jonqos regolarment milli jagħti l-informazzjoni meħtieġa u kompluta dwar il-pagatur, il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju għandu jieħu passi, li għall-ewwel jistgħu jinkludu l-ħruġ ta' twissijiet u l-istipular ta' skadenzi, qabel jirrifjuta kwalunkwe trasferimenti futuri ta' fondi mingħand dak il-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew jiddeċiedi jekk jirrestrinġix jew itemm ir-relazzjoni ta' negozju tiegħu ma' dak il-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew le. [Em. 39]

Il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju jinforma lill-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 9

Valutazzjoni u Rappurtar

Il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju, skont il-proċeduri bbażati fuq ir-riskju tal-fornituri tas-servizzi ta’ pagament, għandu jikkunsidra informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta dwar il-pagatur u l-benefiċjarju bħala fatturwieħed mill-fatturi fil-valutazzjoni ta' jekk it-trasferiment ta' fondi, jew kwalunkwe tranżazzjoni relatata, hijiex suspettuża, humiex suspettużi, u jekk għandhiex tiġi rappurtatagħandhomx jiġu rappurtati lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja. Il-fornitur tas-servizzi ta' pagament għandu, fil-proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju tiegħu, jiffoka wkoll fuq fatturi oħra ta' riskju kif identifikat fl-Artikolu 16(3) u fl-Anness III għad-Direttiva .../.../UE(33), u jieħu miżuri xierqa dwarhom. [Em. 40]

Taqsima 3

L-obbligi ta' fornituri intermedjarji tas-servizzi ta' pagament

Artikolu 10

Iż-żamma tal-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju mat-trasferiment

Il-fornituri intermedjarji tas-servizzi ta' pagament jiżguraw li l-informazzjoni kollha li jirċievu dwar il-pagatur li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi tinżamm mat-trasferiment.

Artikolu 11

L-individwazzjoni ta' informazzjoni nieqsa dwar il-pagatur u l-benefiċjarju

1.  Il-fornitur tas-servizzi ta' pagament jinnota jekk is-segmenti li jirrigwardaw l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju fis-sistema ta' messaġġi jew fis-sistema ta' pagament u saldu li tintuża sabiex isir it-trasferiment ta' fondi, ikunux imtlew bl-użu tal-karattri jew inputs ammissibbli skont il-prattika ta' dik is-sistema.

2.  Il-fornitur tas-servizzi ta' pagament għandu jkollu fis-seħħ proċeduri effettivi sabiex jiskoprujiskopri jekk l-informazzjoni li ġejja dwar il-pagatur u l-benefiċjarju tkunx hijiex nieqsa jew mhux kompluta: [Em. 41]

(a)  għal trasferimenti ta' fondi fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ikun jinsab fl-Unjoni, l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 5;

(b)  għal trasferimenti ta' fondi fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ikun stabbilit barra mill-Unjoni, l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) jew, fejn ikun applikabbli, l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 14; u

(c)  għal trasferimenti ta' lottijiet skedati fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur ikun stabbilit barra mill-Unjoni l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) rigward it-trasferiment ta' lott skedat.

Artikolu 12

Trasferimenti ta' fondi b'informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta dwar il-pagatur u l-benefiċjarju

1.  Il-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament għandu tal-benefiċjarju jistabbilixxi proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju biex jiddeterminaw meta jiġi eżegwit, irrifjutat jew sospiż trasferiment ta' fondi minħabba nuqqas ta’ informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur u l-benefiċjarju u dwarjekk l-informazzjoni li tkun waslet dwar il-pagatur u l-benefiċjarju hijiex nieqsa jew mhux kompluta, u għandu jadotta azzjoni ta’ segwitu xierqa. [Em. 42]

Jekk il-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju jsir jaf, meta jirċievi trasferimenti ta' fondi, li l-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju meħtieġa skont l-Artikoli 4(1) u (2), l-Artikolu 5(1) u l-Artikoli 6 hija nieqsa jew mhijiex kompleta jew ma ġietx ikkompletata bl-użu tal-karattri jew l-inputs ammissibbli skont il-konvenzjonijet tas-sistema ta’ messaġġi jew is-sistema ta’ pagament u saldu, dan għandu jew jirrifjuta t-trasferiment jew inkella jissospendih u jitlob għall-informazzjoni kompleta dwar il-pagatur u l-benefiċjarju qabel ma jagħmel it-tranżazzjoni ta' pagament. [Em. 43]

2.  Meta fornitur ta' servizzi ta' pagament jonqos regolarment milli jagħti l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur, il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju jieħu passi, li għall-ewwel jistgħu jinkludu l-ħruġ ta' twissijiet u l-istipular ta' skadenzi, qabel jirrifjuta kwalunkwe trasferimenti futuri ta' fondi mingħand dak il-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew jiddeċiedi jekk jirrestrinġix jew itemmx ir-relazzjoni ta' negozju tiegħu ma' dak il-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew le.

Il-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament jinforma b’dan lill-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 13

Valutazzjoni u Rappurtar

Il-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament jikkunsidra informazzjoni nieqsa jew mhux kompleta dwar il-pagatur u l-benefiċjarju bħala fattur fil-valutazzjoni ta' jekk it-trasferiment ta' fondi, jew kwalunkwe tranżazzjoni relatata, hijiex suspettuża, u jekk għandhiex tiġi rappurtata lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja.

Artikolu 14

Limitazzjonijiet tekniċi

1.  Dan l-Artikolu japplika fejn il-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur huwa stabbilit barra mill-Unjoni u l-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament jinsab fl-Unjoni.

2.  Sakemm il-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament ma jsirx jaf, meta jirċievi trasferiment ta' fondi, li l-informazzjoni dwar il-pagatur meħtieġa taħt dan ir-Regolament tkun nieqsa jew mhux kompleta, huwa jista' juża sistema ta' pagament b'limitazzjonijiet tekniċi li timpedixxi li informazzjoni dwar il-pagatur milli takkumpanja t-trasferiment ta' fondi sabiex jagħmel trasferimenti ta' fondi lill-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju.

3.  Meta l-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament isir jaf, meta jirċievi trasferiment ta' fondi, li l-informazzjoni dwar il-pagatur meħtieġa taħt dan ir-Regolament tkun nieqsa jew mhux kompleta, huwa juża sistema ta' pagament b'limitazzjonijiet tekniċi biss jekk ikun jista' jinforma lill-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju b'dan, f’sistema ta' messaġġi jew ta' pagament li tagħmel possibbli l-komunikazzjoni ta' dan il-fatt jew permezz ta' proċedura oħra, sakemm il-metodu ta' komunikazzjoni ikun aċċettat minn, jew miftiehem bejn, iż-żewġ fornituri tas-servizzi ta' pagament.

4.  Meta l-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament juża sistema ta' pagament b'limitazzjonijiet tekniċi, il-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament, fuq talba mill-fornitur tas-servizzi ta' pagament tal-benefiċjarju, jagħmel disponibbli lil dak il-fornitur ta' servizzi ta' pagament l-informazzjoni kollha dwar il-pagatur li huwa jkun irċieva, irrispettivament jekk din tkunx kompleta jew le, fi żmien tlitt ijiem ta' xogħol minn meta jirċievi dik it-talba.

KAPITOLU III

KOOPERAZZJONI U Ż-ŻAMMA TA’ REKORDS

Artikolu 15

Obbligi ta’ kooperazzjoni u ekwivalenza [Em. 44]

1.   Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament u l-fornituri intermedjarji tas-servizzi ta’ pagament għandhom jirrispondu b'mod sħiħ u mingħajr dewmien, b’konformità mar-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jinsabu fih, għall-mistoqsijiet li jiġu esklużivament mill-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu ta' dak l-Istat Membru li jikkonċernaw l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament. Għandhom jiġu stabbiliti salvagwardji speċifiċi biex ikun żgurat li tali skambji ta' informazzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-dejta. L-ebda awtorità jew parti esterna oħra m’għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni maħżuna mill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament. [Em. 45]

1a.  Billi proporzjon kbir tal-flussi finanzjarji illeċiti jispiċċa f'rifuġji fiskali, l-Unjoni għandha tagħmel aktar pressjoni fuq dawn il-pajjiżi ħalli jikkooperaw biex jiġġieldu tali flussi finanzjarji illeċiti u jtejbu t-trasparenza. [Em. 46]

1b.  Il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament stabbiliti fl-Unjoni għandhom japplikaw dan ir-Regolament għas-sussidjarji u l-fergħat tagħhom li joperaw f’pajjiżi terzi u li mhumiex meqjusa ekwivalenti.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22a fir-rigward tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza tal-qafas legali u superviżorju ta' ġurisdizzjonijiet barra mill-Unjoni għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.[Em. 47]

Artikolu 15a

Il-protezzjoni tad-dejta

1.  Rigward l-ipproċessar tad-dejta personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 95/46/KE.

2.  Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament għandhom jiżguraw li d-dejta miżmuma skont dan ir-Regolament tintuża biss għall-iskopijiet deskritti fih u li fl-ebda każ ma tintuża għal skopijiet kummerċjali.

3.  L-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta għandu jkollhom is-setgħat, inklużi setgħat ta' aċċess indirett, biex jinvestigaw, jew ex-officio jew abbażi ta' lment, kwalunkwe dikjarazzjoni fir-rigward ta’ problemi fl-ipproċessar tad-dejta personali. Din għandha tinkludi b’mod partikolari aċċess għall-fajl tad-dejta għand il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. [Em. 48]

Artikolu 15b

Trasferiment tad-dejta personali lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali

It-trasferiment ta’ dejta personali lejn pajjiż terz, jew lejn organizzazzjoni internazzjonali, li ma jassigurax livell adegwat ta’ protezzjoni fit-tifsira tal--Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE, jista’ jseħħ biss jekk:

(a)  jiġu stabbiliti miżuri u salvagwardji adegwati għall-protezzjoni tad-dejta; u

(b)  l-awtorità superviżorja, wara valutazzjoni ta’ dawn il-miżuri u s-salvagwardji, tkun tat awtorizzazzjoni minn qabel għat-trasferiment. [Em. 49]

Artikolu 16

Iż-żamma tar-rekords

L-informazzjoni dwar il-pagatur u l-benefiċjarju m’għandhiex tinżamm aktar milli strettament meħtieġ. Il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur u l-fornitur tas-servizzi ta’ pagament tal-benefiċjarju jżommu rekords tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 4, 5, 6 u 7 għal perjodu massimu ta' ħames snin. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 14(2) u (3), il-fornitur intermedjarju tas-servizzi ta' pagament għandu jżomm rekord tal-informazzjoni kollha li jkun irċieva għal ħames snin. Malli jiskadi dan il-perjodu, id-dejta personali għandha titħassar, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali, li tiddetermina taħt liema ċirkostanzi fornituri tas-servizzi ta' pagament jistgħu jżommu jew iżommu ulterjurment id-dejta. L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jeħtieġu żamma għal perjodu itwal biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn ġustifikati u fejn ikunu ingħataw raġunijiet, u biss jekk meħtieġ għall-prevenzjoni, l-individwazzjoni jew l-investigazzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu. Il-perjodu massimu taż-żamma wara t-twettiq tat-trasferiment ta’ fondi ma jistax jaqbeż l-għaxar snin u l-ħażna tad-dejta personali għandha tikkonforma mal-liġi nazzjonali li titrasponi d-Direttiva 95/46/KE. [Em. 50]

Il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament tal-pagatur u tal-benefiċjarju u l-fornitur tas-servizz intermedjarju għandu jkollhom fis-seħħ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jipproteġu d-dejta personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali, it-telf aċċidentali, it-tibdil, l-iżvelar jew l-aċċess illegali. [Em. 51]

L-informazzjoni miġbura dwar il-pagatur jew il-benefiċjarju mill-fornituri tas-servizzi ta' pagament tal-pagatur u tal-benefiċjarju u l-fornituri intermedjarji tas-servizzi ta’ pagament, għandha titħassar wara li jiskadi l-perjodu taż-żamma. [Em. 52]

Artikolu 16a

Aċċess għall-informazzjoni u l-kunfidenzjalità

1.  Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament għandhom jiżguraw li l-informazzjoni miġbura għall-finijiet ta' dan ir-Regolament tkun aċċessibbli biss għall-persuni speċifikati jew tkun limitata għal dawk il-persuni li huma strettament neċessarji sabiex jitlesta l-kompitu meħud.

2.  Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament għandhom jiżguraw ir-rispett tal-kunfidenzjalità tad-dejta pproċessata.

3.  Individwi li jkollhom aċċess għal u li qed jittrattaw ma’ dejta personali tal-pagatur jew tal-benefiċjarju, għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-proċessi tad-dejta kif ukoll ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta.

4.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-persuni li jiġbru jew jipproċessaw regolarment dejta personali, jingħataw taħriġ speċifiku dwar il-protezzjoni tad-dejta. [Em. 53]

KAPITOLU IV

Sanzjonijiet u monitoraġġ

Artikolu 17

Sanzjonijiet

1.  L-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar il-miżuri amministrattivi u s-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jwettqu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li huma jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet previsti jridu ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri jiżguraw li fejn japplikaw obbligi għall-fornituri tas-servizzi ta’ pagament, fil-każ ta' ksur ikunu jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet lill-membri tal-maniġment, u lil kwalunkwe individwu ieħor li skont il-liġi nazzjonali jkun responsabbli għall-ksur.

3.  Sa ...(34) l-Istati Membri jinnotifikaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Konġunt tal-ABE, AEAPX u l-AETS. Huma jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Konġunt tal-ABE, l-AEAPX u l-AETS mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalih.

4.  L-awtoritajiet kompetenti jingħataw is-setgħat investigattivi kollha li huma neċessarji biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom. Fl-eżerċitar tas-setgħat tagħhom ta’ sanzjonar, l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li s-sanzjonijiet jew il-miżuri jipproduċu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom meta jittrattaw każijiet transkonfinali.

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet speċifiċi

1.  Dan l-Artikolu japplika għall-ksur li ġej:

(a)  nuqqas ripetut ta’ inklużjoni tal-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur u l-benefiċjarju minn fornitur tas-servizzi ta’ pagament, bi ksur tal-Artikoli 4, 5 u 6; [Em. 54]

(b)  nuqqas serju min-naħa tal-fornituri tas-servizzi ta' pagament li jiżguraw iż-żamma tar-rekords f'konformità mal-Artikolu 16;

(c)  nuqqas min-naħa tal-fornitur tas-servizzi ta’ pagament li jdaħħal fis-seħħ politika u proċeduri eggettivi bbażati fuq ir-riskju meħtieġa skont l-Artikoli 8 u 12.

(ca)  nuqqas serju min-naħa tal-fornituri intermedjarji tas-servizzi ta’ pagament li jikkonformaw mal-Artikoli 11 u 12. [Em. 55]

2.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi li jistgħu jiġu applikati jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)  dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew legali u n-natura tal-ksur;

(b)  ordni li titlob lill-persuna naturali jew legali biex tieqaf minn din l-inġiba u ma tirrepetix dak il-komportament;

(c)  fil-każ ta' fornitur tas-servizzi ta’ pagament, l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-fornitur;

(d)  projbizzjoni temporanja kontra kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-fornitur tas-servizzi ta’ pagament jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li titqies responsabbli, milli teżerċita xi funzjoni mal-fornitur tas-servizzi ta’ pagament;

(e)  fil-każ ta’ persuna legali, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa 10 % tal-fatturat totali annwali tal-persuna legali fis-sena kummerċjali preċedenti; fejn il-persuna legali hija sussidjarja ta’ intrapriża prinċipali, il-fatturat annwali totali rilevanti jkun il-fatturat annwali totali li jirriżulta mill-kont konsolidat tal-intrapriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti;

(f)  fil-każ ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri li l-munita tagħhom m'hix l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fil-...(35).

(g)  sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sad-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati.

Artikolu 19

Pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi imposti fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 17 u l-Artikolu 18(1) jiġu ppubblikati mingħajr dewmien bla bżonn inkluż tagħrif dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli għalih, sakemm din il-pubblikazzjoni ma tipperikolax l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji. jekk dan ikun neċessarju u proporzjonat wara valutazzjoni każ b'każ. [Em. 56]

Fejn il-pubblikazzjoni tikkaġuna ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti, l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw is-sanzjonijiet fuq bażi anonima.

Fejn l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru timponi jew tapplika sanzjoni amministrattiva jew miżura oħra skont l-Artikoli 17 u 18, din għandha tinnotifika lill-ABE b’dik is-sanzjoni jew miżura u ċ-ċirkostanzi li fihom ġiet imposta jew applikata. L-ABE għandha tinkludi tali notifika fil-bażi ta' dejta ċentrali tas-sanzjonijiet amministrattivi stabbilita skont l-Artikolu 69 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(36) u għandha tapplika fil-konfront tagħha l-istess proċeduri bħal dawk għas-sanzjonijiet l-oħra kollha ppubblikati. [Em. 57]

Artikolu 20

L-applikazzjoni tas-sanzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti

Meta jiddeterminaw it-tip tas-sanzjonijiet jew miżuri amminstrattivi u l-livell ta’ sanzjonijiet pekunarji amminstrattivi, l-awtoritajiet kompetenti iqisu ċ-ċirkostanzi relevanti kollha, inkluż:

(a)  il-gravità tal-ksur u kemm dam għaddej;

(b)  il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew legali responsabbli;

(c)  is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew legali responsabbli, skont kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna legali responsabbli jew mid-dħul annwali tal-persuna fiżika responsabbli;

(d)  l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf li jkun ġie evitat mill-persuna fiżika jew legali responsabbli, safejn dawn ikunu jistgħu jiġu detetminati;

(e)  it-telf għal partijiet terzi kkawżat mill-ksur, safejn ikun jista' jiġi determinat;

(f)  il-livell ta’ kooperazzjoni li l-persuna fiżika jew legali responsabbli turi mal-awtorità kompetenti;

(g)  ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew legali responsabbli.

Artikolu 21

Ir-rappurtar tal-ksur

1.  L-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi sabiex jinkoraġġixxu r-rappurtar ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament lill-awtoritajiet kompetenti. Għandhom jiġu implimentati miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jipproteġu d-dejta kontra l-qerda aċċidentali jew illegali, it-telf aċċidentali, it-tibdil, jew l-iżvelar illegali. [Em. 58]

2.  Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu mill-inqas:

(a)  proċeduri speċifiċi biex jintlaqgħu rapporti dwar ksur u għas-segwitu tagħhom;

(b)  il-protezzjoni xierqa għall-persuni għall-informaturi u għall-persuni li jirrapportaw ksur potenzjali jew reali; [Em. 59]

(c)  il-protezzjoni tad-dejta personali li tikkonċerna kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll lill-persuna naturali li hija allegatament responsabbli għall-ksur, skont il-prinċipji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE.

3.  Il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, għandhom jistabbilixxu proċeduri interni xierqa għall-impjegati tagħhom sabiex jirrapportaw vjolazzjonijietkwalunkwe ksur b’mezz speċifiku sikur, indipendenti u anonimu. [Em. 60]

Artikolu 22

Monitoraġġ

1.  L-Istati Membri jeżiġu li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw b'mod effettiv, u jieħdu l-miżuri neċessarji bil-għan li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. L-ABE tista' toħroġ linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar il-proċessi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tqis l-aħjar prattiki tal-Istati Membri. [Em. 61]

1a.  Il-Kummissjoni għandha tikkoordina u timmonitorja sew l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi ta' pagament barra l-Unjoni u għandha ssaħħaħ il-kooperazzjoni, fejn xieraq, mal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi responsabbli biex jinvestigaw u jippenalizzaw każijiet ta' ksur skont l-Artikolu 18. [Em. 62]

1b.  Sal-1 ta' Jannar 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Kapitolu IV b'attenzjoni partikolari lejn il-każijiet transkonfinali, il-fornituri tas-servizzi ta' pagament ta' pajjiżi terzi u l-eżekuzzjoni tas-setgħat investigattivi u ta' sanzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom. Jekk ikun hemm riskju ta' ksur relatat mal-ħżin tad-dejta, il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni xierqa u effettiva, inkluż it-tressiq ta' proposta li temenda dan ir-Regolament. [Em. 63]

Artikolu 22a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati hi konferita lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 15(1a) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal żmien indeterminat minn ...(37)

3.  Id-delega tas-setgħa li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 15(1a) tista’ tkun revokata f’kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iżjed tard speċifikata fih. Din m'għandhiex tolqot il-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 15(1a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 64]

KAPITOLU V

IS-SETGĦAT TAL-IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 23

Proċedura ta' Kumitat

1.  Il-Kummissjoni tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (‘il-Kumitat’). Il-Kumitat ikun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, sakemm id-dispożizzjonijiet implimentattivi adottati skont il-proċedura stabbilita fih ma jbiddlux id-dispożizzjonijiet bażiċi ta' dan ir-Regolament. [Em. 65]

KAPITOLU VI

DEROGI

Artikolu 24

Ftehimiet ma’ territorji jew pajjiżi mhux imsemmija fl-Artikolu 355 tat-Trattat [Em. 66]

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1a), il-Kummissjoni tista', f’każijiet fejn l-ekwivalenza ġiet attestata, tawtorizza lil kwalunkwe Stat Membru sabiex jikkonkludi ftehimiet, ma' pajjiż jew territorju li ma jifformax parti mit-territorju tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 355 tat-Trattat, li jinkludu derogi minn dan ir-Regolament, sabiex jippermettu li t-trasferimenti ta' fondi bejn dak il-pajjiż jew territorju u l-Istat Membru konċernat ikunu meqjusa bħala trasferimenti ta' fondi f'dak l-Istat Membru. [Em. 67]

Tali ftehimiet jistgħu jkunu awtorizzati biss jekk il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a)  il-pajjiż jew territorju konċernat jikkondividi unjoni monetarja mal-Istat Membru konċernat jew jifforma parti miż-żona monetarja ta' dak l-Istat Membru jew ikun iffirma Konvenzjoni Monetarja mal-Unjoni Ewropea rappreżentata minn Stat Membru;

(b)  il-fornituri tas-servizzi ta' pagament fil-pajjiż jew territorju konċernat jipparteċipaw direttament jew indirettament fis-sistemi ta' pagament u ta' saldu f'dak l-Istat Membru;

u

(c)  il-pajjiż jew territorju konċernat jeżiġi li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu japplikaw l-istess regoli bħal dawk stabbiliti taħt dan ir-Regolament.

2.  Kwalunkwe Stat Membru li jixtieq jikkonkludi xi ftehim kif imsemmi fil-paragrafu 1 jibgħat applikazzjoni lill-Kummissjoni u jagħtiha l-informazzjoni kollha meħtieġa.

Hekk kif il-Kummissjoni tirċievi applikazzjoni minn Stat Membru, it-trasferimenti ta' fondi bejn dak l-Istat Membru u l-pajjiż jew it-territorju konċernat ikunu provviżorjament trattati bħala trasferimenti ta' fondi f'dak l-Istat Membru, sakemm tittieħed deċiżjoni skont il-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu.

Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li ma għandhiex l-informazzjoni kollha neċessarja, tikkuntattja lill-Istat Membru konċernat fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-applikazzjoni u tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

Ladarba l-Kummissjoni jkollha l-informazzjoni kollha li tikkunsidra neċessarja għall-valutazzjoni tat-talba, fi żmien xahar tinnotifika lill-Istat Membru b’dan u tittrasmetti t-talba lill-Istati Membri l-oħra.

3.  Fi żmien tliet xhur min-notifika msemmija fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni tiddeċiedi, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2), jekk tawtorizzax lill-Istat Membru konċernat sabiex jikkonkludi l-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Fi kwalunkwe każ, tiġi adottata deċiżjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu fi żmien 18-il xahar minn meta l-Kummissjoni tirċievi l-applikazzjoni.

3a.  Għad-deċiżjonijiet awtorizzati b'rabta ma' territorji dipendenti jew assoċjati diġà eżistenti, għandha tkun żgurata kontinwazzjoni mingħajr interruzzjoni, jiġifieri d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/43/UE(38), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/259/UE(39), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/982/KE(40). [Em. 68]

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 25

Tħassir

Jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika minn ...(41) .

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi .....,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Parlament Ewropew

Il-President Il-President

ANNESS

It-tabella ta' korrelazzjoni msemmija fl-Artikolu 25.

Ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4(1)

Artikolu 5

Artikolu 4

Artikolu 6

Artikolu 5

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 7

Artikolu 9

Artikolu 8

Artikolu 10

Artikolu 9

Artikolu 11

Artikolu 16

Artikolu 12

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikoli 17 sa 22

Artikolu 16

Artikolu 23

Artikolu 17

Artikolu 24

Artikolu 18

-

Artikolu 19

-

Artikolu 25

Artikolu 20

Artikolu 26

(1) ĠU C 166, 12.6.2013, p. 2.
(2) ĠU C 271, 19.9.2013, p. 31.
(3)ĠU C 166, 12.6.2013, p. 2.
(4)ĠU C 271, 19.9.2013, p. 31.
(5) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014.
(6)Regolament (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70).
(7)Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk tal-Al-Qaida (ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9).
(8)Direttiva .../.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' .. dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament (ĠU L , , p. ).
(9) In-numru, id-data u r-referenza tad-direttiva adottata fuq il-bażi ta' COD 2013/0025.
(10)Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(11) In-numru tad-direttiva adottata fuq il-bażi ta' COD 2013/0025.
(12)Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 (ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11).
(13)Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti bl-euro u jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).
(14)Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta 'Novembru 2007 dwar servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).
(15) In-numru tad-direttiva adottata fuq il-bażi ta' COD 2013/0025.
(16) In-numru tad-direttiva adottata fuq il-bażi ta' COD 2013/0025.
(17) Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(18) Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropea tal-Assigurazzjoni u), li temenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(19) Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(20)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(21) ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1.
(22) In-numru tad-direttiva adottata fuq il-bażi ta' COD 2013/0025.
(23) ĠU C 32,4.2.2014, p. 9.
(24) In-numru tad-direttiva adottata fuq il-bażi ta' COD 2013/0025.
(25)
(26) In-numru tad-direttiva adottata fuq il-bażi ta' COD 2013/0025.
(27) In-numru tad-direttiva adottata fuq il-bażi ta' COD 2013/0025.
(28)
(29) In-numru tad-direttiva adottata fuq il-bażi ta' COD 2013/0025.
(30) ĠU daħħal in-numru tad-direttiva adottata fuq il-bażi ta' COD2013/0025.
(31) In-numru tad-direttiva adottata fuq il-bażi ta' COD2013/0025.
(32)
(33) In-numru tad-direttiva adottata fuq il-bażi ta' COD2013/0025.
(34) Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(35) Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(36)Direttiva 2013/36/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 aċċess għall-attività ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u jħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(37) Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(38) Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/43/UE tal-25 ta’ Jannar 2012 li tawtorizza lir-Renju tad-Danimarka jikkonkludi ftehimiet mal-Groenlandja u l-Gżejjer Faeroe għat-trasferimenti ta’ fondi bejn id-Danimarka u kull wieħed minn dawn it-territorji li għandhom jiġu ttrattati bħala trasferimenti ta’ fondi fid-Danimarka, skont ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 24, 27.1.2012, p. 12).
(39) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/259/EC tal-4 ta’ Mejju 2010 li tawtorizza r-Repubblika Franċiża tikkonkludi ftehim mal-Prinċipat ta’ Monako dwar trasferimenti ta’ fondi bejn ir-Repubblika Franċiża u l-Prinċipat ta’ Monako sabiex jiġu meqjusa bħala trasferimenti fi ħdan ir-Repubblika Franċiża, skont ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 112, 5.5.2010, p. 23).
(40) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/982 tat-8 ta' Diċembru 2008 li tawtorizza lir-Renju Unit jikkonkludi ftehim mal-Bailiwick ta' Jersey, mal-Bailiwick ta' Guernsey u mal-Isle of Man sabiex it-trasferimenti ta' fondi bejn ir-Renju Unit u kull wieħed minn dawn it-territorji jitqiesu bħala trasferimenti ta' fondi fi ħdan ir-Renju Unit, skond ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 352, 31.12.2008, p. 34).
(41) Id-data tat-traspożizzjoni tad-direttiva adottata fuq il-bażi ta' COD 2013/0025.


Il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għanijiet ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu ***I
PDF 1019kWORD 512k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għanijiet ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu. (COM(2013)0045) – C7-0032/2013 – 2013/0025(COD))
P7_TA(2014)0191A7-0150/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0045),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0032/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Mejju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2013(2),

–   wara li kkunsidra l-impenji mogħtija fis-Summit tal-G8 ta’ Ġunju 2013 fl-Irlanda ta’ Fuq;

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2012 dwar il-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva;

–  wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Progress Ġenerali tal-OECD lill-G20 fil-5 ta’ Settembru 2013;

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE dwar l-iżvelar u l-informazzjoni mhux finanzjarja u differenti minn ċerti kumpaniji kbar bħala gruppi;

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0150/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għanijiet ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu

P7_TC1-COD(2013)0025


(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4)

Waqt li jaġixxu b'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  Somom kbar ta' flus maħmuġa illeċiti jistgħu jagħmlu ħsara lill-istabbiltà u r-reputazzjoni tas-settur finanzjarju u jheddu s-suq intern, u t-terroriżmu l-iżvilupp internazzjonali. It-terroriżmu jheżżeż proprju l-pedamenti tas-soċjetà tagħna. Faċilitaturi kruċjali ta’ flussi tal-flus illeċiti huma l-istrutturi korporattivi sigrieti li joperaw fi ħdan u permezz ta’ ġurisdizzjoni sigrieta, ħafna drabi magħrufa wkoll bħala rifuġji fiskali. Barra li tiġi aktar żviluppata l-applikazzjoni tal-liġi kriminali fil-livell tal-Unjoni, il-prevenzjoni sforz preventiv permezz tas-sistema finanzjarja jista' jagħti riżultati hija indispensabbli u kumplimentari. Madankollu, l-approċċ preventiv għandu jkun immirat u proporzjonali, u ma għandux jirriżulta għall-istabbiliment ta' sistema għall-kontroll globali tal-popolazzjoni kollha. [Em. 1]

(2)  Is-saħħa, l-integrità u l-istabbiltà tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji u l-kunfidenza fis-sistema finanzjarja kollha jistgħu jkunu perikolati b'mod serju bl-isforzi tal-kriminali u sħabhom sabiex jaħbu l-oriġini tad-dħul kriminali jew jikkanalizzaw flus legali jew illegali għal għanijiet terroristiċi. Sabiex jiffaċilitaw l-attivitajiet kriminali tagħhom, dawk li jaħslu l-flus u li jiffinanzjaw lit-terroristi jistgħu jippruvaw jiksbu vantaġġ tal-libertà ta’ ċaqliq kapitali u l-libertà li jingħataw servizzi finanzjarji li l-qasam finanzjarju integrat jinkludi. jekk Għaldaqstant, ċerti miżuri ta’ koordinament mhumiex adottati meħtieġa fil-livell ta’ Unjoni. Fl-istess ħin, l-objettivi għall-protezzjoni tas-soċjetà mill-kriminali u l-protezzjoni tal-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja Ewropea għandhom jiġu bbilanċjati kontra l-ħtieġa li jinħoloq ambjent regolatorju li jippermetti li l-kumpaniji jkabbru n-negozji tagħhom mingħajr ma jeħlu spejjeż ta’ konformità sproporzjonati. Għaldaqstant, kull rekwiżit impost fuq l-entitajiet obbligati biex jiġġieldu kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu għandu jiġi ġġustifikat u jkun proporzjonat. [Em. 2]

(3)  Il-proposta attwali hija r-raba’ direttiva b’rabta mat-theddida tal-ħasil tal-flus. Id-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE(6) f’termini ta’ reati ta' drogi u obbligi imposti biss fuq is-settur finanzjarju. Id-Direttiva 2001/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni kemm f’termini ta’ reati koperti u l-firxa ta’ professjonijiet u attivitajiet koperti. F’Ġunju 2003 it-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF) irrevediet ir-Rakkomandazzjonijiet tagħha biex tkopri l-finanzjament tat-terroriżmu, u pprovdiet rekwiżiti aktar dettaljati b’relazzjoni tal-identifikazzjoni u l-verifika ta’ klijenti, is-sitwazzjonijiet fejn riskju ogħla ta’ ħasil tal-flus jista’ jiġġustifika miżuri mtejba u kif ukoll sitwazzjonijiet fejn riskju mnaqqas jista’ jiġġustifika kontrolli inqas rigorużi.

Dawk il-bidliet huma riflessi fid-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE(9). Fl-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-FATF, l-Unjoni Ewropea għandha tirrispetta b’mod sħiħ il-liġi tagħha dwar il-protezzjoni tad-data, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (Karta) u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali. [Em. 3]

(4)  Il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu ta' spiss isiru f'kuntest internazzjonali. Miżuri adottati biss fuq il-livell nazzjonali jew anke livell tal-Unjoni, mingħajr ma tiġi kkunsidrata l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni internazzjonali, ikollhom effetti limitati ħafna. Il-miżuri adottati mill-Unjoni f’dak il-qasam b’hekk għandhom ikunu konsistenti ma’ ikunu kompatibbli ma’ u tal-anqas strinġenti daqs azzjonijiet oħrajn meħudin f’fora internazzjonali oħrajn. L-evitar tat-taxxa u l-mekkaniżmi ta’ nuqqas ta’ żvelar u ta’ ħabi jistgħu jintużaw bħala strateġiji fl-operat tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu sabiex dawn jevitaw li jinkixfu. L-azzjoni tal-Unjoni għandha tkompli tieħu kont partikolari tar-Rakkmandazzjonijiet tal-FATF, li jikkostitwixxi l-korp u r-rakkomandazzjonijiet ta’ korpi internazzjonali prinċipali attiv oħra attivi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Bil-għan li tiġi msaħħa l-effikaċja tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, id-Direttivi 2005/60/KE u 2006/70/KE għandhom, fejn xieraq, ikunu allinjati mar-Rakkomandazzjonijiet il-ġodda FATF adottati u miżjuda fi Frar 2012. Madankollu, huwa essenzjali li dan l-allinjament mar-Rakkomandazzjonijiet tal-FATF mhux vinkolanti jitwettaq f'konformità bis-sħiħ mad-dritt tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta . [Em. 4]

(4a)  Trid tingħata attenzjoni speċjali lill-ilħuq tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jesiġi l-koerenza fil-politika għal kooperazzjoni tal-iżvilupp sabiex titrażżan it-tendenza li kulma tmur qed tikber ta' attivitajiet ta' ħasil ta' flus li qed jiċċaqilqu mill-pajjiżi żviluppati lejn pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw li għandhom liġi anqas stretta kontra l-ħasil tal-flus. [Em. 5]

(4b)  Fid-dawl tal-fatt li l-flussi finanzjarji illeċiti, b'mod partikolari l-ħasil tal-flus, jirrappreżentaw bejn 6% sa 8.7% tal-PDG ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw(10), li jikkostitwixxi ammont li huwa 10 darbiet akbar mill-assistenza tal-UE u l-Istati Membri tagħha lid-dinja li qed tiżviluppa, il-miżuri meħuda sabiex jiġu miġġielda l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu għandhom ikunu koordinati u għandhom jieħdu kont tal-istrateġija u tal-politiki ta' żvilupp tal-UE intiżi sabiex jiġi miġġieled il-ħruġ tal-flus jikwu. [Em. 6]

(5)  Minbarra dan, l-użu ħażin tas-sistema finanzjarja sabiex flejjes kriminali kif ukoll flejjes nodfa jiġu kanalizzati għal għanijiet terroristiċi huwa ta' riskju ċar għall-integrità, il-funzjonament korrett, ir-reputazzjoni u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Għaldaqstant, il-miżuri preventivi ta' din id-Direttiva għandhom ikopru mhux biss il-manipulazzjoni l-manipulazzjoni ta' flus li jiġu mill-kriminalità iżda serja u l-ġbir ukoll ta' flus jew proprjetà għal għanijiet terroristiċi. [Em. 7]

(5a)  Irrispettivament mill-penalitajiet ipprovduti għall-Istati Membri, l-objettiv ewlieni tal-miżuri kollha li ttieħdu taħt din id-Direttiva għandu jkun li jiġu miġġielda l-prattiki kollha li jirriżultaw fil-ġenerazzjoni ta' profitti illegali sostanzjali. Id-Direttiva għandha tagħmel dan billi tieħu l-passi possibbli kollha biex is-sistema finanzjarja tiġi ostakolata milli tintuża għall-ħasil ta' dawk il-profitti. [Em. 8]

(6)  L-użu ta’ pagamenti kbar fi flus kontanti huwa vulnerabbli għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Sabiex tiżdied il-viġilanza u jitnaqqsu r-riskji li jirriżultaw minn pagamenti bi flus kontanti u persuni ġuridiċi fin-negozjar ta’ oġġetti għandhom ikunu koperti minn din id-Direttiva sal-punt li jagħmlu jew jirċievu pagamenti bi flus kontanti ta’ EUR 7 500 jew aktar. Stati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu li jadottaw dispożizzjonijiet aktar stretti inkluż limitu aktar baxx. [Em. 9]

(6a)  Prodotti ta' flus elettroniċi qegħdin jintużaw dejjem aktar bħala sostituzzjoni għal kont bankarju. L-emittenti ta' tali prodotti għandhom ikunu taħt obbligu strett li jipprevjenu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Madankollu, għandu jkun possibbli li prodotti ta’ flus elettroniċi jkunu eżentati mid-diliġenza dovuta mal-klijent jekk ikunu ssodisfatti ċerti kundizzjonijiet kumulattivi. L-użu ta’ flus elettroniku li jinħareġ mingħajr ma ssir id-diliġenza dovuta mal-klijent għandu jitħalla biss għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi minn negozjanti u fornituri li ġew identifikati u li l-identifikazzjoni tagħhom hija vverifikata mill-emittent tal-flus elettroniku. Fir-rigward ta' trasferimenti bejn persuna u oħra, l-użu ta’ flus elettroniċi m’għandux jitħalla mingħajr ma ssir id-diliġenza dovuta mal-klijent fir-rigward tat-trasferimenti minn persuna għal oħra. L-ammont maħżun elettronikament għandu jkun baxx biżżejjed sabiex jiġu evitati lakuni u biex jiġi żgurat li persuna ma tistax tikseb ammont illimitat ta’ prodotti ta’ ħlas elettroniku anonimi. [Em. 10]

(6b)  L-aġenti immobiljari joperaw b’ħafna modi differenti fil-qasam ta’ tranżazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli fl-Istati Membri. Sabiex jitnaqqsu r-riskji ta’ ħasil tal-flus fis-settur tal-proprjetà immobbli, l-aġenti immobiljari għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jekk ikunu involuti fi tranżazzjonijiet finanzjarji relatati mal-proprjetà bħala parti tal-attivitajiet professjoanli tagħhom. [Em. 11]

(7)  Professjonisti legali, kif definiti mill-Istati Membri, għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva meta jieħdu sehem fi tranżazzjonijiet finanzjarji jew korporattivi, inkluż l-għoti ta' pariri dwar it-taxxa, fejn hemm l-akbar riskju li s-servizzi ta' dawk il-professjonisti legali jintużaw ħażin għall-għan tal-ħasil tar-rikavat ta' attività kriminali jew għall-għan ta' finanzjament tat-terroriżmu. Madankollu għandhom jeżistu eżenzjonijiet minn kull obbligu ta' rapportaġġ ta' informazzjoni miksuba qabel, matul jew wara proċedimenti ġudizzjarji, jew waqt li tkun qiegħda tiġi aċċertata l-pożizzjoni legali ta' klijent. Għaldaqstant, il-pariri legali għandhom jibqgħu suġġett għall-obbligu tas-sigriet professjonali għajr jekk il-konsulent legali jkun qiegħed jieħu sehem fil-ħasil tal-flus jew fil-finanzjament tat-terroriżmu, jekk il-parir legali jingħata għall-għanijiet tal-ħasil tal-flus jew tal-iffinanzjar tat-terroriżmu jew jekk l-avukat ikun jaf li l-klijent qiegħed ifittex parir legali għal għanijiet ta' ħasil tal-flus jew tal-iffinanzjar tat-terroriżmu.

(8)  Servizzi li huma direttament komparabbli għandhom ikunu trattati bl-istess manjiera meta mogħtija minn kwalunkwe wieħed mill-professjonisti koperti b'din id-Direttiva. Sabiex jiġi żgurat ir-rispett lejn id-drittijiet stabbiliti fil-Karta, fil-każ ta' awdituri, kontabilisti esterni u konsulenti tat-taxxa li, f'xi Stati Membri, jistgħu jiddefendu jew jirrappreżentaw klijent fil-kuntest ta' proċedimenti ġuridiċi jew jaċċertaw il-pożizzjoni legali tal-klijent, l-informazzjoni li huma jiksbu fit-twettiq ta' dawk il-kompiti ma għandhiex tkun suġġetta għall-obbligi ta' rapportaġġ skond din id-Direttiva.

(9)  Huwa importanti li ssir enfasi espressa li “reati tat-taxxa” relatati għal taxxi diretti u indiretti huma inklużi fid-definizzjoni wiesa’ ta’ “attività kriminali” taħt din id-Direttiva skont ir-Rakkomandazzjonijiet FATF riveduti. Il-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2013 stqarr il-ħtieġa li jiġu ttrattati l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi u li jiġi miġġieled il-ħasil tal-flus, b'mod komprensiv, kemm fis-suq intern kif ukoll fil-konfront ta’ pajjiżi terzi u ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx. Li jkun hemm qbil dwar definizzjoni ta’ reati tat-taxxa huwa pass importanti biex dawn ir-reati jinkixfu, kif ukoll għall-iżvelar pubbliku ta’ ċerta informazzjoni finanzjarja minn kumpaniji kbar li joperaw fl-Unjoni fuq bażi għal kull pajjiż. Barra minn hekk, huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-entitajiet obbligati u l-professjonisti legali, kif definiti mill-Istati Membri, ma jfittxux li jiffrustraw l-intenzjoni ta’ din id-Direttiva u lanqas jiffaċilitaw jew jinvolvu ruħhom fil-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva. [Em. 12]

(9a)  L-Istati Membri għandhom jintroduċu Regoli Ġenerali Kontra l-Evażjoni (GAAR) fuq kwistjonijiet fiskali bl-għan li titrażżan il-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva u l-evitar tat-taxxa f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Pjanifikazzjoni Fiskali Aggressiva tat-12 ta’ Diċembru 2012 u mar-Rapport ta’ Progress tal-OECD lill-G20 fil-5 ta’ Settembru 2013. [Em. 13]

(9b)  Meta jkunu jwettqu jew jiffaċilitaw it-tranżazzjonijiet kummerċjali jew privati, entitajiet li għandhom rwol speċifiku fis-sistema finanzjarja, bħall-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp(BERŻ), il-banek ċentrali tal-Istati Membri u sistemi ċentrali tas-saldu għandhom, safejn ikun possibbli, josservaw ir-regoli applikabbli għal entitajiet obbligati oħra adottati skont din id-Direttiva. [Em. 14]

(10)  Hemm ħtieġa li tiġi identifikata kwalunkwe persuna fiżika li teżerċita sjieda jew kontroll fuq persuna ġuridika. Filwaqt li l-kisba ta’ persentaġġ speċifiku ta’ parteċipazzjoni azzjonarja mhux se tirriżulta awtomatikament fil-ksib tas-sjieda benefiċjarji, huwa fattur ta’ evidenza li għandu jiġi kkunsidrat .hija fattur fost oħrajn għall-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju L-identifikazzjoni u l-verifika tas-sjieda benefiċjarji għandha, fejn rilevanti, testendi sa entitajiet legali li huma s-sjieda ta’ entitajiet legali oħrajn, u għandha ssegwi l-katina ta’ sjieda sakemm tinsab il-persuna fiżika li teżerċita sjieda jew kontroll tal-persuna ġuridika li hija l-klijenta. [Em. 15]

(11)  Il-ħtieġa għal Huwa ta’ importanza li tiġi żgurata u mtejba t-traċċabbiltà tal-pagamenti. L-eżistenza ta' informazzjoni preċiża u aġġornata fuq is-sjieda benefiċjarja ta' kwalunkwe entità legali, bħal persuni legali, trusts, fondazzjonijiet, holdings u l-arraġamenti kollha l-oħra legali simili eżistenti jew futuri hija fattur importanti fil-ksib ta’ kriminali li x’aktarx jkunu jistgħu jaħbu l-identità tagħhom wara struttura korporattiva. B’hekk l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kumpaniji jżommu informazzjoni fuq is-sjieda benefiċjarja tagħhom u jagħmlu din l-informazzjoni adegwata, preċiża u aġġornata disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet obbligati permezz ta' reġistri pubbliċi, aċċessibbli onlajn u f'data format miftuħ u sikur, skont regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u d-dritt għall-privatezza kif stabbilit fil-Karta. L-aċċess għal dawn ir-reġistri għandu jingħata lill-awtoritajiet kompetenti, b'mod partikolari lill-UIF u l-entitajiet obbligati, kif ukoll lill-pubbliku soġġett għall-identifikazzjoni minn qabel tal-persuna li tixtieq li jkollha aċċess għall-informazzjoni u għall-ħlas possibbli ta' tariffa. Barra hekk, fiduċjarji għandhom jiddikjaraw l-istatus tagħhom lill-entitajiet obbligati. [Em. 16]

(11a)  L-istabbiliment ta’ reġistri tas-sjieda benefiċjarja mill-Istati Membri jistgħu jsaħħu b’mod serju l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-korruzzjoni, l-evażjoni fiskali, il-frodi u reati finanzjarji oħra. Dan jista’ jintlaħaq billi jitjiebu l-operazzjonijiet tar-reġistri kummerċjali eżistenti fl-Istati Membri. Huwa vitali li r-reġistri huma interkonnessi jekk użu effettiv għandu jsir mill-informazzjoni li tinsab fihom, minħabba n-natura transkonfinali ta' tranżazzjonijiet kummerċjali. L-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali fl-Unjoni diġà hija stabbilita fid-Direttiva 2012/17/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11) u li għandha tiġi żviluppata aktar. [Em. 17]

(11b)  Il-progress teknoloġiku pprovda strumenti li permezz tagħhom entitajiet obbligati jistgħu jivverifikaw l-identità tal-konsumaturi tagħhom meta jkun hemm ċertu tranżazzjonijiet. Tali titjib teknoloġiku jipprovdi soluzzjonijiet effikaċi fil-ħin u kosteffikaċi lil negozji u konsumaturi u għalhekk għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tar-riskji. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-entitajiet obbligati għandhom ikunu proattivi fil-ġlieda kontra modi ġodda u innovattivi ta' ħasil tal-flus, filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data. [Em. 18]

(12)  Din id-Direttiva għanha tapplika wkoll għall-dawk l-attivitajiet tal-entitajiet obbligati koperti minn din id-Direttiva li huma mwettqa fuq l-internet.

(12a)  Ir-rappreżentanti tal-UE fil-korpi governattivi tal-BERŻ għandhom jinkoraġġixxu lill-BERŻ biex jimplimenta d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva u biex jippubblika fuq il-websajt tiegħu politika kontra l-ħasil tal-flus, li jkun fiha proċeduri dettaljati li jagħtu effett lid-dispożizzjonijiet taħt din id-Direttiva. [Em. 19]

(13)  L-użu tas-settur tal-logħob tal-azzard għall-ħasil tar-rikavati ta’ attività kriminali huwa ta’ tħassib. Sabiex jitnaqqsu r-riskji relatati mas-settur u biex tingħata ugwaljanza fost il-fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard, għandu jkun hemm obbligu għall-fornituri kollha ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard biex iwettqu diliġenza dovuta mal-klijent għal tranżazzjonijiet singoli ta’ EUR 2 000 jew aktar. Meta titwettaq dik id-diliġenza dovuta għandu jiġi adottat approċċ ibbażat fuq ir-riskju li jirrifletti r-riskji differenti għal tipi differenti ta' servizzi tal-logħob tal-azzard u jekk dawn jirrappreżentawx riskju għoli jew baxx għall-ħasil tal-flus. Il-karatteristiċi speċjali ta' tipi differenti ta' logħob għandhom jiġu kkunsidrati wkoll, billi, pereżempju, issir distinsjoni bejn każinòs, logħob tal-azzard onlajn jew fornituri oħra ta' servizzi tal-logħob tal-azzard. L-Istati Membri jmisshom jikkunsidraw dak il-limitu fil-ġbir ta’ rebħ u kif ukoll fl-imħatri ta’ flus. Fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard b’bini fiżiku (eż każinòs u postijiet għal-logħob tal-azzard) għandhom jiżguraw li diliġenza dovuta mal-klijent, jekk issir fil-punt ta’ dħul għall-bini, jista’ jkun marbut mat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-klijent fil-bini. [Em. 20]

(13a)  Il-ħasil tal-flus qed isir dejjem aktar sofistikat u jinkludi wkoll imħatri illegali, u xi kultant anke imħatri legali, b’mod partikolari b’rabta ma’ avvenimenti sportivi; Billi ġew żviluppati forom ġodda ta’ kriminalità organizzata li jħallu l-qligħ bħall-iffissar tar-riżultati u li jservu bħala forma profittabbli ta’ attività kriminali relatata mal-ħasil tal-flus; [Em. 21]

(14)  Ir-riskju ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu mhuwiex l-istess f'kull każ. B’mod xieraq, għandu jintuża approċċ ibbażat olistiku bbażat fuq ir-riskju skont standards minimi. L-approċċ ibbażat fuq ir-riskju mhuwiex għażla permissibbli bla bżonn għal Stati Membri u entitajiet obbligati. Jinvolvi l-użu ta’ teħid tad-deċiżjonijiet li jibbaża fuq il-provi biex jiġi mmirat aħjar ir-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li l-Unjoni tiffaċċja u dawk li joperaw fiha. [Em. 22]

(15)  Bażi solida għall-approċċ ibbażat fuq ir-riskju hija ħtieġa għall-Istati Membri biex jidentifikaw, jifhmu u jnaqqsu r-riskji tal-ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu. L-importanza ta’ approċċ supranazzjonali għall-identifikazzjoni ta’ riskju ġiet rikonoxxuta f’livell internazzjonali, u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) ('ABE'), stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12); l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (AEAPX) Stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13); u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (‘AETS) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) għandhom ikollhom il-kompitu li joħorġu opinjoni dwar ir-riskji li jaffettwaw is-settur finanzjarju u, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, jiżviluppaw standards minimi għall-valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dak il-proċess għandu, kemm jista' jkun, jinvolvi partijiet interessati relevanti permezz ta' konsultazzjonijiet pubbliċi. [Em. 23]

(16)  Ir-riżultati ta’ valutazzjonijiet tar-riskju fuq livell ta’ Stat Membru, għandhom, fejn xieraq, ikunu disponibbli f’waqtu lill-entitajiet obbligati sabiex ikunu jistgħu jifhmu, jidenfitikaw u jnaqqsu r-riskji tagħhom stess. [Em. 24]

(17)  Sabiex jifhmu aħjar u jnaqqsu r-riskji f’livell tal-Unjoni, għandha tiġi implimentata analiżi sopranazzjonali biex b’mod effikaċi jiġu identifikati r-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li is-suq intern huwa espost għalihom. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tobbliga lill-Istati Membri biex jittrattaw b’mod effettiv ix-xenarji li huma kkunsidrati bħala riskji għoljin. Barra min hekk, l-Istati Membri għandhom jikkondividu r-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju ma' xulxin u mal-Kummissjoni, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS, l-ESMA (flimkien imsejħin l-'ASE'), u l-Europol, fejn ikun xieraq. [Em. 25]

(18)  Meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, huwa xieraq li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi u l-ħtiġijiet ta’ entitajiet żgħar obbligati li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni, u biex jiġi żgurat trattament li hu xieraq għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ entitajiet żgħar obbligati, u n-natura tan-negozju.

(19)  Riskju nnifsu huwa varjabbli fin-natura, u l-varjabbli, kemm jekk waħedhom jew bi tqabbil, jistgħu jżidu jew jnaqqsu r-riskju potenzjali, biex b'hekk ikollu impatt fuq il-livell xieraq ta’ miżuri preventattivi, bħal miżuri ta’ diliġenza dovuta mal-klijent. B’hekk hemm ċirkostanzi fejn diliġenza dovuta għandha tiġi applikata u oħrajn fejn diliġenza dovuta simplifikata tista’ tkun xierqa.

(20)  Għandu jkun rikonoxxut li ċerti sitwazzjonijiet jippreżentaw riskju akbar ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu. Għalkemm għandhom jiġu stabbiliti l-identità u l-profil tan-negozju tal-klijenti kollha, ikun hemm każijiet fejn ikunu meħtieġa proċeduri partikolarment rigorużi tal-identifikazzjoni tal-klijent u ta' verifika.

(21)  Dan japplika b'mod partikolari għar-relazzjonijiet ta' negozju ma' individwi li għandhom, jew li kellhom, karigi pubbliċi importanti, b'mod partikulari dawk minn pajjiżi fejn il-korruzzjoni hija mifruxa, kemm fl-Unjoni kif ukoll fil-livell internazzjonali. Relazzjonijiet bħal dawn jistgħu jesponu s-settur finanzjarju b’mod partikolari għal riskji sinifikanti ta’ reputazzjoni u legali. L-isforz internazzjonali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni jiġġustifika l-ħtieġa li tingħata attenzjoni speċjali għal każijiet bħal dawn u biex tiġi applikata diliġenza dovuta mal-klijent xierqa u mtejba fir-rispett ta’ persuni li għandhom jew kellhom funzjonijiet prominenti lokali jew barra u persuni anzjani f'organizzazzjonijiet internazzjonali. [Em. 26]

(21a)  Il-ħtieġa għal miżuri ta’ diliġenza dovuta mal-klijent imtejba fir-rispett ta’ persuni li għandhom jew kellhom funzjonijiet prominenti lokali jew barra u ta’ persuni f'inkarigu għoli f’organizzazzjonijiet internazzjonali m’għandhiex, madankollu, twassal għal sitwazzjoni fejn listi li fihom informazzjoni dwar dawn il-persuni jiġu nnegozjati għal skopijiet kummerċjali. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprojbixxu din l-attività. [Em. 27]

(22)  Il-ksib ta’ approvazzjoni mill-maniġment anzjan għat-twaqqif ta’ relazzjonijiet ta’ negozju ma jfissirx, fil-każijiet kollha, implikazzjoni għall-ksib ta’ approvazzjoni mill-bord ta’ diretturi. L-għoti ta’ approvazzjoni bħal din għandu jkun possibbli minn xa ħadd b'għarfien suffiċjenti tal-iskopertura għar-riskju ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu tal-istituzzjoni u anzjanità suffiċjenti biex jieħu deċiżjonijiet li jaffettwaw l-iskopertura għar-riskju.

(22a)  Hu importanti li-l-Unjoni tiżviluppa approċċ u politika komuni biex jindirizzaw l-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx u li jagħtu prestazzjoni baxxa fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw u japplikaw b’mod dirett fl-iskema nazzjonali tagħhom tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, il-listi kollha tal-pajjiżi ppubblikati mill-FATF. Barra minn hekk, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jidentifikaw il-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx l-oħra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat, għandha tiżviluppa approċċ komuni ta’ miżuri li għandhom jintużaw biex jipproteġu l-integrità tas-suq intern kontra dawk il-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx. [Em. 28]

(23)  Sabiex jiġu evitati proċeduri ripetuti ta’ identifikazzjoni tal-klijent, li jwasslu għal dewmien u ineffiċjenza fin-negozju, huwa xieraq, bla ħsara għas-salvagwardji adattati, li jitħallew li jkunu introdotti klijieti li tkun saritilhom identifikazzjoni x’imkien ieħor sabiex isirilhom l-introduzzjoni mal-entitajiet obbligati. Fejn entità obbligata tistrieħ fuq parti terza, ir-responsabbilità aħħarija għall-proċedura ta’ diliġenza dovuta mal-klijent tibqa’ tal-entità obbligata li lilha tkun saret l-introduzzjoni tal-klijent. Il-parti terza, jew dik li tintroduċi l-klijent, għandha tibqa' responsabbli għall-konformità fir-rigward tar-rekwiżiti kollha stabbiliti f'din id-Direttiva, inkluż ir-rekwiżit li tirrapporta tranżazzjonijiet suspettużi u żżomm ir-rekords, sa fejn iwasslu r-relazzjonijiet tagħha mal-klijent koperti minn din id-Direttiva.

(24)  Fil-każ ta' relazzjonijiet ta' aġenzija jew ta' esternalizzazzjoni fuq bażi kontrattwali bejn entitajiet obbligati jew persuni esterni fiżiċi jew ġuridiċi mhux koperti minn din id-Direttiva, kwalunkwe obbligu kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu għal dawk l-aġenti jew fornituri ta' esternalizzazzjoni, bħala parti mill-entitajiet obbligati, jista' jiġi biss minn kuntratt u mhux minn din id-Direttiva. Ir-responsabbiltà għall-konformità ma’ din id-Direttiva għandha tibqa’ primarjament tal-entità obbligata koperta minnha Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull parti terza bħal din tista’ tinżamm responsabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. [Em. 29]

(25)  L-Istati Membri kollha stabbelixxew, jew suppost jistabbilixxu, unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja li joperaw b’mod indipendenti u awtonomu (FIUs l-UIF) sabiex jiġbru u janalizzaw l-informazzjoni li tkun waslitilhom bil-għan li jistabilixxu rabtiet bejn tranżazzjonijiet finanzjarji suspettużi u l-attività kriminali sabiex jipprevjenu u jikkumbattu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Tranżazzjonijiet suspettużi għandhom jiġu rapportati lill-FIUs lill-UIF, li sservi bħala ċentru nazzjonali sabiex tirċievi, tanalizza, u tqassam lill-awtoritajiet kompetenti rapporti dwar tranżazzjonijiet suspettużi u informazzjoni oħra dwar ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu. Dan ma għandux iġiegħel lill-Istati Membri jibdlu s-sistemi attwali tagħhom ta' rapportaġġ meta r-rapportaġġ iseħħ permezz ta' prosekutur pubbliku jew awtoritajiet oħrajn għall-infurzar tal-liġi, kemm-il darba l-informazzjoni tiġi kkomunikata minnufih u mingħajr ċensura lill-FIUs lill-UIF u dan jippermettilhom li jwettqu xogħolhom adegwatament, inkluża l-kooperazzjoni internazzjonali ma' FIUs UIF oħrajn. Huwa importanti li l-Istati Membri jipprovdu l-UIF bir-riżorsi meħtieġa sabiex jiżguraw il-kapaċità operattiva sħiħa tagħhom biex jindirizzaw l-isfidi attwali li jistgħu jirriżultaw mill-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data. [Em. 30]

(26)  Bħala deroga mill-projbizzjoni ġenerali kontra t-twettiq ta' tranżazzjonijiet suspettużi, l-entitajiet obbligati jistgħu jwettqu tali tranżazzjonijiet suspettużi qabel ma javżaw lill-awtoritajiet kompetenti, meta jkun impossibbli li ma dawn jitwettqux jew x’aktarx jistgħu jixxekklu l-isforzi sabiex jinqabdu l-benefiċjarji ta' operazzjoni ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu suspettat. Dan, madankollu, għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi internazzjonali aċċettati mill-Istati Membri li jiffriżaw mingħajr dewmien fondi jew assi oħra ta' terroristi, ta' organizzazzjonijiet terroristiċi jew ta' dawk li jiffinanzjaw it-terroriżmu, skond ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda.

(26a)  Peress li proporzjon kbir tal-flussi finanzjarji illeċiti jispiċċaw f'rifuġji fiskali, l-Unjoni għandha żżid il-pressjoni tagħha fuq dawk il-pajjiżi sabiex jikkooperaw ħalli jiġu miġġielda l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. [Em. 31]

(27)  L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jaħtru korp awtoregolatorju xieraq tal-professjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(1)(3)(a), (b), u (d) bħala l-awtorità li għanda tiġi infurmata fl-ewwel istanza minflok l-UIF. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sistema ta' rappurtaġġ tal-ewwel istanza lil korp awtoregolatorju xieraq tikkostitwixxi salvagwardja importanti għaż-żamma tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali b’rabta mal-obbligi ta' rappurtaġġ applikabbli lill-avukati.

(28)  Fejn Stat Membru jiddeċiedi li juża l-eżenzjonijiet previsti f'Artikolu 33(2), huwa jista' jippermetti jew jitlob lill-korp awto-regolatorju li jirrappreżenta lill-persuni li huma msemmija f'dak Artikolu sabiex ma jittrażmettix lill-UIF kwalunkwe informazzjoni miksuba mingħand dawk il-persuni fiċ-ċirkostanzi msemmija f'dak Artikolu.

(29)  Kien hemm numru ta’ każijiet fejn individwi, inklużi impjegati u rappreżentattivi li jirrappurtaw is-suspetti tagħhom ta’ ħasil tal-flus qed ikunu soġġetti għal theddid u azzjoni ostili. Għalkemm din id-Direttiva ma tistax tindaħal fil-proċeduri ġudizzjarji tal-Istati Membri, din hija kwistjoni kruċjali għall-effikaċja tas-sistema kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. L-Istati Membri għandhom ikunu konxji ta’ din il-problema u għandhom jagħmlu kull ma jistgħu sabiex iħarsu lill-impjegati lill-individwi, inklużi l-impjegati u lir-rappreżentanti minn tali theddid jew azzjoni ostili, kif ukoll minn trattament negattiv jew konsegwenzi avversi, u jagħmluha aktar faċli għalihom li jirrapportaw suspetti, u b'hekk isaħħu l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. [Em. 32]

(30)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15), kif trasposta fil-liġi nazzjonali, hija applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personal għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva.

(30a)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16) japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għall-finijiet ta' din id-Direttiva. [Em. 33]

(31)  Ċerti aspetti tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tinvolvi l-ġbir, l-analiżi, il-ħażna u l-qsim ta’ data. L-ipproċessar ta’ data personali għandu jsir sabiex ikun konformi mal-obbligi mniżżla f'din id-Direttiva, inkluż it-twettiq ta' diliġenza dovuta mal-klijent, monitoraġġ li għadu għaddej, investigazzjoni u rappurtaġġ ta' tranżazzjonijiet mhux tas-soltu u suspettużi, l-identifikazzjoni tas-sjieda benefiċjarju tal-persuna legali jew arranġament legali, l-identifikazzjoni ta’ persuna esposta politikament, il-qsim ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u l-qsim ta’ informazzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji u l-entitajiet obbligati. Id-data personali miġbura għandha tkun limitata għal dak li hu strettament neċessarju għall-għan ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u mhux proċessati aktar b'mod mhux konsistenti mad-Direttiva 95/46/KE. B’mod partikolari, aktar proċessar ta’ data personali għal raġunijiet kummerċjali għandu jkun projbit b’mod strett. [Em. 34]

(32)  Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu hija rikonoxxuta bħala raġuni importanti ta' interess pubbliku mill-Istati Membri kollha. Il-qerda ta’ dawn il-fenomeni teħtieġ rieda politika qawwija u kooperazzjoni fil-livelli kollha. [Em. 35]

(32a)  Huwa ta’ importanza kbira li l-investiment kofinanzjat mill-baġit Komunitarju jissodisfa l-ogħla standards sabiex jiġu evitati reati finanzjarji inklużi l-korruzzjoni u l-evażjoni tat-taxxa. Għalhekk, fl-2008 il-BEI adotta linja gwida interna intitolata “Il-Politika dwar il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ mġiba pprojbita fl-attivitajiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment” fuq il-bażi legali tal-Artikolu 325 tat-TFUE, l-Artikolu 18 tal-Istatut tal-BEI u tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(17). Wara l-adozzjoni tal-politika, il-BEI għandu jirrapporta suspetti jew każijiet allegati ta’ ħasil tal-flus li jaffettwaw proġetti, operazzjonijiet u tranżazzjonijiet appoġġati mill-BEI, lill-UIF fil-Lussemburgu. [Em. 36]

(33)  Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni ta’ data personali proċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f’kwistjonijiet kriminali, inklużi d-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI. [Em. 37]

(34)  Id-drittijiet ta’ aċċess tas-suġġett tad-data huma applikabbli għad-data personali proċessata għall-għan ta’ din id-Direttiva. Madankollu, aċċess għas-suġġett tad-data għal informazzjoni miżmuma f’rapport ta’ tranżazzjoni suspettuża jnaqqas b’mod gravi l-effikaċja tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Limitazzjonijiet għal dan id-dritt skont ir-regoli mniżżla fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE b'hekk jistgħu jkunu ġustifikati. Madankollu, dawn il-limitazzjonijiet għandhom ikunu kontrobilanċjati b'setgħat effettivi ta' protezzjoni tad-data, inklużi s-setgħat ta' aċċess indirett, kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE biex jinvestigaw, fuq bażi ex officio jew fuq bażi ta' lment, kwalunkwe pretensjoni fir-rigward ta' problemi assoċjati mal-ipproċessar ta' data personali. Dan għandu jinkludi partikolarment l-aċċess għall-fajl tad-data fil-entità obbligata. [Em. 38]

(35)  Il-persuni li sempliċiment ibiddlu dokumenti tal-karta f'data elettronika u jaġixxu taħt kuntratt ma' istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja ma jaqgħux fil-kamp ta' din id-Direttiva, u lanqas taqa' fil-kamp tagħha kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi lill-istituzzjonijiet ta' kreditu jew finanzjarji biss b'messaġġ jew b'sistemi ta' appoġġ oħra għad-dispaċċ ta' fondi jew b'sistema ta' clearance u ta' ħlas.

(36)  Il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu huma problemi internazzjonali u l-isforz sabiex jiġu kombattuti għandu jkun globali. Fejn istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji tal-Unjoni għandhom fergħat jew sussidjarji li jinsabu f’pajjiżi terzi fejn il-liġi f’dak il-qasam hija nieqsa, huma għandhom, sabiex jevitaw l-applikazzjoni ta’ standards differenti ħafna fi ħdan l-istituzzjoni jew grupp ta’ istituzzjonijiet, japplikaw standards tal-Unjoni jew jinnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jekk l-applikazzjoni ta’ standards bħal dawn hijiex impossibbli.

(37)  Ir-rispons għandu fejn applikabbli, kull meta possibbli, jkun disponibbli lil entitajiet obbligati dwar l-utilità u s-segwitu tar-rapporti ta’ tranżazzjonijiet suspettużi li jippreżentaw. Sabiex dan isir possibbli, u jkunu jistgħu jagħmlu reviżjoni tal-effiċenza tas-sistemi tagħhom għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-Istati Membri għandhom iżommu u jtejbu l-istatistiċi rilevanti. Biex titjieb aktar il-kwalità u l-konsistenza tad-data statistika miġbura fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha iżomm kont tas-sitwazzjoni mal-Unjoni kollha b’rispett tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu u tippubblika analiżi regolari, inkluż evalwazzjoni ta’ valutazzjonijiet ta’ riskju nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha twettaq l-L-ewwel valutazzjoni ġenerali ta' dan it-tip fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva . [Em. 39]

(37a)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li entitajiet obbligati mhux biss jikkonformaw mar-regoli u l-linji gwida relevanti iżda jkollhom ukoll sistemi fis-seħħ li fil-fatt jimminimizzaw ir-riskji ta’ ħasil tal-flus fi ħdan dawk l-entitajiet. [Em. 40]

(37b)  Sabiex ikunu jistgħu jeżaminaw mill-ġdid l-effettività tas-sistemi tagħhom għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-Istati Membri għandhom iżommu u jtejbu l-istatistiċi rilevanti. Sabiex titjieb aktar il-kwalità u l-konsistenza tad-data statistika miġbura fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha żżomm kont tas-sitwazzjoni mal-Unjoni kollha fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u tippubblika analiżi regolari. [Em. 41]

(38)  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li, fir-rigward ta’ uffiċċji tal-kambju ta’ flus, fornituri ta' servizzi ta' trust jew ta' kumpaniji jew fornituri ta’ servizzi għal-logħob tal-azzard, il-persuni li effettivament jidderiġu n-negozju ta’ entitajiet bħal dawn u s-sjieda benefiċjarji ta’ entitajiet bħal dawn huma persuni adatti u xierqa. Bħala minimu dawn il-kriterji għandhom jiddeterminaw jekk persuna hijiex adatta u xierqa, u jirriflettu l-bżonn li jħarsu dawn l-entitajiet u milli jintużaw ħażin mill-maniġers jew is-sidien benefiċċjarji tagħhom għal għanijiet kriminali.

(39)  Billi jiġi kkunsidrat il-karattru transnazzjonali tal-ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-UIF tal-UE hija estremament importanti. Din il-kooperazzjoni s’issa ġiet indirizzata biss mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI(18). Sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni u kooperazzjoni aħjar bejn l-UIF, u b’mod partikolari biex jiġi żgurat li rapporti ta’ tranżazzjonijiet suspettużi jilħqu l-UIF tal-Istat Membru fejn ir-rapport ikun tal-aktar użu, regoli aktar dettaljati, imsaħħa u aġġornati għandhom jiġu inklużi f’din id-Direttiva.

(40)  Titjib fl-iskambju ta’ informazzjoni bejn FIUs UIF fl-Unjoni hija ta’ importanza partikolari biex tiffaċċja l-karattru transnazzjonali tal-ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu. L-użu ta’ faċilitajiet siguri għall-iskambju ta’ informazzjoni, speċjalment in-netwerk deċentralizzat tal-kompjuter FIU.net u tekniki offruti minn dak tali faċilitajiet in-netwerk għandhom ikunu mħeġġa minn Stati Membri. [Em. 42]

(41)  L-importanza tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu għandu jwassal lill-Istati Membri li jistabilixxu sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u disswasivi fil-liġi nazzjonali għan-nuqqas li jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. Attwalment Stati Membri għandhom firxa differenti ta’ miżuri amministrattivi u sanzjonijiet għal kwalunkwe ksur tal-miżuri preventivi ewlenin. Din id-diversità tista’ tkun ta’ detriment għall-isforzi li qed isiru kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u r-rispons tal-Unjoni huwa f'riskju li jiġi frammentat. B’hekk din id-Direttiva għandha tinkludi firxa ta’ miżuri amministrattivi u sanzjonijiet li l-Istati Membri se jkollhom disponibbli għal ksur sistematiku tar-rekwiżiti relatati ma’ miżuri ta’ diliġenza dovuta mal-klijent, iż-żamma ta’ rekords, ir-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi u l-kontrolli interni ta’ entitajiet obbligati. Dik il-firxa għandha tkun usa’ b’mod suffiċjenti biex tippermetti Stati Membri u awtoritajiet kompetenti biex jikkunsidraw id-differenzi bejn entitajiet obbligati, b’mod partikolari bejn istituzzjonijiet finanzjarji u entitajiet obbligati oħrajn, fir-rigward id-daqs, il-karatteristiċi, il-livell ta’ riskju u l-oqsma ta’ attività tagħhom. Fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impożizzjoni ta’ miżuri amministrattivi u sanzjonijiet skont din id-Direttiva u ta’ sanzjonijiet kriminali skont il-liġi nazzjonali ma tmurx kontra l-prinċipju ta’ ne bis in idem. [Em. 43]

(42)  Standards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw armonizzazzjoni konsistenti u protezzjoni adegwata tad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Unjoni. Bħala korpi ta’ għarfien speċjalizzat għoli, ikun effiċjenti u xieraq biex l-ASE ikunu fdati bl-elaborazzjoni ta’ abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li ma jinvolvux għażliet ta’ politika, għall-għoti lill-Kummissjoni.

(42a)  Biex l-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet obbligati jevalwaw aħjar ir-riskji li jirriżultaw minn ċerti tranżazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-ġurisdizzjonijiet barra l-Unjoni Ewropea li implimentaw regoli u regolamenti simili għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. [Em. 44]

(43)  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ASE skont l-Artikolu 42 ta’ din id-Direttiva permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u skont l-Artikoli 10 u 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(44)  Fid-dawl tal-emendi sostanzjali ħafna li hemm bżonn li jsiru lid-Direttivi 2005/60/KE, u 2006/70/KE, għandhom ikunu inkorporati u mibdula għal raġunijiet ta’ ċarezza u konsistenza.

(45)  Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, fuq kollox il-protezzjoni tas-sistema finanzjarja permezz tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-ksib ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba li miżuri individwali adottati minn Stati Membri biex jipproteġu s-sistemi finanzjarji tagħhom jistgħu jkunu inkonsistenti mal-funzjonament tas-suq intern u bil-preskrizzjonijiet tal-istat tad-dritt u l-politika pubblika tal-Unjoni iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu b’mod aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif imniżżla fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'mod konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(46)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta, b’mod partikolari, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, is-suppożizzjoni tal-innoċenza, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, il-libertà li tmexxi negozju, il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni, id-dritt għal rimedju effettiv għal proċess ġust u d-dritt għad-difiża. [Em. 45]

(47)  Skont l-Artikolu 21 tal-Karta li jipprojbixxi kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq kwalunkwe raġuni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva hi implimentata, fir-rigward ta’ valutazzjonijiet tar-riskju fil-kuntest ta’ diliġenza dovuta mal-klijent mingħajr diskriminazzjoni.

(48)  Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar dokumenti ta' spjegazzjoni, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f'każijiet iġġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw r-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur jqis it-trasmissjoni ta' dawn id-dokumenti bħala ġustifikata,

(48a)  L-Istati Membri u l-entitajiet obbligati, meta jkunu qed japplikaw din id-direttiva jew liġi nazzjonali li tittrasponi din id-direttiva, huma marbuta bid-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE(19). [Em. 46]

(48b)   Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta opinjoni fl-4 ta' Lulju 2013(20),

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Taqsima 1

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jkunu pprojbiti.

2.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, dawn li ġejjin, meta jitwettqu bi ħsieb, għandhom jitqiesu bħala ħasil tal-flus:

(a)  il-konverżjoni jew it-trasferiment ta' proprjetà, bil-konoxxenza li tali proprjetà ġejja minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività, għall-għan ta' ħabi jew travestiment tal-oriġini illeċita tal-proprjetà jew l-evitar tal-iffriżar jew il-konfiskazzjoni tal-ordnijiet sabiex tingħata għajnuna lil kwalunkwe persuna li tkun involuta fit-twettiq ta' tali attività sabiex tevadi l-konsegwenzi legali tal-azzjoni ta' dik il-persuna; [Em. 47]

(b)  il-ħabi jew it-travestiment tan-natura, is-sors, il-lokalità, id-dispożizzjoni, il-moviment, jew is-sidien veri tal-proprjetà jew tad-drittijiet veri fir-rigward tagħha, bil-konoxxenza li tali proprjetà ġejja minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività;

(c)  l-akkwist, il-pussess jew l-użu ta' proprjetà, bil-konoxxenza, fiż-żmien tar-riċezzjoni tagħha, li tali proprjetà ġiet minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività;

(d)  parteċipazzjoni f'attentati jew assoċjazzjoni fihom, għat-twettiq u l-għoti ta’ għajnuna, sostenn, tħaffif u l-għoti ta' parir għat-twettiq ta' xi waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).

3.  Il-ħasil tal-flus għandu jitqies bħala tali anke fejn l-attivitajiet li ġġeneraw il-proprjetà destinata għal-ħasil twettqu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor jew f'dak ta' pajjiż terz.

4.  Għall-fini ta' din id-Direttiva, ‘finanzjament tat-terroriżmu’ tfisser l-għoti jew il-ġbir ta' fondi, bi kwalunkwe mezz, dirett jew indirett, bil-għan li jintużaw jew bl-għarfien li ser jintużaw, totalment jew parzjalment, sabiex jitwettaq xi wieħed mir-reati li jaqa' taħt it-tifsira tal-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI (21), kif emendata mid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/919/ĠAI(22).

5.  L-għarfien, l-intenzjoni jew l-għan meħtieġ bħala element tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 4 jistgħu jiġu preżunti miċ-ċirkustanzi fattwali oġġettivi.

Artikolu 2

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-entitajiet obbligati li ġejjin:

(1)  istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(2)  istituzzjonijiet finanzjarji;

(3)  il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li ġejjin, meta jaġixxu fl-eżerċizzju tal-attivitajiet professjonali tagħhom:

(a)  awdituri, kontabilisti esterni u konsulenti tat-taxxa;

(b)  nutara u professjonisti legali indipendenti oħra, meta dawn jieħdu sehem, kemm jekk jaġixxu f'isem jew għan-nom tal-klijent tagħhom fi kwalunkwe tranżazzjoni finanzjarja jew fi proprjetà immobbli, kif ukoll jekk jgħinu fl-ippjanar jew fl-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet għall-klijent tagħhom dwar:

(i)  ix-xiri u l-bejgħ ta' proprjetà immobbli jew ta' entitajiet kummerċjali;

(ii)  l-amministrazzjoni ta' flus, titoli jew assi oħra tal-klijent;

(iii)  il-ftuħ jew l-amministrazzjoni ta' kontijiet bankarji ta' tfaddil jew ta' titoli;

(iv)  l-organizzazzjoni tal-kontributi neċessarji għall-kostituzzjoni, jew għall-operat jew għall-ġestjoni ta' kumpaniji;

(v)  il-kostituzzjoni, l-operat jew il-ġestjoni ta' trusts, ta' fondazzjonijiet, mutwi, kumpaniji jew ta' strutturi simili; [Em. 48]

(c)  fornituri ta' servizzi ta' trust jew ta' kumpaniji li mhumiex diġà koperti mill-punti (a) jew (b);

(d)  aġenti immobiljari, inklużi aġenti tal-kirjiet, sakemm ma jkunux involuti f'tranżazzjonijiet finanzjarji; [Em. 49]

(e)  persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn li jinnegozjaw fi prodotti jew servizzi, iżda biss fejn il-ħlasijiet isiru jew jiġu riċevuti fi flus kontanti f’ammont ta’ EUR 7 500 jew aktar, kemm jekk it-tranżazzjoni titwettaq f’operazzjoni waħda jew inkella f’bosta operazzjonijiet li jidhru li għandhom x’jaqsmu ma’ xulxin; [Em. 50]

(f)  fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard.

Bl-eċċezzjoni ta' każinòs, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw għal kollox jew parzjalment ċerti servizzi tal-logħob tal-azzard, kif jingħad fil-punt (3)(f) tal-ewwel subparagrafu, minn dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva abbażi tar-riskju baxx li jirriżulta min-natura tas-servizzi abbażi ta' valutazzjonijiet tar-riskju. Qabel ma tiġi applikata kwalunkwe eżenzjoni bħal din, l-Istat Membru kkonċernat għandu jfittex l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. [Em. 153]

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jidħlu f'attività finanzjarja fuq bażi okkażjonali jew ferm limitata fejn ftit li xejn hemm riskju ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, ma jaqgħux fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva kemm-il darba l-persuna fiżika jew ġuridika tkun tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(a)  l-attività finanzjarja tkun limitata f’termini assoluti;

(b)  l-attività finanzjarja tkun limitata fuq bażi ta’ tranżazzjoni;

(c)  l-attività finanzjarja ma tkunx l-attività prinċipali;

(d)  l-attività finanzjarja tkun aċċessorja u marbuta direttament mal-attività prinċipali;

(e)  l-attività ewlenija mhijiex attività msemmija fil-paragrafu 1, minbarra l-attività msemmija fil-punt (3)(e) tal-paragrafu 1;

(f)  l-attività finanzjarja tkun ipprovduta biss lill-klijenti tal-attività prinċipali u ma tkunx offruta lill-pubbliku b’mod ġenerali.

Fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jidħlu fl-attività ta’ rimessa ta’ flus skont it-tifsira tal-Artikolu 4(13) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23).

3.  Għall-fini tal-punt (a) tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-rikavat totali tal-attività finanzjarja ma jaqbiżx livell limitu, li jrid ikun baxx biżżejjed. Dan il-limitu għandu jiġi stabbilit fuq il-livell nazzjonali skont it-tip ta’ attività finanzjarja.

4.  Għall-fini tal-punt (b) tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom japplikaw livell limitu massimu għal kull klijent u tranżazzjoni unika, kemm jekk it-tranżazzjoni titwettaq f'operazzjoni waħda kif ukoll jekk titwettaq f'bosta operazzjonijiet li jidhru li għandhom x'jaqsmu ma' xulxin. Dan il-limitu għandu jiġi stabbilit fuq il-livell nazzjonali skont it-tip ta’ attività finanzjarja. Għandu jkun baxx biżżejjed biex jiġi żgurat li t-tipi ta' tranżazzjonijiet inkwistjoni huma metodu mhux prattiku u ineffiċjenti għall-ħasil tal-flus jew għall-finanzjament tat-terroriżmu, u ma għandux jaqbeż l-EUR 1 000.

5.  Għall-fini tal-punt (c) tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li r-redditu mill-attività finanzjarja ma jaqbiżx il-5 % tar-redditu totali tal-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata.

6.  Fil-valutazzjoni tar-riskju ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu għall-fini ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jixħtu attenzjoni speċjali fuq kwalunkwe attività finanzjarja li minħabba n-natura tagħha titqies li għandha probabbiltà għolja li tintuża jew tiġi abbużata għal għanijiet ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu.

7.  Kwalunkwe deċiżjoni skont dan l-Artikolu għandha tiddikjara r-raġunijiet li hija bbażata fuqhom. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-possibbiltà tal-irtirar ta’ deċiżjoni partikolari jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkustanzi.

8.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu attivitajiet ta' monitoraġġ ibbażati fuq ir-riksju jew jieħdu xi miżuri adegwati oħrajn biex jiżguraw li ma jsirx abbuż mill-eżenzjoni mogħtija mid-deċiżjonijiet skont dan l-Artikolu.

Artikolu 3

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "istituzzjoni ta' kreditu" tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif definita fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(24), inklużi l-fergħat tagħha, kif definiti fil-punt 17 tal-Artikolu 4(1) ta' dik ir-Regolament, li jkunu fl-Unjoni, kemm jekk l-l-uffiċċju prinċipali tagħħha jkun fl-Unjoni u kif ukoll jekk ikun f'pajjiż terz;

(2)  "istituzzjonijiet finanzjarji" tfisser:

(a)  intrapriża, għajr istituzzjoni ta' kreditu li l-attività ewlenija tagħha tkun li twettaq attività waħda jew iżjed minn dawk elenkati fil-punti (2) sa (12) u l-punti (14) u (15) tal-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(25), inklużi l-attivitajiet ta' uffiċji ta' kambju tal-munita (bureaux de change);

(b)  kumpanija tal-assigurazzjoni kif awtorizzata b’mod konformi mad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(26), sakemm din twettaq il-ħidmiet tagħha koperti b’din id-Direttiva;

(c)  ditta tal-investimenti kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(27);

(d)  intrapriża ta' investiment kollettiv li tikkumerċjalizza l-unitajiet u l-ishma tagħha;

(e)  Intermedjarju tal-assigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2002/92/KE(28), bl-eċċezzjoni ta' intermedjarji kif jingħad fl-Artikolu 2(7) ta' dik id-Direttiva, meta jaġixxu fir-rigward ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja u servizzi oħra ta' investiment relatati;

(f)  fergħat ta' istituzzjonijiet finanzjarji kif jingħad fil-punti (a) sa (e) li jkunu fl-Unjoni, kemm jekk l-uffiċċji prinċipali jkun fl-Unjoni kif ukoll jekk ikun f'pajjiż terz;

(3)  "proprjetà" tfisser assi ta' kull tip, sew korporali jew inkorporali, mobbli jew immobbli, tanġibbli jew intanġibbli, u dokumenti jew strumenti legali fi kwalunkwe forma inkluża dik elettronika jew diġitali, li tixhed it-titolu ta' tali assi jew l-interess fihom.

(4)  "attività kriminali" tfisser kwalunkwe tip ta' involviment kriminali fit-twettiq tad-delitti serji li ġejjin

(a)  atti kif iddefiniti fl-Aritkoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/475/ĠAI, kif emendata mid-Deċiżjoni Qafas 2008/919/ĠAI;

(b)  kwalunkwe wieħed mir-reati msemmi fl-Artikolu 3(1)(a) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1988 kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi;

(c)  l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet kriminali kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/733/ĠAI(29);

(d)  frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ta’ mill-inqas serji, kif iddefiniti fl-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej(30);

(e)  il-korruzzjoni;

(f)  ir-reati kollha, inklużi r-reati reati fiskali relatati mat-taxxi diretti jew indiretti, li huma punibbli bi priġunerija jew ordni ta' detenzjoni għal massimu ta' aktar minn sena jew, fir-rigward ta' dawk l-Istati li għandhom livell limitu minimu għal reati fis-sistema legali tagħhom, ir-reati kollha punibbli bi priġunerija jew ordni ta' detenzjoni għal minimu ta' aktar minn sitt xhur; [Em. 52]

(4a)  "korp awtoregolatorju" tfisser korp li għandu s-setgħa, rikonoxxuta mil-liġi nazzjonali, li jistabbilixxi l-obbligi u r-regoli li jirregolaw ċertu professjoni jew ċertu qasam ta’ attività ekonomika, li għandhom ikunu rispettati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi f’dik il-professjoni jew qasam; [Em. 53]

(5)  "sid benefiċjarju" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li fl-aħħar mill-aħħar tkun is-sid jew jkollha l-kontroll tal-klijent u/jew persuna fiżika li f'isimhom tkun qed titwettaq tranżazzjoni jew attività u tinkludi mill-inqas:

(a)  għal entitajiet korporati:

(i)  il-persuna fiżika li fl-aħħar mill-aħħar tkun s-sid jew ikollha l-kontroll ta' entità permezz ta' sjieda jew kontroll diretti jew indiretti fuq biżżejjed perċentwal mill-ishma jew id-drittijiet tal-vot f'dik l-entità legali, inklużi permezz ta' pussess ta' berear share holdings, minbarra kumpanija elenkata fuq suq regolat li huwa soġġett għal rekwiżiti ta' żvelar konsistenti mal-liġi tal-Unjoni jew soġġett għal standards internazzjonali ekwivalenti.

fi kwalunkwe każ, perċentwal ta' 25% u sehem wieħed għandhom ikunu prova ta' sjieda jew kontroll permezz ta' pussess ta' ishma u japplika għal kull livell minn persuna naturali huma evidenza ta' sjieda diretta jew indiretta pussess ta’ ishma ta’ 25 % u sehem wieħed fil-klijent, miżmum minn entità korporattiva, li hija taħt il-kontroll ta’ persuna/persuni fiżika/fiżiċi, jew minn entitajiet korporattivi multipli, li huma taħt il-kontroll tal-istess persuna fiżika, għandu jkun indikazzjoni ta’ sjieda indiretta. l-idea ta' kontroll għadha tiġi ddeterminata, inter alia, f'konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 22(1) sa (5) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(31); madanakollu, dan japplika mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-Istati Membri jiddeċiedu li peċentwal aktar baxx għandu jservi bħala evidenza ta' sjieda jew kontroll;

(ii)  jekk ikun hemm xi dubju li dik il-persuna identifikata fil-punt (i) hija s-sid benefiċjarju jew jekk wara li jkunu ttieħdu l-miżuri kollha meħtieġa l-ebda persuna ma tista’ tiġi identifikata fil-punt (i), il-persuna fiżika li tkun teżerċita kontroll fuq l-entità legali jew il-ġestjoni tagħha b’mezzi oħrajn, li jista' jinkludi uffiċjali maniġerjali ta' livell għoli;

(iia)  fejn l-ebda persuna naturali ma ġiet identifikata taħt punt (i) jew (ii), il-persuna fiżika li jkollha l-pożizzjoni ta' uffiċjal maiġerjali ta' livell għoli, li jekk dan ikun il-każ, l-entitajiet obbligati għandhom iżommu rekords tal-azzjonijiet li ttieħdu sabiex jidentifikaw is-sid benefiċjarju taħt il-punti (i) u (ii) sabiex jagħtu prova tal-inabbiltà tagħhom li jidentifikaw dawn il-persuni;

(b)  fil-każ ta' entitajiet ġuridiċi, bħal fondazzjonijiet, u ta' arranġamenti ġuridiċi, bħal trusts, jew mutwi, li jamministraw u jqassmu fondi: [Em. 54]

(i)  il-persuna fiżika li teżerċitaw kontroll fuq 25 % jew aktar tal-proprjetà tal-arranġament ġuridiku jew entità ġuridika; u

(ii)  fejn il-benefiċjarji futuri diġà ġew determinati, il-persuna fiżika li jkunu l-benefiċjarji ta' 25 % jew aktar tal-proprjetà tal-arranġament ġuridiku jew entità ġuridika; jew

(iii)  meta l-individwi li jibbenefikaw mill-arranġament jew l-entità legali jkunu għad iridu jiġu ddeterminati, il-klassi ta' persuni li fl-interess tagħhom huma mwaqqfa jew joperaw l-arranġament jew l-entità legali. Għall-benefiċjarji ta' trusts li huma magħżulin skont il-karatteristiċi jew il-klassi, l-entitajiet obbligati għandhom jiksbu biżżejjed informazzjoni dwar il-benefiċjarju sabiex ikunu sodisfatti li ser ikunu jistgħu jistabbilixxu l-identità tal-benefiċjarju fi żmien l-iżborż jew meta l-benefiċjarju jkun beħsiebu jeżerċita d-drittijiet vestiti;

(iiia)  fir-rigward ta' trusts, l-identità tas-settlor, tal-fiduċjarju, tal-protettur (jekk ikun hemm), tal-benefiċjarju jew il-klassi ta’ benefiċjarji, u ta’ kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv aħħari fuq it-trust (anke permezz ta’ katina ta’ kontroll jew ta’ sjieda);

(6)  "fornitur tas-servizzi ta' trusts jew kumpaniji" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li permezz tan-negozju tipprovdi xi wieħed mis-servizzi li ġejjin lil partijiet terzi:

(a)  il-formazzjoni ta' kumpaniji jew ta' persuni ġuridiċi oħrajn;

(b)  il-qadi ta' dmirijiet, jew l-arranġament sabiex persuna oħra isservi, bħala direttur jew segretarju ta' kumpanija, jew bħala soċju f'soċjetà, jew f'xi pożizzjoni simili marbuta ma' persuni ġuridiċi oħra;

(c)  il-fornitura ta' uffiċċju reġistrat, jew ta' indirizz kummerċjali, jew ta' indirizz ta' korrispondenza jew amministrattiv u servizzi oħra relatati, lil xi kumpanija, soċjetà jew kwalunkwe persuna ġuridika jew arranġament ġuridiku ieħor;

(d)  il-qadi ta' dmirijiet, jew l-arranġament sabiex persuna oħra isservi, bħala trustee ta' express trust jew ta' arranġament ġuridiku simili ieħor;

(e)  taġixxi bħala jew tirranġa sabiex persuna oħra taġixxi bħala azzjonist nominat għal persuna oħra li mhijiex kumpanija elenkata f'suq regolat li huwa soġġett għar-rekwiżiti ta' żvelar b'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew soġġetta għal standards internazzjonali ekwivalenti;

(7)  (a) "persuni barranin esposti b'mod politiku" tfisser persuni fiżiċi li huma fdati jew li ġew fdati b'funzjonijiet pubbliċi prominenti minn pajjiż terz;

(b)  "persuni lokali esposti b'mod politiku" tfisser persuni fiżiċi li jkunu fdati jew li jkunu ġew fdati minn Stat mill-Istat Membru b'funzjoni pubblika prominenti; [Em. 55]

(c)  "persuni li huma fdati jew li ġew fdati b'funzjoni prominenti minn organizzazzjoni internazzjonali" tfisser diretturi, viċi diretturi u membri tal-bord jew funzjoni ekwivalenti ta' organizzazzjoni internazzjonali;

(d)  "persuni fiżiċi li jkunu fdati jew li jkunu ġew fdati b'funzjoni pubblika prominenti" għandhom jinkludu lil dawn li ġejjin:

(i)  il-kapijiet ta’ Stat, il-kapijiet ta’ Gvern, il-ministri u d-deputati ministri jew is-sottosegretarji;

(ii)  il-membri parlamentari jew korpi leġiżlattivi simili; [Em. 56]

(iii)  il-membri tal-qrati supremi, tal-qrati kostituzzjonali u ta’ entitajiet ġudizjarji oħra ta’ livell għoli li d-deċiżjonijiet tagħhom mhumiex ġeneralment suġġetti għal appell ulterjuri, ħlief f'ċirkustanzi eċċezzjonali;

(iv)  il-membri tal-qrati tal-awdituri u tal-bordijiet tal-banek ċentrali;

(v)  l-ambaxxaturi, iċ-chargés d'affaires u l-uffiċjali għolja tal-forzi armati;

(vi)  membri tal-korpi amministrattivi , maniġerjali jew superviżorji ta' livell għoli tal-impriżi li huma proprjetà tal-Istat. [Em. 57]

L-ebda waħda mill-kategoriji stabbiliti fil-punti (i) sa (vi) ma għandha tinftiehem bħala waħda li tkopri uffiċjali ta' gradi medji jew inqas;

(e)  il-"membri tal-familja" tfisser:

(i)  il-konjuġi;

(ii)  kwalunkwe sieħeb/sieħba meqjusin ekwivalenti għall-konjuġi;

(iii)  it-tfal u l-konjuġi jew sħab tagħhom; [Em. 58]

(iv)  il-ġenituri; [Em. 59]

(f)  il-"persuni magħrufin li huma assoċjati mill-qrib" tfisser:

(i)  kwalunkwe persuna fiżika magħrufa li għandha sjieda benefiċjarja konġunta ta' entitajiet legali jew arranġamenti legali, jew kwalunkwe relazzjonijiet kummerċjali oħrajn mill-qrib, ma' persuna msemmija fil-punti (7)(a) sa (d) ;

(ii)  kwalunkwe persuna fiżika li għandha sjieda benefiċjarja unika ta' entità legali jew arranġament legali li hija magħrufa li twaqqfet għall-benefiċċju de facto tal-persuna msemmija fil-punti (7)(a) sa (d); [Em. 60]

(8)  “maniġment superjuri” tfisser uffiċjali jew impjegat b'għarfien suffiċjenti tal-iskopertura għar-riskju ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu tal-istituzzjoni u anzjanità suffiċjenti biex jieħu deċiżjonijiet li jaffettwaw l-iskopertura għar-riskju. Mhux meħtieġ li fil-każijiet kollha, ikun involut membru tal-bord ta' diretturi.

(9)  "relazzjoni tax-xogħol" tfisser relazzjoni fin-negozju, professjonali jew kummerċjali li hija marbuta mal-attivitajiet professjonali tal-entitajiet obbligati u li hija mistennija, fiż-żmien meta jiġi stabbilit il-kuntratt, ikollha element ta' durata;

(10)  "servizzi tal-logħob tal-azzard" tfisser kwalunkwe servizz li jinvolvi logħob ta' flus f'logħob tal-azzard inklużi dawk b'element ta' ħila bħal lotteriji, logħob tal-każinò, logħob tal-poker u tranżazzjonijiet tal-imħatri li huma pprovduti f'post fiżiku jew bi kwalunkwe mezz, mill-bogħod, b'mezzi elettroniċi jew kwalunkwe teknoloġija oħra biex titħaffef il-komunikazzjoni, jew fuq it-talba individwali ta' min jirċievi s-servizzi;

(10a)  “tranżazzjonijiet fuq l-imħatri”: tfisser l-istadji kollha tar-relazzjoni kummerċjali bejn, il-fornitur tas-servizzi ta’ logħob minn naħa waħda u, min-naħa l-oħra, il-klijent u l-benefiċjarju tar-reġistrazzjoni tal-imħatra sal-pagament tar-rebħ eventwali; [Em. 61]

(11)  "grupp" tfisser grupp kif definit fl-Artikolu 2(12) tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(32).

(11a)  ‘relazzjonijiet ta’ negozju jew tranżazzjonijiet mhux wiċċ imb’wiċċ’, tfisser il-konklużjoni ta’ kuntratt jew it-twettiq ta' tranżazzjoni, fejn il-kuntrattur jew l-intermedjarju u l-konsumatur ma jkunux fiżikament preżenti fl-istess ħin, b'mezzi esklussivi tal-internet, telekummerċjalizzazzjoni jew mezzi elettroniċi oħra ta’ komunikazzjoni sa u inkluż il-ħin li fih il-kuntratt ikun konkluż jew it-tranżazzjoni titwettaq; [Em. 62]

Artikolu 4

1.  L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-valutazzjoni tar-riskju, jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu estiżi totalment jew parzjalment għall-professjonijiet jew għall-kategoriji tal-impriżi, minbarra l-entitajiet obbligati msemmija fl-Artikolu 2(1), li jidħlu f’attivitajiet li għandhom probabbiltà partikolari li jintużaw għal għanijiet ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu. [Em. 63]

2.  Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jestendi d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għal professjonijiet u kategoriji ta' impriżi minbarra dawk imsemmija f'Artikolu 2(1), għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan.

Artikolu 5

L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet aktar stretti fil-qasam kopert minn din id-Direttiva sabiex jipprevjenu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet huma f’konformità sħiħa mal-ordni legali tal-Unjoni, b’mod speċjali fir-rigward tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta . Dawn id-dispożizzjonijiet m’għandhomx jipprevjenu bla bżonn lill-konsumaturi milli jaċċessaw is-servizzi finanzjarji u ma għandhomx jikkostitwixxu ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern. [Em. 64]

Taqsima 2

Valutazzjoni tar-riskju

Artikolu 6

1.  Il-Kummissjoni Ewropea għandha twettaq valutazzjoni dwar il-ħasil tal-flus u r-riskji finanzjarji li jaffettwaw lis-suq intern, b'mod partikolari referenza għal attivitajiet transkonfinali. Għal dak il-għan il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Istati Membri, lill-ASE, lill-Kontullur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data, lill-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 u lil awtoritajiet relevanti oħra.

Il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkopri minn tal-anqas dan li ġej:

(a)  il-livell ġenerali tal-ħasil tal-flus u l-oqsma tas-suq intern l-aktar fir-riskju;

(b)  ir-riskji assoċjati ma' kull settur relevanti, b'mod partikolari s-setturi mhux finanzjarji u s-settur tal-logħob tal-azzard;

(c)  l-aktar mezz mifrux użat mill-kriminali biex jaħslu l-flus illiċetu ġġenerat;

(d)  ir-rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi;

(e)  ir-rwol tal-karti tal-flus EUR fl-attivitajiet kriminali u l-ħasil tal-flus;

L-opinjoni konġunta għandha tinkludi proposti għal standards minimi għall-valutazzjonijiet tar-riskji li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dawn l-istandards minimi għandhom jiġu żviluppati f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u għandhom jinvolvu l-industrija u l-partijiet interessati rilevanti l-oħra permezz ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi u laqgħat privati għall-partijiet interessati kif xieraq.

Din l-opinjoni Il-Kummissjoni għandha toħroġ il-valutazzjoni tar-riskju sa ...(33) u għandha taġġornha fuq bażi ta' kull sentejn jew aktar frekwenti jekk ikun xieraq.

2.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-opinjoni il-valutazzjoni tar-riskju għad-dispożizzjoni biex tassisti lill-Istati Membri u lill-entitajiet obbligati sabiex jidentifikaw, jamministraw u jimmitigaw ir-riskju ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, u sabiex partijiet interessati oħra, inklużi l-leġiżlaturi nazzjonali, il-Parlament Ewropew, l-ASE, l-Europol u l-Kumitat ta' UIF tal-Unjoni ikunu jistgħu jifhmu aktar ir-riskji finanzjarji. Sommarju tal-valutazzjoni għandhom ikunu disponibbli pubblikament. Dak is-sommarju ma għandux ikun fih infJewmazzjoni kklassifikata.

2a.   Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sejbiet li jirriżultaw mill-valutazzjonijiet tar-riskju regolari u l-azzjoni meħuda bbażata fuq dawk is-sejbiet. [Em. 65]

Artikolu 6a

1.  Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ta’ ksur stipulati mit-TFUE, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-liġijiet nazzjonali għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu adottati mill-Istati Membri abbażi ta’ din id-Direttiva jkunu implimentati b’mod effettiv u jkunu konsistenti mal-qafas Ewropew.

2.  Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni se tkun megħjuna, fejn ikun xieraq, mill-ASE, mill-Europol, mill-Kumitat tal-UIF tal-Unjoni, u minn kwalunkwe awtorità Ewropea kompetenti oħra.

3.  Il-valutazzjonijiet ta’ liġijiet għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu għandhom jitwettqu mingħajr preġudizzju għal dawk li saru mill-Grupp ta’ Azzjoni Finanzjarja jew Moneyval. [Em. 66]

Artikolu 7

1.  Kull Stat Membru għandu jieħu passi xierqa biex jidentifika, jivvaluta, jifhem u jimmitiga r-riskji ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu li jaffettwawh, kif ukoll kwalunkwe tħassib marbut mal-protezzjoni tad-data, u jżomm il-valutazzjoni aġġornata.

2.  Kull Stat Membru għandu jagħżel awtorità biex tikkoordina r-rispons nazzjonali għar-riskji msemmija fil-paragrafu 1. L-identità tal-awtorità għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, mill-ASE, mill-Europol u Stati Membri oħra.

3.  Fit-twettiq tal-valutazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu għandhom jagħmlu użu mill-opinjoni tal-valutazzjoni tar-riskju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 6(1).

4.  Kull Stat Membru għandu jwettaq il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u:

(a)  juża l-valutazzjoni(jiet) biex itejjeb ir-reġim tiegħu għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, b'mod partikolari billi jidentifika kwalunkwe oqsma li fihom l-entitajiet obbligati għandhom japplikaw miżuri mtejba u, fejn xieraq, jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu;

(aa)  jidentifika, fejn xieraq, is-setturi jew l-oqsma b’riskju negliġibbli, baxx jew aktar għoli ta' ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)  juża l-valutazzjoni(jiet) biex tassistih fl-allokazzjoni u l-prijoritazzjoni tar-riżorsi għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(ba)  juża l-valutazzjoni(jiet) biex jiżgura li regolamenti xierqa jiġu mfassla għal kull settur jew qasam, skont ir-riskju tal-ħasil tal-flus;

(c)  iqiegħdu għad-dispożizzjoni l-informazzjoni xierqa f’waqtha għall-entitajiet obbligati sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu.

5.  L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju għall-Istati Membri l-oħrajn, il-Kummissjoni, u l-ASE fuq talba. Sommarju tal-valutazzjoni għandhom ikunu disponibbli pubblikament. Dak is-sommarju ma għandux ikun fih informazzjoni kklassifikata. [Em. 67]

Artikolu 8

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet obbligati jieħdu l-passi xierqa biex jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskji ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu filwaqt li jieħdu f'kunsiderazzjoni fatturi ta' riskju inklużi l-klijenti, il-pajjiżi jew iż-żoni ġeografiċi, il-prodotti, is-servizzi, it-tranżazzjonijiet jew il-kanali tal-konsenja. Dawk il-passi għandhom ikunu proporzjonati għan-natura u d-daqs tal-entitajiet obbligati.

2.  Il-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ddokumentati, jinżammu aġġornati u fuq talba jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u korpi awtoregolatorji. [Em. 68]

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet obbligati għandhom politiki, kontrolli u proċeduri biex jimmitigaw u jamministraw b'mod effettiv ir-riskji ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu identifikati fil-livell tal-Unjoni, il-livell tal-Istati Membri, u l-livell tal-entitajiet obbligati. Il-politiki, il-kontrolli u l-proċeduri għandhom ikunu proporzjonati għan-natura u d-daqs ta' dawk l-entitajiet obbligati u r-riskju għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u għandhom jirrispettaw regoli għall-protezzjoni tad-data. [Em. 69]

4.  Bħala minimu, il-politiki u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinkludu:

(a)  l-iżvilupp ta’ politiki, proċeduri u kontrolli interni, inklużi l-mudelli ta’ prattiki ta’ ġestjoni tar-riskju, id-diliġenza dovuta mal-klijenti, ir-rapportar, iż-żamma tar-rekords, il-kontroll intern, il-ġestjoni tal-konformità (inkluża, meta tkun xierqa mad-daqs u n-natura tan-negozju, il-ħatra ta’ uffiċjal tal-konformità fil-livell maniġerjali) u t-tgħarbil tal-impjegati; Dawk il-miżuri ma għandhomx jippermettu lill-entitajiet obligati jistaqsu lill-konsumaturi jipprovdu aktar data personali milli meħtieġ; [Em. 70]

(b)  meta dan ikun xieraq, skont id-daqs u n-natura tan-negozju, funzjoni indipendenti tal-awditjar biex tittestja l-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni msemmija fil-punt (a).

5.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet obbligati jiksbu approvazzjoni mill-maniġment superjuri għall-politiki u l-proċeduri li jimplimentaw, u għandhom jissorveljaw u jtejbu l-miżuri meħuda, fejn xieraq.

Artikolu 8a

1.  Sabiex jiġi żviluppat approċċ komuni u politiki komuni kontra ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx b’nuqqasijiet fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, l-Istati Membri għandhom perjodikament japprovaw u jadottaw il-listi tal-pajjiżi ppubblikati mill-FATF.

2.  Il-Kummissjoni għandha tikkoordina ħidma preparatorja fil-livell tal-Unjoni dwar l-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li għandhom nuqqasijiet strateġiċi gravi fir-reġimi tagħhom dwar il-ħasil tal-flus li joħolqu riskji sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni Ewropea, billi jitqiesu l-kriterji stabbiliti fil-punt (3) tal-Anness III.

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi kif definit fil-paragrafu 2.

4.  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja fuq bażi regolari l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fil-pajjiżi definiti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu abbażi ta’ kriterji stabbiliti fil-punt (3) tal-Anness III u, fejn xieraq, għandha tirrevedi l-lista msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. [Em. 71]

KAPITOLU II

DILIĠENZA DOVUTA MAL-KLIJENT

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji milli jżommu kontijiet jew kotba anonimi ta' depożiti bankarji passbooks anonimi jew milli joħorġu kards tal-ħlas elettroniċi anonimi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10a. Fil-każijiet kollha, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-sidien u l-benefiċjarji tal-kontijiet anonimi jew, ta' passbooks anonimi jew ta' kards tal-ħlas anonimi eżistenti jkunu s-suġġett ta’ miżuri ta’ diliġenza dovuta mal-klijenti malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ qabel dawk il-kontijiet jew passbooks jintużaw b’xi mod. [Em. 72]

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet japplikaw miżuri ta' diliġenza dovuta mal-klijenti fil-każijiet li ġejjin:

(a)  meta jistabbilixxu relazzjoni ta' negozju;

(b)  meta jagħmlu tranżazzjonijiet okkażjonali li jammontaw għal EUR 15,000 jew iżjed, sew jekk it-tranżazzjoni ssir f'operazzjoni waħda jew jekk issir f'diversi operazzjonijiet li jidhru li marbuta ma xulxin;

(c)  għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jinnegozjaw fi prodotti, meta jwettqu tranżazzjonijiet okkażjonali fi flus kontanti li jammontaw għal EUR 7 500 jew aktar, kemm jekk it-tranżazzjoni titwettaq f'operazzjoni waħda jew f'bosta operazzjonijiet li jidhru li għandhom x'jaqsmu ma' xulxin;

(d)  għall-fornituri ta' servizzi tal-logħob tal-azzard għal każinòs, meta jwettqu tranżazzjonijiet okkażjonali li jammontaw għal EUR 2 000 jew aktar, kemm jekk it-tranżazzjoni titwettaq f'operazzjoni waħda jew f'bosta operazzjonijiet li jidhru li għandhom x'jaqsmu ma' xulxin.

(da)  għal logħob tal-azzard onlajn fil-ħolqien ta’ relazzjoni ta’ negozju;

(db)  għal fornituri oħra ta’ servizzi ta’ logħob tal-azzard, fir-rigward tal-pagament ta’ premjijiet li jammontaw għal EUR 2,000 jew iktar. [Em. 73]

(e)  fejn ikun hemm suspett ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, tkun xi tkun id-deroga, l-eżenzjoni jew l-ammont operattiv;

(f)  meta jkun hemm dubbji dwar il-veraċità jew l-adegwatezza ta' data ta' identifikazzjoni tal-klijent miksuba qabel.

(fa)  kull meta tiġi stabbilita kumpanija. [Em. 74]

Artikolu 10a

1.  L-Istati Membri jistgħu, abbażi ta’ riskju baxx ippruvat, japplikaw eżenzjonijiet lil entitajiet obbligati mid-diliġenza dovuta mal-klijent fir-rigward tal-flus elettroniku kif definit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(34) , jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)  l-istrument tal-ħlas mhuwiex rikarikabbli;

(b)  l-ammont massimu maħżun elettronikament ma jaqbiżx EUR 250; L-Istati Membri jistgħu jżidu dan il-limitu għal EUR 500 għal strumenti ta' ħlas li jistgħu jintużaw f'dak l-Istat Membru partikolari biss;

(c)  l-istrument tal-ħlas huwa użat esklussivament għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi;

(d)  l-istrument tal-ħlas ma jistax jiġi ffinanzjat bi flus elettroniku.

(e)  it-tifdija fi flus kontanti u l-irtirar ta’ flus kontanti huma pprojbiti sakemm ma jiġux imwettqa l-identifikazzjoni u l-verifika tal-identità tad-detentur, il-politiki u proċeduri adegwati u xierqa dwar tifdija fi flus kontanti u dwar l-irtirar ta’ flus kontanti, u l-obbligi taż-żamma ta’ rekords.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li miżuri ta’ diliġenza dovuta mal-klijent huma dejjem applikati qabel it-tifdija tal-valur monetarju tal-flus elettroniċi li jaqbeż EUR 250.

3.  Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli jippermettu lill-entitajiet obbligati japplikaw miżuri simplifikati ta' diliġenza dovuta fuq il-klijenti tagħhom fir-rigward tal-flus elettroniku f'konformità mal-Artikolu 13 ta' din id-Direttiva jekk il-kundizzjonijiet previsti f'dan l-Artikolu ma jkunux ġew sodisfatti. [Em. 75]

Artikolu 11

1.  Il-miżuri ta' diliġenza dovuta mal-klijent għandhom jinkludu:

(a)  l-identifikazzjoni tal-klijent u l-verifika tal-identità tal-klijent fuq il-bażi ta' dokumenti, data jew informazzjoni li jinkisbu minn sors affidabbli u indipendenti;

(b)  l-identifikazzjoni barra mill-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju kif elenkati fir-reġistru pubbliku fis-sens tal-Artikolu 29, u t-teħid ta' miżuri raġonevoli biex tiġi vverifikata l-identità tas-sid benefiċjarju għas-sodisfazzjon tal-istituzzjoni jew il-persuna koperta minn din id-Direttiva , inklużi, fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, fiduċjarji trusts, fondazzjonijiet, mutwi, holdings u arranġamenti l-arranġamenti legali simili, l-oħra kollha eżistenti jew futuri, filwaqt li jittieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex tinftiehem is-sjieda u l-istruttura ta' kontroll tal-klijent;

(c)  il-valutazzjoni u, kif xieraq, il-kisba ta' informazzjoni fuq l-għan u l-għan maħsub tar-relazzjoni ta' negozju;

(d)  l-eżerċizzju ta' sorveljanza kontinwa tar-relazzjoni ta' negozju inkluż skrutinju tat-tranżazzjonijiet matul il-kors ta' dik ir-relazzjoni sabiex ikun żgurat li t-tranżazzjonijiet li jkunu qegħdin jitwettqu jkunu konsistenti mal-konoxxenza tal-istituzzjoni jew tal-persuna dwar il-klijent, in-negozju u l-profil tar-riskju, kif ukoll, fejn ikun neċessarju, dwar is-sors tal-fondi u jiġi żgurat li d-dokumenti, id-data jew l-informazzjoni miżmuma ikunu dejjem aġġornati. [Em. 76]

1a.  Meta qed iwettqu l-miżuri memmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-entitajiet obbligati għandhom ikunu meħtieġa wkoll jivverifikaw li kull persuna li tidher li taġixxi f’isem il-klijent hija hekk awtorizzata u għandhom ikunu meħtieġa jidentifikaw u jivverifikaw l-identità ta’ dik il-persuna. [Em. 77]

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet obbligati japplikaw kull wieħed mir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta mal-klijenti stabbiliti fil-paragrafu 1, iżda jistgħu jiddeterminaw safejn jaslu dawn il-miżuri fuq bażi ta' sensittività għar-riskju.

3.  Meta jivvalutaw ir-riskji ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet obbligati jieħdu f'kunsiderazzjoni tal-inqas dawk il-varjabbli stipulati fl-Anness I.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet obbligati jistgħu juru lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-korpi awtoregolatorji li l-miżuri huma xierqa fir-rigward tar-riskji ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu li ġew identifikati.

5.  Għal negozju tal-assigurazzjoni tal-ħajja jew oħra relatata mal-investimenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji, minbarra li jieħdu l-miżuri ta' diliġenza dovuta mal-klijenti meħtieġa għall-klijent u s-sid benefiċjarju, iwettqu l-miżuri li ġejjin ta' diliġenza dovuta mal-klijent fuq il-benefiċjarji tal-assigurazzjoni tal-ħajja u poloz tal-assigurazzjoni oħrajn relatati mal-investimenti, malli l-benefiċjarji jiġu identifikati jew jintgħażlu:

(a)  għall-benefiċjarji li huma identifikati bħala persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew arranġamenti legali msemmija b'mod speċifiku, filwaqt li jittieħed isem il-persuna;

(b)  għall-benefiċjarji li jintgħażlu skont il-karatteristiċi jew il-klassi jew mezzi oħra, il-kisba ta' biżżejjed informazzjoni dwar dawk il-benefiċjarji biex l-istituzzjoni finanzjarja tkun issodisfata li ser tkun tista' tistabbilixxi l-identità tal-benefiċjarju fi żmien l-iżborż.

Għaż-żewġ każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, il-verifika tal-identità tal-benefiċjarji għandha sseħħ fi żmien l-iżborż. F'każ ta' ċessjoni, sħiħa jew parzjali, ta' assigurazzjoni tal-ħajja jew assigurazzjoni oħra relatata mal-investimenti għal parti terza, l-istituzzjonijiet finanzjarji konxji mill-assenjament għandhom jidentifikaw is-sid benefiċjarju fi żmien l-assenjament tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-arranġament legali li jirċievu għall-benefiċċju tagħhom stess il-valur tal-polza assenjata.

Artikolu 12

1.  L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-identità tal-klijent u tas-sid benefiċjarju jiġu verifikati qabel ma tiġi stabbilita r-relazzjoni ta' negozju jew it-twettiq tat-tranżazzjoni.

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jippermettu li l-identitajiet tal-klijent u tas-sid benefiċjarju jiġu verifikati waqt li tiġi stabbilita relazzjoni ta’ negozju jew matul it-twettiq tat-tranżazzjoni għal entitajiet soġġetti għall-obbligi msemmija fl-Artikolu 2(1) u, fi kwalunkwe każ, fiż-żmien meta kwalunkwe rebħ jitħallas, jekk dan ikun neċessarju sabiex ma tiġix interrotta t-tmexxija normali tan-negozju u fejn hemm ftit riskju li jkun hemm ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, dawk il-proċeduri għandhom jitlestew hekk kif ikun prattiku wara l-kuntatt tal-bidu. [Em. 78]

3.  Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li jsir il-ftuħ ta' kont tal-bank kemm-il darba hemm biżżejjed salvagwardji fis-seħħ biex jiġi żgurat li t-tranżazzjonijiet ma jitwettqux minn klijent jew f'ismu sakemm tinkiseb konformità sħiħa mal-paragrafi 1 u 2.

4.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, meta l-istituzzjoni jew il-persuna kkonċernata ma tkunx tista' tikkonforma mal-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 11(1), ma għandhiex twettaq tranżazzjoni permezz ta' kont tal-bank, tistabbilixxi relazzjoni ta' negozju jew twettaq it-tranżazzjoni, u għandha tikkunsidra li ttemm ir-relazzjoni ta' negozju, u għandha tikkunsidra li tagħmel rapport dwar tranżazzjoni suspettuża lill-UIF skont l-Artikolu 32 fir-rigward tal-klijent.

L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw il-paragrafu ta’ qabel lil, nutara, professjonisti legali indipendenti, awdituri, kontabilisti u konsulenti tat-taxxa esterni sal-punt strett li tali eżenzjoni tkun fir-rigward li tiġi aċċertata l-pożizzjoni legali għall-klijent tagħhom jew jaqdu dmirijiethom billi jiddefendu jew jirrappreżentaw lil dak il-klijent fi proċedimenti ġudizzjarji, anke billi jagħtu pariri dwar il-ftuħ jew l-evitar ta' proċedimenti legali.

5.  L-Istati Membri għandhom jitolbu sabiex l-entitajiet obbligati japplikaw il-proċeduri ta' diliġenza dovuta mal-klijenti mhux biss lill-klijenti kollha l-ġodda iżda anki fi żminijiet xierqa lill-klijenti eżistenti fuq bażi ta' sensittività għar-riskju, inklużi fi żminijiet meta ċ-ċirkustanzi relevanti ta' klijent jinbidlu.

Taqsima 2

Diliġenza dovuta ssimplifikata mal-klijent

Artikolu 13

1.  Meta Stat Membru jew entità obbligata jidentifikaw oqsma ta' riskju inqas, dak l-Istat Membru jista' jippermetti lill-entitajiet obbligati japplikaw miżuri ta' diliġenza dovuta ssimplifikati mal-klijenti.

2.  Qabel japplikaw miżuri ta' diliġenza dovuta ssimplifikati mal-klijenti, l-entitajiet obbligati għandhom jiżguraw li r-relazzjoni mal-klijent jew it-tranżazzjoni tippreżenta grad baxx ta' riskju.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet obbligati jwettqu biżżejjed monitoraġġ tat-tranżazzjoni tat-tranżazzjonijiet jew relazzjoni relazzjonijiet ta' negozju biex ikunu jistgħu jiġu identifikati tranżazzjonijiet mhux tas-soltu jew suspettużi.

Artikolu 14

Meta jivvalutaw ir-riskji ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu relatati mat-tipi ta' klijenti, pajjiżi jew żoni ġeografiċi, u prodotti, servizzi, tranżazzjonijiet jew kanali tal-konsenja partikolari, l-Istati Membri u l-entitajiet obbligati għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni tal-inqas dawk il-fatturi ta' sitwazzjonijiet relatati ma' kanal tal-konsumatur u tal-prodott, is-servizz, it-tranżazzjoni jew it-twassil bħala sitwazzjonijiet ta' riskju potenzjalment aktar baxxi stipulati fl-Anness II. [Em. 80]

Artikolu 15

L-ASE għandhom, sa ...(35), joħorġu linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-entitajiet obbligati msemmija fl-Artikolu 2(1)(1) u (2) skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, fuq il-fatturi ta' riskju li għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni u/jew il-miżuri li għandhom jittieħdu f'sitwazzjonijiet li fihom ikunu xierqa miżuri ta' diliġenza dovuta ssimplifikati. Għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni partikolari n-natura u d-daqs tan-negozju, u fejn dan ikun xieraq u proporzjonat, għandhom jiġu previsti miżuri speċifiċi. [Em. 81]

Taqsima 3

Diliġenza Dovuta Msaħħa mal-Klijent

Artikolu 16

1.  Fil-każijiet identifikati fl-Artikoli 17 sa 23 ta' din id-Direttiva u f'każijiet oħrajn ta' riskji ogħla li huma identifikati mill-Istati Membri jew l-entitajiet obbligati, l-Istati Membri għandhom jitolbu lill-entitajiet obbligati japplikaw miżuri ta' diliġenza dovuta msaħħa mal-klijenti biex jamministraw u jimmitigaw dawk ir-riskji kif xieraq.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-entitajiet sabiex jeżaminaw, safejn huwa raġonevolment possibbli, l-isfond u l-għan tat-tranżazzjonijiet kollha li huma kumplessi u kbar b'mod mhux tas-soltu, u l-mudelli mhux tas-soltu kollha tat-tranżazzjonijiet, li ma għandhom l-ebda għan ekonomiku jew legali apparenti, jew li jikkostitwixxu reati fiskali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(4)(f). B'mod partikolari, għandhom iżidu l-grad u n-natura tal-monitoraġġ tar-relazzjoni ta' negozju, sabiex jiddeterminaw jekk dawk it-tranżazzjonijiet jew attivitajiet jidhrux mhux tas-soltu jew suspettużi. F'każ li entità obbligata tiddetermina tali tranżazzjoni jew attività mhux tas-soltu jew suspetta, din għandha, mingħajr dewmien, tinforma l-UIF tal-Istati Membri kollha li jistgħu jkunu kkonċernati. [Em. 82]

3.  Meta jivvalutaw ir-riskji ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, l-Istati Membri u l-entitajiet obbligati għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni tal-inqas dawk il-fatturi relatati ma' kanal tal-konsumatur u tal-prodott, is-servizz, it-tranżazzjoni jew it-twassil bħala sitwazzjonijiet b'potenzjal ta' riskju ogħla stipulati fl-Anness III. [Em. 83]

4.  L-ASE għandhom, sa ...(36), joħorġu linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-entitajiet obbligati msemmija fl-Artikolu 2(1)(1) u (2) skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fuq il-fatturi ta' riskju li għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni u/jew il-miżuri li għandhom jittieħdu f'sitwazzjonijiet fejn hemm bżonn li jiġu applikati miżuri ta' diliġenza dovuta msaħħa. [Em. 84]

Artikolu 17

Fir-rigward ta' relazzjonijiet bankarji korrispondenti transkonfinali ma' istituzzjonijiet rispondenti minn pajjiżi terzi, l-Istati Membri, minbarra li jitolbu l-miżuri ta' diliġenza dovuta mal-klijenti kif stipulat fl-Artikolu 11, għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet ta' kreditu sabiex:

(a)  jiġbru informazzjoni biżżejjed dwar istituzzjoni rispondenti sabiex jifhmu interament in-natura tan-negozju tal-istituzzjoni rispondenti u jiddeterminaw minn informazzjoni pubblika disponibbli r-reputazzjoni tal-istituzzjoni u l-kwalità ta' superviżjoni;

(b)  jagħmlu stima tal-kontrolli kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu tal-istituzzjoni rispondenti;

(c)  jiksbu l-approvazzjoni tal-livelli għolja ta' ġestjoni qabel jistabbilixxu relazzjonijiet korrispondenti ġodda;

(d)  jiddokumentaw ir-responsabbiltajiet rispettivi ta' kull istituzzjoni;

(e)  fir-rigward ta' pagamenti permezz ta' trasferimenti minn kontijiet, ikunu sodisfatti li l-istituzzjoni ta' kreditu rispondenti ivverifikat l-identità tal-klijenti u prattikat id-diliġenza dovuta fuq bażi kontinwa mal-klijenti li jkollhom aċċess dirett għall-kontijiet tal-korrispondent u li tkun kapaċi tipprovdi data rilevanti għall-finijiet tad-diliġenza dovuta fuq talba tal-istituzzjoni korrispondenti.

Artikolu 18

Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet jew relazzjonijiet ta' negozju ma' persuni barranin esposti b'mod politiku, l-Istati Membri, minbarra li jitolbu l-miżuri ta' diliġenza dovuta mal-klijenti stipulati fl-Artikolu 11, għandhom jeħtieġu lill-entitajiet obbligati sabiex:

(a)  ikollhom proċeduri xierqa bbażati fuq ir-riskju sabiex jiddeterminaw jekk il-klijent jew is-sid benefiċjarju tal-klijent huwiex persuna bħal din;

(b)  jiksbu approvazzjoni mill-maniġment superjuri għat-tnedija jew l-issoktar ta' relazzjonijiet ta' negozju ma' klijenti bħal dawn;

(c)  jieħdu miżuri adegwati sabiex jistabbilixxu s-sors tal-beni u s-sors tal-fondi li jkunu involuti fir-relazzjoni ta' negozju jew fit-tranżazzjoni;

(d)  iwettqu sorveljanza kontinwa aktar stretta tar-relazzjoni ta' negozju.

Artikolu 19

Fir-rigward ta' tranżazzjonijiet jew relazzjonijiet ta' negozju ma' persuni lokali esposti b'mod politiku jew persuni li jkunu fdati jew li jkunu ġew fdati b'funzjoni prominenti minn organizzazzjoni internazzjonali, l-Istati Membri għandhom, minbarra li jitolbu l-miżuri ta' diliġenza dovuta mal-klijenti stipulati fl-Artikolu 11, jeħtieġu lill-entitajiet obbligati:

(a)  li jkollhom proċeduri xierqa bbażati fuq ir-riskju sabiex jiddeterminaw jekk il-klijent jew is-sid benefiċjarju tal-klijent huwiex persuna bħal din;

(b)  f'każijiet ta' relazzjonijiet ta' negozju b'riskju ogħla ma' persuni bħal dawn, japplikaw il-miżuri msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 18.

Artikolu 19a

Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u organizzazzjonijiet internazzjonali, għandha tħejji lista ta' persuni lokali esposti politikament u persuni residenti fi Stat Membru, li jkunu fdati jew jkunu ġew fdati b'funzjoni prominenti minn organizzazzjoni internazzjonali. Il-lista għandha tkun aċċessibbli mill-awtoritajiet kompetenti u mill-entitajiet obbligati.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-persuni kkonċernati li jkunu tqiegħdu fuq il-lista jew ikunu tneħħew minnha.

Ir-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu ma għandhomx jeżentaw entitajiet obbligati mill-obbligi ta' diliġenza dovuta mal-klijenti tagħhom, u l-entitajiet obbligati ma għandhomx jiddependu esklużivament fuq dik l-informazzjoni bħala suffiċjenti biex jissodisfaw dawk l-obbligi.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jipprevjenu n-negozju ta’ informazzjoni għal skopijiet kummerċjali dwar persuni esposti b’mod politiku barranin, persuni esposti b’mod politiku lokali, jew persuni li jkunu fdati jew jkunu ġew fdati b'funzjoni prominenti minn organizzazzjoni internazzjonali. [Em. 85]

Artikolu 20

L-entitajiet obbligati għandhom jieħdu miżuri raġonevoli, f’konformità mal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju, biex jiddeterminaw jekk il-benefiċjarji ta' polza tal-assigurazzjoni tal-ħajja jew oħra relatata mal-investimenti u/jew, fejn hemm bżonn, is-sid benefiċjarju tal-benefiċjarju huma persuni esposti b'mod politiku. Dawk il-miżuri għandhom jittieħdu mhux aktar tard minn żmien l-iżborż jew fi żmien l-assenjament, bis-sħiħ jew b'mod parzjali, tal-polza. Meta jiġu identifikati riskji ikbar, minbarra li jieħdu miżuri normali ta' diliġenza dovuta mal-klijenti, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet obbligati: [Em. 86]

(a)  jgħarrfu lill-maniġment superjuri qabel l-iżborż tar-rikavat mill-polza;

(b)  iwettqu skrutinju msaħħaħ fuq ir-relazzjoni sħiħa ta' negozju mad-detentur tal-polza.

Artikolu 21

Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 18, 19, u 20, iżda mhux dawk imsemmijin fl-Artikolu 19a, għandhom japplikaw ukoll għall-membri tal-familja jew persuni li huma magħrufin li, kif indikat mill-provi, jkunu assoċjati mill-qrib ta' tali persuni esposti b'mod politiku barranin jew lokali. [Em. 87]

Artikolu 22

Meta persuna msemmija fl-Artikoli 18, 19, u 20 ma ma tkunx għadha persuni esposti b’mod politiku barranija, persuni esposti b’mod politiku lokali jew persuna li tkun fdata jew li tkun ġiet fdata b'funzjoni prominenti minn minn organizzazzjoni internazzjonali, l-entitajiet obbligati għandhom ikunu meħtieġa jikkunsidraw ir-riskju ssoktat minn dik il-persuna u japplikaw it-tali miżuri xierqa u sensittivi għar-riskji sakemm jitqiesu li ma għadhom tal-ebda riskju. Dak il-perjodu ta' żmien ma għandux ikun inqas minn 18-12-il xahar. [Em. 88]

Artikolu 23

1.  L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-istituzzjonijiet ta' kreditu milli jidħlu jew ikomplu relazzjoni bankarja korrispondenti ma' shell bank u jesiġu li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li la jibdew u lanqas ikomplu relazzjonijiet bankarji korrispondenti ma' bank li jkun magħruf li jippermetti li l-kontijiet tiegħu jintużaw minn shell bank.

2.  Għall-fini tal-paragrafu 1, "shell bank" għandha tfisser istituzzjoni ta' kreditu, jew istituzzjoni prevista f'attivitajiet ekwivalenti, inkorporati f'ġurisdizzjoni li fiha ma għandha l-ebda preżenza fiżika, li tinvolvi ħsieb u ġestjoni sinifikanti, u li mhijiex affiljata ma' grupp finanzjarju rregolat.

Taqsima 4

Implementazzjoni minn Terzi

Artikolu 24

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-entitajiet obbligati sabiex jiddependu fuq partijiet terzi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(1)(a), (b) u (c). Madankollu, ir-responsabbiltà finali għall-osservanza ta' dawk ir-rekwiżiti għandha tibqa' tal-entità obbligata li tiddependi fuq il-parti terza. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull parti terza bħal dawn tista’ tinżamm responsabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. [Em. 89]

Artikolu 25

1.  Għall-fini ta’ din is-Sezzjoni, "partijiet terzi" għandha tfisser

(a)   entitajiet obbligati li huma elenkati fl-Artikolu 2; jew

(b)   jew istituzzjonijiet u persuni oħrajn fi Stati Membri jew pajjiż terz, li japplikaw rekwiżiti ta' diliġenza dovuta mal-klijenti u rekwiżiti ta' żamma tar-rekords ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Direttiva u l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva hija ssorveljata skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu VI.

2.  L-Istati Membri Il-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw l-informazzjoni disponibbli fuq il-livell ta' riskju ġeografiku meta jiddeċiedu jekk pajjiż terz jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u għandhom jgħarrfu lil xulxin, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri, l-entitajiet obbligati u lill-ASE safejn huwa relevanti għall-fini ta' din id-Direttiva u skont id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, bil-każijiet fejn iqisu li pajjiż terz jissodisfa t-tali kundizzjonijiet.

2a.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lista ta’ ġurisdizzjonijiet li għandhom miżuri kontra l-ħasil tal-flus ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u għal regoli u regolamenti oħra relatati tal-Unjoni.

2b.  Il-lista msemmija fil-paragrafu 2a għandha tiġi vvalutata u aġġornata b’mod regolari skont l-informazzjoni li tkun waslet mill-Istati Membri kif imsemmi taħt il-paragrafu 2. [Em. 90]

Artikolu 26

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet obbligati jiksbu mill-parti terza li jkunu qegħdin jiddependu fuqha dik l-informazzjoni meħtieġa dwar ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(1)(a), (b) u (c).

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet obbligati li lilhom jiġi riferut il-klijent jieħdu passi adegwati biex jiżguraw li l-kopji rilevanti tad-data ta' identifikazzjoni u verifika u dokumentazzjoni relevanti oħra fuq l-identità tal-klijent jew is-sid benefiċjarju jingħaddu minnufih, fuq talba, mill-parti terza.

Artikolu 27

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' oriġini (għal politiki u kontrolli madwar il-grupp kollu) u l-awtorità kompetenti ospitanti (għall-fergħat u s-sussidjarji) jistgħu jqisu li entità obbligata tapplika l-miżuri li jinstabu fl-Artikolu 25(1) u l-Artikolu 26 permezz tal-programm tal-grupp tagħha, fejn ikunu sodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  entità obbligata tiddependi fuq l-informazzjoni pprovduta minn parti terza li hija parti mill-istess grupp;

(b)  dak il-grupp japplika miżuri ta' diliġenza dovuta mal-klijenti, regoli fuq iż-żamma tar-rekords u programmi kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont din id-Direttiva jew ir-regoli ekwivalenti;

(c)  l-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti msemmija fil-punt (b) hija ssorveljata fil-livell tal-grupp minn awtorità kompetenti ta’ oriġini f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti. [Em. 91]

1a.  L-ASE għandhom, sa ...(37), joħorġu linji gwida dwar l-implimentazzjoni tar-reġim superviżorju mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri relevanti għal entitajiet ta’ gruppi biex tkun żgurata superviżjoni koerenti u effettiva fil-livell tal-grupp. [Em. 92]

Artikolu 28

Din it-Taqsima ma għandhiex tapplika għal relazzjonijiet ta' esternalizzazzjoni jew tal-aġenziji fejn, fuq il-bażi ta' arranġament kuntrattwali, il-fornitur jew l-aġent tas-servizz ta' esternalizzazzjoni għandu jitqies bħala parti mill-entità obbligata.

KAPITOLU III

INFORMAZZJONI DWAR IS-SJIEDA BENEFIĊJARJA

Artikolu 29

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet korporattivi jew legali mwaqqfa l-kumpaniji u l-entitajiet oħra li jkollhom personalità ġuridika, inklużi trusts jew entitajiet bi struttura jew funzjoni simili għal trusts, fondazzjonijiet, holdings u arranġamenti legali eżistenti jew legali simili, f'termini ta' struttura jew funzjoni, stabbiliti jew inkorporati fi territorju tagħhom, jew iggvernati skont il-liġi tagħhom jiksbu, u jkollhom miżmuma iżommu u jittrażmettu lil reġistru pubbliku ċentrali, reġistru kummerċjali jew reġistru tal-kumpaniji fit-territorju tagħhom informazzjoni adegwata, preċiża u, attwali u aġġornata fuqhom u fuq is-sjieda benefiċjarja tagħhom, fil-mument ta' stabbiliment kif ukoll kwalunkwe tibdil li jsir fihom.

1a.  Ir-reġistru għandu jkun fih l-informazzjoni minima li tidentifika b'mod ċar il-kumpanija u s-sid benefiċjarju tagħha, jiġifieri l-isem, in-numru, il-forma legali u l-istatus tal-entità, prova tal-inkorporazzjoni, l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat (u tal-post prinċipali tan-negozju jekk differenti mill-uffiċċju rreġistrat), is-setgħat regolatorji bażiċi (bħal dawk li jinsabu fil-Memorandum u l-Artikoli ta' Assoċjazzjoni), il-lista tad-diretturi (inkluża n-nazzjonalità tagħhom u d-data tat-twelid) u informazzjoni dwar l-azzjonist/sid benefiċjarju, bħall-ismijiet, id-dati tat-twelid, in-nazzjonalità jew il-ġurisdizzjoni ta' inkorporazzjoni, dettalji ta' kuntatt, in-numru ta' ishma, il-kategoriji ta' ishma (inklużi n-natura tad-drittijiet tal-vot assoċjati) u l-proporzjon mal-ishma jew il-kontroll, jekk applikabbli.

Ir-rekwiżiti stipulati f’dan l-Artikolu ma għandhomx jeżentaw l-entitajiet obbligati mill-obbligi ta’ diliġenza dovuta mal-klijenti tagħhom, u l-entitajiet obbligati ma għandhomx jiddependu esklussivament fuq dik l-informazzjoni bħala suffiċjenti biex jissodisfaw dawk l-obbligi.

1b.  Fir-rigward ta’ trusts jew ta’ tipi oħra ta’ entitajiet u arranġamenti legali bi struttura simili u funzjoni simili ta’ fiduċjarji, l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll l-identità tas-settlor, tal-fiduċjarju(i), tal-protettur (jekk relevanti), tal-benefiċjarji jew il-klassi ta’ benefiċjarji, u ta’ kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv fuq it-trust. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fiduċjarji jiżvelaw l-istatus tagħhom lill-entitajiet obbligati meta, bħala fiduċjarju, il-fiduċjarju jifforma relazzjoni ta' negozju jew iwettaq tranżazzjoni okkażjonali ogħla mil-livell limitu stabbilit fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 10. L-informazzjoni miżmuma għandha tinkludi d-data tat-twelid u n-nazzjonalità ta’ kull individwu. L-Istati Membri għandhom isegwu l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju meta jippubblika l-att ta' fiduċja u l-ittra ta' xewqat u għandhom jiżguraw meta applikabbli u waqt li jirrispettaw il-protezzjoni tal-informazzjoni personali, dik l-informazzjoni tkun żvelata lill-awtoritajiet kompetenti, b'mod partikolari lill-UIF, u lill-entitajiet obbligati.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, 1a u 1b għandha tkun aċċessibbli fil-ħin mill-awtoritajiet ompetenti u mill-entitajiet obbligati mill-awtoritajiet kompetenti, b'mod partikolari mill-UIF, u mill-entitajiet obbligati tal-Istati Membri kollha. L-Istati Membri għandhom jagħmlu r-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 disponibbli għall-pubbliku wara l-identifikazzjoni minn qabel tal-persuna li tixtieq li jkollha aċċess għall-informazzjoni permezz ta' reġistrazzjoni onlajn bażika. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli onlajn għall-persuni kollha f'format ta' data miftuħ u sikur, b'konformità mar-regoli għall-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari rigward il-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tas-soġġett tad-data għall-aċċess personali tad-data u r-rettifika jew it-tħassir ta' data mhux preċiża. It-tariffi imposti għall-ksib tal-informazzjoni ma għandhomx jaqbżu l-ispejjeż amministrattivi tiegħu. Kull bidla fl-informazzjoni murija għandha tiġi indikata b'mod ċar fir-reġistru mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 30 jum.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħata l-aċċess għall-informazzjoni skont il-paragrafi 1 u 1a ġdid fil-pjattaforma Ewropea, il-portal, kif ukoll fil-punti ta’ aċċess fakultattivi mwaqqfa mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2012/17/UE. Bl-għajnuna tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-interoperabilità tar-reġistru ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji tagħhom fi ħdan is-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri fil-pjattaforma Ewropea.

2a.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha b'mod rapidu kostruttiv u effettiv tfittex kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi biex tħeġġeġ li reġistri ċentrali ekwivalenti li jkun fihom informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarju jiġu stabbiliti u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 1a ta' dan l-Artikolu fil-pajjiżi tagħhom issir disponibbli pubblikament.

Għandha tingħata prijorità lill-pajjiżi terzi li jospitaw numru sinifikanti ta' entitajiet korporattivi jew legali, inklużi trusts, fondazzjonijiet, holdings, u kull korp ieħor li huma simili f'termini ta' struttura jew funzjoni u li jkollhom ishma li jindikaw proprjetà diretta skont l-Artikolu 3(5) fl-entitajiet korporattivi jew legali stabbiliti fl-Unjoni.

2b.  L-Istati Membri għandhom jistabilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u disswazivi applikabli għall-ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skont dan l-Artikolu u għandhom jieħdu il-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu applikati. Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri effikaċi kontra l-abbuż bil-ħsieb li jimpedixxu l-użu ħażin tal-ishma tal-portatur u ċertifikati ta’ ishma tal-portatur.

2c.  Il-Kummissjoni, għandha, sa …(38), tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni u l-funzjonalità tar-rekwiżiti skont dak l-Artikolu, jekk ikun xieraq, akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva. [Em. 93]

Artikolu 30

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fiduċjarji ta' kwalunkwe trust espressa rregolata mil-liġi tagħhom tikseb u żżomm informazzjoni adegwata, preċiża u attwali fuq is-sjieda benefiċjarja tat-trust. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-identità tas-settlor, tal-fiduċjarju/i, tal-protettur (jekk relevanti), tal-benefiċjarji jew il-klassi ta' benefiċjarji, u ta' kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv fuq it-trust.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fiduċjarji jiżvelaw l-istatus tagħhom lill-entitajiet obbligati meta, bħala fiduċjarju, il-fiduċjarju jifforma relazzjoni ta' negozju jew iwettaq tranżazzjoni okkażjonali ogħla mil-livell limitu stabbilit fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 10.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tkun aċċessibbli fil-ħin mill-awtoritajiet ompetenti u mill-entitajiet obbligati.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri li jikkorrispondu għal dawk fil-paragrafi 1, 2 u 3 japplikaw għal tipi oħrajn ta' entitajiet u arranġamenti legali bi struttura u funzjoni simili għat-trusts. [Em. 94]

KAPITOLU IV

L-OBBLIGI TAR-RAPPURTAR

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 31

1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi UIF biex tipprevjeni, tidentifika u tinvestiga ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu.

1a.  Il-persuni msemmija fl-Artikolu 2(1)(3)(a), (b), u (d), għandhom jinformaw lill-UIF u/jew lill-korp awtoregolatorju xieraq tal-professjoni kkonċernata, kif jingħad fl-Artikolu 33(1), jekk jissuspettaw, jew ikollhom raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li s-servizzi tagħhom qegħdin jintużaw ħażin għall-iskop ta’ attività kriminali. [Em. 95]

2.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miktub dwar l-isem u l-indirizz tal-UIF rispettivi.

3.  L-FIU Il-UIF għandha tkun stabbilita bħala unità nazzjonali ċentrali operazzjonalment indipendenti u awtonoma. Għandha tkun responsabbli biex tirċievi (u sal-limitu permess, titlob), tanalizza u u tanalizza rapporti dwar tranżazzjonijiet suspettużi u informazzjoni oħra rilevanti għal ħasil tal-flus potenzjali, reati predikati assoċjati jew finanzjament tat-terroriżmu potenzjali. Il-UIF għandha tkun responsabbli biex tqassam ir-riżultati tal-analiżi tagħha lill-awtoritajiet kompetenti, divulgazzjonijiet ta' informazzjoni relatata ma' kollha, meta jkollha raġunijiet għalxiex tissuspetta ħasil tal-flus jew, reati predikati oħrajn assoċjati, jew finanzjament tat-terroriżmu potenzjali jew li huma meħtieġa minn leġiżlazzjoni jew regolament nazzjonali. L-FIU għandha tingħata riżorsi Għandha tkun kapaċi tikseb informazzjoni addizzjonali rilevanti minn entitajiet obbligati għal dawk ir-raġunijiet. Il-UIF għandha tingħata riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani adegwati biex twettaq il-kompiti tagħha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UIF tkun ħielsa minn indħil żejjed. [Em. 96]

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIU l-UIF ikollha aċċess, dirett jew indirett, tempestivament, għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u konnessa mal-infurzar tal-liġi li hija tkun teħtieġ sabiex twettaq adegwatament il-funzjonijiet tagħha. Barra minn hekk, l-FIUs l-UIF għandhom iwieġbu għat-talbiet għal informazzjoni mill-awtoritajiet ta' infurzar tal-liġi fl-Istat Membru tagħhom sakemm ma jkunx hemm raġunijiet fattwali sabiex jiġi preżunt li l-forniment ta’ tali informazzjoni jkollu impatt negattiv fuq l-investigazzjonijiet jew l-analiżi li għaddejjin, jew, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, meta l-iżvelar tal-informazzjoni tkun sproporzjonata b'mod ċar mal-interessi leġittimi ta' persuna fiżika jew ġuridika jew irrelevanti fir-rigward tal-għanijiet li ntalbet għalihom. Meta l-UIF tirċievi talba bħal din, id-deċiżjoni biex titwettaq analiżi jew it-tqassim ta’ informazzjoni lill-awtorità tal-infurzar tal-liġi, għandu jibqa’ fi ħdan il-UIF. L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex jipprovdu tagħrif lill-UIF dwar l-użu magħmul mill-informazzjoni provduta. [Em. 97]

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UIF tingħata s-setgħa biex tieħu azzjoni urġenti, jew diretta jew indiretta, meta jkun hemm suspett li tranżazzjoni hija relatata ma' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, biex tissospendi jew tirrifjuta milli jingħata kunsens għal tranżazzjoni milli tipproċedi sabiex tanalizza t-tranżazzjoni u tikkonferma s-suspett.

6.  Il-funzjoni ta' analiżi tal-UIF għandha tikkonsisti f'analiżi operazzjonali li tiffoka fuq każijiet individwali u miri speċifiċi u analiżi strateġika li tindirizza x-xejriet u l-mudelli tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 32

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-entitajiet obbligati, u fejn applikabbli lid-diretturi u l-impjegati tagħhom, sabiex jikkooperaw bis-sħiħ billi minnufih:

(a)  jgħarrfu lill-UIF, fuq inizjattiva tagħhom stess, meta l-istituzzjoni jew il-persuna koperta minn din id-Direttiva tkun taf, tissuspetta jew ikollha raġunijiet validi biex tissuspetta li l-fondi huma r-rikavat ta' attività kriminali jew huma relatati ma’ finanzjament tat-terroriżmu, u billi jwieġbu minnufih għal talbiet għal aktar informazzjoni mill-UIF f'każijiet bħal dawn;

(b)  jipprovdu lill-UIF fuq talba tagħha, l-informazzjoni neċessarja kollha, skond il-proċeduri stabbiliti mil-liġi applikabbli.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tingħadda lill-FIU lill-UIF tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinstab l-istituzzjoni jew il-persuna li qed tgħaddi l-informazzjoni jew inkella lill-UIF tal-Istat Membru fejn l-entità obbligata hija stabbilita. Il-persuna jew persuni magħżula skont l-Artikolu 8(4) għandha tgħaddi (għandhom jgħaddu) l-informazzjoni. [Em. 98]

Artikolu 33

1.  Permezz ta deroga mill-Artikolu 32(1), l-Istati Membri, fil-każ tal-persuni msemmija fl-Artikolu 2(1)(3)(a), (b), u (d) u (e) u dawk il-professjonijiet u kategoriji ta’ impriżi msemmija fl-Artikolu 4, jistgħu jagħżlu korp awtoregolatorju xieraq tal-professjoni kkonċernata bħala l-awtorità biex tirċievi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32(1).

F'kull ċirkostanza, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-mezzi u l-mod li bihom għandha tinkiseb il-protezzjoni tas-segretezza, il-kunfidenzjalità u l-privatezza professjonali. [Em. 99]

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-korp awtoregolatorju magħżul għandu jgħaddi l-informazzjoni lill-UIF minnufih u eżatt kif inhi.

2.  L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati li japplikaw l-obbligazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1) għal nutara, professjonisti legali indipendenti, awdituri, kontabilisti u konsulenti tat-taxxa fir-rigward ta’ informazzjoni li huma jirċievu minn xi wieħed mill-klijenti tagħhom jew li jiksbu dwaru, matul l-aċċertazzjoni tal-pożizzjoni legali tal-klijent tagħhom jew waqt it-twettiq ta’ ħidmiethom li jiddefendu jew jirrappreżentaw dak il-klijent fi, jew dwar proċeduri ġudizzjarji, inklużi pariri fuq il-bidu jew l-evitar ta’ proċeduri, sew jekk it-tali informazzjoni tasal jew tinkiseb qabel jew wara t-tali proċedimenti.

Artikolu 34

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet obbligati joqgħodu lura milli jwettqu tranżazzjonijiet li jafu jew jissuspettaw li huma relatati ma' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu sakemm ikunu wettqu l-azzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 32(1)(a).

Konformement mal-liġi nazzjonali, jistgħu jingħataw istruzzjonijiet sabiex ma titwettaqx it-tranżazzjoni.

2.  Meta jkun hemm suspett li tranżazzjoni bħal din twassal għal ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu u meta ma jkunx possibbli li tiġi evitata b'tali mod jew aktarx li jiġu mxekkla l-isforzi biex jinstabu l-benefiċjarji ta' operazzjoni suspettata ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, l-entitajiet obbligati kkonċernati għandhom jgħarrfu lill-UIF minnufih wara dan.

Artikolu 35

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw jekk, matul l-ispezzjonijiet imwettqa fl-entitajiet obbligati mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 45, jew b'xi mod ieħor, dawk l-awtoriatjiet jiskopru fatti li jistgħu jkunu relatati ma' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, għandhom jgħarrfu minnufih lill-UIF.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi ta' sorveljanza li għandhom is-setgħa bil-liġi jew b'regolament li jikkontrollaw il-Borża, is-swieq tal-kambju u s-swieq finanzjarji javżaw lill-UIF jekk jiskopru fatti li jistgħu jkunu relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 36

L-iżvelar ta' informazzjoni b'rieda tajba minn entità obbligata jew minn impjegat jew direttur ta' tali entità obbligata skont l-Artikoli 32 u 33 ma għandux jikkostitwixxi ksur ta' xi restrizzjoni fuq l-iżvelar ta' informazzjoni imposta b'kuntratt jew b'xi dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva, u ma għandux jinvolvi lill-entità obbligata jew lid-diretturi jew lill-impjegati tagħha bħala dawk li b'xi mod ikunu responsabbli.

Artikolu 37

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti kollha sabiex jipproteġu impjegati li jirrapportaw jiżguraw li l-individwi, inklużi l-impjegati u r-rappreżentanti tal-entità obbligata li jirrapportaw suspetti ta' ħasil tal-flus jew ta' finanzjament tat-terroriżmu tat-terroriżmu kemm meta jagħmlu dan internament kif ukoll meta jagħmlu dan lill-FIU lill-UIF jkunu protetti kif xieraq milli jkunu esposti għat-theddid jew azzjoni ostili, jew minn trattament negattiv jew konsegwenzi avversi jew azzjonijiet diskriminatorji ta' impjieg. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-għajnuna legali mingħajr ħlas għal dawn il-persuni u għandhom jipprovdu mezzi ta' komunikazzjoni sikuri għall-persuni li jirrappurtaw suspetti ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu. Dawn il-kanali għandhom jiżguraw li l-identità tal-persuni li jipprovdu informazzjoni tkun magħrufa biss mill-ESAs jew il-UIF. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm programmi adegwati għall-protezzjoni tax-xhieda. [Em. 100]

Taqsima 2

Projbizzjoni ta' Żvelar

Artikolu 38

1.  L-entitajiet obbligati u d-diretturi u l-impjegati tagħhom ma għandhomx jiżvelaw lill-klijent ikkonċernat jew lil persuni terzi oħrajn il-fatt li l-informazzjoni ntbagħtet skont l-Artikoli 32 u 33 jew li qiegħda jew tista' ssir investigazzjoni dwar ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu.

2.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tinkludi żvelar lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inklużi l-korpi awtoregolatorji, awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data jew l-iżvelar għall-fini ta' infurzar tal-liġi. [Em. 101]

3.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tipprevjeni l-iżvelar bejn l-istituzzjonijiet mill-Istati Membri, jew minn pajjiżi terzi li jimponu rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Direttiva kemm-il darba jappartjenu għall-istess grupp.

4.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tipprekludi l-iżvelar bejn persuni msemmija f'Artikolu 2(1)(3)(a) u (b) mill-Istati Membri, jew minn pajjiżi terzi li jimponu rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, li jwettqu l-attivitajiet professjonali tagħhom, kemm bħala impjegati jew le, fl-istess persuna ġuridika jew sistema retikolata.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, "netwerk" għandha tfisser l-istruttura wiesgħa li tappartjeni għaliha l-persuna u li tikkondividi s-sjieda komuni, il-ġestjoni, l-istandards, il-metodi jew il-kontroll tal-konformità. [Em. 102]

5.  Għall-entitajiet jew il-persuni msemmija fl-Artikolu 2(1)(1), (2) u (3)(a) u (b), f'każijiet relatati mal-istess klijent u l-istess tranżazzjoni li tinvolvi żewġ istituzzjonijiet jew persuni jew aktar, il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex tipprevjeni żvelar bejn l-istituzzjonijiet jew il-persuni relevanti kemm-il darba jinsabu fi Stat Membru, jew f'pajjiż terz li jimponi rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, u li huma mill-istess kategorija professjonali u huma soġġetti għal obbligi fir-rigward tas-segretezza professjonali u l-protezzjoni tad-data personali.

5a.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżiti għal pajjiż terz ekwivalenti għal dawk stipulati f'din id-Direttiva għandhom jinkludu regoli għall-protezzjoni tad-data. [Em. 103]

6.  Fejn il-persuni msemmija f'Artikolu 2(1)(3)(a) u (b) ifittxu li jiddisswadu klijent milli jieħu sehem f'attività llegali, dan ma għandux jikkostitwixxi żvelar fis-sens tal-paragrafu 1.

KAPITOLU V

PROTEZZJONI TAD-DATA, IŻ-ŻAMMA TA' REĠISTRI U DATA STATISTIKA [Em. 104]

Artikolu 39

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet obbligati jaħżnu d-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin skont il-liġi nazzjonali għall-fini ta' prevenzjoni, qbid u investigazzjoni ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu possibbli mill-FIU mill-UIF jew awtoritajiet kompetenti oħrajn:

(a)   fil-każ tad-diliġenza dovuta mal-klijent, kopja jew tar-referenzi tal-evidenza meħtieġa, għall-perjodu ta’ ħames snin wara li r-relazzjoni tan-negozju mal-klijent tagħhom ikun intemm jew wara d-data ta’ tranżazzjoni okkażjonali. Wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta' żamma, se titneħħa d-data personali sakemm ma jkunx ipprovdut b'mod ieħor mil-liġi nazzjonali, li se tiddetermina taħt liema ċirkostanzi entitajiet obbligati jistgħu jew se jżommu aktar data. Stati Membri jistgħu jippermettu jew jeħtieġu żamma aktar twila biss jekk neċessarju għall-prevenzjoni, il-ksib jew l-investigazzjoni ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu u jekk l-estensjoni tal-perjodu taż-żamma tad-data tkun ġustifikata fuq bażi ta’ każ b’każ. L-estensjoni tal-perjodu Il-perjodu massimu ta’ żamma wara li r-relazzjoni tan-negozju għandu jkun intemm mhux se jkun ta' aktar minn għaxar ħames snin addizzjonali;

(b)  Fil-każ ta’ relazzjonijiet u tranżazzjonijiet ta’ negozju, l-evidenza ta’ sostenn u r-rekords, li jikkonsistu mid-dokumenti oriġinali jew kopji ammissibbli fi proċedimenti ta' qrati skont il-liġi nazzjonali applikabbli għal perjodu ta’ ħames snin wara t-twettiq tat-tranżazzjonijiet jew it-tmiem tar-relazzjoni ta’ negozju, liema perjodu hu iqsar. Wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta' żamma, id-data personali għandha titħassar, ħlief jekk ikun provdut mod ieħor mil-liġi nazzjonali, li se tiddetermina taħt liema ċirkostanzi entitajiet obbligati jistgħu jew se jżommu aktar data. Stati Membri jistgħu jippermettu jew jeħtieġu żamma aktar twila biss jekk neċessarju għall-prevenzjoni, il-ksib jew l-investigazzjoni ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu u jekk l-estensjoni tal-perjodu taż-żamma tad-data tkun ġustifikata fuq bażi ta’ każ b’każ. Il-perjodu massimu L-estensjoni massima tal-perijodu ta’ żamma wara t-twettiq tat-tranżazzjonijiet jew it-tmiem tar-relazzjoni hija ta’ negozju, liema perjodu jispiċċa l-ewwel, ma jistax ikun ta’ aktar minn għaxar ħames snin addizzjonali.

2.   Kwalunkwe data personali miżmuma ma għandhix tintuża għall-ebda raġuni ħlief għall-iskop li għalih inżammet, u fl-ebda ċirkostanza ma għandha tintuża għal skopijiet kummerċjali. [Em. 105]

Artikolu 39a

1.  Fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mwettaq mill-Istati Membri fi ħdan il-qafas ta' din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE huma applikabbli. Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-ASE, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 huma applikabbli. Il-ġbir, l-ipproċessar u t-trasferiment tal-informazzjoni għal skopijiet ta’ miżuri kontra l-ħasil tal-flus għandhom jitqiesu bħala interess pubbliku skont dawk l-atti legali.

2.  Id-data personali għandha tiġi proċessata abbażi ta’ din id-Direttiva għall-iskop uniku tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Entitajiet obbligati għandha tinforma lill-persuna kkonċernata bl-użu possibbli tad-data personali għal skopijiet għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus qabel ma tkun stabbilita relazzjoni kummerċjali. Ipproċessar ta' kategoriji sensittivi ta' data għandu jsir skont id-Direttiva 95/46/KE.

3.  L-ipproċessar tad-data miġbura abbażi ta’ din id-Direttiva għal skopijiet kummerċjali huwa pprojbit.

4.  Il-persuna affettwata li lilha jkun miċħud l-iżvelar tal-informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-data tiegħu jew tagħha minn entità obbligata jew minn awtorità kompetenti, għandu jkollha d-dritt li titlob mill-awtorità ta' protezzjoni tad-data tagħha kwalunkwe verifika tad-data personali tagħha, aċċess għad-u korrezzjonijiet għad-data personali tagħha jew tħassir tad-data personali tagħha, kif ukoll id-dritt li tirreġistra proċedura ġudizzjarja.

5.  L-aċċess mill-persuna kkonċernata għal informazzjoni inkluża f’rapport ta’ tranżazzjoni suspettuża għandu jkun projbit. Il-projbizzjoni elenkata f'dan il-paragrafu ma għandhix tinkludi l-iżvelar lill-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data.

6.  L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-entitajiet obbligati u lill-awtoritajiet kompetenti jirrikonoxxu u jinkonformaw mal-poteri effettivi tal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data bi qbil mad-Direttiva 95/46/KE fir-rigward tas-sigurtà tal-ipproċessar u l-akkuratezza tad-data personali, fuq bażi ex officio jew fuq bażi ta' lment mill-persuna kkonċernata. [Em. 106]

Artikolu 40

-1.  L-Istati Membri għandu jkollhom mekkaniżmi nazzjonali u ċentralizzati li jippermettulhom jidentifikaw, fiż-żmien opportun, jekk persuni fiżiċi jew ġuridiċi għandhomx jew jikkontrollawx kontijiet bankarji miżmuma minn istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorju tagħhom.

-1a.  L-Istati Membri wkoll għandu jkollhom mekkaniżmi li jippermettu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom mekkaniżmu ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti mingħajr il-ħtieġa li l-proprjetarju jiġi avżat minn qabel.

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet obbligati jkollhom fis-seħħ sistemi li jippermettulhom iwieġbu bis-sħiħ u b'ħeffa għal mistoqsijiet mill-UIF, jew minn awtoritajiet oħrajn, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, dwar jekk għandhomx jew kellhomx matul l-aħħar ħames snin relazzjoni ta' negozju ma' persuni fiżiċi jew ġuridiċi speċifikati u fuq in-natura ta' dik ir-relazzjoni, permezz ta’ kanali siguri u b’mod li jiżgura kunfidenzjalità sħiħa tal-mistoqsijiet. [Em. 107]

Artikolu 40a

Il-ġbir, l-ipproċessar u t-trasferiment tal-informazzjoni għal skopijiet ta’ miżuri kontra l-ħasil tal-flus għandhom jitqiesu bħala interess pubbliku taħt id-Direttiva 95/46/KE. [Em. 108]

Artikolu 41

1.  Għall-fini tat-tħejjija tal-valutazzjonijiet nazzjonali tar-riskju skont l-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistgħu janalizzaw l-effettività tas-sistemi tagħhom għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu billi jżommu statistiki komprensivi fuq kwistjonijiet relevanti għall-effettività ta’ tali sistemi.

2.  L-istatistiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

(a)  data li tkejjel id-daqs u l-importanza tas-setturi differenti li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż in-numru ta' entitajiet u persuni u l-importanza ekonomika ta' kull settur;

(b)  data li tkejjel il-fażijiet ta' rapportar, ta’ investigazzjoni u dawk ġudizzjarji tar-reġim għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż in-numru ta' rapporti ta' tranżazzjonijiet suspettużi li saru mal-UIF, is-segwitu mogħti lil dawn ir-rapporti u, fuq bażi annwali, in-numru ta' każijiet investigati, in-numru ta' persuni mixlijin, in-numru ta' persuni kkundannati għal reati ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu u l-valur f'euro ta' proprjetà li ġiet iffriżata, sekwestrata jew ikkonfiskata.

(ba)  data li tidentifika n-numru u l-perċentwal ta' rapporti li jirriżultaw f'investigazzjonijiet ulterjuri, b'rapport annwali lill-istituzzjonijiet obbligati li jagħtu fid-dettall l-utilità u s-segwitu tar-rapporti dwar ir-rapporti li jkunu ppreżenta; [Em. 109]

(bb)  data dwar in-numru ta' talbiet transkonfinali għal informazzjoni li jkunu saru, irċevuti, irrifjutati jew imwieġba , parzjalment jew totalment mill-UIF. [Em. 110]

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tġi ppubblikata analiżi kkonsolidata tar-rapporti statistiċi tagħhom u għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-istatistiki msemmija fil-paragrafu 2.

KAPITOLU VI

POLITIKI, PROĊEDURI U SUPERVIŻJONI

Taqsima 1

Proċeduri Interni, Taħriġ u Feedback

Artikolu 42

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet obbligati li huma parti minn grupp sabiex jimplimentaw politiki u proċeduri fi ħdan il-grupp sħiħ, inklużi politiki dwar il-protezzjoni tad-data u politiki u proċeduri għall-qsim ta' informazzjoni fi ħdan il-grupp għall-fini tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. Dawk il-politiki u l-proċeduri għandhom jiġu implimentati b'mod effettiv fil-livell tal-fergħat u sussidjarji bi proprjetà maġġoritarja fl-Istat Membri u pajjiżi terzi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-entitajiet obbligati jkollhom fergħat jew sussidjarji bi proprjetà maġġoritarja li jinstabu f'pajjiżi terzi fejn ir-rekwiżiti minimi tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu huma inqas stretti minn dawk tal-Istat Membru, il-fergħat tagħhom u s-sussidjarji tagħhom bi proprjetà maġġoritarja li jinstabu fil-pajjiż terz jimplimentaw ir-rekwiżiti tal-Istat Membru, inkluża l-protezzjoni tad-data, sakemm dan huwa permess mil-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż terz.

3.  L-Istati Membri, l-AsE għandhom jgħarrfu lil xulxin dwar każijiet li fihom il-liġi tal-pajjiż terz ma tippermettix li jiġu applikati l-miżuri meħtieġa fil-paragrafu 1 u tista' tittieħed azzjoni kkoordinata biex tinstab soluzzjoni.

4.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fejn il-liġi tal-pajjiż terz ma tippermettix l-applikazzjoni tal-miżuri meħtieġa fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-entitajiet obbligati jieħdu miżuri addizzjonali biex jamministraw b'mod effettiv ir-riskju ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, u jgħarrfu lis-superviżuri tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom. Jekk il-miżuri addizzjonali ma jkunux biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż ta' oriġini għandhom jikkunsidraw jieħdu azzjonijiet superviżorji addizzjonali, inkluż, kif xieraq, li jitolbu lill-grupp finanzjarju sabiex iwaqqaf l-operat tiegħu fil-pajjiż ospitanti.

5.  L-ASBE għandhom jiżviluppaw abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-tip ta' miżuri addizzjonali msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u l-azzjoni minima meħuda mill-entitajiet obbligati msemmija fl-Artikolu 2(1)(1) u (2) meta l-liġi tal-pajjiż terz ma tkunx tippermetti l-applikazzjoni tal-miżuri mitlubin skont skont il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

L-ASE għandhom jippreżentaw l-abbozz ta' dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ...(39). [Em. 111]

6.  Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 5 skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qsim tal-informazzjoni fi ħdan il-grupp jitħalla jsir kemm-il darba ma jippreġudikax l-investigazzjoni f'ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu possibbli, jew l-analiżi ta' dawn, mill-UIF jew minn awtoritajiet kompetenti oħrajn skont il-liġi nazzjonali.

8.  L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-emittenti ta' flus elettroniċi kif iddefiniti fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2009/110/KE u l-fornituri tal-ħlasijiet kif iddefiniti fl-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2007/64/KE stabbiliti fit-territorju tagħhom, u li l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinstab fi Stat Membru ieħor jew barra l-Unjoni, sabiex jaħtru punt ta' kuntatt ċentrali fit-territorju tagħhom biex jissorvelja l-konformità mar-regoli dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

9.  L-ASE għandhom jiżviluppaw abbozz ta' standards tekniċi regolatorji fuq il-kriterji għad-determinazzjoni taċ-ċirkustanzi meta l-għażla ta' punt ċentrali ta' kuntatt skont il-paragrafu 8 tkun xierqa, u x'għandhom ikunu l-funzjonijiet tal-punti ċentrali ta' kuntatt.

L-ASE għandhom jippreżentaw l-abbozz ta' dawn l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ...(40).

10.  Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 9 skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 43

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet obbligati jieħdu miżuri proporzjonati għar-riskji, in-natura u d-daqs tagħhom biex l-impjegati relevanti tagħhom ikunu konxji mid-dispożizzjonijiet skont din id-Direttiva, inklużi r-rekwiżiti ta' protezzjoni tad-data relevanti.

Dawk il-miżuri għandhom jinkludu l-parteċipazzjoni tal-impjegati rilevanti tagħhom fi programmi ta' taħriġ speċjali kontinwu li jgħinuhom jagħrfu dawk l-operazzjonijiet li jistgħu jkunu relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu u li jagħtuhom istruzzjonijiet dwar kif għandhom jipproċedu f'każijiet bħal dawn.

Fejn persuna fiżika li taqa' f'waħda mill-kategoriji elenkati f'Artikolu 2(1)(3) teżegwixxi attivitajiet professjonali bħala impjegat ta' persuna ġuridika, l-obbligi stabbiliti f'din it-Taqsima għandhom japplikaw għal dik il-persuna ġuridika minflok għall-persuna fiżika.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet obbligati għandhom aċċess għal informazzjoni aġġornata fuq il-prattiki ta' dawk li jwettqu ħasil tal-flus u jiffinanzjaw it-terroriżmu u fuq indikazzjonijiet li jwasslu sabiex jingħarfu it-tranżazzjonijiet suspettużi.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jkun prattiku, jingħata feedback tempestiv lill-entitajiet obbligati dwar l-effikaċja, u dwar il-miżuri sussegwentement meħuda abbażi, tar-rapporti ta ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu li jkunu suspettati. [Em. 112]

3a.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet obbligati jaħtru l-membru(i) tal-korp tal-maniġment li jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikun hemm konformità ma’ din id-Direttiva. [Em. 113]

Taqsima 2

Superviżjoni

Artikolu 44

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-uffiċċji tal-kambju u trust jew il-fornituri tas-servizzi ta' trust jew tal-kumpaniji jkollhom liċenzja jew jkunu rreġistrati u l-fornituri tas-servizzi tal-logħob tal-azzard għandhom ikunu awtorizzati.

2.  B’rispett tal-entitajiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li l-persuni li effettivament imexxu jew sejrin imexxu n-negozju ta' entitajiet bħal dawn jew is-sidien benefiċjarji ta' entitajiet bħal dawn huma persuni adatti u xierqa.

3.  B'rispett għall-entitajiet obbligati li hemm referenza għalihom fil-punt (3)(a), (b), (d) u (e) tal-Artikolu 2(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi awtoregulatorji jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu lill-kriminali kkundannati f'dawk l-oqsma jew l-assoċjati tagħhom milli jkollhom jew milli jkunu s-sid benefiċjarju ta' interess sinifikanti jew ta' kontroll, jew li jkollhom funzjoni ta' ġestjoni f'dawk l-entitajiet obbligati. [Em. 114]

Artikolu 45

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-awtoritajiet kompetenti jissorveljaw b'mod effettiv u jieħdu l-miżuri meħtieġa bil-għan li jiżguraw konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom setgħat adegwati, inkluża s-setgħa li jitolbu l-produzzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni li hija relevanti għall-monitoraġġ tal-konformità u t-twettiq ta' verifiki, u jkollhom riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi adegwati biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal ta' dawk l-awtoritajiet iżomm standards professjonali għoljin, inklużi standards ta' kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data, għandu jkun ta' integrità għolja u jkollu l-ħiliet xierqa.

3.  Fil-każ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji u fornituri ta' servizzi tal-logħob tal-azzard, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom setgħat superviżorji msaħħin, l-aktar il-possibilità li jwettqu spezzjonijiet fuq il-post. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jimmonitorjaw l-adegwatezza tal-parir legali li jirċievu bil-għan li jitnaqqas l-arbitraġġ legali u regolatorju fil-każ tal-ippjanar u l-evitar tat-taxxa aggressivi. [Em. 115]

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw jirrikjedu li l-entitajiet obbligati li joperaw il-fergħat jew is-sussidjarji fi Stati Membri oħrajn jirrispettaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' dak l-Istat Membru l-ieħor li għalih tapplika din id-Direttiva. [Em. 116]

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih twaqqfet il-fergħa jew is-sussidjarja jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-entità obbligata għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, biex tiġi żgurata superviżjoni effettiva tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiġi applikat approċċ ibbażat fuq ir-riskju għas-superviżjoni, l-awtoritajiet kompetenti li japplikaw approċċ sensittiv għar-riskju għas-superviżjoni: [Em. 117]

(a)  ikunu jifhmu b’mod ċar ir-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu preżenti f'pajjiżhom;

(b)  ikollhom aċċess fuq il-post u mhux fuq il-post għall-informazzjoni kollha li hija relevanti dwar ir-riskji domestiċi u internazzjonali speċifiċi assoċjati ma' klijenti, prodotti u servizzi tal-entitajiet obbligati; u

(c)  jibbażaw il-frekwenza u l-intensità tas-superviżjoni fuq il-post u mhux fuq il-post fuq il-profil ta' riskju tal-entità obbligata, u fuq ir-riskji ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu preżenti fil-pajjiż.

7.  Il-valutazzjoni tal-profil ta' riskju ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu tal-entitajiet obbligati, inklużi r-riskji ta' nuqqas ta' konformità, għandha tiġi riveduta kemm b'mod perjodiku kif ukoll meta jseħħu avvenimenti jew żviluppi importanti fil-ġestjoni u l-operazzjonijiet tal-entità obbligata.

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu f'kunsiderazzjoni l-grad ta' diskrezzjoni permess lill-entità obbligata, u janalizzaw kif xieraq il-valutazzjonijiet tar-riskju fil-bażi ta' din id-diskrezzjoni, u l-adegwatezza u l-implimentazzjoni tal-politiki, il-kontrolli interni u l-proċeduri tagħha.

9.  Fil-każ tal-entitajiet obbligati msemmija fl-Artikolu 2(1)(3)(a), (b) u (d) l-Istati Membri jistgħu jippermettu li jsiru l-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li għandhom jitwettqu minn korpi awtoregolatorji, kemm-il darba jikkonformaw mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

10.  L-ASE għandhom, sa…(41), joħorġu linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fuq il-fatturi li għandhom jiġu applikati meta jwettqu superviżjoni fuq bażi ta' sensittività għar-riskju. Għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni partikolari n-natura u d-daqs tan-negozju, u fejn dan ikun xieraq u proporzjonat, għandhom jiġu previsti miżuri speċifiċi.

Taqsima 3

KOOPERAZZJONI

Sottosezzjoni I

Kooperazzjoni nazzjonali

Artikolu 46

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk li jfasslu l-politiki, l-FIU il-UIF, l-awtoritajiet ta' infurzar tal-liġi, is-superviżuri, awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data, u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn involuti fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu jkollhom mekkaniżmi effettivi fis-seħħ biex ikunu jistgħu jikkooperaw u jikkoordinaw fil-livell domestiku dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki u attivitajiet biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. [Em. 118]

Sottotaqsima II

Kooperazzjoni mal-ASE

Artikolu 47

Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-protezzjoni tad-data, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ASE bl-informazzjoni kollha relevanti li jeħtieġu biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva. [Em. 119]

Sottotaqsima III

Kooperazzjoni bejn il-Kummisjoni u l-UIFs

Artikolu 48

Il-Kummissjoni tista' għandha tagħti assistenza bħal din kif meħtieġ sabiex tħaffef il-koordinazzjoni, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-FIUs l-UIF tal-Istati Membri fl-Unjoni. Tista' Għandha torganizza laqgħat laqgħat regolari ma' mal-Pjattaforma tal-UIF tal-UE komposta rappreżentanti mill-FIUs tal-Istati Membri sabiex tħaffef il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-opinjonijiet , u fejn xieraq, laqgħat tal-Pjattaforma tal-UIF tal-UE mal-EBA, l-EIOPA jew l-ESMA. Il-Pjattaforma tal-UIF tal-UE hija stabbilita biex tifformula gwida dwar kwistjonijiet relatati mal-kooperazzjoni ta’ implimentazzjoni rilevanti għall-UIF u l-entitajiet ta’ rappurtar, tħaffef l-attivitajiet tal-UIF b’mod partikolari dwar il-kooperazzjoni internazzjonali u l-analiżi konġunta, taqsam l-informazzjoni dwar tendenzi u fatturi ta’ riskju fis-suq intern, tiżgura l-parteċipazzjoni tal-UIF fil-governanza tas-sistema FIU.net. [Em. 120]

Artikolu 49

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs l-UIF tagħhom jikkooperaw ma' xulxin u ma' UIF ta' pajjiżi terzi kemm jista' jkun, indipendentement minn jekk humiex awtoritajiet amministrattivi, ta' infurzar tal-liġi jew ġudizzjarji jew ibridi, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-data. [Em. 121]

Artikolu 50

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs l-UIF jiskambjaw, minn jeddhom ma' UIF ta' Stati Membri oħrajn u ma' UIF ta' pajjiżi terzi, awtomatikament jew fuq talba, kwalunkwe informazzjoni li tista' tkun relevanti għall-ipproċessar u l-analiżi ta' informazzjoni jew investigazzjoni mill-FIU mill-UIF dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji relatati mal-ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu u l-persuna fiżika jew ġuridika involuta. Talba għandha jkollha l-fatti relevanti, informazzjoni ta' sfond, raġunijiet għat-talba u kif ser tintuża l-informazzjoni mitluba. [Em. 122]

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIU l-UIF li lilha ssirilha t-talba tkun meħtieġa tuża l-medda sħiħa tas-setgħat tagħha li għandha għad-dispożizzjoni fil-livell domestiku biex tirċievi u tanalizza informazzjoni meta twieġeb għal talba għal informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 minn FIU UIF oħra bbażata fl-Unjoni. L-FIU Il-UIFl li ssirilha t-talba għandha twieġeb fil-ħin u kemm l-FIU il-UIF li tagħmel it-talba kif ukoll l-FIU il-UIF li ssirilha t-talba għandhom jużaw mezzi diġitali siguri biex jiskambjaw l-informazzjoni, kull meta dan ikun possibbli. [Em. 123]

B’mod partikolari, meta UIF ta' Stat Membru tfittex li tikseb informazzjoni addizzjonali minn entità obbligata ta’ Stat Membru ieħor li topera fit-territorju tagħha, it-talba għandha tingħadda lill-UIF tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu hija stabbilita l-entità obbligata. Dik l-UIF għandha tittrasferixxi talbiet u twieġeb mingħajr dewmien u mingħajr l-ebda filtrazzjoni. [Em. 124]

3.  UIF tista' tirrifjuta li tiżvela informazzjoni li tista' twassal għal tfixkil ta' investigazzjoni kriminali li tkun qed titwettaq fl-Istat Membru li ssirlu t-talba jew, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, meta l-iżvelar tal-informazzjoni tkun sproporzjonata b'mod ċar għall-interessi leġittimi ta' persuna fiżika jew ġuridika jew tal-Istat Membru jew tkun irrelevanti għall-fini li nġabret għalihom. Kwalunkwe ċaħda bħal din għandha tiġi ġġustifikata kif xieraq lill-UIF li titlob l-informazzjoni.

Artikolu 51

L-informazzjoni u d-dokumenti riċevuti skont l-Artikoli 49 u 50 għandhom jintużaw għat-twettiq tal-kompiti tal-UIF kif stabbiliti f'din id-Direttiva. Meta tagħti informazzjoni u dokumenti skont l-Artikoli 49 u 50, l-UIF li tittrasmetti tista' timponi restrizzjonijiet u kundizzjonijiet għall-użu ta' dik l-informazzjoni. L-UIF li tirċievi għandha tikkonforma ma' dawk ir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet. Dan ma jaffettwax l-użu għal investigazzjonijiet kriminali u prosekuzzjonijiet marbutin mal-kompiti tal-UIF sabiex tipprevjeni, taqbad u tinvestiga ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 52

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UIF jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, inklużi miżuri tas-sigurtà, biex jiżguraw li l-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikoli 49 u 50 ma tkunx aċċessibbli minn xi awtorità, aġenzija jew dipartiment ieħor, sakemm ma tingħatax approvazzjoni minn qabel mill-UIF li tipprovdi l-informazzjoni.

Artikolu 53

1.  L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-FIUs jeħtieġu lill-UIF tagħhom sabiex jużaw il-kanali protetti ta' komunikazzjoni bejn l-FIUs u sabiex jużaw in-netwerk deċentralizzat tal-kompjuter FIU.net bejniethom. [Em. 125]

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom kif stipulati fdin id-Direttiva, l-FIUs il-UIF tagħhom jikkooperaw bejniethom sabiex japplikaw teknoloġiji sofistikati b'konformità mal-mandat, b'kooperazzjoni mal-Europol, . Dawk it-teknoloġiji għandhom jippermettu lill-FIUs lill-UIF iqabblu d-data tagħhom ma’ FIUs UIF oħrajn b’mod anonimu permezz ta’ protezzjoni sħiħa tad-data personali bil-għan li jsibu lis-suġġetti tal-interessi tal-FIU tal-UIF fi Stati Membri oħrajn u jidentifikaw ir-rikavat u l-fondi tagħhom. [Em. 126]

Artikolu 54

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs iħeġġu lill-UIF tagħhom jikkooperaw mal-Europol dwar l-analiżijiet ta' każijiet li għadhom miftuħa, imwettqa bdimensjoni transkonfinali li tal-inqas tikkonċerna żewġ Stati Membri. [Em. 127]

Artikolu 54a

Il-Kummissjoni Ewropea għandha żżid il-pressjoni tagħha fuq ir-rifuġji fiskali sabiex jikkooperaw aktar u jipproċedu għal skambju ta' informazzjoni aqwa ħalli jiġu miġġielda l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. [Em. 128]

Taqsima 4

Penali

Artikolu 55

1.  Stati Membri għandhom jiżguraw li entitajiet obbligati jinżammu responsabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. [Em. 129]

2.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ Stati Membri li jimponu pieni kriminali, l-Istati Membri se jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu miżuri amministrattivi xierqa u jimponu sanzjonijiet amministrattivi fejn entitajiet obbligati jiksru d-dispożizzjonijiet nazzjonali, adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u se jiżguraw li jiġu applikati. Dawk il-mizuri u sanzjonijiet se jkunu effettivi, proporzjonali u dissważivi.

3.  Stati Membri se jiżguraw li fejn l-obbligi japplikaw għal persuni ġuridiċi, sanzjonijiet jistgħu jiġu applikati lill-membri tal-korp tal-maniġment jew lil kwalunkwe individwu ieħor li skont il-liġi nazzjonali huwa responsabbli għall-ksur.

4.  Stati Membri se jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti se jkollhom is-setgħat investigattivi kollha li huma neċessarji għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ sanzjoni tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti se jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li miżuri amministrattivi jew sanzjonijiet jipproduċu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom meta jkollhom x’jaqsmu ma’ każijiet transkonfinali.

Artikolu 56

1.  Dan l-Artikolu se japplika mill-inqas għal sitwazzjonijiet fejn entitajiet obbligati juru nuqqasijiet sistematiċi b’rabta mar-rekwiżiti stipulati:

(a)  fl-Artikoli 9 sa 23 (diliġenza dovuta mal-klijent);

(b)  fl-Artikoli 32, 33 u 34 (rapportar ta' tranżazzjonijiet suspettużi);

(c)  fl-Artikolu 39 (żamma ta’ rekords); u

(d)  fl-Artikolu 42 u 43 (kontrolli interni).

2.  Stati Membri se jiżguraw li fil-każijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, il-miżuri u sanzjonijiet amministrattivi li jistgħu jiġu applikati jinkludu mill-inqas li ġej:

(a)  dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur, jekk meħtieġ u proporzjonali wara valutazzjoni każ b'każ; [Em. 130]

(b)  ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika twaqqaf il-kondotta u ma tirrepetix dik il-kondotta;

(c)  f’każ ta’ entità obbligata soġġetta għal awtorizzazzjoni, it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni;

(d)  projbizzjoni temporanja kontra kwalunkwe membru tal-korp ta’ maniġment tal-entità obbligata li jinżamm responsabbli, għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet f’istituzzjonijiet;

(e)  fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa 10% tal-fatturat totali annwali tal-persuna ġuridika fis-sena kummerċjali preċedenti;

(f)  Fil-każ ta’ persuna fiżika, is-sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa EUR 5 000 000, jew fi Stati Membri fejn l-euro mhijiex il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti tal-munita nazzjonali minn ... (42)

(g)  sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sad-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati.

Għall-għan tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, fejn persuna legali hija sussidjarja ta’ impriża prinċipali, it-total tad-dħul annwali rilevanti se jkun id-dħul annwali totali li jirriżulta mill-kont konsolidat tal-aħħar impriża prinċipali fis-sena finanzjarja preċedenti tal-impriża sussidjarja. [Em. 131]

Artikolu 57

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw kwalunkwe sanzjoni jew miżura imposta għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva , jekk meħtieġ u proporzjonali wara valutazzjoni każ b’każ, mingħajr dewmien żejjed, inkluża informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli għaliha, sakemm il-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni ma tqegħidx l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji f’periklu serju. Fejn il-pubblikazzjoni tikkaġuna ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistgħu jippubblikaw is-sanzjonijiet fuq bażi anonima. [Em. 132]

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiġu biex jiddeterminaw it-tip ta’ sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi u l-livell ta’ sanzjonijiet amministrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ċ-ċirkustanzi kollha relevanti, fosthom:

(a)  il-gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur;

(b)  il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;

(c)  is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, kif indikat mid-dħul totali tal-persuna jew mid-dħul annwali tal-persuna;

(d)  l-importanza tal-profitti miksuba jew tad-danni evitati mill-persuna fiżika jew ġuridika, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(e)  it-telf għal partijiet terzi kkawżat mill-ksur, safejn dan ikun jista’ jiġi ddeterminat;

(f)  il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti;

(g)  ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.

3.  Sabiex jiġu żgurati l-applikazzjoni konsistenti u l-effett dissważiv tagħhom madwar l-Unjoni, l-ASE għandhom, sa ... (43), joħorġu b’mod konġunt linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 dwar it-tipi ta’ miżuri u sanzjonijiet amministrattivi u l-livell ta’ sanzjonijiet pekunarji amministrattivi li jiġu applikati lil entitajiet obbligati kif hemm referenza fl-Artikolu 2(1)(1) u (2). [Em. 133]

4.  Fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistgħu jinżammu responsabbli għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 56(1) li jsiru għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi jew waħedha jew bħala parti ta’ organu ta’ persuna legali, li għandha posizzjoni ewlenija fil-persuna ġuridika, bbażata fuq li ġej:

(a)  setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika;

(b)  awtorità li jieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika; jew

(c)  awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.

5.  Minbarra l-każijiet lu hemm referenza għalihom fil-paragrafu 4 f'dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli fejn in-nuqqas ta' sorveljanza jew kontroll minn persuna msemmija f'dak il-paragrafu għamel possibbli l-ksur imsemmi fl-Artikolu 56(1) għall-benefiċċju tal-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tagħha.

Artikolu 58

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex jinkoraġġixxu r-rappurtar ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva lill-awtoritajiet kompetenti.

2.  Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:

(a)  proċeduri speċifiċi għar-riċevuta ta’ rapporti dwar ksur u għas-segwitu tagħhom;

(b)  protezzjoni xierqa għall-impjegati ta’ istituzzjonijiet li jirrapportaw vjolazzjonijiet li twettqu fl-istituzzjoni;

(ba)  protezzjoni xierqa għall-persuna akkużata; [Em. 134]

(c)  il-protezzjoni tad-data personali li tikkonċerna kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll lill-persuna fiżika li hija allegatament responsabbli għall-ksur, skont il-prinċipji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE.

3.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li entitajiet obbligati jkollhom fis-seħħ proċeduri xierqa biex l-impjegati tagħhom ikunu jistgħu jirrappurtaw ksur internament permezz ta’ mezz speċifiku, indipendenti u anonimu.

KAPITOLU VII

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 59

Sa ... (44), il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Sa ...(45)*, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar ir-rekwiżiti għal reati fiskali serji u pieni fl-Istati Membri, dwar l-importanza transkonfinali tar-reati fiskali u l-ħtieġa possibbli għal approċċ ikkoordinat fl-UE u, fejn applikabbli, minn proposta leġiżlattiva. [Em. 135]

Artikolu 60

Id-Direttivi 2005/60/KE u 2006/70/KE jitħassru b'effett minn ... (46).

Ir-referenzi għad-Direttivi imħassra għandhom jinftehmu bħala li qed isiru għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 61

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva ... *. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 62

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 63

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ,

Għall-Kunsill Għall-Parlament Ewropew

Il-President Il-President

ANNESS I

Din li jmiss hija lista mhux eżawrjenti tal-varjabbli tar-riskju li l-entitajiet obbligati għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni meta jiddeterminaw safejn japplikaw il-miżuri ta' diliġenza dovuta mal-klijenti skont l-Artikolu 11(3):

(i)  L-għan ta' kont jew relazzjoni;

(ii)  Il-livell ta' assi li għandhom jiġu ddepożitati minn klijent jew id-daqs tat-tranżazzjonijiet imwettqa;

(iii)  Ir-regolarità jew it-tul ta’ żmien tar-relazzjoni ta' negozju.

ANNESS II

Din li jmiss hija lista mhux eżawrjenti ta’ fatturi u t-tipi ta' evidenza ta' riskju potenzjalment aktar baxx imsemmi fl-Artikolu 14:

(1)  Fatturi ta' riskju għall-klijenti:

(a)  kumpaniji pubbliċi elenkati fil-Borża u soġġetti għar-rekwiżiti ta' żvelar (jew b'regoli tal-Borża jew permezz ta' liġi jew mezzi infurzabbli), li jimponu rekwiżiti biex tiġi żgurata trasparenza adegwata tas-sjieda benefiċjarja;

(b)  amministrazzjonijiet jew impriżi pubbliċi;

(c)  klijenti residenti f'żoni ġeografiċi ta' riskju aktar baxx kif stipulat fil-punt (3).

(ca)  sidien benefiċjarji ta’ kontijiet akkomunati miżmuma min-nutara u professjonisti legali indipendenti oħra mill-Istati Membri, jew minn pajjiżi terzi sakemm ikunu suġġetti għal rekwiżiti li jiġġieldu l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu konsistenti mal-istandards internazzjonali u jkunu sorveljati għall-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti u sakemm l-informazzjoni dwar l-identità tas-sid benefiċjarju tkun disponibbli, meta mitluba, għall-istituzzjonijiet li jaġixxu bħala istituzzjonijiet depożitarji għall-kontijiet akkomunati; [Em. 136]

(cb)  entitajiet obbligati li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti li jikkombattu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu taħt din id-Direttiva u li jkunu effettivament implimentaw dawk ir-rekwiżiti; [Em. 137]

(2)  Il-fatturi ta' riskju tal-prodotti, is-servizzi, it-tranżazzjonijiet jew tal-kanali tal-kunsinna:

(a)  poloz tal-assigurazzjoni tal-ħajja meta l-primjum ikun baxx;

(b)  poloz tal-assigurazzjoni għal skemi tal-pensjonijiet jekk ma jkun hemm l-ebda għażla ta' rtirar bikri u l-polza ma tistax tintuża bħala kollateral;

(c)  pensjoni, investiment għall-pensjoni jew skema simili li tipprovdi benefiċċji ta' rtirar lill-impjegati, fejn it-tali kontribuzzjonijiet isiru permezz ta' tnaqqis minn salarji, u r-regoli tal-iskema ma jippermettux l-assenjament tal-interess ta' membru fl-iskema;

(d)  prodotti jew servizzi finanzjarji li jipprovdu servizzi ddefiniti u limitati kif xieraq għal ċerti tipi ta' klijenti, sabiex jiżdied l-aċċess għal fini ta' inklużjoni finanzjarja;

(e)  prodotti fejn ir-riskju ta' ħasil tal-flus/finanzjament tat-terroriżmu huwa kkontrollat minn fatturi oħrajn bħal purse limits jew trasparenza tas-sjieda (eż. ċerti tipi ta' flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2009/110/KE).

(ea)  ftehimiet ta’ tfaddil fuq żmien twil bi skop partikolari, li jservu pereżempju bħala salvagwardja għal finijiet ta’ rtirar jew għall-akkwist ta’ proprjetà immobbli użata mill-persuna stess u fejn il-pagamenti li jidħlu jkunu joriġinaw minn kont ta’ pagament li huwa identifikat skont l-Artikoli 11 u 12 ta' din id-Direttiva; [Em. 138]

(eb)  prodotti finanzjarji b’valur baxx meta l-ħlas lura jsir minn kont bankarju f’isem il-klijent; [Em. 139]

(ec)  prodotti finanzjarji relatati ma' assi fiżiċi finanzjarji fil-forma ta’ ftehimiet ta’ kiri jew ta’ kreditu tal-konsumatur b’valur baxx, sakemm it-tranżazzjonijiet jitwettqu permezz ta’ kontijiet bankarji. [Em. 140]

(ed)  relazzjonijiet ta’ negozju jew tranżazzjonijiet mhux wiċċ imb’wiċċ jew tranżazzjonijiet fejn l-identità tista’ tiġi vverifikata elettronikament; [Em. 141]

(ee)  dawk il-prodotti, servizzi u tranżazzjonijiet identifikati bħala ta’ riskju baxx mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-entitajiet obbligati. [Em. 142]

(3)  Il-fatturi ta' riskju ġeografiċi:

(a)  Stati Membri oħrajn; [Em. 143]

(b)   pajjiżi terzi identifikati minn sorsi kredibbli, bħal stqarrijiet pubbliċi tal-FATF, rapporti ta' evalwazzjoni reċiproka jew ta' valutazzjoni dettaljata jew rapporti ta' segwitu ppubblikati, bħala pajjiżi li għandhom sistemi effettivi għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus/kontra l-finanzjament tat-terroriżmu; [Em. 144]

(c)  pajjiżi terzi identifikati minn sorsi kredibbli bħala li għandhom livell baxx ta' korruzzjoni jew attività kriminali oħra;

(d)  pajjiżi terzi li huma soġġetti għar-rekwiżiti għal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu konsistenti mar-Rakkomandazzjonijiet FATF, implimentaw b’mod effettiv dawk ir-rekwiżiti, u huma sorveljati b’mod effettiv jew monitorjati skont ir-Rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti.

(da)  ġurisdizzjonijiet identifikati mill-Kummissjoni li għandhom miżuri ta’ kontra l-ħasil tal-flus ekwivalenti għal dawk stabbiliti minn din id-Direttiva u regoli u regolamenti relatati oħra tal-Unjoni; [Em. 145]

ANNESS III

Din li ġejja hija lista mhux eżawrjenti ta’ fatturi u t-tipi ta' evidenza ta' riskju potenzjalment ogħla msemmija fl-Artikolu 16(3):

(1)  Fatturi ta' riskju għall-klijenti:

(a)  ir-relazzjoni ta' negozju titwettaq f'ċirkustanzi mhux tas-soltu;

(b)  klijenti residenti fil-pajjiżi stipulati fil-punt (3);

(c)  persuni jew arranġamenti legali li huma vetturi personali ta' żamma ta' assi;

(d)  kumpaniji li għandhom azzjonisti nominati jew ishma f'għamla ta' bearer;

(e)  negozji li huma intensivi fil-flus kontanti;

(f)  l-istruttura tas-sjieda tal-kumpanija tidher mhux tas-soltu jew kumplessa ż-żejjed meta wieħed iqis n-natura tan-negozju tal-kumpanija.

(2)  Il-fatturi ta' riskju tal-prodotti, is-servizzi, it-tranżazzjonijiet jew tal-kanali tal-kunsinna:

(a)  servizzi bankarji privati;

(b)  prodotti jew tranżazzjonijiet li jħallu jew li jistgħu jiffavorixxu l-anonimità; [Em. 146]

(c)  relazzjonijiet ta negozju jew tranżazzjonijiet mhux wiċċ imb’wiċċ, minbarra meta jiġu introdotti ċerti salvagwardji, e.ż. firem elettroniċi; [Em. 147]

(d)  ħlas riċevut minn partijiet terzi mhux magħrufin jew mhux assoċjati;

(e)  prodotti ġodda u prattiki ġodda ta’ negozju, inkluż mekkaniżmu ġdid ta’ kunsinna, u l-użu ta' teknoloġiji ġodda jew li qed jiġu żviluppati kemm għal prodotti ġodda u dawk eżistenti minn qabel. [Em. 148]

(3)  Il-fatturi ta' riskju ġeografiċi:

(a)  il-pajjiżi identifikati minn sorsi kredibbli, bħal stqarrijiet pubbliċi tal-FATF, rapporti ta' evalwazzjoni reċiproka jew ta' valutazzjoni dettaljata jew rapporti ta' segwitu ppubblikati, bħala pajjiżi li ma għandhomx sistemi effettivi għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus/kontra l-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)  il-pajjiżi identifikati minn sorsi kredibbli bħala pajjiżi b'livelli notevoli ta' korruzzjoni jew attività kriminali oħra;

(c)  il-pajjiżi soġġetti għal sanzjonijiet, embargos jew miżuri simili maħruġa minn, pereżempju, l-Unjoni jew in-Nazzjonijiet Uniti; [Em. 149]

(d)  il-pajjiżi li jipprovdu finanzjament jew appoġġ għal attivitajiet terroristiċi, jew li għandhom organizzazzjonijiet terroristiċi stabbiliti li joperaw f'pajjiżhom.

Anness IIIa

Dawn li ġejjin huma tipi ta’ miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta li l-Istati Membri għandhom japplikaw bħala implimentazzjoni minimu tal-Artikolu 16:

–  Il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali dwar il-klijent (eż. l-okkupazzjoni, il-volum tal-assi, l-informazzjoni disponibbli permezz ta’ databases pubbliċi, l-internet, eċċ), u l-aġġornament aktar regolari tad-data tal-identifikazzjoni tal-klijent u tas-sid benefiċjarju.

–  Il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali dwar in-natura intenzjonata tar-relazzjoni ta’ negozju;

–  Il-kisba ta’ informazzjoni dwar l-oriġini tal-fondi jew l-oriġini tal-patrimonju tal-klijent;

–  Il-kisba ta’ informazzjoni dwar ir-raġunijiet tat-tranżazzjonijiet maħsuba jew imwettqa;

–  Il-kisba tal-awtorizzazzjoni tal-amministrazzjoni għolja biex tinbeda jew titkompla r-relazzjoni tan-negozju;

–  It-twettiq ta’ monitoraġġ imtejjeb tar-relazzjoni ta’ negozju, billi jiżdiedu n-numru u ż-żmien tal-kontrolli applikati, u l-għażla ta’ mudelli ta’ tranżazzjonijiet li jeħtieġu eżami ulterjuri;

–  Il-ħtieġa li l-ewwel pagament isir permezz ta’ kont miftuħ f'isem il-klijent ma’ bank suġġett għall-istandards simili ta' CDD. [Em. 150]

ANNESS IV

Tabella ta’ korrelazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 60.

Direttiva 2005/60/KE

Id-Direttiva preżenti

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

 

l-Artikoli 6 sa 8

Artikolu 6

Artikolu 9

Artikolu 7

Artikolu 10

Artikolu 8

Artikolu 11

Artikolu 9

Artikolu 12

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(d)

Artikolu 10(2)

-

Artikolu 11

Artikoli 13, 14 u 15

Artikolu 12

-

Artikolu 13

l-Artikoli 16 sa 23

Artikolu 14

Artikolu 24

Artikolu 15

-

Artikolu 16

Artikolu 25

Artikolu 17

-

Artikolu 18

Artikolu 26

 

Artikolu 27

Artikolu 19

Artikolu 28

 

Artikolu 29

 

Artikolu 30

Artikolu 20

-

Artikolu 21

Artikolu 31

Artikolu 22

Artikolu 32

Artikolu 23

Artikolu 33

Artikolu 24

Artikolu 34

Artikolu 25

Artikolu 35

Artikolu 26

Artikolu 36

Artikolu 27

Artikolu 37

Artikolu 28

Artikolu 38

Artikolu 29

-

Artikolu 30

Artikolu 39

Artikolu 31

Artikolu 42

Artikolu 32

Artikolu 40

Artikolu 33

Artikolu 41

Artikolu 34

Artikolu 42

Artikolu 35

Artikolu 43

Artikolu 36

Artikolu 44

Artikolu 37

Artikolu 45

 

Artikolu 46

Artikolu 37a

Artikolu 47

Artikolu 38

Artikolu 48

 

l-Artikoli 49 sa 54

Artikolu 39

l-Artikoli 55 sa 58

Artikolu 40

-

Artikolu 41

-

Artikolu 41a

-

Artikolu 41b

-

Artikolu 42

Artikolu 59

Artikolu 43

-

Artikolu 44

Artikolu 60

Artikolu 45

Artikolu 61

Artikolu 46

Artikolu 62

Artikolu 47

Artikolu 63

Direttiva 2006/70/KE

Id-Direttiva preżenti

Artikolu 1

-

Artikolu 2(1), (2) u (3)

Artikolu 3(7)(d), (e) u (f)

Artikolu 2(4)

-

Artikolu 3

-

Artikolu 4

Artikolu 2(2) sa (8)

Artikolu 5

-

Artikolu 6

-

Artikolu 7

-

(1) ĠU C 166, 12.6.2013, p. 2
(2) ĠU C 271, 19.9.2013, p. 31
(3)ĠU C 166, 12.6.2013, p. 2.
(4)ĠU C 271, 19.9.2013, p. 31.
(5) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014.
(6)Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE tal-10 ta’ Ġunju 1991 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għan tal-ħasil tal-flus definixxiet il-ħasil tal-flus (ĠU L 166, 28.6.1991, p. 77).
(7)Direttiva 2001/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 76).
(8)Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għan tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).
(9)Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE tal-1 ta' Awwissu 2006 li tniżżel il-miżuri ta' implimentazzjoni għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-definizzjoni ta’ persuna politikament esposta u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna (ĠU L 214, 4.8.2006, p. 29).
(10) Sorsi: "Rifuġji fiskali u żvilupp. L-istat, l-analiżi u l-miżuri", NOU, Rapporti Uffiċjali Norveġiżi, 2009.
(11) Direttiva 2012/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE u d-Direttivi 2005/56/KE u 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji, (ĠU L 156, 16.6.2012, p. 1).
(12)Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li twaqqaf Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(13)Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabilixxi l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(14)Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabilixxi l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(15)Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(16) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(17) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).
(18)Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI tas-17 ta’ Ottubru 2000 li tikkonċerna l-arranġamenti għall-koperazzjoni bejn il-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja tal-Istati Membri fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni (ĠU L 271, 24.10.2000, p. 4).
(19) Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni rrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22).
(20) ĠU C 32, 4.2.2014, p. 9.
(21)Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).
(22)Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/919/ĠAI tat-28 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI (ĠU L 330, 9.12.2008, p. 21).
(23)Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).
(24)Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(25) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(26) Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(27)Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(28)Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3).
(29)Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/733/ĠAI tal-21 ta’ Diċembru 1998 dwar il-kriminalizzazzjoni tal-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 351, 29.12.1998, p. 1).
(30)ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.
(31) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠUL 182, 29.6.2013, p. 19).
(32)Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplimentari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).
(33) 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(34) Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
(35) 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(36) 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(37) 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(38) 3 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(39) Tmintax –il xahar wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(40) Sentejn wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(41) Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(42) Daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(43) 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta 'din id-Direttiva.
(44) Erba' snin wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(45)* Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(46) Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


Garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra l-Unjoni Ewropea ***I
PDF 286kWORD 64k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew għall-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra l-Unjoni Ewropea (COM(2013)0293 – C7-0145/2013 – 2013/0152(COD))
P7_TA(2014)0192A7-0392/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0293),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 209 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0145/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u d-dikjarazzjoni relatata mehmuża mal-minuti tal-Coreper, innotifikata lill-Parlament permezz ta' ittra tal-istess data,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0392/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottat fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea

P7_TC1-COD(2013)0152


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni 466/2014/UE.)


Ir-riżorsi ġenetiċi ***I
PDF 294kWORD 78k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom fl-Unjoni (COM(2012)0576 – C7-0322/2012 – 2012/0278(COD))
P7_TA(2014)0193A7-0263/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0576),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0322/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Senat Franċiż, is-Senat Taljan u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2013(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-11 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat għas-Sajd (A7-0263/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li dwar miżuri ta' konformità għall-utenti mill-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom fl-Unjoni

P7_TC1-COD(2012)0278


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 511/2014.)

(1) ĠU C 161, 6.6.2013, p. 73.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-12 ta' Settembru 2013 (Testi adottati, P7_TA(2013)0373).


It-testijiet tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom ***I
PDF 292kWORD 75k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (COM(2012)0380 – C7-0186/2012 – 2012/0184(COD))
P7_TA(2014)0194A7-0210/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0380),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0186/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mis-Senat Franċiż, il-Kamra tad-Deputati Ċiprijotta, mill-Kamra tad-Deputati tal-Pajjiżi l-Baxxi, is-Senat tal-Pajjiżi l-Baxxi u il-Parlament Svediż, li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2012(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni adottata mill-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumaturi (A7-0210/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottat fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE

P7_TC1-COD(2012)0184


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva Nru 2014/45/UE.)

(1) ĠU C 44, 15.2.2013, p. 128.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-2 ta' Lulju 2013 (Testi adottati P7_TA(2013)0297).


Dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi ***I
PDF 289kWORD 42k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (COM(2012)0381 – C7-0187/2012 – 2012/0185(COD))
P7_TA(2014)0195A7-0199/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0381),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0187/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Ċiprijott, mill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Pajjiżi l-Baxxi, u mis-Senat fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni adottata mill-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0199/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottat fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi

P7_TC1-COD(2012)0185


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva Nru 2014/46/UE.)

(1) ĠU C44, 15.2.2013, p.128.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-2 ta' Lulju 2013 (Testi adottati, P7_TA(2013)0295).


L-affidabbiltà stradali ta' vetturi kummerċjali ***I
PDF 289kWORD 91k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ispezzjoni teknika waqt it-traġitt tal-affidabilità stradali ta' vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2000/30/KE (COM(2012)0382 – C7-0188/2012– 2012/0186(COD))
P7_TA(2014)0196A7-0207/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0382),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0188/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Ċiprijottm l-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Pajjiżi l-Baxxi u s-Senat tal-Pajjiżi l-Baxxi, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni adottata mill-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0207/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottat fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt tal-affidabilità stradali ta' vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fl-Unjoni u li jirrevoka d-Direttiva 2000/30/KE

P7_TC1-COD(2012)0186


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva Nru 2014/47/UE.)

(1) ĠU C 44, 15.2.2012, p. 128.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-2 ta' Lulju 2013 (Testi adottati, P7_TA(2013)0296).


Statistika tat-trasport bil-ferrovija ***I
PDF 513kWORD 108k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta’ dejta dwar merkanzija, passiġġieri u aċċidenti (COM(2013)0611 – C7-0249/2013 – 2013/0297(COD))
P7_TA(2014)0197A7-0002/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0611),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0249/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0002/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir ta' dejta dwar merkanzija, passiġġieri u aċċidenti

P7_TC1-COD(2013)0297


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(1),

Billi:

(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2) jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni, it-trażmissjoni, l-evalwazzjoni u t-tixrid ta' statistika komparabbli dwar it-trasport ferrovjarju fl-Unjoni.

(2)  L-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri bil-ferrovija hija neċessarja sabiex il-Kummissjoni tkun tista' timmonitorja u tiżviluppa politika ta' trasport komuni u l-elementi tat-trasport tal-politiki dwar in-networks reġjonali u trans-Ewropej.

(3)  L-istatistika dwar is-sikurezza ferrovjarja hija neċessarja wkoll sabiex il-Kummissjoni tħejji u timmonitorja l-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza tat-trasport. L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea tiġbor dejta dwar l-aċċidenti skont l-Anness Statistiku tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(3) tal-Komunità fir-rigward tal-indikaturi komuni tas-sikurezza u l-metodi komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż tal-aċċidenti.

(3a)  Il-Eurostat għandu jikkoopera mill-qrib mal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea fil-ġbir tad-dejta dwar l-aċċidenti ferrovjarji bil-għan li jiġi żgurat li d-dejta ottenuta hija konsistenti u għalkollox komparabbli. Ir-rwol tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea fil-qasam tas-sikurezza ferrovjarja għandu jiġi kontinwament imsaħħaħ. [Em. 1]

(4)  Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri li jitrażmettu dejta dwar il-passiġġieri lill-Kummissjoni (Eurostat) skont ir-Regolament (KE) Nru 91/2003, ipprovdew b'mod regolari l-istess dejta kemm għad-dejtasets proviżorji kif ukoll għal dawk finali.

(5)  Għandu jkun hemm bilanċ bejn il-bżonnijiet tal-utenti u l-piż ta' dawk li jwieġbu meta tiġi prodotta statistika Ewropea.

(6)  Il-Eurostat wettaq analiżi teknika tad-dejta eżistenti dwar l-istatistika ferrovjarja miġbura skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-politika ta' tixrid, fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma u t-Task Force fuq l-istatistika dwar it-trasport ferrovjarju, biex jissimplifika kemm jista' jkun id-diversi attivitajiet neċessarji biex tiġi prodotta statistika, filwaqt li r-riżultat finali jibqa' konformi mal-bżonnijiet attwali u futuri tal-utent.

(7)  Fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, il-Kummissjoni ssemmi li l-iżviluppi fuq terminu twil probabbilment ifissru t-trażżin jew is-simplifikazzjoni tad-dejta diġà miġbura skont ir-Regolament, u li l-intenzjoni hija li jitnaqqas il-perjodu ta' trażmissjoni tad-dejta, għad-dejta annwali dwar il-passiġġieri bil-ferrovija. Il-Kummissjoni għandha tkompli tagħti rapporti f’intervalli regolari dwar il-mod li bih dan ir-Regolament jiġi implimentat. [Em. 2]

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 jagħti setgħat lill-Kummissjoni biex timplimenta wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("it-Trattat"), is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament għandhom bżonn jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat.

(9)  Sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi l-ġodda fl-Istati Membri u fl-istess ħin jinżamm il-ġbir armonizzat tad-dejta ferrovjarja mal-Unjoni kollha u bil-għan li tinżamm il-kwalità għolja tad-dejta trażmessa mill-Istati Membri, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni, bil-għan li tadatta d-definizzjonijiet u l-limiti għar-rappurtar u l-kontenuti tal-Annessi, u li tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi provduta.

(10)  Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell espert, u li tqis il-pożizzjoni tas-settur ferrovjarju. Waqt it-tħejjija u t-tfassil tal-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm sottomissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 3]

(11)  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn l-atti ddelegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq dawk li jwieġbu.

(12)  Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, is-setgħat għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-informazzjoni li trid tiġi porvduta għar-rapporti dwar il-kwalità u l-komparabbiltà tar-riżultati, u dwar l-arranġamenti għat-tixrid tar-riżultati mill-Kummissjoni (Eurostat). DawkDawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4). Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ dawk l-atti, minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni ġenerali tagħhom.

(13)  Ġie kkonsultat il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika.

(14)  Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)  L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)  Fil-paragrafu 1, jitħassru l-punti 24 sa 30. [Em. 5]

(b)  Il-paragrafu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:"

'2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, f'konformità mal-Artikolu 10, atti ddelegati biex tadatta d-definizzjonijiet tekniċi msemmija fil-paragrafu 1 u biex tipprovdi definizzjonijiet addizzjonali meta jkun hemm bżonn li jitqiesu żviluppi ġodda li jeħtieġu li jiġi ddefinit ċertu livell ta' dettall tekniku sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni tal-istatistika.'

"

(2)  L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)  Fil-paragrafu 1, jitħassru l-punti b u d. [Em. 6]

(aa)  Fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt li ġej:"

'(ga) l-istatistika dwar l-infrastruttura ferrovjarja (l-Anness Ga);' [Em. 7]

"

(ab)  Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

‘1a. Il-Eurostat għandu jikkoopera mill-qrib mal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA) fil-ġbir tad-dejta dwar l-aċċidenti, inklużi l-kwalifikazzjonijiet tad-dejta, bil-għan li jiġi żgurat li d-dejta dwar l-aċċidenti miġbura mill-ERA taħt l-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/149/KE* dwar is-sikurezza ferrovjarja hija għalkollox komparabbli mad-dejta dwar l-aċċidenti miġbura mill-Eurostat dwar modi oħra ta' trasport.

___________________

* Direttiva tal-Kummissjoni 2009/149/KE tas-27 ta' Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-Indikaturi Komuni tas-Sikurezza u mal-metodi komuni biex ikunu kkalkulati l-ispejjeż tal-inċidenti (ĠU L 313, 28.11.2009, p. 65).’ [Em. 8]

"

(b)  Il-paragrafu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:"

'2. Skont l-Annessi A u C, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dejta għall-impriżi:

(a)  li l-volum totali ta' merkanzija ttrasportata huwa mill-inqas 200 miljun tunnellata-km jew mill-inqas 500 000 tunnellata;

(b)  li l-volum totali ta' passiġġieri ttrasportati huwa mill-inqas 100 miljun kilometru tal-passiġġieri;

(c)  mhuwiex obbligatorju r-rappurtar fl-Annessi A u C taħt dawn il-limiti.'

"

(c)  Il-paragrafu 3 huwa mibdul b’dan li ġej:"

'3. Skont l-Anness L, l-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dejta totali għall-impriżi taħt il-limitu msemmi fil-paragrafu 2 jekk din id-dejta ma tiġix irrappurtata skont l-Annessi A u C, kif speċifikat fl-Anness L.'

"

(d)  Il-paragrafu 5 huwa mibdul b’dan li ġej:"

'5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, fejn meħtieġ f'konformità ma skont l-Artikolu 10, atti ddelegati li jikkonċernaw l-adattament tal-kontenuti tal-kontenut tal-Annessi u l-limiti għar-rappurtar kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 3, sabiex jitqiesu l-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi.' [Em. 9]

"

(e)  Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:"

'6. Meta tkun qed teżerċita s-setgħa tagħha skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti ddelegati adottati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri u fuq dawk li jwieġbu.'

"

(3)  Fl-Artikolu 5(2), il-punt b huwa mibdul b'dan li ġej:"

'(b) id-dejta amministrattiva, li tinkludi d-dejta miġbura mill-awtoritajiet regolatorji, b'mod partikolari l-polza tat-tagħbija tal-merkanzija ferrovjarja jekk tkun disponibbli'.

"

(4)  L-Artikolu 7 huwa mibdul b'dan li ġej:"

‘Artikolu 7

Tixrid

L-istatistika bbażata fuq id-dejta speċifikata fl-Annessi A, C, E, F, G, GA, H u L għandha tinxteredtixxerred mill-Kummissjoni (Eurostat) mhux aktar tard minn 12-il xahar wara tmien il-perjodu li r-riżultati huma marbuta miegħu.

L-arranġamenti għat-tixrid tar-riżultati għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).'

"

(4a)  Fl-Artikolu 8, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

'1a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-kwalità tad-dejta trasmessa.' [Em. 11]

"

(5)  Fl-Artikolu 8, jiżdiedu l-paragrafi:"

'3. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji ta' kwalità li jridu jiġu applikati għad-dejta li se tiġi trażmessa, huma dawk imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

4.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tispeċifika l-modalitajiet, l-istruttura, il-perjodiċità u l-elementi ta' komparabbiltà għar-rapporti ta' kwalità standard. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11.

__________________

* Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).’

"

(6)  Jitħassar lL-Artikolu 9 huwa mibdul b'dan li ġej:"

'Artikolu 9

Rapport

Sa ...(5) u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Kumitat għall-Programmi Statistiċi, għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, dak ir-rapport għandu:

(a)  jivvaluta l-benefiċċji li jirriżultaw favur l-Unjoni, l-Istati Membri u l-fornituri u l-utenti ta’ informazzjoni statistika tal-istatistika prodotta, fir-rigward tal-ispejjeż tagħhom;

(b)  jivvaluta l-kwalitá tal-istatistika prodotta, speċjalment fir-rigward tat-telfiet tad-dejta, li jirriżultaw mit-tħassir tar-rappurtar simplifikat;

(c)  jidentifika oqsma fejn jista' jsir titjib u kwalunkwe emenda kkunsidrata meħtieġa fid-dawl tar-riżultati miksuba.' [Em. 12]

"

(7)  L-Artikolu 10 huwa mibdul b'dan li ġej:"

‘Artikolu 10

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni b'dan tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti ddelegati ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(2) u 4(5) għandha tingħata hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu perijodu ta’ żmien indeterminat ħames snin minn ...(6). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tal-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. [Em. 13]

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3(2) u 4(5) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 3(2) u 4(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.'

"

(8)  L-Artikolu 11 huwa mibdul b'dan li ġej:"

'Artikolu 11

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011'

_________

* Regolament (UE) Nru182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).’

"

(9)  Jitħassar l-Artikolu 12.

(10)  Jitħassru l-Annessi B, D, H u I. [Em. 15]

(11)  L-Anness C huwa mibdul kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(11a)  L-Anness F huwa emendat kif ġej:

(a)  Fil-kolonna 2, ir-ringiela 1, il-paragrafu 1 għandu jiżdied l-inċiż li ġej:"

'– tunnellata-km';

"

(b)  Fil-kolonna 2, ir-ringiela 1, il-paragrafu 2 għandu jiżdied l-inċiż li ġej:"

'– passiġġieri-km'. [Em. 16]

"

(c)  Fil-kolonna 2, ir-ringiela 1 għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

'– ishma modali tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija abbażi tad-distanza, f'ttunnellati kull kilometru, skont it-tqassim dettaljat tad-distanzi li ġej:

–  d ≤ 50 km

–  50 km < d ≤ 150 km

–  150 km < d ≤ 300 km

–  300 km < d ≤ 500 km

–  500 km < d ≤ 750 km

–  750 km < d ≤ 1000 km

–  d > 1000 km;’ [Em. 17]

"

(b)  Il-kolonna 2, ir-ringiela 3 hija sostitwita b'dan li ġej:"

'– Għal ‘tunnellati’ u ‘tunnellata-km’: Kull sena’:

–  Għal ‘numru ta’ passiġġieri’ u ‘passiġġieri-km’: Kull ħames snin’. [Em. 18]

"

(11b)  Jiddaħħal l-Anness li ġej;"

'Anness Ga

Dejta dwar l-infrastruttura ferrovjarja

1.  Numru ta’ kilometri ta'infrastruttura ferrovjarja, mgħammra bl-ERTMS;

2.  Tul f'kilometri tan-netwerk ferrovjarju li b'mod kontinwu huwa mgħammar bl-ERTMS (fl-Istat Membru);

3.  Numru ta’ punti transkonfinali tal-infrastruttura ferrovjarja, użata b’mod aktar frekwenti għat-trasport tal-passiġġieri minn kull siegħa, minn kull sagħtejn u b’mod anqas frekwenti minn kull sagħtejn;

4.  Numru ta’ punti ferrovjarji transkonfinali, abbandunati għall-użu tal-passiġġieri jew transport tal-merkanzija jew infrastruttura ferrovjarja żarmata;

5.  Numru ta’ stazzjonijiet, mingħajr barrieri, aċċessibbli għall-persuni b’mobilità mnaqqsa (PMM) u l-persuni b’diżabilità'. [Em. 23]

"

(11c)  L-Anness H huwa emendat kif ġej:

(a)  Fil-kolonna 2, ir-ringiela 1 għandu jiżdied l-inċiż li ġej:"

'– numru ta' inċidenti (it-Tabella H2)';

"

(b)  Fil-kolonna 2, ir-ringiela 4, il-paragrafu 2 huwa mibdul b’dan li ġej:"

'It-Tabella H2: numru ta' aċċidenti u inċidenti li jinvolvu t-trasport tal-merkanzija perikoluża';

"

(c)  Fil-kolonna 2, ir-ringiela 7, il-paragrafu 1, it-tielet inċiż huwa mibdul b’dan li ġej:"

'– aċċidenti li jinvolvu l-passaġġi invelli u dawk mhux ikkawżati mit-trenijiet';

"

(d)  Fil-kolonna 2, ir-ringiela 7, il-paragrafu 2, l-ewwel inċiż huwa mibdul b’dan li ġej:"

'– numru totali ta' aċċidenti u inċidenti li jinvolvu mill-inqas vettura ferrovjarja waħda li tkun qiegħda tittrasporta l-merkanzija perikoluża, kif iddefinita mil-lista tal-merkanzija koperta mill-Anness K';

"

(e)  Fil-kolonna 2, ir-ringiela 7, il-paragrafu 2, it-tieni inċiż huwa mibdul b’dan li ġej:"

'– numru ta’ dawn l-aċċidenti u l-inċidenti li fihom tiġi rilaxxata merkanzija perikoluża'. [Em. 19]

"

(12)  L-Anness L jiżdied kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jiġi kkonsolidat mar-Regolament (KE) Nru 91/2003 fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tiegħu. [Em. 21]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

'Anness C

STATISTIKA ANNWALI DWAR IT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI - RAPPURTAR IDDETTALJAT

Lista ta' varjabbli u unitajiet ta' kejl

Passiġġieri ttrasportati fi:

–  għadd ta’ passiġġieri

–  kilometri tal-passiġġieri

Movimenti tat-trejns tal-passiġġieri fi:

–  kilometri tat-trejns

Lokomottivi mgħammra bl-ERTMS fi:

–  numru [Em. 22]

Perjodu ta’ referenza

Sena

Frekwenza

Kull sena

Lista ta' tabelli b'rendikont għal kull tabella

Tabella C3: passiġġieri ttrasportati skont it-tip ta' trasport

Tabella C4: passiġġieri internazzjonali ttrasportati, skont il-pajjiż ta' imbark u l-pajjiż ta' żbark

Tabella C5: movimenti tat-trejns tal-passiġġieri

Skadenza għat-trażmissjoni tad-dejta

Tmien xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza.

L-ewwel perjodu ta' referenza

2012

Noti

1.  It-tip ta' trasport huwa maqsum kif ġej:

–  nazzjonali

–  internazzjonali

2.  Għat-Tabelli C3 u C4, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dejta li tinkludi l-informazzjoni minn bejgħ ta' biljetti barra l-pajjiż ta' rappurtar. Din l-informazzjoni tista' tinkiseb direttament mill-awtoritajiet nazzjonali ta' pajjiżi oħra jew permezz ta' arranġamenti internazzjonali ta' kumpens għall-biljetti’

‘Anness L

Tabella L.1

LIVELL TA' ATTIVITÀ TA' TRASPORT F'MERKANZIJA TTRASPORTATA

Lista ta' varjabbli u unitajiet ta' kejl

Merkanzija ttrasportata fi:

– tunnellati totali

– tunnellata-km totali

Movimenti tat-trejns tal-merkanzija fi:

– km-trejns totali

Perjodu ta’ referenza

Sena waħda

Frekwenza

Kull sena

Skadenza għat-trażmissjoni tad-dejta

Ħames xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza

L-ewwel perjodu ta' referenza

201X

Noti

Għall-impriżi biss li għandhom volum totali ta' trasport ta' merkanzija ta' inqas minn 200 miljun tunnellata-km u inqas minn 500 000 tunnellata u li ma jirrappurtawx skont l-Anness A (rappurtar iddettaljat)’

Tabella L.2

LIVELL TA' ATTIVITÀ TA' TRASPORT F'PASSIĠĠIERI TTRASPORTATI

Lista ta' varjabbli u unitajiet ta' kejl

Passiġġieri ttrasportati fi:

– passiġġieri totali

– kilometri tal-passiġġieri totali

Movimenti tat-trejns tal-passiġġieri fi:

– km-trejns totali

Perjodu ta’ referenza

Sena waħda

Frekwenza

Kull sena

Skadenza għat-trażmissjoni tad-dejta

Tmien xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza

L-ewwel perjodu ta' referenza

201X

Noti

Għall-impriżi biss li għandhom volum totali ta' trasport ta' passiġġieri ta' inqas minn 100 miljun kilometru tal-passiġġieri u li ma jirrappurtawx skont l-Anness C (rappurtar iddettaljat)’

(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014.
(2)Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (ĠU L 14, 21.1.2003, p. 1).
(3) Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar sigurtà fil-ferroviji tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE dwar il-liċenzjar ta' impriżi ferrovjarji u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva sigurtà tal-Ferroviji) (ĠU l 164, 30.4.2004, p. 44).
(4)Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal- eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(5) Tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(6) Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jemenda.


Il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku ***I
PDF 286kWORD 43k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 fir-rigward tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku (COM(2013)0449 – C7-0208/2013 – 2013/0213(COD))
P7_TA(2014)0198A7-0004/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0449),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0208/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Ottubru 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta’ Novembru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-24 ta' Jannar 2014, li japprova l-pożizzjoni adottata mill-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0004/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottat fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku

P7_TC1-COD(2013)0213


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva Nru 2014/55/UE.)

(1) ĠU C 79, 6.3.2014, p. 67.
(2) Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


L-istħarriġ dwar strutturi tal-impriżi agrikoli u l-istħarriġ dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola ***I
PDF 288kWORD 37k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1166/2008 dwar stħarriġ ta’ strutturi tal-impriżi agrikoli u stħarriġ dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola, rigward il-qafas finanzjarju għall-perjodu 2014-2018 (COM(2013)0757 – C7-0390/2013 – 2013/0367(COD))
P7_TA(2014)0199A7-0111/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0757),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu  338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0390/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regola 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rural (A7-0111/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1166/2008 rigward il-qafas finanzjarju għall-perjodu 2014-2018

P7_TC1-COD(2013)0367


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 378/2014.)


Prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli ***I
PDF 291kWORD 69k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (COM(2013)0106 – C7-0048/2013 – 2013/0063(COD))
P7_TA(2014)0200A7-0260/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0106),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 43(2) u 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0048/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-10 ta’ Lulju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0260/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009

P7_TC1-COD(2013)0063


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 510/2014.)

Anness għar-riżoluzzjoni leġiżlattiva

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar atti ddelegati

Fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tfakkar fl-impenn li għamlet fil-paragrafu 15 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea li tagħti lill-Parlament l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha rigward tal-preżentazzjoni ta' atti delegati.

(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 90.


Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) - Rapport Annwali 2012
PDF 526kWORD 135k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) – Rapport Annwali 2012 (2013/2131(INI))
P7_TA(2014)0201A7-0137/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2012 tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 126, 175, 208, 209, 271, 308 u 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll Nru 5 tiegħu dwar l-Istatut tal-BEI,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Ottubru 2012 dwar strumenti finanzjarji innovattivi fil-kuntest tal-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss(1),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tiegħu dwar il-kondiviżjoni tar-riskju għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom, il-pożizzjoni tiegħu dwar dan tad-19 ta' April 2012(2) u b'mod partikolari l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2013 dwar ir-Rapport Annwali 2011 tal-Bank Ewropew tal-Investiment(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport mill-President tal-Kunsill Ewropew tas-26 ta’ Ġunju 2012, intitolat “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina”,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta’ Ġunju 2012, li b’mod partikolari, jipprevedu żieda fil-kapital tal-BEI ta’ EUR 10 biljun,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-27 u t-28 ta’ Ġunju 2013, li jsejħu għall-ħolqien ta’ pjan ġdid ta’ investiment li jappoġġja l-SMEs u jagħti spinta lill-finanzjament tal-ekonomija,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta’ Mejju 2013, li jistabbilixxu l-objettiv li jiġu mobilizzati l-politiki kollha tal-UE b’appoġġ għall-kompetittività, l-impjiegi u t-tkabbir,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-istrumenti finanzjarji innovattivi: ‘Qafas għall-ġenerazzjoni li jmiss ta’ strumenti finanzjarji innovattivi’ (COM(2011)0662) u ‘Pilota għall-Inizjattiva bonds Ewropa 2020 għall-proġetti’ (COM(2011)0660),

–  wara li kkunsidra ż-żieda fil-kapital tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), b’mod partikolari fir-rigward tal-kwistjoni tar-relazzjonijiet bejn il-BEI u l-BERŻ,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-BERŻ għaż-żona tal-Mediterran,

–  wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Qbil il-ġdid bejn il-BEI u l-BERŻ iffirmat fid-29 ta’ Novembru 2012,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Mandat Estern tal-BEI 2007-2013(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 119(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0137/2014),

A.  billi l-BEI ġie stabbilit bit-Trattat ta’ Ruma u, skont l-Artikolu 309 TFUE, il-kompitu tiegħu hu li jikkontribwixxi, billi jirrikorri għas-swieq kapitali u juża r-riżorsi proprji tiegħu, għall-iżvilupp bilanċjat u regolari tas-suq intern bil-għan li jgħin iwettaq il-prijoritajiet tal-Unjoni billi jagħżel proġetti ekonomikament vijabbli għall-investiment mill-UE;

B.  billi f’dawn iċ-ċirkostanzi soċjali u ekonomiċi partikolarment diffiċli, ikkaratterizzati b’restrizzjonijiet baġitarji pubbliċi, ir-riżorsi u l-politiki kollha tal-UE, inklużi dawk tal-BEI, jeħtieġ li jiġu mobilizzati fi sforz biex jiġi sostnut l-irkupru ekonomiku u jiġu identifikati sorsi ġodda ta’ tkabbir;

C.  billi l-BEI jaġixxi wkoll bħala l-fergħa għall-finanzjament ta’, u jikkomplementa sorsi oħra ta’ investiment billi jissostitwixxi jew jikkoreġi l-lakuni fis-suq;

D.  billi l-BEI qed jgħin lill-UE biex iżżomm u tirrinforza l-vantaġġ kompetittiv tagħha fuq skala globali;

E.  billi l-BEI se jkompli jkun il-pedament u l-katalist għall-iżvilupp tal-politiki tal-UE, billi jipprovdi għall-preżenza kontinwa tas-settur pubbliku, u joffri kapaċitajiet ta’ investiment, filwaqt li jiżgura l-aħjar integrazzjoni u implimentazzjoni possibbli tal-inizjattivi emblematiċi tal-Istrateġija UE 2020;

F.  billi l-BEI, bħala strument ewlieni ta’ stabbiltà, se jiffoka fuq ir-rwol kontroċikliku tiegħu, billi jaġixxi bħala sieħeb affidabbli għal proġetti sodi fl-UE u lil hinn minnha;

G.  billi l-BEI qed jappoġġja l-muturi ewlenin wara l-objettivi tat-tkabbir u l-impjiegi tal-istrateġija Ewropa 2020, bħal infrastruttura li tixpruna t-tkabbir, l-aktar innovazzjonijiet moderni u l-kompetittività;

H.  billi hemm ħtieġa kruċjali li jiġi żgurat li l-BEI jżomm il-klassifikazzjoni tal-kreditu tiegħu ta' AAA, sabiex jippreżerva l-aċċess tiegħu għas-swieq kapitali internazzjonali taħt l-aħjar kundizzjonijiet ta’ finanzjament, b’impatti pożittivi sussegwenti fuq il-ħajja tal-proġett u għall-partijiet interessati;

I.  billi f’Ġunju 2012 il-Kunsill Ewropew nieda Patt għal Tkabbir u Impjiegi li fih firxa ta’ politiki mmirati biex jistimulaw it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli, inklużiv, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u li joħloq l-impjiegi;

J.  billi l-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi hu meqjus bħala mod wieħed ta' kif jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tal-għodod eżistenti, bħall-għotjiet, u kif titjieb l-effettività ġenerali tal-baġit tal-UE;

K.  billi huwa kruċjali li jiġi restawrat is-self normali lill-ekonomija u jiġi ffaċilitat il-finanzjament tal-investiment;

L.  billi l-istrumenti finanzjarji internazzjonali jipprovdu spazju ġdid għal opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni fost l-atturi istituzzjonali kollha u joffru ekonomiji ta’ skala reali;

M.  billi l-operazzjonijiet tal-BEI barra mill-UE jitwettqu b’appoġġ għall-politiki ta’ azzjoni esterna tal-Unjoni u għandhom ikunu konformi ma’, u jippromwovu, l-objettivi tal-UE skont l-Artikoli 208 u 209 tat-TFUE;

N.  billi l-attivitajiet tal-BEI huma kkomplementati minn strumenti speċifiċi pprovduti mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) li jiffokaw fuq il-forniment kemm ta’ finanzjament ta’ riskju għall-benefiċċju tal-SMEs u n-negozji li jkunu għadhom jibdew, kif ukoll il-mikrofinanzjament;

O.  billi ż-żieda fil-kapital saħħet il-karta tal-bilanċ tal-BEI, peress li ppermettiet miri ambizzjużi ta’ self operattiv;

P.  billi sar sforz speċifiku biex jitwettqu aktar interventi konġunti (billi l-garanziji tal-FEI jingħaqdu mas-self tal-BEI għall-SMEs);

Qafas ta’ politika u prinċipji ta’ gwida għall-interventi tal-BEI

1.  Jilqa’ r-Rapport Annwali 2012 tal-BEI u l-ksib tal-pjan operattiv miftiehem għall-finanzjament ta’ madwar 400 proġett f’iżjed minn 60 pajjiż għal ammont ta’ EUR 52 biljun;

2.  Jilqa’ l-approvazzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI għal żieda kapitali ta’ EUR 10 biljun, li tiffaċilita EUR 60 biljun addizzjonali (li jammontaw għal espansjoni ta’ 49 % fil-miri tas-self) għal self fuq żmien twil għal proġetti fl-UE matul il-perjodu 2013-2015;

3.  Jitlob lill-BEI jżomm il-miri antiċipati fir-rigward tal-attività addizzjonali tiegħu u juża EUR 180 biljun għal iżjed investimenti fl-UE kollha matul il-perjodu msemmi qabel;

4.  Ifakkar li għal proġetti fl-UE, il-prospetti huma partikolarment interessanti għal għadd ta’ oqsma tematiċi prijoritarji taħt l-istrateġija “Ewropa 2020”: innovazzjoni u ħiliet, inkluża infrastruttura b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, investiment fl-SMEs, koeżjoni u ‘pakketti’ ta’ effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u fl-enerġija (inkluża l-bidla lejn ekonomija b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju); jinnota li dawn l-oqsma fokali ġew identifikati kif xieraq fil-Pjan Operattiv tal-Gruppi tal-BEI għall-perjodu 2013-2015, u jilqa’ l-allokazzjoni ta’ EUR 60 biljun addizzjonali fil-kapaċità ta’ self sabiex tkun iffinanzjata l-implimentazzjoni tagħhom;

5.  Jemmen b'qawwa bis-sħiħ, madankollu, li f’dawn il-prijoritajiet wiesgħa għandha tingħata iżjed attenzjoni fuq l-investiment fit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi fuq żmien twil u fuq il-ġenerazzjoni ta’ impatt viżibbli fl-ekonomija reali, u għalhekk jitlob għal evalwazzjoni komprensiva li tipprovdi ċifri vijabbli dwar il-ħolqien ta’ impjiegi fuq żmien twil permezz tas-self tal-BEI, u l-impatt fuq l-ekonomija b’riżultat tiegħu, fl-oqsma kollha, wara l-kriżi finanzjarja;

6.  Jilqa’ t-tnedija tal-Faċilità għat-Tkabbir u l-Impjiegi (GEF), li tippermetti lill-BEI jimmonitorja f'aktar dettall l-impatt fuq l-impjiegi u t-tkabbir tal-proġetti li jiffinanzja;

7.  Jistieden lill-BEI jkompli jappoġġja l-prijoritajiet fuq żmien twil tal-UE għall-koeżjoni ekonomika u soċjali, it-tkabbir u l-impjiegi, is-sostenibbiltà ambjentali, l-azzjoni dwar il-klima u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, permezz ta’ iżjed żvilupp ta’ strumenti finanzjarji u mhux finanzjarji ġodda mfassla biex jindirizzaw kemm l-ineffiċjenzi tas-suq fuq żmien qasir kif ukoll il-lakuni strutturali iżjed fit-tul tal-ekonomija tal-UE;

8.  Iħeġġeġ lill-BEI jinnegozja u jikkonkludi Memoranda ta' Qbil (MtQ) mal-banek għall-iżvilupp reġjonali attivi fir-reġjuni fejn jopera biex irawmu s-sinerġiji, jikkondividu r-riskji u l-ispejjeż, u jiżguraw self suffiċjenti lill-ekonomija reali;

9.  Iqis il-Patt għal Tkabbir u Impjiegi bħala tweġiba importanti iżda mhux biżżejjed għall-isfidi li tiffaċċja l-UE, filwaqt li jinnota li ż-żieda kapitali tal-BEI u l-fatt li qed jirrikorri aktar għall-istrumenti konġunti għall-kondiviżjoni tar-riskji tal-Kummissjoni u l-BEI, flimkien ma’ sinerġiji bejn l-attivitajiet speċjalizzati tal-BEI u l-FEI, huma elementi kruċjali għas-suċċess tiegħu;

10.  Jitlob lill-BEI jagħti prijorità lill-finanzjament tiegħu għall-proġetti li jikkontribwixxu bil-qawwi għat-tkabbir ekonomiku;

11.  Ifakkar li l-Kummissjoni, flimkien mal-BEI, ippreżentat rapport dwar l-opportunitajiet u l-prijoritajiet fil-mira li għandhom jiġu identifikati permezz tal-implimentazzjoni tal-Patt għal Tkabbir u Impjiegi, speċjalment fir-rigward tal-infrastruttura, l-effiċjenza tal-enerġija u l-użu effiċjenti tar-riżorsi, l-ekonomija diġitali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u l-SMEs; jitlob, abbażi ta' dan ir-rapport, għal dibattitu politiku fil-Parlament li għalih jattendu l-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment;

12.  Jinsab partikolarment imħasseb li l-finanzjament fil-Pajjiżi tal-Programm (il-Greċja, l-Irlanda, il-Portugall, Ċipru) baqa’ baxx matul l-2012, u jirrappreżenta madwar +/- 5 % tal-investiment kumplessiv tal-BEI; jinnota li l-miri tal-BEI għall-investiment fil-Pajjiżi tal-Programm għall-2013 jirrappreżentaw sa EUR 5 biljun, minn mira globali tal-UE ta’ EUR 62 biljun;

13.  Jinsab imħasseb li l-BEI żamm politika kemmxejn avversa għar-riskji fis-self tiegħu, biex b’hekk illimita l-possibilitajiet ta’ mutwatarji potenzjali li jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar is-self tal-BEI u, sussegwentement, ostakola l-valur miżjud tas-self;

14.  Jitlob lill-BEI jżid il-kapaċità interna tiegħu għat-teħid ta’ riskji billi jiżgura li s-sistemi tiegħu tal-ġestjoni tar-riskji jiġu adattati għall-ambjent attwali;

15.  Jirrikonoxxi li huwa fundamentali għall-BEI li jżomm il-klassifikazzjoni tal-kreditu tiegħu ta' AAA sabiex jippreżerva s-saħħa finanzjarja tiegħu u l-kapaċità tiegħu li jinjetta l-flus fl-ekonomija reali; iħeġġeġ, madankollu, lill-BEI flimkien mal-FEI biex jikkunsidra li jżid l-involviment tiegħu f’attivitajiet relatati ma' iżjed riskju, sabiex jissalvagwardja proporzjon raġonevoli bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji;

16.  Jinnota ż-żieda fil-miri tal-attività speċjali b’riskju ogħla tal-BEI għal EUR 6 biljun fl-2013, iż-żieda fil-finanzjament tal-inizjattivi għall-kondiviżjoni tar-riskji u t-titjib tal-kreditu għal EUR 2.3 biljun, kif ukoll it-tnedija riċenti tal-Inizjattiva ta’ Finanzjament għat-Tkabbir (GFI) li tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament ta’ kumpaniji innovattivi b’kapitalizzazzjoni medja;

17.  Jistieden lill-BEI iżid l-attività tiegħu taħt il-Mandat għall-Kapital ta' Riskju u l-mandat tal-Finanzjament Intermedju għat-Tkabbir (MFG) ipprovduti mill-BEI lill-FEI;

18.  Jilqa’ ż-żieda mill-FEI tal-mandat tagħha għar-riżorsi tal-kapital għar-riskji ffinanzjat mill-BEI b’EUR 1 biljun, b’attenzjoni partikolari fuq il-finanzjament intermedju b’riskju ogħla bħala parti mill-azzjonijiet konġunti tal-BEI u l-FEI biex jittrattaw ir-restrizzjonijiet tal-finanzjament għal pjanijiet ġodda ta’ innovazzjoni u tkabbir ta’ negozji Ewropej ta’ daqs medju;

19.  Jistieden lill-BEI ikun iżjed proattiv fil-forniment tal-kompetenzi tekniċi tiegħu fl-oqsma ewlenin kollha tal-attivitajiet b’potenzjal għoli ta’ tkabbir fl-Istati Membri kollha; ifakkar li l-parir tekniku u finanzjarju huwa mod effiċjenti biex jgħin fit-twettiq ta’ proġett u biex jitħaffu l-iżborżamenti u l-investiment reali; jemmen, għalhekk, li l-kompetenzi tal-BEI għandhom jiżdiedu u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fl-istadji bikrija tal-proġetti kofinanzjati mill-UE u l-BEI, u fl-evalwazzjoni ex ante tal-proġetti fuq skala kbira, inkluż permezz tal-istrument Assistenza Konġunta ta’ Appoġġ għal Proġetti fir-Reġjuni Ewropej (JASPERS);

20.  Iħeġġeġ lill-BEI, fil-kuntest attwali ta’ rati ta’ assorbiment baxxi b’mod kritiku f’ħafna Stati Membri, itejjeb l-isforzi biex jappoġġja l-kapaċità ta’ assorbiment tal-Istati Membri ta’ riżorsi tal-UE, inklużi l-Fondi Strutturali, billi jiżviluppa iżjed l-istrumenti konġunti addizzjonali għall-kondiviżjoni tar-riskji u billi jadatta dawk eżistenti li diġà huma ffinanzjati mill-baġit tal-UE;

21.  Jistieden lill-Istati Membri, fejn xieraq, biex jaħdmu mal-Kummissjoni billi jużaw parti mill-allokazzjonijiet tagħhom tal-Fondi Strutturali sabiex jikkondividu r-riskju tas-self tal-BEI u jipprovdu garanziji għal self għall-għarfien u l-ħiliet, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-enerġija, l-infrastruttura strateġika u l-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs;

22.  Japprezza li l-fondi strutturali mhux użati issa jistgħu jintużaw bħala fond ta' garanzija speċjali għal self mill-BEI, speċjalment fil-Ġreċja;

23.  Jinnota li fl-2012 il-Bank iffirma Self għall-Programmi Strutturali għall-valur ta’ EUR 2.2 biljun, li jippermetti appoġġ għal diversi skemi żgħar u ta’ daqs medju f’konformità mal-prijoritajiet tal-Politika ta’ Koeżjoni f’diversi setturi;

24.  Jistieden lill-BEI, fid-dawl tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji differenti li jeżistu fl-UE, jiżviluppa f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, pjanijiet ta’ investiment ibbażati fuq ir-riżultati li jiġu aġġustati b’mod xieraq għall-prijoritajiet ta’ tkabbir nazzjonali, reġjonali u lokali, billi jqisu kif xieraq il-prijoritajiet orizzontali tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-Kummissjoni u s-Semestru Ewropew għall-governanza ekonomika;

25.  Iħeġġeġ lill-Bank jesplora l-possibbiltajiet li jestendi l-involviment tiegħu billi jipparteċipa b’mod proattiv fil-ftehimiet ta’ sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri;

26.  Jinnota x-xejra ta’ tnaqqis fl-għadd ta’ sħubijiet pubbliku-privat matul u wara l-kriżi, u jfakkar, fl-istess ħin, fir-rwol partikolarment importanti li jiżvolġu fl-investiment, b’mod speċjali fin-netwerks tat-trasport u fir-riċerka u l-innovazzjoni; jinnota li filwaqt li s-suq tas-sħubijiet pubbliku-privatfl-UE kiber fil-valur, ġie reġistrat livell sinifikanti ta' inqas tranżazzjonijiet;

27.  Jemmen li l-garanziji tal-Istat huma strumenti prezzjużi biex jindirizzaw l-imperfezzjonijiet tas-suq li jistgħu jostakolaw it-twettiq tal-programmi u l-proġetti tas-sħubijiet pubbliku-privat; abbażi tal-kompetenzi tal-BEI f’dan il-qasam, jitlob għaż-żieda fil-parteċipazzjoni tiegħu fil-garanziji għal self ipprovduti lis-sħubijiet pubbliku-privat permezz tal-garanziji tal-Istat;

28.  Jemmen, barra minn hekk, li l-kapaċità ta’ konsulenza tal-BEI, ibbażata fuq il-kompetenzi miġbura fiċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza Esperta fuq is-sħubija pubblika-privata, tista’ tintuża biex tingħata għajnuna teknika u speċjalizzata mmirata fil-livell governattiv u fejn xieraq fil-livell reġjonali wkoll, sabiex tiffaċilita l-valutazzjonijiet xierqa rigward il-benefiċċji tal-involviment tal-garanziji tal-Istat fi programm ta' sħubija pubblika-privata;

29.  Ifakkar fit-tnedija fl-2012, mill-BEI u l-Kummissjoni u bl-appoġġ tal-Istati Membri, tal-fażi pilota tal-Inizjattiva ta’ Bonds għall-Proġetti, li għandha l-għan li tagħti spinta lill-finanzjament ta’ proġetti infrastrutturali ewlenin billi tattira investituri istituzzjonali;

30.  Jilqa’ r-rapport għall-ewwel sitt xhur tal-Fażi Pilota tal-Bonds għall-Proġetti li jindika l-approvazzjoni ta’ disa’ proġetti f’sitt pajjiżi; jitlob l-użu ta' tali bonds jitkompla u jiżdied u għal reviżjoni regolari tal-effiċjenza tagħhom sabiex tingħata spinta lill-investiment vijabbli fi strumenti tad-dejn li jgħaddu kapital privat fi proġetti infrastrutturali meħtieġa fis-setturi tat-trasport, l-enerġija u l-ICT, speċjalment dawk b'dimensjoni transkonfinali; jemmen, madanakollu, li l-BEI għandu jwettaq valutazzjonijiet aħjar fir-rigward tal-proġetti li fihom jixtieq jinvesti, inklużi evalwazzjonijiet tal-profili tas-sikurezza u tar-riskju tagħhom; ifakkar li l-baġit tal-UE qed jipprovdi EUR 230 miljun f’appoġġ għal attività ta’ titjib fil-kreditu tal-BEI għall-investiment infrastrutturali fis-setturi tat-trasport, l-enerġija u l-komunikazzjonijiet;

31.  Jeżiġi li jiġi infurmat dwar il-proġetti magħżula b’mod xieraq u fiż-żmien dovut;

32.  Jinnota bi tħassib li l-isfidi ewlenin (pereżempju, il-bidla ta’ interess f’impenji, l-esperjenza limitata fis-soluzzjonijiet ta’ bonds tal-awtoritajiet tal-akkwist, l-eżitazzjoni tal-investituri istituzzjonali biex jinvolvu ruħhom, it-tħassib tal-isponsers dwar l-ispejjeż) jibqgħu; jistieden lill-Bank jivvaluta sew il-possibbiltà ta' koinvestiment fit-tranżazzjonijiet bikrija tal-bonds sabiex jerġa’ jassigura lill-investituri u lill-isponsers; jistieden lill-BEI jiżgura li l-Inizjattiva ta’ Bonds għall-Proġetti tkun konsistenti mal-mira fuq żmien twil tal-UE fir-rigward tal-klima, jiġifieri, billi tiffoka fuq infrastrutturi b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju;

33.  Jinsab imħasseb dwar il-prestazzjoni fqira tal-proġett fir-rigward tal-Proġett Castor; jitlob li l-Bank jipprovdi dettalji dwar is-solidità tad-diliġenza dovuta tiegħu u jagħti informazzjoni dwar jekk l-istudji ġeoloġiċi mwettqa jindikawx il-possibbiltà jew le ta’ riskju sismiku, x’kien il-perċentwal u kif ġie indirizzat;

34.  Jistenna r-rapport finali ta’ evalwazzjoni li jikkonċerna l-Fażi Pilota tal-Inizjattiva ta' Bonds għall-Proġetti, mistenni fl-2015;

35.  Jilqa’ l-politika l-ġdida tal-BEI dwar l-enerġija, li tintroduċi kriterji ġodda dwar is-self fil-qasam tal-enerġija li jirriflettu l-politiki tal-UE dwar l-enerġija u l-klima kif ukoll ix-xejriet attwali tal-investiment; jitlob li l-investimenti tal-enerġija tal-BEI jsiru pubbliċi u jiġu analizzati fuq bażi annwali, filwaqt li juru liema sorsi ta’ enerġija huma appoġġjati mill-BEI; jixtieq jenfasizza, madanakollu, li jkun xieraq li l-politika ta' investiment tal-BEI tiffoka aktar fuq proġetti sostenibbli; ifakkar madanakollu, il-ħtieġa li jitressaq pjan komprensiv għal eliminazzjoni gradwali tas-self għall-ġenerazzjoni tal-enerġija mhux rinnovabbli.

36.  Jilqa’ l-introduzzjoni mill-BEI ta’ Standard ġdid ta' Rendiment għall-Emissjonijiet, li għandu jiġi applikat għall-proġetti kollha tal-ġenerazzjoni tal-karburanti fossili sabiex jiġu eliminati l-investimenti b'emissjonijiet ta' ammont ta' karbonju li jaqbeż il-livell ta' limitu minimu; jistieden lill-Bord tal-BEI jżomm l-Istandard ta' Rendiment għall-Emissjonijiet taħt rieżami u fil-ġejjieni jqis impenji iżjed restrittivi;

37.  Iħeġġeġ lill-Bank, fid-dawl tal-pakkett dwar il-klima 2030, inklużi l-prijoritajiet tiegħu tad-dekarbonizzazzjoni, iżid l-isforzi tiegħu tal-investiment b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u jaħdem fuq il-politiki li jwasslu għal miri aktar ambizzjużi fir-rigward tal-klima; jitlob lill-BEI jagħmel valutazzjoni tal-klima u rieżami tal-attivitajiet kollha tiegħu fl-2014, li jwasslu għal politika mġedda dwar il-protezzjoni tal-klima, pereżempju permezz tal-valutazzjoni tal-proġetti u approċċ integrat biex jikkombina b'mod intelliġenti l-politiki speċifiċi għas-settur fir-rigward tas-setturi ewlenin; jistieden lill-BEI jehmeż dan ir-rieżami mar-rapport annwali tiegħu li jmiss;

38.  Ifakkar fir-rwol importanti li żvolġa l-BEI fil-finanzjament tal-investiment tas-settur pubbliku u privat fl-infrastruttura tal-enerġija u fl-appoġġ għal proġetti li jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet tal-politika dwar il-klima u l-enerġija tal-UE; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-2007 li titlob għall-waqfien tal-finanzjament pubbliku għal proġetti tal-ġenerazzjoni tal-karburanti fossili u bidla favur l-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġiji rinnovabbli; jemmen li l-BEI, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandu, f’konformità mal-objettivi tal-Unjoni u dawk internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima u l-aħjar standards internazzjonali, jaġġorna l-istrateġija tiegħu tat-tibdil fil-klima fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu qabel it-tmiem tal-2015;

39.  Jitlob li r-riżorsi u l-kompetenza esperta tal-BEI jingħataw spinta biex jiġi previst adattament għat-tibdil fil-klima;

40.   Jitlob lill-BEI jinforza l-aħjar standards internazzjonali dwar l-idroenerġija, jiġifieri l-prinċipji gwida tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi u l-Protokoll għall-Valutazzjoni tas-Sostenibbiltà tal-Idroenerġija, li jfisser li jinvesti biss f'pajjiżi li jkunu implimentaw qafas legali li jistabbilixxi mekkaniżmi ta’ ppjanar tal-enerġija (inklużi żoni pprojbiti) u jeħtieġ li l-impatti negattivi fuq l-ekosistemi u l-komunitajiet lokali jiġu valutati, evitati, mitigati u sorveljati b’mod xieraq, u li l-proġetti ma jistgħux jiġu lokalizzati f'żoni protetti jew xmajjar li għandhom status ekoloġiku tajjeb jew qrib tagħhom;

41.  Jistieden lill-BEI biex, fil-proġetti tiegħu, jinkludi b’attenzjoni l-viżjoni u l-objettivi tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 “L-assigurazzjoni ta’ ħajjitna, il-kapital naturali tagħna”;

Tisħiħ fil-firxa ta’ appoġġ għall-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja

42.  Ifakkar li l-SMEs huma meqjusa bħala s-sinsla tal-ekonomija tal-UE u l-mutur ewlieni wara t-tkabbir u l-impjiegi Ewropej, u jirrappreżentaw iżjed minn 80 % tal-impjiegi fis-settur privat;

43.  Jilqa’ l-attenzjoni partikolari (fil-kuntest taż-żieda fl-attività tas-self fl-UE) biex tingħata għajnuna sabiex jittejjeb l-aċċess għall-finanzjament għal SMEs, u jilqa’, sussegwentement, il-mira tal-Grupp tal-BEI għall-2013 biex jiġi approvat iżjed minn EUR 19-il biljun f’self għall-SMEs fl-UE;

44.  Jistieden ukoll lill-Kunsill, f'dan il-kuntest, jaqbel mill-aktar fis dwar l-inizjattivi konġunti bejn il-Kummissjoni u l-BEI u biex jintegra r-riżorsi tal-baġit tal-UE maħsuba għall-SMEs, kif ukoll biex jieħu azzjoni aktar determinata fl-implimentazzjoni tal-koperazzjoni mal-BĊE b'mod li jitnaqqsu r-restrizzjonijiet ta' finanzjament imposti fuq l-SMEs; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-problema ewlenija f'bosta Stati Membri hija li l-frammentazzjoni tas-swieq finanzjarji tirriżulta f'nuqqas ta' finanzjament u fi spejjeż ta' finanzjament ogħla, speċjalment għall-SMEs; jitlob li l-isforzi tal-BEI jiġu diretti mill-ġdid lejn id-deframmentazzjoni għall-promozzjoni tal-finanzjament għall-SMEs, l-intraprenditorija, l-esportazzjonijiet u l-innovazzjoni, li lkoll huma vitali għall-irkupru ekonomiku;

45.  Jilqa’ t-titjib fis-self mill-banek għall-SMEs permezz tar-rivitalizzazzjoni tas-suq tat-titolizzazzjoni għall-SMEs permezz tal-inizjattiva l-ġdida ABS tal-Grupp tal-BEI; jistieden lill-BEI jipprevedi analiżi tas-suq bil-ħsieb li din l-offerta tal-BEI tiġi kkalibrata aħjar għall-bżonnijiet tal-partijiet interessati; jilqa’ t-titjib tal-kapaċità ta’ kreditu tal-FEI permezz ta' żieda tal-kapital u l-mandat, u jistieden lill-BEI u lill-Kummissjoni jiffinalizzaw il-proċess sal-bidu tas-sena d-dieħla;

46.  Jappoġġja l-inizjattivi tal-Grupp tal-BEI dwar il-finanzjament innovattiv għall-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja permezz tat-tnedija tal-istrumenti finanzjarji Orizzont 2020 u COSME u l-Istrumenti għall-Kondiviżjoni tar-Riskji sabiex il-banek jiġu mħeġġa jipprovdu riżorsi finanzjarji permezz ta’ self u garanziji, u sabiex jiġi żgurat il-forniment tal-kapital għar-riskji fuq żmien twil;

47.  Jappoġġja l-Inizjattiva konġunta tal-SMEs bejn il-Kummissjoni u l-BEI taħt il-QFP il-ġdid, li tgħaqqad il-fondi tal-UE disponibbli taħt il-programmi COSME u Orizzont 2020, ma’ mhux aktar minn EUR 8.5 biljun ta’ riżorsi ddedikati għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej , bil-ħsieb li jiġi ġġenerat self addizzjonali għall-SMEs;

48.  Jistieden lill-Istati Membri jipparteċipaw b’mod attiv, billi jikkontribwixxu għall-Istrumenti Konġunti mill-allokazzjonijiet tagħhom tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, sabiex jappoġġjaw iż-żieda fis-self għall-SMEs fit-territorju tagħhom, u b’hekk jiżdiedu l-effetti globali ta' lieva;

49.  Iħeġġeġ lill-BEI jespandi l-Inizjattiva ta' Finanzjament għall-Kummerċ; iqis li dan il-mekkaniżmu ta’ garanzija għall-SMEs huwa ta’ importanza kruċjali u għandu jitwessa’ fuq l-iskala tal-UE, kull fejn jitqies li huwa l-iżjed meħtieġ; jistieden lill-BEI jiżviluppa l-programm proprju tiegħu għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ; jistieden lill-BEI biex bħala l-ewwel pass, jistabbilixxi miżuri li jiżguraw l-għoti tal-garanziji meħtieġa biex il-kumpaniji jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom għall-esportazzjoni;

50.  Jappoġġja l-attenzjoni tal-BEI fuq id-dimensjoni reġjonali u lokali u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ minn strumenti ta’ inġinerija finanzjarja b'ġestjoni kondiviża bħall-programm JEREMIE u l-iskemi reġjonali minn fond għal fond li jipprovdu finanzjament tal-ekwità u d-dejn lill-SMEs lokali;

51.  Jilqa’ l-evalwazzjoni ex post tas-self intermedjat tal-BEI lill-SMEs fl-UE għall-perjodu 2005-2011; jirrikonoxxi li f’dan il-qasam, matul il-perjodu 2005-2012, il-BEI iffirma EUR 64 biljun f’self lil madwar 370 istituzzjoni finanzjarja fl-UE 27; jinnota li sal-aħħar tal-2012, EUR 53 biljun minn dawn il-flus kienu tħallsu lil dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji li, minn naħa tagħhom, kienu sellfu kważi EUR 48 biljun lill-SMEs permezz ta’ madwar 300 000 operazzjoni ta' self sekondarju;

52.  Jinnota li l-evalwazzjoni turi li s-self intermedjat bejn il-BEI u l-SMEs (permezz tal-prodott L4SME) huwa konsistenti mal-objettivi tal-UE; jitlob, madankollu, għal valutazzjoni aħjar tal-komplementarjetà bejn il-prodott tal-BEI u t-taħlitiet tal-politika nazzjonali, sabiex tkompli titjieb ir-rilevanza tal-operazzjonijiet; jitlob lill-BEI jressaq proposti għal titjib fl-effett tal-prodott L4SME sabiex ikun jista’ jiġi mobilizzat biex jimla lakuni speċifiċi, minflok il-finanzjament ta’ spettru wiesa’ ta’ SMEs, u b’hekk jottimizza l-kontribuzzjoni tal-BEI għat-tkabbir u l-impjiegi;

53.  Jinnota bi tħassib li matul il-perjodu li qed jiġi analizzat, is-self tal-BEI kellu ‘xi’ impatt fuq it-tkabbir u l-impjiegi, iżda b’varjazzjonijiet kbar bejn il-pajjiżi (1/3 biss tal-SMEs attribwew it-tkabbir tal-fatturat għall-finanzjament tal-BEI); jinsab imħasseb dwar il-fatt li teżisti biss evidenza limitata li s-self tal-BEI għen fiż-żamma tal-impjiegi; jinnota li l-impatt relattiv fuq it-tkabbir u l-impjiegi nstab li huwa ogħla fl-Istati Membri l-ġodda; jirrikonoxxi madankollu li l-perjodu li qed jiġi analizzat jinkludi l-kriżi finanzjarja u ekonomika u li l-livell relattivament modest ta' impjiegi ġodda maħluqa nkiseb minkejja sfond ta’ livelli ta’ impjieg li dejjem jonqsu;

54.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-finanzjament tal-BEI, għall-maġġoranza tal-operazzjonijiet, jidher li ntuża f’appoġġ għall-‘aqwa’ SMEs, u mhux għall-‘finanzjament tal-lakuni’; madankollu jinnota li aktar minn 80 % tal-SMEs milħuqa kienu kumpaniji b’anqas minn 50 impjegat, fatt li juri li l-BEI jgħin lill-parti iżgħar tal-univers tal-SMEs;

55.  Jitlob li l-BEI jagħmel użu sħiħ mill-kriterji ta' eliġibbiltà sabiex jinfluwenza l-benefiċjarji finanzjarji fil-mira b’mod iżjed effettiv;

56.  Jistieden lill-BEI jidentifika u jagħżel proġetti b’valur miżjud u riskju ogħla, prinċipalment billi jidentifika l-intrapriżi li għadhom jibdew, il-mikrointrapriżi, il-kooperattivi, ir-raggruppamenti ta’ intrapriżi, l-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja li jwettqu proġetti ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni f’oqsma teknoloġiċi ta’ prijorità;

57.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied il-livell ta’ sensibilizzazzjoni u fehim fost l-investituri potenzjali u l-benefiċjarji dwar l-eżistenza ta’ għodod finanzjarji innovattivi; iħeġġeġ l-istabbiliment ta’ politika ta’ komunikazzjoni li tippromwovi l-viżibbiltà ta’ diversi azzjonijiet imwettqa mill-UE, permezz ta’ dawn l-istrumenti finanzjarji ġodda, permezz tal-BEI; jenfasizza barra minn hekk li aċċess estensiv u sistematiku għall-informazzjoni tal-proġetti, kif ukoll involviment akbar min-naħa tal-benefiċjarji tal-proġetti u s-soċjetà ċivili lokali – li jistgħu jittejbu permezz ta' investimenti ffinanzjati mill-BEI – għandhom jiġu żgurati;

58.  Jistieden lill-BEI jistabbilixxi pjan ta’ azzjoni biex jissemplifika l-aċċess għall-informazzjoni u l-finanzjament għall-SMEs, b’attenzjoni partikolari lill-formalitajiet amministrattivi relatati mal-aċċess għall-finanzjament;

59.  Ifakkar li s-self intermedju jirrappreżenta iżjed minn 20 % tas-self annwali totali tal-BEI;

60.  Itenni bi tħassib li għadd konsiderevoli ta’ kwistjonijiet pendenti jibqgħu bla soluzzjoni f’dan il-qasam, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ trasparenza (speċjalment fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-benefiċjarji finali), id-diffikultà fil-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku u soċjali tas-self (li jirriżulta f’approċċ immirat b’mod żbaljat) u d-dipendenza, permezz tal-esternalizzazzjoni tar-responsabbiltajiet, fuq intermedjarji finanzjarji għat-twettiq tad-diliġenza dovuta; iħeġġeġ lill-Bank jipprovdi dettalji dwar l-approċċ tiegħu biex jitħaffu l-miżuri li jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet u jitlob għal lista strinġenti ta’ kriterji għall-għażla ta’ dawn l-intermedjarji finanzjarji li għandha tkun stabbilita b’mod konġunt mill-BEI u l-Kummissjoni u li tkun disponibbli għall-pubbliku;

61.  Iħeġġeġ lill-BEI jagħmel evalwazzjoni aġġornata u komprensiva dwar kif il-kriżi finanzjarja affettwat il-benefiċjarji finali tal-finanzjament tal-BEI, u jipprovdi valutazzjoni bir-reqqa tal-effetti u l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq l-istatus attwali tal-intermedjarji finanzjarji użati mill-Bank, kemm fl-UE kif ukoll barra minnha;

62.  Jitlob li l-BEI jiżgura li jintlaħaq l-għan tiegħu li jiġġenera l-impjiegi għal madwar nofs miljun persuna fl-2013 biss, permezz tas-self għall-proġetti tal-infrastruttura, tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u dawk fl-ekonomija tal-għarfien;

63.  Jinnota li, minħabba l-ambjent ekonomiku diffiċli u s-swieq tal-kreditu aktar stretti, ir-restrizzjonijiet tal-finanzjament fuq il-kumpaniji u s-settur pubbliku jkomplu jżommu lura l-impjiegi fost iż-żgħażagħ u jillimitaw l-ambitu tat-titjib fit-taħriġ vokazzjonali;

64.  Jemmen li l-programm tal-BEI għall-Impjieg taż-Żgħażagħ (b’volum ta’ self ta’ EUR 6 biljun), li jikkonsisti fil-komponenti l-Impjiegi għaż-Żgħażagħ u Ninvestu fil-Ħiliet, huwa ta’ importanza kbira biex jindirizza dawn il-kwistjonijiet; jilqa’ r-rapport interim dwar l-implimentazzjoni li juri kisbiet importanti f’dan is-settur, bħas-self ta' EUR 4,9 biljun li ngħata permezz tas-sottoprogramm Ninvestu fil-Ħiliet, ikkomplementati bi EUR 2,7 biljun ipprovduti taħt il-pilastru Impjiegi għaż-Żgħażagħ; jirrikonoxxi l-ksib bikri tal-objettivi tiegħu;

65.  Jappoġġja l-objettiv tal-Bank li jkompli jkabbar kemm jista' s-self immirat lejn l-SMEs sabiex jistabbilixxi rabta ċara bejn is-self tal-BEI u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda għaż-żgħażagħ;

66.  Jistieden lill-Bank iwessa’ l-kamp ta’ azzjoni tiegħu u jagħmel użu minn strumenti addizzjonali sabiex jipprovdi inċentivi vijabbli għall-ġenerazzjoni tal-impjiegi għaż-żgħażagħ, speċjalment fl-Istati Membri magħrufa għar-rati għolja ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ;

Il-kontribuzzjoni tal-BEI għall-politiki esterni tal-UE

67.  Jitlob lill-BEI, f’konformità mar-rieżami tal-mandat tal-BEI għall-operazzjonijiet barra mill-Unjoni Ewropea, jappoġġja l-objettivi tal-politika barranija tal-Unjoni Ewropea kif konċeputi mill-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna;

68.  Jilqa’ l-Garanzija tal-UE għal self estern, mogħtija lill-BEI mill-baġit tal-UE, ta' daqs simili għal dik attwali, iffissata għal limitu massimu ta’ EUR 30 biljun (maqsum f’Mandat Ġenerali ta’ EUR 27 biljun u EUR 3 biljun fakultattivi soġġetti għar-Rieżami ta’ Nofs it-Terminu) għall-perjodu finanzjarju li jmiss bl-użu ta’ rimborżi li ġejjin minn operazzjonijiet mhux użati tal-FEMIP (Faċilità Ewro-Mediterranja ta’ Investiment u Sħubija) datati qabel l-2007;

69.  Jitlob lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) twettaq rapport speċjali dwar ir-rendiment u l-allinjament mal-politiki tal-UE tal-attivitajiet ta’ self estern tal-BEI qabel ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-mandat estern tal-BEI kif ukoll tqabbel il-valur miżjud fir-rigward tar-riżorsi proprji użati mill-BEI; jitlob barra minn hekk lill-QEA biex tagħmel distinzjoni fl-analiżi tagħha bejn il-garanziji mogħtija mill-baġit tal-UE, il-faċilità ta’ investiment garantita mill-FEŻ, id-diversi forom ta’ taħlit użati fil-fond fiduċjarju infrastrutturali bejn l-UE u l-Afrika, il-fond tal-investiment tal-Karibew u l-faċilità ta’ investiment għall-Paċifiku u l-użu ta’ rimborżi għal dawn l-investimenti;

70.  Jilqa’ d-dispożizzjonijiet dwar iż-żieda fil-flessibbiltà previsti taħt il-mandat il-ġdid ta’ self estern tal-BEI; jistieden lill-BEI jżid kemm jista' jkun l-appoġġ tiegħu għall-politiki u l-objettivi tal-UE;

71.  Jitlob lill-BEI jagħmel użu flessibbli addizzjonali mill-Fond ta’ Garanzija, u jiffoka iżjed fuq is-self b’riskju għalih stess, billi jestendi l-firxa tiegħu fuq proġetti li jagħmlu l-qligħ; jinsisti li l-BEI jiżgura livell għoli ta’ viżibbiltà għall-benefiċjarji finali tal-proġetti tal-appoġġ finanzjarju Ewropew li jipprovdi;

72.  Jinnota li l-pajjiżi ta’ qabel l-adeżjoni u l-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar huma fil-quċċata tal-oqsma ta’ prijorità tal-BEI; jenfasizza, b’mod partikolari, il-ħtieġa li jinżamm l-appoġġ għat-tranżizzjonijiet demokratiċi u ekonomiċi wara r-Rebbiegħa Għarbija, b’attenzjoni speċifika fuq l-appoġġ għall-komponenti tas-soċjetà ċivili, il-ħolqien tal-impjiegi u l-irkupru ekonomiku fil-pajjiżi tan-Nofsinhar u l-pajjiżi sħab tal-Lvant; jinnota b’sodisfazzjon l-attenzjoni fuq l-SMEs u l-aċċess għall-finanzjament;

73.  Jappoġġja, fil-kuntest tal-politiki esterni tal-UE, l-iżvilupp progressiv ta’ prodotti finanzjarji ġodda mal-Kummissjoni u l-Istati Membri, bħal prodotti li jħalltu l-għotjiet, is-self u l-istrumenti għall-kondiviżjoni tar-riskji tal-UE sabiex jintlaħqu kategoriji ġodda ta’ ditti; jitlob li jiġu ddefiniti l-aħjar prattiki u kriterji ta’ eliġibbiltà definiti sew għall-użu ta’ dawk l-istrumenti, akkumpanjati minn kundizzjonijiet strutturati ta’ rapportar, monitoraġġ u kontroll; jitlob għall-finalizzazzjoni tal-politika tal-allokazzjoni;

74.  Jistenna, għaldaqstant, ir-rapport ta' governanza dwar l-implimentazzjoni tal-pjattforma għall-kooperazzjoni bi strumenti finanzjarji internazzjonali dwar it-taħlit li jinkludi informazzjoni dettaljata u konsistenti f'dan ir-rigward u jiżgura rwol adegwat għall-BEI; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi rapport sħiħ komplut dwar l-impatt u r-riżultati tal-implimentazzjoni tal-faċilitajiet finanzjarji fil-kuntest tal-pjattaforma għall-kooperazzjoni dwar it-taħlit;

75.  Jilqa’ l-appoġġ tal-BEI għal proġetti, f’diversi setturi tal-enerġija, li jimmiraw għat-tkabbir u l-impjiegi; ifakkar fil-ħtieġa li tinżamm konsistenza mal-iżviluppi l-ġodda fil-politiki tal-UE dwar l-enerġija u l-klima; jinkoraġixxi lill-BEI, fil-kuntest tal-politika mġedda tiegħu dwar l-enerġija, ikompli jappoġġja, kemm fl-UE kif ukoll barra minnha, proġetti ddedikati għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġiji rinnovabbli sostenibbli, u b’hekk titwitta t-triq lejn ekonomija b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju;

Il-kooperazzjoni tal-BEI ma’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra

76.  Ifakkar li l-kooperazzjoni strutturata bejn il-korpi tal-UE (il-Kummissjoni u l-BEI) u istituzzjonijiet finanzjarji oħra hija l-uniku mod effiċjenti kif jiġu evitati l-attivitajiet b'elementi duplikati;

77.  Jilqa’ l-Memorandum ta’ Qbil aġġornat maqbul bejn il-BEI u l-BERŻ li jirrifletti r-rieda minn naħa tal-UE li tintensifika l-livell ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn dawn iż-żewġ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali ewlenin; iħeġġeġ lill-BEI jinnegozja u jikkonkludi wkoll Memoranda ta' Qbil (MtQ) ma' banek għall-iżvilupp reġjonali attivi fir-reġjuni ta' operazzjoni tiegħu biex irawwmu sinerġiji, jikkondividu r-riskji u l-ispejjeż, u jiżguraw self suffiċjenti lill-ekonomija reali;

78.  Jistieden liż-żewġ istituzzjonijiet jinvolvu ruħhom fl-aħjar koordinament operattiv possibbli f’termini ta’ komplementarjetà u diviżjoni tax-xogħol, sabiex jirriċerkaw b’mod sistematiku l-aħjar opportunitajiet u sinerġiji, u biex jinstabu l-aħjar effetti ta' lieva fl-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-objettivi tal-politika tal-UE filwaqt li jiġu rrispettati l-vantaġġi u l-ispeċifiċitajiet komparattivi rispettivi tagħhom;

79.  Iħeġġeġ lill-BEI u lill-BERŻ isaħħu, fl-istadju l-aktar bikri possibbli (il-fażijiet ta’ azzjoni ta’ evalwazzjoni ex ante jew ta' identifikazzjoni), il-kompetenzi tagħhom, l-approċċi strateġiċi u tal-ipprogrammar tagħhom fid-diversi oqsma ta’ intervent u partikolarment, il-kooperazzjoni tagħhom fl-istrumenti tal-ġestjoni tar-riskju (riskji finanzjarji, operattivi jew tal-pajjiż), sabiex itejbu s-superviżjoni tar-riskju;

80.  Jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt ġdid maqbul f’Novembru 2012 bejn il-BEI, il-BERŻ u l-Grupp tal-Bank Dinji, immirat lejn l-appoġġ għall-irkupru ekonomiku u t-tkabbir fl-Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk, u jinnota li l-pjan ta’ azzjoni jistabbilixxi iżjed minn EUR 30 biljun f’impenji konġunti għall-perjodu 2013-2014; jistieden lill-BEI jimpenja minimu ta’ EUR 20 biljun, kif maqbul;

81.  Itenni l-proposta tiegħu li l-Unjoni Ewropea ssir membru tal-BEI;

Il-qafas ta’ governanza, konformità u kontroll tal-BEI

82.  Jistieden lill-BEI u lis-sħab assoċjati u partijiet interessati oħra jkomplu jtejbu l-mekkaniżmi tagħhom ta’ governanza permezz, inter alia, tal-iżvilupp ta’ sistemi eżawrjenti u sodi ta’ monitoraġġ, rapportar u kontroll;

83.  Jilqa’ r-rinfurzar tal-BEI tal-impenn tiegħu għat-trasparenza billi jingħaqad fl-Inizjattiva Internazzjonali dwar it-Trasparenza fl-Għajnuna;

84.  Jitlob li l-Bank jiżgura indipendenza sħiħa u funzjonalità vijabbli tal-mekkaniżmu tiegħu għall-ilmenti;

85.   Jistieden lill-BEI jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus billi jistabbilixxi Reġistru pubbliku ta’ dokumenti, sabiex ikun garantit id-dritt għall-aċċess ta’ dokumenti kif stipulat fit-Trattati tal-UE; jitlob lill-Bank iżomm l-impenn tiegħu u jagħmel ir-Reġistru pubbliku mill-2014;

86.  Jitlob li r-rapport annwali li jmiss jiġi kkomplementat minn sett ta’ indikaturi tal-prestazzjoni trasversali dwar l-impatt tal-operazzjonijiet tal-finanzjament għad-dominji ewlenin tal-interventi tal-BEI, l-effett multiplikatur mistenni meta xieraq u t-trasferiment ta’ vantaġġi finanzjarji fil-programmi ffinanzjati;

87.  Itenni u jenfasizza r-responsabbiltà tal-Bank għat-titjib fil-livell ta’ trasparenza fl-għażla tal-intermedjarji finanzjarji u tas-sħab fil-proġetti kofinanzjati u fir-rigward tal-benefiċjarji finali;

88.  Jenfasizza li l-BEI għandu jnaqqas il-burokrazija sabiex ikun jista' jalloka fondi b'mod aktar effettiv u malajr;

89.  Jistieden lill-BEI jkompli jżid it-trasparenza fis-self tiegħu permezz ta' intermedjarji finanzjarji billi kull sena jirrapporta dwar is-self tiegħu lill-SMEs, jipprovdi data aggregata dwar il-livell ta' żborżamenti għall-SMEs, in-numru ta' SMEs fil-mira, l-ammont ta' self medju u s-setturi appoġġjati, inkluża evalwazzjoni tal-aċċessibilità tas-self għall-SMEs u l-effikaċja tagħhom.

90.  Jistieden lill-BEI joqgħod lura milli jikkoopera ma' intermedjarji finanzjarji b’rekord negattiv f’termini tat-trasparenza, frodi, korruzzjoni u impatti ambjentali u soċjali; iħeġġeġ lill-BEI jifforma sħubijiet ma' intermedjarji finanzjarji trasparenti u responsabbli li għandhom rabtiet stabbiliti fl-ekonomija lokali f'kull pajjiż ta' operazzjoni; jistieden lill-BEI, f'dan il-kuntest, jiżgura trasparenza akbar, speċjalment fl-attività tas-self intermedjat, kif ukoll biex jeżerċita diliġenza dovuta msaħħa fil-prevenzjoni tal-użu tar-rifuġji fiskali, il-prezzijiet ta' trasferimenti, il-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa, u l-evitar jew l-ippjanar tat-taxxa aggressivi; jitlob għall-istabbiliment ta' lista stretta u pubblikament disponibbli ta' kriterji għall-għażla ta' intermedjarji finanzjarji; jistieden lill-BEI jsaħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu ma' istituzzjonijiet nazzjonali tal-kreditu pubbliku sabiex ikabbar kemm jista' jkun l-impatt pożittiv tal-programmi ta' finanzjament tiegħu għall-SMEs;

91.  Jistieden lill-BEI immedjatament jissieħeb fi proċess inklużiv ta’ reviżjoni tal-politika tiegħu dwar Ġurisdizzjonijiet li Ma Jikkooperawx, b’kunsiderazzjoni dovuta għall-iżviluppi riċenti f’dan ir-rigward fil-livell tal-UE u dak internazzjonali; jitlob għaldaqstant lill-BEI jiżgura li l-kumpaniji u l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha involuti fil-proġetti tiegħu pubblikament jiżvelaw is-sjieda benefiċjarja ta’ kwalunkwe struttura legali relatata direttament jew indirettament mal-kumpanija, inklużi fiduċjarji, fondazzjonijiet u kontijiet tal-bank;

92.  Jitlob ukoll lista pubblika ta’ esklużjoni għal intermedjarji finanzjarji li tkun żviluppata b’mod konġunt mal-Kummissjoni, ibbażata fuq ir-rekord tagħhom fir-rigward ta’ trasparenza, frodi, konnessjonijiet ma’ ġurisdizzjonijiet offshore u impatti soċjali u ambjentali;

93.  Iqis li huwa fundamentali li l-BEI jżomm il-klassifikazzjoni tal-kreditu tiegħu ta' AAA li bih seta' jissellef EUR 71 biljun minn fuq is-swieq kapitali internazzjonali matul l-2012 b’rati favorevoli; iħeġġeġ lill-BEI, madankollu, biex isaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jipprijoritizza proġetti b’valur miżjud ogħla u b’riskju ogħla;

94.  Ifakkar u jenfasizza, bħal fis-snin ta’ qabel, il-ħtieġa tas-superviżjoni bankarja prudenzjali tal-BEI u jitlob li jsir studju ġuridiku biex jesplora l-mezzi biex tinstab soluzzjoni possibbli għal din il-kwistjoni;

95.  Jipproponi li din is-superviżjoni regolatorja:

   (i) tiġi eżerċitata mill-BĊE abbażi tal-Artikolu 127(6) TFUE, jew
   (ii) tiġi eżerċitata fil-kuntest tal-Unjoni Bankarja futura prevista fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2012 jew
   (iii) fin-nuqqas ta' dan, u abbażi ta’ approċċ volontarju mill-BEI, titwettaq mill-Awtorità Bankarja Ewropea, bil-parteċipazzjoni ta’ wieħed jew diversi superviżuri nazzjonali jew mingħajrha, jew inkella minn awditur indipendenti;
   (iv) jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma pproponiet xejn f’dan ir-rigward, minkejja t-talbiet tal-Parlament, li jmorru lura għall-2007;

96.  Jilqa’ l-iżviluppi interni ġodda fil-BEI relatati mal-konformità ġenerali mal-aħjar prattiki bankarji; jitlob li s-sħabbankarji tal-BEI jkunu konformi wkoll mal-aħjar prattiki bankarji li huma kompatabbli mad-dritt tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji u mal-istabbiltà tas-suq finanzjarju, fil-kuntest tal-operazzjonijiet tiegħu kemm fi ħdan kif ukoll barra l-UE; jitlob li l-BEI, fil-pjan ta’ ħidma annwali tiegħu, jinkludi eżerċizzju ta' awditjar ta’ qasam wieħed ta’ attività sabiex jagħti assigurazzjoni li l-aħjar prattiki bankarji huma parti mill-proċeduri interni miktuba tal-Bank;

97.  Jistieden lill-BEI jżid aktar it-trasparenza u l-aċċessibbiltà tal-attivitajiet, l-evalwazzjonijiet u l-eżiti tiegħu permezz ta' aċċess aħjar għall-informazzjoni, kemm internament għall-persunal tal-BEI, billi jinkorpora l-parteċipazzjoni fil-laqgħat interni rilevanti tal-BEI, kif ukoll esternament, pereżempju fuq il-websajt tiegħu;

98.  Jilqa’ l-fatt li l-BEI ħa miżuri fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, u saħħaħ r-riżorsi tal-funzjoni tal-konformità tiegħu permezz tal-ħatra ta’ Uffiċjal Kap għall-Konformità tal-Grupp; jitlob li l-Parlament jiġi aġġornat b’mod regolari dwar ir-riżultati ppreżentati fir-rapport tal-Uffiċjal Kap għall-Konformità tal-Grupp;

99.  Jistieden lill-BEI jsegwi r-rapportar għal kull pajjiż individwali sabiex ikun miġġieled il-finanzjament ta’ attivitajiet illegali; iqis li, sabiex ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-BEI, il-benefiċjarji kollha, kemm jekk huma korporazzjonijiet jew intermedjarji finanzjarji, li huma inkorporati f’ġurisdizzjonijiet differenti għandhom ikunu obbligati li jiżvelaw informazzjoni fil-livell tal-pajjiż dwar il-bejgħ, l-assi, l-impjegati, il-profitti u l-pagamenti tat-taxxa tagħhom f’kull pajjiż li joperaw fih fir-rapporti annwali awditjati tagħhom; iqis ukoll li l-benefiċjarji jridu jagħmlu l-kuntratti mal-gvernijiet ospitanti disponibbli għall-pubbliku u b’mod partikolari jiżvelaw ir-reġim fiskali f’kull pajjiż li joperaw fih;

100.  Jitlob li l-ambjent tal-kontrolli jiġi adattat biex jakkomoda żidiet futuri fil-volum tat-talbiet għall-finanzjament iġġenerati bħala riżultat taż-żieda fil-kapital tal-BEI u fi sħubiji finanzjarji oħra, prinċipalment għall-funzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju;

Is-segwitu tal-BEI tar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

101.  Jistieden lill-BEI jirrapporta dwar is-sitwazzjoni attwali u l-istatus tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti maħruġa mill-Parlament f'kull rapport annwali, speċjalment fir-rigward tal-impatt tal-attivitajiet ta' self tiegħu fid-diversi reġjuni tal-operazzjonijiet għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi fihom u fl-UE, u għall-integrazzjoni ekonomika bejn l-UE u l-pajjiżi kandidati u dawk tal-viċinat;

o
o   o

102.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Testi adottati, P7_TA(2012)0404.
(2) ĠU C 258 E, 7.9.2013, p. 131.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0057.
(4) ĠU L 280, 27.10.2011, p.1.


Ir-Rieżami tas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji
PDF 459kWORD 145k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar ir-rieżami tas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF) (2013/2166(INL))
P7_TA(2014)0202A7-0133/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea)(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol)(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku(5),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)(6),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir-rigward tal-interazzjoni tiegħu mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../... li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu(7),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2013 bil-għan tal-adozzjoni ta' regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tal-politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu(8),

–  wara li kkunsidra r-rapport tat-3 ta' Ġunju 2010 tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea(9) u l-pożizzjonijiet tiegħu tat-22 ta' Settembru 2010 dwar dik il-proposta(10),

–  wara li kkunsidra r-rapport tat-3 ta' Ġunju 2010 tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol(11) u l-pożizzjonijiet tiegħu tat-22 ta' Settembru 2010 dwar dik il-proposta(12),

–  wara li kkunsidra r-rapport tat-3 ta' Ġunju 2010 tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq(13) u l-pożizzjonijiet tiegħu tat-22 ta' Settembru 2010 dwar dik il-proposta(14),

–  wara li kkunsidra r-rapport tat-18 ta' Mejju 2010 tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq(15) u l-pożizzjoni tagħha tat-22 ta' Settembru 2010 dwar dik il-proposta(16),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-25 ta' Mejju 2010 tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar superviżjoni makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku(17) u l-pożizzjoni tiegħu tat-22 ta' Settembru 2010 dwar dik il-proposta(18),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-25 ta' Mejju 2010 tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'kompiti speċifiċi għall-Bank Ċentrali Ewropew rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku(19) u l-pożizzjoni tiegħu tat-22 ta' Settembru 2010 dwar dik il-proposta(20),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-1 ta' Marzu 2013 tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2011,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-1 ta' Marzu 2013 tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2011,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-1 ta' Marzu 2013 tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2011,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-5 ta' Settembru 2013 tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tagħha dwar il-Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 - it-taqsimiet kollha,

–  wara li kkunsidra l-"Core Principles for Effective Banking Supervision" approvata fit-13 sal-14 ta' Settembru 2012 mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja(21),

–  wara li kkunsidra l-Karatteristiċi Ewlenin tar-Reġimi ta’ Riżoluzzjoni Effettivi għal Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja ppubblikati f’Ottubru 2011,

–  wara li kkunsidra l-"Good practice principles on supervisory colleges" maħruġa mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja(22),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-22 ta' Jannar 2014 fil-Kawża C-270/12 Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 42 u 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0133/2014),

A.  billi l-kriżi finanzjarja wriet li ġestjoni mhux adegwata tar-riskji u superviżjoni ineffiċjenti, mhux uniformi u frammentata tas-swieq finanzjarji kkontribwew għal instabilità finanzjarja u għal nuqqas ta’ protezzjoni tal-konsumaturi fis-servizzi finanzjarji;

B.  billi l-Parlament Ewropew kien favur ħafna l-ħolqien tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, ippreveda aktar setgħat fil-koordinazzjoni u s-superviżjoni diretta għall-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, u jemmen li huma atturi ewlenin fil-ħolqien ta' swieq finanzjarji aktar stabbli u sikuri u li l-Unjoni teħtieġ superviżjoni aktar b'saħħitha u kkoordinata aħjar fil-livell tal-Unjoni;

C.  billi t-twaqqif tas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF) tejbet il-kwalità u l-konsistenza tas-superviżjoni finanzjarja fis-suq intern; billi dan huwa proċess evoluzzjonarju li fih l-Istati Membri tal-Bord Superviżorju għandhom jiffokaw fuq il-valuri u l-interessi tal-Unjoni;

D.  billi sa mit-twaqqif tal-SESF, is-superiżjoni makroprudenzjali fl-Unjoni żviluppat b'pass aktar mgħaġġel mis-sorveljanza makroprudenzjali;

E.  billi s-setgħat għas-superviżjoni mikroekonomika u makroekonomika huma kkonċentrati f'idejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li għandu jieħu miżuri adegwti biex jevita kunflitti ta' interess minħabba l-funzjonijiet tal-BĊE fil-politika monetarja;

F.  billi l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandhom jipprevjenu l-frammentazzjoni tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni;

G.  billi l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ingħataw l-inkarigu, fost l-oħrajn, ta' konverġenza u biex jgħinu jżidu l-kwalità tas-superviżjoni ta' kuljum, u hemm il-ħtieġa tal-iżvilupp ta' indikaturi tal-prestazzjoni li jiffokaw fuq l-eżitu regolatorju li jintlaħaq fis-superviżjoni ta' kuljum;

H.  billi l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej issodisfaw il-mandat tagħhom li jikkontribwixxu għall-proċeduri leġiżlattivi u li jipproponu standards tekniċi;

I.  billi, għalkemm ir-regolamenti li jistabbilixxu l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej huma kważi identiċi, l-ambitu tagħhom evolva b’mod differenti ħafna;

J.  billi rigward l-istandards tekniċi regolatorji (RTS) u l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni (ITS), il-Kummissjoni għandha r-responsabilità li tadotta, b’emenda jew mingħajr emenda, l-abbozzi proposti mill-ASE, iżda għandha tipprovdi raġunijiet dettaljati li jispjegaw għaliex ma jkunux ġew osservati dawk l-abbozzi;

K.  billi ntwera li s-superviżjoni diretta tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mill-Awtorità Ewropea tat-Titolu u s-Swieq (ESMA) tista' ttejjeb il-kwalità tas-superviżjoni f’dan il-qasam;

L.  billi l-RTSs huma adottati bħala atti delegati u jiggarantixxu l-involviment tal-ASE fl-oqsma fejn għandhom aktar għarfien espert tekniku għall-abbozzar ta' livelli aktar baxxi ta' leġiżlazzjoni;

M.  billi l-paragrafu 2 tal-Fehim Komuni bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-atti delegati jiddikjara li t-tliet istituzzjonijiet għandhom jikkooperaw matul il-proċedura li twassal għall-adozzjoni ta’ atti delegati bil-għan li l-eżerċizzju tas-setgħa delegata jsir bla xkiel u li l-Parlament u l-Kunsill ikollhom kontroll effikaċi fuq din is-setgħa;

N.  billi t-twaqqif ta’ Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) kien pass importanti fit-triq lejn is-superviżjoni koerenti tal-banek fiż-żona tal-euro u fi Stati Membri parteċipanti oħra;

O.  billi l-ħolqien ta’ MSU għandu implikazzjonijiet serji ħafna għat-twaqqif istituzzjonali ta’ superviżjoni mikroprudenzjali u makroprudenzjali fl-Unjoni meta jiġu kkunsidrati s-setgħat attribwiti lill-BĊE f’dawn l-oqsma;

P.  billi l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) ipprovda rakkomandazzjonijiet makroekonomiċi utli għall-proċess leġiżlattiv li kienu fl-oqsma tal-fondi tas-swieq tal-flus, tar-rekwiżiti tal-kapital, tad-direttiva dwar il-kreditu ipotekarju jew ta’ miżuri simmetriċi ta’ garanzija fil-tul fil-proġett Solvenza II(23) li parti minnhom biss ġiet ikkunsidrata mill-Kummissjoni u l-koleġiżlaturi;

Q.  billi l-BERS m’għandux rwol mandatorju fil-leġiżlazzjoni, anke fejn huma kkonċernati kwistjonijiet makroekonomiċi;

R.  billi l-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv kellu rwol importanti u kostruttiv fl-ixprunar tal-aġenda tal-BERS, b’mod partikolari billi ħeġġeġ lill-BERS jiffoka fuq kwistjonijiet kontroversjali u fundamentali;

S.  billi wħud mill-proposti tal-BERS setgħu ġew ikkunsidrati mill-koleġiżlaturi jew mill-Kummissjoni kieku nħarġu fi stadju aktar bikri tal-proċess leġiżlattiv;

T.  billi l-BERS twaqqaf matul il-kriżi finanzjarja biex jipprevjeni li l-kriżi tmur għall-agħar u jippreserva l-istabilità finazjarja;

U.  billi r-riskju sistemiku maħluq minn rati tal-interessi baxxi ħafna li nżammu għal perjodu twil qatt ma ssemma' f'dikjarazzjoni maħruġa mill-BERS;

V.  billi l-politika monetarja jista’ jkollha influwenza sinifikanti fuq il-bżieżaq tal-kreditu u tal-prezzijiet tal-assi u għaldaqstant jista’ jinħoloq kunflitt ta’ interessi bejn il-politika monetarja tal-BĊE u l-attività tal-BERS;

W.  billi kien mistenni li wara l-ewwel proposti tal-Kummissjoni l-BERS ikollu iktar mid-doppju tal-membri tal-persunal minn dawk li effettivament għandu, u ċ-ċaqliq ta’ persunal ikkwalifikat huwa ta’ ħsara għal xogħlu;

X.  billi d-dikjarazzjonijiet tal-BERS dwar ir-Regolament EMIR ma ġewx ikkunsidrati mill-ESMA;

Y.  billi t-twaqqif tal-BERS barra l-BĊE jista', minħabba l-Artikolu 130 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), ma jippermettix lill-BERS jindirizza l-BĊE b'opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet jew twissijiet;

Z.  billi l-istruttura tal-BERS u d-daqs tal-korp għat-teħid ta' deċiżjonijiet tiegħu jxekklu proċess mgħaġġel ta' teħid ta' deċiżjonijiet;

AA.  billi r-Rakkomandazzjoni 2011/3 tal-BERS tiddikjara li l-banek ċentrali għandu jkollhom rwol ewlieni fis-superviżjoni makroprudenzjali u, fid-dawl ta’ dan, huwa meħtieġ li r-rappreżentanti tal-banek ċentrali jkunu membri tal-korpi għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-BERS;

AB.  billi s-sħubija tal-BERS hija bbażata ħafna fuq banek ċentrali li għandhom rwol importanti iżda għandhom ukoll perspettivi simili;

AC.  billi partijiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni settorjali li jikkonferixxu kompetenzi speċifiċi lill-ASE għadhom ma daħlux fis-seħħ, u b’hekk huwa impossibbli li l-ASE jwettqu l-kompiti tagħhom b’mod ugwali;

AD.  billi l-leġiżlazzjoni relatata ma’ swieq finanzjarji, servizzi finanzjarji u prodotti finanzjarji hija frammentata ħafna u l-ammont kbir ta’ testi legali jikkawża lakuni, duplikazzjoni ta’ obbligi ta’ rappurtar, diverġenza istituzzjonali u duplikazzjoni regolatorja u tista' tikkawża konsegwenzi mhux intenzjonati u impatti negattivi fuq l-ekonomija reali;

AE.  billi l-Istati Uniti tal-Amerika ħolqu Bureau għall-Protezzjoni Finanzjarja tal-Konsumaturi f'livell federali (Consumer Financial Protection Bureau) b’mandat qawwi;

AF.  billi t-trasparenza u l-indipendenza huma ingredjenti importanti tal-governanza tajba u huwa importanti li tiżdied it-trasparenza tax-xogħol tal-ASE u l-indipendenza tagħhom;

AG.  billi għalkemm l-ASE ġeneralment joperaw b'mod trasparenti permezz ta' informazzjoni fuq il-websajts tagħhom, hemm il-ħtieġa ta' żieda fit-trasparenza rigward ix-xogħol tagħhom u ta' progress dwar il-konsulenza u l-proposti, kif ukoll ta' aktar informazzjoni rigward kwistjonijiet bħal task forces u gruppi ta' ħidma;

AH.  billi l-Kummissjoni hija involuta b’mod formali u informali fl-operazzjonijiet tal-ASE, l-involviment tagħha għadu mhux fuq bażi trasparenti, u r-rwol tagħha għandu jiġi allinjat ma’ dak tal-Parlament u l-Kunsill, sabiex b’hekk ma jitqajjem l-ebda dubju dwar l-indipendenza tal-ASE;

AI.  billi l-benfiċċju tal-kontribuzzjonijiet tal-gruppi tal-partijiet interessati għall-ħidma tal-ASE jidher li kien limitat;

AJ.  billi ż-żieda fit-trasparenza hija ta' importanza kbira għal gruppi ta' partijiet interessati biex joħolqu regoli meqjusa tajjeb u li jistgħu jiġu użati fis-swieq finanzjarji, u l-kooperazzjoni mal-parteċipanti tas-suq tista' taħdem ferm aħjar jekk dawk il-gruppi jkunu aktar trasparenti rigward il-kompożizzjoni tal-grupp u l-obbligi dettaljati assenjati lill-grupp;

AK.  billi l-ASE għandhom jappoġġjaw lill-Kummissjoni billi l-kompetenza tagħhom fis-servizzi finanzjarji ssir disponibbli b'mod trasparenti;

AL.  billi l-ASE għandhom jgħinu lill-Kummissjoni u lill-koleġiżlaturi billi jivvalutaw il-punt safejn il-leġiżlazzjoni qiegħda tilħaq l-objettivi regolatorji tagħha, u għandhom jagħmlu dik il-valutazzjoni disponibbli għall-pubbliku fl-interess tat-trasparenza. L-ASE għandhom jipprovdu opinjonijiet formali dwar il-leġiżlazzjoni proposta tal-Unjoni u jivvalutaw is-saħħa tal-evidenza u tal-analiżi li huma inklużi fil-valutazzjonijiet tal-impatt tal-proposta leġiżlattiva;

AM.  billi fil-Kawża C-270/12, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea indikat ambitu ta' potenzjal aħjar għal attivitajiet tas-Sistema Ewropea ta' Superviżuri Finanzjarji taħt l-Artikolu 114 TFUE meta mqabbel mal-interpretazzjoni prevalenti ta' dik is-sentenza fil-Kawża C-9/56 Meroni (24)fiż-żmien meta inħolqot l-SESF, u l-Kummissjoni, għalhekk, għandha tivvaluta l-implikazzjonijiet potenzjali fir-rieżami li ġej tal-SESF;

AN.  billi s-superviżjoni tal-BĊE ta’ konglomerati finanzjarji attivi fis-sistema ta’ banek u fin-negozju tal-assigurazzjonijiet tinsab limitata mill-bażi legali għall-MSU;

AO.  billi l-ħolqien ta' MSU jimmodifika l-iskema superviżorja sottostanti tal-SESF u joħloq ċertu grad ta' asimmettrija bejn l-awtoritajiet differenti u l-ambiti ta' superviżjoni tagħhom;

AP.  billi wara d-dħul fis-seħħ tal-MSU, huwa ta’ importanza partikolari li jiġi evitat arbitraġġ regolatorju, jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwi, jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jiġi pprevenut it-tgħawwiġ u jinżammu l-libertajiet fundamentali;

AQ.  billi l-BĊE u l-ASE jużaw standards u intervalli ta’ rappurtar differenti u l-ħolqien tal-MSU jista’ jippreżenta riskju serju ta’ duplikazzjoni ta’ rekwiżiti tar-rappurtar jekk l-awtoritajiet nazzjonali ma jikkooperawx biżżejjed mal-MSU u l-ASE;

AR.  billi d-dritt ta' investigazzjoni kontra l-ksur possibbli tal-liġi tal-Unjoni u l-possibbiltà ta' medjazzjoni vinkolanti rari ġew użati, u l-ASE għandhom biss possibbiltajiet limitati ħafna biex jibdew investigazzjonijiet dwar ksur allegat tal-liġi mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali;

AS.  billi fir-rigward ta' ksur possibbli tal-liġi tal-Unjoni, id-deċiżjonijiet li jaffettwaw l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jittieħdu minn superviżuri nazzjonali fi ħdan il-Bordijiet ta' Superviżuri tal-ESAs;

AT.  billi taħt l-influwenza tas-setgħat ta’ medjazzjoni vinkolanti tal-ASE, instabu bosta soluzzjonijiet utli permezz ta' medjazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali;

AU.  billi kien diffiċli għar-rappreżentanti nazzjonali li jisseparaw ir-rwol tagħhom ta’ kap ta’ awtorità nazzjonali kompetenti u ta' entità Ewropea għat-teħid ta’ deċiżjonijiet, u dan jikkostitwixxi sfida għall-kapaċità tagħhom li jaderixxu b’mod ġenwin mar-rekwiżit li jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess waħdieni tal-Unjoni b’mod ġenerali skont l-Artikolu 42 tar-regolamenti tal-ASE;

AV.  billi l-pressjoni tal-pari ma ħadmitx kif kien previst matul it-tfassil oriġinali tal-ASE u huwa meħtieġ li l-ASE jitħallew jistimulaw l-iżvilupp tagħha;

AW.  billi wħud mill-ASE għadhom isibuha diffiċli jiġbru l-informazzjoni meħtieġa għal xogħolhom fil-format meħtieġ u billi l-ABE kellha twettaq testijiet tal-istress, iżda f'xi każijiet la kellha s-setgħa legali meħtieġa biex tiġbor id-dejta meħtieġa għat-testijiet u lanqas is-setgħat legali biex tivverifika d-dejta li dehret li ma kinitx preċiża;

AX.  billi l-ASE jistgħu joqogħdu lura minn ċertu talbiet neċessarji għall-informazzjoni peress li jistennew li jiġu rifjutati mill-Bordijiet tas-Superviżuri tagħhom;

AY.  billi l-leġiżlazzjoni li dwarha ntlaħaq ftehim reċentement tejbet is-setgħat tal-ASE biex jinvestigaw ksur allegat jew in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u b’hekk l-awtoritajiet kompetenti huma obbligati jipprovdu lill-ASE rilevanti bl-informazzjoni kollha li titqies meħtieġa, inkluż kif il-leġiżlazzjoni tiġi applikata skont il-liġi tal-Unjoni;

AZ.  billi matul it-twaqqif tal-MSU, kien hemm xi progress fl-għoti tas-setgħat neċessarji lill-ABE għall-ġbir ta’ informazzjoni b’mod dirett iżda jeħtieġ li din il-kapaċità tingħata lil ASE oħra;

BA.  billi l-linji gwida wrew li huma utli u meħtieġa biex jimlew il-lakuni fir-regolazzjoni fejn ma ġiet prevista l-ebda setgħa għall-ASE fil-leġiżlazzjoni settorjali;

BB.  billi l-ASE għandhom il-mandat li jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fl-Istati Membri iżda m’għandhomx ir-riżorsi biex jivvalutaw l-infurzar effettiv;

BC.  billi d-Direttiva MiFID I(25) hija implimentata fl-Istati Membri kollha, iżda ċerti Stati Membri jirrifjutaw li japplikaw u jinfurzaw ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fil-prattika;

BD.  billi l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-ASE fil-kulleġġi tas-superviżuri tejbet il-funzjonament tal-kulleġġi, iżda l-kulleġġi għamlu biss progress limitat fit-titjib tal-konverġenza supeviżorja;

BE.  billi d-drittijiet tal-votazzjoni fil-Bordijiet tas-Superviżuri tal-ASE mhumiex proporzonali mad-daqs tal-Istati Membri rilevanti, bħal ma huwa l-każ fil-BĊE jew f'aġenziji Ewropej oħrajn;

BF.  billi l-bidliet fis-sistema ta' votazzjoni oriġinali tal-ABE, li wriet li tiżgura trattament ġust tal-Istati Membri u kundizzjonijiet ta' xogħol bla intoppi għall-ESAs, kienu konċessjoni għal xi Stati Membri u għamlu l-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Bord ta' Superviżuri aktar onerużi u kkumplikati;

BG.  billi ma għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni abbażi tal-età jew tas-sessi fil-ħatra tal-Presidenti tal-ASE, li hija pożizzjoni li għandha tiġi promossa b’mod wiesa’ fl-Unjoni kollha;

BH.  billi l-President, id-Direttur Eżekuttiv u l-membri tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bordijiet ta’ Ġestjoni għandhom ikunu f’pożizzjoni li jaġixxu b’mod indipendenti u fl-interess biss tal-Unjoni.

BI.  billi xi superviżuri nazzjonali minn Stati Membri kellhom diffikultajiet biex jissodisfaw il-kontribuzzjonijiet mandatorji tagħhom għall-baġits tal-ASE;

BJ.  billi kontribuzzjonijiet obbligatorji tal-Istati Membri huma f'kunflitt mal-indipendenza tal-ASE;

BK.  billi l-ASE iddikjaraw li kellhom diffikultajiet biex jimpjegaw membri tal-persunal ta' ċertu anzjanità u jinsabu limitati fis-sodisfazzjoni tal-mandat tagħhom min-nuqqas ta' riżorsi, il-persunal u r-riżorsi disponibbli ma jirriflettux il-funzjonijiet rikjesti biex jitwettqu;

BL.  billi l-finanzjament attwali tal-ASE, b’arranġament ta’ finanzjament imħallat, mhuwiex flessibbli, joħloq piż amministrattiv, u huwa theddida għall-indipendenza tal-aġenziji;

BM.  billi l-mandat regolatorju għall-iżvilupp ta' atti ta' implimentazzjoni u delegati kien prijorità għall-ASE fil-fażi ta' twaqqif tagħhom u kellu piż sproporzjonat fil-volum ta' xogħol tagħhom meta mqabbel ma' responabilitajiet oħrajn;

BN.  billi l-ASE ma setgħux jiddedikaw riżorsi biżżejjed għall-funzjoni ewlenija tat-twettiq ta’ analiżi ekonomika tas-swieq finanzjarji (kif preskritt bl-Artikolu 8(1)(g) tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010, u (UE) Nru 1095/2010), liema funzjoni tikkostitwixxi pedament essenzjali għall-abbozzar ta’ regoli ta’ kwalità għolja;

BO.  billi l-mandat komuni biex jiġu prodotti rapporti dwar it-tendenzi tal-konsumaturi jirrikjedi li l-Istati Membri kollha jiġbru informazzjoni dwar dawn it-tendenzi;

BP.  billi l-ABE għadha nieqsa minn bażi legali fis-servizzi tal-ħlas u fid-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur (26) fost l-oħrajn;

BQ.  billi xi rekwiżiti previsti mill-ASE għall-parteċipanti kollha tas-suq ġew ikkunsidrati minn xi parteċipanti tas-suq bħala onerużi, inadegwati u mhux proporzjonali mad-daqs u l-mudell ta' negozju tad-destinatarji u l-leġiżlazzjoni settorali mhux dejjem ipprovdiet biżżejjed flessibilità għall-applikazzjoni tal-liġi tal-UE;

BR.  billi l-BĊE għandu d-dritt li jipparteċipa fil-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill waqt li l-ASE fil-parti l-kbira tal-każijiet ma jkunux preżenti fil-proċess formali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet;

BS.  billi fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi, l-isforzi, ir-riżorsi użati u r-riżultati tal-ASE kienu differenti u kienu konsiderevolment baxxi fir-rigward tal-ABE;

BT.  billi governanza korporattiva u sistema ta’ żvelar dgħajfa kienu fatturi sinifikanti li kkontribwew għall-kriżi attwali;

BU.  billi l-prinċipji superviżorji ġodda ta’ Basel jinkludu żewġ prinċipji ġodda dwar il-governanza korporattiva, it-trasparenza u l-iżvelar;

BV.  billi l-bejgħ inadatt, il-kompetizzjoni inġusta u l-imġiba bbażata fuq it-tiftix ta' renta jistgħu ikunu ta' dannu għall-konsumaturi;

BW.  billi l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) u l-ABE ma pprovdewx rapporti dwar it-tendenzi tal-konsumaturi;

BX.  billi r-Rapport dwar l-Istabilità Finanzjarja tal-BERS kif ġie mwiegħed mill-President tal-BĊE Mario Draghi għad irid jiġi ppubblikat;

BY.  billi l-ħtieġa li jittieħdu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur tirrikjedi livell ekwivalenti ta' għarfien espert fost il-membri tal-ASE, anke jekk xi wħud minnhom m'għandhomx mandat parallel fl-Istat Membru ta' oriġini tagħhom;

BZ.  billi l-klawsoli ta' salvagwardja attwali fl-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 jillimitaw il-possibilitajiet għall-medjazzjoni skont l-Artikoli 18 u 19 tagħhom, partikolarment f'każijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp transkonfinali taħt id-Direttiva tal-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek għax is-setgħat tat-teħid ta' deċiżjonijiet finali jitħallew f'idejn l-Istat Membru li għandu r-responsabilità fiskali għall-istituzzjoni inkwistjoni;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, sal-1 ta’ Lulju 2014, tippreżenta lill-Parlament proposti leġiżlattivi għar-reviżjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1092/2010, (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010, (UE) Nru 1095/2010 u (UE) Nru 1096/2010, wara r-rakkomandazzjonijiet dettaljati li saru fl-Anness tagħhom, abbażi tal-esperjenza akkwistata sa minn meta ġew stabbiliti l-ASE u ta’ analiżi dettaljata tal-bażi legali u l-alternattivi disponibbli għall-Artikolu 114 TFUE, inkluż każistika riċenti;

2.  Jinnota li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-principju ta’ sussidjarjetà;

3.  Jikkunsidra li l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-proposti mitluba jridu jkunu koperti b’allokazzjonijiet baġitarji xierqa mill-baġit tal-Unjoni, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-opzjoni tal-ASE li jnaqqsu tariffi mill-entitajiet taħt is-superviżjoni tagħhom;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati annessi magħha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

ANNESS

RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA

Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-att leġiżlattiv jew l-atti leġiżlattivi li se jiġu adottati għandhom jipprovdu dan li ġej:

Is-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja għandha tkompli tiġi adattata għall-MSU kif ġej:

–  Jitjieb il-mandat għall-ASE kollha għal medjazzjoni vinkolanti u mhux vinkolanti speċjalment fir-rigward tal-BĊE;

–  ikun iċċarat il-mandat tal-ASE għat-twettiq ta' medjazzjoni vinkolanti f'oqsma li jinvolvu l-eżerċizzju ta' ġudizzju superviżorju;

–  L-ASE jingħataw il-possibilità li jibdew medjazzjoni vinkolanti u mhux vinkolanti fejn tkun prevista fil-leġiżlazzjoni settorjali fuq l-inizjattiva proprja tal-bord ta’ ġestjoni;

–  Jitjiebu s-setgħat tal-ASE biex iwettqu testijiet tal-istress biex talanqas ikollhom possibiltajiet komparabbli ma' dawk mogħtija fl-ABE matul it-twaqqif tal-MSU;

–  Jiġi żgurat li L-ASE, il-BERS, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-BĊE, fil-każ ta' dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-MSU, ikollhom aċċess għall-istess informazzjoni superviżorja li għandha tiġi pprovduta, fejn ikun possibbli, bl-istess frekwenza u f'format elettroniku komuni li jiġi ddeterminat mill-ASE; madankollu, il-format komuni ma jinkludi ebda rekwiżit ġdid għall-provvista ta' dejta skont l-istandards internazzjonali, bħall-IFRS, u se jiġu permessi wkoll perjodi tranżitorji għall-introduzzjoni obbligatorja tal-format komuni;

–  Jiġi żgurat li l-BERS ikun jista’ jkompli jiżviluppa bħala netwerk b’saħħtu li jiżgura monitoraġġ u analiżi permanenti tar-riskji sistemiċi fost dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, biex jiżviluppa kultura ta’ djalogu bejn is-superviżjoni mikroprudenzjali u l-kontroll makroekonomiku;

–  Jiġu previsti mekkaniżmi li jtejbu l-indipendenza tal-BERS, filwaqt li tiġi żgurata interazzjoni mal-BĊE;

–  Jiġi żgurat it-tibdil operattiv meħtieġ tal-BERS bħala konsegwenza tat-twaqqif tal-MSU, inkluża l-possibilità li l-BERS jindirizza twissijiet u rakkomandazzjonijiet lill-BĊE u l-MSU;

–  Jiġi żviluppat punt ta' dħul wieħed għal kwalunkwe ġbir ta' dejta, li se jkun responsabbli għall-għażla, il-validazzjoni u t-trażmissjoni tad-dejta superviżorja u statistika;

–  Jissaħħaħ ir-rwol tal-kumitat xjentifiku tal-BERS;

–  Jinħatar President eżekuttiv tal-BERS;

–  Jiġi vvalutat u ċċarat il-mandat u l-kompiti tal-BERS sabiex ikunu evitati kunflitti ta’ interess bejn is-superviżjoni mikroprudenzjali u l-għodod superviżorji u l-kontroll makroekonomiku.

–  Jissaħħaħ ir-rwol ta’ koordinazzjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BERS u tiġi aġġustata l-kompożizzjoni tiegħu;

–  Titwessa’ l-lista ta’ destinatarji possibbli ta’ twissijiet u rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-BERS biex tinkludi l-BĊE (fir-rwoli tiegħu kif definiti mill-MSU) u l-awtoritajiet makroprudenzjali nazzjonali;

–  Jiġu inklużi r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS fis-Semestru Ewropew permezz ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u r-rakkomandazzjonijiet lill-Unjoni inġenerali;

Fejn l-esperjenza wriet il-ħtieġa għal reviżjoni, atti leġiżlattivi ġodda għandhom itejbu l-funzjonament tas-SESF billi:

Il-Presidenti

–  itejbu s-setgħat tal-Presidenti tat-tliet ASE li jieħdu deċiżjonijiet tekniċi u operazzjonali jew li jitolbu informazzjoni minn awtoritajiet superviżorji oħra konformi mal-mandat tal-ASE rispettiva u tiġi ffaċilitata d-delega ta' kompetenzi ulterjuri mill-Bordijiet tas-Superviżuri lill-President;

–  il-presidenti jingħataw is-setgħa li joħorġu evalwazzjonijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 30 tar-Regolamenti tal-ASE;

–  jagħtu lill-presidenti u lid-diretturi eżekuttivi d-dritt għall-vot fil-Bord tas-Superviżuri;

–  jiżguraw li l-presidenti tal-ASE jingħataw is-setgħa li jaħtru l-presidenti ta’ kumitati interni u l-gruppi ta' ħidma skont l-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-ASE;

–  jiżguraw li l-Presidenti tal-ASE u tal-BERS jiġu mistiedna formalment għal-laqgħat tal-ECOFIN tal-inqas darbtejn kull sena biex jirrapurtaw dwar l-attivitajiet u l-programm ta’ ħidma tagħhom;

–  jiżguraw li l-bilanċ bejn is-sessi jiġi segwit b'mod attiv fl-ambitu tal-qafas tal-proċeduri ta' għażla ta' presidenti u d-deputati tagħhom, li l-proċess ikun trasparenti u jiġi ppjanat b'mod li jippermetti lill-Parlament jeżerċita r-rwol tiegħu f'tali proċedimenti;

–  jiżguraw, minkejja li jiġi rispettat il-prinċipju fil-paragrafu preċedenti, li l-presidenti tal-ASE jintgħażlu biss abbażi tal-mertu, tal-ħiliet, tal-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarji;

Governanza: organizzazzjoni, teħid ta' deċiżjonijiet, indipendenza u trasparenza

–  jemendaw l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u jittrasformaw il-Bordijiet ta’ Tmexxija tat-tliet ASE f’korpi indipendenti, fejn il-membri tal-persunal ikunu tliet professjonisti b’mandat Ewropew, maħtura mill-Parlament, il-president tal-ASE u d-diretturi eżekuttivi, u l-membri tal-Bord ta’ Tmexxija jingħataw id-dritt li jivvutaw fil-Bord tas-Superviżuri biex tiġi żgurata aktar indipendenza mill-interessi nazzjonali; il-President tal-Bord ta’ Tmexxija għandu jikkoinċidi mal-President tal-Bord tas-Superviżuri u jkollu vot deċiżiv kemm fil-Bord ta’ Tmexxija kif ukoll fil-Bord tas-Superviżuri;

–  jemendaw l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u jimmodifikaw il-kompożizzjoni tal-Bord tas-Superviżuri li għandu jkun kompost mill-kap tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll mill-membri l-oħra tal-Bord ta’ Tmexxija;

–  jallokaw mill-ġdid il-kompiti bejn il-Bord ta’ Tmexxija u l-Bord tas-Superviżuri b’mod li l-Bord tas-Superviżuri jiffoka fuq l-għoti ta’ gwida strateġika lill-ħidma tal-ASE, bl-adozzjoni ta’ standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet ġenerali u d-deċiżjonijiet dwar interventi temporanji u deċiżjonijiet oħra jittieħdu mill-Bord ta’ Tmexxija fejn, f’ċerti każijiet, il-Bord tas-Superviżuri jkollu d-dritt li joġġezzjona għall-proposta tal-Bord tat-Tmexxija;

–  jagħtu lill-ASE linja baġitarja indipendenti bħal dik tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, li tkun iffinanzjata mill-kontribuzzjonijiet tal-parteċipanti tas-suq u l-baġit tal-Unjoni;

–  itejbu l-indipendenza tal-ASE mill-Kummissjoni, speċjalment fir-rigward ta' funzjonijiet ta' kuljum;

–  jistabbilixxu proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet simplifikati aktar fi ħdan il-Bordijiet ta' Superviżuri għat-tliet ASE;

–  jissimplifikaw il-mekkaniżmi ta' votazzjoni u jintroduċu mill-ġdid l-istess regoli ta' votazzjoni għat-tliet ASE, abbażi tal-mekkaniżmi ta' votazzjoni attwali tal-ESMA u l-EIOPA;

–  itejbu u jissalvagwardjaw l-indipendenza tal-ASE mill-Kummissjoni Ewropea billi jistabbilixxu proċeduri formali u obbligi ta' żvelar dwar il-komunikazzjonijiet, l-opinjonijiet legali u konsulenza orali formali jew informali pprovduta mill-Kummissjoni;

–  jiżguraw li dwar kwistjonijiet rigward il-protezzjoni tal-konsumaturi għal membri tal-Bord tas-Superviżuri li m’għandhomx mandat għall-protezzjoni tal-konsumaturi fl-Istat Membru tagħhom jiġu akkumpanjati minn rappreżentant tal-awtorità nazzjonali responsabbli fil-laqgħat rilevanti tal-bord;

–  jiżviluppaw proċeduri mgħaġġla u effettivi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Kumitat Konġunt biex jippermettu t-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod aktar mgħaġġel u jitnaqqsu l-possibilitajiet għal oġġezzjonijiet;

–  itejbu l-flessibilità tal-ASE biex jużaw persunal speċjalizzat għal funzjonijiet speċifiċi, anki għal perjodi limitati;

–  itejbu t-trasparenza tal-involviment tal-partijiet interessati u l-kunflitti ta’ interess potenzjali u jiżviluppaw reġim aktar strett ta’ perjodi ta’ żmien biex wieħed jerġa’ jaħsibha, b’mod partikolari permezz ta’ aktar ilħuq tal-gruppi li jbigħu bl-imnut, konsultazzjonijiet effiċjenti u aktar proċessi trasparenti;

–  jirrevedu s-sistema ta' gruppi ta' partijiet interessati inkluż l-istruttura tagħhom, il-kompozizzjoni tagħhom u r-riżorsi u l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-kompożizzjoni tal-gruppi ta' partijiet interessati biex jiżguraw il-kunsiderazzjoni tal-input mill-konsumaturi u mill-partijiet interessati mhux industrijali;

–  jistabbilixxu Unità tal-Analiżi Ekonomika biex tipprovdi analiżijiet dwar il-kostijiet-benefiċċji b’evidenza sħiħa tal-ITS, l-RTS u l-linji gwida proposti, kif ukoll biex tipprovdi input għall-opinjonijiet mogħtija lill-Kummissjoni, lill-Parlament lill-Kunsill fil-preparazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida kif ukoll fir-reviżjonijiet tal-leġiżlazzjoni eżistenti;

Ġabra unika tar-regoli u suq uniku

–  jirrevedu l-ambitu tal-azzjoni u l-lista tal-leġiżlazzjoni settorjali fl-Artikolu 1(1) tar-Regolamenti tal-ASE;

–  jirrikjedu li l-Kummissjoni u, fejn ikun rilevanti lill-ASE, tagħti risposta f’waqtha għal kummenti minn Membri tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozzi ta’ RTS, b’mod partikolari meta l-fehmiet espressi mill-Membri tal-Parlament Ewropew ma jkunux riflessi fl-istandards tekniċi regolatorji adottati mill-Kummissjoni;

–  jirrikjedu li l-Kummissjoni, fejn ma tappoġġax l-abbozzi tal-RTS jew tal-ITS proposti mill-ASE, tippubblika r-raġunijiet u l-analiżijiet dwar il-kostijiet-benefiċċji fejn tagħti evidenza sħiħa biex tiġi ġġustifikata d-deċiżjoni;

–  jistabbilixxu metodu formali ta’ komunikazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji tappoġġa kompetizzjoni ġusta u sostenibbli fis-suq uniku u tevita żbilanċi antikompetittivi li jseħħu bħala riżultat ta’ leġiżlazzjoni, kemm fil-livell tal-aċċess tal-konsumaturi għal servizzi mibjugħa bl-imnut u d-differenzi tagħhom fl-Unjoni kollha kif ukoll fil-livell tal-kontrapartijiet professjonali u s-swieq tal-bejgħ bl-imnut;

–  jagħtu lill-ASE l-mandat li jirrapurtaw lill-Kummissjoni meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali jew id-differenzi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jfixklu l-funzjonament tas-suq uniku;

–  jagħtu l-mandat u s-setgħat lill-ASE biex jidentifikaw differenzi fil-prezzijiet fl-Istati Membri kollha u janalizzaw swieq partikolari fejn tista' tkun evidenti mġiba għat-tiftix ta' renta;

–  itejbu l-mandat tal-ASE biex jikkontribwixxi għat-tixrid ta’ dejta finanzjarja u d-dixxiplina tas-suq billi jirrikjedu li dawn jippubblikaw fuq il-websajts tagħhom informazzjoni dwar istituzzjonijiet finanzjarji individwali li jitqiesu meħtieġa għall-iżgurar tat-trasparenza tas-swieq finanzjarji;

–  jiċċaraw li l-linji gwida għat-titjib ta’ standards komuni għas-suq intern kollu skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 ikunu jistgħu jinħarġu fuq bażi biss tal-għoti ta’ setgħa rispettiv fil-leġiżlazzjoni settorjali u tal-kjarifika tal-premessi rilevanti, li jistgħu jiżguraż il-leġittimazzjoni demokratika;

–  jiċċaraw li l-linji gwida skont l-Artikolu 9(1) tar-regolamenti tal-ASE ikunu identiċi mal-linji gwida skont l-Artikolu 16 tagħhom;

–  jiżguraw kundizzjonijiet ugwali bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fi ħdan l-Unjoni u jirrikjedu li l-ASE jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità speċjalment fir-rigward ta' parteċipanti tas-suq ta' daqs żgħir u medju għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom u jiżviluppaw il-metodi, il-prattiki u l-manwali superviżorji;

–  jeħtieġu li l-ASE iwettqu valutazzjonijiet dwar l-impatt tal-miżuri proposti fuq l-impriżi ż-żgħar u l-ostakli għad-dħul fis-settur finanzjarju;

–  itejbu s-setgħat investigattivi tal-ASE fir-rigward tal-ksur possibbli tal-liġi tal-Unjoni u l-istandards tekniċi regolatorji li abbozzaw;

–  jagħtu lill-ASE mandat ċar fil-qasam tal-governanza, it-trasparenza u l-iżvelar korporattivi sabiex tiżdied il-komparabilità tal-informazzjoni fl-Unjoni kollha u d-dixxiplina fis-suq, sabiex il-partijiet interessati kollha jkunu jistgħu jifhmu u jqabblu l-profil tar-riskju u tal-prattiki u biex tkun promossa l-fiduċja pubblika.

–  jiżguraw li l-Parlament ikollu tal-inqas tliet xhur biex jikkunsidra ċaħda ta’ atti delegati jew ta’ implimentazzjoni;

–  jipprovdu l-involviment bikri mandatorju tal-ASE u tal-BERS għall-preparazzjoni ta’ proċessi leġiżlattivi rigward l-oqsma ta’ speċjalizzazzjoni tagħhom;

–  jiżguraw li l-Parlament ikollu l-possibilità li jibbenefika mill-għarfien espert tal-ASE u l-BERS inkluż fl-iżvilupp u l-għażla taż-żmien tal-istandards tekniċi proposti u li jsaqsi mistoqsijiet;

Kooperazzjoni u Konverġenza superviżorja

–  itejbu l-bilanċ fis-superviżjoni tat-tliet setturi billi jrawmu r-rwol tal-ESMA u l-EIOPA fis-SESF sabiex jiġi evitat li r-regolazzjoni orjentata lejn il-banek tiġi adatta u applikata għal setturi oħra b'mod mhux xieraq filwaqt li jinżammu kundizzjonijiet ugwali;

–  jirrevedu l-mudell ta' reviżjoni minn pari tal-ASE u jiżviluppaw mudell ta’ valutazzjoni aktar indipendenti, bħal dak tal-Fond Montarju Internazzjonali (FMI) (PASF);

–  jistabbilixxu mekkaniżmu xieraq għal, meta titqies bħala meħtieġa, valutazzjoni ta’ prattiki superviżorji fl-Istati Membri fi djalogu mal-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ żjarat fuq il-post u, meta jkun xieraq, b’segwitu ta’ rakkomandazzjonijiet għal titjib;

–  itejbu r-responsabilità tal-ABE biex tiżviluppa u taġġorna manwal superviżorju dwar is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji u jagħtu lill-ESMA u l-EIOPA responsabilitajiet simili sabiex itejbu s-superviżjoni konsistenti u kultura superviżorja komuni fl-Ewropa;

–  jiżguraw li l-ħidma għall-protezzjoni tal-konsumaturi tal-ASE ma tiġix imfixkla minn differenzi bejn il-bażijiet legali tal-ASE, fir-regolamenti fundaturi rispettivi tagħhom u fil-mandati assenjati lilhom fil-leġiżlazzjoni settorjali;

–  jiċċaraw li l-kapaċità tal-ASE li jirrisolvu każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil hija setgħa separata mill-kapaċità tagħhom li jinvestigaw ksur potenzjali tal-liġi tal-Unjoni u tista’ tintuża biex tippromwovi l-koordinazzjoni tal-konsistenza superviżorja u l-konverġenza tal-prattiki superviżorji mingħajr għoti addizzjonali ta’ setgħat fil-leġiżlazzjoni settorjali;

–  jespandu l-mandat tal-kulleġġi superviżuri fis-superviżjoni u jtejbu r-rwol tal-ASE bħala superviżur ewlieni fil-kulleġġi;

–  jiżguraw, f’każijiet meta l-MSU jkun il-koordinatur assenjat għas-superviżjoni supplimentari ta’ konglomerati finanzjarji, li s-superviżjoni tal-impriża jew tal-grupp tal-assigurazzjoni li jkun parti mill-konglomerat, tipprovdi tal-inqas involviment ugwali tal-awtoritajiet superviżorji responsabbli għall-impriża jew għall-grupp tal-assigurazzjoni;

–  jirrikjedu li l-ASE jidentifikaw id-duplikazzjoni fil-mandati tagħhom u jagħtu rakkomandazzjonijiet għall-ġabra flimkien ta' reviżjonijiet u rieżamijiet tal-leġiżlazzjoni biex jiffaċilitaw koerenza aktar b'saħħitha u approċċ simplifikat lejn il-konsistenza transsettorjali u transleġiżlattiva, partikolarment rigward ir-regoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, sabiex tiżdied il-koerenza tal-ġabra unika ta' regoli;

–  itejbu r-rwol tal-ASE u tal-BERS fir-rappreżentanza tal-UE f’organizzazzjonijiet internazzjonali u jagħtuhom l-istess status ta’ msieħba bħal dak tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali;

–  jiżguraw li l-ASE, b’mod konġunt fil-Kumitat Konġunt, jelaboraw politika u strateġija strutturati, billi jelenkaw il-prijoritajiet tagħhom u jiddefinixxu r-rwoli rispettivi tagħhom u l-artikolazzjoni tagħha mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u kull sena joħorġu rapport konġunt u orizzontali dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi;

Setgħat imtejba

–  itejbu s-setgħat investigattivi tal-ASE u jżidu r-riżorsi tagħhom sabiex jissorveljaw direttament l-implimentazzjoni adegwata ta’ regoli li joriġinaw minn atti legali u l-konformità ma’ deċiżjonijiet oħra adottati taħt il-qafas legali tal-Unjoni;

–  jintroduċu superviżjoni diretta, inklużi testijiet tal-istress, mill-ASE ta' entitajiet jew attivitajiet pan-Ewropej integrati ħafna, filwaqt li l-ESMA u l-EIOPA jingħataw is-setgħa, il-mandat u r-riżorsi biex iwettqu dawn l-attivitajiet u jissorveljaw il-konsistenza tal-irkupru rilevanti u l-ippjanar ta' riżoluzzjonijiet;

–  jagħtu lill-ABE s-setgħa, il-mandat u r-riżorsi biex tiżviluppa miżuri għall-identifikazzjoni ta’ riskji ġodda għall-konsumaturi fis-settur bankarju;

–  isaħħu l-bażi legali għall-ħidma tal-ASE fuq il-protezzjoni tal-konsumaturi, billi jġibu leġiżlazzjoni li tkun tinkludi miżuri ta’ protezzjoni tal-konsumaturi fl-ambitu tal-azzjoni tal-ASEs; jestendu d-definizzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji biex jiżguraw li l-istess attivitajiet ikunu suġġetti għall-istess regolamentazzjoni u jaġġornaw ir-referenzi għall-awtoritajiet kompotenti għall-iskopijiet tar-regolametn tal-ASE;

–  jagħtu lill-ASE mandat u s-setgħa li jistabbilixxu standards għall-indirizzar ta' ilmenti nazzjonali u l-ġbir ta' data tal-ilmenti;

BERS

–  jiżguraw li l-BERS ikun rappreżentat fil-laqgħat tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju;

–  jippermettu lill-BERS joħroġ gwida madwar l-UE kollha lill-Istati Membri dwar strumenti makroprudenzjali bħal proporzjonijiet ta' lieva, ta' self għall-valur u ta' dejn għad-dħul;

–  jippermettu li BERS jindirizza twissijiet u rakkomandazzjonijiet lill-BĊE fir-rwol tiegħu fil-politika monetarja kif ukoll fil-funzjoni tiegħu bħala superviżur uniku (MSU);

–  jirrevedu u jissemplifikaw l-Artikolu 15 tar-Regolament dwar il-BERS sabiex jiffaċilitaw il-ġbir tad-dejta mill-BERS, iwaqqfu mekkaniżmu għal teħid ta’ deċiżjonijiet aktar rapidu u faċli dwar it-talbiet għal dejta għall-BERS u jiżguraw li l-BERS ikollu aċċess għal dejta f’ħin reali;

–  jirrevedu l-istruttura tal-BERS biex jippermettu teħid ta' deċiżjonijiet aktar malajr u aktar responsabilità;

–  isaħħu l-kontribut tal-BERS għal fora regolatorji makroprudenzjali internazzjonali;

–  jespandu r-riżorsi analitiċi disponibbli għas-Segretarjat tal-BERS u jipprovdu l-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv tal-BERS b'aktar riżorsi;

–  jiżguraw li l-BERS jiġi kkonsultat fejn jiġu żviluppati reġimi ta’ testijiet tal-istress minn awtoritajiet kompetenti, inklużi l-BĊE jew l-ASE;

–  jiżguraw li r-rappreżentanti mill-BERS jiġu mistiedna bħala osservaturi għal laqgħat u diskussjonijiet rilevanti fil-BĊE, inklużi għal-laqgħat tal-Kumitat għall-Istabilità Finanzjarja;

–  jirrevedu l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-BERS dwar il-pubblikazzjoni ta’ twissijiet u rakkomandazzjonijiet sabiex jissaħħaħ il-profil pubbliku tal-BERS u jsir segwitu tat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu;

Qabel ma jiġu adottati l-atti leġiżlattivi, il-mistoqsijiet li ġejjin għandhom jiġu analizzati fid-dettall, filwaqt li jitqies li anki tul l-agħar żminijiet tal-kriżi finanzjarja, l-Istati Membri ma kinux lesti li jagħtu lill-ASE setgħa superviżorja sostanzjali:

–  jekk il-mudell attwali ta' tliet awtoritajiet superviżorji separati huwiex l-aħjar soluzzjoni għal superviżjoni koerenti;

–  jekk il-Kummissjoni Ewropea marritx lil hinn mir-rwol tagħha ta’ osservatur fuq il-Bord tas-Superviżuri tal-ASE;

–  jekk fid-dawl tal-indipendenza tal-ASE d-dipendenza qawwija tagħhom fuq il-Kummissjoni Ewropea hijiex tfixkel l-iżvilupp tal-ASE u jekk it-trasparenza f’din ir-relazzjoni għandhiex tittejjeb;

–  liema konsegwenzi impliċiti fl-istabbiliment tal-MSU fuq is-superviżjoni finanzjarja fl-Unjoni b’mod ġenerali;

–  jekk, fir-rigward tas-superviżjoni bankarja, il-ħolqien tal-MSU jirrikjedix reviżjoni sħiħa tal-funzjonijiet u l-mandat tal-ABE;

–  jekk il-multitudni u d-duplikazzjoni parzjali fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar ir-regolazzjoni finanzjarja toħloqx lakuni u definizzjonijiet differenti u jekk dan jistax jiġi megħlub minn Kodiċi Finanzjarja Ewropea komprensiva;

–  kif ir-rappurtar lill-ASE u s-superviżuri nazzjonali jistax ikun standardizzat, ottimizzat u simplifikat għall-parteċipanti tas-suq;

–  kif għandhom jinżammu s-setgħat ta’ emerġenza tal-ASE.

–  jekk il-possibiltà li l-ASE jissospendu b’mod temporanju l-applikazzjoni ta’ regola partikolari tistax tkun utli biex tipprevjeni konsegwenzi mhux maħsuba minħabba żviluppi straordinarji tas-suq;

–  jekk l-amalgamazzjoni tar-responsabbiltajiet tal-ASE, jiġifieri għall-protezzjoni tal-konsumaturi fil-kumitati permanenti taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Konġunt tistax ittejjeb l-effiċjenza u timminimizza d-duplikazzjoni tal-kompiti;

–  jekk Unjoni tal-Assigurazzjoni li ssegwi l-mudell tal-Unjoni Bankarja hijiex meħtieġa u liema rwoli tista’ tassumi s-SESF fl-Unjoni tal-Assigurazzjoni;

–  jekk l-ABE u l-EIOPA għandhomx jirċievu aktar riżorsi biex jissorveljaw u jippromwovu l-konverġenza superviżorja rigward il-mudelli interni għal rekwiżiti ta’ kapital;

–  jekk il-mandat, is-setgħat u r-riżorsi tal-bureau għall-protezzjoni finanzjarja tal-konsumaturi tal-Istati Uniti li nħoloq reċentement jistgħux iservu bħala mudell għas-SESF;

–  jekk tariffi ulterjuri mill-industrija finanzjarja jistgħux ikunu sors addizzjonali ta’ dħul għall-ASE, pereżempju meta jaċċettaw ħlasijiet minn kontrapartijiet ċentrali (CCPs) minn pajjiżi terzi;

–  jekk l-ASE jistgħux jikkontribwixxu b'mod aktar effiċjenti biex itejbu l-litteriżmu finanzjarju permezz tat-tħaddim ta' Programm finanzjarju Ewropew għal Valutazzjoni Internazzjonali (PISA) b'analoġija ma' PISA tal-OECD;

–  jekk it-tliet ASE u l-BERS għandhomx joħorġu newsletter komuni.

(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p.1.
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p.12.
(3) ĠU L 331, 15.12.2010, p.48.
(4) ĠU L 331, 15.12.2010, p.84.
(5) ĠU L 331, 15.12.2010, p.162.
(6) ĠU L 331, 15.12.2010, p.120.
(7) Testi adottati, P7_TA(2013)0371.
(8) Testi adottati, P7_TA(2013)0372.
(9) A7-0166/2010.
(10) ĠU C 50 E, 21.2.2012, p. 214.
(11) A7-0170/2010.
(12) ĠU C 50 E, 21.2.2012, p. 209.
(13) A7-0169/2010.
(14) ĠU C 50 E, 21.2.2012, p. 217.
(15) A7-0163/2010.
(16) ĠU C 50 E, 21.2.2012, p. 212.
(17) A7-0168/2010.
(18) ĠU C 50 E, 21.2.2012, p. 210.
(19) A7-0167/2010.
(20) ĠU C 50 E, 21.2.2012, p. 216.
(21) http://www.bis.org/publ/bcbs230.pdf.
(22) http://www.bis.org/publ/bcbs177.pdf.
(23) Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(24) Il-Kawża 9/56 Meroni vs High Authority [1957 u 1958] Ġabra 133.
(25) Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).
(26) Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).


L-aċċess pubbliku għad-dokumenti għas-snin 2011-2013
PDF 442kWORD 106k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti (Artikolu 104(7) tar-Regoli ta' Proċedura) għas-snin 2011-2013 (2013/2155(INI))
P7_TA(2014)0203A7-0148/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 1, 10 u 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 15 u 298 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tat-TUE u l-obbligi tal-istituzzjonijiet li jwettqu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u s-soċjetà ċivili,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 41 (id-dritt għal amministrazzjoni tajba) u 42 (id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti) tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1700/2003 tat-22 ta' Settembru 2003 li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom) Nru 354/83 dwar il-ftuħ għall-pubbliku tal-arkivji storiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2011 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti għas-snin 2009-2010(2),

–  wara li kkunsidra l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ġenerali dwar l-aċċess għad-dokumenti, u b'mod partikolari s-sentenzi tal-Qorti għall-Ġustizzja fil-kawżi Access Info Europe (kawża C-280/11 P), Donau Chemie (C-536/11), IFAW v Il-Kummissjoni (C-135/11)(3), My Travel (C-506/08 P), Turco (kawżi magħquda C-39/05 P u C-52/05 P), u s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-kawżi ta' In ‘t Veld v Il-Kunsill (T-529/09), Il-Ġermanja v Il-Kummissjoni (T-59/09), EnBW v Il-Kummissjoni (T-344/08), Sviluppo Globale (T-6/10), Internationaler Hilfsfonds (T-300/10), European Dynamics (T-167/10), Jordana (T-161/04) u CDC (T-437/08),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2008 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (COM(2008)0229),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2011 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM(2011)0137),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Aċċess għad-Dokumenti Uffiċjali tal-2008,

–  wara li kkunsidra r-Rapporti Annwali għall-2011 u l-2012 mill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew dwar l-aċċess għad-dokumenti, imressqa skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar ir-Relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea tal-2010,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-aċċess mill-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sigurtà u tad-difiża,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-12 ta’ Settembru 2013 dwar ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2012(4), u tas-17 ta' Diċembru 2009 dwar it-titjib meħtieġ fil-qafas legali għall-aċċess għad-dokumenti wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (Regolament (KE) Nru 1049/2001)(5),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Ombudsman Ewropew għall-2012,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 104(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0148/2014),

A.  billi t-Trattat ta' Lisbona ilu fis-seħħ għal erba' snin; billi l-Artikolu 15 tat-TFUE jistabbilixxi qafas kostituzzjonali għat-trasparenza istituzzjonali tal-UE u jistabbilixxi d-dritt fundamentali ta' aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċji u l-aġenziji tal-UE għaċ-ċittadini tal-UE u kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi fi Stat Membru; billi dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat f'konformità mal-prinċipji ġenerali u l-limiti stabbiliti mir-regolamenti adottati mill-Parlament u l-Kunsill;

B.  billi l-Artikolu 298 tat-TFUE jiddisponi amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti;

C.  billi hija regola ġenerali li l-aċċess għad-dokumenti leġiżlattivi għandu jingħata b'mod sħiħ, filwaqt li l-eċċezzjonijiet rigward dokumenti mhux leġiżlattivi għandhom jitnaqqsu;

D.  billi t-trasparenza hija essenzjali għal Unjoni Ewropea demokratika ta’ ċittadini li fiha huma jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-proċess demokratiku u jeżerċitaw skrutinju pubbliku; billi l-amministrazzjoni trasparenti tibbenefika l-interessi taċ-ċittadini, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-leġittimità tas-sistema politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

E.  billi l-aċċess pubbliku wiesa’ għad-dokumenti huwa element importanti f’demokrazija ħajja;

F.  billi f'demokrazija b'saħħitha ċ-ċittadini m'għandhomx jiddependu minn żvelaturi sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-gvernijiet tagħhom;

G.  billi ċ-ċittadini għandhom id-dritt ikunu jafu kif jimxi l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u kif jaġixxu r-rappreżentanti tagħhom, iżommuhom responsabbli u jkunu jafu kif qed jiġu allokati u minfuqa l-flejjes pubbliċi;

H.  billi l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-aċċess għad-dokumenti għadha mhix qed tiġi applikata sew mill-amministrazzjoni tal-Unjoni; billi l-eċċezzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 qegħdin jiġu applikati bħala rutina minflok bħala eċċezzjoni mill-amministrazzjonijiet;

I.  billi, skont il-każistika, jekk istituzzjoni tiddeċiedi li tirrifjuta l-aċċess għal dokument li tkun intalbet tiżvela, għandha, fil-prinċipju, tispjega kif l-iżvelar ta' dak id-dokument jista' b'mod speċifiku u realment jipperikola l-interess protett bl-eċċezzjoni – fost dawk disposti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (ara In ‘t Veld v Il-Kunsill(6));

J.  billi theddida speċifika u prevedibbli għall-interess inkwistjoni ma tistax tiġi stabbilita mis-sempliċi biża' mill-iżvelar liċ-ċittadini tal-UE tad-differenzi fl-opinjoni bejn l-istituzzjonijiet rigward il-bażi ġuridika għall-attività internazzjonali tal-Unjoni Ewropea u, b'hekk, li jinħolqu dubji dwar il-legalità ta' dik l-attività (ara In ‘t Veld v Il-Kunsill(7));

K.  billi sitta mill-għaxar investigazzjonijiet ta' "każijiet ewlenin" tal-Ombudsman Ewropew tal-2012 kienu jikkonċernaw it-trasparenza;

L.  billi l-istatistika għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 uriet tnaqqis fil-għadd ta' talbiet inizjali fit-tliet istituzzjonijiet kollha kemm huma;

M.  billi l-għadd ta' dokumenti speċifikati mitluba naqas fil-Parlament (minn 1 666 fl-2011 għal 777 fl-2012); billi, madankollu, il-persentaġġ ta' talbiet għal dokumenti mhux speċifikati, eż "id-dokumenti kollha marbutin ma'...", żdied fil-Parlament (minn 35,5 % fl-2011 għal 53,5 % fl-2012); billi l-għadd ta' dokumenti tal-Kunsill mitluba naqas (minn 9,641 fl-2011 għal 6,166 fl-2012)(8);

N.  billi d-data kwantitattiva ppreżentata fir-Rapporti Annwali għall-2012 tindika li kemm il-Kummissjoni (minn 12 % fl-2011 għal 17 % fl-2012) u kemm il-Kunsill (minn 12 % fl-2011 għal 21 % fl-2012) maż-żmien aktar irrifjutaw l-aċċess kompletament, filwaqt li l-Parlament juri ċifri stabbli għar-rifjut komplet ta' aċċess (5 % fl-2011 kif ukoll fl-2012);

O.  billi l-Kummissjoni turi żieda sinifikanti fl-applikazzjonijiet ta' konferma (minn 165 fl-2011 għal 229 fl-2012), li tirriżulta f'żieda żgħira fid-deċiżjonijiet riveduti kompletament, u tnaqqis fid-deċiżjonijiet riveduti parzjalment u żieda fid-deċiżjonijiet ikkonfermati, filwaqt li kemm il-Kunsill u kemm il-Parlament juru ċifri relattivament stabbli għal applikazzjonijiet ta' konferma (Kunsill: minn 27 fl-2011 għal 23 fl-2012; Parlament: minn 4 fl-2011 għal 6 fl-2012);

P.  billi għadd ta' applikazzjonijiet irriżultaw fit-tressiq ta' ilmenti quddiem l-Ombudsman Ewropew (Kummissjoni: minn 10 fl-2011 għal 20 fl-2012; Kunsill: minn 2 fl-2011 għal 4 fl-2012; Parlament: 1 fl-2011 kif ukoll fl-2012);

Q.  billi l-Ombudsman Ewropew għalaq għadd ta' ilmenti fl-2011 u l-2012 b'kummenti kritiċi jew li b'suġġeriment ta' azzjoni ulterjuri (Kummissjoni: minn 10 minn 18 fl-2011 għal 8 minn 10 fl-2012; Kunsill: l-ebda informazzjoni; Parlament: minn 0 minn 0 fl-2011 għal 1 minn 1 fl-2012);

R.  billi għadd ta' applikazzjonijiet għal aċċess għal dokumenti rriżultaw fil-ftuħ ta' kawżi fil-Qorti Ġenerali jew f'kawżi appellati fil-Qorti tal-Ġustizzja (Kummissjoni: minn 15-il kawża u 3 appelli fl-2011 għal 14-il kawża u appell 1 fl-2012; Kunsill: minn kawża 1 u 2 appelli fl-2011 għal appell 1 fl-2012(9); Parlament: l-ebda kawża jew appell fl-2011 u lanqas fl-2012);

S.  billi l-Qorti Ġenerali fil-biċċa l-kbira ddeċidiet favur iktar trasparenza, jew inkella ċċarat ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 f'għadd ta' kawżi (Kummissjoni: 5 minn 6(10) fl-2011 u 5 minn 5 fl-2012(11); Kunsill: 1 minn 1 fl-2011 (Access Info Europe, T-233/09) u 1 minn 4 fl-2012 (In ‘t Veld, T-529/09); Parlament: 1 minn 2 fl-2011(12) (Toland,T-471/08) u 1 minn 1 fl-2012 (Kathleen Egan u Margaret Hackett, T-190/10));

T.  billi l-Qorti tal-Ġustizzja fil-biċċa l-kbira ddeċidiet favur iktar trasparenza fil-kawżi li ġejjin: Il-Kummissjoni: 1 minn 1 fl-2011 (My Travel, C-506/08) u 1 minn 3 fl-2012 (IFAW, C-135/11 P)(13); Kunsill u Parlament: l-ebda sentenzi fl-2011 u lanqas fl-2012;

U.  billi r-rapporti annwali tal-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament ma jagħtux statistika komparabbli; billi t-tliet istituzzjonijiet ma jsegwux l-istess standards ta' kompletezza fil-preżentazzjoni tal-istatistika;

V.  billi r-raġuni l-iktar użata bħala eċċezzjoni hija 'l-protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet', kif użata mill-Kummissjoni u l-Kunsill wara t-talbiet inizjali (Kummissjoni: 17 % fl-2011 u 20 % fl-2012; Kunsill: 41 % kemm fl-2011 u kemm fl-2012); billi 'l-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali' kienet it-tieni raġuni l-iktar użata mill-Kunsill; billi fil-każ tal-Parlament, 'il-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu' kienet l-eċċezzjoni l-iktar komuni;

W.  billi l-istituzzjonijiet naqsu milli jimplimentaw l-Artikoli 15(2) u 15(3), subparagrafu 5 tat-TFUE, rigward l-obbligu għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jiltaqgħu fil-pubbliku meta jikkunsidraw abbozz ta' att leġiżlattiv, u li jippubblikaw id-dokumenti marbutin mal-proċeduri leġiżlattivi skont it-termini stabbiliti mir-regolamenti msemmija fl-Artikolu 15(3), subparagrafu (2);

X.  billi l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jiddisponi eċċezzjoni għat-trasparenza 'jekk l-iżvelar tad-dokument serjament idgħajjef il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' l-istituzzjoni, jekk m'hemmx interess pubbliku akbar fl-iżvelar tiegħu'; billi din id-dispożizzjoni ġiet qabel it-Trattat ta' Lisbona u jeħtieġ li tiġi taqbel mal-Artikolu 15 TFUE;

Y.  billi s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Access Info Europe(14) ikkonfermat li l-pubblikazzjoni tal-ismijiet ta' Stati Membri u l-proposti tagħhom ma tagħmilx il-ħsara lill-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet; billi l-Qorti Ġenerali kienet iddeċidiet fid-deċiżjoni preċedenti tagħha f'dan il-każ 'jekk iċ-ċittadini għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet demokratiċi tagħhom, għandhom ikunu f'pożizzjoni li jsegwu fid-dettall il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet';

Z.  billi l-ftehimiet internazzjonali għandhom effetti vinkolanti u impatt fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE; billi d-dokumenti marbuta magħhom għandhom ikunu pubbliċi fil-prinċipju, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet leġittimi; billi l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni għall-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali tapplika kif dikjarat fil-paragrafu 19 ta’ In ’t Veld v Il-Kunsill (T-529/09);

AA.  billi t-trilogi bejn il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill jinċidu direttament fuq il-formazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE; billi t-trilogi mhumiex pubbliċi u dokumenti rigward it-trilogi informali, inklużi l-aġendi u r-rapporti ta’ sinteżi, awtomatikament mhumiex disponibbli la għall-pubbliku u lanqas għall-Parlament, fatt li jmur kontra l-Artikolu 15 tat-TFUE;

AB.  billi d-dokumenti prodotti mill-Presidenza tal-Kunsill jew li għandha fil-pussess tagħha marbuta ma' xogħolha f'dak ir-rwol għandhom ikunu aċċessibbli skont ir-regoli ta' trasparenza tal-UE;

AC.  billi n-negozjati dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ilhom staġnati; billi l-istrument il-ġdid se jkun jeħtieġ li jipprovdi għal sinifikament aktar trasparenza mill-istatus quo;

AD.  billi t-talbiet għal laqgħat bil-magħluq fil-Parlament għandhom, fil-prinċipju, jitqiesu skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001; billi talbiet bħal dawn għandhom jiġu vvalutati mill-Parlament kull każ għalih, u m'għandhomx jiġu konċessi awtomatikamnet;

AE.  billi l-klassifika tad-dokumenti f’livelli ta’ kunfidenzjalità li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Qafas tal-2010 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament u l-Kummissjoni, jew bħala ‘dokumenti sensittivi’ skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, għandha ssir abbażi ta’ kunsiderazzjoni bir-reqqa u speċifika; billi klasssifika żejda twassal għal segretezza bla bżonn u sproporzjonata ta' dokumenti u għal laqgħat li jsiru bil-magħluq mingħajr ġustifikazzjoni xierqa;

AF.  billi t-trasparenza tibqa' r-regola, inkluż b'rabta ma' programm ta' klemenza għal kartell; billi projbizzjoni awtomatika fuq l-iżvelar tikkostitwixxi ksur tar-regola tat-trasparenza, kif stabbilit fit-Trattati; billi s-segretezza hija l-eċċezzjoni, u għandha tiġi ġustifikata abbażi ta' kull każ għalih mill-imħallfin nazzjonali fir-rigward ta' azzjonijiet għad-danni;

AG.  billi hu rakkomandat li l-linji gwida tal-UE jitfasslu bħala strument ta' għajnuna għall-imħallfin; billi jeħtieġ li tali linji gwida jiddistingwu bejn dokumenti ta’ kumpanija u fajls ta’ kartell miżmuma mill-Kummissjoni;

Id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti

1.  Ifakkar li t-trasparenza hija r-regola ġenerali u li t-Trattat ta' Lisbona jistipula d-dritt fundamentali ta' aċċess għad-dokumenti;

2.  Ifakkar li hemm bżonn l-ikbar aċċess pubbliku possibbli għad-dokumenti biex iċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili jkunu jistgħu effettivament jikkummentaw fuq l-aspetti kollha tal-attività tal-UE;

3.  Ifakkar li t-trasparenza ssaħħaħ il-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet Ewropej billi tippermetti liċ-ċittadini jkunu infurmati u jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni u, b’dan il-mod, tikkontribwixxu biex l-UE ssir iżjed demokratika;

4.  Ifakkar li kwalunkwe deċizjoni li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti għandha tkun ibbażata fuq eċċezzjonijiet legali definiti b'mod ċar u strett, akkumpanjata minn ġustifikazzjoni raġunata u speċifika, fejn iċ-ċittadin ikun jista' jifhem ir-rifjut għall-aċċess u jkun jista' jagħmel użu effettiv tar-rimedji legali disponibbli;

5.  Ifakkar fil-bżonn li jiġi stabbilit ekwilibriju xieraq bejn it-trasparenza u l-protezzjoni tad-data, kif iċċarat mill-każistika Bavarian Lager, u jenfasizza li l-protezzjoni tad-data m’għandhiex ‘tintuża ħażin’, b’mod partikolari, biex tgħatti l-konflitti ta’ interess u l-influwenza żejda fil-kuntest tal-amministrazzjoni tal-UE u t-teħid tad-deċiżjonijiet; jindika li s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Bavarian Lager hi bbażata fuq il-kliem attwali tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u ma żżommx il-kliem milli jinbidel, li huwa neċessarju u urġenti, partikolarment wara l-proklamazzjoni ċara tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti li tinsab fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

6.  Jistieden lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji japplikaw b’mod strett ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, filwaqt li titqies il-każistika kollha marbuta miegħu, u jarmonizzaw ir-regoli interni eżistenti tagħhom mal-ittra u l-ispirtu tar-regolament, b’mod partikolari fir-rigward tad-dati ta’ skadenzi biex jitwieġbu t-talbiet għal aċċess għad-dokumenti, filwaqt li jiġi żgurat li dan ma jwassalx għal-dati ta’ skadenzi itwal; jistieden lill-Kunsill jippubblika l-minuti tal-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill, inkluż, fid-dawl tal-kawża Access Info Europe, l-ismijiet tal-Istati Membri u l-proposti tagħhom;

7.  Jistieden lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji, meta japplikaw ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, jivvalutaw b'mod strett il-possibilitajiet ta' żvelar parzjali ta' dokument, tabella, stampa, paragrafu jew frażi;

8.  Jistieden lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE jkomplu jiżviluppaw approċċ iżjed proattiv dwar it-trasparenza billi jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-websajts tal-internet tagħhom għadd kbir kemm jista' jkun ta' kategoriji ta’ dokumenti, inklużi dokumenti amministrattivi interni u billi dawn jiddaħħlu fir-reġistri pubbliċi tagħhom; iqis li dan l-approċċ jgħin biex tiġi żgurata trasparenza effettiva kif ukoll biex tiġi evitata l-litigazzjoni mhux meħtieġa, li tista’ tikkawża spejjeż u piżijiet mhux meħtieġa kemm għall-istituzzjonijiet u kemm għaċ-ċittadini;

9.  Jistieden lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji jimplimentaw b'mod sħiħ l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, u jistabbilixxu reġistri ta' dokumenti pubbliċi bi strutturi ċari u aċċessibbli, funzjonalità ta' tfittix tajba, informazzjoni aġġornata regolarment dwar dokumenti ġodda prodotti u rreġistrati, l-inklużjoni ta' referenzi għal dokumenti li mhumiex pubbliċi u, sabiex jgħinu lill-utenti pubbliċi, gwida dwar it-tipi ta' dokumenti li jinsabu f'reġistru partikolari;

10.  Jistieden lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji biex jippubblikaw sistematikament u mingħajr dewmien fir-reġistri ta’ dokumenti tagħhom, id-dokumenti kollha li ma kinux disponibbli qabel għall-pubbliku u li ġew żvelati permezz tal-aċċess pubbliku għal talbiet għal dokumenti;

11.  Jistieden lill-amministrazzjonijiet jagħtu indikazzjoni sħiħa tad-dokumenti kollha li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' talba għall-aċċess għad-dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, wara l-applikazzjoni inizjali;

12.  Jenfasizza li r-rikors għall-Ombudsman Ewropew jirrappreżenta għażla siewja fejn ir-rifjut tal-aċċess għal dokument ikun ġie kkonfermat mill-amministrazzjoni kkonċernata; ifakkar, madankollu, li ma hemm l-ebda mezz biex jiġu infurzati d-deċiżjonijiet tal-Ombudsman;

13.  Jenfasizza li l-litigazzjoni tinvolvi proċessi fit-tul ħafna, ir-riskju ta’ spejjeż għoljin u saħansitra projbittivi, u riżultat inċert, li joħloq piż mhux raġonevoli fuq iċ-ċittadini li jixtiequ jisfidaw deċiżjoni ta' rifjut (parzjali) tal-aċċess; jenfasizza li, fil-prattika, dan ifisser li ma hemm l-ebda rimedju legali kontra deċiżjoni negattiva dwar talba għall-aċċess għad-dokumenti;

14.  Jistieden lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE jadottaw b'urġenza proċeduri iktar imħaffa, inqas komplikati u iktar aċċessibbli għall-indirizzar ta’ lmenti kontra r-rifjut tal-għoti ta’ aċċess, sabiex titnaqqas il-ħtieġa ta' litigazzjoni u tinħoloq kultura vera ta’ trasparenza;

15.  Jenfasizza li r-rapporti annwali tat-tliet istituzzjonijiet u tal-korpi u l-aġenziji għandhom jippreżentaw ċifri f'format komparabbli, li għandu jinkludi, pereżempju, l-għadd ta' dokumenti mitluba, l-għadd ta' applikazzjonijiet, l-għadd ta' dokumenti li għalihom ingħata aċċess (parzjali), l-għadd ta' applikazzjonijiet konċessi qabel u wara l-applikazzjoni ta' konferma, u ċ-ċifri għall-aċċess mogħti mill-Qorti, l-aċċess parzjali mogħti mill-Qorti u ċ-ċaħda tal-aċċess;

16.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE ma jitolbux li l-parti tal-oppożizzjoni tħallas l-ispejjeż tal-kawżi tal-qorti, u jiżguraw li ċ-ċittadini ma jiġux ipprevenuti milli jieħdu deċiżjonijiet ta' sfida kawża tan-nuqqas ta' mezzi tagħhom;

17.  Jinnota li jeħtieġ li l-Istati Membri jadattaw għall-qafas ta' trasparenza l-ġdid stabbilit mit-Trattat ta' Lisbona, kif jidher fil-kawża Il-Ġermanja v Il-Kummissjoni (T-59/09), fejn il-Ġermanja opponiet l-iżvelar ta' dokumenti marbuta ma' avviż formali lilha, fejn intalab li jiġi protett l-interess pubbliku fil-kuntest tar-'relazzjonijiet internazzjonali', filwaqt li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li r-'relazzjonijiet internazzjonali' għandhom jitqiesu bħala terminu tad-dritt tal-UE u għalhekk mhuwiex applikabbli għall-komunikazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u Stat Membru;

18.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jtejbu l-puntwalità tagħhom ta' tweġiba għat-talbiet għall-aċċess għad-dokumenti u applikazzjonijiet ta' konferma;

19.  Jiddeċiedi li jeżamina kif id-deliberazzjonijiet fil-Bureau tiegħu u fil-Konferenza tal-Presidenti tiegħu jistgħu jsiru iżjed trasparenti, billi pereżempju jinżammu minuti dettaljati u billi dawn jiġu żvelati lill-pubbliku;

Reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001

20.  Jesprimi d-diżappunt tiegħu għall-fatt li sa minn Diċembru 2011, meta adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, ma sar l-ebda progress, peress li l-Kunsill u l-Kummissjoni ma dehrux li kienu lesti li jidħlu għal negozjati sostantivi; Jjistieden, għalhekk, lill-Kunsill biex finalment jippreżenta r-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001; jistieden lill-Kunsill u lill-Parlament jiftiehmu dwar strument ġdid li jagħti, b’mod sinifikanti, iktar trasparenza, inkluża l-implimentazzjoni effettiva tal-Artikolu 15 tat-TFUE;

21.  Jistieden lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-UE japplikaw ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 b’mod li jkun koerenti mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus; jappoġġa b'mod sħiħ il-politika tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini li tippubblika rapporti dwar il-provi kliniċi ta’ farmaċewtiċi fis-suq Ewropew meta tiħi mitluba, ladarba l-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet għall-mediċina inkwistjoni jkun tlesta; jenfasizza li kwalunkwe reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandha tirrispetta b'mod sħiħ il-Konvenzjoni ta’ Aarhus u għandha tiddefinixxi kwalunkwe eżenzjoni b’konformità sħiħa magħha;

22.  Jirrakkomanda li kull istituzzjoni jew korp tal-UE jaħtru, mill-istrutturi ta' ġestjoni tagħhom, Uffiċjali għat-Trasparenza, li jkun responsabbli mill-konformità u mit-titjib tal-prattiki;

23.  Jistieden lill-istituzzjonijiet kollha jivvalutaw u, fejn ikun meħtieġ, jirrieżaminaw l-arranġamenti interni tagħhom għar-rappurtar tal-għemil ħażin, u jitlob għall-protezzjoni tal-iżvelaturi; jitlob, b'mod partikolari, lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar l-esperjenzi tagħha bir-regoli l-ġodda dwar l-iżvelar għall-persunal tal-UE adottati fl-2012 u bil-miżuri ta' implimentazzjoni tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta biex l-iżvelaturi jiġu protetti, mhux biss moralment iżda wkoll finanzjarjament, sabiex l-iżvelaturi jiġu protetti u appoġġati kif għandu jkun bħala parti mis-sistema demokratika;

Rapportar

24.  Jistieden lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE jarmonizzaw ir-Rapporti Annwali tagħhom dwar l-aċċess għad-dokumenti, u jippreżentaw statistika simili, f'forma kompatibbli u bl-iktar mod inklużiv possibbli (eż f'tabelli fl-Anness li jippermettu t-tqabbil dirett);

25.  Jistieden lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE jadottaw ir-rakkomandazzjonijiet ippreżentati mill-Parlament fir-riżoluzzjoni preċedenti tiegħu dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti;

26.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jinkludu fir-rapporti annwali tagħhom dwar it-trasparenza tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament;

Dokumenti leġiżlattivi

27.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb it-trasparenza tal-gruppi esperti u talgruppi tal-komitoloġija, billi jagħmlu l-laqgħat tagħhom fil-pubbliku u jippubblikaw il-proċeduri ta’ reklutaġġ għall-membri, kif ukoll l-informazzjoni dwar is-sħubija, il-proċedimenti, id-dokumenti kkunsidrati, il-voti, id-deċiżjonijiet u l-minuti tal-laqgħat, li kollha kemm għandhom jiġu ppubblikati fuq l-internet f’format standard; jenfasizza lil-membri tal-gruppi ta’ esperti u tal-komitoloġija għandhom jiddikjaraw bil-quddiem jekk għandhomx xi interess personali fis-suġġetti diskussi; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb u timplimenta b’mod sħiħ il-linji gwida interni għad-DĠs kollha għall-proċedura ta’ reklutaġġ (li tikkonċerna jiġifieri l-kompożizzjoni bbilanċjata, il-politika dwar il-konflitti ta’ interess, is-sejħiet pubbliċi) u r-regoli għar-rimborż, u tirrapporta dwar din il-kwistjoni mhux biss fir-rapport annwali dwar l-aċċess għad-dokumenti, iżda wkoll fir-rapporti dwar l-attività annwali tad-DĠs; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta, b'mod partikolari, dwar il-Grupp Konsultattiv tal-Partijiet Interessati tas-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta' Investiment (TTIP);

28.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament jiżguraw iktar trasparenza tat-trilogi informali, billi jorganizzaw il-laqgħat fil-pubbliku, jippubblikaw id-dokumentazzjoni inklużi l-kalendarji, l-aġendi, il-minuti, id-dokumenti eżaminati, l-emendi, id-deċiżjonijiet meħuda, l-informazzjoni dwar id-delegazzjonijiet tal-Istati Membri u l-pożizzjonijiet u l-minuti tagħhom, f'ambjent standardizzat u aċċessibbli faċilment fuq l-internet, awtomatikament u mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet elenkati fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

29.  Ifakkar li l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar dokumenti sensittivi hu kompromess li m'għadux jirrifletti l-obbligi kostituzzjonali u legali ġodda stabbiliti mindu daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona;

30.  Jistieden lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE jżommu ċifri pubbliċi aġġornati dwar l-għadd ta’ dokumenti klassifikati li għandhom fil-pussess tagħhom, skont il-klassifikazzjoni tagħhom;

Klassifikazzjoni ta' dokumenti

31.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi regolament li jistabbilixxi regoli u kriterji ċari għall-klassifikazzjoni ta' dokumenti mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE;

32.  Jistieden lill-istituzzjonijiet jivvalutaw u jiġġustifikaw talbiet għal laqgħat bil-magħluq skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

33.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jwaqqfu awtorità ta' sorveljanza tal-UE indipendenti għall-klassifikazzjoni tad-dokumenti u l-eżami tat-talbiet biex sessjonijiet isiru bil-magħluq;

Tagħrif finanzjarju

34.  Jistieden lill-istituzzjonijiet jippubblikaw u jagħmlu aċċessibbli għaċ-ċittadini d-dokumenti marbuta mal-baġit tal-Unjoni Ewropea, l-implimentazzjoni tiegħu u l-benefiċjarji tal-fondi u l-għotjiet tal-Unjoni, u jenfasizza li tali dokumenti għandhom ikunu aċċessibbli wkoll permezz ta' sit elettroniku speċifiku u database, u f'database li tittratta t-trasparenza finanzjarja fl-Unjoni;

Negozjati internazzjonali

35.  Jesprimi tħassib dwar l-applikazzjoni ta' rutina tal-eċċezzjoni għall-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali bħala ġustifikazzjoni għall-klassifikazzjoni tad-dokumenti;

36.  Ifakkar li meta istituzzjoni tiddeċiedi li tirrifjuta l-aċċess għal dokument li tkun intalbet li tiżvela, għandha, fil-prinċipju, tispjega kif l-iżvelar ta' dak id-dokument jista' b'mod speċifiku u reali jipperikola l-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali;

37.  Jenfasizza li, indipendentement minn dawn il-prinċipji, fil-prattika dan għadu mhuwiex qed jiġi implimentat, kif jidher fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-529/09 (In 't Veld v Il-Kunsill) rigward ir-rifjut mill-Kunsill li jagħti aċċess għal opinjoni tas-servizz legali tiegħu dwar il-ftehim TFTP bejn l-UE u l-Istati Uniti;

Opinjonijiet tas-servizzi legali

38.  Jenfasizza li l-opinjonijiet tas-servizzi legali tal-istituzzjonijiet għandhom, fil-prinċipju, jiġu żvelati, kif enfasizzat mis-sentenza tal-Qorti f'Turco li 'r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 huwa intiż, bħal ma jindikaw ir-raba’ premessa tiegħu u l-Artikolu 1 tiegħu, dritt ta’ aċċess lill-pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet li huwa l-iktar wiesa’ possibbli'(15);

39.  Ifakkar li, qabel ma ssir valutazzjoni ta' jekk tapplikax l-eċċezzjoni tal-Artikolu 4(2), it-tieni inċiż dwar il-protezzjoni tal-parir legali, l-istituzzjoni kkonċernata għandha tkun sodisfatta li d-dokument li ntalbet tiżvela fil-fatt mhuwiex marbut ma' parir legali u, jekk ikun il-każ, għandha tiddeċiedi liema partijiet tiegħu fil-fatt huma kkonċernati u jistgħu għalhekk jiġu koperti mill-eċċezzjoni (Turco, paragrafu 38);

40.  Jistieden lill-istituzzjonijiet jimxu skont is-sentenza ta' Turco dwar l-opinjonijiet tas-servizz legali abbozzati fil-qafas tal-proċess leġiżlattiv, li ddeċidiet li 'hemm lok li jiġi rrilevat li hija preċiżament it-trasparenza f’dan ir-rigward li, billi tippermetti li d-diverġenzi bejn diversi fehmiet jiġu diskussi fil-miftuħ, tikkontribwixxi sabiex tagħti lill-istituzzjonijiet leġittimità dejjem akbar f’għajnejn iċ-ċittadini Ewropej u żżid il-fiduċja tagħhom' u li 'fil-fatt, huwa pjuttost in-nuqqas ta’ informazzjoni u ta’ dibattitu li jistgħu jqajmu dubji f’moħħ iċ-ċittadini, mhux biss fir-rigward tal-legalità ta’ att iżolat, iżda wkoll fir-rigward tal-leġittimità tal-proċedimenti fil-qrati fl-intier tagħhom'(16);

41.  Jenfasizza li, kif ġie deċiż fil-kawża In ‘t Veld v Il-Kunsill (T-529/09)(17), theddida speċifika u prevedibbli għall-interess inkwistjoni ma tistax tiġi stabbilita mis-sempliċi biża' mill-iżvelar liċ-ċittadini tal-UE tad-diverġenzi fl-opinjonijiet bejn l-istituzzjonijiet rigward il-bażi ġuridika għall-attività internazzjonali tal-Unjoni Ewropea u, b'hekk, mill-ħolqien ta' dubji dwar il-legalità ta' dik l-attività;

Klemenza għal kartelli

42.  Jenfasizza li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-Kawża C-536/11, il-paragrafu 43 li ‘kwalunkwe talba għal aċċess għall-[fajl ta’ kartell] għandha tiġi valutata abbażi ta' kull każ għalih [mill-qrati nazzjonali], filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha tal-każ’;

o
o   o

43.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Kunsill tal-Ewropa.

(1) ĠU L 243, 27.9.2003, p. 1.
(2) ĠU C 51E, 22.2.2013, p. 72.
(3) Ara IFAW v Il-Kummissjoni (C-135/11 P), fejn fil-paragrafu 75 hu ddikajrat li, peress li ma kinitx ikkonsultat id-dokument mitlub, il-Qorti Ġenerali ma kinitx f'pożizzjoni li tivvaluta fil-każ speċifiku jekk id-dokument setax ġie rifjutat b'mod validu abbażi tal-eċċezzjonijiet.
(4) Testi adottati, P7_TA(2013)0369.
(5) ĠU C 286 E , 22.10.2010, p. 12.
(6) In ’t Veld v Il-Kunsill (T-529/09), paragrafu 19.
(7) In ’t Veld v Il-Kunsill (T-529/09), paragrafu 75.
(8) Il-Kummissjoni ma tispeċifikax l-għadd ta' dokumenti mitluba. L-għadd ta' applikazzjonijiet inizjali għal dokumenti tal-Kummissjoni huma 6447 fl-2011 u 6014 fl-2012.
(9) Il-Kunsill v In 't Veld (intervent mill-Parlament Ewropew biex jappoġġa lil In ‘t Veld).
(10) Kawżi Batchelor (T-362/08), IFAW II (T-250/08), Navigazione Libera del Golfo (T-109/05 u T-444/05), Jordana (T-161/04), CDC (T-437/08) u LPN (T-29/08).
(11) Ġermanja v Kummissjoni (T-59/09), EnBW v Kummissjoni (T-344/08), Sviluppo Globale (T-6/10), Internationaler Hilfsfonds (T-300/10), European Dynamics (T-167/10).
(12) Il-kawża l-oħra hija Dennekamp (T-82/08), fejn il-Qorti Ġenerali kkonfermat id-deċizjoni tal-Parlament abbażi tal-protezzjoni ta' data personali.
(13) Ara l-kawża IFAW li tikkonċerna dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru u l-obbligu tal-Qorti Ġenerali li tivvaluta d-dokumenti kkonċernati; u żewġ kawżi oħrajn marbuta ma' proċedimenti ta' kontroll ta' merġer, Agrofert (C-477/10 P) u Éditions Odile Jacob (C-404/10 P). Dawn it-tliet sentenzi tal-Qorti mhumiex deskritti fir-rapport annwali tal-Kummissjoni.
(14) Il-Kunsill v Access Info Europe, Kawża C-280/11 P.
(15) Il-kawżi magħquda l-Iżvezja u Turco v Il-Kunsill u l-Kummissjoni (C-39/05 P u C-52/05 P), paragrafu 35.
(16) Il-kawżi magħquda l-Iżvezja u Turco v Il-Kunsill u l-Kummissjoni (C-39/05 P u C-52/05 P), paragrafu 59.
(17) In ’t Veld v Il-Kunsill (T-529/09), paragrafu 75.


L-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2013
PDF 348kWORD 123k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet 2013 (2014/2008(INI))
P7_TA(2014)0204A7-0131/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra s-sinifikat tad-dritt ta' petizzjoni u l-importanza li l-korpi parlamentari jkunu immedjatament konxji mit-tħassib speċifiku u mill-fehmiet taċ-ċittadini u r-residenti Ewropej, kif previst fl-Artikoli 24 u 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u partikolarmentl-Artikolu 44 tagħha dwar id-dritt ta' petizzjoni lill-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-proċedura ta’ ksur, partikolarmentl-Artikoli 258 u 260,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 202(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7‑0131/2014),

A.  b'kont meħud li l-petizzjonijiet riċevuti fis-sena 2013, li kienet “is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini”, kienu jammonatw għal 2 885, li jirrappreżentaw żieda ta' kważi 45 % fuq is-sena 2012; u jinnota li kważi 10 000 petizzjoni ġew reġistrati s’issa fil-leġiżlatura attwali;

B.  billi għalkemm tali ċifra tibqa’ modesta meta mqabbla mal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea, hija madankollu indikattiva taż-żieda notevoli fis-sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini individwali, il-komunitajiet lokali, l-NGOs, l-assoċjazzjonijiet volontarji u n-negozji privati dwar id-dritt ta’ petizzjoni u l-istennijiet leġittimi dwar l-utilità tal-proċess ta’ petizzjonijiet bħala mezz biex tinġibed l-attenzjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej u tal-Istati Membri għat-tħassib tagħhom;

C.  billi ċ-ċittadini Ewropej huma direttament rappreżentati mill-unika istituzzjoni tal-UE eletta minnhom – il-Parlament Ewropew; b'kont meħud li d-dritt ta' petizzjoni joffrilhom iċ-ċans li jindirizzaw, direttament, lir-rappreżentanti tagħhom;

D.  b'kont meħud li d-dritt ta' petizzjoni jtejjeb ir-rispons tal-Parlament Ewropew fir-rigward taċ-ċittadini u r-residenti tal-Unjoni, fl-istess waqt jista' jagħti lin-nies b’mekkaniżmu miftuħ, demokratiku u trasparenti għall-ksib, meta leġittimu u ġustifikat, ta’ rimedju mhux ġudizzjarju għall-ilmenti tagħhom, notevolment fir-rigward ta' problemi dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea; billi l-petizzjonijiet jipprovdu feedback importanti lil-leġiżlaturi u lill-korpi eżekuttivi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali;

E.  billi għandu jiġi evitat iktar telf irreparabbli tal-bijodiversità, speċjalment fis-siti nominati Natura 2000; billi l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jiżguraw il-protezzjoni ta’ żoni ta’ konservazzjoni speċjali skont id-Direttiva tal-Ħabitats (92/43/KEE) u d-Direttiva dwar l-Għasafar (79/409/KEE); billi, minkejja li l-Kummissjoni tista’ tikkontrolla bis-sħiħ il-konformità mad-dritt tal-UE biss meta tittieħed deċiżjoni finali mill-awtoritajiet nazzjonali, huwa importanti – partikolarment, fir-rigward ta’ kwistjonijiet ambjentali – li jkun vverifikat fi stadju bikri li l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali japplikaw b’mod korrett ir-rekwiżiti proċedurali rilevanti kollha taħt id-dritt tal-UE, inkluż l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-prekawzjoni;

F.  billi jeħtieġ li tikber il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE, bl-għan li tissaħħaħ il-leġittimità u r-responsabbiltà tagħha; billi l-proċess ta’ petizzjonijiet jikkostitwixxi wkoll mezz li jistabbilixxi verifika fattwali fir-rigward tat-tensjonijiet li jeżistu fi ħdan is-soċjetajiet Ewropej, partikolarmentwaqt żminijiet ta’ kriżi ekonomika u tqanqil soċjali, bħal kif irriżulta mill-impatt tal-waqgħa tas-swieq finanzjarji u s-sistemi bankarji dinjin fuq il-popli tal-Ewropa; ifakkar li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet organizza seduta pubblika bl-involviment tal-petizzjonanti dwar dan is-suġġett f’Settembru 2013; billi ħafna petizzjonijiet dwar prattiċi ħżiena u abbużi finanzjarji relatati mad-drittijiet tal-konsumaturi fis-settur bankarju ġibdu l-attenzjoni tal-kumitat, u partikolarment il-konsegwenzi drammatiċi tal-evizzjonijiet mid-dar għal familji sħaħ b’riżultat ta’ klawżoli abbużivi fl-ipoteki;

G.  billi dawn il-petizzjonijiet hekk kif indirizzati lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet spiss ipprovdew input siewi lil kumitati oħra tal-Parlament Ewropew li huma responsabbli għall-abbozzar tal-leġiżlazzjoni li tkun imfassla biex tistabbilixxi bażi soċjoekonomika u ambjentali aktar sigura, soda, ġusta u prosperuża għall-futur taċ-ċittadini u r-residenti kollha Ewropej;

H.  billi kull petizzjoni hija valutata u trattata bil-mertu tagħha, anke meta tkun indirizzata minn ċittadin jew resident Ewropew wieħed, u kull petizzjonant għandu d-dritt li jirċievi tweġiba fil-lingwa tiegħu, sakemm din tkun lingwa uffiċjali tal-Unjoni;

I.  b'kont meħud li, skont it-tip u l-kumplessità tal-petizzjoni riċevuta, iż-żmien tal-ipproċessar u tat-tweġiba għaliha jvarja, imma li għandu jsir kull sforz sabiex tingħata tweġiba xierqa għat-tħassib tal-petizzjonanti f'limitu ta'żmien raġonevoli, mhux biss f’termini ta’ proċedura imma anke ta’ sustanza;

J.  billi dawk il-petizzjonanti li jkollhom il-petizzjonijiet tagħhom diskussi sussegwentement waqt il-laqgħat regolari tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-proċess, u għandhom id-dritt li jressqu l-petizzjoni tagħhom flimkien ma’ aktar informazzjoni dettaljata u b'hekk jikkontribwixxu b’mod attiv għax-xogħol tal-kumitat, bl-għoti ta' informazzjoni addizzjonali u diretta lill-membri tal-Kumitat u lill-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll lir-rappreżentanti tal-Istati Membri li jistgħu jkunu preżenti; u billi fl-2013 attendew 185 petizzjonant u kienu involuti b’mod attiv fid-deliberazzjonijiet tal-Kumitat;

K.  b'kont meħud li l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet huma bbażati kompletament fuq l-input u l-kontribuzzjonijiet riċevuti mingħand il-petizzjonanti, flimkien mar-riżultati tal-investigazzjonijiet proprji, u f’kull każ kif supplementati fejn meħtieġ b’kompetenza esperta addizzjonali mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Istati Membri jew minn entitajiet oħra; u billi l-aġendi tiegħu huma pprijoritizzati u organizzati abbażi tad-deċiżjonijiet meħuda b’mod demokratiku mill-membri tiegħu;

L.  b'kont meħud li l-kriterji stabbiliti għall-ammissibiltà tal-petizzjonijiet, skont it-termini tat-Trattat u r-regoli tal-Parlament, jindikaw li petizzjoni għandha tikkonċerna kwistjoni li taqa’ taħt l-oqsma tal-attività tal-Unjoni u li taffettwa l-petizzjonant b’mod dirett; u billi b’riżultat ta’ dan, numru ta’ petizzjonijiet riċevuti jiġu dikjarati inammissibbli minħabba li ma jikkorrispondux għal dawn il-kriterji;

M.  billi l-jedd ta' petizzjoni huwa għodda ewlenija għall-parteċipazzjoni u l-kontroll demokratiku miċ-ċittadini, u l-implimentazzjoni xierqa tiegħu għandha tiġi żgurata mill-bidu sal-aħħar tal-proċess; billi dan id-dritt għandu jibqa’ ggarantit bis-sħiħ, indipendentement mill-interessi governattivi; billi dan il-prinċipju għandu jkun promoss b'mod eżemplari fil-livell tal-UE fl-immaniġġjar tal-petizzjonijiet fi ħdan il-Parlament u mill-Kummissjoni;

N.  billi l-kriterji msemmija hawn fuq ġew ittestjati quddiem il-qrati u billi d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, pereżempju fil-Kawża T-308/07, ikkonfermaw il-kriterji relatati mad-dritt ta' petizzjoni u l-fatt li dikjarazzjonijiet rigward petizzjonijiet inammissibbli għandhom ikunu sustanzjati u ġustifikati mill-Kumitat fil-korrispondenza sussegwenti tiegħu mal-petizzjonant; u billi pereżempju fil-Kawżi T-280/09 u T-160/10, fir-rigward ta’ petizzjonijiet li jistgħu jkunu kkunsidrati bħala impreċiżi wisq fil-kontenut tagħhom;

O.  billi flimkien ma’ petizzjonijiet riċevuti relatati mal-impatt tal-kriżi fuq iċ-ċittadini u r-residenti Ewropej, kwistjonijiet ewlenin oħra ta’ tħassib għall-petizzjonanti huma dawk relatati mal-liġi ambjentali - partikolarment kwistjonijiet li jikkonċernaw l-immaniġġjar tal-iskart, id-drittijiet fundamentali - partikolarment kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tan-nies b’diżabilità u oħrajn relatati mas-saħħa, id-dritt ta’ proprjetà personali u immobbli, kwistjonijiet li jikkonċernaw il-moviment ħieles ta’ persuni, forom differenti ta’ diskriminazzjoni u partikolarment għal raġunijiet etniċi, kulturali jew ta’ lingwa, viżi, immigrazzjoni u impjiegi, u petizzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-ġustizzja, il-korruzzjoni allegata, id-dewmien fil-proċessi legali u bosta oqsma oħra ta’ attività;

P.  b'kont meħud li billi ħafna petizzjonanti, speċjalment fost is-setturi żgħażagħ tal-popolazzjoni, jagħmlu użu kbir mill-midja soċjali bħala mezz ta' komunikazzjoni, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet żviluppa n-netwerk tiegħu stess taħt l-awspiċi tal-Parlament Ewropew u qed jiġi segwit b’mod regolari minn numru dejjem akbar ta’ persuni fuq midja soċjali prinċipali, li huma attivi b’mod speċjali u utli waqt il-ħinijiet tal-laqgħat tal-Kumitat; u billi żviluppa wkoll il-bullettin tal-Kumitat, PETI Journal, li għandu numru sinifikanti ta’ abbonati regolari, attwalment 1 500;

Q.  billi, f’dan l-istess kuntest, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet kien qiegħed jaħdem flimkien mas-servizzi rilevanti fi ħdan il-Parlament Ewropew biex jiżviluppa portal tal-web multilingwali ġdid li jissostitwixxi l-faċilità elettronika, ferm aktar limitata ta’ qabel, għas-sottomissjoni ta' petizzjoni fuq il-websajt tal-Europarl; billi l-portal il-ġdid huwa mfassal sabiex iżid l-effiċjenza amministrattiva filwaqt li jtejjeb it-trasparenza u l-interattività tal-proċess għall-petizzjonijiet għall-benefiċċju tal-petizzjonanti u tal-membri tal-Parlament Ewropew kif ukoll tal-pubbliku ġenerali;

R.  ifakkar, f’dan il-kuntest, il-pożizzjoni li kkonferma abbażi tar-Rapport Annwali 2012 li ddeċieda li jkabbar l-effikaċja, it-trasparenza u l-imparzjalità tal-proċedura tal-petizzjoni, filwaqt li jippreserva d-drittijiet parteċipatorjii tal-membri tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet sabiex il-ġestjoni tal-petizzjonijiet tissodisfa l-iskrutinju ġudizzjarju, anke f'livell proċedurali;

S.  billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għad għandu interess attiv fil-mod li bih ir-Regolament li jikkonċerna l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej qed jiġi applikat u huwa konxju tad-dgħufijiet u n-natura pjuttost burokratika tal-qafas legali eżistenti li ma jirriflettix bis-sħiħ l-ispirtu tad-dispożizzjoni tat-Trattat, dan minkejja l-isforzi tal-Kumitati AFCO u PETI fit-tfassil tiegħu; u billi, skont it-termini tal-klawżola ta’ reviżjoni, il-Parlament għandu jipparteċipa fid-diskussjonijiet dwar ir-reviżjoni tar-Regolament wara tliet snin mit-tħaddim tiegħu;

T.  billi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament ICI rigward l-organizzazzjoni ta’ seduta pubblika fil-bini tal-Parlament Ewropew għal Inizjattiva ta’ suċċess se jiġu implimentati dalwaqt, bl-involviment tal-kumitat ewlieni b’kompetenza leġiżlattiva dwar is-suġġett tal-Inizjattiva, flimkien mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, skont it-termini tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament u tar-regoli ta’ implimentazzjoni adottati mill-Bureau;

U.  b'kont meħud tar-rwol siewi ta’ żjarat għal ġbir ta’ informazzjoni dwar il-petizzjonijiet li jkunu qed jiġu investigati, li l-Kumitat jorganizza b’mod regolari dwar kwistjonijiet li jkunu ngħataw prijorità speċifika, u l-bżonn li r-rapporti dwar dawn iż-żjarat jkunu tal-ogħla livell ta’ kwalità u kredibilità u li għandhom jitfasslu f’kooperazzjoni leali li twassal għal kunsens mixtieq fost il-parteċipanti; ifakkar fiż-żjarat li saru fl-2013 fi Spanja (darbtejn), fil-Polonja, fid-Danimarka, u fil-Greċja; billi aktar flessibilità fl-arranġamenti prattiċi ta’ dawn il-missjonijiet, partikolarmentfil-ġimgħat eliġibbli, għandha tikkontribwixxi għal suċċess anke akbar ta’ dawn iż-żjarat, partikolarment fir-rigward tad-disponibilità tal-membri u t-tnaqqis tar-riskju li jitħassru;

V.  b'kont meħud tar-responsabbiltajiet tal-Kumitat fir-rigward tal-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew, li hu responsabbli mill-investigazzjoni ta' lmenti minn ċittadini tal-UE dwar il-possibilità ta' amministrazzjoni ħażina fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, u li dwarhom joħroġ ukoll ir-Rapport Annwali, ibbażat fuq ir-Rapport Annwali proprju tal-Ombudsman Ewropew; u jfakkar li fl-2013 il-Kumitat kien involut b’mod attiv fl-organizzazzjoni tal-elezzjoni ta’ Ombudsman Ewropew ġdid wara l-irtirar tas-Sur Nikiforos Diamandouros minn din il-kariga;

W.  billi għalkemm l-Ombudsman Ewropew ġdid, is-Sinjura Emily O’Reily, ġiet eletta b’suċċess sabiex isservi mill-1 ta’ Ottubru 2013 mill-Membri tal-Parlament Ewropew, għandha ssir elezzjoni ġdida fil-bidu tal-leġiżlatura li jmiss, kif previst fir-Regola 204 tar-Regoli ta’ Proċedura u billi jkun għaqli li jiġi żgurat li regoli ċari u trasparenti għall-proċess ikunu ppubblikati fi żmien xieraq, li jiċċaraw aktar ir-responsabbiltà tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet f’dan il-proċess u li jiżguraw trasparenza adegwata għall-elezzjoni, partikolarment permezz ta’ faċilità tal-web dedikata u mtejba;

X.  billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa membru tan-netwerk Ewropew tal-Ombudsmen, li jinkludi xi Kumitati għall-Petizzjonijiet minn parlamenti nazzjonali, fejn dawn jeżistu, u billi jidher li huwa importanti li l-kooperazzjoni bejn il-Kumitati għall-Petizzjonijiet infushom tkun aktar enfasizzata u, fejn prattiku, imsaħħa aktar u billi l-Parlament Ewropew jista' jwettaq rwol ċentrali f’dan l-iżvilupp fl-interess taċ-ċittadini Ewropej;

Y.  billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu l-ħsieb li jkun għodda utli u trasparenti għas-servizz taċ-ċittadini u r-residenti Ewropej, li jeżerċità kontroll demokratiku u skrutinju fuq ħafna aspetti ta’ attività tal-Unjoni Ewropea, speċjalment fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-liġijiet tal-UE mill-awtoritajiet nazzjonali; u billi jista’ jikkontribwixxi aktar, abbażi tal-petizzjonijiet riċevuti, min-naħa waħda għal applikazzjoni iżjed koerenti u koordinata tal-leġiżlazzjoni tal-UE u minn naħa l-oħra għat-titjib fil-leġiżlazzjoni futura tal-UE billi jiġbed l-attenzjoni għal-lezzjonijiet li għandhom jittieħdu mis-sustanza tal-petizzjonijiet riċevuti.

Z.  billi dan ir-rapport huwa l-aħħar Rapport annwali tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tas-7 leġiżlatura tal-Parlament Ewropew u li għalhekk qed jiddeskrivi l-attivitajiet tal-Kumitat fl-2013, kif ukoll jagħti ħarsa lejn il-leġiżlatura kollha u jivvaluta sa liema punt il-Kumitat PETI rnexxielu jilħaq l-aspettattivi taċ-ċittadini, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona;

1.  Jirrikonoxxi r-rwol sostanzjali u fundamentali tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fid-difiża u l-promozzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE, billi jiżgura li permezz tal-proċess ta’ petizzjonijiet it-tħassib tal-petizzjonanti jiġi rikonoxxut aħjar u l-ilmenti leġittimi tagħhom jiġu riżolti fejn possibbli, fi żmien raġonevoli;

2.  Huwa determinat li jagħmel il-proċedura ta' petizzjoni aktar effiċjenti, trasparenti u imparzjali filwaqt li jippreserva d-drittijiet parteċipattivi tal-Membri tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet sabiex il-ġestjoni tal-petizzjonijiet tissodisfa l-iskrutinju ġudizzjarju anke fil-livell proċedurali;

3.  Jenfasizza li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet, flimkien ma’ istituzzjonijiet u korpi oħra, bħall-kumitati ta’ inkjesta u l-Ombudsman Ewropew, għandu jkollu rwol indipendenti u definit biċ-ċar bħala punti ta’ kuntatt għal kull ċittadin individwali; jenfasizza l-fatt li dawn il-korpi, flimkien mal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej huma għodda fundamentali għal UE demokratika u l-ħolqien ta’ demos Ewropej, u li l-aċċess xieraq u l-funzjonament affidabbli tagħhom għandhom jiġu ggarantiti;

4.  Jenfasizza li matul il-leġiżlatura attwali, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet kien qed jegħleb l-isfidi sabiex jilħaq l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea; jenfasizza l-importanza tal-involviment dirett taċ-ċittadini fl-attività tal-Parlament u li jkollhom it-tħassib, il-proposti jew l-ilmenti tagħhom indirizzati b'mod speċifiku mill-membri tal-Kumitat; jirrimarka l-ammont ta’ xogħol li kien sar biex ikun riżolt il-ksur possibbli tad-drittijiet taċ-ċittadini u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali dwar kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni tal-liġijiet Ewropej; filwaqt li jżomm ir-rwol importanti li jerġa’ joħloq rabta maċ-ċittadini Ewropej u jsaħħaħ il-leġittimità u r-responsabbiltà demokratika tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE;

5.  Ifakkar ir-rwol ewlieni tal-Kummissjoni fl-għoti ta' assistenza għat-trattament tal-każijiet mqajma mill-petizzjonijiet; iqis li l-investigazzjoni tal-petizzjonijiet mill-Kummissjoni għandha tkun approfondita u għandha tiffoka fuq is-sustanza tal-każijiet fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-UE; jenfasizza l-importanza tat-trasparenza f’dawn il-proċessi u ta’ aċċess pubbliku xieraq għad-dokumenti rilevanti u l-informazzjoni relatata mal-każ;

6.  Jenfasizza l-importanza ta' monitoraġġ proattiv u azzjoni korrettiva preventiva fil-ħin mill-Kummissjoni, anke meta jkun hemm evidenza sostanzjata li ċertu proġetti ppjanati u ppubblikati setgħu kisru l-leġiżlazzjoni tal-UE;

7.  Josserva l-varjetà ta’ oqsma tematiċi ewlenin ikkonċernati fil-petizzjonijiet taċ-ċittadini, bħad-drittijiet fundamentali, is-suq intern, il-liġi ambjentali, kwistjonijiet ta’ saħħa pubblika, il-kura tat-tfal, it-trasport u l-kostruzzjonijiet, il-Liġi Kostali Spanjola, ir-Regolament il-ġdid dwar amministrazzjoni tajba, il-persuni b’diżabilità, id-dsikriminazzjoni abbażi tal-età, l-aċċess pubbliku għal dokumenti, l-Iskejjel Ewropej, l-Unjoni Fiskali, u l-Industrija tal-Azzar, id-drittijiet tal-annimali u bosta oħrajn;

8.  Jikkunsidra li l-petizzjonijiet li jaqgħu taħt l-oqsma tematiċi msemmija jixhdu li l-frekwenzi ta’ sitwazzjonijiet mifruxa ta’ traspożizzjoni mhux sodisfaċenti tal-leġiżlazzjoni tal-UE jew applikazzjoni żbaljata tal-liġi għadha problema;

9.  Jikkunsidra l-importanza li tittejjeb il-kooperazzjoni mal-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri, fuq bażi ta’ reċiproċità, u, fejn hu meħtieġ, li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiġu inkoraġġiti sabiex jittrasponu u japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-UE bi trasparenza sħiħa; jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni tal-Kummissjoni mal-Istati Membri u jiddeplora t-traskuraġni ta’ ċerti Stati Membri fir-rigward tat-traspożizzjoni sħiħa u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni Ewropea, partikolarment dwar kwistjonijiet ambjentali;

10.  Ifakkar li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jikkunsidra l-petizzjonijiet ammissibbli relatati mal-prinċipji u l-kontenut tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, bħala parti inerenti tal-attività tiegħu, u jsegwi l-investigazzjonijiet tiegħu skont il-merti ta’ kull każ, u jfakkar li, minħabba l-eżistenza tal-Artikolu 51 tal-Karta, il-Kummissjoni ħafna drabi ħasset li mhix kapaċi taġixxi meta mitluba tagħmel dan mill-Kumitat; jenfasizza l-fatt li l-aspettattivi taċ-ċittadini huma ħafna akbar minn dawk previsti mid-dispożizzjonijiet strettament legali tal-Karta;

11.  Jifraħ lill-Kumitat għax-xogħol li wettaq fir-rigward ta’ petizzjonijiet riċevuti dwar kwistjonijiet relatati ma’ diżabilità, u li dwarhom kien hemm żieda sinifikanti fl-2013; jinnota l-isforzi li saru sabiex tkun żgurata tnedija b’suċċess tal-qafas tal-UE skont it-termini tal-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità fejn il-Kumitat għall-Petizzjonijiet kien assoċjat mal-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali u l-Forum Ewropew dwar id-Diżabilità, u jinnota r-rieda tal-Kumitat li jkompli jappoġġja din l-attività; jiddispjaċih għat-tmiem tal-parteċipazzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fi ħdan il-Qafas tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (UNCRPD) u għal fatt li dan kien sostitwit minn kumitati leġiżlattivi li għandhom ukoll responsabbiltà f’dan il-qasam, u jikkunsidra li din id-deċiżjoni tal-aħħar kienet ibbażata fuq miżinterpretazzjoni tal-funzjonijiet attribwiti skont il-Qafas tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (UNCRPD) ;

12.  Jinnota l-livell għoli ta’ attenzjoni li ngħataw ċertu petizzjonijiet ewlenin riċevuti rigward l-iżvilupp propost ta’ ajruport ġdid f’Notre-Dame-des-Landes, qrib Nantes; jirrikonoxxi li ġew kontribuzzjonijiet sinifikanti riċevuti minn petizzjonanti li opponew l-iskema għal raġunijiet ambjentali u li petizzjoni sostanzjali ġiet riċevuta wkoll minn dawk favur il-proġett u li dan wassal għal dibattitu intensiv fil-Kumitat bl-involviment tal-awtoritajiet Franċiżi u d-Direttur Ġenerali għall-Ambjent tal-Kummissjoni flimkien mal-petizzjonanti ewlenin; iqis li din it-tip ta' diskussjoni serja mhux biss ittejjeb l-għarfien pubbliku u tippermetti liċ-ċittadini li jipparteipaw b’mod attiv u leġittimu, imma jagħmluha wkoll possibbli li ħafna fatturi kontroversjali assoċjati mal-proġett li allegatament huma f’konflitt mal-liġi tal-UE jiġu ċċarati u li jiġu identifikati rimedji li jippermettu rispett xieraq għal-leġiżlazzjoni Ewropea kif għandha tapplika f’dawn iċ-ċirkostanzi;

13.  Jirrikonoxxi li fl-2013, ħafna petizzjonanti esprimew il-preokkupazzjoni tagħhom għall-inġustizzji li jidher li qegħdin iseħħu fid-Danimarka rigward il-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji relatati ma’ separazzjoni tal-ġenituri u divorzju u l-kustodja sussegwenti ta’ tfal żgħar; jinnota f’dan il-kuntest, li fil-każ ta’ koppji binazzjonali li jkun hemm eżempji ċari ta’ diskriminazzjoni fuq bażi ta’ nazzjonalità favur il-konjuġi tal-Istat Membru fejn għaddejjin il-proċeduri u kontra l-konjuġi li ma jkunx ċittadin ta’ dak l-Istat, b’riperkussjonijiet severi u ħafna drabi negattivi u drammatiċi fuq id-drittijiet tat-tfal; jinnota f’dan il-kuntest ksur serju tad-Drittijiet Fundamentali kemm tal-petizzjonant kif ukoll tat-tfal; jinnota li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għamel żjara għal ġbir ta’ informazzjoni fid-Danimarka biex jinvestiga dawn it-talbiet direttament fil-post fejn jidher li s-sitwazzjoni hi partikolarment gravi; jinnota li ġew reġistrati wkoll xi każijiet f’pajjiżi oħra, partikolarmentfil-Ġermanja (speċjalment f'każijiet li jikkonċernaw l-attivitajiet tal-Jugendamt), fi Franza u fir-Renju Unit;

14.  Ifakkar fl-investigazzjonijiet imwettqa abbażi tal-petizzjonijiet riċevuti matul it-terminu parlamentari, dwar il-konsegwenzi li jirriżultaw min-nuqqas ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart u r-Rapport adottat fuq dak is-suġġett; ifakkar dwar ir-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw in-nuqqas ta' teħid ta' deċiżjoni fir-rigward tal-miżbliet u l-effett li dawn għandhom fuq il-popolazzjonijiet lokali; jenfasizza li s-sitwazzjoni għadha ’l bogħod milli tkun solvuta, hekk kif il-petizzjonijiet ġew diskussi aktar tard, partikolarment fir-rigward tal-persistenza tan-nirien tossiċi kkawżati minn skart industrijali li jniġġes ħafna f’xi żoni tal-Campania, u fil-Lazio minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza dwar il-pjanijiet u l-ġestjoni istituzzjonali ta' dawn l-aħħar xhur wara l-għeluq skedat tal-miżbla ta’ Malagrotta, li llum hija suġġetta għal inkjesti ġudizzjarji ta’ livell għoli; ifakkar dwar iż-żjara intensiva għal ġbir ta’ informazzjoni fil-Greċja li saret fil-ħarifa tal-2013 fuq l-istess suġġett, li ġibdet l-attenzjoni għan-nuqqasijiet fl-applikazzjoni tad-Direttivi rilevanti relatati mal-iskart, in-nuqqas ta’ progress fl-immaniġġjar tal-iskart f’dak li jirrigwarda l-pjanijiet u s-sistemi li jinsabu ’l fuq fil-ġerarkija tal-iskart, kif ukoll għall-impatt fuq saħħet il-popolazzjonijiet f’ċertu żoni tal-Greċja; jinnota li diversi petizzjonijiet oħra dwar nuqqasijiet fl-immaniġġjar tal-iskart ġew sottomessi reċentement rigward Stati Membri oħra, u partikolarmentfir-reġjun ta’ Valenzja fi Spanja u fir-Renju Unit;

15.  Jirrikonoxxi r-rapport dwar iż-żjara għal ġbir ta’ informazzjoni fil-Polonja fejn ġie investigat sit propost ta’ minjiera miftuħa fis-Sileżja t’Isfel; laqa’ wkoll id-diskussjonijiet intensivi li saru f'din l-okkażjoni mal-petizzjonanti u mal-awtoritajiet nazzjonali rigward l-esplorazzjoni possibbli u l-isfruttament tar-riżervi tal-gass tax-shale, li dwarhom il-Kumitat kien diġà għamel sessjoni ta’ ħidma fl-2012;

16.  Jenfasizza x-xogħol kostruttiv ferm li twettaq mill-Kumitat kollu fir-rigward ta’ petizzjonijiet riċevuti rigward il-liġi Spanjola dwar il-ġestjoni tal-kosta (Ley de Costas) kemm fir-rigward tar-riżultati u l-konklużjonijiet taż-żjara għal ġbir ta’ informazzjoni kif ukoll fir-rigward tal-kooperazzjoni kemm mal-petizzjonanti kif ukoll mal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli; ifakkar li grupp ta’ ħidma speċjali ad hoc ġie stabbilit mill-Kumitat biex jinvestiga din il-kwistjoni kumplessa f’aktar dettall u biex jiżgura kollaborazzjoni man-numru kbir ta’ petizzjonanti kkonċernati; jirrikonoxxi li għalkemm inkisbu xi avvanzi għall-petizzjonanti fil-leġiżlazzjoni l-ġdida adottata mill-Parlament Spanjol, ; jitlob lill-Kummissjoni sabiex b’mod attiv tkompli ssegwi din il-kwistjoni;

17.  Jilqa’ l-fatt li, waqt iż-żjara għal ġbir ta’ informazzjoni fil-Galicia, li saret fi Frar 2013, saru diskussjonijiet estensivi mal-petizzjonanti u l-awtoritajiet reġjonali dwar kwistjonijiet li jirrelataw man-nuqqas ta’ faċilitajiet xierqa ta’ trattament tal-ilma mormi fir-reġjun; jirratifika l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ppreżentati fir-rapprt (tal-missjoni għall-ġbir tal-informazzjoni) approvati mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fis-17 ta' Diċembru 2013, fir-rigward tal-bżonn li jkomplu l-isforzi tagħhom sabiex jispiċċaw it-tindif u r-riġenerazzjoni tar-rías;

18.  Jenfasizza r-rwol ta’ obbligu ta’ rapportar tal-Kumitat; jiġbed l-attenzjoni għal diversi riżoluzzjonijiet li ġew adottati fl-2013 f’forma ta’ rapporti bħar-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew dwar l-immaniġġjar mill-Kummissjoni ta’ nuqqasijiet fil-valutazzjoni tal-impatt ambjentali fil-proġett ta’ tkabbir tal-ajruport ta’ Vjenna, minbarra r-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet kollha tal-Ombudsman Ewropew; jenfasizza l-input rilevanti li mogħti mill-Kumitat grazzi għall-għarfien espert miksub matul iż-żmien permezz tal-immaniġġjar ta’ ħafna każijiet konkreti fis-sura ta' opinjonijiet lill-kumitati ewlenin u partikolarment għar-reviżjoni tad-Direttiva VIA kif ukoll l-opinjoni dwar il-postijiet ta' ħidma tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea; jemmen li grazzi għal dawn id-dokumenti, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jista’ jressaq lill-plenarja l-kwistjonijiet ta’ importanza għaċ-Ċittadini Ewropej;

19.  Ifakkar li skont l-Artikolu 202(2), il-Kumitat għall-Petizzjonijiet hu ntitolat li jressaq mhux biss rapporti mhux leġiżlattivi fuq inizjattiva proprja fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati ma' bosta petizzjonijiet, iżda ukoll mozzjonijiet qosra għal riżoluzzjonijiet li għandha ssir votazzjoni dwarhom fil-plenarja fir-rigward ta' kwistjonijiet urġenti;

20.  Jemmen li l-organizzazzjoni ta’ seduti pubbliċi hija għodda importanti ħafna biex ikunu eżaminati l-problemi mqajma mill-petizzjonanti; jiġbed l-attenzjoni għas-seduta pubblika li saret dwar l-impatt tal-kriżi fuq iċ-ċittadini Ewropej u dwar l-infurzar mill-ġdid tal-parteċipazzjoni demokratika fil-governanza tal-Unjoni, kif ukoll dwar is-seduta pubblika dwar l-aħjar użu miċ-ċittadinanza tal-UE, li analizzat it-tħassib mqajjem fiż-żewġ aspetti miċ-ċittadini tal-UE abbażi tal-petizzjonijiet riċevuti; iqis li l-informazzjoni pprovduta fil-petizzjonijiet turi l-impatt personali tal-awsterità fuq id-drittijiet tal-petizzjonanti kif ukoll biex turi r-rwol akbar u l-impenn tas-soċjetà ċivili; jirrikonoxxi li sabiex ikunu indirizzati l-isfidi finanzjarji ta’ għada, l-Ewropa għandha bżonn governanza ekonomika kredibbli, viżibbli u responsabbli; jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-ostakoli li fadal sabiex iċ-Ċittadini tal-UE jgawdu d-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-UE kif ukoll il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni politika taċ-ċittadini tal-UE fil-ħajja tal-UE;

21.  Jikkunsidra importanti ħafna għax-xogħol tiegħu l-użu ta’ forom oħra ta’ attività bħal pereżempju mistoqsijiet parlamentari għal tweġibiet orali li jiġu trattati matul seduti plenarji; ifakkar li huma forma diretta ta’ skrutinju parlamentari ta’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE; jirrimarka li uża d-dritt tiegħu 9 darbiet fl-2013 fejn ressaq mistoqsijiet dwar, pereżempju, id-diżabilitajiet, it-trattament xieraq tal-annimali, l-immaniġġjar tal-iskart u l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej; jiddispjaċih bil-kbir għall-fatt li xi uħud mill-inizjattivi proposti mill-Kumitat qed jinżammu milli jiġu implimentati għal bosta xhur qabel ma jiġu diskussi fil-plenarja, biex b'hekk ma jħallux it-tressiq ta' tħassib rikorrenti miċ-ċittadini tal-UE u milli dawn jirċievu risposta diretta mill-Kummissjoni;

22.  Jinnota l-influss kostanti ta’ korrispondenza minn ċittadini li jduru fuq il-Parlament għal rimedju għal kwistjonijiet li jaqgħu 'l barra mill-oqsma ta’ kompetenza tal-UE skont l-Artikolu 227 tat-Trattat kif ukoll l-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; jitlob biex jinstabu soluzzjonijiet aħjar biex ikunu indirizzati dawn is-sottomissjonijiet miċ-ċittadini waqt li jitqiesu l-obbligazzjonijiet tal-Parlament fir-rigward tal-korrispondenza tiegħu maċ-ċittadini; jiddispjaċih f’dan ir-rigward bin-nuqqas mis-servizzi xieraq tal-Parlament li jsegwi r-rakkomandazzjonijiet dwar is-sottomissjonijiet minn ċittadini dwar kwistjonijiet li jaqgħu barra mill-qasam tal-kompetenza tal-UE, imressqa fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet 2011;

23.  Jirrikonoxxi li l-kwistjonijiet ambjentali jibqgħu prijorità għall-petizzjonanti, u għaldaqstant jenfasizza l-fatt li f’dan il-qasam l-Istati Membri għadhom ’il bogħod; josserva li ħafna mill-petizzjonijiet jiffokaw fuq is-saħħa pubblika, pereżempju l-immaniġġjar tal-iskart, is-sikurezza tal-ilma, l-enerġija nukleari u l-annimali protetti; jirrimarka li ħafna petizzjonijiet jirrigwardjaw proġetti ġodda u li se jsiru aktar ’il quddiem li jżidu l-periklu li jaffettwaw l-oqsma msemmija hawn fuq; ifakkar li waqt li l-Istati Membri jistinkaw sabiex jindirizzaw dawn is-sitwazzjonijiet, huwa ċar li għad hemm ostakoli sabiex tinstab soluzzjoni sostenibbli; jinnota l-każ tal-impjant tal-azzar ILVA f'Taranto li hu wieħed ta' tħassib serju, minħabba d-deterjorazzjoni qawwija ta' kundizzjonijiet ambjentali u fis-sitwazzjoni tas-saħħa tal-popolazzjoni lokali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża l-mekkaniżmi disponibbli lilha biex tiżgura, kemm jista' jkun, il-konformità immedjata tal-awtoritajiet Taljani mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE;

24.  Jistieden lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet biex ikompli jeżamina l-effetti tal-każistika fir-rigward tal-Korporazzjoni tax-Xandir Ellenika (Ellinikí Radiofonía Tileórasi, ERT) dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-konsegwenzi tagħha dwar il-petizzjonijiet u biex tinvestiga l-mistoqsija dwar liema ostakli attwali ċ-ċittadini tal-UE jiffaċċjaw meta japplikaw għal deċiżjoni preliminari mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabiex jiksbu interpretazzjonijiet affidabbli ta’ kwistjonijiet ċentrali taħt il-leġiżlazzjoni Ewropea fil-każijiet quddiem il-qrati nazzjonali;

25.  Jilqa’ l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ICI) fl-1 ta’ April 2012, kif ukoll ir-reġistrazzjoni tal-ewwel ICI, iddedikata għall-politiki għaż-Żgħażagħ tal-Ewropa – Fraternità 2020, u l-ICI ta’ suċċess reċenti ddedikata għad-Dritt għall-Ilma; jemmen li l-ICI tikkostitwixxi l-ewwel strument ta’ demokrazija parteċipattiva transnazzjonali u se tagħti liċ-ċittadini l-possibilità li jkunu involuti b’mod attiv fit-tfassil tal-politiki u l-leġiżlazzjoni Ewropej; jikkonferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jipparteċipa fl-organizzazzjoni ta’ seduti pubbliċi għal Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej ta’ suċċess bl-involviment attiv tal-kumitati parlamentari kkonċernati kollha; jenfasizza l-bżonn għal reviżjoni regolari tas-sitwazzjoni attwali tal-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej, bl-għan li tittejjeb il-proċedura waqt li tiġi limitata l-burokrazija u ostakoli oħra; huwa konxju li l-eżitu tal-ewwel seduti parlamentari tal-ewwel ICIs b’suċċess li qed iseħħu fl-2014 huma kruċjali biex jiġu stabbiliti standards proċedurali għolja u l-aspettattivi taċ-ċittadini dwar l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt fil-ġejjieni, u jimpenja ruħu biex jagħti prijorità istituzzjonali li tiżgura l-effikaċja tal-proċess parteċipattiv.

26.  Japprezza d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-2013 bħala s-’Sena Ewropea taċ-Ċittadini’ u li tipprovdi informazzjoni u għarfien importanti għaċ-Ċittadini tal-UE rigward id-drittijiet tagħhom u dwar l-istrumenti demokratiċi disponibbli għalihom biex jasserixxu dawk id-drittijiet; jikkunsidra li s-’Sena Ewropea taċ-Ċittadini’ għandha tintuża għad-disseminazzjoni wiesgħa ta’ informazzjoni dwar l-'Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej', u għalhekk jipprovdi linji gwida ċari u li jistgħu jinftiehmu sabiex titnaqqas ir-rata għolja ta’ inammissibiltà meta mqabbla mar-rata li għadha trid tinstab fil-qasam tal-'petizzjonijiet'; jinsab konvint li l-portal elettroniku tal-petizzjonijiet jirrappreżenta kontribut reali u ta' valur mill-Parlament liċ-ċittadinanza Ewropea;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni bħala l-gwardjan tat-Trattat tiżgura li jinstab rimedju għan-nuqqas attwali ta’ implimentazzjoni tal-liġi tal-UE kif muri mill-għadd ta’ petizzjonijiet sottomessi lill-Parlament, sabiex iċ-ċittadini tal-UE jitħallew jieħdu vantaġġ sħiħ mid-drittijiet tagħhom;

28.  Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni biex issolvi l-kwistjonijiet marbuta mar-rikonoxximent reċiproku ta’ dokumenti dwar l-istat ċivili u fl-istess waqt jibqa’ jkun hemm rispett għall-politiki soċjali filwaqt li tirrispetta l-kompetenzi tal-Istati Membri.

29.  Jiddeplora li ċ-ċittadini Ewropej ikomplu jesperjenzaw problemi frekwenti li jiġu kkawżati minħabba l-applikazzjoni żbaljata tal-liġi dwar is-Suq Intern minn awtoritajiet pubbliċi waqt li jeżerċitaw il-moviment ħieles tagħhom;

30.  Jiddeplora li reċentement ir-rapporti dwar il-missjonijiet għal ġbir ta’ informazzjoni u dokumenti oħra ma ġewx tradotti fil-lingwi uffiċjali tal-UE, b’mod speċjali fil-lingwi nazzjonali tal-petizzjonanti;

31.  Jirrikonoxxi r-rwol importanti tan-netwerk SOLVIT, li ta’ sikwit jikxef u jsolvi problemi marbuta mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern; iħeġġeġ għar-rinfurzar ta’ din l-għodda u għal kollaborazzjoni aktar attiva bejn il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u n-netwerk SOLVIT; ifakkar li l-2013 kienet is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini u jagħti rikonoxximent kemm lill-istituzzjonijiet u l-korpi kemm tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Istati Membri li, fid-dawl tal-prinċipji preżenti fit-Trattati u l-fatti li ġew rivelati f’dan ir-rapport, irreklamaw b’mod aktar intensiv is-servizz tagħhom liċ-ċittadini u r-residenti Ewropej matul din is-sena;

Orizzonti ġodda u relazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet oħra

32.  Jirrimarka l-importanza li dan ix-xogħol tal-Kumitat ikun aktar sostanzjali fil-Kamra billi jtella’ l-profil tiegħu fil-livell ta’ Kumitat ta’ skrutinju; jistieden lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet li għadu kemm ġie elett biex jinnomina Rapporteurs Annwali interni dwar il-politiki ewlenin, li huma ta’ tħassib għall-petizzjonanti Ewropej, u jtejjeb il-kooperazzjoni mal-kumitati parlamentari l-oħra billi b’mod sistematiku jistieden lill-membri tagħhom għal dawk id-dibattiti fil-Kumitat għall-Petizzjonijiet li jikkonċernaw l-oqsma rispettivi ta’ kompetenza leġiżlattiva tagħhom ; jistieden lill-kumitati parlamentari l-oħra jinvolvu aktar lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet bħala kumitat li jista’ jagħti opinjoni dwar rapporti ta’ implimentazzjoni u strumenti oħra li jimmonitorjaw it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni Ewropea fl-Istati Membri; jenfasizza l-importanza, anke minħabba l-ammont dejjem akbar ta’ petizzjonijiet riċevuti u l-impenji relatati magħhom, li l-Kumitat igawdi minn status denewtralizzat fil-portafoll tal-kumitat tal-Parlament; jistieden lis-Seduta Plenarja tal-Parlament Ewropew tiddedika aktar ħin għax-xogħol tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

33.  Jenfasizza l-bżonn li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet mal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE u mal-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri; jikkunsidra l-importanza tagħha sabiex jitjieb id-djalogu strutturat u l-kooperazzjoni sistematika mal-Istati Membri speċjalment mal-Kumitati għall-Petizzjonijiet tal-Parlamenti Nazzjonali, eż. billi jinżammu laqgħat regolari mal-presidenti tal-Kumitati kollha għall-Petizzjonijiet; il-ħolqien ta’ din is-sħubija jippermetti l-aħjar skambju ta’ esperjenza u prattiċi u ukoll prattika iżjed sistemika u effiċjenti ta’ riferiment tal-petizzjonijiet fil-livell u lill-korp kompetenti u fl-aħħar mill-aħħar iqarreb aktar lill-Parlament Ewropew lejn it-tħassib taċ-ċittadini Ewropej; jilqa’ l-istabbiliment fl-Irlanda tal-Kumitat Konġunt ta’ Oireachtas dwar Investigazzjoni, Sorveljanza u Petizzjonijiet, u r-rabtiet utli li stabbilixxa mal-Parlament Ewropew matul din is-sena sabiex jipprovdi servizz anke aqwa liċ-ċittadini; jinnota li l-parlamenti fi Stati Membri oħra bħalissa qed jikkunsidraw li joħolqu kumitati għall-petizzjonijiet jew korpi simili, jew li xi wħud għandhom proċessi oħra biex jittrattaw il-petizzjonijiet;

34.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrikonoxxi kif jixraq ir-rwol li għandhom il-petizzjonijiet fil-kontroll tal-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tal-UE minħabba li l-petizzjonijiet sikwit ikunu l-ewwel indikaturi li l-Istati Membri jkunu waqgħu lura fl-implimentazzjoni tal-miżuri legali; jistieden lill-Parlament Ewropew sabiex fil-Ftehim Interistituzzjonali tiegħu mal-Kummissjoni jirrakkomanda li jitnaqqas il-ħin li jittieħed biex twieġeb għat-talbiet tal-Kumitat u biex iżżomm ukoll lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet infurmat dwar l-iżviluppi fil-proċeduri ta’ ksur li għandhom rabta diretta mal-petizzjonijiet; jemmen, f’termini ġenerali l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jipprovdu iżjed informazzjoni u għandhom ikunu iżjed trasparenti fir-rigward taċ-ċittadini tal-UE, sabiex tiġi miġġielda l-perċezzjoni dejjem akbar ta’ nuqqasijiet demokratiċi;

35.  Jenfasizza li l-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri hija essenzjali għall-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; iħeġġeġ lill-Istati Membri jkollhom rwol proattiv rigward it-tweġibiet għal petizzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġi Ewropea, u jikkunsidra importanti ħafna l-preżenza u l-kooperazzjoni attiva tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-laqgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; huwa determinat li jżomm kooperazzjoni mill-qrib u kommunikazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u ċ-ċittadini;

36.  Jenfasizza l-importanza tal-kollaborazzjoni msaħħa mal-Ombudsman Ewropew billi jiġi stabbilit ftehim interistituzzjonali ġdid; jenfasizza l-importanza tal-involviment tal-Parlament Ewropew fin-netwerk tal-Ombudsmen Nazzjonali; ifaħħar ir-relazzjonijiet eċċellenti fil-qafas istituzzjonali bejn l-Ombudsman u dan il-Kumitat; japprezza b’mod speċjali l-kontribuzzjonijiet regolari mill-Ombudsman għax-xogħol tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul il-leġiżlatura; ifakkar li xorta waħda mhux iċ-ċittadini kollha tal-UE għandhom Ombudsman nazzjonali, li jfisser li mhux iċ-ċittadini kollha tal-UE għandhom aċċess ugwali għal rimedju; huwa tal-opinjoni li l-uffiċċju tal-Ombudsman nazzjonali f’kull Stat Membru fin-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen jista’ jkun ta’ appoġġ sostanzjali għall-Ombudsman Ewropew;

Metodi ta’ ħidma

37.  Jistieden lill-Membri Parlamentari Ewropej fil-Kumitat għall-Petizzjonijiet jadottaw regoli interni finali biex jiżguraw l-effiċjenza u t-trasparenza fix-xogħol tal-Kumitat u biex jagħmlu proposti sabiex ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropej jiġu riveduti kif xieraq biex ikunu kkonsolidati t-tentattivi kontinwi tagħhom matul is-seba’ leġiżlatura kollha ħalli jkunu mtejba l-metodi ta’ ħidma; jistieden lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet jadotta dati ta’ skadenza ċari fil-proċess tal-petizzjonijiet sabiex iċ-ċiklu tal-ħajja tal-petizzjonijiet fil-Parlament Ewropew ikun aktar mgħaġġel u l-proċess kollu jkun anke aktar trasparenti u demokratiku; jenfasizza li dan jista’ jistabbilixxi ċiklu tal-ħajja definit tal-petizzjoni mir-reġistrazzjoni sal-għeluq finali tagħha fil-Parlament Ewropew, bl-istess mod bħad-dati ta’ skadenza eżistenti għax-xogħol fil-proċess fuq fajls leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi; jikkunsidra li dawn il-limiti ta' żmien għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ twissija li awtomatikament jiġbed l-attenzjoni tal-membri dwar petizzjonijiet fejn ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni jew ma tkun saret l-ebda korrispondenza għal żmien konsiderevoli, sabiex jiġi evitat li petizzjonijiet antiki jibqgħu miftuħin tul is-snin mingħajr raġuni sostanzjali; ifakkar li ż-żjarat għal ġbir ta’ informazzjoni huma wieħed mill-istrumenti investigattivi ewlenin tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, għaldaqstant hemm bżonn ta’ reviżjoni urġenti tar-regoli rilevanti sabiex il-Membri ġodda li nħatru jkunu jistgħu jagħmlu żjarat effiċjenti u jirrappurtaw lura malajr lill-petizzjonanti u lill-Kumitat dwar is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom.

38.  Jilqa’ il-preżenza ta’ awtoritajiet pubbliċi tal-Istat Membru kkonċernat, kif ukoll ta’ partijiet interessati oħra fil-laqgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet ; jenfasizza l-fatt li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa l-uniku Kumitat li sistematikament jipprovdi pjattaforma għaċ-ċittadini biex jesprimu t-tħassib tagħhom direttament lill-Membri tal-Parlament Ewropew u li jippermetti djalogu fost ħafna partijiet bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, l-awtoritajiet nazzjonali u l-petizzjonanti; jissuġġerixxi li sabiex tkun iffaċilitata l-organizzazzjoni tal-laqgħat kif ukoll biex fil-futur jitnaqqsu l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-amministrazzjoni tal-Parlament għandhom jesploraw il-possibilità għall-parteċipazzjoni tal-petizzjonanti jew tal-awtoritajiet pubbliċi permezz ta’ vidjokonferenza jew faċilità simili;

39.  Jinnota n-numru li dejjem qed jikber ta’ petizzjonijiet tul il-leġiżlatura u jibqa’ mħasseb ħafna minħabba li, fil-proċess matul il-fażi ta’ reġistrazzjoni u l-fażi ta’ ammissibiltà, id-dewmien u ż-żmien ta’ tweġiba għadu twil wisq; jitlob biex l-Unità tal-Ilqigħ u r-Referenza tad-Dokumenti Uffiċjali u s-Segretarjat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet rispettivament ikunu ipprovduti, b'amministratur addizzjonali b'esperjenza ġuridika, sabiex joħorġu rakkomandazzjonijiet relatati dwar jekk il-petizzjoni taqax fil-kompetenza tal-liġi Ewropea; jikkunsidra li dawn ir-rakkomandazzjonijiet flimkien mas-sommarji tal-petizzjonijiet jeħtieġ li jiġu pprovduti lill-membri l-ewwel bl-Ingliż, imbagħad jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali kollha biss meta jiġu ppubblikati, sabiex jitħaffu iżjed l-ewwel deċiżjonijiet dwar l-ammissibiltà; jistenna li t-tnedija tal-portal tal-web il-ġdid għall-petizzjonijiet inaqqas in-numru ta’ sottomissjonijiet dubjużi li xi drabi jiġu rreġistrati bħala petizzjonijiet;

o
o   o

40.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kunsill, il-Kummissjoni, l-Ombudsman Ewropew, u l-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, il-kumitati tagħhom għall-petizzjonijiet u l-ombudsmen nazzjonali tagħhom jew korpi kompetenti simili.


L-Ortikultura
PDF 330kWORD 103k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-futur tas-settur tal-Ortikoltura tal-Ewropa - strateġiji għat-tkabbir (2013/2100(INI))
P7_TA(2014)0205A7-0048/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Parti Tlieta, it-Titoli III u VII tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/128/KE tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas-26  ta'  Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex(2) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi(5),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ġunju 1996 dwar inizjattiva Komunitarja favur l-ortikoltura ornamentali(7),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2008 dwar il-prezzijiet tal-ikel fl-Ewropa (COM(2008)0821),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2008 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għal Konsum u Produzzjoni Sostenibbli u Politika Industrijali Sostenibbli (COM(2008)0397),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2009 dwar katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar (COM(2009)0591),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-28 ta' Mejju 2009 rigward il-politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli (COM(2009)0234),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2011 intitolata "L-assigurazzjoni ta’ ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 (COM(2011)0244),,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2008/359/KE tal-Kummissjoni tat-28 ta’ April 2008 li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Kompetittività tal-Industrija tal-Agri-Ikel, u r-Rapport ta’ dak il-Grupp ta’ Livell Għoli tas-17 ta’ Marzu 2009 dwar il-Kompetittività fl-Industrija Agro-Alimentari Ewropea, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp u l-pjan ta’ azzjoni ta’ inizjattivi kjavi(8),

–  wara li kkunsidra l-istudju ta' Novembru 2012 jismu 'Appoġġ għall-Koperattivi tal-Bdiewa' (SFC), li jippreżenta dak li sab il-proġett SFC imniedi mill-Kummissjoni(9),

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-2013 magħmul miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni – Istitut għall-Istudji Teknoloġiċi Prospettivi intitolat ‘Ktajjen Qosra tal-Provvista Alimentari u Sistemi Alimentari Lokali fl-UE. Il-Qagħda Bħalissa tal-Karatteristiċi Soċjo-Ekonomiċi tagħhom’(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0048/2014),

A.  billi s-settur tal-frott u l-ħaxix (F&Ħ) jirċievi biss madwar 3 % tal-għajnuna tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) iżda jirrappreżenta 18 % tal-valur totali tal-produzzjoni agrikola fl-UE, jirrappreżenta 3 % tal-erja agrikola utilizzabbli tal-UE u għandu valur ta’ aktar minn EUR 50 biljun;

B.  billi l-ortikoltura tinkludi l-frott, il-ħaxix, il-patata, l-insalata, il-ħwawar u l-pjanti ornamentali, u billi s-settur tal-ortikoltura jħaddan fih l-imxietel, l-imxietel perenni, is-servizzi ta' ġardinaġġ, il-ġardinaġġ fiċ-ċimiterji, il-bejjiegħa bl-imnut ta' provvisti tal-ġardinaġġ, iċ-ċentri ta' ġardinaġġ, il-bejjiegħa tal-fjuri u s-servizzi ta' bini u tiżwiq ta' ġonna;

C.  billi, skont l-istimi, il-katina ta' provvista tal-F&Ħ għandha dħul ta' aktar minn EUR 120 biljun, u madwar 550 000 impjegat, u billi din hija importanti għall-ekonomija ta' dawn iż-żoni fl-UE li għandhom tendenza jkollhom rata għolja ta' qgħad;

D.  billi l-UE hija t-tieni l-akbar prodottur tad-dinja kif ukoll it-tieni l-akbar importatur tal-F&Ħ; billi d-domanda f'dan is-settur qed tikber u attwalment hija ogħla mill-provvista; billi l-kummerċ tal-F&Ħ żdied minn aktar minn USD 90 biljun fl-2000 għal kważi USD 218-il biljun fl-2010 u jirrappreżenta kważi 21 % tal-kummerċ globali tal-ikel u l-kummerċ globali tal-prodotti tal-annimali; billi l-UE fetħet is-swieq tagħha b'mod konsiderevoli għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, li magħhom ikkonkludiet ftehimiet bilaterali u multilaterali;

E.  billi s-settur tal-ortikoltura – il-produzzjoni primarja u l-industrija tal-ipproċessar – jaġixxi bħala multiplikatur ekonomiku fil-livell Ewropew, filwaqt li jistimola d-domanda u l-ħolqien ta’ valur miżjud f’setturi ekonomiċi oħra bħall-kummerċ, il-bini u s-servizzi finanzjarji;

F.  billi s-settur tal-F&Ħ organiku huwa s-settur organiku li qed jikber l-aktar malajr fi ħdan kwalunkwe suq tal-UE b'valur ta’ EUR 19.7 biljun fl-2011 u b'rata tat-tkabbir ta' 9 % bejn l-2010 u l-2011, f’xejra ta’ tkabbir annwali bejn 5-10 % fuq medda ta’ għaxar snin; billi f’termini ta’ erja mħawla, is-sehem tal-frott organiku żdied bi 18.2 % u dak tal-ħaxix organiku bi 3.5 % bejn l-2010 u l-2011;

G.  billi l-konsum per capita tal-F&Ħ fl-2011 għall-UE-27 naqas bi 3 % meta mqabbel mal-konsum medju tal-ħames snin preċedenti, minkejja l-vantaġġi sostanzjali għas-saħħa li jinkisbu permezz tal-konsum tal-F&Ħ;

H.  billi l-UE hija l-akbar produttur fid-dinja tal-fjuri, basal u pjanti mħawla (44 % tal-produzzjoni globali), bl-akbar densità għal kull ettaru; billi, skont l-istimi, is-settur ornamentali għandu dħul ta’ EUR 20 biljun fi produzzjoni, EUR 28 biljun f’kummerċ bl-ingrossa u EUR 38 biljun f’kummerċ bl-imnut, u madwar 650 000 impjegat;

I.  billi r-reġim tal-F&Ħ huwa parti mill-PAK u, fost l-għanijiet tiegħu, għandu dak li jdaħħal mill-ġdid il-bilanċ fil-katina alimentari, jippromwovi l-F&Ħ, jagħti spinta lill-kompetittività u jappoġġja l-innovazzjoni; billi l-isħubija mal-organizzazzjonijiet tal-produtturi (OP) għandha tiżdied, inkluża dik f'reġjuni fejn għal numru ta' snin ma kien hemm l-ebda fondi operazzjonali u/jew il-metodi ta' produzzjoni ma kinux aġġornati, billi s-sistema titħejja b'mod li tqanqal iktar interess, fid-dawl tal-fatt li aktar minn nofs il-kultivaturi tal-UE għadhom ma ssieħbux mal-OP minkejja l-fatt li l-għan tal-Kummissjoni kien li tintlaħaq rata medja ta' sħubija fl-OP ta' 60 % sas-sena 2013; billi r-rata baxxa ta’ organizzazzjoni f'xi Stati Membri kienet ikkawżata parzjalment mis-sospensjoni tal-OP, fattur li joħloq inċertezza fost il-produtturi; billi, peress li l-OP għandhom rwol ewlieni fit-tisħiħ tas-setgħa ta' negozjar tal-organizzazzjonijiet tal-F&Ħ, huwa essenzjali li jiġi evitat li tinħoloq inċertezza fost il-produtturi billi tiġi ċċarata l-leġiżlazzjoni Ewropea dwar ir-rikonoxximent tal-OP;

J.  billi, skont il-Eurostat, l-ispejjeż tal-prodotti agrikoli globali għall-bdiewa tal-UE żdiedu b’medja ta’ kważi 40 % bejn l-2000 u l-2010, filwaqt li l-prezzijiet mal-ħruġ mill-azjenda agrikola żdiedu b’medja ta’ anqas minn 25 %; billi ż-żieda fl-ispejjeż tal-prodotti agrikoli kienet kważi 80 % għall-fertilizzanti sintetiċi u s-sustanzi li jtejbu l-ħamrija, kważi 30 % għaż-żrieragħ u l-istokk għat-tħawwil u kważi 13 % għall-prodotti maħsuba għall-protezzjoni tal-pjanti;

K.  billi t-telf tal-fertilità tal-ħamrija minħabba l-erożjoni, it-tnaqqis tal-prodotti agrikoli ta’ materja organika li jwassal għal struttura ta’ frak u livelli ta’ humus batuti u t-tnaqqis ta’ nutrijenti u taż-żamma tal-ilma, u t-tnaqqis fil-proċessi ekoloġiċi jsarraf fi spiża sinifikanti kemm għall-bdiewa kif ukoll għall-baġit pubbliku;

L.  billi l-‘kanal tal-għarfien’ li jsarraf ir-riċerka fi prattika għall-ortikultura għandu pressjonijiet kbar fuqu, u billi l-infiq mis-settur privat fuq ir-riċerka b'mod ġenerali laħaq livell baxx, tant li r-riċerka u l-iżvilupp irrappreżentaw biss 0.24% tan-nefqa totali tal-industrija alimentari fl-UE-15 fl-2004, l-aħħar perijodu li għalih huma disponibbli ċ-ċifri;

M.  billi numru kbir ta’ varjetajiet ta' F&Ħ jinsabu fir-riskju li jiġu estinti minħabba l-fatt li mhumiex jipproduċu biżżejjed profitt, u billi, f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent, is-soċjetà u l-kultura, il-bdiewa li qed ikomplu jikkoltivaw tali varjetajiet għandhom rwol siewi fil-preservazzjoni ta' karatteristiċi importanti tal-agrikoltura Ewropea;

N.  billi d-diffikultajiet dejjem jikbru ta’ prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara, u d-disponibilità limitata ta’ prodotti fitosanitarji għall-protezzjoni tal-għelejjel ortikulturali, jistgħu jikkompromettu d-diversifikazzjoni tal-agrikoltura u l-kwalità tal-ħaxix fl-Ewropa;

O.  billi l-intrapriżi tal-ġardinaġġ ta’ spiss huma involuti wkoll fil-produzzjoni, fil-bejgħ u fil-qasam tas-servizzi;

P.  billi ċ-ċisġenesi tista’ tiġi definita bħala teknika tal-inġinerija ġenetika li fi pjanta-suġġett tintroduċi ġene mill-qraba tagħha tal-istess ġeneru jew speċi;

1.  Jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tas-settur tal-ortikoltura tal-UE u li dan ikun jista' jikkompeti aħjar fis-suq globali, permezz tal-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-effiċjenza tal-enerġija u s-sigurtà, l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-miżuri biex titjieb il-kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll l-isforzi kontinwi biex jiġi eliminat l-iżbilanċ bejn l-operaturi u l-fornituri;

2.  Jenfasizza l-ħtieġa li jsir eħfef għall-produtturi li jiksbu aċċess għas-swieq ta’ pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex tappoġġja l-esportaturi tal-frott, ħaxix u fjuri u pjanti ornamentali biex jingħeleb in-numru dejjem jikber ta’ xkiel nontariffarji, bħal xi standards fitosanitarji ta’ pajjiżi terzi, li jagħmlu l-esportazzjonijiet tal-UE diffiċli, jekk mhux impossibbli;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, għall-operaturi ekonomiċi kollha tas-suq fl-UE, tistabbilixxi l-istess kundizzjonijiet ta’ aċċess fir-rigward tal-standards tal-kummerċjalizzazzjoni, denominazzjonijiet tal-oriġini, eċċ. biex tiżgura li dawn il-kundizzjonijiet qed jiġu rispettati permezz ta’ kontrolli xierqa, biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni;

4.  Iħeġġeġ il-promozzjoni tal-konsum tal-F&Ħ fl-Istati Membri permezz ta’ attivitajiet edukattivi bħall-iskema tal-UE tal-frott għall-iskejjel, kif ukoll, pereżempju, permezz ta' skemi tal-industrija Grow Your Own Potato u Cook Your Own Potato fir-Renju Unit;

5.  Jinnota li s-swieq lokali u reġjonali ħafna drabi jkollhom provvisti insuffiċjenti ta’ prodotti ortikoli li jkunu ġew prodotti hemm u l-intraprenditorija agrikola għandha għaldaqstant tkun promossa f’dawn ir-reġjuni, b’mod partikolari permezz ta’ inċentivi għall-intraprendituri żgħażagħ, li joffru opportunità ta’ impjieg fis-settur agrikolu, kif ukoll garanzija rigward il-provvista ta’ prodotti lokali friski;

6.  Jenfasizza l-benefiċċji tal-ortikultura ornamentali għas-saħħa u l-benesseri tal-bniedem fit-tisħiħ tal-ispazji ħodor, li permezz tagħhom jittejjeb l-ambjent urban b’rabta mat-tibdil fil-klima u l-ekonomija rurali; jenfasizza l-ħtieġa għal appoġġ aktar attiv f’dan is-settur, f’dak li għandu x’jaqsam mat-tħeġġiġ tal-investiment u l-iżvilupp tal-karriera;

7.  Jilqa' l-miżuri li twettqu fir-reġim tal-F&Ħ fl-UE, maħsuba biex iżidu l-orjentament tas-suq fost il-kultivaturi tal-UE, iħeġġu l-innovazzjoni, jippromwovu l-F&Ħ, iżidu l-kompetittività tal-kultivaturi u jtejbu l-kummerċjalizzazzjoni, il-kwalità tal-prodott u l-aspetti ambjentali tal-produzzjoni, permezz ta' għotja ta' appoġġ lill-OP, assoċjazzjonijiet tal-OP u r-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali, anki billi jippromwovu l-formazzjoni ta' raggruppamenti li tnissel flussi ġodda ta' dħul li jissarfu f'investimenti ġodda; jiġbed l-attenzjoni, fl-istess ħin, għall-fatt li jridu jittieħdu passi biex jiġi żgurat li d-distributuri diretti jew indipendenti ma jġarrbux diskriminazzjoni iżda jkollhom l-opportunità li jimplimentaw proġetti innovattivi u jsaħħu l-kompetittività tagħhom;

8.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-produzzjoni lokali u reġjonali u l-kummerċjalizzazzjoni jgħinu biex joħolqu u jżommu l-attività ekonomika u l-impjiegi fiż-żoni rurali;

9.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li katini qosra ta’ valur jgħinu biex inaqqsu l-emissjonijiet li huma ta' ħsara għall-klima;

10.  Jinnota li l-hekk imsejjaħ "urban farming" joffri opzjonijiet kummerċjali ġodda għas-settur tal-ortikultura;

11.  Jilqa' r-rapport dwar il-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni intitolata ‘Rieżami tar-Reġim tal-UE għas-Settur tal-Frott u l-Ħaxix’, b'mod partikolari t-taqsima 3.8 tiegħu, li tirrikonoxxi l-ħtieġa għas-semplifikazzjoni tar-regoli attwali li jiggvernaw l-OP, japprova l-proposta tagħha biex jissaħħu l-OP jinnota li t-tweġibiet huma favur iż-żamma tal-filosofija fundamentali tal-arranġamenti ta' appoġġ attwali;

12.  Jenfasizza li t-tnaqqis tal-burokrazija huwa partikolarment importanti għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, iżda dawn il-miżuri m'għandhomx ixekklu ċ-ċertezza tad-dritt li fuqha jiddependu wkoll dawn l-intrapriżi;

13.  Jilqa' l-fatt li l-ftehim dwar ir-riforma tal-PAK iħaddan fih is-sistema ta' għajnuna tal-F&Ħ Ewropej ibbażata fuq l-OP, filwaqt li jagħraf il-fatt li l-istrumenti eżistenti mhux dejjem kienu effikaċi, bħalma rrikonoxxiet il-Kummissjoni fid-dokument ta' konsultazzjoni pubblika tagħha intitolat ‘Rieżami tar-Reġim tal-UE għas-Settur tal-Frott u l-Ħaxix’, u għaldaqstant jappoġġja l-ħidma tal-Grupp Newcastle maħsuba biex ittejjeb ir-reġim tal-frott u l-ħaxix tal-UE, li għandu jieħu in kunsiderazzjoni n-natura speċifika tal-arranġamenti legali li jirregolaw il-kooperattivi fl-Istati Membri, sabiex ma jiġix illimitat il-ħolqien ta' OP ġodda, filwaqt illi jiġi rrispettat il-fatt li l-kultivaturi jistgħu jagħżlu li ma jagħmlux parti mis-sistema tal-OP; jinnota wkoll it-twaqqif ta’ strument tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-kriżijiet serji meta dawn jaffettwaw lil bosta Stati Membri, u jenfasizza l-fatt li dan għandu jkun miftuħ għall-produtturi kollha, irrispettivament mill-fatt jekk jifformawx parti mill-OP jew le;

14.  Sabiex jissaħħu l-attivitajiet benefiċjarji mwettqa mill-OP għall-produtturi, jistieden lill-Kummissjoni, biex fir-rieżami tagħha tar-reġim tal-F&Ħ fl-UE, tipproduċi regoli ċari u prattiċi dwar it-tfassil u l-metodi ta' ħidma tal-OP u tadatta l-iskema biex din tidħol sew fl-istrutturi tas-suq li jeżistu fl-IStati Membri, sabiex l-OP ikunu jistgħu jaqdu r-rwol li għalih huma maħsuba u sabiex il-kultivaturi jkollhom inċentiv biex jingħaqdu mal-OP, dejjem jekk dan ma jheddidx il-kisba tal-objettivi fundamentali tar-reġim u li l-kultivaturi jibqa' jkollhom il-libertà li jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom dwar dawn il-kwistjonijiet;

15.  Jinnota bi tħassib li r-regoli tal-iskemi tal-OP huma miftuħa għal interpretazzjoni wiesgħa mill-Awdituri tal-Kummissjoni, u dan iwassal għal grad għoli ta’ inċertezza u jista’ jħalli l-Istati Membri fir-riskju ta’ projbizzjoni u ta’ stħarriġ ġudizzjarju; jenfasizza wkoll li l-proċeduri tal-awditjar u l-korrezzjonijiet finanzjarji għandhom jitwettqu b’mod aktar opportun u fil-perjodu taż-żmien tal-verifika miftiehem;

16.  Jinnota li l-prattiki kummerċjali inġusti għadhom jeżistu fl-UE u li dawn ixekklu n-negozji tal-ortikoltura u l-OP tagħhom, u jxejjen il-kunfidenza tal-kultivaturi meta dawn jiġu biex jinvestu fil-futur. Jemmen li l-kodiċi ta' kondotta li fuqu qablu l-atturi kollha involuti fil-katina ta' provvista, appoġġjat minn qafas leġiżlattiv u ssorveljat minn ġudikant nazzjonali f'kull Stat Membru biex dan iwettaq monitoraġġ tal-prattiki kummerċjali, jista' jtejjeb b'mod sinifikanti il-funzjonament tal-katina alimentari u s-suq intern;

17.  Huwa tal-fehma li d-diversi standards privati relatati mat-traċċi ta' pestiċidi, adottati minn ħafna ktajjen ta' distribuzzjoni, jirrapreżentaw fil-fatt miżuri antikompetittivi li jagħmlu ħsara lill-kultivaturi tal-F&Ħ; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tintervjeni għat-tneħħija ta’ dawn il-prattiki, ladarba l-livelli tat-traċċi tal-pestiċidi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE jipprovdu protezzjoni adegwata kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-produtturi;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara, jappoġġjaw l-innovazzjoni u l-intraprenditorija permezz ta' żieda fir-riċerka u l-iżvilupp ta' alternattivi mhux kimiċi, bħall-predaturi u parassiti naturali ta' speċijiet ta' organiżmi ta’ ħsara, u jużaw Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni biex jiffinanzjaw ir-riċerka applikata li tappoġġja l-iżvilupp ta' strateġiji integrati għall-kontroll tal-organiżmi ta' ħsara, mard u kontroll tal-ħaxix ħażin biex tipprovdi lill-produtturi l-għodod u l-informazzjoni meħtieġa biex jindirizzaw id-Direttiva 2009/128 /KE li fl-Artikolu 14 tagħha tistipula li l-Istati Membri għandhom ‘jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippromwovu l-ġestjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara b’użu baxx ta’ pestiċidi, filwaqt li, fejn ikun possibbli, tingħata prijorità lil metodi mhux kimiċi’ u ‘jistabbilixxu, jew jappoġġjaw l-istabbiliment tal-kondizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta' ħsara’;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu u jenfasizzaw l-intensifikazzjoni tal-proċessi ekoloġiċi li jiżguraw is-saħħa, il-fertilità u l-formazzjoni tal-ħamrija fit-tul, kif ukoll li jiġġestixxu u jirregolaw il-popolazzjonijiet tal-organiżmi ta' ħsara; jemmen li dan jista’ jwassal biex fuq perjodu twil ta’ żmien ikun hemm żidiet fil-produttività għall-bdiewa u spejjeż imnaqqsa għall-baġits pubbliċi;

20.  Jenfasizza dwar il-fatt li l-ortikultura tiddependi minn varjetà ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (PPPs), u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu approċċ ibbażat fuq ir-riskju għar-regolamentazzjoni ta’ dawn il-prodotti li tkun iġġustifikata mill-evidenza indipendenti, xjentifika u rieżaminata mill-kollegi; jenfasizza dwar il-fatt li l-użi minuri huma partikolarment vulnerabbli għall-iskarsezza ta’ sustanzi attivi relevanti; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-koordinazzjoni tal-ġenerazzjoni tad-dejta fl-Istati Membri, b’mod partikolari dejta tar-residwi li hija rekwiżit essenzjali għall-awtorizzazzjonijiet fuq speċjalità ta’ għelejjel għall-ikel; jistieden lid-DĠ Agri, DĠ Sanco, DĠ Ambjent u DĠ Kompetizzjoni jaħdmu strateġikament flimkien ħalli jieħdu kont tal-impatt tal-bidliet għar-regolamentazzjoni tal-PPP minn aktar minn perspettiva waħda;

21.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq rieżami tal-operazzjoni tal-arranġamenti għar-rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet tal-PPP stabbiliti fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-għan li tiġi ssemplifikata l-implimentazjoni tagħhom u titneħħa l-burokrazija mhux meħtieġa, u tikkonsidra l-objettiv fit-tul ta' armonizzazzjoni globali għar-regolamentazzjoni tal-PPPs u t-tnaqqis ta' ostakli kummerċjali non-tariffarji għall-esportazzjoni tal-kummerċ;

22.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex mingħajr aktar dewmien u b'konformità mal-Artikolu 51(9) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Fond Ewropew għall-użi żgħar u l-għelejjel ta' speċjalità; jenfasizza li dan il-fond irid ikun użat biex jiffinanzja programm kontinwu Ewropew ta’ ħidma għall-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-operaturi agroalimentari, l-awtoritajiet kompetenti u l-partijiet interessati, inklużi l-istituti ta’ riċerka, għall-iżvolġiment u l-finanzjament, fejn xieraq, ta’ attivitajiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni maħsuba għall-protezzjoni ta’ użi żgħar u għelejjel ta' speċjalità;

23.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-importazzjonijiet mhumiex meħtieġa jissodisfaw l-istess rekwiżiti fitosanitarji li huma mitluba mill-prodotti Ewropea; jenfasizza l-fatt li din id-deskrepanza kontinwa mhux biss ixxekkel il-kompetittività tal-produtturi Ewropej iżda wkoll tagħmel ħsara lill-konsumaturi Ewropej;

24.  Ifakkar li kemm ir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti (Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-21 ta' Ottubru 2009(11)) u r-Regolament ġdid dwar il-Bijoċidji (Regolament (UE) Nru 528/2012 tat-22 ta' Mejju 2012(12)) jirrikjedi mill-Kummissjoni li tispeċifika l-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-karatteristiċi li jfixklu s-sistema endokrinali sa Diċembru 2013; jenfasizza l-importanza ta’ proċess trasparenti sabiex l-atturi tas-suq ikkonċernati jifhmu l-bażi xjentifika għad-deċiżjonijiet u jkunu konxji tal-atturi li kienu involuti fl-iżvilupp ta’ kriterji ġodda; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis b'mod sħiħ l-impatt tal-approċċi differenti meta tippreżenta l-proposti dwar is-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali;

25.  Jenfasizza l-fatt li s-settur tal-ortikultura jiddependi ħafna fuq l-użu ta’ materjali tal-fertilizzant ta’ kwalità għolja u speċifikati b’mod tajjeb; jilqa’ r-rieżami attwali tar-Regolament dwar il-Fertilizzanti tal-UE iżda jinnota bi tħassib l-għan tal-Kummissjoni biex tinkludi l-materjal preċedentement mhux preskritt li jtejjeb il-ħamrija; jenfasizza l-fatt li dan il-materjal ma jeħtieġx preċiżjoni fil-manifattura u l-użu u jistieden lill-Kummissjoni biex ma tinkludihx fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Fertilizzanti;

26.  Jissottolinja l-fatt li s-settur tal-ortikultura qed imexxi l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ sistemi tal-biedja bi preċiżjoni innovattivi u jemmen li dawn is-sistemi se jnaqqsu l-użu tal-pestiċidi u fertilizzanti, iżidu l-qligħ kummerċjabbli u jnaqqsu l-iskart kif ukoll itejbu l-kontinwità tal-provvista u l-prestazzjoni ekonomika; jefasizza l-fatt li l-metodi ta' kultivazzjoni tal-pjanti, bħan-newba tal-uċuħ tar-raba’ u t-taħwil ta' għelejjel li jikbru malajr, kif ukoll ir-riċerka u l-iżvilupp, għandhom ikunu ffukati biex l-ħsara ambjentali tal-ortikultura tinżamm fuq livell minimu;

27.  Jinnota l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti (COM(2013)0262) u jinsab imħasseb dwar il-fatt li dan ikollu impatt sproporzjonat fuq is-settur tal-ortikoltura, u b'mod partikolari fuq il-pjanti ornamentali u l-frott; jenfasizza li kull leġiżlazzjoni għandha tkun proporzjonata u tirrikonoxxi l-prinċipju tas-sussidjarjetà; jenfasizza wkoll li t-tibdil fil-leġiżlazzjoni m'għandux jipperikola l-varjetajiet u l-għelejjel tradizzjonali, u għandu jikkontribwixxi għad-diversità ġenetika tal-popoluzzjonijiet tal-għelejjel fi ħdanhom, sabiex ikun hemm sigurtà tal-ikel fit-tul u reżiljenza fis-sistemi alimentari;

28.  Jinnota l-impatt tal-ispeċijiet ortikoli invażivi mhux lokali fuq l-ambjent usa’, iżda jirrakkomanda li jittieħed approċċ reġjonali jew nazzjonali fil-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (COM (2013) 0620), li jirrikonoxxi li xi żoni fl-Ewropa huma aktar vulnerabbli minn oħrajn u li żoni differenti fl-Ewropa għandhom klimi differenti li jifilħu firxa differenti ta’ pjanti;

29.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex bħala prinċipju ġenerali tissalvagwardja d-drittijiet ta’ min inissel il-pjanti biex jużaw b’mod ħieles materjali tal-pjanti eżistenti biex jiżviluppaw u jikkummerċjalizzaw oħrajn ġodda, irrispettivament minn kwalunkwe privattiva li testendi fuq il-materjali tal-pjanti;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ swieq lokali tal-frott u l-ħaxix u tal-ktajjen qosra tal-provvista, biex b’hekk jiżguraw il-friskezza tal-prodotti;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel differenza bejn ix-xtieli ċisġeniċi u dawk transġeniċi u toħloq proċess ta’ approvazzjonijiet differenti għax-xtieli ċisġeniċi; jistenna l-opinjoni tal-EFSA mitluba mid-DĠ Sanco li tevalwa s-sejbiet tal-grupp ta’ ħidma dwar tekniki ġodda ta’ trobbija bijoteknoloġika;

32.  Jaċċentwa l-ħtiġiet staġjonali u għolja ta’ xogħol fis-settur ortikolu u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm skemi effettivi biex jiġi żgurat li l-produtturi ortikoli jkollhom aċċess għall-ħaddiema li jkunu jeħtieġu matul il-perjodi ewlenin tas-sena, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ ir-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-Ħaddiema Staġjonali, inkluż il-prinċipju ta' pagi ġusti;

33.  Jilqa’ t-tiġdid tal-enfasi fuq it-taħriġ u l-apprendistati tal-forza tax-xogħol iżda jinnota bi tħassib li l-għadd ta’ nies li jtemmu l-apprendistati tal-ortikoltura f'xi Stati Membri għadu baxx, bi tnaqqis konsegwenti ta’ opportunitajiet għaż-żgħażagħ li huma interessati fis-settur; jirrikonoxxi l-fatt li mhux iż-żgħażagħ kollha li qed jagħmlu apprendistat huma maqtugħa għalihom; jenfasizza li l-isforzi biex jitħeġġu ż-żgħażagħ jikkunsidraw karriera fis-settur tal-ortikoltura u biex dawn jingħataw it-taħriġ għandhom jiġu appoġġjati permezz ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' informazzjoni li jsaħħu l-immaġni tas-settur;

34.  Iħeġġeġ lis-settur agroalimentari u lill-komunità ta' riċerka biex jaħdmu id f'id b'mod sistematiku ħalli jattiraw u jħarrġu lill-ġenerazzjoni l-ġdida ta' riċerkaturi u jtejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol eżistenti;

35.  Jenfasizza dwar il-benefiċċji tat-tisħiħ u t-twessigħ tas-sħubijiet bejn il-gvern, l-industrija u l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka u l-ħtieġa li jiġi żgurat li skemi li jappoġġjaw dawn is-sħubijiet ikunu strutturati b’mod li jimmassimizzaw l-impatt u l-koerenza tal-investimenti b’mod globali;

36.  Jenfasizza l-importanza vitali li jsir użu effiċjenti minn riżorsi xjentifiċi kwalifikati sabiex titħaffef l-applikazzjoni ta’ riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni permezz tat-trasferiment ta’ teknoloġija innovattiva tal-produzzjoni agrikola għas-settur tal-ortikoltura u l-kombinazzjoni ta’ riċerka, innovazzjoni, taħriġ u espansjoni fis-settur tal-agrikoltura b’politiki ekonomiċi li jirrispettaw ir-rekwiżiti u jżidu l-effiċjenza tal-iżvilupp tal-produzzjoni ortikola;

37.  Huwa tal-fehma li l-florikoltura u s-settur tal-pjanti ornamentali għandhom jitħallew jagħmlu użu aħjar mill-programmi tal-Unjoni għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni tekonoloġiċi, u jistieden lill-Kummissjoni tinkludi ‘kultivazzjoni protetta’ f'Orizzont 2020 sabiex tqanqal l-innovazzjoni fejn jidħlu, pereżempju, il-protezzjoni sostenibbli tal-għelejjel, l-użu sostenibbli tal-ilma u n-nutrijenti, l-effiċjenza fl-enerġija, sistemi avvanzati ta' kultivazzjoni u produzzjoni u trasport sostenibbli;

38.  Hu tal-fehma li bil-finanzjament tar-riċerka agrikola u ortikola skont ir-restrizzjoni baġitarja fl-Istati Membri, għandu jitħeġġeġ il-finanzjament minn partijiet terzi, inkluż, iżda mhux limitat għal bejjiegħa bl-imnut, u għandu jkun konformi mal-interess fir-riċerka totali tas-settur;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għal finanzjament fit-tul għal investiment fit-teknoloġiji moderni tal-produzzjoni ortikola sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tal-prodotti u s-servizzi ortikoli;

40.  Jenfasizza l-importanza kruċjali ta' pjan ta' kwalità tajba għan-negozju għall-kisba ta' finanzjament kapitali; jirrakkomanda li l-bdiewa jagħmlu użu akbar mis-servizzi ta' appoġġ għan-negozju u ta' konsulenza u jħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem aktar mill-qrib mal-industrija biex tiżgura li dawn is-servizzi jkunu faċilment aċċessibbli għall-kultivaturi;

41.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, bħala parti minn proċess trasparenti u bl-involviment ta' dawk li jaħdmu fis-settur, taġġorna l-punti fil-Kapitolu 6 (“siġar u pjanti oħra ħajjin, basal, għeruq u partijiet simili, fjuri maqtugħin u weraq ornamentali) tan-Nomenklatura Magħquda għas-sena 2012;

42.  Jinsab imħasseb dwar il-prospett li l-produzzjoni ortikola tiġi trasferita ’l barra mill-UE;

43.  Jinsab imħasseb ħafna għall-fatt li bejn terz u nofs il-prodotti li jistgħu jittieklu jinħlew minħabba l-apparenza tagħhom u jistieden lill-Kummissjoni toħloq, b'mod urġenti, possibilitajiet għall-kummerċjalizzazzjoni, partikolarment fi swieq lokali u reġjonali, firxa usa' ta' speċifikazzjonijiet tal-produzzjoni, filwaqt li tiżgura trasparenza u funzjonament tajjeb tas-suq; jiġbed l-attenzjoni għall-inizjattivi li saru fl-Awstrija u l-Isvizzera, li fihom kienu involuti frott u ħxejjex b’difetti żgħar; jistieden is-supermarkets jikkunsidraw riċerka tas-suq li turi li ħafna konsumaturi mhumiex neċessarjament inkwetati dwar id-dehra kożmetika tal-frott u l-ħxejjex u huma kuntenti li jixtru prodotti ta’ grad aktar baxx, b’mod partikolari jekk dawn jidhru li jkunu orħos;

44.  Jinnota bi tħassib t-telfa u l-ħela ġenerali tal-frott u l-ħaxix maħsuba biex l-ewwel jintużaw fis-suq u t-telf ekonomiku sinifikanti għan-negozju; jirrikonoxxi li t-tnaqqis tal-ħela sistemika tal-ikel huwa element importanti biex tiżdied il-provvista tal-ikel għal popolazzjoni dinjija li qed tikber; jilqa', madankollu, l-isforzi li qed isiru mill-atturi fil-katina ta' provvista tal-ikel biex jidderieġu mill-ġdid dan il-prodott f'suq sekondarju minflok jarmuh;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex l-ambjent leġiżlattiv u politiku ikun kemm jista' jkun ta' appoġġ għall-użi tal-iskart ortikulturali; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li hemm għadd ta’ materjali, bħal ma huwa l-kompost tal-faqqiegħ li m'għadhux tajjeb għall-ikel, li jista’ jintuża fil-produzzjoni ta’ materjal għat-tkabbir bil-valur miżjud, li kieku ma kienx ikklassifikat bħala ‘skart’;

46.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li sistemi akwaponiċi għandhom il-potenzjal li jipproduċu l-ikel b’mod sostenibbli u lokalment, u permezz tat-trobbija flimkien ta’ ħut tal-ilma ħelu u ħxejjex f’sistema magħluqa, jgħinu biex inaqqsu l-konsum ta’ riżorsi meta mqabbla ma’ sistemi tradizzjonali;

47.  Jissottolinja l-importanza li jittejjeb l-monitoraġġ tal-prezzijiet u l-kwantitajiet prodotti u kummerċjalizzati, kif ukoll il-ħtieġa li titfassal statistika għall-utent impenjat fil-qasam tal-ortikoltura li tħaddan l-UE kollha biex tgħin lill-produtturi jifhmu aħjar it-tendenzi tas-suq, jipprevedu l-kriżijiet u jħejju ħsad futur; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi il-pjanti ornamentali fl-informazzjoni tal-previżjoni tagħha;

48.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.
(3) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
(4) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.
(5) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(6) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.
(7) ĠU C 198, 8.7.1996, p. 266.
(8) Jinstab f’http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/food/competitiveness/high-level-group/documentation/
(9) Jinstab f’http://ec.europa.eu/agriculture/external-studies/2012/support-farmers-coop/fulltext_en.pdf
(10) Jinstab f’http://ftp.jrc.es/EURdoc/JRC80420.pdf
(11) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(12) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.


Il-qerda tat-tortura fid-dinja
PDF 382kWORD 146k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-qerda tat-tortura fid-dinja (2013/2169(INI))
P7_TA(2014)0206A7-0100/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u t-trattati u l-istrumenti l-oħra tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar il-Protezzjoni tal-Persuni Kollha Mit-Tortura u t-Trattamenti jew Kastigi Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fid-9 ta' Diċembru 1975(1),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u t-Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra (CAT) u l-Protokoll Fakultattiv tagħha (OPCAT),

–  wara li kkunsidra r-Regoli Minimi Standard tan-NU għat-Trattament tal-Priġunieri u standards rilevanti oħra tan-NU applikabbli universalment,

–  wara li kkunsidra r-rapporti tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-tortura u t-trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar it-tortura,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija adottata mill-Kumitat tan-NU kontra t-Tortura tat-22 ta' Novembru 2001 b'rabta mal-avvenimenti tal-11 ta' Settembru 2001, fejn irrimarka li l-projbizzjoni kontra t-tortura hija dmir assolut u inderogabbli skont id-dritt internazzjonali, u esprima l-fiduċja tiegħu li irrispettivament mil-liema reazzjoni għat-theddida ta' terroriżmu internazzjonali tiġi adottata mill-Istati li huma parti mill-Konvenzjoni, dawn ir-reazzjonijiet għandhom ikunu f'konformità mal-obbligi meħuda minnhom fir-ratifika tal-Konvenzjoni kontra t-Tortura,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar moratorja fuq l-użu tal-piena kapitali(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar id-drittijiet tat-tfal, l-aktar reċenti r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Diċembru 2012(4),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha, li skontha “ħadd ma għandu jkun assoġġettat għal tortura jew għal trattament jew piena inumana jew degradanti”,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament jew Pieni Inumani jew Degradanti,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, adottata min-NU fit-28 ta' Lulju 1951(5),

–  wara li kkunsidra t-23 Rapport Ġenerali tal-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura u ta' Trattament jew Kastig Inuman jew Degradanti tal-Kunsill tal-Ewropa ppubblikat fis-6 ta' Novembru 2013(6),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u ż-żewġ Protokolli Fakultattivi tagħha dwar il-bejgħ tat-tfal, il-prostituzzjoni tat-tfal u l-pedopornografija(7), u dwar l-involviment tat-tfal f'kunflitti armati(8), rispettivament,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949 u l-Protokoll Addizzjonali magħhom(9),

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Inter-Amerikana dwar il-Prevenzjoni u l-Ikkastigar tat-Tortura, li daħlet fis-seħħ fl-1997(10),

–  wara li kkunsidra l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Manwal dwar l-Investigazzjoni Effettiva u d-Dokumentazzjoni ta' Tortura u ta' Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra (Protokoll ta' Istanbul)(11),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija(12), kif adottati mill-Kunsill Affarijiet Barranin fil-25 ta' Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida għall-politika tal-UE lejn pajjiżi terzi dwar it-tortura u t-trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif aġġornati fl-2012(13),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-piena tal-mewt tas-16 ta' Ġunju 2008(14),

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Dritt Umanitarju Internazzjonali(15),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2012, adottat mill-Kunsill fis-6 ta' Ġunju 2013(16),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2012 dwar ir-Rapport Annwali tal-2011 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni(17),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2012 dwar ir-rieżami tal-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem(18),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar l-allegati trasport u żamma illegali ta' priġunieri f'pajjiżi Ewropej mis-CIA (19),

–  wara li kkunsidra l-istudju tiegħu ta' Marzu 2007 intitolat ‟The Implementation of the EU Guidelines on torture and other cruel, inhuman or degrading treatment or punishment” (L-Implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE dwar it-tortura u t-trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra)(20),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra(21),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra(22),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar ir-rieżami tal-2013 tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE(23)

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7‑0100/2014),

A.  billi, minkejja li l-projbizzjoni assoluta tat-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra hija norma internazzjonali ewlenija, stabbilita fil-konvenzjonijiet tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll f'konvenzjonijiet reġjonali, it-tortura għadha tippersisti mad-dinja kollha;

B.  billi f'din ir-riżoluzzjoni, it-terminu ‟tortura” għandu jinftiehem skont id-definizzjoni tan-NU u jinkludi wkoll trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti;

C.  billi l-CAT u l-OPCAT ħolqu qafas internazzjonali b'potenzjal reali li jsir progress fl-eradikazzjoni tat-tortura, speċjalment permezz tal-ħolqien ta' mekkaniżmi nazzjonali ta' prevenzjoni (NPMs) indipendenti u effikaċi;

D.  billi l-UE saħħet l-impenn li ħadet fil-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem biex tkompli tagħmel kampanja vigoruża kontra t-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra;

E.  billi l-eradikazzjoni tat-tortura, trattament ħażin u trattament jew pieni inumani jew degradanti hija parti integrali tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE, interkonnessa mill-qrib ma' oqsma u strumenti oħra tal-azzjoni tal-UE;

F.  billi l-Linji Gwida tal-UE ġew aġġornati fl-2012, filwaqt li l-aħħar rendikont pubbliku komprensiv u r-rieżami tal-miżuri ta' implimentazzjoni saru fl-2008;

G.  billi, skont il-Linji Gwida aġġornati tal-UE, fil-ġlieda kontra t-terroriżmu l-Istati Membri huma ddeterminati li jikkonformaw bis-sħiħ mal-obbligi internazzjonali li jipprojbixxu t-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra;

H.  billi t-tortura tista' tkun kemm fiżika kif ukoll psikoloġika; billi hemm numru ta' każijiet li dejjem qiegħed jiżdied fejn il-psikjatrija ntużat bħala għodda ta' koerċizzjoni fuq id-difensuri u d-dissidenti tad-drittijiet tal-bniedem, li jitpoġġew f'istituti psikjatriċi sabiex jitwaqqfu milli jwettqu l-attivitajiet politiċi u tal-komunità tagħhom;

I.  billi l-ġudikaturi tal-Istati Membri għandu jkollhom l-għodda biex iħarrku lil dawk li wettqu t-tortura u li qatt ma għaddew ġuri, u billi attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-każijiet ta' tortura taħt dittatorjati fl-Ewropa, għaliex ħafna minn dawn ir-reati ma ġewx ikkastigati;

J.  billi l-erożjoni tal-projbizzjoni assoluta tat-tortura tibqa' sfida persistenti fil-kuntest tal-miżuri kontra t-terroriżmu f'ħafna pajjiżi;

K.  billi hemm sfidi politiċi sinifikanti rigward il-ħtiġijiet speċifiċi ta' protezzjoni ta' gruppi vulnerabbli, partikolarment it-tfal;

L.  billi l-pulizija ta' ċerti pajjiżi jużaw it-tortura bħala metodu preferut ta' interrogazzjoni; billi t-tortura ma tistax titqies bħala mezz aċċettabbli għas-soluzzjoni ta' reati;

1.  Jenfasizza li l-projbizzjoni tat-tortura hija assoluta skont id-dritt internazzjonali u umanitarju u skont il-CAT; jenfasizza li t-tortura tikkostitwixxi wieħed mill-agħar tipi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, tikkawża ħerba terribbli fil-ħajjiet ta' miljuni ta' individwi u tal-familji tagħhom, u fl-ebda ċirkostanza ma tista' tiġi ġġustifikata;

2.  Jilqa' l-inklużjoni ta' tliet azzjonijiet relatati mal-eradikazzjoni tat-tortura fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem, iżda jenfasizza l-ħtieġa għal parametri ta' riferiment speċifiċi u miżurabbli biex jivvalutaw l-implimentazzjoni f'waqtha tagħhom, bi sħubija mas-soċjetà ċivili;

3.  Ifaħħar lil dawk l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, l-NPMs u l-individwi kollha li jistinkaw sabiex jipprovdu rimedju u riparazzjoni lill-vittmi, jiġġieldu l-impunità u jipprevjenu b'mod attiv il-pjaga tat-tortura u t-trattament ħażin madwar id-dinja;

4.  Jinnota li, skont il-CAT, it-terminu "tortura" tfisser kull att li li bih "weġgħat jew tbatijiet severi, kemm jekk fiżiċi jew mentali, jiġu kkawżati intenzjonalment fuq persuna ... bl-istigazzjoni jew bil-kunsens ta' uffiċjal pubbliku jew persuna oħra li taġixxi f'kapaċità uffiċjali"; iqis, madankollu, li sitwazzjonijiet fejn atti ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra jseħħu bl-involviment ta' atturi li mhumiex uffiċjali tal-istat jew uffiċjali pubbliċi wkoll għandhom jiġu indirizzati permezz ta' miżuri ta' politika għall-prevenzjoni, ir-responsabbiltà u r-riabilitazzjoni;

5.  Jikkundanna l-prevalenza kontinwa tat-tortura u forom oħra ta' trattamenti ħżiena madwar id-dinja u jtenni l-kundanna assoluta tiegħu ta' atti bħal dawn, li huma u jridu jibqgħu pprojbiti fi kwalunkwe żmien u fi kwalunkwe post u li għalhekk m'għandhom qatt ikunu ġġustifikati; josserva li l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida dwar it-Tortura tal-UE jibqgħu insuffiċjenti u mhumiex f'konformità mal-istqarrijiet u l-impenji tal-UE biex tindirizza t-tortura bħala kwistjoni ta' prijorità; iħeġġeġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Istati Membri jagħtu spinta ġdida lill-implimentazzjoni ta' dawn il-Linji Gwida, speċjalment billi jidentifikaw il-prijoritajiet, l-aqwa prattiki u opportunitajiet għal diplomazija pubblika, jikkonsultaw lil partijiet interessati rilevanti, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u jirrieżaminaw l-implimentazzjoni tal-kwistjonijiet marbuta mat-tortura msemmija fil-Pjan ta' Azzjoni; Jitlob, f'dan ir-rigward, l-implimentazzjoni sħiħa u f'waqtha tat-tliet azzjonijiet marbuta mal-eradikazzjoni tat-tortura fil-Pjan ta' Azzjoni;

6.  Jirrakkomanda li r-reviżjoni li jmiss tal-Pjan ta' Azzjoni tiddefinixxi azzjonijiet aktar ambizzjużi u speċifiċi għall-eradikazzjoni tat-tortura, bħal pereżempju informazzjoni aktar effiċjenti u kondiviżjoni tal-piż, taħriġ u inizjattivi konġunti mal-uffiċċji lokali tan-NU u Rapporteurs Speċjali rilevanti tan-NU u atturi istituzzjonali oħra, bħal pereżempju l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u l-Kunsill tal-Ewropa, flimkien mal-appoġġ għall-istabbiliment u t-tisħiħ ta' mekkaniżmi reġjonli għall-prevenzjoni tat-tortura;

7.  Jilqa' l-aġġornament tal-2012 tal-Linji Gwida tal-UE dwar it-tortura; jissottolinja l-importanza tal-implimentazzjoni effikaċi u orjentata lejn ir-riżultati ta' dawk il-Linji Gwida flimkien ma' linji gwida u inizjattivi politiċi oħra;

8.  Jilqa' l-fatt li l-linji gwida jirriflettu approċċ politiku olistiku, inklużi l-promozzjoni ta' qafas leġiżlattiv u ġudizzjarju adegwat għall-prevenzjoni u l-projbizzjoni effikaċi tat-tortura, il-monitoraġġ ta' postijiet ta' detenzjoni, sforzi biex jindirizzaw l-impunità, u r-riabilitazzjoni sħiħa u effikaċi tal-vittmi tat-tortura, appoġġjata minn azzjoni kredibbli, konsistenti u koerenti;

9.  Jistieden lill-Kunsill, lis-SEAE u lill-Kummissjoni jieħdu passi iktar effikaċi ħalli jiżguraw li l-Parlament Ewropew u s-soċjetà ċivili jkunu involuti, għall-inqas, fl-eżerċizzju ta' valutazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE dwar it-tortura.

10.  Itenni l-importanza vitali taċ-ċentri ta' riabilitazzjoni għal vittmi tat-tortura, kemm fl-UE kif ukoll barra, fl-indirizzar ta' mhux biss problemi fiżiċi, iżda anke problemi psikoloġiċi fit-tul esperjenzati minn vittmi tat-tortura; jilqa' l-provvediment tal-UE ta' għajnuna finanzjarja għaċ-ċentri ta' riabilitazzjoni għall-vittmi tat-tortura madwar id-dinja u jissuġġerixxi li dawn iċ-ċentri jadottaw approċċ multidixxiplinari fl-attivitajiet tagħhom, li jinkludi konsulenza psikoloġika, aċċess għal trattament mediku u appoġġ soċjali u legali; jibqa' konvint li l-finanzjament għal ċentri bħal dawn f'pajjiżi terzi pprovdut mill-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) ma għandux jiġi sospiż minkejja l-kriżi finanzjarja u ekonomika, peress li s-sistemi ta' kura tas-saħħa nazzjonali f'dawn il-pajjiżi ħafna drabi mhumiex f'pożizzjoni li jindirizzaw b'mod adegwat il-problemi speċifiċi tal-vittmi tat-tortura;

11.  Jiddispjaċih li ma sar l-ebda rendikont pubbliku komprensiv u rieżami tal-implimentazzjoni tal-linji gwida mill-2008 u jenfasizza l-ħtieġa għal valutazzjoni regolari u komprensiva tal-implimentazzjoni tagħhom;

12.  Jirrakkomanda li l-Linji Gwida jkunu akkumpanjati minn miżuri ta' implimentazzjoni dettaljati li għandhom jiġu ċċirkolati lill-kapijiet tal-missjonijiet tal-UE u r-rappreżentanzi tal-Istati Membri f'pajjiżi terzi; jistieden lill-kapijiet tal-missjonijiet jinkludu każijiet individwali ta' tortura u trattament ħażin fir-rapporti tagħhom ta' implimentazzjoni u segwitu;

13.  Jenfasizza li l-politika tal-UE għandha tkun ibbażata fuq il-koordinament effiċjenti tal-inizjattivi u l-azzjonijiet fil-livell tal-UE u l-Istati Membri sabiex jużaw il-potenzjal kollu tal-istrumenti politiċi disponibbli u s-sinerġiji tagħhom ma' proġetti ffinanzjati mill-UE;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri jwettqu rieżamijiet perjodiċi tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 li jipprojbixxi l-kummerċ ta' tagħmir tat-tortura u tal-piena kapitali, kif ukoll biex jippromwovu dan ir-regolament mad-dinja kollha bħala mudell vijabbli għall-infurzar tal-projbizzjoni effettiva tal-għodod tat-tortura;

15.  Jieħu nota tal-proposta reċenti tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (COM(2014)0001); jenfasizza l-importanza tal-indirizzar tas-servizzi ta' senserija, l-assistenza teknika u t-tranżitu ta' oġġetti rilevanti; itenni t-talba preċedenti tal-Parlament biex idaħħal "klawsola onnikomprensiva għat-tmiem tat-tortura" fir-Regolament sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu, abbażi ta' informazzjoni preċedenti, joħorġu liċenzji għal jew jirrifjutaw l-esportazzjoni ta' kwalunkwe oġġett li jippreżenta riskju sostanzjali li jista' jintuża għat-tortura, it-trattament ħażin jew il-piena tal-mewt;

16.  Iqis li l-piena tal-mewt, bħala ksur tad-dritt għal integrità personali u dinjità umana, hija inkompatibbli mal-projbizzjoni ta' piena krudili, inumana jew degradanti skont id-dritt internazzjonali u jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jirrikonoxxu formalment din l-inkompatibbiltà u jadattaw il-politika tal-UE dwar il-piena kapitali skont dan; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu interpretati b'mod wiesa' l-Linji Gwida tal-UE dwar il-piena tal-mewt u t-tortura; jiddeplora l-iżolament fiżiku u psikoloġiku tal-priġunieri kkundannati għall-mewt u l-pressjonijiet fuqhom; itenni l-ħtieġa għal studju ġuridiku komprensiv u diskussjonijiet fil-livell tan-NU dwar ir-rabtiet bejn l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt, inkluż il-fenomenu tal-piena tal-mewt ta' trawma mentali severa u d-deterjorament fiżiku, u l-projbizzjoni ta' tortura u trattament jew piena krudili, inumana jew degradanti;

17.  Jappoġġja projbizzjoni immedjata tat-tħaġġir; jenfasizza li dan huwa xorta ta' eżekuzzjoni brutali;

18.  Iħeġġeġ it-tkomplija tat-task force tal-Kunsill dwar it-tortura, li għandu jagħti impetu mġedded lill-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE billi jidentifika l-prijoritajiet, l-aqwa prattiki u opportunitajiet tad-diplomazija pubblika, iwettaq konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati rilevanti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll billi jikkontribwixxi għar-rieżami regolari tal-implimentazzjoni tal-kwistjonijiet relatati mat-tortura fil-Pjan ta' Azzjoni;

19.  Huwa partikolarment imħasseb dwar it-tortura fil-ħabsijiet ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi attivisti tal-komunità, ġurnalisti, avukati tad-drittijiet tal-bniedem u bloggers; jirrikonoxxi li ħafna drabi huma n-nies li huma l-aktar involuti fil-ġlieda għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija li jbatu l-aktar permezz ta' detenzjoni illegali, intimidazzjoni, tortura u espożizzjoni għall-periklu tal-familji tagħhom; jinsisti li kemm missjonijiet tal-UE fuq il-post kif ukoll uffiċjali għolja tal-UE għandhom iqajmu din il-kwistjoni sistematikament u b'mod konsistenti fil-laqgħat mal-kontropartijiet tagħhom minn pajjiżi terzi, fosthom billi jsemmu ismijiet speċifiċi ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li qegħdin il-ħabs;

20.  Jinnota bi tħassib serju l-eżistenza ta' ċentri ta' detenzjoni sigrieti u l-prattika tad-detenzjoni f'iżolament u reklużjoni fit-tul f'diversi pajjiżi, li jirrappreżentaw uħud mill-aktar eżempji inkwetanti ta' tortura u trattament ħażin; jemmen li dawn il-każijiet għandhom jissemmew b'mod sistematiku fi stqarrijiet u inizjattivi u jiġu inklużi fil-lista tal-każijiet individwali diskussi matul id-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u konsultazzjonijiet bejn l-UE u pajjiżi terzi;

21.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar abbużi mifruxa u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (RDPK), partikolarment l-użu tat-tortura u l-kampijiet ta' xogħol għall-priġunieri politiċi u ċittadini rimpatrijati tar-RDPK; jistieden lill-awtoritajiet tar-RDPK, bħala l-ewwel pass, jippermettu li jsiru spezzjonijiet tat-tipi kollha ta' faċilitajiet ta' detenzjoni minn esperti internazzjonali indipendenti;

22.  Jenfasizza li ma tista' tiġi ġġustifikata l-ebda eċċezzjoni mill-projbizzjoni assoluta tat-tortura u prattiki li jinvolvu trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti, u li l-Istati għandhom obbligu li jimplimentaw salvagwardji biex jipprevjenu t-twettiq ta' tortura u trattament ħażin, u li jiżguraw ir-responsabilità u l-aċċess għal rimedji effettivi u kumpens f'kull ħin, inkluż fil-kuntest ta' tħassib dwar is-sigurtà nazzjonali u l-miżuri ta' kontra t-terroriżmu; iqis li huwa inkwetanti li ċerti pajjiżi qed jagħtu kompiti ta' politika parallela lill-gruppi paramilitari biex jippruvaw jevitaw l-obbligi internazzjonali tagħhom; jenfasizza li l-projbizzjoni tapplika wkoll għat-trasferiment u l-użu tal-informazzjoni meta tinkiseb permezz tat-tortura jew li tista' twassal għat-tortura;; ifakkar li l-projbizzjoni tat-tortura hija norma vinkolanti skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, li jfisser li hija valida kemm fi żmien ta' paċi kif ukoll fi żmien ta' gwerra;

23.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-vjolenza mill-pulizija f'ċerti pajjiżi, u jqis li din il-kwistjoni hija ċentrali fil-prevenzjoni tat-tortura u t-trattament degradanti, speċjalment fil-każijiet ta' repressjoni ta' dimostrazzjonijiet paċifiċi, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li skont id-definizzjonijiet internazzjonali din it-tip ta' vjolenza tikkostitwixxi tal-inqas trattament ħażin jekk mhux tortura;

24.  Jilqa' l-proġett konġunt tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Assoċjazzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tortura maħsub biex ifassal gwida prattika għall-parlamentari dwar żjarat f'ċentri ta' detenzjoni tal-immigranti;

25.  Jitlob l-adozzjoni ta' gwida prattika għall-parlamentari dwar iż-żjarat ta' postijiet ta' detenzjoni bħala parti minn żjarat regolari f'pajjiżi terzi minn delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew; iqis li l-gwida għandha tinkludi pariri speċifiċi dwar żjarat f'ċentri ta' detenzjoni u postijiet oħra fejn jistgħu jinżammu tfal u nisa, u għandha tiżgura l-applikazzjoni tal-prinċipju "primum non nocere" skont il-Manwal ta' Taħriġ tan-NU dwar il-Monitoraġġ tad-Drittijiet tal-Bniedem, partikolarment bl-għan li jiġi evitat tpattija lill-priġunieri u l-familji tagħhom wara dawn it-tip ta' żjarat; jitlob li dawn iż-żjarat jitwettqu f'konsultazzjoni mad-delegazzjoni tal-UE fil-pajjiż ikkonċernat, NĠOs u organizzazzjonijiet attivi fil-ħabsijiet;

26.  Jistieden lis-SEAE, lill-Grupp ta' Ħidma għad-Drittijiet tal-Bniedem (COHOM) u atturi rilevanti oħra jwettqu b'mod konġunt stħarriġ ta' appoġġ tal-UE għall-istabbiliment u l-funzjonament ta' NPMs, sabiex jidentifikaw l-aqwa prattiki kif spjegat fil-Pjan ta' Azzjoni;

27.  Jistieden lis-SEAE, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiffaċilitaw l-istabbiliment u l-funzjonament tal-NPMs indipendenti u effikaċi, u partikolarment it-taħriġ professjonali tal-persunal tagħhom;

28.  Jistieden lill-COHOM, it-task force dwar it-tortura u d-DĠ HOME tal-Kummissjoni jiżviluppaw miżuri li jintegraw il-prevenzjoni tat-tortura fl-attivitajiet kollha ta' libertà, sigurtà u ġustizzja;

L-indirizzar ta' lakuni fil-protezzjoni, partikolarment rigward it-tortura fuq it-tfal

29.  Jesprimi t-tħassib partikolari tiegħu rigward atti ta' tortura u trattament ħażin imwettqa kontra membri ta' gruppi vulnerabbli, partikolarment it-tfal; jistieden lill-UE twettaq miżuri politiċi, diplomatiċi u finanzjarji biex tipprevjeni t-tortura fuq it-tfal;

30.  Jistieden lill-UE tindirizza tipi differenti ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jaffettwaw lit-tfal, speċjalment it-tortura marbuta mat-traffikar tat-tfal, il-pedopornografija, is-suldati tfal, it-tfal f'detenzjoni militari, it-tħaddim tat-tfal, l-akkużi ta' seħer li jinvolvi t-tfal u s-cyberbullying, fejn dawn jikkorrispondu għal tortura, inklużi fl-orfanotrofji, ċentri ta' detenzjoni u kampijiet ta' rifuġjati, u biex jimplimentaw salvagwardji effikaċi biex jipproteġu lit-tfal kull fejn l-awtoritajiet huma involuti bi kwalunkwe mod f'tortura li taffettwa lit-tfal;

31.  Jirrimarka li l-immigranti minuri mhux akkumpanjati m'għandhom qatt jintbagħtu lura f'pajjiż fejn ikunu fil-periklu li jiġu ttorturati jew li jbatu minn trattament inuman jew degradanti;

32.  Jinnota li l-privazzjoni abbużiva tal-libertà tat-tfal, speċjalment fil-kuntest tad-detenzjoni preventiva u d-detenzjoni ta' tfal migranti, wasslet biex iċ-ċentri ta' detenzjoni jkunu ffullati żżejjed, u żiedet it-tortura u t-trattament ħażin tat-tfal; jistieden lill-Istati jiżguraw li l-privazzjoni tal-libertà tat-tfal hija, kif mitlub minn standards universali tad-drittijiet tal-bniedem, ġenwinament użata biss bħala l-aħħar miżura, għall-perjodu minimu meħtieġ u dejjem b'kunsiderazzjoni tal-aħjar interess tat-tfal;

33.  Jistieden lill-Istati jiżviluppaw sistema ta' ġustizzja aktar adatta għat-tfal, li tinkludi mekkaniżmi ta' rappurtar adatti għat-tfal mingħajr ħlas u kunfidenzjali, inkluż f'ċentri ta' detenzjoni, li mhux biss jagħtu s-setgħa lit-tfal li jiddefendu d-drittijiet tagħhom, iżda anke li jirrappurtaw ksur;

34.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tindirizza l-użu tal-internet mill-adulti u t-tfal għat-tortura psikoloġika tat-tfal u l-fastidju permezz tal-midja soċjali; jinnota li, minkejja l-eżistenza tal-Programm tal-UE Internet Aktar Sikur, ir-rispons tal-UE għall-fenomenu tas-cyberbullying ma kienx adegwat; jissottolinja s-sensiela ta' inċidenti reċenti ta' tfal ineħħu ħajjithom minħabba s-cyberbullying, u l-eżistenza persistenti ta' websajts ospitati fi Stati Membri li kienu implikati direttament jew indirettament f'dawn l-azzjonijiet; jenfasizza, għalhekk, l-urġenza għall-UE li tieħu azzjoni ċara u serja kontra l-bullying u l-fastidju onlajn u kontra s-siti li jiffaċilitawhom;

35.  Jirrakkomanda li l-isforzi politiċi tal-UE jiffukkaw fuq ir-riabilitazzjoni u ċ-ċentri tal-appoġġ psikoloġiku għat-tfal li huma vittmi tat-tortura, b'approċċ favur it-tfal filwaqt li jqisu l-valuri kulturali;

36.  Jirrakkomanda l-inklużjoni tat-tortura tat-tfal fil-kampanja ppjanata mmirata lejn id-drittijiet tat-tfal, kif stabbilit fil-Pjan ta' Azzjoni;

37.  Jirrakkomanda li s-SEAE u l-Kummissjoni jagħtu attenzjoni speċjali lit-tortura u trattament krudili, inuman jew degradanti mmirati fil-konfront ta' artisti, ġurnalisti, difenduri tad-drittijiet tal-bniedem, mexxejja ta' studenti, professjonisti tas-saħħa u individwi li jappartjenu għal gruppi vulnerabbli oħra, bħal pereżempju gruppi etniċi, lingwistiċi, reliġjużi u minoranzi oħra, speċjalment meta jinżammu f'detenzjoni jew ħabs;

38.  Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-UE jiddiskutu, fid-djalogu tagħhom mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, il-forom ta' tortura abbażi tal-ġeneru li jagħmlu lill-bniet grupp partikolarment vulnerabbli, b'mod partikolari l-mutilazzjoni ġenitali u ż-żwieġ bikri jew furzat, kif previst fil-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni;

39.  Jistieden lis-SEAE u lill-COHOM jindirizzaw speċifikament it-tortura tat-tfal fl-aġġornament li jmiss tal-Linji Gwida tal-UE dwar it-tortura u l-Pjan ta' Azzjoni ;

40.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li hemm probabilità partikolari li n-nisa jkun vittmi ta' tortura u ta' trattamenti inumani jew degradanti speċifiċi (każi ta' stupru, mutilazzjoni sesswali, sterilizzazzjoni, abort, kontroll furzat tat-twelid, fekondazzjoni deliberata), speċjalment matul kunflitti armati, fejn dawn l-atti jintużaw bħala metodu ta' gwerra, anke kontra l-minuri;

41.  Jikkundanna bl-istess mod l-atti ta' tortura, vjolenza u abbuż fuq persuni minħabba l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità sesswali tagħhom;

42.  Jirrimarka l-ħtieġa li tiġi appoġġjata l-ħidma tal-NGOs involuti fil-prevenzjoni tal-vjolenza f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt u għalhekk tat-tortura u tat-trattament ħażin ikkawżati lill-popolazzjoni ċivili f'dawn it-tip ta' sitwazzjonijiet, u għal dan l-għan biex jissensibilizzaw lil gruppi armati dwar il-ħtieġa li jikkonformaw mal-istandards internazzjonali umanitarji, partikolarment fir-rigward tal-vjolenza bbażata fuq is-sess;

Il-ġlieda kontra t-tortura fir-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi terzi

43.  Jistieden lis-SEAE, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem (EUSR) u lill-COHOM jiżguraw li l-istrateġiji tal-pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem (HRCSs) ikun fihom objettivi speċifiċi għall-pajjiż u parametri ta' riferiment relatati mal-ġlieda kontra t-tortura, inkluża l-identifikazzjoni tal-gruppi li jirrikjedu protezzjoni speċjali, bħat-tfal, nisa, persuni spostati, rifuġjati u migranti, u dawk li qed jiffaċċjaw diskriminazzjoni minħabba l-etniċità, il-kasta jew il-kultura, it-twemmin reliġjuż jew ieħor, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru;

44.  Jappella lill-UE u lill-komunità internazzjonali b'mod ġenerali jirrispettaw il-prinċipju ta' non-refoulement, fejn min ifittex ażil ma jistax jintbagħat lura f'pajjiż fejn dan jista' jkun f'periklu li jiġi ttorturat jew trattat b'mod inuman jew degradanti, kif definit mill-Konvenzjoni tat-28 ta' Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati;

45.  Jenfasizza l-fatt li l-HRCSs għandhom jidentifikaw il-lakuni fil-protezzjoni, interlokuturi adegwati u punti ta' dħul bħal pereżempju l-qafas tan-NU jew is-settur tas-sigurtà jew ir-riforma ġudizzjarja bl-għan li jiġi indirizzat it-tħassib relatat mat-tortura f'kull pajjiż;

46.  Jirrakkomanda li l-HRCSs jindirizzaw l-kawżi primarji ta' vjolenza u trattament ħażin mill-aġenziji tal-gvern u f'ambjenti privati u jiddefinixxu ħtiġijiet ta' assistenza bl-għan li joffru l-assistenza teknika tal-UE għall-bini tal-kapaċità, ir-riforma ġuridika u t-taħriġ, sabiex jgħinu lill-pajjiżi terzi jikkonformaw mal-obbligi u n-normi internazzjonali, partikolarment fil-kuntest tal-iffirmar u r-ratifika tal-CAT u tal-OPCAT, u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar il-prevenzjoni (speċifikament l-istabbiliment ta' NPMs), il-ġlieda kontra l-impunità u r-riabilitazzjoni tal-vittmi;

47.  Jirrakkomanda wkoll li l-HRCSs jinkludu miżuri li jinkoraġġixxu l-istabbiliment u l-operat jew, fejn hu xieraq, it-tisħiħ ta' istituzzjonijiet nazzjonali li jistgħu jindirizzaw b'mod effikaċi l-prevenzjoni ta' tortura u trattament ħażin, inkluż fejn meħtieġ il-possibbiltajiet għal assistenza finanzjarja u teknika;

48.  Jenfasizza l-ħtieġa għas-SEAE u d-delegazzjonijiet tal-UE biex jagħmlu disponibbli informazzjoni speċifika rigward appoġġ disponibbli u rimedji ġuridiċi possibbli għall-vittmi ta' tortura u trattament ħażin f'pajjiżi terzi;

49.  Jistieden lis-SEAE u lid-delegazzjonijiet tal-UE jagħmlu użu sħiħ, iżda mmirat bir-reqqa u speċifiku għall-pajjiżi, tal-istrumenti politiċi li huma għad-dispożizzjoni tagħhom kif spjegat fil-Linji Gwida tal-UE dwar it-tortura, inklużi dikjarazzjonijiet pubbliċi, inizjattivi lokali, djalogi u konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem sabiex jitqajmu każijiet individwali, riforma leġiżlattiva dwar il-prevenzjoni tat-tortura u r-ratifika u l-implimentazzjoni ta' konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti; jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jkomplu l-prattiki tal-passat tagħhom li jwettqu kampanji globali mmirati dwar kwistjonijiet tematiċi relatati mat-tortura;

50.  Jistieden lid-delegazzjonijiet tal-UE u lill-ambaxxati tal-Istati Membri fuq il-post jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-UE dwar it-tortura, u lis-SEAE u l-COHOM biex jimmonitorjaw regolarment l-implimentazzjoni tagħhom;

51.  Iħeġġeġ lid-delegazzjonijiet tal-UE u lill-ambaxxati tal-Istati Membri madwar id-dinja sabiex kull sena jfakkru l-Jum Internazzjonali ta' Appoġġ għall-Vittmi tat-Tortura fis-26 ta' Ġunju billi jorganizzaw seminars, wirjiet u avvenimenti oħra;

52.  Jistieden lis-SEAE u lill-RSUE jiddiskutu b'mod sistematiku l-kwistjoni tat-tortura u t-trattament ħażin fid-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-UE ma' pajjiżi terzi;

53.  Jirrakkomanda li l-kwistjonijiet relatati mat-tortura jitqiegħdu fil-qalba ta' forums u seminars tas-soċjetà ċivili lokali u reġjonali, bil-potenzjal ta' segwitu fil-konsultazzjonijiet u djalogi regolari dwar id-drittijiet tal-bniedem;

54.  Jistieden lill-UE sabiex fid-djalogi tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem, tippromwovi l-implimentazzjoni tar-Regoli Minimi Standard tan-NU għat-Trattament tal-Priġunieri bl-għan li tiżgura r-rispett tad-dinjità inerenti tal-priġunieri u konformità mad-drittijiet fundamentali u mal-garanziji, u tiżgura wkoll li l-applikazzjoni tar-regoli tiġi estiża għall-postijiet kollha ta' privazzjoni tal-libertà, inklużi l-isptarijiet mentali u l-għases tal-pulizija;

55.  Jistieden lid-delegazzjonijiet tal-UE u lid-delegazzjonijiet tal-Parlament iżuru l-ħabsijiet u postijiet oħra ta' detenzjoni, inklużi f'ċentri ta' detenzjoni għall-minorenni u postijiet fejn jista' jkun hemm detenuti t-tfal, biex josservaw il-proċessi meta jkun hemm raġuni għalfejn iqisu li l-imputati setgħu kienu soġġetti għal tortura jew trattament ħażin u jitolbu informazzjoni dwar każijiet individwali u jagħmlu investigazzjoni indipendenti tagħhom;

56.  Jistieden lid-delegazzjonijiet tal-UE jipprovdu appoġġ lill-membri tas-soċjetà ċivili meta dawn ma jitħallewx iżuru ħabsijiet u josservaw il-proċessi;

57.  Jistieden lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jonoraw l-impenji tagħhom fil-Pjan ta' Azzjoni li jiffaċilitaw l-istabbiliment u l-funzjonament ta' NPMs indipendenti u effikaċi; jistieden lill-Istati Membri jirrieżaminaw u janalizzaw b'diliġenza u trasparenza l-NPMs eżistenti u istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE u f'pajjiżi terzi, u jidentifikaw l-aqwa prattiki fosthom, filwaqt li jiżguraw li għandhom perspettiva ffukata fuq id-drittijiet tat-tfal, bl-għan li jissaħħu l-mekkaniżmi eżistenti, isir tibdil għat-titjib tagħhom u jiġu promossi dawn l-eżempji lill-pajjiżi sħab;

58.  Jistieden lid-delegazzjonijiet tal-UE jappellaw biex id-detenzjoni tintuża bħala l-aħħar miżura, u sabiex ifittxu alternattivi, b'mod partikolari għal persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli bħal nisa, tfal, dawk li jfittxu ażil u migranti;

59.  Huwa mħasseb ħafna dwar ir-rapporti reċenti ta' kumpaniji bbażati fl-UE li jfornu sustanzi kimiċi użati għal drogi tal-injezzjoni letali fl-Istati Uniti tal-Amerika; jilqa', f'dan ir-rigward, l-iżvilupp minn numru ta' kumpaniji farmaċewtiċi Ewropej ta' sistema ta' esportazzjoni u kontroll kuntrattwali, bl-għan li tiżgura li l-prodott tagħhom Propofol ma jintużax għal injezzjonijiet letali f'pajjiżi li għadhom japplikaw il-piena tal-mewt, b'mod partikolari l-Istati Uniti tal-Amerika;

L-azzjoni tal-UE f'fora internazzjonali u organizzazzjonijiet internazzjonali

60.  Jilqa' l-isforzi persistenti mill-UE li tibda u tappoġġja l-adozzjoni regolari ta' riżoluzzjonijiet fl-Assemblea Ġenerali tan-NU u l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem u li tindirizza din il-kwistjoni bħala prijorità taħt il-qafas tan-NU; jissuġġerixxi li l-VP/RGħ u r-RSUE iżommu kuntatt regolari mar-Rapporteur Speċjali tan-NU għat-Tortura sabiex ikun hemm skambju ta' informazzjoni rilevanti għar-relazzjonijiet tal-politika barranija tal-UE ma' pajjiżi terzi; jissuġġerixxi wkoll li l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u s-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem jistiednu regolarment lir-Rapporteur Speċjali tan-NU għat-Tortura sabiex jaġġorna lill-Parlament dwar kwistjonijiet marbuta ma' tortura f'pajjiżi speċifiċi;

61.  Jirrimarka li, kif previst fl-Artikoli 7 u 8 tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI), it-tortura mwettqa fuq bażi sistematika jew fuq skala kbira tista' tikkostitwixxi tal-gwerra jew delitt kontra l-umanità; isostni li, l-prinċipju tar-responsabbiltà għall-protezzjoni jagħti lill-komunità internazzjonali d-dmir li tipproteġi lill-popli vittma ta' delitti bħal dawn u, għalhekk, jistieden biex jiġi rieżaminat il-proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, sabiex jiġi evitat kwalunkwe ostakolu fil-każijiet li jinvolvu r-responsabbiltà li tingħata protezzjoni;

62.  Jistieden lill-pajjiżi terzi jikkooperaw bis-sħiħ mar-Rapporteur Speċjali tan-NU, il-Kumitat kontra t-Tortura u korpi ta' kontra t-tortura reġjonali bħall-Kumitat għall-Prevenzjoni ta' Tortura fl-Afrika, il-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura (CPT), u r-Rapporteur tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS) għad-Drittijiet tal-Persuni mċaħħda mil-Libertà; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lis-SEAE iqisu sistematikament ir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali u korpi oħra għas-segwitu tal-kuntatti mal-pajjiżi terzi, inkluż bħala parti mill-proċess tal-Eżami Perjodiku Universali (EPU);

63.  Iħeġġeġ lis-SEAE, lill-EUSR u lill-Istati Membri jippromwovu b'mod attiv ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-CAT u l-OPCAT bħala prijorità u jżidu l-isforzi tagħhom biex jiffaċilitaw l-istabbiliment u l-funzjonament effikaċi u indipendenti tal-NPMs f'pajjiżi terzi;

64.  Jistieden lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw l-istabbiliment u l-funzjonament ta' mekkaniżmi ta' prevenzjoni tat-tortura reġjonali, inkluż il-Kumitat għall-Prevenzjoni tat-Tortura fl-Afrika u r-Rapporteur tal-OAS għal Persuni Mċaħħda mil-Libertà;

65.  Jistieden lis-SEAE, lir-RSUE u lill-Kummissjoni jtejbu l-appoġġ tagħhom lill-pajjiżi terzi, biex b'hekk jippermettulhom li jimplimentaw b'mod effikaċi r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi tat-trattat tan-NU rilevanti, inkluż il-Kumitat kontra t-Tortura u s-Sottokumitat dwar il-Prevenzjoni tat-Tortura, il-Kumitat dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Kumitat għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa;

66.  Jistieden lis-SEAE biex fi ħdan il-kapaċitajiet tiegħu jipprovdi assistenza teknika għar-riabilitazzjoni ta' vittmi tat-tortura u l-familji tagħhom sabiex ikollhom is-setgħa li jerġgħu jibnu ħajjithom;

67.  Jissottolinja l-importanza tal-parteċipazzjoni attiva tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Pjan ta' Azzjoni u li jipprovdu lis-SEAE b'aġġornamenti regolari dwar l-azzjonijiet meħuda minnhom f'dan ir-rigward;

68.  Jistieden lill-UE tikoopera b'mod aktar effiċjenti mas-CPT u l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa;

Strument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR)

69.  Jilqa' l-inizjattivi u l-proġetti eżistenti taħt l-EIDHR, li 7 % mill-fondi tagħhom ġew allokati għal proġetti marbuta mat-tortura, u jenfasizza l-ħtieġa li jibqa' jkun hemm fondi speċifiċi allokati għall-ġlieda kontra t-tortura u trattament jew pieni krudili jew degradanti, b'enfasi fuq is-sensibilizzazzjoni, il-prevenzjoni, l-indirizzar tal-impunità, kif ukoll ir-riabilitazzjoni soċjali u psikoloġika tal-vittmi tat-tortura, bi prijorità mogħtija għal proġetti ta' natura olistika;

70.  Jenfasizza li l-fondi allokati għal proġetti taħt il-perjodu ta' programmazzjoni li ġej għandhom jikkunsidraw il-prijoritajiet tal-UE kif deskritti fil-Pjan ta' Azzjoni;

71.  Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu deskrizzjoni ġenerali tal-programmi ta' assistenza bilaterali fil-qasam tal-prevenzjoni tat-tortura u r-riabilitazzjoni bil-ħsieb li jsir skambju tal-aqwa prattiki, jinkiseb qsim tal-piż effiċjenti u jinħolqu sinerġiji u komplementarjetà ma' proġetti tal-EIDHR;

Il-kredibilità, il-koerenza u l-konsistenza tal-politika tal-UE

72.  Jirrimarka l-ħtieġa għall-UE u l-Istati Membri li jagħtu eżempju sabiex jistabbilixxu l-kredibilità tagħhom; jistieden, għalhekk, lill-Belġju, il-Finlandja, il-Greċja, l-Irlanda, il-Latvja u s-Slovakkja jirratifikaw l-OPCAT bħala kwistjoni ta' prijorità u jistabbilixxu NPMs indipendenti, b'riżorsi biżżejjed u effikaċi; jinnota l-importanza ta' komunikazzjonijiet individwali bħala strument għall-prevenzjoni tat-tortura u trattament ħażin u jħeġġeġ lill-Istati Membri jaċċettaw ġurisdizzjonijiet individwali f'konformità mal-Artikolu 21 tal-CAT; jistiden lill-firmatarji tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal jiffirmaw u jirratifikaw it-tielet Protokoll tiegħu; jistieden ukoll lill-21 Stat Membru, li għad jonqoshom jirratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha minn Għajbien Imġiegħel, biex jagħmlu dan b'urġenza;

73.  Jistieden lill-Istati Membri li ma għamlux dikjarazzjonijiet li jirrikonoxxu l-ġurisdizzjoni tal-Artikolu 22 tal-CAT jagħmlu dan bħala kwistjoni ta' prijorità;

74.  Jistieden lil dawk l-Istati Membri kollha li għandhom NPMs jieħdu sehem fi djalogu kostruttiv bl-għan li jimplimentaw rakkomandazzjonijiet tal-NPM, flimkien ma' rakkomandazzjonijiet tas-CPT, tal-CAT u tas-Sottokumitat għall-Prevenzjoni tat-Tortura, b'mod koerenti u komplimentari;

75.  Iħeġġeġ lill-UE ssaħħaħ l-impenn tagħha lejn il-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem u, għalhekk, jitlobha tuża l-politika tal-viċinat tagħha u l-prinċipju “agħti iktar biex tirċievi iktar” sabiex tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-viċin iwettqu riformi bl-għan li jsaħħu l-azzjoni tagħhom kontra t-tortura;

76.  Jiddispjaċih bl-appoġġ limitat ħafna ipprovdut mill-Istati Membri lill-Fond Volontarju tan-NU għall-Vittmi tat-Tortura u l-Fond Speċjali tal-OPCAT; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jappoġġjaw il-ħidma ta' dawn il-fondi permezz ta' kontributi volontarji sostanzjali u regolari, f'konformità mal-impenji tagħhom skont il-Pjan ta' Azzjoni;

77.  Isostni li l-UE għandha tieħu pożizzjoni aktar b'saħħitha u jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jsaħħu l-impenn u r-rieda politika tagħhom biex jiżguraw moratorja fuq il-piena tal-mewt fid-dinja kollha;

78.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal pjan ta' azzjoni bil-ħsieb li toħloq mekkaniżmu li jelenka u jimponi sanzjonijiet immirati (projbizzjonijiet ta' vjaġġar, iffriżar ta' assi) kontra uffiċjali ta' pajjiżi terzi (fosthom uffiċjali tal-pulizija, prosekuturi u mħallfin) involuti fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, bħal tortura u trattament krudili, inuman jew degradanti; jenfasizza li l-kriterji għall-inklużjoni fil-lista għandhom ikunu bbażati fuq sorsi dokumentati tajjeb, konverġenti u indipendenti u fuq provi konvinċenti, biex b'hekk ikun hemm lok għal mekkaniżmi ta' rimedju għal dawk fil-mira;

79.  Ifakkar fl-obbligu tal-Istati kollha, b'mod partikolari l-Istati Membri tal-UE, jaderixxu b'mod strett mal-prinċipju ta' non-refoulement, li skontu l-Istati ma għandhomx jiddeportaw jew jestradixxu persuna f'ġurisdizzjoni fejn hu jew hi għandha r-riskju ta' persekuzzjoni; jikkunsidra li l-prattika li tfittex assigurazzjonijiet diplomatiċi mill-Istat li qed jirċievi ma teżentax lill-Istat li qed jibgħat mill-obbligi tiegħu u jikkundanna prattiki bħal dawn li jfittxu li jevitaw il-projbizzjoni assoluta ta' tortura u refoulement;

80.  Jieħu nota tal-pożizzjoni vitali li l-UE għandha fuq livell dinji fil-ġlieda kontra t-tortura, f'kooperazzjoni mill-qrib man-NU; jissottolinja l-fatt li t-tisħiħ tal-prinċipju ta' tolleranza żero għat-tortura jibqa' fil-qalba tal-politiki u tal-istrateġiji tal-UE fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, kemm barra l-UE kif ukoll fi ħdanha stess; jiddispjaċih għall-fatt li mhux l-Istati Membri kollha jikkonformaw bis-sħiħ mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 u li xi kumpaniji bbażati f'pajjiżi industrijalizzati setgħu biegħu lil pajjiżi terzi, b'mod illegali, xi apparat tal-pulizija u tas-sigurtà li jista' jintuża għat-tortura;

81.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jlestu r-rieżami attwali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005, inklużi l-annessi tiegħu, bl-għan li l-implimentazzjoni tkun aktar effikaċi skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament stabbiliti fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005; jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament, partikolarment mal-obbligu tal-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 13 tiegħu, li jikkompilaw rapporti ta' attività annwali f'waqthom u jagħmluhom pubbliċi, u li jikkondividu l-informazzjoni mal-Kummissjoni dwar deċiżjonijiet ta' liċenzjar;

Kunsiderazzjonijiet dwar il-ġlieda kontra t-tortura u l-politika tal-iżvilupp

82.  Ifakkar fil-ħtieġa li tiġi stabbilita strateġija integrata u komprensiva sabiex tiġġieled it-tortura billi tindirizza l-kawżi primarji tagħha; jemmen li din għandha tinkludi trasparenza ġenerali fl-istituzzjonijiet u rieda politika iktar b'saħħitha fil-livell statali biex dan jiġġieled it-trattament ħażin; jissottolinja l-ħtieġa urġenti li l-faqar, l-inugwaljanza, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza jiġu indirizzati permezz ta' NPMs u billi jissaħħu l-awtoritajiet lokali u l-NGOs; jenfasizza l-ħtieġa li jkomplu jiġu żviluppati l-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-istrumenti għall-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE sabiex jiġu indirizzati l-kawżi primarji tal-vjolenza;

83.  Jenfasizza l-fatt li l-aċċess għall-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-impunità, investigazzjonijiet imparzjali, l-għoti tas-setgħa għas-soċjetà ċivili u l-promozzjoni tal-edukazzjoni kontra t-trattament ħażin huma essenzjali għall-ġlieda kontra t-tortura;

84.  Jenfasizza li l-użu tat-terminu "tortura", u għalhekk il-projbizzjoni assoluta, il-prosekuzzjoni u l-piena ta' din il-prattika, m'għandhomx jiġu esklużi meta atti bħal dawn isiru minn forzi armati irregolari jew minn gruppi tribali, reliġjużi jew ta' ribelli;

85.  Ifakkar fl-importanza u fl-ispeċifiċità tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bħala komponenti tad-djalogu politiku skont Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou; ifakkar ukoll li kull djalogu ma' pajjiżi terzi dwar id-drittijiet tal-bniedem għandu jkollu komponent qawwi kontra t-tortura;

86.  Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jinkoraġġixxu lill-pajjiżi sħab tagħhom jadottaw approċċ orjentat lejn il-vittmi fil-ġlieda kontra t-tortura u trattament ieħor krudili, inuman u degradanti, billi jagħtu attenzjoni speċjali lill-ħtiġijiet tal-vittmi fil-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp; jenfasizza li l-introduzzjoni ta' kundizzjonalità għall-għajnuna hi mod effikaċi ta' kif wieħed jindirizza din il-problema, iżda fi djalogi u negozjati f'livell għoli, l-involviment tas-soċjetà ċivili, it-tisħiħ ta' kapaċitajiet nazzjonali u l-konċentrazzjoni fuq l-inċentivi jistgħu jiksbu riżultati aħjar.

Kunsiderazzjonijiet dwar il-ġlieda kontra t-tortura u d-drittijiet tan-nisa

87.  Iħeġġeġ lill-UE tiżgura, permezz ta' kundizzjonalità tal-għajnuna, li l-pajjiżi terzi jipproteġu lill-bnedmin kollha mit-tortura, speċjalment lin-nisa u lill-bniet; jistieden lill-Kummissjoni terġa' tqis il-politika ta' għajnuniet tagħha fil-konfront tal-pajjiżi li jwettqu t-tortura u tgħaddi l-għajnuna biex jiġu appoġġjati l-vittmi;

88.  Jilqa' l-miżuri kkontemplati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha "Lejn l-eliminazzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili" (COM(2013)0833), u jtenni l-bżonn ta' konsistenza bejn il-politiki interni u esterni tal-Unjoni b'rabta ma' din il-problema; jtenni madankollu l-ħtieġa kontinwa għall-UE li taħdem ma' pajjiżi terzi sabiex teqred il-prattika tal-mutilazzjoni ġenitali femminili; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan biex jikkriminalizzaw il-mutilazzjoni ġenitali femminili fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom u jiżguraw l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti;

89.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar każijiet ta' eżekuzzjoni ta' nisa li għandhom problemi mentali jew diffikultajiet ta' tagħlim;

90.  Jikkundanna l-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa, b'mod partikolari l-qtil tal-unur, il-vjolenza motivata minn twemmin kulturali jew reliġjuż, iż-żwieġ furzat, iż-żwieġ ta' minorenni, il-ġeneriċidji u l-imwiet minħabba dota; jafferma li l-UE għandha tittrattahom bħala forom ta' tortura; jistieden lill-partijiet interessati kollha jaħdmu b'mod attiv permezz ta' miżuri edukattivi u ta' sensibilizzazzjoni għall-prevenzjoni ta' prattiki tat-tortura;

91.  Jikkundanna l-forom kollha ta' tortura tan-nisa relatati ma' akkużi ta' seħer jew maġija, kif imwettqa f'bosta pajjiżi madwar id-dinja;

92.  Jilqa' l-approċċ progressista u innovattiv tal-Istatut ta' Ruma billi jirrikonoxxi l-vjolenza sesswali u bbażata fuq is-sess, fosthom l-istupri, l-iskjavitù sesswali, il-prostituzzjoni furzata, it-tqala furzata, l-isterilizzazzjoni furzata u forom oħrajn ta' vjolenza sesswali ta' gravità paragunabbli, bħala forma ta' tortura u bħala delitt tal-gwerra u delitt kontra l-umanità; jilqa' wkoll l-implimentazzjoni, permezz tal-fond ta' sostenn għall-vittmi tal-QKI, ta' programmi li jimmiraw lejn ir-riabilitazzjoni tan-nisa li huma vittmi tat-tortura, partikolarment f'sitwazzjonijiet ta' wara l-kunflitti;

93.  Jistieden lill-UE tinkoraġġixxi lil dawk il-pajjiżi li għadhom ma rratifikawx u implimentaw il-CAT u l-Istatut ta' Ruma biex jagħmlu dan, u biex jinkorporaw id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom;

94.  Iħeġġeġ lill-Istati jikkundannaw bil-qawwa l-vjolenza u t-tortura kontra n-nisa u t-tfal li jitwettqu f'sitwazzjonijiet ta' kunflitti armati u wara l-kunflitti; jirrikonoxxi li l-vjolenza sesswali u bbażata fuq il-ġeneru taffettwa l-vittmi u s-superstiti wara din l-esperjenza, il-familjari, il-komunitajiet u s-soċjetajiet, u jappella għal miżuri effikaċi sabiex ikun hemm għoti ta' rendikont u korrezzjoni kif ukoll rimedji effikaċi;

95.  Iqis li huwa kruċjali li l-prosekuturi u l-imħallfin nazzjonali jkollhom il-kapaċità u l-għarfien espert biex iħarrku u jtellgħu l-qorti b'mod adegwat l-awturi ta' delitti bbażati fuq il-ġeneru;

96.  Iqis li n-nuqqas ta' separazzjoni ta' priġunieri nisa transġeneru mill-priġunieri rġiel fid-detenzjoni hija prattika krudili, inumana, degradanti u inaċċettabbli;

97.  Jistieden lill-UE, biex fid-djalogi tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem, tippromwovi l-implimentazzjoni tar-Regoli tan-NU dwar it-Trattament tal-Priġunieri Nisa u l-Miżuri Mingħajr Arrest Arrest għall-Awturi Nisa ta' Reati (Regoli ta' Bangkok) bl-għan li jissaħħu n-normi internazzjonali għat-trattament tal-priġunieri nisa b'kunsiderazzjoni tal-aspetti tas-saħħa, is-sensittività tal-ġeneru u l-kura tat-tfal.

o
o   o

98.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-gvernijiet tal-Istati Membri, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-tortura.

(1) http://www.ohchr.org/EN/ProfessionalInterest/Pages/DeclarationTorture.aspx
(2) http://www.ohchr.org/EN/ProfessionalInterest/Pages/DeclarationTorture.aspx
(3) (A/RES/67/176).
(4) (A/RES/67/167).
(5) http://www.ohchr.org/EN/ProfessionalInterest/Pages/DeclarationTorture.aspx
(6) http://www.cpt.coe.int/en/annual/rep-23.pdf
(7) http://www.ohchr.org/EN/ProfessionalInterest/Pages/DeclarationTorture.aspx
(8) http://www.ohchr.org/EN/ProfessionalInterest/Pages/DeclarationTorture.aspx
(9) http://www.icrc.org/eng/war-and-law/treaties-customary-law/geneva-conventions/
(10) http://www.cidh.oas.org/Basicos/English/Basic9.Torture.htm
(11) Ippubblikat mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Ġinevra, http://www.ohchr.org/Documents/Publications/training8Rev1en.pdf
(12) Dokument tal-Kunsill 11855/2012.
(13) 3 http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cmsUpload/8590.en08.pdf
(14) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cmsUpload/10015.mt08.pdf
(15) http://eeas.europa.eu/human_rights/docs/guidelines_en.pdf
(16) http://register.consilium.europa.eu/pdf/de/13/st09/st09184.de10.pdf
(17) Testi adottati, P7_TA(2012)0503.
(18) Testi adottati, P7_TA(2012)0504.
(19) Testi adottati, P7_TA(2013)0418.
(20) http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/etudes/join/2007/348584/EXPO-DROI_ET(2007)348584_EN.pdf
(21) ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1.
(22) ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 107.
(23) Testi adottati, P7_TA(2013)0278.


L-Arabja Sawdija
PDF 363kWORD 117k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar l-Arabja Sawdija, ir-relazzjonijiet tagħha mal-UE u r-rwol tagħha fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq (2013/2147(INI))
P7_TA(2014)0207A7-0125/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ftehim ta' kooperazzjoni tal-25 ta' Frar 1989 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (GCC),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Lulju 1990 dwar is-sinifikat tal-ftehim ta' kummerċ ħieles li se jiġi konkluż bejn il-KEE u l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Jannar 1996 dwar l-Arabja Sawdija(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Ekonomiku bejn l-Istati Membri tal-GCC, adottat fil-31 ta' Diċembru 2001 f'Muskat (fl-Oman), u d-Dikjarazzjoni ta' Doha tal-GCC dwar it-tnedija tal-unjoni doganali għall-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Istati Għarab tal-Golf, tal-21 ta' Diċembru 2002,

–  wara li kkunsidra r-ratifika min-naħa tal-Arabja Sawdija, f'Ottubru 2004, tal-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW), b'referenza partikolari għall-Artikolu 7 tagħha dwar il-ħajja politika u pubblika,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2005 dwar l-Arabja Sawdija(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2006 dwar il-libertà tal-espressjoni fuq l-Internet(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2007 dwar ir-riformi fid-dinja Għarbija: x'inhi l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea?(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar id-drittijiet tan-nisa fl-Arabja Sawdija(6),

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar "l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà: Nipprovdu s-Sigurtà f'Dinja li qed Tinbidel", adottat mill-Kunsill f'Diċembru 2008,

–  wara li kkunsidra l-komunikat konġunt tad-19-il Kunsill Konġunt u Laqgħa Ministerjali UE-GCC tad-29 ta' April 2009, li sar f'Muskat,

–  wara li kkunsidra l-Programm ta' Azzjoni Konġunt (2010-2013) għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni UE-GCC tal-1989,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010 għall-Unjoni għall-Mediterran(7),

–  wara li kkunsidra l-komunikat konġunt tal-20 Kunsill Konġunt u Laqgħa Ministerjali UE-GCC tal-14 ta' Ġunju 2010, li sar f'Lussemburgu,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2011 dwar ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' April 2011 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja, fil-Baħrejn u fil-Jemen(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2011 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Jemen u l-Baħrejn fil-kuntest tas-sitwazzjoni fid-dinja Għarbija u fl-Afrika ta' Fuq(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Settembru 2011 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar il-Baħrejn(12),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-laqgħat annwali tal-Kummissjoni tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem f'Ġinevra (2000-2012),

–  wara li kkunsidra ż-żjara tal-President tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewropew f'isem il-President Martin Schulz fl-Arabja Sawdija mill-24 sal-25 ta' Novembru 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapporti annwali tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0125/2014),

A.  billi r-Renju tal-Arabja Sawdija huwa attur politiku, ekonomiku u reliġjuż influwenti fil-Lvant Nofsani u fid-dinja Iżlamika, il-produttur ewlieni taż-żejt fid-dinja, u fundatur u mexxej ewlieni tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (GCC) u tal-Grupp G-20; billi r-Renju tal-Arabja Sawdija huwa sieħeb importanti għall-UE;

B.  billi l-UE hija s-sieħba kummerċjali prinċipali tal-Arabja Sawdija bi 15 % tal-kummerċ totali u r-Renju tal-Arabja Sawdija huwa l-11-il l-akbar sieħeb kummerċjali għall-UE; billi għadd kbir ta' kumpaniji tal-UE huma investituri fl-ekonomija tal-Arabja Sawdija, b'mod speċjali fl-industrija taż-żejt mhux maħdum u l-Arabja Sawdija hija suq importanti għall-esportazzjoni tal-prodotti industrijali tal-UE f'oqsma bħad-difiża, it-trasport, l-industrija tal-karozzi u l-esportazzjonijiet ta' prodotti mediċi u kimiċi;

C.  billi l-importazzjonijiet ta' prodotti mill-Arabja Sawdija lejn l-UE u l-esportazzjonijiet ta' prodotti mill-UE lejn l-Arabja Sawdija żdiedu notevolment bejn l-2010 u l-2012;

D.  billi n-negozjati dwar ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u l-GCC, li bdew 20 sena ilu, għadhom mhumiex konklużi;

E.  billi l-UE u l-Arabja Sawdija jħabbtu wiċċhom ma' sfidi komuni li huma globali fl-oriġini u fl-impatt, bħal ma huma l-ekonomija li qed tinbidel malajr, il-migrazzjoni, is-sigurtà enerġetika, it-terroriżmu internazzjonali, it-tixrid ta' armi ta' qerda massiva (AQM) u d-degrad ambjentali;

F.  billi l-kuntest politiku u strateġiku dejjem jinbidel fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq jeħtieġ rivalutazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju tal-Arabja Sawdija;

G.  billi r-Renju tal-Arabja Sawdija huwa monarkija assoluta ereditarja mingħajr parlament elett; billi jinsab quddiem l-isfida tas-suċċessjoni rjali; billi r-Renju tal-Arabja Sawdija għandu popolazzjoni ta' 28 miljun, inkluż 9 miljun barrani u 10 miljun żagħżugħ taħt it-18-il sena; billi riformi żgħar u gradwali ġew implimentati fir-Renju tal-Arabja Sawdija mill-2001, iżda ma ġewx istituzzjonalizzati u b'hekk jistgħu faċilment jitreġġgħu lura; billi r-riżultati tal-pajjiż fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem jibqgħu ħżiena, b'lakuni fundamentali bejn l-obbligi internazzjonali tiegħu u l-implimentazzjoni tagħhom;

H.  billi l-ewwel elezzjonijiet muniċipali tal-2005 li qatt saru fl-Arabja Sawdija kkostitwixxew l-ewwel proċess elettorali fl-istorja tal-pajjiż; billi fl-2015 nofs il-membri biss tal-kunsilli muniċipali se jkunu eletti, mentri n-nofs l-ieħor se jibqgħu maħtura mir-Re;

I.  billi din is-sena biss kienu maħtura għall-ewwel darba 30 mara fil-Kunsill konsultattiv tax-Shura, u billi se jkun biss fl-2015 li n-nisa se jitħallew jivvutaw fl-elezzjonijiet muniċipali;

J.  billi r-rapport tal-Bank Dinji bl-isem "Women, Business and the Law 2014 – Removing Restrictions to Enhance Gender Equality"(13) (In-Nisa, in-Negozju u d-Dritt 2014 – Inneħħu r-Restrizzjonijiet biex Intejbu l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri) iqiegħed lill-Arabja Sawdija fl-ewwel post fil-lista ta' pajjiżi li l-liġijiet tagħhom jillimitaw il-potenzjal ekonomiku tan-nisa,

K.  billi r-Renju tal-Arabja Sawdija huwa l-uniku pajjiż fid-dinja fejn in-nisa ma għandhomx permess isuqu u, għalkemm m'hemm l-ebda liġi uffiċjali li tipprojbixxi s-sewqan lin-nisa, digriet ministerjali tal-1990 ifformalizza projbizzjoni konswetudinarja eżistenti u n-nisa li jippruvaw isuqu jirriskjaw l-arrest;

L.  billi l-Indiċi tal-Inugwaljanza bejn il-Ġeneri (Gender Inequality Index - GII) tal-2012 tal-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti jikklassifika l-Arabja Sawdija l-145 post fost il-148 pajjiż, li jagħmilha wieħed mill-aktar pajjiżi inikwi tad-dinja; billi r-Rapport dwar id-Disparità bejn is-Sessi Fuq Skala Dinjija tal-2012 (Forum Ekonomiku Dinji) jikklassifika l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol fir-Renju tal-Arabja Sawdija bħala waħda mill-aktar dgħajfa fid-dinja (il-133 post fost il-135 pajjiż);

M.  billi l-piena tal-mewt hija applikata fir-Renju tal-Arabja Sawdija għal firxa wiesgħa ta' reati u tal-anqas 24 individwu ġew iġġustizzjati fl-2013; billi tal-anqas 80 persuna ġew iġġustizzjati fl-2011 u numru simili fl-2012 – tliet darbiet aktar min-numru tal-2010 – fosthom minorenni u barranin; billi l-Arabja Sawdija hija wieħed mill-ftit pajjiżi li għadhom iżommu l-eżekuzzjonijiet pubbliċi; billi kien hemm rapporti ta' nisa li ġew iġġustizzjati fl-Arabja Sawdija permezz tat-tħaġġir, li jikser l-istandards stabbiliti mill-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa, u din tal-aħħar ikkundannat dan l-aġir bħala forma barbara ta' tortura;

N.  billi r-Renju tal-Arabja Sawdija ħa azzjoni b'saħħitha u deċiżiva u applika miżuri severi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-attivitajiet finanzjarji marbuta mat-terroriżmu; billi, kontemporanjament, ir-Renju tal-Arabja Sawdija jiżvolġi rwol ewlieni fit-tixrid u l-promozzjoni madwar id-dinja tal-interpretazzjoni Salafita/Waħħabita tal-Iżlam li hija partikolarment rigoruża; billi l-iktar manifestazzjonijiet estremi tas-Salafiżmu/Waħħabiżmu ispiraw organizzazzjonijiet terroristiċi bħal Al-Qaeda u huma ta' theddida għas-sigurtà globali, inkluż għar-Renju tal-Arabja Sawdija nnifsu; billi r-Renju tal-Arabja Sawdija żviluppa sistema biex jikkontrolla t-tranżazzjonijiet finanzjarji sabiex jiżgura li ebda finanzjament ma jgħaddi għand l-organizzazzjonijiet terroristiċi, li trid tiġi msaħħa aktar;

O.  billi l-esperti tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU esprimew it-tħassib fit-tul tagħhom dwar miżuri ferm wiesgħa ta' kontra t-terroriżmu, li jinvolvu detenzjoni sigrieta, li esponew ukoll dissidenti paċifiċi għal detenzjoni u priġunerija b'akkużi ta' terroriżmu; billi l-organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem ħeġġew lir-Re Abdullah jiċħad il-liġi kontra t-terroriżmu adottata mill-Kunsill tal-Ministri fis-16 ta' Diċembru 2013, minħabba d-definizzjoni ferm wiesgħa tagħha tat-terroriżmu li timponi restrizzjonijiet inġusti fuq il-libertà tal-espressjoni billi potenzjalment tikkriminalizza kwalunkwe diskors li jikkritika l-gvern tal-Arabja Sawdija jew is-soċjetà;

P.  billi l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa u tal-midja, kemm online kif ukoll offline, huma kundizzjonijiet preliminari kruċjali u katalizzaturi għad-demokratizzazzjoni u għar-riforma u huma kontrolli essenzjali fuq il-poter;

Q.  billi r-Renju tal-Arabja Sawdija għandu komunità attiva ta' attivisti online u l-ogħla numru ta' utenti ta' Twitter fil-Lvant Nofsani;

R.  billi l-ħidma tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fir-Renju tal-Arabja Sawdija hija ristretta b'mod sever, kif muri mir-rifjut tal-awtoritajiet li jirreġistraw iċ-Ċentru Adala għad-Drittijiet tal-Bniedem jew l-Unjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem; billi l-entitajiet ta' karità għadhom l-uniku tip ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili permessi fir-Renju;

S.  billi r-Renju tal-Arabja Sawdija jeħtieġ li jiżgura l-libertà vera tar-reliġjon, b'mod partikolari li jirrigwardaw il-prattika fil-pubbliku u l-minoranzi reliġjużi, fil-konformità mar-rwol importanti li r-Renju tal-Arabja Sawdija jiżvolġi bħala kustodju taż-Żewġ Moskej Imqaddsa tal-Iżlam fil-Mekka u f'Medina;

T.  billi r-Renju tal-Arabja Sawdija għadu jikkommetti ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem bażiċi minkejja l-aċċettazzjoni ddikjarata tiegħu tal-bosta rakkomandazzjonijiet fl-Eżami Perjodiku Universali tal-2009 quddiem il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti; billi fost dawn ir-rakkomandazzjonijiet hemm ir-riforma tas-sistema tal-ġustizzja kriminali li ma tirrispettax l-aktar standards bażiċi u tikser sistematikament id-dritt tad-detenuti għal proċess ġust, peress li ma jeżistix kodiċi penali bil-miktub li jiddefinixxi biċ-ċar fiex jikkonsisti reat kriminali u l-imħallfin huma ħielsa li jiddeċiedu abbażi tal-interpretazzjonijiet tagħhom tal-liġi Iżlamika u tad-drawwiet profetiċi; billi l-Ministru tal-Ġustizzja attwali enfasizza l-intenzjoni tiegħu li jikkodifika x-Shari'a u li joħroġ linji gwida fir-rigward tas-sentenzi;

U.  billi nbdew numru ta' riformi ġudizzjarji gradwali fl-2007 mir-Re Abdullah meta approva l-pjan għal sistema ġudizzjarja ġdida, inkluż it-twaqqif ta' Qorti Suprema u ta' qrati kummerċjali, tax-xogħol u amministrattivi speċjali;

V.  billi f'dawn l-aħħar xhur 'il fuq minn miljun persuna mill-Etjopja, mill-Bangladexx, mill-Indja, mill-Filippini, mill-Pakistan u mill-Jemen intbagħtu lura f'pajjiżhom b'segwitu għal riforma tad-dritt tax-xogħol introdotta biex jonqos in-numru għoli ta' ħaddiema migranti u b'hekk jiġi miġġieled il-qgħad taċ-ċittadini tal-Arabja Sawdija; billi l-fluss aċċelerat ta' għadd imdaqqas ta' rimpatrijati jisssottoponi għal pressjoni straordinarja l-pajjiżi ta' oriġini, spiss fqar u fraġli;

W.  billi fit-12 ta' Novembru 2013, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti eleġġiet lir-Renju tal-Arabja Sawdija bħala membru tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem għal perjodu ta' tliet snin, li jiddekorri mill-1 ta' Jannar 2014;

X.  billi l-ftuħ ta' djalogu bejn ir-Renju tal-Arabja Sawdija u l-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem jista' joffri opportunità utli ħafna biex jitjieb il-fehim reċiproku u jiġu promossi aktar riformi fil-pajjiż;

1.  Jirrikonoxxi l-interdipendenza bejn l-UE u r-Renju tal-Arabja Sawdija f'termini ta' stabbiltà reġjonali, relazzjonijiet mad-dinja Iżlamika, destin tat-tranżizzjonijiet fil-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija, proċess ta' paċi bejn l-Iżrael u l-Palestina, gwerra fis-Sirja, titjib tar-relazzjonijiet mal-Iran, ġlieda konta t-terroriżmu, stabbiltà tas-swieq globali taż-żejt u finanzjarji, kummerċ, investimenti u kwistjonijiet ta' governanza globali, speċjalment permezz tal-Bank Dinji, tal-Fond Monetarju Internazzjonali u tal-qafas tal-G-20; jissottolinja li l-kuntest ġeopolitiku jagħmel lir-Renju tal-Arabja Sawdija u lill-Istati Membri l-oħra tal-GCC fulkru ta' sfidi għas-sigurtà li għandhom implikazzjonijiet globali u reġjonali;

2.  Jaqbel ma' ftit mit-tħassib espress mir-Renju tal-Arabja Sawdija, iżda jħeġġeġ lill-gvern jinvolvi ruħu b'mod attiv u kostruttiv mal-komunità internazzjonali; jilqa' pożittivament f'dan il-kuntest, b'mod partikolari, il-ftehim bejn l-Istati Uniti u r-Russja dwar it-tneħħija mis-Sirja ta' armi kimiċi filwaqt li ġie evitat konfront militari;

3.  Jappella wkoll lir-Renju tal-Arabja Sawdija jappoġġa b'mod attiv il-ftehim interim reċenti bejn l-E3+3 u l-Iran u jgħin sabiex tiġi żgurata riżoluzzjoni diplomatika ta' kwistjonijiet nukleari pendenti fi ftehim aktar komprensiv fis-sitt xhur li ġejjin fl-interessi ta' paċi u sigurtà għar-reġjun kollu;

4.  Jenfasizza l-interess Ewropew fi proċess paċifiku u ordnat ta' evoluzzjoni u riforma politika fir-Renju tal-Arabja Sawdija, bħala fattur ewlieni għall-paċi, l-istabbiltà u l-iżvilupp fir-reġjun fit-tul;

5.  Jistieden lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija jiftħu djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-UE, sabiex jippermettulhom fehim u identifikazzjoni aħjar tat-tibdil meħtieġ;

6.  Jistieden lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija jippermettu l-ħidma tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem billi jiffaċilitaw il-proċess ta' reġistrazzjoni tal-liċenzja; jiddispjaċih għall-vessazzjonijiet fil-konfront ta' attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u d-detenzjoni tagħhom mingħajr akkużi;

7.  Jistieden lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija jippermettu lill-Assoċjazzjoni Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem tiegħu topera b'mod indipendenti u tirrispetta l-istandards tan-NU dwar l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem (Prinċipji ta' Pariġi);

8.  Ifakkar li r-riżultati tar-Renju tal-Arabja Sawdija dwar id-drittijiet tal-bniedem ġie vvalutat skont l-Eżami Perjodiku Universali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fi Frar 2009, u li l-awtoritajiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija formalment aċċettaw numru sinifikanti ta' rakkomandazzjonijiet imressqa mill-Istati Membri tal-UE matul dak l-eżami, inkluż, pereżempju, dawk li jitolbu l-abolizzjoni tat-tutela maskili u dawk li għandhom l-għan li jillimitaw l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt u tas-swat tal-ġisem; jistenna progress aktar sostanzjali fl-implimentazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet u jħeġġeġ lir-Renju tal-Arabja Sawdija jadotta approċċ kostruttiv fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet ippreżentati fil-kuntest tal-Eżami Perjodiku Universali 2013 li għaddej bħalissa;

9.  Jesprimi tħassib serju li l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem bħal ma huma l-arresti u d-detenzjoni arbitrarji, it-tortura, il-projbizzjonijiet fuq vjaġġar, il-persekuzzjonijiet ġudizzjarji u l-proċessi inġusti għadhom mifruxa; huwa partikolarment imħasseb li l-allegati miżuri kontra t-terroriżmu qed jintużaw dejjem aktar bħala għodda biex jiġu arrestati d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u li l-impunità għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, skont ir-rapporti, qiegħda tiżdied; jistieden lill-gvern tal-Arabja Sawdija jaġixxi b'urġenza f'dak li għandu x'jaqsam mar-rakkomandazzjonijiet tal-EPU tal-2009, anke billi jkompli u jintensifika r-riformi tiegħu tas-sistema ġudizzjarja;

10.  Japprezza l-impenn tar-Renju tal-Arabja Sawdija fis-sistema tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU permezz tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-konvenzjonijiet universali dwar id-drittijiet tal-bniedem li s'issa ġew irratifikati minnu; jistieden, madankollu, lir-Renju tal-Arabja Sawdija jiffirma u jirratifika t-trattati u l-ftehimiet prinċipali l-oħra dwar id-drittijiet tal-bniedem tan-NU bħal ma huma l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u l-Membri tal-Familji Tagħhom;

11.  Jemmen li bis-saħħa tal-fatt li huwa membru tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU jogħlew l-aspettattivi madwar id-dinja biex turi rispett partikolari għad-drittijiet tal-bniedem u għad-demokrazija u jappella lir-Renju tal-Arabja Sawdija jżid l-isforzi tiegħu fir-rigward tar-riformi; jistenna li membri tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem jikkooperaw bis-sħiħ mal-proċeduri speċjali tiegħu u li jippermettu żjarat mingħajr tfixkil mir-Rapporteurs Speċjali kollha tan-NU, b'mod partikolari biex jaċċettaw iż-żjara tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra;

12.  Josserva li r-Renju tal-Arabja Sawdija għandu, skont rapporti, l-ogħla proporzjon ta' utenti ta' Twitter fid-dinja u dan jindika r-rwol b'saħħtu tan-netwerks soċjali bbażati fuq l-Internet fil-pajjiż u l-użu dejjem usa' tal-Internet u tan-netwerks soċjali fost in-nisa; jistieden lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija jawtorizzaw lill-istampa u lill-mezzi ta' komunikazzjoni internazzjonali u jiżguraw il-libertà tal-espressjoni, assoċjazzjoni, għaqda paċifika għall-abitanti kollha tal-pajjiż; jiddispjaċih għar-repressjoni tal-attivisti u tad-dimostranti meta jagħmlu dimostrazzjoni paċifika; jenfasizza li s-sostenn paċifiku tad-drittijiet legali bażiċi jew l-espressjoni ta' opinjonijiet kritiċi permezz tal-midja soċjali huwa espressjoni ta' dritt indispensabbli, kif saħaq il-Parlament fir-rapport tiegħu dwar il-libertà diġitali; jenfasizza li l-libertà tal-istampa u l-midja, kemm online kif ukoll offline, hija essenzjali f'soċjetà ħielsa u tifforma kontroll kruċjali fuq il-poter;

13.  Jistieden lill-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija jonora l-impenji tiegħu favur diversi strumenti tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-Karta Għarbija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura, u l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa;

14.  Jistieden lir-Renju tal-Arabja Sawdija jiffirma u jirratifika l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI);

15.  Jistieden lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija jtejbu s-sistema tal-ġustizzja kriminali tagħhom ibbażata fuq ix-Shari'a sabiex jissodisfaw l-istandards internazzjonali li jirregolaw il-proċeduri għall-arrest, id-detenzjoni u l-proċessi, kif ukoll id-drittijiet tal-priġunieri;

16.  Jistieden lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija jeħilsu priġunieri ta' kuxjenza, itemmu l-persekuzzjonijiet ġudizzjarji u extraġudizzjarji tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jgħaġġlu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar l-NGOs biex jiżguraw ir-reġistrazzjoni tagħhom, il-libertà li jaġixxu u l-kapaċità li jaġixxu legalment;

17.  Jistieden lis-SEAE jsostni b'mod attiv il-gruppi tas-soċjetà ċivili li jaħdmu biex itejbu d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fl-Arabja Sawdija; jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE f'Riyadh issegwi aġenda attiva fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem billi ssegwi l-kawżi bħala osservaturi u tagħmel żjarat fil-ħabsijiet;

18.  Itenni l-appell tiegħu għall-abolizzjoni universali tat-tortura, tas-swat tal-ġisem u tal-piena tal-mewt u jitlob moratorja immedjata għall-eżekuzzjoni ta' sentenzi tal-mewt fir-Renju tal-Arabja Sawdija; jiddispjaċih li r-Renju tal-Arabja Sawdija jkompli japplika l-piena tal-mewt għal firxa wiesgħa ta' reati; jistieden ukoll lill-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija jirriformaw is-sistema tal-ġustizzja sabiex jeliminaw kull forma ta' swat tal-ġisem; jilqa' favorevolment, f'dan il-kuntest, il-fatt li l-Arabja Sawdija reċentement adottat leġiżlazzjoni li tintroduċi r-reat ta' abbuż domestiku;

19.  Jiddeplora li f'Jannar li għadda ħaddiema domestika mis-Sri Lanka, Rizana Nafeek, kellha rasha maqtugħa fl-Arabja Sawdija għal reat li allegatament ikkommettiet meta kienet għadha tifla, ksur ċar tal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal, li tipprojbixxi b'mod speċifiku l-piena kapitali ta' persuni taħt it-18-il sena fiż-żmien tar-reat;

20.  Jistieden lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija jiżguraw li l-allegazzjonijiet kollha ta' tortura u ta' trattament ħażin ieħor jiġu investigati bir-reqqa u b'mod imparzjali, li l-persuni kollha li allegatament ikkommettew reat jiġu pproċessati, u li kwalunkwe dikjarazzjoni li setgħet inkisbet taħt tortura ma tintużax bħala prova fi proċedimenti kriminali;

21.  Jiddeplora l-fatt li, minkejja r-ratifika tal-Konvenzjoni Internazzjonali kontra t-Tortura, il-konfessjonijiet miksuba bil-forza jew bħala riżultat ta' tortura huma komuni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija jiggarantixxu l-eliminazzjoni sħiħa tat-tortura mis-sistema ġudizzjarja u karċerarja tal-Arabja Sawdija;

22.  Jesprimi l-kosternazzjoni gravi tiegħu għall-fatt li r-Renju tal-Arabja Sawdija huwa wieħed mill-pajjiżi fid-dinja li għadu jipprattika eżekuzzjonijiet pubbliċi, amputazzjonijiet u swat bil-frosta; jistieden lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija jadottaw leġiżlazzjoni li tipprojbixxi dawn il-prattiċi, li tikkostitwixxi ksur gravi ta' għadd ta' strumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem li għalihom ir-Renju tal-Arabja Sawdija huwa parti;

23.  Jiddispjaċih li l-awtoritajiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija ma estendewx stedina lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura u lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, minkejja r-rakkomandazzjoni tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) tan-NU għall-Istati kollha biex jestendu stediniet uffiċjali lir-Rapporteurs Speċjali tan-NU;

24.  Jistieden lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija jirrispettaw il-qima pubblika ta' kwakunkwe reliġjon; japprezza l-ħolqien fi Vjenna taċ-Ċentru internazzjonali għad-djalogu interreliġjuż u interkulturali "Re Abdullah Bin Abdulaziz" (KAICIID), intiż li jiffavorixxi d-djalogu fost il-persuni minn reliġjonijiet u kulturai diversi mid-dinja kollha; iħeġġeġ lill-awtoritajiet irawmu l-moderazzjoni u t-tolleranza tad-diversità reliġjuża fil-livelli kollha tas-sistema edukattiva, inkluż fl-istituzzjonijiet reliġjużi, kif ukoll fid-diskors pubbliku tal-uffiċjali u tal-uffiċjali tas-servizzi pubbliku;

25.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali tal-minoranzi reliġjużi kollha; jistieden lill-awtoritajiet jagħmlu sforzi akbar biex jiżguraw it-tolleranza u li l-gruppi reliġjużi kollha jkunu jistgħu jeżistu flimkien; iħeġġiġhom ikomplu jirrevedu s-sistema edukattiva sabiex tiġi eliminata kull possibbiltà eżistenti ta' riferimenti diskriminatorji lejn dawk li jemmnu f'reliġjonijiet jew twemmin oħra;

26.  Jistieden lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija jiddefinixxu età minima għaż-żwieġ u jieħdu passi biex jipprojbixxu ż-żwieġ ta' minorenni f'konformità mal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC) u l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), li t-tnejn li huma kienu rratifikati mir-Renju tal-Arabja Sawdija;

27.  Jikkonstata l-ħatra mir-Re, fl-2013, tal-ewwel nisa fl-Assemblea Konsultattiva (Kunsill tax-Shura) tar-Renju tal-Arabja Sawdija, b'dawn jokkupaw 30 siġġu minn 150 u jistenna bil-ħerqa li jkompli jiżviluppa l-kuntatti u r-rabtiet istituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tax-Shura; jistenna l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-Re li n-nisa se jitħallew jivvutaw u joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet muniċipali li jmiss, li għandhom isiru fl-2015, u li sussegwentement dawn għandhom jitħallew jivvutaw u joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet l-oħrajn kollha;

28.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija jirrevokaw is-sistema ta' tutela maskili u jwissi li l-implimentazzjoni tal-liġi li tipproteġi lin-nisa mill-vjolenza domestika, adottata fis-26 ta' Awwissu 2013, tkun effikaċi biss jekk titneħħa s-sistema ta' tutela maskili, billi din tal-aħħar timpedixxi l-possibbiltà li n-nisa jirrapportaw każijiet ta' abbuż domestiku jew ta' natura sesswali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija jeliminaw ukoll kull restrizzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertà ta' moviment, saħħa, edukazzjoni, żwieġ, opportunitajiet ta' impjieg, personalità ġuridika u rappreżentanza tan-nisa fil-proċessi ġudizzjarji, il-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa fid-dritt tal-familja u fil-ħajja privata u pubblika bil-għan li tiġi promossa l-parteċipazzjoni tagħhom fl-isferi ekonomika, soċjali, ċivika u politika; jilqa' pożittivament il-kampanja globali favur it-tneħħija tal-projbizzjoni ta' sewqan għan-nisa; jistieden lill-awtoritajiet jieqfu jeżerċitaw pressjoni fuq dawk li qegħdin jagħmlu kampanja għad-dritt tan-nisa li jsuqu; ifakkar lill-Gvern tal-Arabja Sawdija fl-impenji li ħa skont il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal kif ukoll l-obbligi li għalihom huwa suġġett skont ir-riżoluzzjoni nru 53/144 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, li adottat id-Dikjarazzjoni dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem; jiġbed l-attenzjoni fuq il-bżonn li jiġu promossi kampanji ta' sensibilizzazzjoni u li dawn jiġu indirizzati lill-irġiel, sabiex ikunu huma wkoll konxji tad-drittijiet tan-nisa kif ukoll tal-konsegwenzi globali tan-nuqqas ta' rispett ta' dawn id-drittijiet għas-soċjetà; jinsisti fuq il-fatt li l-informazzjoni għandha tasal ukoll fiż-żoni rurali u żoni iżolati mill-bqija tal-pajjiż;

29.  Jilqa' favorevolment il-leġiżlazzjoni reċenti li tawtorizza lill-bniet tal-Arabja Sawdija tal-iskejjel privati jipprattikaw l-isports, filwaqt li jiddispjaċih li din il-leġiżlazzjoni ma tapplikax ukoll għall-bniet fl-iskejjel pubbliċi; jilqa' b'sodisfazzjon l-għadd kbir ta' gradwati universitarji nisa li llum il-ġurnata n-numru tagħhom huwa akbar minn dak tal-irġiel gradwati u jħeġġeġ lill-gvern jintensifika l-isforzi tiegħu biex jippromwovi l-edukazzjoni tan-nisa; jenfasizza, madankollu, li filwaqt li n-nisa fl-Arabja Sawdija jikkostitwixxu 57 % tal-gradwati tal-pajjiż, huma biss 18 % tan-nisa tal-Arabja Sawdija ta' fuq il-15-il sena li jinsabu impjegati – waħda mill-iktar rati baxxi fid-dinja; jistieden għaldaqstant lill-Gvern tal-Arabja Sawdija jirrevedi u jirriforma l-edukazzjoni tan-nisa sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni ekonomika tagħhom, tiġi żgurata konċentrazzjoni akbar fuq it-tkabbir tal-kompetenzi tal-imprenditorija u jiġu indirizzati l-isfidi speċifiċi skont il-ġeneru fil-kuntest regolatorju sabiex jitjieb l-aċċess tan-nisa għas-servizzi ta' liċenzji tan-negozju mill-gvern; jilqa' l-programm ta' taħriġ stabbilit flimkien mal-Organizzazzjoni Nazzjonali għat-Taħriġ Konġunt, immirat biex iħejji lit-tfjaliet jidħlu fis-suq tax-xogħol, u jissottolinja l-isforzi li għamlu l-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija biex itejbu l-istatus tal-bniet fir-rigward tat-taħriġ u tal-espansjoni tal-opportunitajiet tagħhom f'setturi ġodda, li s-soltu huma ddominati mill-irġiel;

30.  Jinkoraġġixxi l-isforzi tar-Renju tal-Arabja Sawdija fil-promozzjoni tal-edukazzjoni għolja għan-nisa, li qed tissarraf f'xejriet edukattivi ġodda fir-Renju; jinnota li filwaqt li l-għadd ta' nisa iskritti fl-istituti ta' edukazzjoni għolja fl-2011 ammontaw għal 473 725 (429 842 raġel), filwaqt li fl-1961 kienu biss erba' n-nisa li kienu iskritti, u li l-għadd ta' nisa li ggradwaw minn dawn l-istituti jammonta għal 59 948 (55 842 raġel); josserva li l-perċentwal ta' studenti nisa fil-livelli kollha tal-iskola żdied minn 33 % fl-1974-75 għal 81 % fl-2013; jilqa' b'sodisfazzjon il-programm internazzjonali ta' boroż ta' studju li ppermetta n-numru ta' nisa bil-boroż ta' studju barra mill-pajjiż jitla' għal 24 581;

31.  Jilqa' pożittivament l-ewwel liċenzji li nħarġu lill-avukati nisa, iżda jiddeplora l-fatt li s-sistema ġudizzjarja tinsab f'idejn imħallfin irġiel b'formazzjoni reliġjuża; jieħu nota tal-kodifika gradwali tax-Shari'a li għaddejja bħalissa u jħeġġeġ li din tiġi mgħaġġla, peress li n-nuqqas ta' kodifikazzjoni u t-tradizzjoni bbażata fuq preċedenti ġudizzjarji spiss jirriżultaw f'inċertezza konsiderevoli fil-kamp ta' applikazzjoni u fil-kontenut tal-liġijiet tal-pajjiż u fi żbalji ġudizzjarji; jenfasizza l-importanza kruċjali li tinkiseb l-indipendenza ġudizzjarja u formazzjoni ġuridika adegwata għall-imħallfin;

32.  Isellem b'sodisfazzjon ir-ratifika min-naħa tar-Renju tal-Arabja Sawdija tal-erba' trattati dwar id-drittijiet tal-bniedem tan-NU, jiġifieri: il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW, irratifikata fl-2000), il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti (CAT, 1997), il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (1996), il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Razzjali (1997);

33.  Jenfasizza l-importanza tad-dibattitu miftuħ fost l-istudjużi Iżlamiċi nisa bil-għan li jiġu interpretati testi reliġjużi minn prospettiva tad-drittijiet u tal-ugwaljanza tan-nisa.

34.  Jenfasizza li n-negozjati kollha dwar ftehim ta' kummerċ ħieles tal-UE li jinkludi lill-Arabja Sawdija għandu l-ewwel jistabbilixxi obbligi stretti li jissalvagwardaw il-protezzjoni tan-nisa u tal-bniet;

35.  Jilqa' pożittivament id-deċiżjoni reċenti tal-Ministeru tax-Xogħol li jħaffef ir-reklutaġġ tan-nisa f'diversi sferi tas-settur privat, li wasslet għal żieda fl-għadd ta' nisa tal-Arabja Sawdija li jaħdmu fis-settur privat minn 55 600 fl-2010 għal madwar 100 000 fl-2011 u 215 840 fl-aħħar tal-2012. jilqa' pożittivament id-deċiżjoni tal-Ministeru tax-Xogħol flimkien mal-Fond għall-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani biex jiġi introdotti programmi li jippromwovu l-impjieg tan-nisa;

36.  Jistieden lill-awtoritajiet itejbu l-kundizzjonijiet ta' xogħol u t-trattament tal-ħaddiema immigranti, b'attenzjoni speċjali lejn il-qagħda tan-nisa li jaħdmu bħala ħaddiema domestiċi, li jinsabu f'riskju partikolari ta' vjolenza sesswali u li spiss isibu ruħhom f'kundizzjonijiet ta' skjavitù virtwali; jinkoraġġixxi lill-gvern tal-Arabja Sawdija jkompli r-riformi tal-liġijiet fil-qasam tax-xogħol u b'mod partikolari jabolixxi kompletament is-sistema ta' patroċinju ("Kafala") u jilqa' favorevolment l-appell reċenti tas-Soċjetà Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem indirizzat lill-gvern biex, minflok, jimpjega ħaddiema barranin fl-ambitu ta' aġenzija tal-Ministeru tax-Xogħol; jilqa' pożittivament l-isforzi reċenti biex jiġu introdotti liġijiet nazzjonali dwar ix-xogħol sabiex tingħata protezzjoni standardizzata għall-ħaddiema domestiċi u tiġi żgurata l-prosekuzzjoni ta' min iħaddem li huma responsabbli mill-abbużi sesswali, fiżiċi u tad-drittijiet tax-xogħol;

37.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija jwaqqfu l-attakki vjolenti reċenti kontra l-ħaddiema migranti u jeħilsu lill-eluf ta' persuni li ġew arrestati u miżmuma f'ċentri improvviżati, apparentement spiss mingħajr alloġġ adegwat jew kuri mediċi xierqa; iħeġġeġ lill-pajjiżi ta' oriġini jikkooperaw mal-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija biex jorganizzaw ir-rimpatriju tal-ħaddiema bil-mod l-aktar uman possibbli; jiddeplora l-fatt li l-implimentazzjoni tal-liġijiet fil-qasam tax-xogħol spiss ma titwettaqx f'konformità mal-istandards internazzjonali u tintuża vjolenza inġustifikata kontra l-migranti irregolari, bħal ma ġara fir-repressjoni f'Novembru 2013 li ntemmet bi 3 ċittadini tal-Etjopja maqtula, 33 000 persuna arrestata u d-deportazzjoni ta' kważi 200 000 migrant irregolari;

38.  Jilqa' favorevolment ir-ratifika min-naħa tar-Renju tal-Arabja Sawdija ta' wħud mill-konvenzjonijiet ILO ewlenin, partikolarment il-Konvenzjoni nru 182 dwar l-eliminazzjoni tal-agħar forom ta' tħaddim tat-tfal; ifaħħar l-adeżjoni tiegħu mal-Protokoll għall-Prevenzjoni, Soppressjoni u Punizzjoni tat-Traffikar ta' Persuni, speċjalment ta' Nisa u Tfal, (Protokoll ta' Palermo); jistenna l-implimentazzjoni tar-riformi ġuridiċi u politiċi bil-għan li jiggarantixxu li l-imsemmijin trattati internazzjonali jiġu eżegwiti;

39.  Jieħu nota tal-fatt li r-Renju tal-Arabja Sawdija reċentement irrifjuta siġġu mhux permanenti fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;

40.  Jemmen li s-soluzzjoni għall-problemi ta' sigurtà dejjem agħar fir-reġjun tinsab fl-istabbiliment ta' qafas komuni għas-sigurtà, li minnu l-ebda pajjiż mhuwa eskluż u fejn l-interessi tas-sigurtà leġittimi tal-pajjiżi kollha jiġu kkunsidrati;

41.  Jissottolinja l-importanza kritika tal-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju tal-Arabja Sawdija fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti u jisħaq fuq il-fatt li biex din tkun effikaċi hija għandha tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem bażiċi u l-libertajiet ċivili; jistieden lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija jtejbu l-kontroll fuq il-finanzjament tal-gruppi militanti radikali barra mill-pajjiż minn ċittadini u entitajiet tal-karità tal-Arabja Sawdija; japprezza l-ftehim dwar il-kontribut għat-tnedija taċ-Ċentru Antiterroriżmu tan-Nazzjonijiet Uniti, iffirmat min-Nazzjonijiet Uniti u mir-Renju tal-Arabja Sawdija fid-19 ta' Settembru 2011, u d-deċiżjoni tar-Renju tal-Arabja Sawdija li jiffinanzja tali ċentri għal tliet snin;

42.  Huwa mħasseb li wħud miċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija jipprovdu l-appoġġ finanzjarju u politiku għal xi gruppi reliġjużi u politiċi fl-Afrika ta' Fuq, fil-Lvant Nofsani, fl-Asja, u b'mod partikolari fl-Asja tan-Nofsinhar (jiġifieri l-Pakistan u l-Afganistan), fiċ-Ċeċenja u fid-Dagestan li jista' jirriżulta fir-rinfurzar tal-forzi fundamentalisti u oskurantisti li jfixklu l-isforzi biex titrawwem il-governanza demokratika u jopponu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja pubblika;

43.  Jitlob lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija jaħdmu mal-UE u fil-livell internazzjonali sabiex iwaqqfu lill-movimenti Salafiti milli jappoġġaw l-attivitajiet kontra l-Istat tar-ribelli militari fil-Mali, li qed iwasslu għad-destabilizzazzjoni tar-reġjun kollu;

44.  Jenfasizza li r-Renju tal-Arabja Sawdija huwa membru fundamentali tal-"Grupp tal-Ħbieb tas-Sirja"; jistieden lir-Renju tal-Arabja Sawdija jikkontribwixxi għal soluzzjoni paċifika u inklużiva tal-kunflitt Sirjan, notevolment permezz tal-appoġġ għat-taħditiet ta' Ġinevra II, mingħajr prekundizzjonijiet; jappella wkoll għal aktar sostenn attiv u l-għoti ta' kull assistenza umanitarja possibbli b'risq il-poplu Sirjan milqut mill-gwerra ċivili Sirjana; jistieden lir-Renju tal-Arabja Sawdija jtemm kwalunkwe appoġġ finanzjarju, militari u politiku favur il-gruppi estremisti u jinkoraġġixxi lill-pajjiżi l-oħra jagħmlu l-istess;

45.  Itenni l-appell tiegħu lir-Renju tal-Arabja Sawdija biex jikkontribwixxi b'mod kostruttiv u jservi ta' medjatur fl-interess tar-riformi paċifiċi u d-djalogu nazzjonali fil-Baħrejn;

46.  Jistieden lill-awtoritajiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija jipparteċipaw fi djalogu paċifiku mal-Iran dwar ir-relazzjonijiet bilaterali u l-futur tar-reġjun; jilqa' pożittivament ukoll id-dikjarazzjoni tal-24 ta' Novembru 2013 tal-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija dwar l-eżiti tal-Ftehim ta' Ġinevra mal-Iran;

47.  Jistieden lill-UE u lir-Renju tal-Arabja Sawdija jikkollaboraw b'mod effikaċi bil-għan li jiksbu riżultat ġust u sostenibbli għat-tmiem tal-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani;

48.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jżidu l-preżenza tagħhom fir-reġjun u jsaħħu r-relazzjonijiet ta' ħidma mar-Renju tal-Arabja Sawdija, billi jżidu r-riżorsi għad-Delegazzjoni f'Riyadh u jippjanaw żjarat regolari fir-Renju, partikolarment mir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà;

49.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Maestà Tiegħu r-Re Abdullah Ibn Abdul Aziz, lill-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija kif ukoll lis-Segretarju Ġenerali taċ-Ċentru għad-Djalogu Nazzjonali tar-Renju tal-Arabja Sawdija.

(1) ĠU C 231, 17.9.1990, p. 216.
(2) ĠU C 032, 5.2.1996, p. 98.
(3) ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 281.
(4) ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 879.
(5) ĠU C 76 E, 27.3.2008, p. 100.
(6) ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 529.
(7) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 126.
(8) ĠU C 247 E, 17.8.2012, p. 1.
(9) ĠU C 296E, 2.10.2012, p. 81.
(10) ĠU C 33E, 5.2.2013, p. 158.
(11) ĠU C 51E, 22.2.2013, p. 118.
(12) ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 125.
(13) http://wbl.worldbank.org/~/media/FPDKM/WBL/Documents/Reports/2014/Women-Business-and-the-Law-2014-Key-Findings.pdf

Avviż legali - Politika tal-privatezza