Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 12 ta' Marzu 2014 - Strasburgu
Ir-rwol reġjonali tal-Pakistan u r-relazzjonijiet politiċi tiegħu mal-UE
 Tarka kontra l-missili għall-Ewropa
 Is-Settur Ewropew tas-Sajd fil-Kuntest tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u t-Tajlandja
 Il-wirt gastronomiku Ewropew: aspetti kulturali u edukattivi
 Il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali ***I
 Il--protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles 2020”) ***
 UE-Ażerbajġan Ftehim dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi ***
 UE-Ażerbajġan Ftehim dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni ***
 Impenn umanitarju ta' atturi mhux statali armati fil-protezzjoni tat-tfal
 In-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għal kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għal kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u Assemblej Parlamentari multilaterali
 L-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, fejn tidħol id-definizzjoni ta' "nanomaterjali maħdumin"
 L-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ prevenzjonita’ reati kriminali ***I
 L-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew ***I
 L-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru ***I
 Il-vjaġġi kollox kompriż (package travel) u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta ***I
 Gassijiet fluworurati b'effett ta' serra ***I
 Il-moviment liberu tal-ħaddiema ***I
 Emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent ***I
 Statistika relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri (setgħat delegati u ta' implimentazzjoni) ***I
 Il-Programm Copernicus ***I
 L-Aġenzija Ewropea GNSS ***I
 Il-valutazzjoni u l-istabbiliment ta’ prijoritajiet għar-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi tas-sħubija tal-Lvant
 Il-programm ta' sorveljanza tal-NSA tal-Istati Uniti, il-korpi ta' sorveljanza f'diversi Stati Membri u l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE
 Evalwazzjoni tal-ġustizzja fir-rigward tal-ġustizzja kriminali u l-istat tad-dritt
 It-tħejjija għal dinja awdjoviżiva konverġenti b’mod komplet
 Rapport 2013 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE
 L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
 Ir-Rapport ta’ Progress 2013 dwar it-Turkija
 L-istrateġija tal-UE għall-Artiku

Ir-rwol reġjonali tal-Pakistan u r-relazzjonijiet politiċi tiegħu mal-UE
PDF 280kWORD 88k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar ir-rwol reġjonali tal-Pakistan u r-relazzjonijiet politiċi tiegħu mal-UE (2013/2168(INI))
P7_TA(2014)0208A7-0117/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Impenn fuq ħames snin bejn l-UE u l-Pakistan(1),

–  wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (11855/2012), kif adottati mill-Kunsill Affarijiet Barranin fil-25 ta’ Ġunju 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà, Ewropa sikura f'dinja aħjar, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003, u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha Nipprovdu s-Sigurtà f’Dinja li qed Tinbidel, approvat mill-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati(3) u li jipprevedi, b'mod partikolari, arranġament ta' inċentiv speċjali għal ‘żvilupp sostenibbli u governanza tajba’ (‘GSP+’),

–  wara li kkunsidra l-Anness VIII tar-Regolament imsemmi hawn fuq li jelenka l-konvenzjonijiet tan-NU/ILO dwar id-drittijiet ewlenin tal-bniedem u tax-xogħol u dawk marbuta mal-ambjent u mal-prinċipji ta’ governanza, li l-Pakistan irratifika u qabel li jimplimenta b’mod effettiv,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar il-Pakistan tal-11 ta' Marzu 2013,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Frar 2013 dwar attakki riċenti fuq il-ħaddiema tal-għajnuna medika fil-Pakistan(4), il-pożizzjoni tiegħu tat-13 ta’ Settembru 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi preferenzi kummerċjali awtonomi ta’ emerġenza għall-Pakistan(5) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2011 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa fl-Afganistan u fil-Pakistan(6), kif ukoll iż-żjara fil-Pakistan minn delegazzjoni tas-Sottokumitat tiegħu għad-Drittijiet tal-Bniedem f’Awwissu 2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU Ben Emmerson tat-18 ta' Settembru 2013 dwar il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali filwaqt li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU Christof Heyns tat-13 ta' Settembru 2013 dwar l-eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 68/178 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali filwaqt li jiġi miġġieled it-terroriżmu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0117/2014),

A.  billi r-rwol strateġiku tal-Pakistan fir-reġjun, ir-relazzjonijiet mal-ġirien tiegħu u r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Pakistan huma ta’ importanza fundamentali dejjem tiżdied għall-UE, fid-dawl tal-pożizzjoni ċentrali tal-pajjiż fil-qalba ta’ viċinat instabbli, iċ-ċentralità tiegħu għas-sigurtà u l-iżvilupp fl-Asja Ċentrali u tan-Nofsinhar, u r-rwol kruċjali tiegħu fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, in-nonproliferazzjoni, it-traffikar tad-droga, it-traffikar tal-bnedmin u theddidiet transnazzjonali oħrajn, li lkoll jaffettwaw is-sigurtà u l-benessri taċ-ċittadini Ewropej;

B.  billi l-elezzjonijiet parlamentari f'Mejju 2013 immarkaw l-ewwel trasferiment ta' setgħa minn gvern ċivili elett għall-ieħor fl-istorja moderna tal-Pakistan; billi l-proċess demokratiku tal-Pakistan huwa sostnut minn bidliet usa' fis-soċjetà, inkluża l-klassi urbana tan-nofs li qed tiżdied u soċjetà ċivili dejjem aktar vibranti u midja indipendenti;

C.  billi l-progress politiku u ekonomiku tal-pajjiż huwa mfixkel minn problemi ta’ sigurtà interni u reġjonali mifruxa, bħall-estremiżmu, kunflitti bejn is-setet, qtil suwiċida u mmirat, u anarkija fiż-żoni tat-tribujiet, flimkien mad-dgħufija tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u tas-sistema tal-ġustizzja kriminali;

D.  billi l-Pakistan għandu waħda mill-ogħla popolazzjonijiet ta’ tfal li ma jmorrux skola fid-dinja fejn huwa stmat li 12-il miljun tifel u tifla ma jmorrux skola u madwar żewġ terzi tan-nisa Pakistani u nofs l-irġiel Pakistani ma jafux jaqraw u jiktbu; billi l-pajjiż għadu kklassifikat fil-pożizzjoni 134 minn 135 pajjiż fir-rapport dwar id-‘disparità bejn is-sessi’ tal-Forum Ekonomiku Dinji;

E.  billi, skont l-Indiċi tar-Riskju għall-Klima Globali (Global Climate Risk Index), il-Pakistan huwa fost it-tnax-il pajjiż l-aktar affettwati mit-tibdil fil-klima f’dawn l-aħħar għoxrin sena, kien il-vittma ta’ għargħar u nuqqas ta’ ilma serji u huwa affettwat b’mod dirett mill-irtirar glaċjali fil-meded muntanjużi tal-Himalayas u Karakorum;

F.  billi l-Pakistan huwa pajjiż parzjalment industrijalizzat bi dħul medju baxx, u madwar terz tal-popolazzjoni tiegħu qed tgħix taħt il-livell tal-faqar; billi l-Pakistan huwa kklassifikat fil-146 post minn fost 187 pajjiż elenkat fl-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tal-2012 (HDI), li huwa pass lura mill-145 post tal-elenku għall-2011; billi s-sitwazzjoni ekonomika tal-Pakistan kienet affettwata ħażin minħabba sensiela ta' diżastri naturali, u billi livell għoli ta’ nuqqas ta' sigurtà, instabbiltà u korruzzjoni mifruxa fil-pajjiż qed idgħajjef it-tkabbir ekonomiku tiegħu u jillimita l-abbiltà tal-gvern li jiżviluppa l-istat;

G.  billi l-Pakistan huwa vulnerabbli għal firxa wiesgħa ta’ perikli, speċjalment għargħar u terremoti; billi s-sitwazzjoni instabbli b'rabta mas-sigurtà, flimkien mal-isfidi soċjali tal-Pakistan, qed jaħdmu bħala katalist għaż-żieda fil-vulnerabbiltà tiegħu; billi bosta snin ta’ diżastri eżawrew l-istrateġiji tal-komunitajiet li huma diġà fqar biex ikampaw mas-sitwazzjoni u naqqsu bil-kbir ir-reżiljenza tagħhom għal diżastri futuri;

H.  billi l-kontribut kostruttiv tal-Pakistan huwa essenzjali sabiex jinkisbu r-rikonċiljazzjoni, il-paċi u l-istabilità politika fil-viċinat tiegħu u, prinċipalment, fl-Afganistan, speċjalment fil-kuntest tal-irtirar ippjanat tat-truppi ta’ kumbattiment tan-NATO fl-2014;

I.  billi l-Pakistan huwa wieħed mill-akbar riċevituri ta’ għajnuna għall-iżvilupp u dik umanitarja tal-UE, u billi l-UE hija l-akbar suq tal-esportazzjoni tal-Pakistan;

J.  billi l-Pakistan huwa sieħeb dejjem aktar importanti tal-UE fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-proliferazzjoni nukleari, it-traffikar tal-bnedmin u tad-droga u l-kriminalità organizzata, u fit-tentattiv lejn il-kisba ta' stabilità reġjonali;

K.  billi dan l-aħħar l-UE u l-Pakistan għażlu li japprofondixxu u jwessgħu r-rabtiet bilaterali tagħhom, pereżempju permezz tal-pjan ta’ impenn fuq ħames snin, imniedi fi Frar 2012, u l-ewwel Djalogu Strateġiku UE-Pakistan, li sar f’Ġunju 2012;

L.  billi l-għan tal-pjan ta’ impenn fuq ħames snin tal-2012 bejn l-UE u l-Pakistan huwa li tinbena relazzjoni strateġika u li tissawwar sħubija għall-paċi u l-iżvilupp imsejsa fuq valuri u prinċipji kondiviżi;

M.  billi mill-1 ta’ Jannar 2014 il-Pakistan huwa integrat fl-iskema speċjali ta’ preferenzi kummerċjali ġeneralizzati tal-UE (GSP+);

N.  billi f'Settembru 2012 il-fabbrika Ali Enterprises li tinsab f'Karachi u li tipproduċi l-jeans għas-suq Ewropew inħakmet min-nirien, li wassal għall-mewt ta' 286 ħaddiem li sfaw maqbuda hemm ġew; billi l-integrazzjoni tal-Pakistan fl-iskema GSP+ tista' tagħti spinta lill-produzzjoni fis-settur tat-tessuti u sseddaq l-importanza tat-titjib fid-drittijiet tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni;

1.  Jenfasizza s-sinifikat tal-elezzjonijiet ta’ Mejju 2013 għall-konsolidament tad-demokrazija u tal-liġi ċivili fil-Pakistan; iħeġġeġ lill-klassi politika Pakistana tutilizza dan il-momentum sabiex issaħħaħ ulterjorment l-istituzzjonijiet demokratiċi, l-istat tad-dritt u l-kontroll ċivili fuq l-oqsma kollha tal-amministrazzjoni pubblika, b’mod speċjali l-forzi tas-sigurtà u l-ġudikatura, tippromwovi s-sigurtà interna u reġjonali, tippromulga r-riformi tal-governanza biex jitqajjem it-tkabbir ekonomiku, tissaħħaħ it-trasparenza u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u jittaffew l-inġustizzji soċjali, u biex twaqqaf l-abbużi kollha tad-drittijiet tal-bniedem u ssib rimedju għalihom;

2.  Jirrikonoxxi madankollu, li l-istabbiliment ta' demokrazija sostenibbli u soċjetà pluralistika, kif ukoll il-kisba ta’ aktar ġustizzja soċjali, il-qerda tal-faqar u l-malnutrizzjoni akuti f’partijiet tal-pajjiż, iż-żieda fil-livell ta’ edukazzjoni bażika u t-tħejjija tal-pajjiż għall-effetti tat-tibdil fil-klima se jirrikjedu riformi profondi u diffiċli għall-ordni politika u soċjoekonomika tal-Pakistan, li għadha kkaratterizzata minn strutturi fewdali ta’ sjieda tal-art u alleanzi politiċi u żbilanċi fil-prijoritajiet bejn in-nefqa militari min-naħa, u l-għoti ta’ għajnuna soċjali, l-edukazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku min-naħa l-oħra, u sistema ta’ ġbir ta’ dħul li ma tiffunzjonax tajjeb u li ddgħajjef b’mod sistematiku l-kapaċità tal-istat li jforni beni pubbliċi;

3.  Jappoġġa u jħeġġeġ lill-Gvern tal-Pakistan biex jiżviluppa mezzi effettivi għall-prevenzjoni u l-monitoraġġ tal-possibilità ta’ diżastri naturali futuri u għal koordinazzjoni u kooperazzjoni aktar effettivi tal-għajnuna umanitarja mal-atturi lokali, l-NGOs internazzjonali u dawk li jiġbru l-fondi;

4.  Itenni li l-governanza tajba, istituzzjonijiet responsabbli u inklużivi, id-diviżjoni tas-setgħat u r-rispett għad-drittijiet fundamentali huma elementi importanti biex tiġi indirizzata r-rabta bejn l-iżvilupp u s-sigurtà fil-Pakistan; jemmen ulterjorment li gvernijiet ċivili eletti mogħnija b’leġittimità demokratika, id-devoluzzjoni tas-setgħat lill-provinċji, u gvern lokali effettiv huma l-aħjar mod biex titrażżan il-mewġa ta’ vjolenza u estremiżmu, jerġgħu jdaħħlu mill-ġdid l-awtorità tal-istat fiż-żoni FATA, u biex jiżguraw is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Pakistan;

5.  Jappoġġa f’dan il-kuntest l-intenzjoni tal-Gvern tal-Pakistan li jidħol fi djalogu ta’ paċi mat-Tehreek-e-Taliban Pakistan (TTP), ġaladarba dan iwitti t-triq lejn soluzzjoni politika u fit-tul għar-ribelljoni u lejn ordni demokratiku stabbli, filwaqt li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem; jappella madankollu lin-negozjaturi biex jikkunsidraw li l-livell edukattiv – b’mod partikolari tan-nisa – huwa element assolutament deċiżiv biex isir progress fis-soċjetajiet u biex l-edukazzjoni tal-bniet issir element essenzjali fin-negozjati;

6.  Japprezza l-impenn kontinwu tal-Pakistan li jiġġieled it-terroriżmu fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera tiegħu, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet jieħdu passi iżjed kuraġġużi biex jillimitaw ulterjorment il-possibilità ta’ reklutaġġ u taħriġ ta’ terroristi fit-territorju tal-Pakistan, li jikkostitwixxi fenomenu li qed jittrasforma ċerti żoni tal-Pakistan f'rifuġju sigur għall-organizzazzjonijiet terroristiċi li l-għan tagħhom huwa li jiddestabbilizzaw il-pajjiż u r-reġjun, speċjalment l-Afganistan;

7.  Jinnota li l-mexxej Pakistani tat-Taliban Hakimullah Mehsud inqatel minn drone operat mill-Istati Uniti fl-1 ta' Novembru 2013 u li l-Parlament tal-Pakistan u l-gvern il-ġdid opponew formalment tali interventi; ikompli li l-limiti għall-użu ta' attakki bid-drones għandhom jiġu stabbiliti b'mod aktar ċar fil-liġi internazzjonali;

8.  Jistieden lill-Gvern tal-Pakistan jissodisfa l-obbligi u r-responsabilitajiet tiegħu b'rabta mas-sigurtà billi jidħol aktar fil-ġlieda kontra l-estremiżmu, it-terroriżmu u r-radikaliżmu, bl-implimentazzjoni ta' miżuri tas-sigurtà u infurzar tal-liġi stretti u mingħajr kompromessi, kif ukoll billi jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tal-inugwaljanza u dawk soċjoekonomiċi li jistgħu jħeġġu r-radikalizzazzjoni fost iż-żgħażagħ Pakistani;

9.  Jinnota li l-Gvern tal-Pakistan esprima b’mod ċar l-oppożizzjoni tiegħu għall-attakki bid-drones min-naħa tal-Istati Uniti fit-territorju tiegħu; jilqa’ r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU li titlob kjarifika ulterjuri dwar il-qafas legali applikabbli għall-użu ta’ attakki bid-drones;

10.  Jilqa’ l-kontribut tal-Pakistan lejn il-bini tal-istat u l-proċessi ta’ rikonċiljazzjoni fl-Afganistan, inkluża l-għajnuna biex tiġi ffaċilitata t-tnedija mill-ġdid ta’ taħdidiet ta’ paċi; jistenna li l-attitudni pożittiva tal-Pakistan tkompli tul il-kampanja lejn l-elezzjonijiet presidenzjali fl-Afganistan u lil hinn minn dan; jesprimi tħassib dwar il-kompetizzjoni ġeopolitika fuq l-influwenza fl-Afganistan fost il-forzi tal-viċinat wara l-irtirar tat-truppi ta’ kumbattiment tan-NATO;

11.  Jittama fir-rwol kostruttiv tal-Pakistan fil-promozzjoni tal-istabilità reġjonali, inkluż rigward il-preżenza tan-NATO u tal-Istati Membri tal-UE fl-Afganistan wara l-2014, billi jiżviluppa ulterjorment l-impenn f’format ta’ trilogu fl-Afganistan mal-Indja, it-Turkija, iċ-Ċina, ir-Russja u r-Renju Unit, u jippromwovi l-kooperazzjoni reġjonali fil-ġlieda kontra t-traffikar ta’ bnedmin, droga u prodotti;

12.  Jinsab kunfidenti dwar il-progress tanġibbli riċenti fid-djalogu bejn il-Pakistan u l-Indja, speċjalment fir-rigward tal-kummerċ u l-kuntatti interpersonali, progress li sar possibbli permezz tal-attitudni kostruttiva taż-żewġ partijiet; jiddispjaċih li l-kisbiet tad-djalogu jibqgħu vulnerabbli għal avvenimenti kontinġenti, bħall-inċidenti li għadhom għaddejjin fuq il-Linja ta’ Kontroll li tifred il-partijiet tal-Kashmir okkupati mill-Pakistan u l-partijiet okkupati mill-Indja; jitlob liż-żewġ gvernijiet jiżguraw li jkun hemm ktajjen ta’ kmand adegwati, li l-persunal militari jagħti kont ta' għemilu, u djalogu bejn is-servizzi militari, bil-ħsieb li jiġu evitati inċidenti simili fil-futur;

13.  Jirrikonoxxi l-interess leġittimu tal-Pakistan fil-bini ta’ rabtiet strateġiċi, ekonomiċi u tal-enerġija maċ-Ċina; iqis importanti li relazzjonijiet aktar mill-qrib bejn il-Pakistan u ċ-Ċina jsaħħu l-istabilità ġeopolitika fin-Nofsinhar tal-Asja;

14.  Jinnota l-isforzi tal-Pakistan għal sħubija sħiħa mal-Organizzazzjoni ta’ Kooperazzjoni ta’ Shanghai (SCO) bħala sinjal apprezzabbli tal-ambizzjoni tal-pajjiż li jkun aktar involut f’inizjattivi multilaterali; jinnota madankollu n-nuqqas ta’ kwalunkwe mekkaniżmu formali ta’ kooperazzjoni bejn l-SCO u l-UE, u jissottolinja d-diverġenzi fil-bażijiet normattivi u fl-opinjonijiet ġenerali rispettivi tagħhom rigward kwistjonijiet globali;

15.  Jinsab imħasseb dwar rapporti li l-Pakistan qed jikkunsidra jesporta armi nukleari lejn pajjiżi terzi; jistenna li l-UE u l-Istati Membri tagħha jagħmluha ċara lill-Pakistan, minkejja ċaħdiet uffiċjali tar-rapporti, li l-esportazzjoni tal-armi nukleari mhijiex aċċettabbli; jistieden lill-Pakistan, bħala stat bl-armi nukleari, jipprojbixxi legalment l-esportazzjoni tal-materjal kollu relatat mal-armi nukleari jew tal-għarfien espert, u jikkontribwixxi b'mod attiv fl-isforzi internazzjonali ta' nonproliferazzjoni; iqis li l-iffirmar u r-ratifika tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni mill-Pakistan kif ukoll mill-Indja jkunu jfissru impenn b'saħħtu lejn koeżistenza reġjonali paċifika u jikkontribwixxu bil-kbir lejn is-sigurtà fir-reġjun kollu;

16.  Jemmen li l-ġlieda kontra l-estremiżmu u r-radikaliżmu hija marbuta b’mod dirett ma’ proċess demokratiku aktar b’saħħtu u jafferma mill-ġdid l-interess qawwi li għandha l-UE u l-appoġġ tagħha sabiex il-Pakistan isir pajjiż demokratiku, sikur u mmexxi tajjeb b’sistema ġudizzjarja indipendenti u governanza tajba, li jirrispetta l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem u li jkollu relazzjonijiet tajba mal-ġirien u li jipproġetta influwenza li tagħti stabilità lir-reġjun;

17.  Ifakkar li r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Pakistan żviluppaw tradizzjonalment fi ħdan qafas li jiffoka fuq l-iżvilupp u l-kummerċ; japprezza l-kontribut sinifikanti u permanenti tal-kooperazzjoni umanitarja u tal-iżvilupp tal-UE, u jilqa’ d-deċiżjoni li l-Pakistan jibbenefika mill-arranġament ta’ inċentiv speċjali għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba (GSP+) tal-UE mill-2014 ’il quddiem; jistieden lill-Pakistan jikkonforma bis-sħiħ mal-kundizzjonijiet rilevanti relatati mal-GSP+ u jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi li t-tisħiħ fil-monitoraġġ jiġi applikat strettament, kif previst skont ir-Regolament GSP il-ġdid u jenfasizza l-fatt li l-kooperazzjoni, b'mod partikolari fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-istabbiliment tad-demokrazija u l-adattament għat-tibdil fil-klima, għandha tibqa' tirċievi attenzjoni primarja;

18.  Jinsab konvint li r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Pakistan iridu jsiru aktar profondi u usa’ permezz tal-iżvilupp ta’ djalogu politiku biex b’hekk tinżamm relazzjoni ta’ interess reċiproku fost sħab ugwali; jilqa’ f’dan il-kuntest l-adozzjoni tal-pjan ta’ impenn fuq ħames snin u l-bidu tad-Djalogu Strateġiku bejn l-UE u l-Pakistan, li jirrifletti l-piż akbar tal-kooperazzjoni politika u ta’ sigurtà, inklużi l-politika kontra t-terroriżmu, id-diżarm u n-nonproliferazzjoni, kif ukoll il-politika dwar il-migrazzjoni, l-edukazzjoni u l-kultura; jistenna madankollu aktar progress fl-oqsma kollha tal-pjan ta’ impenn;

19.  Iħeġġeġ kemm lill-UE kif ukoll lill-Pakistan jikkooperaw fil-proċess ta’ implimentazzjoni u jimmonitoraw il-progress fuq bażi regolari billi jsaħħu d-djalogu bejniethom fit-tul;

20.  Iqis li t-tranżizzjoni demokratika tal-Pakistan ħolqot opportunità għall-UE li ssegwi approċċ espliċitament aktar politiku fir-relazzjonijiet bilaterali u l-għoti ta’ għajnuna; jemmen li l-appoġġ tal-UE lill-Pakistan għandu jagħti prijorità lill-konsolidazzjoni tal-istituzzjonijiet demokratiċi fil-livelli kollha, it-tisħiħ tal-kapaċità tal-istat u l-governanza tajba, il-bini ta’ strutturi tal-infurzar tal-liġi u strutturi ċivili effettivi għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż ġudikatura indipendenti, u l-għoti tas-setgħa lis-soċjetà ċivili u lil mezzi tax-xandir ħielsa;

21.  Jilqa’ f’dan ir-rigward il-programmi komprensivi ta’ appoġġ għad-demokrazija li diġà jeżistu b’rabta mal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-2008 u l-2013 tal-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE;

22.  Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jsegwu politika divrenzjata u multidimensjonali fil-konfront tal-Pakistan li tagħti sinerġija lill-istrumenti rilevanti kollha għad-dispożizzjoni tal-UE, bħad-djalogu politiku, il-kooperazzjoni tas-sigurtà, il-kummerċ, u l-għajnuna, f'konformità mal-approċċ komprensiv tal-UE għall-azzjoni esterna u fid-dawl tat-tħejjijiet għas-samit li jmiss bejn l-UE u l-Pakistan;

23.  Jitlob lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li l-politika tal-UE għall-Pakistan tkun fil-kuntest u fi ħdan strateġija usa’ għar-reġjun, biex b’hekk jissaħħu l-interessi tal-UE tul in-Nofsinhar tal-Asja kif ukoll fl-Asja Ċentrali; iqis li huwa importanti li r-relazzjonijiet bilaterali tal-UE mal-Pakistan u l-pajjiżi tal-viċinat, b’mod partikolari l-Indja, iċ-Ċina u l-Iran, iservu wkoll biex jiġu diskussi u kkoordinati politiki rigward is-sitwazzjoni fl-Afganistan, biex jiġi żgurat approċċ immirat; jenfasizza f’dan ir-rigward il-ħtieġa għal aktar koordinazzjoni politika bejn l-UE u l-Istati Uniti u djalogu dwar kwistjonijiet reġjonali;

24.  Jemmen li l-futur tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Pakistan għandhom jitqiesu wkoll fil-kuntest tal-għodod istituzzjonali li qed jevolvu tal-UE b'rabta mal-impenn ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari permezz ta' format ta' sħubiji strateġiċi; itenni t-talba tiegħu għal irfinar kunċettwali tal-format, u għal parametri ta' referenza aktar ċari u konsistenti biex ikun valutat, fost l-oħrajn, jekk il-Pakistan jistax jikkwalifika bħala sħab strateġiku tal-UE fil-futur u taħt liema kundizzjonijiet;

25.  Itenni bil-qawwa li l-progress fir-relazzjonijiet bilaterali huwa marbut mat-titjib fir-rekord tal-Pakistan b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-eliminazzjoni tax-xogħol servili għall-ħlas tad-dejn, it-tmiem tat-tħaddim tat-tfal u t-traffikar tal-bnedmin, it-trażżin tal-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, it-tisħiħ tad-drittijiet tan-nisa u tal-bniet, inklużi l-aċċess għall-edukazzjoni, il-garanzija tal-libertà tal-espressjoni u midja indipendenti, il-promozzjoni tat-tolleranza u l-ħarsien ta' minoranzi vulnerabbli permezz ta' ġlieda effettiva kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni; jirrikonoxxi li dan jitlob it-tmiem ta’ kultura ta’ impunità u l-iżvilupp ta’ sistema legali u ġudizzjarja affidabbli fil-livelli kollha, li tkun aċċessibbli għal kulħadd;

26.  Jibqa’ mħasseb sew dwar il-kwalità tal-edukazzjoni u bl-istess mod dwar is-sitwazzjoni allarmanti tan-nisa f’ħafna partijiet tal-Pakistan;jitlob miżuri konkreti u viżibbli li jinfurzaw id-drittijiet fundamentali tan-nisa fis-soċjetà, inklużi l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni kontra l-vjolenza domestika, it-teħid ta’ miżuri biex jitjiebu l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-qtil tal-unur u attakki bl-aċtu, kif ukoll reviżjoni tal-leġiżlazzjoni li tiffaċilita l-impunità;jirrimarka dwar il-bżonn li jkun żgurat aċċess aħjar għall-edukazzjoni, integrazzjoni aħjar tan-nisa fis-suq tax-xogħol, kif ukoll kura tas-saħħa materna aħjar;

27.  Itenni t-tħassib profond tiegħu dwar il-fatt li l-liġijiet Pakistani dwar id-dagħa ‑ li jistgħu jġorru magħhom il-piena tal-mewt u li ta’ spiss jintużaw biex jiġġustifikaw iċ-ċensura, il-kriminalizzazzjoni, il-persekuzzjoni u, f’ċerti każijiet, il-qtil ta’ membri ta' minoranzi politiċi u reliġjużi ‑ huma suxxettibbli għal użu ħażin li jaffettwa l-popli tar-reliġjonijiet kollha fil-Pakistan; jenfasizza li r-rifjut li jiġu rriformati jew imħassra l-liġijiet dwar id-dagħa joħloq ambjent ta’ vulnerabbiltà persistenti għall-komunitajiet ta’ minoranzi; jitlob lill-Gvern tal-Pakistan jimplimenta moratorju dwar l-użu ta’ dawn il-liġijiet, bħala l-ewwel pass lejn ir-reviżjoni jew ir-revoka tagħhom u jwettaq investigazzjoni u prosekuzzjoni, kif xieraq, ta’ kampanji ta’ intimidazzjoni, theddid u vjolenza kontra Insara, Ahmadis u gruppi vulnerabbli oħra;

28.  Jistieden b’mod partikolari lill-awtoritajiet Pakistani: biex jarrestaw u jħarrku lil dawk li jinċitaw il-vjolenza, jew dawk responsabbli għal attakki vjolenti fuq skejjel jew gruppi ta’ minoranza bħax-Xi'iti, inklużi l-komunità Hazara, l-Ahmadis u l-Insara, u biex jagħtu istruzzjonijiet lill-forzi tas-sigurtà biex jipproteġu b’mod attiv lil dawk li jħabbtu wiċċhom ma’ attakki minn gruppi estremisti; biex jippromulgaw liġijiet kontra l-vjolenza domestika; biex itemmu l-għejbien furzat ta’ persuni, il-qtil extraġudizzjarju u d-detenzjonijiet arbitrarji prinċipalment fil-Baluchistan;

29.   Jikkundanna l-attakki kollha fuq l-Insara u minoranzi reliġjużi oħra li jgħixu fil-Pakistan, u jistenna li l-Pakistan jintensifika l-isforzi tiegħu sabiex jippreserva l-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin, inkluż billi jrattab il-leġiżlazzjoni stretta kontra d-dagħa u jersaq lejn it-tmiem tal-piena tal-mewt;

30.  Jilqa’ l-adozzjoni tal-abbozz ta’ liġi għall-ħolqien ta’ Kummissjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-2012 u jħeġġeġ lill-Gvern iwaqqafha sabiex din tibda tiffunzjona;

31.  Jinnota li l-UE hija sħab ewlieni tal-esportazzjoni tal-prodotti Pakistani (22.6 % fl- 2012); hu tal-fehma li l-appoġġ relatat mal-kummerċ min-naħa tal-UE lill-Pakistan għandu jgħin jippromwovi d-diversifikazzjoni u l-iżvilupp ta' modalitajiet ta' produzzjoni, inklużi l-ipproċessar, l-għoti ta' għajnuna għall-integrazzjoni reġjonali u t-trasferimenti teknoloġiċi, jgħin jiffaċilita l-istabbiliment jew l-iżvilupp tal-kapaċità produttiva domestika u jnaqqas l-inugwaljanza fid-dħul;

32.  Ifakkar li l-GSP+ tal-UE, li l-Pakistan ilu jibbenefika minnu mill-2014 'l hawn, jingħata biss lill-pajjiżi li jkunu qablu b’mod vinkolanti li jimplimentaw id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tax-xogħol u l-konvenzjonijiet dwar l-ambjent u l-governanza tajba internazzjonali; jenfasizza partikolarment l-obbligi tal-Pakistan skont il-konvenzjonijiet imniżżla fl-Anness VIII u jfakkar lill-Kummissjoni dwar l-obbligu tagħha li tissorvelja l-implimentazzjoni effettiva tagħhom; ifakkar ukoll li f’każ li pajjiż “ma jirrispettax l-impenji vinkolanti tiegħu” il-GSP+ se jiġi rtirat temporanjament;

33.  Jistieden lill-awtoritajiet Pakistani jieħdu passi effettivi lejn l-implimentazzjoni tas-36 konvenzjoni tal-ILO li l-pajjiż irratifika biex, primarjament, jippermettu li t-trejdjunjins joperaw, itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-istandards tas-sikurezza, itemmu t-tħaddim tat-tfal u jiġġieldu kontra l-iktar forom severi ta’ sfruttament ta' madwar tliet miljun ħaddiema domestiċi nisa;

34.  Jistieden lill-Gvern tal-Pakistan jiffirma, kif kien wiegħed, il-Programm ta’ Xogħol Aħjar immexxi mill-ILO/IFC, sabiex jagħti spinta lit-titjib fl-istandards tas-saħħa u s-sikurezza għall-ħaddiema; jistieden lil dawk kollha responsabbli b’mod dirett jew indirett għan-nirien li ħakmu lill-fabbrika tal-ħwejjeġ Ali Enterprises, inklużi l-kumpanija tal-awditjar għar-responsabbiltà soċjali u l-bejjiegħa bl-imnut Ewropej involuti, biex finalment iħallsu kumpens sħiħ, fit-tul u ġust lil dawk li ħelsuha min-nirien;

35.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tal-Pakistan, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) http://eeas.europa.eu/pakistan/docs/2012_feb_eu_pakistan_5_year_engagement_plan_en.pdf
(2) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/EN/foraff/131181.pdf
(3) ĠU L 303, 31.10.2012, p.1.
(4) Testi adottati, P7_TA(2013)0060.
(5) ĠU C 353 E, 3.12.2013, p. 323.
(6) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 119.


Tarka kontra l-missili għall-Ewropa
PDF 207kWORD 45k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar tarka kontra l-missili għall-Ewropa u l-implikazzjonijiet politiċi u strateġiċi tagħha (2013/2170(INI))
P7_TA(2014)0209A7-0109/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 42(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 24 u l-Artikolu 42(2) tat-TUE, l-Artikoli 122 u 196 tat-TFUE u d-Dikjarazzjoni 37 dwar l-Artikolu 222 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta’ Diċembru 2003, u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha, li ġew approvati mill-Kunsill Ewropew fil-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008,

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà Interna, li ġiet approvata mill-Kunsill Ewropew fil-25 u s-26 ta’ Marzu 2010,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni,

–  wara li kkunsidra l-Kunċett Strateġiku għad-Difiża u s-Sigurtà tal-Membri tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, li ġie adottat fis-Summit tan-NATO f’Lisbona fid-19 u l-20 ta’ Novembru 2010,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Summit ta’ Chicago maħruġa mill-Kapijiet tal-istat u l-gvern li pparteċipaw fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana f’Chicago fl-20 ta’ Mejju 2012,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0109/2014),

A.  billi l-kwistjoni tad-Difiża tal-Missili Ballistiċi (BMD) kienet diġà mqajma fil-passat iżda saret aktar attwali fis-snin riċenti fid-dawl tal-multiplikazzjoni ta’ każijiet ta' theddid li jirriżultaw mill-proliferazzjoni ta’ armi nukleari u ta’ armi oħra ta’ qerda tal-massa, u l-proliferazzjoni ta’ missili ballistiċi li għalih l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) u l-alleati Ewropej tagħha għandhom ikunu kapaċi jirreaġixxu b’mod effettiv;

B.  billi d-difiża kontra attakki ballistiċi jew tipi oħra ta' attakki missili tista' tikkostitwixxi żvilupp pożittiv fis-sigurtà Ewropea fil-kuntest ta' dinamika ta' sigurtà internazzjonali rapida, b'bosta atturi statali u mhux statali jiżviluppaw teknoloġiji missili u kapaċitajiet difensivi varji: kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (CBRN) bil-potenzjal li jintlaħaq territorju Ewropew;

C.  billi n-NATO qed tiżviluppa kapaċità BMD biex issegwi l-kompitu ewlieni tagħha ta’ difiża kollettiva, bil-għan li tipprovdi kopertura u protezzjoni totali għall-popolazzjonijiet, it-territorji u l-forzi Ewropej li huma membri tan-NATO, kontra t-theddid li qed jiżdied mill-proliferazzjoni ta’ missili ballistiċi;

D.  billi l-kontribut essenzjali tal-Istati Uniti għall-BMD huwa konferma tal-impenn tiegħu lejn in-NATO u s-sigurtà tal-Ewropa u l-alleati tal-Ewropa, u jenfasizza l-importanza tal-għaqda transatlantika, b'tagħmir diġà stazzjonat fir-Rumanija u iktar mistenni jiġi stazzjonat fil-Polonja fil-futur qrib;

E.  billi l-Politika ta’ Sigurtà u Difiża Komuni se tiġi żviluppata b’komplementarjetà sħiħa man-NATO, fl-ambitu tal-qafas miftiehem għas-sħubija strateġika bejn l-UE u n-NATO, kif ikkonfermat mill-Kunsill Ewropew fid-19 ta’ Diċembru 2013;

1.  Jargumenta li kif it-teknoloġiji BMD jiżviluppaw u jipu applikati, jinħolqu dinamiċi ġodda fis-sigurtà Ewropea, li jirriżulta fi ħtieġa għall-Istati Membri li jqisu l-implikazzjonijiet tal-BMD għas-sigurtà tagħhom;

2.  Ifakkar li l-miżuri BMD tan-NATO jiġu żviluppati u mibnija biex jiddefendu l-istati membri tagħha minn attakki missili ballistiċi potenzjali; jistieden lill-Viċi President / Rappreżentant għoli ssegwi sħubija strateġika man-NATO, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-kwistjoni tal-BMD, li għandha twassal għall-forniment ta' kopertura u protezzjoni totali għall-Istati Membri kollha, u b'hekk tiġi evitata sitwazzjoni fejn is-sigurtà mogħtija lilhom tkun differenzjata b'xi mod;

3.  Jilqa' l-progress li sar mill-kapaċità intermedjarja BMD tan-NATO, li se tipprovdi kopertura massima fi ħdan il-mezzi disponibbli għad-difiża tal-popolazzjonijiet, territorji u forzi qalb stati membri Ewropej tan-NATO fin-Nofsinhar kontra attakk missili ballistiku; jilqa', ukoll, l-għan li jiġu pprovduti kopertura u protezzjoni totali għall-istati membri Ewropej tan-NATO sa tmiem id-deċennju;

4.  Jenfasizza li l-inizjattivi tal-UE, bħall-Akkomunament u l-Kondiviżjoni, jistgħu jkunu ta’ għajnuna fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-oqsma tal-BMD u fit-twettiq tax-xogħol konġunt tar-riċerka u l-iżvilupp; jinnota li, fuq terminu ta' żmien twil, tali kooperazzjoni tista’ twassal ukoll għal aktar konsolidament tal-industrija tad-difiża Ewropea;

5.  Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u lill-Kunsill jinkludu kwistjonijiet tal-BMD fi stateġiji, studji u white papers futuri dwar is-sigurtà;

6.  Jenfasizza li minħabba l-kriżi finanzjarja u tnaqqis fil-baġit, mhux qed jintużaw riżorsi biżżejjed biex jinżammu kapaċitajiet suffiċjenti għad-difiża, u dan iwassal għal tnaqqis fil-kapaċitajiet militari u l-kapaċità industrijali tal-UE;

7.  Jenfasizza li l-pjan BMD tan-NATO bl-ebda mod huwa mmirat lejn ir-Russja u li n-NATO hija lesta tikkoopera mar-Russja fuq il-bażi tas-suppożizzjoni ta' kooperazzjoni bejn iż-żewġ sistemi ta' difiża missili indipendenti: il-BMD tan-NATO u dik tar-Russja; Jenfasizza l-fatt li għalkemm kooperazzjoni effettiva mar-Russja tista’ ġġib benefiċċji kalkolabbli, għandha tiġi segwita abbażi ta' reċiproċità u trasparenza totali, peress li żieda fil-fiduċja reċiproka hija kruċjali għall-iżvilupp gradwali ta’ tali kooperazzjoni; jinnota, f'dan ir-rigward, li t-tressiq ta' missili Russi qrib il-konfini tan-NATO u tal-UE huwa kontroproduttiv;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Assemblea Parlamentari tan-NATO u lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO.


Is-Settur Ewropew tas-Sajd fil-Kuntest tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u t-Tajlandja
PDF 235kWORD 64k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar is-sitwazzjoni u l-prospettivi futuri tas-settur Ewropew tas-sajd fil-kuntest tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u t-Tajlandja (2013/2179(INI))
P7_TA(2014)0210A7-0130/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar ir-relazzjonijiet tal-UE mal-bqija tad-dinja,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat(1) (ir-Regolament IUU),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ottubru 2011 intitolata "Strateġija rinnovata tal-UE 2011-14 għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva" (COM(2011)0681),

–  wara li kkunsidra l-Mistoqsijiet bil-Miktub E-000618/2013 tat-22 ta' Jannar 2013 dwar l-abbużi fi ktajjen ta' provvista kummerċjali bl-imnut u E-002894/2013 tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-ftehim ta' kummerċ ħieles mat-Tajlandja u t-tħaddim tat-tfal fl-industrija tal-ikel ippreżervat fil-laned, u t-tweġibiet tal-Kummissjoni għalihom,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012 dwar id-dimensjoni esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7‑0130/2014),

A.  billi s-settur Ewropew tas-sajd qed joħroġ minn perjodu ta’ kriżi li jaffettwa lis-setturi tal-estrazzjoni, tal-ipproċessar u tal-akkwakultura, u li din is-sitwazzjoni ddgħajjef b’mod drammatiku l-pożizzjoni kompetittiva tiegħu, b'mod partikolari meta s-suq globali qed jiġi liberalizzat u fl-istess waqt, xi pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp li għandhom riżorsi tal-baħar abbundanti jibdew isiru l-qawwiet il-ġodda tas-sajd;

B.  billi l-industrija tas-sajd u tal-ipproċessar Ewropea hija essenzjali għall-provvista tal-ikel għaċ-ċittadini Ewropej u hija bażi għall-għajxien taż-żoni kostali li fil-parti l-kbira jiddependu ħafna minn dawk l-attivitajiet; billi s-sopravivenza tas-settur se tkun f’riskju jekk l-UE tilliberalizza l-kummerċ tal-prodotti tas-sajd ma’ pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp li jixtiequ jesportaw il-prodotti tagħhom fis-suq Komunitarju interessanti, speċjalment jekk tiġi offruta tariffa żero;

C.  billi l-UE hija l-akbar importatur fid-dinja tal-prodotti tas-sajd, u li d-dipendenza tal-importazzjonijiet jagħmel is-suq Komunitarju aktar attraenti għall-esportaturi, b'mod partikolari, meta wieħed iqis li d-domanda għall-prodotti tas-sajd fl-UE tikber b’1,5 % kull sena;

D.  billi t-Tajlandja huwa l-akbar pajjiż li jipproduċi t-tonn fil-laned fid-dinja, b’46 % tal-produzzjoni dinjija, u li l-esportazzjonijiet tiegħu tat-tonn fil-laned lejn l-UE, aktar minn 90 000 tunnellata fis-sena, jammontaw għal kważi 20 % mit-total tal-importazzjonijiet Komunitarji minn pajjiżi terzi, fejn l-Istati Uniti, l-UE u l-Ġappun huma s-swieq destinatarji ewlenin għall-esportazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd Tajlandiżi;

E.  billi t-Tajlandja huwa l-akbar importatur fid-dinja tat-tonn frisk, imkessaħ u ffriżat għall-industrija tagħha tal-ikel ippreżervat fil-laned;

F.  billi 80 % tat-tonn huwa kkunsmat mil-laned u li, skont l-aħħar dejta disponibbli mid-database FISHSTAT tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO), 21 % tal-produzzjoni dinjija tat-tonn fil-laned u pproċessat issir fl-UE, filwaqt li d-79 % li jifdal jiġi manifatturat f’pajjiżi terzi, li l-maġġoranza tagħhom huma fil-fażi tal-iżvilupp;

G.  wara li kkunsidra l-importanza kummerċjali, ekonomika u strateġika tat-Tajlandja għall-UE, u l-benefiċċji sostanzjali tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles (FTA) bejn l-UE u t-Tajlandja għall-ekonomija tal-UE kollha kemm hi;

H.  billi l-UE tappoġġja integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi membri tal-ASEAN (Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja) billi l-FTA mat-Tajlandja jikkostitwixxi pilastru essenzjali f'dan il-proċess ta' integrazzjoni, li l-għan aħħari tiegħu jkun li fil-ġejjieni jiġi konkluż FTA bejn reġjun u ieħor;

I.  billi, għall-UE, il-konklużjoni ta’ FTA bejn l-UE u l-ASEAN kienet prijorità mill-2007, bit-tama li jinkludi l-Indoneżja, il-Malasja, il-Filippini, Singapor, it-Tajlandja, il-Brunej u l-Vjetnam; billi n-nuqqas ta' progress fin-negozjati dwar dan il-ftehim reġjonali wassal għall-ftuħ ta' negozjati bilaterali mal-pajjiżi membri tal-ASEAN, fosthom mat-Tajlandja, b'impenn politiku biex jiġi konkluż l-FTA fi żmien sentejn;

J.  billi jekk it-Tajlandja, l-Indoneżja u l-Filippini huma inklużi fir-reġjun tal-Paċifiku Ċentrali u tal-Punent, il-produzzjoni tat-tonn fil-laned fir-reġjun tammonta għal kważi nofs il-produzzjoni globali;

K.  billi l-bidliet tal-produtturi tat-tonn fil-laned u l-produzzjoni tal-flettijiet huma assoċjati mat-tendenza għal forniment globali għall-pajjiżi li jipproċessaw bi spejjeż baxxi ta’ produzzjoni li jinsabu viċin tal-materja prima (pereżempju, it-Tajlandja, il-Filippini, l-Indoneżja, il-Papwa Ginea Ġdida u l-Ekwador), u li n-numru ta’ pajjiżi involuti fil-produzzjoni u l-esportazzjoni tat-tonn fil-laned qed jiżdied;

L.  billi t-Taljandja u l-Filippini huma l-esportaturi ewlenin tat-tonn ipproċessat u fil-laned għall-UE, fejn l-importazzjonijiet tat-Tajlandja żdiedu b’20 %, filwaqt li l-importazzjonijiet tal-Filippini naqsu b’5 %;

M.  billi kull tnaqqis tat-tariffa għat-tonn fil-laned u pproċessat jista' jkollu impatt fuq il-preferenzi tal-pajjiżi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u l-benefiċjarji tas-sistema ġeneralizzata ta’ preferenzi (SPĠ+), skont liema l-pajjiżi terzi benefiċjarji jimpenjaw ruħhom, bi skambju għall-kisba ta’ preferenzi tariffarji, biex ikunu konformi ma’ ċerti politiki, bħar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, tax-xogħol, tal-ambjent u ta’ governanza tajba;

N.  billi t-tnaqqis tariffarju jfixkel ukoll is-suq Ewropew, peress li l-maġġoranza tal-industrija tat-tonn ippreżervat fil-laned tal-UE jinsab fir-reġjuni li jiddependu ħafna mis-sajd, bħall-Galicia, il-Brittanja Franċiża, l-Ażores (reġjun ultraperifiku), il-Pajjiż Bask u Sardinja; billi l-industrija tat-tonn tal-UE hija t-tieni l-akbar produttur tat-tonn fil-laned, u l-attività tagħha li ilha stabbilita hi kritika kemm fil-ħolqien ta’ valur miżjud kif ukoll fil-ħolqien tal-impjiegi fl-UE, filwaqt li tiżgura l-ogħla standards soċjali, ambjentali u tas-saħħa u tal-iġjene;

O.  billi r-regoli preferenzjali ta’ oriġini huma maħsuba prinċipalment biex jistabbilixxu l-eżistenza ta’ rabta ekonomika suffiċjenti bejn il-prodotti importati fl-UE u l-pajjiżi li jibbenefikaw minn preferenzi mogħtija minnha, b’mod li jiġi żgurat li dawn il-preferenzi ma jiġux iddevjati indebitament għall-benefiċċju ta’ pajjiżi oħra li għalihom ma kinux maħsuba;

P.  billi d-diskussjoni dwar il-kummerċ ta’ prodotti tas-sajd tirreferi għal kummerċ ta’ riżorsa naturali, li s-sostenibbiltà tagħha hija influwenzata minn varjetà kbira ta’ fatturi, inkluża l-ġestjoni tajba u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u l-kontroll tas-sajd illegali, it-tniġġis, it-tibdil fil-klima u d-domanda tas-suq; billi dawn il-fatturi esterni kollha jaffettwaw il-kummerċ internazzjonali tal-prodotti tas-sajd u li, għalhekk, il-prodotti tas-sajd għandhom jitqiesu bħala prodotti sensittivi li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ protezzjoni speċjali;

Q.  billi provvista suffiċjenti u stabbli ta’ materja prima hija essenzjali għaż-żamma u l-iżvilupp ekonomiku tal-impriżi tal-ipproċessar tat-tonn tal-UE;

R.  billi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) tirrimarka li l-kummerċ ħieles huwa strument ta’ tkabbir li l-għan tiegħu huwa l-iżvilupp sostenibbli f'termini soċjali, ekonomiċi u ambjentali;

S.  billi, f'dan ir-rigward, ir-regoli tal-kummerċ jirrappreżentaw għodda bażika u fundamentali biex jiġi żgurat li l-kummerċ ikun ta' benefiċċju u biex jinkisbu l-għanijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent, kif ukoll tiġi żgurata ġestjoni xierqa tar-riżorsi naturali;

T.  billi l-globalizzazzjoni żiedet bil-kbir l-ammont tal-ħut ikkummerċjalizzat internazzjonalment u li jeżisti tħassib wiesa' li ħafna pajjiżi li jipproduċu m’għandhomx il-mezzi suffiċjenti biex jiġġestixxu u/jew jisfruttaw l-istokkijiet tal-ħut b’mod sostenibbli, jiżguraw livell ta’ protezzjoni xierqa tal-iġjene u tas-saħħa, itaffu l-impatt ambjentali tas-sajd u tal-akkwakultura, u jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem b’mod ġenerali kif ukoll jippromwovu b’mod partikolari d-drittijiet tax-xogħol u l-kundizzjonijiet soċjali;

U.  billi wħud mis-sħab kummerċjali tal-UE juru nuqqasijiet fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli tas-sajd fit-tliet oqsma tagħhom: dak soċjali, ekonomiku u ambjentali;

V.  billi l-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tat-tonn hija żgurata mill-ħames Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFOs) tat-tonn; billi l-kooperazzjoni internazzjonali bejn l-Istati u l-RFOs hija essenzjali sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-istokkijiet tat-tonn;

W.  billi, reċentement, kemm l-ILO kif ukoll NGOs differenti skoprew nuqqasijiet serji fil-kundizzjonijiet soċjali, tax-xogħol u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fl-industrija tas-sajd Tajlandiża; billi l-midja rrappurtat u l-Gvern tat-Tajlandja rrikonoxxa li s-settur tal-industrija tas-sajd Tajlandiża jibbenefika mix-xogħol sfurzat tal-immigranti li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, u li żewġ industriji multinazzjonali tat-tonn Tajlandiżi ippreżervat fil-laned iħaddmu t-tfal;

X.  billi, skont il-FAO, hija prassi komuni li d-dgħajjes tas-sajd Tajlandiżi jiġu kkonfiskati mill-istati kostali ġirien u l-kaptani tagħhom jiġu akkużati b’sajd illegali jew b’intrużjoni illegali fiż-żona ekonomika esklużiva tagħhom;

Y.  billi, fl-2013, l-awtoritajiet Spanjoli rrifjutaw it-tniżżil u l-kummerċjalizzazzjoni tat-tonn minn bastimenti tat-tonn bil-bandiera tal-Gana li jkunu involuti fis-Sajd Illegali, Mhux Rapportat u Mhux Regolat (IUU) minħabba ma kinux f'konformità mal-miżuri ta’ ġestjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku, u billi l-maġġoranza tal-bastimenti tat-tonn kellhom involviment f’kumpaniji privati tat-Tajlandja;

Z.  billi, fl-aħħar xhur, fl-UE ġew irrifjutati bosta konsenji tat-tonn fil-laned importati mit-Tajlandja minħabba t-trattament bis-sħana mhux xieraq, trattament essenzjali biex jiġu newtralizzati mikroorganiżmi li, kieku jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem;

1.  Jitlob li l-prodotti tal-ħut, bħat-tonn fil-laned importati mit-Tajlandja, li għandhom il-potenzjal li jfixklu l-produzzjoni u s-suq tal-UE għal dawn il-prodotti, ikunu ttrattati bħala prodotti sensittivi; jemmen, barra minn hekk, li kwalunkwe deċiżjoni li tikkonċerna l-aċċess akbar għal tonn fil-laned u pproċessat mit-Tajlandja għandha tittieħed biss wara li jkun hemm valutazzjonijiet tal-impatt stretti u b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-industrija, sabiex ikun analizzat u evalwat l-impatt li l-aċċess akbar jista' jkollu fl-industrija tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-frott tal-baħar fl-UE;

2.  Jitlob li l-aċċess ta’ ħut u frott tal-baħar Tajlandiżi fil-laned u pproċessati għas-suq tal-UE jkompli jkun suġġett għat-tariffa attwali tiegħu u, għalhekk ikunu esklużi mit-tnaqqis tat-tariffa, jirrakkomanda li jiġu stabbiliti perijodi twal ta’ tranżizzjoni u impenji parzjali ta’ liberalizzazzjoni, inkluża l-impożizzjoni ta’ kwoti, għal prodotti ta' ħut u frott tal-baħar fil-laned u pproċessati jekk jiġi introdott tnaqqis tat-tariffa, sabiex tiġi żgurata l-kompetittività tal-industrija Komunitarja tat-tonn u jiġu ppreżervati l-attività u d-dimensjoni soċjali assoċjati mal-industrija tat-tonn fl-UE, li tipprovdi 25 000 impjieg dirett u 54 000 impjieg indirett;

3.  Jitlob, fejn hu xieraq, u qabel ma jsiru kwalunkwe tip ta’ konċessjonijiet tat-tariffi jew ta’ kwalunkwe regola oħra, li jitwettqu valutazzjonijiet tal-impatt rigorużi, sabiex janalizzaw u jevalwaw l-impatt li dawn il-konċessjonijiet jew ir-regoli jista’ jkollhom fuq l-industrija tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-frott tal-baħar fl-UE;

4.  Jitlob, fil-każ ta' prodotti sensittivi, li tiġi infurzata l-konformità sħiħa mar-regoli ta' oriġini stretti u koerenti mingħajr l-ebda eċċezzjoni, u li l-kumulazzjoni tkun strettament limitata għal dawk il-prodotti li tagħhom it-Tajlandja hija aktar pajjiż tal-ipproċessar milli pajjiż tas-sajd;

5.  Jitlob li l-importazzjonijiet mit-Tajlandja ta' tonn fil-laned u prodotti tal-ħut oħra għandhom ikunu suġġetti, sakemm huwa possibbli, għall-istess kundizzjonijiet kompetittivi bħall-prodotti tal-ħut ta' oriġini tal-UE; iqis li din it-talba timplika b'mod partikolari li l-FTA għandu jkollu kapitolu ambizzjuż dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, fejn it-Tajlandja tintrabat li tirrispetta, tippromwovi u timplimenta standards tax-xogħol rikonoxxuti internazzjonalment, kif inkorporati fil-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO, inklużi dawk dwar ix-xogħol sfurzat u dwar l-agħar forom ta' xogħol tat-tħaddim tat-tfal; iqis, barra minn hekk, li għandu jiġi infurzat b'mod strett ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-protezzjoni tal-ambjent u l-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat u l-konformità mar-regoli sanitarji u fitosanitarji tal-UE; jemmen, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni għandha tirrapporta b'mod regolari lill-Parlament dwar il-konformità tat-Tajlandja mal-obbligi msemmija hawn fuq;

6.  Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li r-Regolament IUU jiġi implimentat b'mod effettiv u li n-negozjati tal-FTA iwasslu għal referenza espliċita tagħhom fit-test innifsu tal-ftehim;

7.  Iqis li l-aħjar mod biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni sħiħa tat-Tajlandja fil-ġlieda kontra s-sajd IUU hu li fit-test tal-FTA tiġi inkluża referenza espliċita għar-Regolament IUU;

8.  Jitlob l-inklużjoni fl-FTA ta' rekwiżit tal-konformità mal-Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, kif ukoll aktar trasparenza, sorveljanza, monitoraġġ, u traċċabbiltà fis-settur tas-sajd Tajlandiż, sabiex isir il-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd;

9.  Jinsisti sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-prodotti bħala element essenzjali tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, kif ukoll fattur fundamentali u għodda bażika għall-kontroll tas-sajd illegali;

10.  Jitlob li l-FTA jibqa' konsistenti mal-kumplament tal-politiki Komunitarji u mal-promozzjoni ta’ strateġiji ta’ responsabbiltà soċjali korporattivi; jappella li jiġu stabbiliti klawżoli ta’ salvagwardja;

11.  Jenfasizza li d-deċizjoni tal-Parlament li jagħti l-approvazzjoni tiegħu dwar l-FTA se tqis l-eżitu ġenerali tan-negozjati, inkluż dawk tas-settur tas-sajd;

12.  Jitlob reċiproċità fl-aċċess għas-swieq u l-eliminazzjoni ta’ kwalunkwe tip ta’ diskriminazzjoni fis-settur tas-servizzi;

13.  Jesprimi x-xewqa li t-Tajlandja, bħala l-akbar esportatur fid-dinja tat-tonn fil-laned, tipparteċipa u tikkollabora mat-tliet RFOs tat-tonn fir-reġjun, jiġifieri l-Kummissjoni Inter-Amerikana tat-Tonn Tropikali, il-Kummissjoni għas-sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali u l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku, kif ukoll mal-RFO tat-tonn tal-Oċean Indjan, li hija membru tiegħu;

14.  Jappoġġja l-eżistenza ta’ politika ta’ konservazzjoni u ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.
(2) Testi adottati, P7_TA(2012)0461.


Il-wirt gastronomiku Ewropew: aspetti kulturali u edukattivi
PDF 248kWORD 103k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-wirt gastronomiku Ewropew: aspetti kulturali u edukattivi (2013/2181(INI))
P7_TA(2014)0211A7-0127/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat tiegħu għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi (COM(2008)0040 finali),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenzi u l-Kultura (UNESCO) tal-2002 dwar in-nutrizzjoni,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) dwar il-Politika għall-Ikel u n-Nutrizzjoni għall-Iskejjel,

–  wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2007 dwar "Strateġija għall-Ewropa dwar kwistjonijiet ta' saħħa marbuta man-Nutriment, il-Piż Żejjed u l-Obeżità" (COM(2007)0279),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza Ministerjali Ewropea tad-WHO dwar in-Nutrizzjoni u l-Mard li ma Jitteħidx fil-Kuntest ta’ Saħħa 2020, li saret fi Vjenna fl-4 u l-5 Lulju 2013,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO għall-Ħarsien tal-Wirt Kulturali Intanġibbli, tas-17 ta’ Ottubru 2003,

–  wara li kkunsidra l-inklużjoni tad-dieta Mediterranja fil-Lista Rappreżentattiva tal-UNESCO tal-Wirt Kulturali Intanġibbli tal-Umanità, tas-16 ta’ Novembru 2010 u tal-4 ta’ Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-inklużjoni tal-ikla gastronomika tal-Franċiżi fil-Lista Rappreżentattiva tal-UNESCO tal-Wirt Kulturali Intanġibbli tal-Umanità (Deċiżjoni 5. COM 6.14),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0127/2014),

Aspetti edukattivi

A.  billi s-saħħa u l-benesseri tal-popolazzjoni, kemm dawk preżenti kif ukoll dawk futuri, huma ddeterminati mid-dieta u l-ambjent u għaldaqstant mill-metodi ta’ agrikoltura, sajd u trobbija ta' bhejjem;

B.  billi l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, fl-inizjattiva tagħha tas-saħħa globali fl-iskejjel, tqis li l-iskejjel huma spazju sinifikanti għall-kisba ta’ għarfien teoretiku u prattiku dwar is-saħħa, in-nutrizzjoni, l-ikel u l-gastronomija;

C.  billi d-dieta ħażina jista’ jkollha konsegwenzi drammatiċi; billi matul il-Konferenza Ministerjali Ewropea tad-WHO f’Lulju tal-2013, il-Ministri Ewropej tas-Saħħa talbu għal azzjoni koordinata “biex jiġu miġġielda l-obeżità u d-dieti ħżiena”, li huma l-kawżi ta’ epidemija ta’ mard li ma jitteħidx bħall-problemi tal-qalb, id-dijabete jew il-kanċer;

D.  billi l-ideat stereotipiċi l-aktar komuni fis-soċjetà dwar id-dehra tal-ġisem u l-ikel jistgħu jikkawżaw disordnijiet alimentari u psikoloġiċi serji bħall-anoressja u l-bulimja; billi huwa importanti li dawn il-kwistjonijiet jiġu diskussi b'mod miftuħ, partikolarment mal-adolexxenti;

E.  billi skont il-Kunsill Ewropew għat-Tagħrif dwar l-Ikel, madwar 33 miljun ruħ fl-Ewropa kienu soġġetti għal riskji ta’ nutrizzjoni ħażina fl-2006; billi s-sitwazzjoni kompliet tiggrava wara li bdiet il-kriżi;

F.  billi t-tfulija hija perjodu deċisiv għall-edukazzjoni ta’ mġiba favur is-saħħa u għarfien biex jiġi adottat stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa u billi l-iskola hija post fejn tista' tittieħed azzjoni effettiva biex tifforma l-imġiba b’saħħitha fit-tul għall-ġenerazzjonijiet futuri;

G.  billi ċ-ċentri edukattivi joffru spazji u strumenti li jistgħu jippromwovu l-għarfien u l-preparazzjoni tal-ikel u jgħinu jistabbilixxu patterns tad-dieta li flimkien mal-prattika regolari ta’ attività fiżika moderata, jistgħu joħolqu bażi għal stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa;

H.  billi l-informazzjoni, l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni jiffurmaw parti mill-Istrateġija tal-UE li tappoġġja lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta' ħsara relata mal-alkoħol (COM(2006)0625), u billi din l-istrateġija tirrikonoxxi l-patterns xierqa tal-konsum; billi fil-5 ta' Ġunju 2001, il-Kunsill ħareġ rakkomandazzjoni dwar ix-xorb tal-alkoħol miż-żgħażagħ, partikolarment it-tfal u l-adolexxenti, li pprevediet l-adozzjoni ta' approċċ multisettorjali għall-edukazzjoni;

I.  billi, fil-laqgħa tiegħu tan-netwerk tal-Fondazzjonijiet Ewropej għan-Nutrizzjoni (European Nutrition Foundations) dwar in-“Nutrizzjoni fl-iskejjel madwar l-Ewropa u r-rwol tal-fondazzjonijiet”, instabet il-ħtieġa li jiġi inkorporat l-ikel fil-kurrikuli skolastiċi, fir-rigward tal-aspetti nutrizzjonali u l-gastronomija, u kien hemm qbil unanimu biex din il-ħtieġa titwassal lil entitajiet bħall-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni;

J.  billi pajjiżi differenti, permezz ta’ bosta korpi domestiċi, komplew kabbru r-rikonoxximent tad-dieta Mediterranja bħala Wirt Kulturali Intanġibbli tal-Umanità tal-UNESCO, li jirriżulta fil-promozzjoni u l-istabbilment ta’ patterns ta’ mġiba biex jiġi ggarantit stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa, permezz ta' approċċ olistiku li jikkunsidra aspetti relatati mal-edukazzjoni, l-ikel, l-iskola, il-ħajja familjari, in-nutrizzjoni, it-territorju, il-pajsaġġ, eċċ.;

K.  billi d-dieta Mediterranja toffri kumbinazzjoni ta' drawwiet tal-ikel u stil ta' ħajja bilanċjata u tajba għas-saħħa li hija direttament relatata mal-prevenzjoni ta' mard kroniku u l-promozzjoni tas-saħħa, kemm fl-ambjent tal-iskola u f'dak familjari;

L.  billi l-programmi Ewropej “l-ikel fl-iskejjel” (food at school) jippruvaw jiżguraw li l-ikel servut fil-canteens tal-iskejjel jinkludi l-elementi kollha meħtieġa għal dieta ta’ kwalità għolja u bilanċjata; billi l-edukazzjoni, fis-sens l-aktar wiesa' tat-terminu, inkluż fil-qasam tal-ikel, tikkonsolida l-kunċett ta' stil ta' ħajja tajjeb ibbażat fuq dieta bilanċjata fost it-tfal tal-iskola;

M.  billi edukazzjoni serja fi kwistjonijiet nutrizzjonali tiżgura s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku għal kwistjonijiet bħall-korrelazzjoni bejn l-ikel, is-sostenibbiltà tal-ikel u s-saħħa tal-pjaneta;

N.  billi ż-żieda fil-prezzijiet tal-canteens tal-iskejjel u tal-ikel b'mod ġenerali qiegħda ċċaħħad lil bosta familji u b’mod partikolari t-tfal, mill-aċċess għal dieta bilanċjata u ta’ kwalità għolja;

O.  billi fil-midja u r-reklami jħallu impatt fuq il-patterns tal-konsum;

P.  billi sabiex in-nies ikollha ċ-ċans tikseb għarfien dettaljat dwar il-prodotti użati u l-kwalitajiet intrinsiċi tagħhom kif ukoll dawk tat-togħma tagħhom, huwa essenzjali li jiġu żviluppati sistemi ta’ tikkettar xieraq li jipprovdi lill-konsumaturi kollha b'informazzjoni ċara dwar il-kompożizzjoni u l-oriġini tal-prodotti;

Q.  billi t-taħriġ mogħti lill-ħaddiema fis-settur tal-gastronomija jikkontribwixxi għall-proċess tat-tixrid tal-għarfien dwar il-gastronomija Ewropea u l-promozzjoni, il-ħarsien u l-iżvilupp tagħha;

Aspetti kulturali

R.  billi l-gastronomija hija l-kombinazzjoni tal-għarfien, l-esperjenza, l-arti u s-snajja, li tipprovdi esperjenza tal-ikel tajjeb għas-saħħa u pjaċevoli;

S.  billi l-gastronomija tifforma parti mill-identità tagħna u hija komponent essenzjali tal-wirt kulturali Ewropew kif ukoll tal-wirt kulturali tal-Istati Membri;

T.  billi l-UE ħeġġet l-identifikazzjoni, id-difiża u l-protezzjoni internazzjonali tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, denominazzjonijiet tal-oriġini u speċjalitajiet tradizzjonali tal-prodotti agroalimentari;

U.  billi l-gastronomija mhix biss forma ta' arti elitista bbażata fuq il-preparazzjoni bir-reqqa tal-ikel iżda tirrifletti wkoll rikonoxximent tal-valur tal-materja prima li tuża, tal-kwalità tagħha u tal-ħtieġa għall-eċċellenza fl-istadji kollha tal-ipproċessar tal-ikel, kunċett li jinkorpora r-rispett tal-annimali u tan-natura;

V.  billi l-gastronomija hija relatata mill-qrib mal-prattiki agrikoli f'reġjuni Ewropej u mal-prodotti lokali tagħhom;

W.  billi huwa importanti li jiġu ppreservati r-riti u d-drawwiet marbuta pereżempju mal-gastronomija lokali u reġjonali, u li jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp tal-gastronomija Ewropea;

X.  billi l-gastronomija hija waħda mill-aktar espressjonijiet kulturali importanti tal-bniedem u li t-terminu m’għandux jinftiehem biss bħala l-hekk imsejjaħ “tisjir ta’ kwalità għolja”, iżda wkoll l-forom kulinari kollha mid-diversi reġjuni u klassijiet soċjali, inklużi dawk li ġejjin mit-tisjir lokali tradizzjonali;

Y.  billi s-sopravivenza tal-ikel tipiku li jifforma parti mill-wirt kulinari u kulturali tagħna spiss huwa pperikolat mill-invażjoni tal-ikel standardizzat;

Z.  billi l-kwalità, ir-reputazzjoni u d-diversità tal-gastronomija Ewropea jeħtieġu li jiġi prodott biżżejjed ikel ta' kwalità suffiċjenti fl-Ewropa;

AA.  billi l-gastronomija hija identifikata mill-bosta aspetti tad-dieta u billi t-tliet pilastri fundamentali tagħha huma s-saħħa, id-drawwiet tal-ikel u l-pjaċir; billi f'bosta pajjiżi l-arti kulinari hija aspett importanti mill-ħajja soċjali u tgħin biex tressaq in-nies lejn xulxin; billi l-esperjenza tal-kulturi gastronomiċi differenti hija forma waħda ta' skambju u kondiviżjoni kulturali; billi għandha wkoll influwenza pożittiva fuq ir-relazzjonijiet soċjali u tal-familja;

AB.  billi r-rikonoxximent mill-UNESCO tad-dieta Mediterranja bħala wirt kulturali intanġibbli huwa importanti għaliex dan jikkunsidra li din id-dieta tiġbor fiha sett ta’ għarfien, ħiliet, prattiki, ritwali, tradizzjonijiet u simboli relatati mal-uċuħ agrikoli, is-sajd u t-trobbija tal-annimali, kif ukoll mal-metodi tal-konservazzjoni, l-ipproċessar, it-tisjir, il-qsim u l-konsum tal-ikel;

AC.  billi d-drawwiet tal-ikel tal-popli Ewropej joffru wirt soċjokulturali għani li għandha l-obbligu li ngħaddu lil ġenerazzjonijiet futuri; billi l-iskejjel, kif ukoll id-djar tal-familji, huma l-postijiet ideali fejn jinkiseb dan l-għarfien;

AD.  billi l-gastronomija qed issir element ewlieni li tattira t-turiżmu u l-interazzjoni bejn it-turiżmu, il-gastronomija, u n-nutrizzjoni qed ikollha effett estremament pożittiv fil-promozzjoni tat-turiżmu;

AE.  billi huwa importanti li l-ġenerazzjonijiet futuri jirtu s-sensibilizzazzjoni tal-ġid tal-gastronomija tar-reġjuni tagħhom u l-gastronomija Ewropea b'mod ġenerali;

AF.  billi l-gastronomija tgħin tippromwovi l-wirt reġjonali;

AG.  billi jeħtieġ li jiġu promossi l-prodotti lokali u reġjonali sabiex minn naħa jiġi ppreservat il-wirt gastronomiku, u min-naħa l-oħra tiġi ggarantita r-remunerazzjoni ġusta għall-produtturi u l-aċċessibbiltà tal-prodotti kkonċernati għal numru kemm jista’ jkun kbir ta’ nies;

AH.  billi l-gastronomija hija sors ta’ ġid kulturali kif wkoll ekonomiku għar-reġjuni tal-UE;

AI.  billi l-wirt Ewropew huwa magħmul minn sett ta’ elementi tanġibbli u intanġibbli u li, fil-każ tal-gastronomija u l-ikel, huwa magħmul ukoll mil-lokalità u l-pajsaġġ li minnhom joriġinaw il-prodotti għall-konsum;

AJ.  billi l-permanenza, id-diversità u l-ġid kulturali tal-gastronomija Ewropea huma msejsa fuq id-disponibbiltà tal-produzzjoni lokali ta’ kwalità għolja;

Aspetti edukattivi

1.  Jitlob lill-Istati Membri jinkludu l-istudju u l-esperjenza sensorjali tal-ikel, is-saħħa nutrizzjonali u d-drawwiet fl-ikel, inklużi l-aspetti storiċi, ġeografiċi, kulturali u ta' esperjenza fl-edukazzjoni skolastika miż-żmien bikri tat-tfulija bħala mezz ta' titjib tas-saħħa u l-benesseri tal-popolazzjoni, il-kwalità tal-ikel u r-rispett tal-ambjent; jilqa’ l-programmi edukattivi dwar il-gastronomija fl-iskejjel f'għadd ta' Stati Membri, uħud b’kooperazzjoni ma’ chefs popolari; jenfasizza l-importanza li l-edukazzjoni dwar id-drawwiet tal-ikel tajjeb għas-saħħa tiġi kkombinata ma' miżuri għall-ġlieda kontra l-istereotipi li jistgħu jikkawżaw disturbi alimentari u psikoloġiċi serji bħall-anoressija u l-bulimja;

2.  Jenfasizza bl-istess mod l-importanza li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tad-WHO biex jiġu miġġielda l-obeżità u d-dieti ħżiena; jesprimi tħassib dwar il-problema kontinwa ta’ nutrizzjoni ħażina fl-Ewropa u dwar iż-żieda prevalenti tagħha minn mindu bdiet il-kriżi, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jagħmlu d-dieta tajba għas-saħħa għażla fattibbli għal kulħadd, pereżempju billi jiżguraw li l-canteens tal-iskejjel jew il-canteens muniċipali joffru ikel ta’ kwalità għolja u jkunu miftuħa għall-pubbliku;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-kurrikulu skolastiku jissaħħaħ b’informazzjoni dwar il-kultura gastronomika (speċjalment f'livell lokali), il-preparazzjoni, il-produzzjoni, il-konservazzjoni u l-proċessi tad-distribuzzjoni tal-ikel, l-influwenzi soċjali u kulturali tal-ikel u d-drittijiet tal-konsumaturi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkorporaw workshops fil-kurrikuli skolastiċi tagħhom dwar l-iżvilupp tas-sensi, b’mod partikolari t-togħma, li jikkombinaw istruzzjonijiet dwar il-benefiċċji nutrittivi tal-ikel mal-għoti tal-informazzjoni dwar il-wirt gastronomiku reġjonali u nazzjonali;

4.  Ifakkar li f’xi pajjiżi n-nutrizzjoni diġà hija inkorporata fil-kurrikuli skolastiċi, filwaqt li f’oħrajn mhijiex obbligatorja bħala tali, iżda hija mgħallma b'diversi modi, bħal programmi ta’ awtoritajiet lokali jew korpi privati;

5.  Itenni l-ħtieġa li fl-iskejjel tingħata edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni u d-dieta tajba, sana u pjaċevoli;

6.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-isport u l-eżerċizzju fiżiku għandhom ikunu rinforzati fl-iskejjel tal-primarja u s-sekondarja madwar l-UE;

7.  Ifakkar li nutrizzjoni tajba ssaħħaħ il-benesseri tat-tfal u ttejjeb il-kapaċità tagħhom għat-tagħlim, kif ukoll tagħmilhom aktar reżistenti għall-mard u tgħinhom jiżviluppaw b’mod b’saħħtu;

8.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-drawwiet fl-ikel waqt it-tfulija jistgħu jinfluwenzaw il-preferenzi u l-għażliet tal-ikel ‒ u l-metodi tat-tisjir u tal-konsum tal-ikel ‒ fil-ħajja adulta u li t-tfulija hija għaldaqstant l-aħjar żmien biex teduka s-sens tat-togħma tal-persuna, u l-iskola hija opportunità ideali li tintroduċi d-diversità tal-prodotti u l-gastronomiji lill-istudenti;

9.  Iqis li l-programmi għandhom jiġu offruti bil-għan li jipprovdu edukazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar il-konsegwenzi tal-konsum tal-alkoħol mhux xieraq u li jinkoraġġixxu xejriet ta' konsum xierqa u intelliġenti permezz ta’ fehim tal-karatteristiċi speċjali tal-inbejjed, l-indikazzjonijiet ġeografiċi tagħhom (GIs), il-varjetajiet ta’ għeneb, il-proċessi ta’ produzzjoni u t-tifsira tat-termini tradizzjonali;

10.  Jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi proġetti li jinvolvu skambji ta' informazzjoni u prattiki fil-qasam tan-nutrizzjoni, l-ikel u l-gastronomiji, pereżempju bħala parti mill-fergħa ta' Comenius (edukazzjoni skolastika) tal-programm Erasmus+; jitlob barra minn hekk lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jippromwovu l-iskambju interkulturali fis-setturi relatati mal-forniment tal-ikel, l-ikel u l-gastronomija, billi jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet offerti mill-programm Erasmus+ għal taħriġ ta' kwalità għolja, mobilità u apprendistati għal studenti u professjonisti;

11.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-edukazzjoni fin-nutrizzjoni u l-gastronomija, inkluż ir-rispett tan-natura u l-ambjent, għandhom jinkludu l-parteċipazzjoni tal-familji, l-għalliema, il-komunità edukattiva, il-kanali ta' informazzjoni u l-professjonisti tal-edukazzjoni kollha;

12.  Jenfasizza l-utilità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) bħala għodda edukattiva biex tgħin fit-tagħlim; iħeġġeġ il-ħolqien ta’ pjattaformi interattivi biex jiffaċilitaw l-aċċess u t-tixrid tal-wirt gastronomiku Ewropew, nazzjonali u reġjonali biex jiġu promossi l-preservazzjoni u t-trażmissjoni tal-għarfien tradizzjonali bejn professjonisti, ħaddiema artiġjanali u ċittadini;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jqisu kontroll aktar strett ta’ kontenut u r-reklami dwar prodotti tal-ikel, speċjalment fir-rigward tan-nutrizzjoni;

14.  Ifakkar lill-Istati Membri biex jiżguraw li r-reklamar u l-isponsorizzazzjoni tal-junk food jiġu projbiti fl-iskejjel;

15.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw taħriġ xieraq għall-għalliema, b’kollaborazzjoni man-nutrizzjonisti u t-tobba, sabiex ikunu jistgħu jgħallmu kif xieraq ix-xjenzi tal-ikel fl-iskejjel u l-universitajiet; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li n-nutrizzjoni u l-ambjent huma dipendenti minn xulxin u jitlob ukoll għaldaqstant għall-aġġornament tal-għarfien dwar l-ambjent naturali;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jeżaminaw programmi għal taħriġ għall-professjonisti tal-gastronomija; iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu dan it-taħriġ; jenfasizza l-importanza li dan it-taħriġ ikopri l-gastronomija lokali u Ewropea, id-diversità tal-prodotti u l-proċessi ta’ preparazzjoni, il-produzzjoni, il-konservazzjoni u d-distribuzzjoni tal-ikel;

17.  Jenfasizza l-importanza tat-taħriġ għall-professjonisti tal-gastronomija li jenfasizza l-ikel “magħmul fid-djar” (homemade) kif ukoll dak lokali;

18.  Jistieden lill-Istati Membri jaqsmu l-għarfien u l-aħjar prattiki fl-attivitajiet relatati mal-gastronomija fl-edukazzjoni u jippromwovu s-sensibilizzazzjoni gastronomika f'reġjuni varji; jitlob ukoll skambju tal-aħjar prattiki jew biex jiġi kkunsidrat it-tqassir tal-katina alimentari billi jkun hemm konċentrazzjoni fuq il-prodotti lokali staġjonali;

19.  Jenfasizza l-ħtieġa tal-użu ta’ programmi ta’ finanzjament skont il-politika agrikola komuni għall-2014-2020 bil-għan li jkun promoss l-ikel tajjeb għas-saħħa fl-iskejjel;

20.  Ifakkar li l-valur mogħti mir-rikonoxximent tad-dieta Mediterranja u tal-ikel gastronomiku tal-Franċiżi bħala Wirt Kulturali Intanġibbli tal-Umanità mill-UNESCO wassal għat-twaqqif ta’ istituzzonijiet u korpi li jippromwovu l-għarfien, il-prattika, l-edukazzjoni fir-rigward tal-valuri u d-drawwiet ta’ dieta tajba għas-saħħa u bilanċjata;

Aspetti kulturali

21.  Jenfasizza l-ħtieġa li tinħoloq sensibilizzazzjoni għad-diversità u l-kwalità tar-reġjuni, il-pajsaġġ u l-prodotti li huma l-bażi tal-gastronomija Ewropea, li tifforma parti mill-wirt kulturali tagħna u li tinkludi wkoll stil ta’ ħajja uniku u rikonoxxut internazzjonalment; jenfasizza li dan xi kultant jeħtieġ ir-rispett għad-drawwiet lokali;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-gastronomija hija strument li jista' jkun użat biex jiżviluppa t-tkabbir u l-impjiegi f’firxa wiesgħa ta' setturi ekonomiċi, bħall-industrija tar-ristoranti, tat-turiżmu, dik agroalimentari u tar-riċerka; jinnota li l-gastronomija tista’ wkoll tiżviluppa sens qawwi favur il-protezzjoni tan-natura u tal-ambjent li jiggarantixxi togħma aktar awtentika fl-ikel u li dan jiġi proċessat b’inqas addittivi jew preservattivi;

23.  Jenfasizza l-importanza tal-gastronomija fil-promozzjoni tas-settur tal-ospitalità madwar l-Ewropa u viċe versa;

24.  Jirrikonoxxi r-rwol li għandhom ix-chefs kwalifikati professjonalment fil-preservazzjoni u l-esportazzjoni tal-wirt gastronomiku tagħna u l-importanza li nżommu l-kompetenza kulinarja tagħna bħala fattur ewlieni li jżid valur kemm fil-livell edukattiv kif ukoll f’dak ekonomiku;

25.  Jilqa’ inizjattivi għall-promozzjoni tal-wirt gastronomiku tal-Ewropa, bħall-fieri u l-festivals gastronomiċi lokali u reġjonali li jsaħħu l-kunċett ta’ prossimità bħala element ta’ rispett għall-ambjent u tal-madwar tagħna u li jiggarantixxu fiduċja ikbar tal-konsumatur; iħeġġeġ l-inklużjoni ta’ dimensjoni Ewropea f’dawn l-inizjattivi;

26.  Jilqa’ t-tliet skemi tal-UE relatati mal-indikazzjonijiet ġeografiċi u speċjalitajiet tradizzjonali magħrufa bħala denominazzjoni protetta ta’ oriġini (DPO), indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) u speċjalità tradizzjonali garantita (STG), li jsaħħu l-valur tal-prodotti agrikoli Ewropej fil-livell tal-UE u dak internazzjonali; jistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni jiżviluppaw tikketti DPO, speċjalment tikketti DPO komuni għal prodotti tal-istess tip li jinħarġu minn żoni ġeografiċi transkonfinali;

27.  Jilqa’ l-inizjattivi bħall-moviment “slow food”, li jgħin joħloq l-apprezzament tal-pubbliku ġenerali tal-importanza soċjali u kulturali tal-ikel, kif ukoll l-inizjattiva “Wine in Moderation” li tippromwovi stil ta’ ħajja u livell tal-konsum tal-alkoħol assoċjat mal-moderazzjoni;

28.  Jenfasizza wkoll ir-rwol li jiżviluppaw l-Akkademji tal-Gastronomija, il-Federazzjoni Ewropea għall-Fondazzjonijiet ta’ Nutrizzjoni u l-Akkademja Internazzjonali tal-Gastronomija bbażati f’Pariġi, fl-istudju u t-tixrid tal-wirt gastronomiku;

29.  Jistieden lill-Istati Membri jfasslu u jimplimentaw politiki maħsuba għat-titjib kwalitattiv u kwantitattiv tal-industrija gastronomika per se u fir-rigward tal-kontribuzzjoni tagħha għat-turiżmu, fil-qafas tal-iżvilupp kulturali u ekonomiku tar-reġjuni;

30.  Jenfasizza li l-gastronomija hija esportazzjoni kulturali qawwija għall-UE u l-Istati Membri individwali;

31.  Jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw inizjattivi marbuta mal-agrituriżmu li jrawmu l-għarfien tal-wirt kulturali u tal-pajsaġġ, joffru appoġġ reġjonali u jippromwovu l-iżvilupp rurali;

32.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżviluppaw l-aspetti kulturali tal-gastronomija u jrawmu drawwiet tal-ikel li jippreservaw is-saħħa tal-konsumaturi, iżidu l-iskambju u l-kondiviżjoni ta’ kulturi u jippromwovu r-reġjuni, filwaqt li jinżamm il-pjaċir li tiekol, l-aspett konvivjali u soċjali;

33.  Jistieden lill-Istati Membri jikkollaboraw flimkien u jappoġġjaw l-inizjattivi għaż-żamma tal-kwalità għolja, id-diversità, l-eteroġeneità u l-uniċità tal-prodotti tradizzjonali, lokali, reġjonali u nazzjonali biex jiġġieldu kontra l-omoġenizzazzjoni li fil-futur se jnaqqas il-wirt gastronomiku Ewropew;

34.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex l-importanza tal-appoġġ għal produzzjoni tal-ikel Ewropew sostenibbli u varjat u ta' kwalità għolja jagħmluha parti integrali mir-riflessjonijiet tagħhom dwar il-politika tal-ikel, bil-għan li jappoġġjaw id-diversità kulinarja Ewropea;

35.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-miżuri għar-rikonoxximent u t-tikkettar tal-produzzjoni tal-ikel Ewropea biex isaħħu l-valur ta' dawk il-prodotti, jipprovdu informazzjoni aħjar lill-konsumaturi u jipproteġu d-diversità tal-gastronomija Ewropea;

36.  Jinnota li huwa importanti li l-valur tal-prodott gastronomiku ta' kwalità għolja jiġi rikonoxxut u msaħħaħ; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jikkunsidraw l-introduzzjoni tal-informazzjoni għall-konsumaturi mill-fornituri tal-ikel dwar il-platti ppreparati bi prodotti nejjin fuq il-post;

37.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jeżaminaw l-impatt tal-liġijiet li jadottaw dwar il-kapaċità, id-diversità u l-kwalità tal-produzzjoni tal-ikel fl-UE u biex jieħdu miżuri biex jiġġieldu kontra l-falsifikazzjoni tal-prodotti;

38.  Jappoġġja inizjattivi bħal dawn li jistgħu jkunu żviluppati mill-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom biex jippromwovu u jippreservaw it-territorji, il-pajsaġġi u l-prodotti kollha li jiffurmaw il-wirt gastronomiku lokali; iħeġġeġ lir-reġjuni jippromwovu gastronomija lokali u djetetika fl-iskejjel u forniment tal-ikel kollettiv b'assoċjazzjoni ma' produtturi lokali sabiex jippreservaw u jtejbu l-wirt gastronomiku reġjonali, jistimulaw l-agrikoltura lokali u jqassru l-ktajjen tal-provvista;

39.  Jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jippreservaw il-wirt Ewropew relatat mal-gastronomija, bħall-protezzjoni tal-wirt arkitettoniku ta’ swieq tradizzjonali tal-ikel, il-fabbriki tal-inbid jew faċilitajiet oħra kif ukoll tal-għodod u makkinarju relatat mal-ikel u l-gastronomija;

40.  Jenfasizza l-importanza tal-identifikazzjoni, il-klassifikazzjoni, it-trażmissjoni u t-tixrid tal-ġid kulturali tal-gastronomija Ewropea; iħeġġeġ it-twaqqif ta’ osservatorju Ewropew tal-gastronomija;

41.  Jissuġġerixxi lill-Kummissjoni tinkludi l-gastronomija Ewropea fil-programmi u l-inizjattivi kulturali tagħha;

42.  Jilqa’ l-inklużjoni tal-ikla gastronomika tal-Franċiżi, id-dieta Mediterranja, il-kejk tal-ġinġer Kroat u t-tisjir tradizzjonali Messikan fil-Lista Rappreżentattiva tal-Wirt Kulturali Intanġibbli tal-Umanità tal-UNESCO, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jitolbu l-inklużjoni tat-tradizzjonijiet u l-prattiki gastronomiċi tagħhom fil-Konvenzjoni għas-Salvagwardja tal-Wirt Kulturali Intanġibbli tal-UNESCO sabiex jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tagħhom;

43.  Jissuġġerixxi lill-ibliet Ewropej jippreżentaw il-kandidatura tagħhom għall-Belt tal-Gastronomija tal-UNESCO, fi ħdan il-programm tan-Netwerk tal-Bliet Kreattivi;

o
o   o

44.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


Il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali ***I
PDF 1496kWORD 1265k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Data Ġenerali) (COM(2012)0011 – C7-0025/2012 – 2012/0011(COD))
P7_TA(2014)0212A7-0402/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 16(2) u 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0025/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa mill-Kamra tar-Rappreżentanti Belġjana, il-Bundesrat Ġermaniż, is-Senat Franċiż, il-Kamra tad-Deputati tal-Italja u l-Parlament Svediż, skont il-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-7 ta' Marzu 2012 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tal-1 ta' Ottubru 2012,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0402/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Data Ġenerali)

P7_TC1-COD(2012)0011


(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) u l-Artikolu 114(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  Il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali hija dritt fundamentali. L-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ('Karta') u l-Artikolu 16(1) tat-Trattat jistabbilixxu li kull persuna għandu jkollha d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali li tirrigwardaha.

(2)  L-ipproċessar tad-data personali huwa maħsub sabiex jaqdi lill-bniedem; il-prinċipji u r-regoli dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom, tkun xi tkun in-nazzjonalità jew ir-residenza tal-persuni fiżiċi, għandhom jirrispettaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom, b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data personali. Dan għandu jikkontribwixxi għall-kisba ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u ta’ għaqda ekonomika, għall-progress ekonomiku u soċjali, it-tisħiħ u l-konverġenza tal-ekonomiji fis-suq intern, u l-benesseri tal-individwi.

(3)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) tfittex li tarmonizza l-protezzjoni ta’ drittijiet u libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-attivitajiet ta’ pproċessar u tiggarantixxi l-fluss liberu tad-data personali bejn l-Istati Membri.

(4)  L-integrazzjoni ekonomika u soċjali li rriżultat mill-funzjonament tas-suq intern wasslet għal żieda sostanzjali fi flussi transkonfinali. L-iskambju ta’ data bejn atturi ekonomiċi u soċjali, pubbliċi u privati fl-Unjoni żdied. L-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri qegħdin jintalbu mil-liġi tal-Unjoni sabiex jikkooperaw u jiskambjaw data personali sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet tagħhom jew iwettqu kompiti f’isem awtorità fi Stat Membru ieħor.

(5)  L-iżviluppi teknoloġiċi rapidi u l-globalizzazzjoni ġabu sfidi ġodda għall-protezzjoni tad-data personali. L-iskala ta’ qsim u ġbir tad-data żdiedet b’mod impressjonanti. It-teknoloġija tippermetti kemm lil kumpaniji privati kif ukoll lil awtoritajiet pubbliċi li jagħmlu użu minn data personali fuq skala mingħajr preċedenti sabiex iwettqu l-attivitajiet tagħhom. L-individwi qegħdin dejjem aktar jagħmlu l-informazzjoni personali disponibbli pubblikament u globalment. It-teknoloġija bidlet kemm l-ekonomija kif ukoll il-ħajja soċjali, u teħtieġ li tiffaċilita aktar il-fluss liberu tad-data fl-Unjoni u t-trasferiment lejn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, filwaqt li tassigura livell għoli ta’ protezzjoni tad-data personali.

(6)  Dawn l-iżviluppi jeħtieġu l-bini ta’ qafas ta’ protezzjoni tad-data b’saħħtu u aktar koerenti fl-Unjoni, appoġġjat minn infurzar qawwi, minħabba l-importanza li tinħoloq il-fiduċja li tippermetti lill-ekonomija diġitali tiżviluppa fis-suq intern. L-individwi għandu jkollhom il-kontroll tad-data personali tagħhom u ċ-ċertezza legali u prattika għall-individwi, għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet pubbliċi għandha tissaħħaħ.

(7)  L-għanijiet u l-prinċipji tad-Direttiva 95/46/KE jibqgħu sodi, iżda din ma waqqfitx il-frammentazzjoni fil-mod kif il-protezzjoni tad-data hija implimentata fl-Unjoni, in-nuqqas ta’ ċertezza legali u perċezzjoni pubblika mifruxa li hemm riskji sinifikanti għall-protezzjoni tal-individwi assoċjati l-aktar mal-attività onlajn. Id-differenzi fil-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi, l-aktar fid-dritt tal-protezzjoni ta’ data personali, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mogħtija fl-Istati Membri jistgħu jwaqqfu l-fluss liberu tad-data personali fl-Unjoni kollha. Għaldaqstant din id-differenza tista’ tkun ta’ xkiel għas-segwitu tal-attivitajiet ekonomiċi fil-livell tal-Unjoni, tgħawweġ il-kompetizzjoni u xxekkel lill-awtoritajiet fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom taħt il-liġi tal-Unjoni. Dawn id-differenzi fil-livelli ta’ protezzjoni hija dovuta għall-eżistenza ta’ differenzi fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE.

(8)  Sabiex ikun assigurat livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni tal-individwi u sabiex jitneħħew l-ostakoli għall-flussi tad-data personali, il-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ din id-data għandu jkun l-istess fl-Istati Membri kollha. L-applikazzjoni konsistenti u omoġenea tar-regoli għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali għandha tkun assigurata fl-Unjoni kollha.

(9)  Il-protezzjoni effettiva tad-data personali fl-Unjoni kollha teħtieġ it-tisħiħ u l-ispeċifikar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data u l-obbligi ta’ dawk li jipproċessaw u jiddeterminaw l-ipproċessar ta’ data personali, iżda wkoll setgħat ugwali għall-monitoraġġ u l-iżgurar tal-konformità mar-regoli għall-protezzjoni ta’ data personali u sanzjonijiet ugwali għat-trasgressuri fl-Istati Membri.

(10)  L-Artikolu 16(2) tat-Trattat jagħti mandat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jistabbilixxu r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u r-regoli relatati mal-moviment liberu tad-data personali.

(11)  Sabiex ikun żgurat livell konsistenti ta’ protezzjoni għall-individwi fl-Unjoni kollha u sabiex ma jkunx hemm diverġenzi li jfixklu l-moviment liberu tad-data fis-suq intern, hemm bżonn ta’ Regolament li jipprovdi ċertezza legali u trasparenza għall-operaturi ekonomiċi, inklużi l-mikroimpriżi l-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, u biex jipprovdi l-individwi fl-Istati Membri kollha bl-istess livell ta’ drittijiet infurzabbli bil-liġi u obbligi u responsabbiltajiet għall-kontrolluri u għall-proċessuri, sabiex ikun żgurat monitoraġġ konsistenti tal-ipproċessar tad-data personali, u sanzjonijiet ugwali fl-Istati Membri kollha kif ukoll kooperazzjoni effettiva mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-Istati Membri differenti. Biex jieħu kont tas-sitwazzjoni speċifika ta’ mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju, dan ir-Regolament jinkludi numru ta’ derogi. Barra minn hekk, il-korpi u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’ superviżjoni tagħhom huma mħeġġa biex jieħdu kont tal-bżonnijiet speċifiċi ta' mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-kunċett ta' mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju għandu jiġi bbażat fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/361/KE(7) .

(12)  Il-protezzjoni mogħtija minn dan ir-Regolament tirrigwarda lill-persuni fiżiċi, tkun xi tkun in-nazzjonalità jew il-post ta’ residenza tagħhom, fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data li jikkonċerna l-persuni ġuridiċi u b’mod partikolari l-impriżi stabbiliti bħala persuni ġuridiċi, inkluż l-isem u l-forma tal-persuna ġuridika u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna ġuridika, il-protezzjoni ta’ dan ir-Regolament m'għandhiex tintalab minn kwalunkwe persuna. Dan għandu japplika wkoll fejn l-isem tal-persuna ġuridika jkun fih l-ismijiet ta' persuna fiżika waħda jew aktar.

(13)  Il-protezzjoni tal-individwi għandha tkun teknoloġikament newtrali u ma tiddependix fuq it-tekniki użati; inkella din tista’ toħloq riskju serju ta’ ksur. Il-protezzjoni tal-individwi għandha tapplika għall-ipproċessar tad-data personali permezz ta’ mezzi awtomatizzati kif ukoll għall-ipproċessar manwali, jekk id-data titqgħed jew tkun masuba biex titqiegħed f’sistema ta’ arkivjar. Fajls jew settijiet ta’ fajls kif ukoll il-qoxriet ta’ barra tagħhom, li ma jkunux strutturati skont kriterji speċifiċi, m’għandhomx jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(14)  Dan ir-Regolament la jindirizza kwistjonijiet ta’ protezzjoni ta’ libertajiet u drittijiet fundamentali jew il-fluss ħieles ta’ data relatata ma’ attivitajiet li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, u lanqas ikopri l-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, li huma soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 45/2001(8), jew l-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri meta jitwettqu attivitajiet fir-rigward tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) għandu jiġi allinjat ma' dan ir-Regolament u applikat bi qbil ma' dan ir-Regolament. [Em. 1]

(15)  Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-ipproċessar ta-data ta' data personali minn persuna fiżika, li hija esklussivament personali, relatata mal-familja, jew domestika, bħall-korrispondenza u l-pussess ta’ indirizzi, u jew il-bejgħ privat u mingħajr l-ebda interess bi qligħ u b’hekk mingħajr l-ebda rabta ma’ attività professjonali jew kummerċjali. L-eżenzjoni m’għandhiex tapplika Madankollu, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal kontrolluri u proċessuri li jipprovdu jagħtu l-mezzi għall-ipproċessar tad-data personali għal dawn l-attivitajiet tali attivitajiet personali jew domestiċi jew personali. [Em. 2]

(16)  Il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali minn awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u l-moviment liberu ta’ din id-data, hija soġġetta ta’ strument legali speċifiku fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk, dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-attivitajiet ta’ pproċessar għal dawk il-finijiet. Madanakollu, d-data proċessata mill-awtoritajiet pubbliċi taħt dan ir-Regolament meta tintuża għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, detezzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali għandha tkun gvernata mill-istrument legali aktar speċifiku fil-livell tal-Unjoni (id-Direttiva 2014/.../EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, kxif jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-esekuzzjoni ta 'penali penali, u l-moviment liberu ta' dik id-data).

(17)  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), b’mod partikolari tar-regoli dwar ir-responsabbiltà ta’ fornituri ta’ servizzi intermedjarji fl-Artikoli 12 sa 15 ta’ dik id-Direttiva.

(18)  Dan ir-Regolament jippermetti li jiġi meqjus il-prinċipju ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament. Id-data personali f’dokumenti li jinżammu minn awtorità pubblika jew korp pubbliku tista’ tiġi żvelata minn dik l-awtorità jew dak il-korp skont il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru fir-rigward tal-aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali, għar-rikonċiljazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni tad-data mad-dritt tal-aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali u tikkostitwixxi bilanċ ġust tad-diversi interessi involuti. [Em. 3]

(19)  Kull ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni għandu jsir skont dan ir-Regolament, irrispettivament minn jekk l-ipproċessar innifsu jseħħx fl-Unjoni jew le. L-istabbiliment jimplika l-eżerċizzju reali u effettiv ta’ attività permezz ta’ arranġamenti stabbli. Il-forma legali ta’ dawn l-arranġamenti, kemm jekk permezz ta’ fergħa kif ukoll sussidjarja ma’ personalità ġuridika, mhijiex il-fattur determinanti f’dan ir-rigward.

(20)  Sabiex ikun assigurat li l-individwi ma jkunux imċaħħda mill-protezzjoni li huma intitolati għaliha taħt dan ir-Regolament, l-ipproċessar ta’ data personali ta’ suġġetti tad-data li jgħixu fl-Unjoni minn kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni, għandu jkun soġġett għal dan ir-Regolament meta l-attivitajiet ta’ pproċessar huma relatati mal-offerta ta’ prodotti jew servizzi, kemm jekk ikunu u kemm jekk ma jkunux marbutin ma ħlas, servizzi lil dawn is-suġġetti tad-data, jew mal-monitoraġġ tal-imġiba ta’ dawn is-suġġetti tad-data. Sabiex jiġi determinat jekk tali kontrollur ikunx qiegħed joffri prodotti jew servizzi lil tali suġġetti tad-data fl-Unjoni, għandu jiġi aċċertat jekk ikunx jidher li l-kontrollur ikun qiegħed jipprevedi l-offerta ta' servizzi lil suġġetti tad-data fi Stat Membru wieħed jew aktar fl-Unjoni. [Em. 4]

(21)  Sabiex ikun iddeterminat jekk attività ta’ pproċessar tistax titqies li ‘tissorvelja l-imġiba’ tas-suġġetti s-suġġetti tad-data, għandu jkun aċċertat jekk l-individwi humiex segwiti fuq l-internet b’, tkun xi tkun l-oriġini tad-data, jew jekk data oħra dwarhom tinġabar, inkluż minn reġistri pubbliċi u avviżi fl-Unjoni li huma aċċessibbli minn barra l-Unjoni, inkluż bl-intenzjoni li tintuża , jew il-potenzjal ta' użu sussegwenti ta’ tekniki ta’ pproċessar tad-data li jikkonsistu mill-applikazzjoni ta’ ‘profil’ lil individwu, b’mod partikolari sabiex jittieħdu deċiżjonijiet li jirrigwardawh/a jew għall-analiżi jew it-tbassir tal-preferenzi, l-imġiba, l-attitudnijiet personali tiegħu/tagħha.Meta l-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tapplika permezz tal-liġi internazzjonali pubblika, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni, bħal fil-każ ta’ missjoni diplomatika jew uffiċċju konsulari ta’ Stat Membru. [Em. 5]

(22)  Il-prinċipji tal-protezzjoni għandhom japplikaw għal kwalunkwe informazzjoni dwar persuna identifikata jew identifikabbli. Sabiex jiġi determinat jekk persuna hijiex identifikabbli, għandhom jitqiesu l-mezzi kollha li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna oħra sabiex tidentifika lill-individwu. Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data ma għandhomx japplikaw għal data li tku saret anonima b’mod li s-suġġett tad-data ma jibqax identifikabbli.

(23)  Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data għandhom japplikaw għal kwalunkwe informazzjoni dwar persuna fiżika identifikata jew identifikabbli. Sabiex jiġi determinat jekk persuna hijiex identifikabbli, għandhom jitqiesu l-mezzi kollha li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna oħra sabiex tidentifika lill-individwu individwu jiġi identifikat jew magħżul direttament jew indirettament. Sabiex jiġi aċċertat liema mezzi raġonevolment x'aktarx jintużaw għall-identifikazzjoni ta' individwu, għandu jittieħed kont tal-fatturi oġġettivi kollha, bħall-ispejjeż tal-identifikazzjoni u l-ammont ta' żmien meħtieġ għaliha, b'kont meħud kemm tat-teknoloġija disponibbli fil-mument tal-ipproċessar kif ukoll tal-iżvilupp teknoloġiku. Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data ma għandhomx japplikaw, għalhekk għal data li tku saret anonima b’mod li s-suġġett tad-data ma jibqaxanonima, li hija informazzjoni li mhijiex marbuta ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli. Għaldaqstant, dan ir-Regolament ma jikkonċernax l-ipproċessar ta' tali data anonima, inkluż għal finijiet ta' statistika jew riċerka. [Em. 6]

(24)  Meta jużaw is-servizzi onlajn, l-individwi jistgħu jiġu assoċjati ma’ipprovdutiDan ir-Regolament għandu jkun applikabbli għall-ipproċessar li jinvolvi identifikaturi onlajn pprovduti mill-apparat, l-applikazzjonijiet, l-għodod u l-protokolli tagħhom, bħal indirizzi tal-Protokoll tal-Internet jew identifikaturi tal-cookies. Dan jista’ jħalli traċċi li, flimkien ma’ identifikaturi uniċi u informazzjoni oħra li jirċievu s-servers, jistgħu jintużaw sabiex jinħolqu profili tal-individwi u jidentifikawhom, dan ir-Regolament għandu japplika għall-ipproċessar li jinvolvi data bħal din. Minn dan isegwi li n-numri ta’ identifikazzjoni, id-data ta’ lokazzjoni, l-identifikaturi onlajn jew fatturi speċifiċi oħra bħala tali ma għandhomx bżonn neċessajament li jiġu kkunsidrati bħala data personali fiċ-ċirkostanzi kollha. u t-tags tal-Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju, sakemm dawk l-identifikaturi ma jkunux marbuta ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli. [Em. 7]

(25)  Il-kunsens għandu jingħata b’mod espliċitu permezz ta’ kwalunkwe metodu xieraq li jippermetti indikazzjoni speċifika u informata mogħtija liberament ta’ dak li jixtieq is-suġġett tad-data, jew fuq dikjarazzjoni jew minn azzjoni affermattiva mis-suġġett li tirriżulta mill-għażla tas-suġġett tad-data, li jassigura li l-individwi huma konxji li qegħdin jagħtu l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta’ data personali, inkluż billi jimmarkaw. Azzjoni affermattiva ċara tista' tinkludi l-immarkar ta' kaxxa meta jżuru sit elettroniku tal-Internet jew kwalunkwe dikjarazzjoni jew imġiba oħra li f’dan il-kuntest tindika b’mod ċar l-aċċettazzjoni tas-suġġett tad-data tal-ipproċessar propost tad-data personali tiegħu. Is-silenzju, l-użu sempliċi ta' servizz jew in-nuqqas ta’ attività għaldaqstant ma għandhomx jitqiesu bħala kunsens. Il-kunsens għandu jkopri l-attivitajiet ta’ pproċessar kollu li jsir għall-istess għan jew għanijiet. Jekk il-kunsens tas-suġġett għandu jingħata wara talba elettronika, it-talba għandha tkun ċara, konċiża u li ma toħloqx tfixkil bla bżonn għall-użu tas-servizz li qegħda tiġi pprovduta għalih. [Em. 8]

(26)  Id-data personali relatata mas-saħħa għandha tinkludi b’mod partikolari d-data kollha li għandha x’taqsam mal-istatus tas-saħħa ta’ suġġett tad-data; informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-individwu għall-provvediment ta’ servizzi tas-saħħa; informazzjoni dwar ħlasijiet jew eliġibbiltà għall-kura tas-saħħa fir-rigward tal-individwu; numru, simbolu jew partikolari assenjat lil individwu għall-identifikazzjoni unika tal-individwu għall-finijiet ta’ saħħa; kull informazzjoni dwar l-individwu miġbura fil-kors tal-għoti tas-servizzi tas-saħħa lill-individwu; informazzjoni miġbura mill-ittestjar jew l-eżaminazzjoni ta’ parti mill-ġisem jew sustanza tal-ġisem, inkluż kampjuni bijoloġiċi; identifikazzjoni ta’ persuna bħala fornitur ta’ servizzi tas-saħħa lill-individwu; jew kwalunkwe informazzjoni dwar, pereżempju, marda, diżabbiltà, riskju ta’ mard, storja medika, kura klinika, jew l-istat fiżjoloġiku jew bijomediku attwali tas-suġġett tad-data indipendentement mis-sors tiegħu, pereżempju. mingħand tabib jew professjonista mediku ieħor, sptar, apparat mediku, jew test dijanjostiku in vitro.

(27)  L-istabbiliment ewlieni ta’ kontrollur fl-Unjoni għandu jkun stabbilit skont kriterji oġġettivi u għandu jimplika l-eżerċizzju reali u effettiv ta’ attivitajiet ta’ ġestjoni li jiddeterminaw id-deċiżjonijiet ewlenin dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar permezz ta’ arranġamenti stabbli. Dan il-kriterju m’għandux jiddependi fuq il-fatt jekk l-ipproċessar tad-data personali jsirx effettivament f’dak il-post; il-preżenza u l-użu ta’ mezzi tekniċi u teknoloġiji għall-ipproċessar tad-data jew l-ipproċessar ta’ attivitajiet, minnhom infushom, ma jikkostitwixxux dan l-istabbilment ewlieni u għaldaqstant mhumiex kriterju determinanti għal stabbilment ewlieni. L-istabbilment ewlieni tal-proċessur għandu jkun il-post fejn tinsab l-amministrazzjoni ċentrali fl-Unjoni.

(28)  Grupp ta’ impriżi għandu jkopri impriża li tikkontrolla u l-impriżi kkontrollati tagħha, fejn l-impriża li tikkontrolla għandha tkun l-impriża li tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq l-impriżi l-oħrajn permezz, pereżempju, tas-sjieda, parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolawha jew is-setgħa li timplimenta r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali.

(29)  It-tfal jixirqilhom protezzjoni speċifika tad-data personali tagħhom, minħabba li dawn jistgħu jkunu inqas konxji tar-riskji, il-konsegwenzi, is-salvagwardji u d-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali. Sabiex ikun stabbilit jekk individwu huwiex minorenni, dan ir-Regolament għandu jassumi d-definizzjoni stabbilita mill-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti. Fejn l-ipproċessar ta' data jkun ibbażat fuq il-kunsens tas-soġġett tad-data b'rabta mal-offerta ta' prodotti jew servizzi direttament lil tifel, il-kunsens għandu jingħata jew awtorizzat mill-ġenitur jew gwardjan legali tat-tifel fil-każijiet fejn it-tifel ikun taħt l-età ta' 13-il sena. Lingwaċċ xieraq għall-età għandu jintuża fejn it-tfal ikunu fl-udjenza fil-mira. Raġunijiet oħrajn għall-ipproċessar legali bħal raġunijiet ta' interess pubbliku għandhom jibqgħu applikabbli, bħal għall-ipproċessar fil-kuntest ta' servizzi preventivi jew ta' konsulenza offruti direttament lil tifel. [Em. 9]

(30)  Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali għandu jkun legali, ġust u trasparenti fir-rigward tal-individwi kkonċernati. B’mod partikolari, l-objettivi speċifiċi li għalihom tiġi pproċessata d-data għandhom ikunu espliċiti u leġittimi u stabbiliti meta tinġabar id-data. Id-data għandha tkun adegwata, rilevanti u limitata għall-minimu meħtieġ għall-għanijiet li għalihom id-data qiegħda tkun ipproċessata; dan jeħtieġ b’mod partikolari li jiġi żgurat li d-data miġbura ma tkunx eċċessiva u li l-perjodu li matulu ser tkun maħżuna d-data jkunu strettament limitati. Id-data personali għandha tkun ipproċessata biss jekk l-għan tal-ipproċessar ma setax jintlaħaq mod ieħor. Għandu jittieħed kull pass raġonevoli sabiex ikun żgurat li d-data personali li ma tkunx eżatta tiġi rettifikata jew imħassra. Sabiex ikun assigurat li d-data ma tibqax miżmuma għal aktar żmien minn kemm meħtieġ, il-kontrollur għandu jistabbilixxi limiti ta’ żmien għat-tħassir jew għal reviżjoni kultant żmien.

(31)  Sabiex l-ipproċessar ikun legali, id-data personali għandha tkun ipproċessata fuq il-bażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew xi bażi leġittima oħra, stabbilita mil-liġi, jew f’dan ir-Regolament jew f’liġi oħra tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru kif imsemmi f’dan ir-Regolament. Fil-każ li tifel jew persuna li nieqes/nieqsa mill-kapaċità legali, il-liġi tal-Unjoni jew l-Istat Membru rilevanti għandha tiddetermina l-kundizzjonijiet skont liema l-kunsens jingħata jew jiġi awtorizzat minn dik il-persuna. [Em. 10]

(32)  Meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-data, il-kontrollur għandu jkollu l-oneru li jipprova li s-suġġett tad-data ta l-kunsens tiegħu għall-operazzjoni ta’ pproċessar. B’mod partikolari fil-kuntest ta’ dikjarazzjoni bil-miktub fuq kwistjoni oħra, is-salvagwardji għandhom jiżguraw li s-suġġett tad-data huwa konxju dwar u sa liema punt ta l-kunsens. Biex jikkonforma mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data, l-oneru m’għandux jinftiehem li jirrikjedi l-identifikazzjoni pożittiva tas-suġġetti tad-data sakemm dan ma jkunx meħtieġ. B'mod simili għat-termini tal-liġi ċivili (eż id-Direttiva 93/13/KEE(11)), il-politiki tal-protezzjoni tad-data għandhom ikunu ċari u trasparenti kemm jista' jkun. M'għandhomx ikun fihom klawżoli moħbijin jew żvantaġġużi. Il-kunsens ma jistax jingħata għall-ipproċessar ta' data personali ta' persuni terzi. [Em. 11]

(33)  Sabiex ikun żgurat kunsens liberu, għandu jkun iċċarat li l-kunsens ma jipprovdix bażi legali valida meta l-individwu ma jkollu l-ebda għażla ġenwina u libera u sussegwentement ma jkunx jista’ jirrifjuta jew jirtira l-kunsens mingħajr ħsara. B'mod speċjali dan hu l-każ jekk il-kontrollur ikun awtorità pubblika li tista' timponi obbligu permezz tas-setgħat pubbliċi rilevanti tagħha u l-kunsens ma jistax jitqies li jkun ingħata b'mod liberu. L-użu ta’ opzjonijiet awtomatiċi li s-suġġett tad-data huwa meħtieġ li jimmodifika biex joġġezzjona għall-ipproċessar, bħal kaxxi diġà mmarkati, ma jesprimix kunsens liberu. Il-kunsens għall-ipproċessar ta' data personali addizzjonali li mhijiex meħtieġa għall-għoti ta' servizz m'għandux ikun rikjest għall-użu tas-servizz. Meta jiġi rtirat il-kunsens, dan jista' jippermetti l-waqfien jew in-nuqqas ta' twettiq ta' servizz li jiddependi fuq id-data. Fejn il-konklużjoni tal-għan maħsub ma tkunx ċara, il-kontrollur għandu, b'intervalli regolari, jagħti l-informazzjoni dwar l-ipproċessar lis-suġġett tad-data u jitlob affermazzjoni mill-ġdid tal-kunsens tiegħu. [Em. 12]

(34)  Il-kunsens m’għandhux jipprovdi raġuni legali valida għall-ipproċessar tad-data personali, meta jkun hemm żbilanċ ċar bejn is-suġġett tad-data u l-kontrollur. Dan huwa speċjalment il-każ fejn is-suġġett tad-data jinsab f’sitwazzjoni ta’ dipendenza mill-kontrollur, fost oħrajn, fejn id-data personali hija pproċessata mill-impjegatur tad-data personali tal-impjegat fil-kuntest tal-impjieg. Fejn il-kontrullur huwa awtorità pubblika, jkun hemm żbilanċ biss fl-operazzjonijiet speċifiċi tal-ipproċessar tad-data fejn l-awtorità pubblika tista' timponi obbligu permezz tas-setgħat pubbliċi relevanti tagħha u l-kunsens ma jistax jitqies li ġie mogħti awtomatikament, filwaqt li jittiieħed kont tal-interessi tas-suġġett tad-data. [Em. 13]

(35)  L-ipproċessar għandu jkun legali fejn ikun meħtieġ fil-kuntest ta’ kuntratt jew id-dħul intenzjonali f’kuntratt.

(36)  Meta l-ipproċessar isir f’konformità ma’ obbligu legali li għalih huwa soġġett il-kontrollur jew meta l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu mwettaq fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali, l-ipproċessar għandu jkollu bażi legali fil-liġi tal-Unjoni, jew fil-liġi ta’ Stat Membru li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għal kwalunkwe limitazzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet. Dan għandu jinkludi wkoll ftehimiet kollettivi li jistgħu jiġu rikonoxxuti skont il-liġi nazzjonali bħala ġeneralment validi. Hija wkoll il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li għandha tistabbilixxi jekk il-kontrollur li qed iwettaq il-kompitu fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali għandux ikun amministrazzjoni pubblika jew xi persuna fiżika jew ġuridika oħra rregolata mil-liġi pubblika, jew mil-liġi privata bħal assoċjazzjoni professjonali. [Em. 14]

(37)  L-ipproċessar tad-data personali għandu jitqies ukoll bħala legali fejn ikun meħtieġ, biex jiġi protett interess li huwa essenzjali għall-ħajja tas-suġġett tad-data.

(38)  L-interessi leġittimi ta’ kontrollur tal-kontrollur, jew fil-każ ta' żvelar, tal-parti terza lil min id-data tiġi żvelata, jistgħu jipprovdu bażi legali għall-ipproċessar, diment li jissodisfaw l-aspettattivi raġonevoli tas-suġġett tad-data abbażi tar-relazzjoni tiegħu mal-kontrollur u li l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data ma jkunux aktar importanti. Dan ikun jeħtieġ evalwazzjoni attenta b’mod partikolari fejn is-suġġett tad-data jkun minorenni, minħabba li t-tfal jistħoqqilhom protezzjoni speċifika. Sakemm l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data ma jkunux iktar importanti, l-ipproċessar limitat għad-data psewdonima għandu jkun maħsub li jissodisfa l-aspettattivi raġonevoli tas-suġġett tad-data abbażi tar-relazzjoni tiegħu mal-kontrollur. Is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar, għal raġunijiet li huma relatati mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom u mingħajr ħlas. Sabiex tkun żgurata t-trasparenza, il-kontrollur għandu jkun obbligat li jinforma espliċitament lis-suġġett tad-data dwar l-interessi leġittimi segwiti u dwar id-dritt li joġġezzjona, u jkun obbligat ukoll li jiddokumenta dawn l-interessi leġittimi. L-interessi u d-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-data jistgħu, b'mod partikolari, isiru iktar importanti mill-interess tal-kontrollur tad-data fejn tkun ipproċessata data personali f'ċirkostanzi fejn is-suġġetti tad-data ma jistennewx b'mod raġonevoli iktar proċessar. Minħabba li hija r-responsabbiltà tal-leġiżlatur li jipprovdi bil-liġi l-bażi legali għall-awtoritajiet pubbliċi sabiex jipproċessaw id-data, din il-bażi legali ma għandhiex tapplika għall-ipproċessar mill-awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. [Em. 15]

(39)  L-ipproċessar tad-data sal-punt li huwa strettament meħtieġ u proporzjonat għall-finijiet li tiġi żgurata s-sigurtà tal-informazzjoni u n-netwerk, jiġifieri l-kapaċità ta’ netwerk jew ta’ sistema ta’ informazzjoni li tirreżisti, b’ċertu livell ta’ fiduċja, għal avvenimenti aċċidentali jew azzjonijiet illegali jew malizzjużi li jikkompromettu d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data maħżuna jew trażmessa, u s-sigurtà tas-servizzi relatati offruti minn, jew aċċessibbli permezz ta’ dawn in-netwerks u s-sistemi, mill-awtoritajiet pubbliċi, Skwadri ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters - CERTs, Skwadri ta’ Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters - CSIRTs, fornituri ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u minn fornituri ta’ teknoloġiji u servizzi għas-sigurtà, jikkostitwixxi interess leġittimu tal-kontrollur tad-data kkonċernat. Dan jista’, pereżempju, jinkludi l-prevenzjoni ta’ aċċess mhux awtorizzat għal netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika u d-distribuzzjoni ta’ kodiċi malizzjuż u l-waqfien ta’ attakki ta’ “ċaħda mis-servizz” u l-ħsara lill-kompjuter u lil sistemi ta’ komunikazzjoni elettronika. Dan il-prinċipju japplika wkoll għall-ipproċessar ta' data personali għar-restrizzjoni ta' aċċess abbużiv għal u użu ta' sistemi ta' netwerk jew informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, bħall-projbizzjoni ta' identifikaturi elettroniċi. [Em. 16]

(39a)  Sakemm l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data ma jkunux iktar importanti, il-prevenzjoni jew il-limitazzjoni tal-ħsara fuq in-naħa tal-kontrollur tad-data għandhom jitqiesu bħala mwettqa fl-interess leġittimu tal-kontrollur tad-data jew, fil-każ ta' żvelar, tal-parti terza lil min tiġi żvelata id-data, u bħala li jissodisfaw l-aspettattivi raġonevoli tas-suġġett tad-data abbażi tar-relazzjoni tiegħu mal-kontrollur. L-istess prinċipju japplika wkoll għall-infurzar ta' talbiet legali kontra suġġett tad-data, bħall-ġbir ta' dejn jew danni u rimedji ċivili. [Em. 17]

(39b)  Sakemm l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data ma jkunux iktar importanti, l-ipproċessar tad-data personali għall-finijiet tal-kummerċjalizzazzjoni diretta għal prodotti u servizzi proprji jew simili jew għall-finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta postali għandu jitqies bħala mwettaq fl-interess leġittimu tal-kontrollur, jew fil-każ ta' żvelar, tal-parti terza lil min tiġi żvelata d-data, u bħala li jissodisfa l-aspettattivi raġonevoli tas-suġġett tad-data abbażi tar-relazzjoni tiegħu mal-kontrollur jekk tingħata informazzjoni viżibbli ħafna dwar id-dritt tal-oġġezzjonar u dwar is-sors tad-data personali. L-ipproċessar tad-dettalji ta' kuntatt ta' negozju ġeneralment għandhom jitqiesu bħala mwettqa fl-interess leġittimu tal-kontrollur, jew fil-każ ta' żvelar, tal-parti terza lil min tiġi żvelata d-data, u bħala sodisfaċenti għall-aspettattivi raġonevoli tas-suġġett tad-data abbażi tar-relazzjoni tiegħu mal-kontrollur. L-istess għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali li jsir b'mod ċar għall-pubbliku mis-suġġett tad-data. [Em. 18]

(40)  L-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet oħra għandu jkun permess biss meta l-ipproċessar ikun kompatibbli ma’ dawk l-għanijiet li għalihom id-data nġabret inizjalment, b’mod partikolari fejn l-ipproċessar huwa meħtieġ għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika. Meta l-għan l-ieħor mhuwiex kompatibbli ma’ dak inizjali li għalih inġabret id-data, il-kontrollur għandu jikseb il-kunsens tas-suġġett tad-data għal dan l-għan ieħor jew għandu jibbaża l-ipproċessar fuq bażi leġittima oħra għall-ipproċessar legali, b’mod partikolari fejn ipprovdut mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru li l-kontrollur huwa soġġett għalih. Fi kwalunkwe każ, l-applikazzjoni b’mod partikolari tal-prinċipji stabbiliti minn dan ir-Regolament u b’mod partikolari l-informazzjoni lis-suġġett tad-data dwar dawk l-għanijiet ulterjuri għandhom ikunu żgurati. [Em. 19]

(41)  Data personali li, min-natura tagħha, tkun partikolarment sensittiva u vulnerabbli fir-rigward ta’ drittijiet fundamentali jew privatezza, tixirqilha protezzjoni speċifika. Din id-data ma għandhiex tiġi pproċessata, sakemm is-suġġett tad-data ma jagħtix il-kunsens espliċitu tiegħu. Madankollu, għandhom jiġu pprovduti derogi minn din il-projbizzjoni b’mod espliċitu fir-rigward ta’ ħtiġijiet speċifiċi, b’mod partikolari fejn l-ipproċessar isir waqt attivitajiet leġittimi minn ċerti assoċjazzjonijiet jew fondazzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jippermettu l-eżerċizzju ta’ libertajiet fundamentali. [Em. 20]

(42)  Id-deroga mill-projbizzjoni fuq l-ipproċessar ta’ kategoriji sensittivi ta’ data għandha tkun permessa wkoll jekk issir bil-liġi, u soġġett għal salvagwardji xierqa, sabiex tkun protetta data personali u drittijiet fundamentali oħra, fejn raġunijiet ta’ interess pubbliku hekk jiġġustifikaw u b’mod partikolari għal għanijiet ta’ saħħa, inkluża s-saħħa pubblika u l-protezzjoni soċjali u l-ġestjoni ta’ servizzi ta’ kura tas-saħħa, speċjalment sabiex tkun żgurata l-kwalità u l-kost-effikaċja tal-proċeduri użati għat-tpaċija ta’ talbiet għal benefiċċji u servizzi fis-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa, jew għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika, jew għal servizzi ta' arkivji. [Em. 21]

(43)  Madankollu, l-ipproċessar ta’ data personali minn awtoritajiet uffiċjali għall-ilħuq tal-miri, stabbiliti fil-liġi kostituzzjonali jew il-liġi pubblika internazzjonali, ta’ assoċjazzjonijiet reliġjużi rikonoxxuti uffiċjalment isir fuq bażijiet ta’ interess pubbliku.

(44)  Fejn waqt attivitajiet elettorali, l-operat tas-sistema demokratika teżiġi fi Stat Membru li l-partijiet politiċi jikkompilaw data dwar l-opinjonijiet politiċi tan-nies, l-ipproċessar ta’ din id-data jista’ jkun permess għal raġunijiet ta’ interess pubbliku, sakemm ikunu stabbiliti salvagwardji xierqa.

(45)  Jekk id-data pproċessata minn kontrollur ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ persuna fiżika, il-kontrollur tad-data m’għandux ikun obbligat li jikseb informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-data għall-għan waħdieni li jikkonforma ma’ xi dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ talba għall-access, il-kontrollur għandu jkun intitolat li jitlob aktar informazzjoni mingħand is-suġġett biex b’hekk ikun jista’ jsib id-data personali li dik il-persuna qiegħda tfittex. Jekk ikun possibbli għas-suġġett tad-data li jipprovdi din id-data, il-kontrolluri ma għandhomx ikunu jistgħu jużaw skuża ta’ nuqqas ta’ informazzjoni biex jirrifjutaw talba għal aċċess. [Em. 22]

(46)  Il-prinċipju tat-trasparenza jeħtieġ li kwalunkwe informazzjoni indirizzata lill-pubbliku jew lis-suġġett tad-data għandha tkun aċċessibbli b’mod faċli u faċli li tinftiehem, u li jintuża lingwaġġ ċar u sempliċi. Dan huwa partikolarment rilevanti fejn f’sitwazzjonijiet, bħar-reklamar onlajn, il-proliferazzjoni ta’ atturi u l-kumplessità teknoloġika tal-prattika tagħmilha diffiċli għas-suġġett tad-data li jkun jaf u jifhem jekk hux qed tinġabar data personali dwaru, minn min u għal liema għan. Minħabba li t-tfal jistħoqqilhom protezzjoni speċifika, kwalunkwe informazzjoni u komunikazzjoni, fejn l-ipproċessar huwa indirizzat speċifikament lil xi minorenni, għandha tkun f’lingwaġġ ċar u sempliċi li l-minorenni jista’ jifhem faċilment.

(47)  Għandhom jiġu pprovduti modalitajiet għall-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tas-suġġett tad-data tad-drittijiet tiegħu pprovduti minn dan ir-Regolament, inklużi mekkaniżmi sabiex wieħed jitlob jikseb, bla ħlas, b’mod partikolari aċċess għad-data, rettifika, tħassir u sabiex wieħed jeżerċita d-dritt għall-oġġezzjoni. Il-kontrollur għandu jkun obbligat iwieġeb għal talbiet tas-suġġett tad-data fi żmien skadenza fissa raġonevoli u jagħti raġunijiet, f’każ li ma jikkonformax mat-talba tas-suġġett tad-data.

(48)  Il-prinċipji ta’ pproċessar ġust u trasparenti jitolbu li s-suġġett tad-data għandu jkun informat b’mod partikolari bl-eżistenza tal-operazzjoni ta’ pproċessar u l-objettivi tagħha, iż-żmien kemm aktarx se ddum maħżuna d-data għal kull objettiv, jekk id-data se tiġix ittrasferita lil partijiet terzi jew lil pajjiżi terzi, dwar l-eżistenza ta' miżuri għall-oġġezzjoni u tad-dritt ta’ aċċess, rettifika jew tħassir u dwar id-dritt li jressqu lment. Fejn id-data tinġabar mis-suġġett tad-data, is-suġġett tad-data għandu jkun informat ukoll jekk humiex obbligati li jipprovdu d-data u dwar il-konsegwenzi, f’każijiet li ma jipprovdux dik id-data. Din l-informazzjoni għandha tingħata, li jista' jfisser ukoll li ssir disponibbli mill-ewwel, lis-suġġett tad-data wara li tingħata informazzjoni simplifikata fil-forma ta' stampi standardizzati. Dan għandu jfisser ukoll li d-data personali tiġi proċessata b'mod li jippermetti effettivament lis-suġġett tad-data biex jeżerċita d-drittijiet tiegħu jew tagħha. [Em. 24]

(49)  L-informazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ data personali relatata mas-suġġett tad-data għandha tingħatalu meta tinġabar, jew, meta d-data ma tinġabarx mis-suġġett tad-data, f’perjodu raġonevoli, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ. Fejn id-data tista’ tkun żvelata b’mod leġittimu lil riċevitur ieħor, is-suġġett tad-data għandu jkun informat meta d-data tkun żvelata għall-ewwel darba lir-riċevitur.

(50)  Madankollu, mhuwiex neċessarju li jiġi impost dan l-obbligu meta s-suġġett tad-data diġà jkollu jaf din l-informazzjoni, jew fejn ir-reġistrazzjoni jew l-iżvelar tad-data hija espressament stabbilita bil-liġi, jew fejn l-għoti tal-informazzjoni lis-suġġett tad-data tirriżulta impossibbli jew tinvolvi sforzi sproporzjonati. Dan tal-aħħar jista’ jkun partikolarment il-każ meta l-ipproċessar ikun għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika; f’dan ir-rigward, l-għadd ta’ suġġetti tad-data, l-età tad-data, u kwalunkwe miżura ta’ kumpens adottata tista’ tiġi kkunsidrata. [Em. 25]

(51)  Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt tal-aċċess għal data li tinġabar dwarhom, u li teżerċita dan id-dritt faċilment, sabiex tkun konxja u tivverifika l-legalità tal-ipproċessar. Kull suġġett tad-data għandu għalhekk ikollu d-dritt li jkun jaf u jikseb komunikazzjoni b’mod partikolari rigward għal liema għanijiet id-data tkun qiegħda tiġi pproċessata, għal liema perjodu stmat, liema riċevituri jirċievu d-data, x’inhi l-loġika ġenerali tad-data li għaddejja mill-ipproċessar u x’jistgħu jkunu, għallinqas meta bbażata fuq it-tfassil ta’ profili, il-konsegwenzi ta’ dan l-ipproċessar. Dan id-dritt ma għandux jaffettwa ħażin id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn, inklużi sigrieti tan-negozju jew proprjetà intellettwali u b’mod partikolari d-dritt, bħal fir-rigward tad-dritt tal-awtur li jipproteġi s-softwer. Madankollu, ir-riżultat ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet m’għandux ikun li l-informazzjoni kollha tiġi rrifjutata lis-suġġett tad-data. [Em. 26]

(52)  Il-kontrollur għandu juża l-miżuri kollha raġonevoli sabiex jivverifika l-identità ta’ suġġett tad-data li jitlob aċċess, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ servizzi onlajn u identifikaturi onlajn. Kontrollur m’għandux iżomm id-data personali għall-fini unika li jkun jista’ jirreaġixxi għal talbiet potenzjali.

(53)  Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li jkollha data personali li tirrigwardaha rettifikata u ‘dritt li tkun minsija għat-tħassir’ meta ż-żamma ta’ data bħal din ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, is-suġġetti tad-data għandu jkollhom id-dritt li d-data personali tagħhom titħassar u ma tiġix ipproċessata aktar, meta d-data ma tkunx meħtieġa aktar fir-rigward tal-finijiet li għalihom id-data tinġabar jew inkella tiġi pproċessata, fejn is-suġġetti tad-data jkunu rtiraw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar jew fejn joġġezzjonaw għall-ipproċessar ta’ data personali li tirrigwardahom jew inkella meta l-ipproċessar tad-data personali ma tkunx tikkonforma ma’ dan ir-Regolament. Dan id-dritt huwa partikolarment rilevanti, meta s-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens tiegħu meta kien tifel, meta ma jkunx għal kollox konxju dwar ir-riskji involuti fl-ipproċessar, u aktar tard jixtieq ineħħi din id-data personali b’mod speċjali fuq l-Internet. Madankollu, iż-żamma ulterjuri tad-data għandha tkun permessa fejn din tkun meħtieġa għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika, għall-eżerċitar tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni, meta jkun meħtieġ mil-liġi jew fejn ikun hemm raġuni li jkun ristrett l-ipproċessar tad-data minflok titħassar. Barra minn hekk, id-dritt għat-tħassir m’għandux japplika meta ż-żamma ta’ data personali hija neċessarja għat-twettiq ta’ kuntratt mas-suġġett tad-data, jew meta jkun hemm obbligu legali biex tinżamm din id-data. [Em. 27]

(54)  Sabiex jissaħħaħ id-‘dritt li tkun minsi għat-tħassir’ fl-ambjent onlajn, id-dritt għat-tħassir għandu jkun estiż ukoll b’mod li kontrollur li jkun għamel id-data personali pubblika mingħajr ġustifikazzjoni legali, għandu jkun obbligat li jinforma lil partijiet terzi li qegħdin jipproċessaw din id-data li s-suġġett tad-data jitolbu jħassar kwalunkwe rabta ma’, jew kopji jew replika ta’ dik id-data personali. Biex jiżgura din l-informazzjoni, il-kontrollur għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli, inklużi miżuri tekniċi, fir-rigward meħtieġa biex titħassar id-data, inkluż minn partijiet terzi, mingħajr preġudizzju għad-dritt tas-suġġett tad-data għall-pubblikazzjoni li għaliha l-kontrollur huwa responsabbli. Fir-rigward ta’ pubblikazzjoni ta’ data personali ta’ parti terza, il-kontrollur għandu jkun ikkunsidrat bħala responsabbli għall-pubblikazzjoni, meta l-kontrollur ikun awtorizza l-pubblikazzjoni mill-parti terza. li jitlob kumpens. [Em. 28]

(54a)  Data miċħuda mis-suġġett tad-data, li l-verità jew il-falsità tagħha ma tistax tiġi stabbilita għandha tiġi mblokkata sakemm il-kwistjoni tiġi ċċarata. [Em. 29]

(55)  Sabiex isaħħu aktar il-kontroll fuq id-data tagħhom u d-dritt tagħhom għall-aċċess, is-suġġetti tad-data għandu jkollhom id-dritt, fejn id-data personali tkun ipproċessata b’mezzi elettroniċi u f’format strutturat u użat b’mod komuni, li jiksbu kopja tad-data dwarhom f’format elettroniku użat komunement. Is-suġġett tad-data għandu jitħalla wkoll jittrasmetti dik id-data, li kien ipprovda, minn applikazzjoni awtomatizzata, bħal netwerk soċjali, għal oħra. Kontrolluri tad-data għandhom jiġu inkoraġġuti jiżviluppaw formats interoperabbli li jippermettu l-portabbiltà tad-data. Dan għandu japplika meta s-suġġett tad-data pprovda d-data lis-sistema ta’ pproċessar awtomatizzata, abbażi tal-kunsens tiegħu jew fit-twettiq ta’ kuntratt. Il-fornituri ta' servizzi ta' soċjetà tal-informazzjoni m'għandhomx jagħmlu t-trasferiment ta' dik id-data obbligatorju għall-forniment tas-servizzi tagħhom. [Em. 30]

(56)  F’każijiet fejn id-data personali tista’ tkun ipproċessata legalment sabiex tipproteġi l-interessi vitali tas-suġġett tad-data, jew għal raġunijiet ta’ interess pubbliku, awtorità uffiċjali jew l-interessi leġittimi ta’ kontrollur, kwalunkwe suġġett tad-data għandu madankollu jkun intitolat joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ kull data li tirrigwardah , mingħajr ħlas u b'mod li jista' jintuża faċilment u b'mod effettiv. L-oneru tal-prova għandu jkun f’idejn il-kontrollur li juri li l-interessi leġittimi tiegħu jistgħu jegħlbu l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data. [Em. 31]

(57)  Meta d-data personali tkun ipproċessata għall-għanijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta, is-suġġett tad-data għandu s-suġġett tad-data jkollu d-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar, il-kontrollur għandu, għal dan l-ipproċessar mingħajr ħlas u b’mod li jkun jista’ jiġi invokat faċilment u b'mod effettivespliċitu, joffrih lis-suġġett tad-data b'mod u forma li jintgħarfu, bl-użu ta' lingwaċċ ċar u sempliċi u għandu jiddistingwih b'mod ċar minn informazzjoni oħra. [Em. 32]

(58)  Mingħajr preġudizzju għal-legalità tal-ipproċessar tad-data, kull persuna fiżika għandu jkollha d-dritt li ma tkunx soġġetta għal miżura li hija bbażata fuq toġġezzjona għat-tfassil ta' profili. It-tfassil ta’ profili permezz ta’ pproċessar awtomatizzat. Madankollu, din il-miżura għandha tkun permessali jwassal għal miżuri b'effetti legali li jirrigwardaw s-suġġett tad-data jew li jaffettwa b'mod simili u sinifikanti l-interessi, id-drittijiet jew il-libertajiet tas-suġġett tad-data kkonċernat għandu jkun permess biss meta tkunjkun espressament awtorizzata awtorizzat mil-liġi, imwettqaimwettaq waqt id-dħul fi jew it-twettiq ta’ kuntratt, jew meta s-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens. Fi kwalunkwe każ, dan l-ipproċessar għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa, inkluża informazzjoni speċifika tas-suġġett tad-data u d-dritt li jikseb intervent umanvalutazzjoni umana u li miżura bħal din ma għandhiex tirrigwarda tfal. Tali miżuri m'għandhomx iwasslu għal diskriminazzjoni kontra individwi abbażi tar-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-sħubija ma' trejdjunjin, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru. [Em. 33]

(58a)   It-tfassil ta' profili bbażat biss fuq l-ipproċessar ta' data psewdonima għandu jitqies li ma jaffettwax b'mod sinifikanti l-interessi, id-drittijiet jew il-libertajiet tas-suġġett tad-data. Fejn it-tfassil ta' profili, ibbażat fuq sors uniku ta' data psewdonima jew fuq l-aggregazzjoni ta' data psewdonima minn diversi sorsi, jippermetti lill-kontrollur jattribwixxi data psewdonoma għal suġġett tad-data speċifika, id-data proċessata m'għandhiex tibqa' titqies bħala psewdonoma. [Em. 34]

(59)  Ir-restrizzjonijiet fuq prinċipji speċifiċi u fuq id-drittijiet ta’ informazzjoni, aċċess, rettifika u tħassir jew fuq id-dritt għall-portabbiltà tad-data għall-aċċess u għall-kisba ta' data, id-dritt għall-oġġezzjoni, il-miżuri bbażati fuq it-tfassil ta’ profili, kif ukoll fuq il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lil suġġett tad-data u dwar ċerti obbligi relatati tal-kontrolluri jistgħu jiġu imposti mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, sa fejn ikun meħtieġ u proporzjonat f’soċjetà demokratika biex tiġi salvagwardjatassalvagwardjata s-sigurtà pubblika, inkluża l-protezzjoni tal-ħajja tal-bniedem speċjalment fir-rispons b'reazzjoni għal diżastri naturali jew magħmula ikkawżati mill-bniedem, il-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew ksur ta’ etika għal professjonijiet regolati, interessi pubbliċi speċifiċi u definiti sew oħra tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, jew il-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni oħrajn. Dawk ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. [Em. 35]

(60)  Għandha tiġi stabbiliti r-responsabbiltà komprensiva tal-kontrollur għal kwalunkwe pproċessar ta’ data personali li jitwettaq mill-kontrollur jew f’isem il-kontrollur. b'mod partikolari fir-rigward tad-dokumentazzjoni, is-sigurtà tad-data, il-valutazzjonijiet tal-impatt, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u s-sorveljanza mill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data. B’mod partikolari, il-kontrollur għandu jiżgura u jkun obbligat li, jista' juri l-konformità ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ma’ dan ir-Regolament. Dan għandu jiġi vverifikat minn awdituri interni jew esterni indipendenti. [Em. 36]

(61)  Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali teħtieġ li jittieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa, kemm fiż-żmien tad-disinn tal-ipproċessar u fiż-żmien tal-ipproċessar innifsu, sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. Sabiex jassigura u juri konformità ma’ dan ir-Regolament, il-kontrollur għandu jadotta politiki interni u jimplimenta miżuri xierqa, li b’mod partikolari jissodisfaw il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data bid-disinn u l-protezzjoni tad-data b’mod awtomatiku. Il-prinċipju tal-protezzjoni tad-data bid-disinn jeħtieġ li l-protezzjoni tad-data tkun inkorporata fiċ-ċiklu kollu tal-ħajja tat-teknoloġija, mill-istadju bikri tad-disinn, sal-iskjerament, l-użu u r-rimi finali tagħha. Dan għandu jinkludi wkoll ir-responsabbiltà għall-prodotti u s-servizzi użati mill-kontrollur jew il-proċessur. Il-prinċipju tal-protezzjoni tad-data b’mod awtomatiku jeħtieġ li settings tal-privatezza fuq servizzi u prodotti li għandhom awtomatikament jikkonformaw mal-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-data, bħalma huma l-minimizzazzjoni tad-data u l-limitazzjoni tal-iskop. [Em. 37]

(62)  Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data kif ukoll ir-responsabbiltà tal-kontrolluri u l-proċessuri, ukoll fir-rigward tas-sorveljanza minn u l-miżuri ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni, titlob attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet taħt dan ir-Regolament, inkluż fejn kontrollur jistabbilixxi l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar flimkien ma’ kontrolluri oħra jew meta operazzjoni ta’ pproċessar titwettaq f’isem kontrollur. L-arranġament bejn il-kontrolluri konġunti għandu jirrifletti r-rwoli u r-relazzjonijiet effettivi tal-kontrolluri. L-ipproċessar ta' data personali taħt dan ir-Regolament għandu jinkludi l-permess biex kontrollur jibgħat id-data lil kontrollur konġunt jew lil proċessur għall-ipproċessar tad-data f'isimhom. [Em. 38]

(63)  Meta kontrollur, li mhuwiex stabbilit fl-Unjoni jipproċessa data personali ta’ suġġetti tad-data li jgħix fl-Unjoni li l-attivitajiet ta’ pproċessar tiegħu huma relatati mal-offerta ta’ prodotti jew servizzi lil dawn is-suġġetti tad-data, jew mal-monitoraġġ tal-imġiba tagħhom, il-kontrollur għandu jaħtar rappreżentant, sakemm il-kontrollur ma jkunx stabbilit f’pajjiż terz li jiżgura livell xieraq ta’ protezzjoni, jew il-kontrollur l-ipproċessar jirrigwarda inqas minn 5000 suġġetti tad-data waqt kwalunkwe perjodu ta' 12-il xahar u ma jitwettaqx fuq kategoriji speċjali ta' data personali, jew ikun impriża żgħira jew ta’ daqs medju jew awtorità jew korp pubbliku jew meta l-kontrollur ikun qiegħed joffri prodotti jew servizzi okkażjonalment biss lil dawn is-suġġetti tad-data. Ir-rappreżentant għandu jaġixxi f’isem il-kontrollur u li jista’ jkun indirizzat minn kwalunkwe awtorità ta’ superviżjoni. [Em. 39]

(64)  Sabiex jiġi ddeterminat jekk kontrollur ikunx qiegħed joffri prodotti jew servizzi okkażjonalment biss lil dawn is-suġġetti tad-data li jgħixu fl-Unjoni, għandu jiġi vverifikat jekk jirriżultax mill-attivitajiet ġenerali tal-kontrollur li l-offerta ta’ prodotti u servizzi lil dawn is-suġġetti hijiex anċillari għal dawk l-attivitajiet prinċipali. [Em. 40]

(65)  Sabiex ikun jista' juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jiddokumenta kull operazzjoni ta’ pproċessar jżomm id-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Kull kontrollur u proċessur għandu jkun obbligat li jikkoopera mal-awtorità ta’ superviżjoni u jagħmel din id-dokumentazzjoni disponibbli meta tintalab, sabiex tkun tista’ sservi għas-sorveljanza ta’ dawn l-operazzjonijiet ta’ pproċessar għall-evalwazzjoni tal-konformità ma' dan ir-Regolament. Madankollu, għandha ssir enfasi fuq u tingħata importanza wkoll lill-prattika tajba u l-konformità u mhux biss l-ikkompletar tad-dokumentazzjoni. [Em. 41].

(66)  Sabiex iżomm is-sigurtà u jipprevjeni l-ipproċessar li jikser dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jevalwa r-riskji inerenti għall-ipproċessar u jimplimenta miżuri sabiex itaffi dawk ir-riskji. Dawn il-miżuri għandhom jiżguraw livell xieraq ta’ sigurtà, filwaqt li jikkunsidraw it-teknoloġija u l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tagħhom b’konnessjoni mar-riskji u n-natura tad-data personali li għandha tkun protetta. Meta tistabbilixxi standards tekniċi u miżuri ta’ organizzazzjoni biex tiżgura s-sigurtà tal-ipproċessar, il-Kummissjoni għandha tippromwovigħandhom ikunu promossi n-newtralità teknoloġika, l-interoperabbiltà u l-innovazzjoni u fejn adatt tikkoopera ma’għandha titħeġġeġ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi. [Em. 42]

(67)  Ksur ta’ data personali, jekk ma jiġix indirizzat b’mod adegwat u fil-ħin, jista’ jirriżulta f’telf ekonomiku sostanzjali u ħsara soċjali, inkluża l-frodi tal-identità, għall-individwu kkonċernat. Għaldaqstant, malli l-kontrollur isir konxju li sar ksur bħal dan, il-kontrollur għandu jinnotifika l-ksur lill-awtorità ta’ superviżjoni mingħajr dewmien żejjed u, fejn possibbli, fi żmien 24, li għandu jitqies bħala mhux iktar tard minn 72 siegħa. Meta dan ma jkunx jista’ jinkiseb fi żmien 24 siegħa,Jekk applikabbli, in-notifika għandha tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni għar-raġunijiet tad-dewmien. L-individwi li d-data personali tagħhom tista’ tkun affettwata ħażin mill-ksur għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien bla bżonn sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Ksur għandu jitqies li jaffettwa ħażin id-data personali jew il-privatezza ta’ suġġett tad-data meta dan ikun jista’ jwassal, pereżempju, għal serq ta’ identità jew frodi , ħsara fiżika, umiljazzjoni sinifikanti jew ħsara għar-reputazzjoni. In-notifika għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-data personali u tifformula rakkomandazzjonijiet lill-individwu kkonċernat biex jitnaqqsu l-effetti negattivi potenzjali. In-notifiki lis-suġġetti tad-data għandhom jsiru malajr kemm jista’ jkun raġonevolment fattibbli, u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità ta’ superviżjoni u b’mod li jirrispetta l-gwida mogħtija minnha jew minn awtoritajiet rilevanti oħra (eż. awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi). Pereżempju, l-opportunità għal suġġetti tad-data li jnaqqsu riskju immedjat ta’ ħsara, issejjaħ għal notifika immedjata tas-suġġetti tad-data filwaqt li l-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri xierqa kontra ksur simili jew kontinwu tista’ tiġġustifika dewmien itwal. [Em. 43]

(68)  Sabiex jiġi stabbilit jekk ksur tad-data personali għandux jiġi nnotifikat lill-awtorità ta’ superviżjoni u lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien żejjed, għandu jiġi vverifikat jekk il-kontrollur jkunx implimenta u applika protezzjoni teknoloġika xierqa u miżuri organizzattivi biex jistabbilixxi immedjatament jekk tkunx seħħet ksur ta’ data personali u biex jinforma minnufih lill-awtorità ta’ superviżjoni u lis-suġġett tad-data, qabel iseħħ xi dannu fuq l-interessi personali u ekonomiċi, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari n-natura u l-gravità tal-ksur tad-data personali u l-konsegwenzi u l-effetti negattivi tagħha għas-suġġett tad-data.

(69)  Waqt l-iffissar ta’ regoli dettaljati dwar il-format u l-proċeduri applikabbli għan-notifika ta’ ksur ta’ data personali, għandha tingħata konsiderazzjoni xierqa liċ-ċirkostanzi tal-ksur, inkluż jekk id-data personali kinitx protetta b’miżuri xierqa ta’ protezzjoni teknika , li jnaqqsu b’mod effettiv il-possibbiltà ta’ frodi tal-identità jew forom oħra ta’ użu ħażin. Barra minn hekk, dawn ir-regoli u l-proċeduri għandhom iqisu l-interessi leġittimi tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi f’każijiet fejn l-iżvelar bikri jista’ jxekkel mingħajr bżonn l-investigazzjoni taċ-ċirkostanzi ta’ ksur.

(70)  Id-Direttiva 95/46/KE pprovdiet għal obbligu ġenerali biex jiġi nnotifikat l-ipproċessar tad-data personali lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni. Filwaqt li dan l-obbligu jipproduċi oneri finanzjarji u amministrattivi, ma kkontribwixxiex fil-każijiet kollha għat-titjib tal-protezzjoni tad-data personali. Għaldaqstant, dan l-obbligu ta’ notifika ġenerali bla distinzjoni għandu jitneħħa, u jiġi sostitwit minn proċeduri u mekkaniżmi effettivi li jiffokaw minflok fuq dawk l-operazzjonijiet ta’ pproċessar li aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data skont in-natura tagħhom, l-ambitu tagħhom jew l-għanijiet tagħhom. F’dawn il-każijiet, għandha ssir valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data mill-kontrollur jew il-proċessur qabel l-ipproċessar, li b’mod partikolari għandha tinkludi l-miżuri, is-salvagwardji u l-mekkaniżmi previsti sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali u sabiex tintwera l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

(71)  Dan għandu japplika b’mod partikolari għal sistemi ta’ arkivjar fuq skala kbira li għadhom kif jiġu stabbiliti, li għandhom l-għan li jipproċessaw ammont konsiderevoli ta’ data personali fil-livell reġjonali, nazzjonali jew supranazzjonali u li jistgħu jaffettwaw għadd kbir ta’ suġġetti tad-data.

(71a)  Il-valutazzjonijiet tal-impatt huma l-qalba essenzjali ta’ kull qafas ta’ protezzjoni tad-data sostenibbli, li jiżgura li l-impriżi jkunu konxji mill-bidu tal-konsegwenzi kollha possibbli tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ data tagħhom. Jekk il-valutazzjonijiet tal-impatt isiru bir-reqqa, iċ-ċans ta’ kwalunkwe ksur tad-data jew operazzjoni intrużivi għall-privatezza jista’ jkun fundamentalment limitat. Il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-protezzjoni tad-data għandhom konsegwentement jikkunsidraw il-ġestjoni sħiħa taċ-ċiklu tal-ħajja tad-data personali mill-ġbir sal-ipproċessar sat-tħassir, filwaqt illi jiddeskrivu fid-dettall l-operazzjonijiet tal-ipproċessar previsti, ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, il-miżuri previsti sabiex jiġu indirizzati r-riskji, is-salvagwardji, il-miżuri ta’ sigurtà u l-mekkaniżmi sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament. [Em. 44]

(71b)  Il-kontrolluri għandhom jiffukaw fuq il-protezzjoni tad-data personali matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tad-data mill-ġbir għall-ipproċessar sat-tħassir billi jsir investiment mill-bidu f’qafas tal-ġestjoni tad-data sostenibbli u billi dan jiġi segwit minn mekkaniżmu ta’ konformità komprensiv. [Em. 45]

(72)  Hemm ċirkostanzi li taħthom jista’ jkun sensibbli u ekonomiku li s-suġġett ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-data jkun usa’ minn proġett wieħed, pereżempju fejn awtoritajiet jew korpi pubbliċi jkollhom l-intenzjoni li jistabbilixxu applikazzjoni jew pjattaforma ta’ pproċessar komuni jew fejn diversi kontrolluri għandhom il-pjan li jintroduċu applikazzjoni komuni jew ambjent ta’ pproċessar f’settur jew segment industrijali jew għal attività orizzontali li tintuża b’mod wiesa’.

(73)  Il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-protezzjoni tad-data għandhom jitwettqu minn awtorità pubblika jew korp pubbliku jekk din il-valutazzjoni ma tkunx diġà ġiet ippreżentata fil-kuntest tal-adozzjoni tal-liġi nazzjonali li l-eżekuzzjoni tal-kompiti tal-awtorità pubblika jew tal-entità pubblika hija bbażata fuqhom u li tirregola l-operazzjoni ta’ pproċessar speċifiku jew sett ta’ operazzjonijiet in kwistjoni. [Em. 46]

(74)  Fejn valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data tindika li l-operazzjonijiet ta’ pproċessar jinvolvu grad għoli ta’ riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, bħall-esklużjoni tal-individwi mid-dritt tagħhom, jew bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda speċifiċi, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jew l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tkun ikkonsultata għandhom ikunu ikkonsultati, qabel jinbdew l-operazzjonijiet, dwar ipproċessar riskjuż li jista’ ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, u li tagħmeljagħmlu proposti sabiex tirrimedjajirrimedjaw sitwazzjoni għandhom ikunu ikkonsultati,bħal din. Din il-konsultazzjoniKonsultazzjoni mal-awtorità ta' superviżjoni għandha sseħħ ukoll matul it-tħejjija kemm ta’ miżura mill-parlament nazzjonali kif ukoll ta’ miżura bbażata fuq miżura leġiżlattiva li tiddefinixxi n-natura tal-ipproċessar u tistabbilixxi salvagwardji xierqa. [Em. 47]

(74a)  Il-valutazzjonijiet tal-impatt jistgħu jkunu ta’ għajnuna biss, jekk il-kontrolluri jiżguraw li jikkonformaw mal-wegħdiet oriġinarjament stabbiliti fihom. Il-kontrolluri tad-data għandhom għalhekk iwettqu reviżjonijiet perjodiċi tal-konformità mal-protezzjoni tad-data li juru li l-mekkaniżmi tal-ipproċessar tad-data fis-seħħ jikkonformaw ma’ assigurazzjonijiet magħmula fil-valutazzjoni tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-data. Għandhom juru wkoll l-abilità tal-kontrollur tad-data li jikkonforma mal-għażliet awtonomi tas-suġġetti tad-data. Barra minn hekk, f’każ li r-reviżjoni ssib inkonsistenzi fil-konformità, għandha tenfasizzahom u tippreżenta rakkomandazzjonijiet dwar kif tinkiseb konformità sħiħa. [Em. 48]

(75)  Meta l-ipproċessar isir fis-settur pubbliku jew meta, fis-settur privat, l-ipproċessar ikollu x’jaqsam ma’ aktar isir minn impriża kbira5000 suġġett tad-data fi żmien 12-il xahar, jew fejn l-attivitajiet ewlenin tiegħu, irrispettivament mid-daqs tal-impriża, jinvolvu operazzjonijiet ta’ pproċessar dwar data sensittiva, jew operazzjonijiet ta' pproċessar li jeħtieġu monitoraġġ regolari u sistematiku, persuna għandha tgħin lill-kontrollur jew lill-proċessur jissorvelja l-konformità interna ma’ dan ir-Regolament. Meta jistabbilixxu jekk id-data dwar numru kbir ta’ suġġetti tad-data hux jiġu pproċessati, din m’għandhiex tittieħed f’kunsiderazzjoni jekk id-data arkivjata tkun ristretta b’tali mod li ma jkunux soġġetti għall-aċċess għad-data normali u operazzjonijiet ta’ pproċessar tal-kontrollur u ma jistgħux jiġu mibdula. Dan l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data, kemm jekk ikun impjegat tal-kontrollur u jekk qed iwettaq dak il-kompitu full time jew le, kif ukoll jekk ma jkunx, għandu jkun f’pożizzjoni li jwettaq id-dmirijiet u l-kompiti tiegħu b’mod indipendenti u jgawdi minn protezzjoni speċjali kontra t-tkeċċija. Ir-responsabbiltà finali għandha tibqa’ tal-maniġment ta’ organizzazzjoni. L-uffiċjal għall-protezzjoni tad-data għandu b’mod partikolari jiġi kkonsultat qabel ma jsiru d-disinn, l-akkwist, l-iżvilupp u t-twaqqif ta’ sistemi għall-ipproċessar awtomatizzat tad-data personali, sabiex jiġi żgurat l-prinċipji tal-privatezza fid-disinn u l-privatezza awtomatika. [Em. 49]

(75a)  L-uffiċjal għall-protezzjoni tad-data għandu jkollu mill-inqas il-kwalifiki li ġejjin: għarfien estensiv tal-kontenut u l-applikazzjoni tal-liġi ta’ protezzjoni tad-data, inklużi l-miżuri tekniċi u organizzattivi u l-proċeduri; ħakma ta’ rekwiżiti tekniċi għall-privatezza fid-disinn, il-privatezza awtomatika u sigurtà tad-data; għarfien speċifiku għall-industrija skont id-daqs tal-kontrollur jew tal-proċessur u s-sensittività tad-data li għandha tiġi pproċessata; il-kapaċità li jwettaq spezzjonijiet, konsultazzjoni, dokumentazzjoni, u l-analiżi tal-log fajl; u l-abilità li jaħdem ma’ rappreżentanza tal-impjegati. Il-kontrollur għandu jippermetti lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data biex jieħu sehem fil-miżuri ta’ taħriġ avvanzati biex iżomm l-għarfien speċjalizzat meħtieġ biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu jew tagħha. Il-ħatra bħala uffiċjal tal-protezzjoni tad-data ma tirrikjedix neċessarjament l-impjieg full-time tal-impjegat rispettiv. [Em. 50]

(76)  Assoċjazzjonijiet jew korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta’ kontrolluri għandhom ikunu mħeġġa, wara konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-impjegati, li jfasslu kodiċijiet ta’ kondotta, fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tal-ipproċessar li jsir f’ċerti setturi. Kodiċijiet bħal dawn għandhom jiffaċilitaw għall-industrija l-konformità ma' dan ir-Regolament. [Em. 51]

(77)  Sabiex jitjiebu t-trasparenza u l-konformità ma’ dan ir-Regolament, għandu jiġi mħeġġeġ l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni, siġilli u marki standardizzati ta’ protezzjoni tad-data, sabiex jippermettu lis-suġġetti tad-data jevalwaw malajrb’mod affidabbli u verifikabbli, il-livell ta’ protezzjoni tad-data ta’ prodotti u servizzi rilevanti. Siġill Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi stabbilit fil-livell Ewropew biex tinħoloq fiduċja fost is-suġġetti tad-data, ċertezza legali għall-kontrolluri, u fl-istess ħin jesporta l-istandards Ewropej għall-protezzjoni tad-data billi jippermetti li l-kumpaniji mhux Ewropej jidħlu fis-swieq Ewropej billi jiġu ċċertifikati. [Em. 52]

(78)  Il-flussi transkonfinali ta’ data personali huma meħtieġa għall-espansjoni tal-kummerċ internazzjonali u l-kooperazzjoni internazzjonali. Iż-żieda f’dawn il-flussi żiedet sfidi u tħassib ġodda fir-rigward tal-protezzjoni ta’ data personali. Madankollu, meta d-data personali tkun trasferita mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi jew lejn organizzazzjonijiet internazzjonali, il-livell ta’ protezzjoni tal-individwi ggarantita fl-Unjoni minn dan ir-Regolament m’għandux jiddgħajjef.. Fi kwalunkwe każ, it-trasferimenti lejn pajjiżi terzi jistgħu jsiru biss f’konformità sħiħa ma’ dan ir-Regolament.

(79)  Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal ftehimiet internazzjonali konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi li jirregolaw it-trasferiment ta’ data personali inklużi s-salvagwardji xierqa għas-suġġetti tad-data filwaqt li jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni għad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini. [Em. 53]

(80)  Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi b’effett għall-Unjoni kollha li ċerti pajjiżi terzi, jew territorju jew settur ta’ pproċessar fi ħdan pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, joffru livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data, u b’hekk jipprovdu ċertezza legali u uniformità madwar l-Unjoni rigward il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali li huma kkunsidrati li jipprovdu dan il-livell ta’ protezzjoni. F’dawn il-każijiet, it-trasferimenti ta’ data personali lil dawn il-pajjiżi jistgħu isiru mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb xi awtorizzazzjoni ulterjuriIl-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi wkoll, meta tkun tat notifika u ġustifikazzjoni sħiħa lill-pajjiż terz, li tirrevoka deċiżjoni bħal din. [Em. 54]

(81)  F’konformità mal-valuri fundamentali li fuqhom hija bbażata l-Unjoni, b’mod partikolari l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-Kummissjoni, fl-evalwazzjoni tagħha tal-pajjiż terz, għandha tikkunsidra kif pajjiż terz partikolari jirrispetta l-istat tad-dritt, l-aċċess għall-ġustizzja kif ukoll ir-regoli u l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

(82)  Il-Kummissjoni tista’ tirrikonoxxi wkoll li pajjiż terz, jew territorju jew settur ta’ pproċessar fi ħdan pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, ma joffrux livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data. Kwalunkwe leġiżlazzjoni li tagħti aċċess barra mit-territorju għal data personali pproċessata fl-Unjoni mingħajr awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru għandha titqies bħala indikazzjoni ta' nuqqas ta' adegwatezza. Għaldaqstant, it-trasferiment tad-data personali lejn dak il-pajjiż terz ma għandux ikun permess. F’dak il-każ, għandu jsir provvediment għal konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali bħal dawn. [Em. 55]

(83)  Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jieħu miżuri sabiex jikkumpensa għan-nuqqas ta’ protezzjoni tad-data f’pajjiż terz permezz ta’ salvagwardji xierqa għas-suġġett tad-data. Dawn is-salvagwardji xierqa jistgħu jikkonsistu mill-użu ta’ regoli korporattivi vinkolanti, klawżoli tal-protezzjoni tad-data standard adottati mill-Kummissjoni, klawżoli ta’ protezzjoni tad-data standard adottati minn awtorità ta’ superviżjoni jew klawżoli kuntrattwali awtorizzati minn awtorità ta’ superviżjoni. jew miżuri xierqa u proporzjonati oħra ġġustifikati fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha madwar operazzjoni tat-trasferiment tad-data jew sett ta’ operazzjonijiet ta’ trasferimentDawk is-salvagwardji xierqa għandhom iħaddnu rispett tad-drittijiet tas-suġġett tad-data adegwat għall-ipproċessar intra-UE, b’mod partikolari fir-rigward tad-data personali, jissalvagwardjaw id-drittijiet tas-suġġett tad-data u jipprovdu mekkaniżmi ta' rimedju effettiv, jiżguraw l-osservanza tal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data fid-disinn u b'mod awtomatiku, jiggarantixxu l-eżistenza ta' uffiċjali tal-protezzjoni tad-data.u meta awtorizzati minn awtorità ta’ superviżjoni. [Em. 56]

(84)  Il-possibbiltà għall-kontrollur jew għall-proċessur li juża klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-data adottati mill-Kummissjoni jew minn awtorità ta’ superviżjoni la għandha tipprevjeni l-possibbiltà għall-kontrolluri jew il-proċessuri li jinkludu l-klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-data f’kuntratt usa’ u lanqas li jżidu klawżoli oħrajn jew salvagwardji supplementari sakemm ma jikkontradixxux, b’mod dirett jew indirett, il-klawżoli kuntrattwali standard adottati mill-Kummissjoni jew minn awtorità ta’ superviżjoni jew jippreġudikaw id-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data. Il-klawżoli tal-protezzjoni tad-data standard adottati mill-Kummissjoni jistgħu jkopru sitwazzjonijiet differenti, bħal trasferimenti minn kontrolluri stabbiliti fl-Unjoni għal kontrolluri stabbiliti barra mill-Unjoni u minn kontrolluri stabbiliti fl-Unjoni għal kontrolluri, inklużi sub-proċessuri, stabbiliti barra l-Unjoni . Il-kontrolluri u l-proċessuri għandhom jiġu mħeġġa jipprovdu salvagwardji saħansitra iktar sobusti permezz ta' impenji kuntrattwali addizzjonali li jissupplementaw il-klawżoli ta' protezzjoni standard. [Em. 57]

(85)  Grupp korporattiv għandu jkun jista’ juża regoli korporattivi vinkolanti approvati għat-trasferiment internazzjonali tiegħu mill-Unjoni lejn organizzazzjonijiet fl-istess grupp korporattiv ta’ impriżi, sakemm dawn ir-regoli korporattivi jinkludu l-prinċipji essenzjali u d-drittijiet infurzabbli kollha li jassiguraw salvagwardji xierqa għat-trasferimenti jew għal kategoriji ta’ trasferimenti ta’ data personali. [Em. 58]

(86)  Għandhom isiru provvedimenti għall-possibbiltà ta’ trasferimenti f’ċerti ċirkostanzi fejn is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens tiegħu, fejn it-trasferiment huwa meħtieġ minħabba xi kuntratt jew talba legali, fejn raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku stabbilit mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru hekk jeħtieġu, jew fejn it-trasferiment isir minn reġistru stabbilit mil-liġi u maħsub għall-konsultazzjoni mill-pubbliku jew persuni li jkollhom interess leġittimu. F’dan l-aħħar każ dan it-trasferiment ma għandux jinvolvi d-data kollha jew kategoriji sħaħ tad-data li tinsab fir-reġistru u, meta r-reġistru huwa maħsub għall-konsultazzjoni mill-pubbliku jew persuni li jkollhom interess leġittimu, it-trasferiment għandu jsir biss fuq it-talba ta’ dawk il-persuni jew jekk sejrin ikunu r-riċevituri, filwaqt illi jitqiesu għalkollox l-interessi u d-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-data. [Em. 59]

(87)  Dawn id-derogi għandhom b’mod partikolari japplikaw għal trasferimenti tad-data meħtieġa u neċessarji għall-protezzjoni ta’ raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, pereżempju f’każijiet ta’ trasferimenti internazzjonali ta’ data bejn awtoritajiet tal-kompetizzjoni, amministrazzjonijiet tad-dwana jew tat-taxxa, awtoritajiet superviżorji finanzjarji, bejn servizzi li huma kompetenti għal kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali jew għas-saħħa pubblika, jew għal awtoritajiet pubbliċi kompetenti għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejba u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, inkluż għall-prevenzjoni ta' ħasil ta' flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroristi. It-trasferiment ta' data personali għandu bl-istess mod jitqies bħala legali fejn ikun meħtieġ għall-protezzjoni ta' interess li hu essenzjali għas-suġġett tad-data jew il-ħajja ta' persuna oħra, jekk is-suġġett tad-data ma jkunx jista' jagħti l-kunsens. It-trasferiment ta’ data personali għal dawn ir-raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku għandu jintuża biss għal trasferimenti li ma jsirux ta' sikwit. F’kull każ, għandha ssir evalwazzjoni attenta taċ-ċirkostanzi kollha tat-trasferiment. [Em. 60]

(88)  It-trasferimenti, li ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala frekwenti jew kbar, jistgħu jkunu possibbli wkoll għall-finijiet tal-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur jew il-proċessur, meta jkunu vvalutaw iċ-ċirkostanzi kollha madwar it-trasferiment tad-data. Għall-finijiet ta’ pproċessar għal skopijiet ta’ riċerka storika, xjentifika u tal-istatistika, għandu jittieħed kont tal-aspettattivi leġittimi tas-soċjetà għal żieda tal-għarfien. [Em. 61]

(89)  Fi kwalunkwe każ, meta l-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda deċiżjoni dwar il-livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data f’pajjiż terz, il-kontrollur jew il-proċessur għandu juża soluzzjonijiet li jipprovdu lis-suġġetti tad-data b’garanzija legalment vinkolanti li sejrin ikomplu jgawdu mid-drittijiet fundamentali u s-salvagwardji fir-rigward tal-ipproċessar tad-data tagħhom fl-Unjoni ladarba din id-data tkun trasferita, sal-punt li l-ipproċessar ma jkunx kbir, ripetittiv u strutturali. Dik il-garanzija għandha tinkludi indemnifikazzjoni finanzjarja f’każijiet ta’ telf jew aċċess mhux awtorizzat jew ipproċessar tad-data u obbligu, irrispettivament mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jiġu provduti dettalji sħaħ ta’ kull aċċess għad-data minn awtoritajiet pubbliċi fil-pajjiż terz. [Em. 62]

(90)  Xi pajjiżi terzi jattwaw liġijiet, regolamenti u strumenti leġiżlattivi oħra li jkunu intenzjonati sabiex jirregolaw direttament l-attivitajiet ta’ pproċessar tad-data ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri. L-applikazzjoni ekstraterritorjali ta’ dawn il-liġijiet, regolamenti u strumenti leġiżlattivi oħra tista’ tikser il-liġi internazzjonali u tista’ xxekkel il-kisba tal-protezzjoni ta’ individwi ggarantita fl-Unjoni b’dan ir-Regolament. It-trasferimenti għandhom ikunu permessi biss fejn ikunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għal trasferiment lejn pajjiż terz. Dan jista’ jkun il-każ fost l-oħrajn fejn l-iżvelar huwa neċessarju għal raġuni importanti ta’ interess pubbliku rikonoxxuta fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi ta’ Stat Membru li għaliha jkun suġġett il-kontrollur. Il-kundizzjonijiet li taħthom teżisti raġuni importanti ta’ interess pubbliku għandhom ikunu speċifikati aktar f’att delegat tal-Kummissjoni. F’każijiet fejn il-kontrolluri jew il-proċessuri jiġu kkonfrontati b’rekwiżiti ta’ konformità konfliġġenti bejn il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni min-naħa waħda, u dik ta’ pajjiż terz min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-liġi tal-Unjoni tieħu preċedenza f’kull ħin. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida u għajnuna għall-kontrollur u l-proċessur, u għandha tfittex li tirriżolvi l-kunflitt ġurisdizzjonali mal-pajjiż terz inkwistjoni. [Em. 63]

(91)  Meta d-data personali tgħaddi bejn il-fruntieri, hija tista’ tpoġġi f’riskju akbar il-ħila tal-individwi li jeżerċitaw id-drittijiet ta’ protezzjoni tad-data b’mod partikolari sabiex jipproteġu lilhom infushom mill-użu jew l-iżvelar illegali ta’ dik l-informazzjoni. Fl-istess ħin, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni jistgħu jsibu li ma jistgħux isegwu l-ilmenti jew iwettqu investigazzjonijiet relatati mal-attivitajiet barra l-fruntieri tagħhom. L-isforzi tagħhom sabiex jaħdmu flimkien fil-kuntest transkonfinali jistgħu jkunu mxekkla wkoll minn nuqqas ta’ setgħat preventivi jew ta’ rimedju, sistemi legali inkonsistenti, u ostakoli prattiċi bħal restrizzjonijiet ta’ riżorsi. Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi promossa kooperazzjoni akbar mill-qrib fost l-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-protezzjoni tad-data sabiex tgħinhom fl-iskambju ta’ informazzjoni u fit-twettiq ta’ investigazzjonijiet mal-kontropartijiet internazzjonali tagħhom.

(92)  L-istabbiliment ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni fl-Istati Membri, li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom b’indipendenza sħiħa, huwa komponent essenzjali tal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu aktar minn awtorità ta’ superviżjoni waħda, sabiex jirriflettu l-istruttura kostituzzjonali, organizzattiva u amministrattiva tagħhom. Awtorità għandu jkollha riżorsi finanzjarji u personali adegwati sabiex twettaq bis-sħiħ ir-rwol tagħha, filwaqt illi jitqies id-daqs tal-popolazzjoni u l-ammont tal-ipproċessar tad-data personali. [Em. 64]

(93)  Meta Stat Membru jistabbilixxi diversi awtoritajiet ta’ superviżjoni, dan għandu jistabbilixxi bil-liġi, mekkaniżmi sabiex jassigura l-parteċipazzjoni effettiva ta’ dawk l-awtoritajiet ta’ superviżjoni fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza. Dak l-Istat Membru għandu b’mod partikolari jaħtar lill-awtorità ta’ superviżjoni li taħdem bħala punt ta’ kuntatt uniku għall-parteċipazzjoni effettiva ta’ dawk l-awtoritajiet fil-mekkaniżmu, sabiex jassigura kooperazzjoni rapida u bla xkiel ma’ awtoritajiet ta’ superviżjoni oħrajn, mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u mal-Kummissjoni.

(94)  Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tingħata riżorsi finanzjarji u umani adegwati, filwaqt illi tingħata attenzjoni partikolari għall-iżgurar ta’ ħiliet tekniċi u legali adegwati tal-persunal, bini u infrastruttura adegwati, li huwa meħtieġ huma meħtieġa għat-twettiq effettiv tal-kompiti tagħhom, inklużi għall-kompiti relatati mal-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet ta’ superviżjoni oħrajn fl-Unjoni kollha. [Em. 65]

(95)  Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom jiġu stabbiliti bil-liġi f’kull Stat Membru u b’mod partikolari għandhom jipprovdu li dawk il-membri għandhom jinħatru mill-parlament jew mill-gvern tal-Istat Membru b’attenzjoni biex tkun minimizzata l-possibbiltà ta’ interferenza politika, u jinkludu regoli dwar il-kwalifiki personali tal-membri, l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess u l-pożizzjoni ta’ dawk il-membri. [Em. 66]

(96)  L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jissorveljaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet skont dan ir-Regolament u jikkontribwixxu għall-applikazzjoni konsistenti tiegħu madwar l-Unjoni, sabiex jipproteġu lil persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom u jiffaċilitaw il-fluss liberu ta’ data personali fis-suq intern. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-Kummissjoni.

(97)  Fejn l-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni jseħħ f’aktar minn Stat Membru wieħed, awtorità superviżorja ta’ superviżjoni waħda għandha tkun kompetenti għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-kontrollur jew tal-proċessur taġixxi bħala punt ta’ kuntatt uniku u bħala l-awtorità responsabbli ewlenija biex tissorvelja lill-kontollur jew lill-proċessur fl-Unjoni kollha, u jieħu d-deċiżjonijiet relatati, sabiex tiżdied l-applikazzjoni konsistenti, tkun ipprovduta tipprovdi ċertezza legali u jonqos tnaqqas il-piż amministrattiv għal dawn il-kontrolluri u l-proċessuri. [Em. 67]

(98)  L-awtorità kompetentiewlenija, li tipprovdi dan il-punt uniku ta’ servizz, għandha tkun l-awtorità ta’ superviżjoni tal-Istat Membru li fiha l-kontrollur jew il-proċessur għandu l-istabbiliment ewlieni tiegħu jew ir-rappreżentant tiegħu. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista’ jaħtar lill-awtorità ewlenija permezz ta' mekkaniżmu ta' konsistenza f’ċerti każijiet fuq it-talba ta’ awtorità kompetenti. [Em. 68]

(98a)  Suġġetti tad-data li d-data personali tagħhom hija pproċessata minn kontrollur tad-data jew proċessur fi Stat Membru ieħor għandhom ikunu jistgħu jilmentaw lill-awtorità ta' superviżjoni tal-għażla tagħhom. L-awtorità ta' protezzjoni tad-data ewlenija għandha tikkoordina l-ħidma tagħha ma' dik tal-awtoritajiet involuti l-oħrajn. [Em. 69]

(99)  Filwaqt li dan ir-Regolament japplika wkoll għall-attivitajiet tal-qrati nazzjonali, il-kompetenza tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni ma għandhiex tkopri l-ipproċessar ta’ data personali meta l-qrati jkunu qegħdin jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom, sabiex tkun salvagwardjata l-indipendenza tal-imħallfin fit-twettiq tal-kompiti ġudizzjarji tagħhom. Madankollu, din l-eżenzjoni għandha tkun strettament limitata għal attivitajiet ġudizzjarji ġenwini f’kawżi fil-qorti u ma tapplikax għal attivitajiet oħrajn fejn l-mħallfin jistgħu jkunu involuti skont il-liġi nazzjonali.

(100)  Sabiex jiġu assigurati sorveljanza u infurzar konsistenti ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandu jkollhom l-istess dmirijiet u setgħat effettivi f’kull Stat Membru, fosthom setgħat ta’ investigazzjoni, intervent, deċiżjonijiet u sanzjonijiet legalment vinkolanti, b’mod partikolari f’każijiet ta’ lmenti mingħand individwi, u li jiparteċipaw fiproċedimenti legali. Is-setgħat investigattivi ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni rigward l-aċċess għall-postijiet għandhom ikunu eżerċitati f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali. Dan jirrigwarda b’mod partikolari l-kundizzjoni li qabel tinkiseb awtorizzazzjoni ġudizzjarja.

(101)  Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tisma’ l-ilmenti mressqa minn kwalunkwe suġġett tad-data jew assoċjazzjoni li qed taġixxi fl-interess pubbliku u għandha tinvestiga l-każ. L-investigazzjoni wara lment għandha titwettaq, soġġetta għal reviżjoni ġudizzjarja, safejn ikun xieraq fil-każ speċifiku. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tinforma lis-suġġett tad-data jew l-assoċjazzjoni dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment fi żmien raġonevoli. Jekk il-każ ikun jeħtieġ aktar investigazzjoni jew koordinazzjoni ma’ awtorità ta’ superviżjoni oħra, għandha tingħata informazzjoni intermedja lis-suġġett tad-data. [Em. 70]

(102)  L-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni indirizzati lill-pubbliku, għandhom jinkludu miżuri speċifiċi diretti lejn il-kontrolluri u l-proċessuri, inklużi mikroimpriżi, l-impriżi żgħar u medji, kif ukoll is-suġġetti tad-data.

(103)  L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jgħinu lil xulxin fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom u jipprovdu assistenza reċiproka, sabiex jiżguraw l-applikazzjoni u l-infurzar konsistenti ta’ dan ir-Regolament fis-suq intern.

(104)  Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha d-dritt li tipparteċipa f’operazzjonijiet konġunti bejn awtoritajiet ta’ superviżjoni. L-awtorità ta’ superviżjoni mitluba għandha tkun obbligata li twieġeb f’perjodu ta’ żmien definit.

(105)  Sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha, għandu jkun stabbilit mekkaniżmu ta’ konsistenza għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni nfushom u l-Kummissjoni. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika b’mod partikolari fejn awtorità ta’ superviżjoni jkollha l-ħsieb li tieħu miżura fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar li huma relatati mal-offerta ta’ prodotti, jew servizzi għal suġġetti tad-data f’bosta Stati Membri, jew għall-monitoraġġ ta’ dawn is-suġġetti tad-data, jew li jistgħu sostanzjalment jaffettwaw il-fluss liberu ta’ data personali. Dan għandu japplika wkoll meta xi awtorità ta’ superviżjoni jew il-Kummissjoni titlob li l-kwistjoni għandha tiġi trattata fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza. Barra minn hekk, is-suġġetti tad-data għandu jkollhom id-dritt li jiksbu l-konsistenza, jekk iqisu li xi miżura mill-Awtorità għall-Protezzjoni tad-Data ta’ xi Stat Membru ma tkunx issodisfat dan il-kriterju. Dan il-mekkaniżmu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura li l-Kummissjoni tista’ tieħu fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha skont it-Trattati. [Em. 71]

(106)  B’applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ konsistenza, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu joħroġ opinjoni, fi żmien perjodu ta’ żmien stabbilit, jekk maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu tiddeċiedi hekk jew jekk jintalab dan minn xi awtorità ta’ superviżjoni jew mill-Kummissjoni.

(106a)  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista’, f'każijiet individwali jadotta deċiżjoni vinkolanti għall-awtoritajiet ta' superviżjoni kompetenti. [Em. 72]

(107)  Sabiex tassigura l-konformità ma’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tadotta opinjoni dwar din il-kwistjoni, jew deċiżjoni, li titlob lill-awtorità ta’ superviżjoni tissospendi l-abbozz ta’ miżura tagħha. [Em. 73]

(108)  Jista’ jkun hemm ħtieġa urġenti ta’ azzjoni sabiex ikunu mħarsa l-interessi ta’ suġġetti tad-data, b’mod partikolari meta jkun jeżisti l-periklu li l-infurzar ta’ dritt ta’ suġġett tad-data jista’ jkun imfixkel b’mod konsiderevoli. Għaldaqstant, awtorità ta’ superviżjoni għandha tkun tista’ tadotta miżuri provviżorji b’perjodu speċifiku ta’ validità meta tapplika l-mekkaniżmu ta’ konsistenza.

(109)  L-applikazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu għandha tkun kundizzjoni għall-validità legali u l-infurzar tad-deċiżjoni rispettiva minn awtorità ta’ superviżjoni. F’każijiet oħra ta’ rilevanza transkonfinali jista’ jkun hemm assistenza reċiproka u investigazzjonijiet konġunti bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni kkonċernati fuq bażi bilaterali jew multilaterali mingħajr ma jingħata bidu għall-mekkaniżmu ta’ konsistenza.

(110)  Fil-livell tal-Unjoni, għandu jkun stabbilit Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Dan għandu jieħu post il-Grupp ta’ Ħidma għall-Protezzjoni ta’ Individwi fl-Ipproċessar ta’ Data Personali stabbilit bid-Direttiva 95/46/KE. Għandu jkun magħmul minn kap ta’ awtorità ta’ superviżjoni ta’ kull Stat Membru u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fl-attivitajiet tiegħu. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament madwar l-Unjoni, inkluż billi jagħti pariri lill-Kummissjonilill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u jippromwovi l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni madwar l-Unjoni, inkluża l-koordinazzjoni ta’ operazzjonijiet konġunti. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jaġixxi b’mod indipendenti meta jeżerċita l-kompiti tiegħu. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jsaħħaħ id-djalogu mal-partijiet interessati konċernati bħall-assoċjazzjonijiet tas-suġġetti tad-data, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, il-kontrolluri tad-data u l-partijiet interessati u l-esperti rilevanti oħra. [Em. 74]

(111)  Kull suġġettIs-suġġetti tad-data għandu jkollu jkollhom id-dritt li jressqu lment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru u jkollu d-drittjkollhom id-dritt għal rimedju ġudizzjarju skont l-Artikolu 47 tal-Karta jekk iħossu li d-drittijiet tiegħutagħhom taħt dan ir-Regolament ikunu miksura jew fejn l-awtorità ta’ superviżjoni ma tirreaġixxix għal ilment jew ma tiħux azzjoni meta dik l-azzjoni tkun neċessarja sabiex ikunu protetti id-drittijiet tas-suġġett tad-data. [Em. 75]

(112)  Kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li jkollha l-għan li tipproteġi d-drittijiettaġixxi fl-interess pubbliku u l-interessi ta’ suġġetti tad-data fir-rigward tal-protezzjoni tad-data tagħhom u li tkun kostitwita skont il-liġi ta’ Stat Membru għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni f'isem suġġetti tad-data bil-kunsens tagħhom jew teżerċita d-dritt għal rimedju ġudizzjarju f’isem is-suġġetti jekk tiġi awtorizzata mis-suġġetti tad-data, jew li tressaq, indipendentement mill-ilment ta’ suġġett tad-data, ilment hi stess meta tqis li kien hemm xi ksur ta’ data personali dan ir-Regolament. [Em. 76]

(113)  Kull persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjonijiet ta’ awtorità ta’ superviżjoni fir-rigward tagħha. Il-proċeduri kontra awtorità ta’ superviżjoni għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru, fejn tkun stabbilita l-awtorità ta’ superviżjoni.

(114)  Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni ġudizzjarja tas-suġġett tad-data fis-sitwazzjonijiet fejn l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti hija stabbilita fi Stat Membru ieħor minn dak fejn jgħix is-suġġett tad-data, is-suġġett tad-data jista’ jitlob jawtorizza kull korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li għandha l-għan li tipproteġi d-drittijiet u l-interessi ta’ suġġetti tad-data fir-rigward tal-protezzjoni tad-data tagħhom qed taġixxi fl-interess pubbliku biex tressaq ’il quddiem il-proċedimenti f’isem is-suġġett tad-data kontra l-awtorità ta’ superviżjoni lill-qorti kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor. [Em. 77]

(115)  F’sitwazzjonijiet fejn l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti li tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor ma taġixxix jew tkun ħadet miżuri insuffiċjenti fir-rigward ta’ lment, is-suġġett tad-data jista’ titlob lill-awtorità ta’ superviżjoni fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tiegħu jew tagħha sabiex tressaq proċeduri kontra dik l-awtorità ta’ superviżjoni lill-qorti kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor. Dan ma japplikax għall-persuni li mhumiex residenti fl-UE. L-awtorità ta’ superviżjoni mitluba tista’ tiddeċiedi, soġġett għal stħarriġ ġudizzjarju, jekk huwiex xieraq li tiġi segwita t-talba jew le. [Em. 78]

(116)  Fil-każ ta’ proċeduri kontra kontrollur jew proċessur, ir-rikorrent għandu jkollu l-għażla li jressaq l-azzjoni quddiem il-qrati tal-Istati Membri fejn il-kontrollur jew il-proċessur għandu stabbiliment, fil-każ ta' residenza fl-UE, jew fejn jgħix is-suġġett tad-data, sakemm il-kontrollur ma jkunx awtorità pubblika tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li qiegħda taġixxi fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tagħha. [Em. 79]

(117)  Fejn ikun hemm indikazzjonijiet li hemm proċeduri paralleli pendenti quddiem il-qrati fi Stati Membri differenti, il-qrati għandhom ikunu obbligati li jikkuntattjaw lil xulxin. Il-qrati għandu jkollhom il-possibbiltà li jissospendu kawża meta kawża parallela tkun pendenti fi Stat Membru ieħor. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet legali, sabiex ikunu effettivi, jippermettu l-adozzjoni rapida ta’ miżuri għal rimedju jew jimpedixxu ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament.

(118)  Kwalunkwe ħsara, kemm jekk hi ta’ flus jew le, li tista’ ssofri persuna b’riżultat ta’ pproċessar illegali għandha tiġi kkumpensata mill-kontrollur jew mill-proċessur, li jistgħu jkunu eżenti mir-responsabbiltà biss jekk iġib provi li huma mhumiex ma jkunx responsabbli għall-ħsara, b’mod partikolari meta hu jistabbilixxi nuqqas tort min-naħa tas-suġġett tad-data jew f’każ ta’ forza maġġuri. [Em. 80]

(119)  Għandhom jiġu imposti pieni fuq kwalunkwe persuna, sew jekk regolati b’liġi privata kif ukoll jekk bil-liġi pubblika, li tonqos li tikkonforma ma’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-pieni jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom jrisu l-miżuri kollha sabiex jimplimentaw il-pieni. Ir-regoli dwar il-pieni għandhom ikunu suġġetti għal salvagwardji proċedurali xierqa f'konformità mal-prinċipji ġenerali tal-dritt tal-Unjoni u l-Karta , inklużi dawk li jirrigwardaw id-dritt ta' rimedju ġudizzjarju effettiv, proċess dovut u l-prinċipju ta' ne bis in idem. [Em. 81]

(119a)  Fl-applikazzjoni ta' pieni, l-Istati Membri għandhom juru rispett sħiħ lejn is-salvagwardji proċedurali xierqa, inkluż id-dritt ta' rimedju ġudizzjarju effettiv, proċess dovut u l-prinċipju ta' ne bis in idem. [Em. 82]

(120)  Sabiex issaħħaħ u tarmonizza s-sanzjonijiet amministrattivi kontra l-ksur ta’ dan ir-Regolament, kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa li tissanzjona reati amministrattivi. Dan ir-Regolament għandu jindika dawn ir-reati u l-limitu massimu għall-multi amministrattivi relatati, li għandhom ikunu ffissati f’kull każ individwali b’mod proporzjonali mas-sitwazzjoni speċifika, bil-kunsiderazzjoni xierqa speċjalment għan-natura, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur. Il-mekkaniżmu ta’ konsistenza jista' jintuża wkoll biex ikopri d-diverġenzi fl-applikazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi.

(121)  L-ipproċessar tad-data personali għal skopijiet ġurnalistiċi biss, jew għal skopijiet ta’ espressjoni artistika jew letterarja għandu jikkwalifika għall-eżenzjoniKull meta jkun meħtieġ, eżenzjonijiet jew derogi mir-rekwiżiti ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għall-ipproċessar tad-data personali għandhom ikunu possibbli sabiex ikun irrikonċiljat id-dritt tal-protezzjoni tad-data personali mad-dritt tal-libertà tal-espressjoni, u l-aktar id-dritt li wieħed jirċievi u jagħti informazzjoni, kif garantit b’mod partikolari mill-Artikolu 11 tal-Karta. Dan għandu japplika b’mod partikolari għall-ipproċessar ta’ data personali fil-qasam awdjoviżiv u fl-arkivji tal-aħbarijiet u l-libreriji tal-istampa. Għaldaqstant l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri leġiżlattivi, li għandhom jistabbilixxu l-eżenzjonijiet u d-derogi li huma meħtieġa għall-fini tal-bilanċ ta’ dawn id-drittijiet fundamentali. Dawn l-eżenzjonijiet u derogi għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri fuq prinċipji ġenerali, fuq id-drittijiet tas-suġġett tad-data, fuq il-kontrollur u l-proċessur, fuq it-trasferiment ta’ data lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, fuq l-awtoritajiet ta’ superviżjoni indipendenti u fuq il-kooperazzjoni u l-konsistenza u fuq sitwazzjonijiet speċifiċi ta' pproċessar ta' data. Dan ma għandux iwassal, madankollu, sabiex l-Istati Membri jistabbilixxu eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan ir-Regolament. Sabiex jittieħed kont tal-importanza tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni f’kull soċjetà demokratika, huwa neċessarju li jiġu interpretati kunċetti relatati b'mod wiesa’ mal-libertà, bħall-ġurnaliżmu. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw l-attivitajiet bħala "ġurnalistiċi" għall-fini tal-eżenzjonijiet u d-derogi li jridu jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament jekk l-għan ta’ dawn l-attivitajiet huwabiex jiġu koperti l-attivitajiet li jimmiraw lejn l-iżvelar lill-pubbliku tal-informazzjoni, opinjonijiet jew ideat, irrispettivament mill-medium li jintuża biex jiġu trażmessi filwaqt li jiġi kkunsidrat wkoll l-iżvilupp teknoloġiku. Dawn m’għandhomx ikunu limitati għal impriżi tal-medja u jistgħu jintużaw għall-fini ta’ profitt jew bla profitt. [Em. 83]

(122)  L-ipproċessar ta’ data personali rigward is-saħħa, bħala kategorija speċjali ta’ data li jistħoqqilha protezzjoni ogħla, spiss jista’ jkun iġġustifikat minn għadd ta’ raġunijiet leġittimi għall-benefiċċju tal-individwi u tas-soċjetà inġenerali, b’mod partikolari fil-kuntest tal-iżgurar tal-kontinwità tal-kura tas-saħħa transkonfinali. Għaldaqstant dan ir-Regolament għandu jipprovdi kundizzjonijiet armonizzati għall-ipproċessar ta’ data personali dwar is-saħħa, soġġett għal salvagwardji speċifiċi u adattati sabiex ikunu protetti d-drittijiet fundamentali u d-data personali tal-individwi. Dan jinkludi d-dritt tal-individwi li jkollhom aċċess għad-data personali dwar is-saħħa tagħhom, pereżempju d-data fir-reġistru mediku tagħhom li jkun fih informazzjoni dwar dijanjosi, riżultati ta’ eżamijiet, evalwazzjonijiet mit-tobba u kwalunkwe kura jew intervent ipprovdut.

(122a)   Professjonist li jipproċessa data personali li tikkonċerna s-saħħa għandu jirċievi, jekk ikun possibbli, data anonima jew bi psewdonimu, li tħalli l-għarfien tal-identità biss għat-tabib ġeneriku jew għall-ispeċjalista li jkun talab dak l-ipproċessar tad-data. [Em. 84]

(123)  L-ipproċessar ta’ data personali dwar is-saħħa jista’ jkun meħtieġ għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fl-oqsma tas-saħħa pubblika, mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data. F’dak il-kuntest, is-‘saħħa pubblika’ għandha tiġi interpretata kif definita fir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika tal-Komunità dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol(12), li jfisser l-elementi kollha relatati mas-saħħa, l-aktar l-istat ta’ saħħa, inklużi l-morbożità u d-diżabilità, il-fatturi determinanti li għandhom effett fuq l-istat ta’ saħħa, il-bżonnijiet fil-qasam tal-kura tas-saħħa, ir-riżorsi allokati għall-kura tas-saħħa, il-provvediment ta’, u l-aċċess universali għal, kura tas-saħħa kif ukoll l-ispiża u l-finanzjament tal-kura tas-saħħa, u l-kawżi ta’ mortalità. Tali proċessar tad-data personali li jikkonċerna saħħa għal raġunijiet ta' interess pubbliku m'għandux jirriżulta f'li d-data personali tiġi proċessata għal skopijiet oħra minn partijiet terzi bħal minn min jimpjega, kumpaniji tal-assigurazzjoni u banek. [Em. 85]

(123a)   L-ipproċessar tad-data personali li tikkonċerna s-saħħa, bħala kategorija speċjali ta’ data, jista’ jkun neċessarju għal raġunijiet ta’ riċerka storika, statistika jew xjentifika. Għalhekk, dan ir-Regolament jipprovdi eżenzjoni mir-rekwiżit ta' approvazzjoni f'każijiet ta' riċerka li jservi ta' interess pubbliku kbir. [Em. 86]

(124)  Il-prinċipji ġenerali dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali għandhom ikunu applikabbli wkoll għall-kuntest tal-impjieg u ta' sigurtà soċjali. Għaldaqstant, sabiex jiġi rregolat l-ipproċessar tad-data personali tal-impjegat fil-kuntest tal-impjieg, l-Istati Membri fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu jistgħu, jadottaw bil-liġi regoli speċifiċi għall-ipproċessar ta’ data jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali fis-settur tal-impjieg u l-ipproċessar ta' data personali fil-kuntest tas-sigurtà soċjali, skont ir-regoli u l-istandards minimi stipulati f’dan ir-Regolament. Fejn hija prevista bażi statutorja fl-Istat Membru inkwistjoni għar-regolazzjoni ta' kwistjonijiet ta' impjiegi bi ftehim bejn rappreżentanti tal-impjegat u l-ġestjoni tal-impriża jew ta' impriża li tikkontrolla grupp ta' impriżi (ftehim kollettiv) jew skont id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), l-ipproċessar ta' data personali f'kuntest ta' impjiegi jista' jiġi regolat ukoll permezz ta' tali ftehim. [Em. 87]

(125)  L-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika għandu jirrispetta wkoll, sabiex ikun legali, leġiżlazzjoni rilevanti oħra bħal fi provi kliniċi.

(125a)  Data personali tista' tiġi pproċessata wkoll sussegwentement minn istituzzjonijiet tal-arkivji li l-kompitu ewlieni jew mandatorju tagħhom huwa li jiġbru , iżommu, jipprovdu informazzjoni dwar arkivji, jisfruttaw dawn l-arkivji u jxerrdu t-tagħrif tagħhom fl-interess pubbliku. Il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri għandha tirrikonċilja d-dritt tal-protezzjoni ta' data personali ma' regoli dwar arkivji u dwar aċċess pubbliku għal informazzjoni amministrattiva. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu t-tfassil, partikolarment mill-Grupp Ewropew tal-Arkivji, ta' regoli biex tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità ta' data vis-à-vis partijiet terzi u l-awtentiċità, l-integrità u ż-żamma ta' data b'mod xieraq. [Em. 88]

(126)  Ir-riċerka xjentifika għall-fini ta’ dan ir-Regolament għandha tinkludi riċerka fundamentali, riċerka applikata u riċerka finanzjata privatament u barra dan għandha tieħu kont ukoll tal-għan tal-Unjoni taħt l-Artikolu 179(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jikseb iż-Żona Ewropea ta' Riċerka. L-ipproċessar ta' data perosnali għal skopijiet ta' riċerka storika, statistika u xjentifika ma għandhiex tirriżulta f'data personali li tiġi proċessata għal skopijiet oħra, sakemm mhux bl-approvazzjoni tas-suġġett tad-data jew fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru. [Em. 89]

(127)  Rigward is-setgħat tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni li jiksbu mill-kontrollur jew mill-proċessur l-aċċess għal data personali u aċċess għall-bini tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jadottaw bil-liġi, fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, regoli speċifiċi sabiex jissalvagwardjaw l-obbligi professjonali jew obbligi ta’ segretezza oħrajn ekwivalenti, safejn dan ikun meħtieġ sabiex ikun irrikonċiljat id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali ma’ obbligu ta’ segretezza professjonali.

(128)  Dan ir-Regolament jirrispetta u ma jippreġudikax l-istatus taħt il-liġi nazzjonali ta’ knejjes u assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi fl-Istati Membri, kif rikonoxxut fl-Artikolu 17 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Bħala konsegwenza, meta knisja fi Stat Membru matul id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, tapplika regoli komprensivi adegwati rigward l-ipproċessar tad-data personali, dawn ir-regoli eżistenti għandhom ikomplu japplikaw jekk jinġiebu konformi ma’ dan ir-Regolamentu jiġu rikonoxxuti bħala konformi. Tali knejjes u assoċjazzjonijiet reliġjużi għandhom ikunu obbligati li jipprovdu għat-twaqqif ta’ awtorità ta’ superviżjoni li hija indipendenti għal kollox. [Em. 90]

(129)  Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data personali u li jkun żgurat il-moviment liberu ta’ data personali fl-Unjoni, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni. B’mod partikolari, għandhom ikunu adottati atti delegati fir-rigward tal-legalità tal-ipproċessar; l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji u l-kundizzjonijiet rigward il-kunsens ta’ minorenni; l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data; l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji u l-kundizzjonijiet għal talbiet u drittijiet eċċessivi b’mod ċar għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-data; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-informazzjoni lis-suġġett tad-data u fir-rigward tad-dritt tal-aċċesstal-ispeċifikazzjoni ta' kundizzjonijiet ta' mezz ibbażat fuq ikoni għall-għoti ta' informazzjoni; id-dritt li wieħed ikun minsi u għat-tħassir; il-miżuri bbażati fuq it-tfassil ta’ profili; il-kriterji u r-rekwiżiti fir-rigward tar-responsabbiltà tal-kontrollur u għall-protezzjoni tad-data bid-disinn u b’mod awtomatiku; proċessur; il-kriterji u rrekwiżiti għad-dokumentazzjoni u s-sigurtà tal-ipproċessar; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbilment ta’ notifika ta’ ksur ta’ data personali u għan-notifika tagħha lill-awtorità ta’ superviżjoni, u f’cirkostanzi fejn ksur ta’ datapersonali x’aktarx li jaffettwa ħażin lis-suġġett tad-data; il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar li jeħtieġu l-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbilment ta’ grad għoli ta’ riskji speċifiċi li jeħtieġu l-konsultazzjoni minn qabel; il-ħatra u l-kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data; il-kodiċijietid-dikjarazzjoni li l-kodiċijiet ta’ kondotta huma konformi ma dan ir-Regolament; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-mekkaniżmi taċ-ċertifikazzjoni; il-livell adegwat ta’ protezzjoni li pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali huma kapaċi jassumu; il-kriterji u r-rekwiżiti għat-trasferimenti permezz ta’ regoli korporattivi vinkolanti; id-derogi ta’ trasferiment; is-sanzjonijiet amministrattivi; l-ipproċessar għal finijiet ta’ saħħa u l-ipproċessar fil-kuntest tal-impjieg u l-ipproċessar għal skopijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż ma’ esperti b’mod partikolari mal-Bord Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tassigura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 91]

(130)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet unformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi għal; l-ispeċifikazzjoni tal-forom standard għal metodi speċifiċi biex tinkiseb approvazzjoni fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali ta’ minorenni; proċeduri u formoli standard għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġettigħall-komunikazzjoni lis-suġġetti tad-data; formoli standard għall-informazzjoni lis-suġġett tad-data; formoli u proċeduri standard fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; inkluż għall-komunikazzjoni ta' data personali lis-suġġett tad-data; id-dritt għall-portabbiltà tad-data; formoli standard fir-rigward għar-responsabbiltà tal-kontrollur għall-protezzjoni tad-data bid-disinn u b’mod awtomatiku u għad-dokumentazzjoni; rekwiżiti speċifiċi għas-sigurtà tal-ipproċessar; il-formattad-dokumentazzjoni li għandha tinżamm mill-kontrollur u l-proċessur; il-formola standard u l-proċeduri għan-notifika ta’ ksur ta’ data personali lill-awtorità ta’ superviżjoni u l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data; standards u proċeduri għall-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data; għad-dokumentazzjoni ta' ksur ta' data personali; formoli għal konsultazzjoni u proċeduri għall-awtorizzazzjoni minn qabel u informazzjoni lill-awtorità ta' superviżjoni; u l-konsultazzjoni minn qabel; mekkaniżmi u standards tekniċi għaċ-ċertifikazzjoni; il-livell adegwat ta’ protezzjoni li jagħti pajjiż terz jew territorju jew settur ta’ pproċessar f’dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali; l-iżvelar mhux awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni; l-assistenza reċiproka; l-operazzjonijiet konġunti; id-deċiżjonijiet taħt il-mekkaniżmu ta’ konsistenzau informazzjoni lill-awtorità ta' superviżjoni; Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tqis il-miżuri speċifiċi għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju. [Em. 92]

(131)  Il-proċedura ta' analiżi għandha tintuża għall-adozzjoni ta' formoli standard ta' speċifikazzjoni għal metodi speċifiċi biex tinkiseb approvazzjoni fir-rigward tal-kunsenstal-ipproċessar tad-data personali ta' minorenni; proċeduri u forom standard għall-eżerċitar għall-komunikazzjoni lis-suġġetti tad-data dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data; forom standard tagħhom għall-informazzjoni lis-suġġett tad-data; forom u proċeduri standard fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; id-dritt għall-portabbiltà tad-data; forom standard, inkluż għall-komunikazzjoni tad-data personali lis-suġġett tad-data; fir-rigward tad-dokumentazzjoni li għandha tinżamm mill-kontrollur u l-proċessur; għar-responsabbiltà tal-kontrollur għall-protezzjoni tad-data bid-disinn u b’mod awtomatiku u għad-dokumentazzjoni; rekwiżiti speċifiċi għas-sigurtà tal-ipproċessar; il-format standard u l-proċeduri għan-notifika ta’ ksur ta’ data personali lill-awtorità ta’ superviżjoni u l-komunikazzjoni għad-dokumentazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data; standards u proċeduri għall-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data; forom u proċeduri għall-awtorizzazzjonigħall-konsultazzjoni minn qabel u l-konsultazzjoni minn qabel; mekkaniżmi u standards tekniċi għaċ-ċertifikazzjoni; il-livell adegwat ta’ protezzjoni li jagħti pajjiż terz jew territorju jew settur ta’ pproċessar f’dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali; l-iżvelar mhux awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni; l-assistenza reċiproka; l-operazzjonijiet konġunti; id-deċiżjonijiet taħt il-mekkaniżmu ta’ konsistenza, lill-awtorità ta' superviżjoni, minħabba li dawk l-atti huma ta’ ambitu ġenerali. [Em. 93]

(132)  Il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli fejn, f’każijiet debitament ġustifikati relatati ma’ pajjiż terz jew territorju jew settur ta’ pproċessar f’dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li ma tassigurax livell ta’ protezzjoni adegwat u relatati ma’ kwistjonijiet ikkomunikati minn awtoritajiet ta’ superviżjoni taħt il-mekkaniżmu ta’ konsistenza, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jitolbu hekk. [Em. 94]

(133)  Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat livell ugwali ta’ protezzjoni tal-individwi u l-fluss liberu ta’ data madwar l-Unjoni, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir- Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(134)  Id-Direttiva 95/46/KE għandha tiġi rrevokata minn dan ir-Regolament. Madankollu, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni u l-awtorizzazzjonijiet mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni bbażati fuq id-Direttiva 95/46/KE għandhom jibqgħu fis-seħħ. Deċiżjonijiet u awtorizzazzjonijiet mill-Kummissjoni permezz ta' awtoritajiet ta' superviżjoni relatati ma' trasferimenti ta' data personali lil pajjiżi terzi skont l-Article 41(8) għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ta' tranżizzjoni ta' ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sakemm mhux emendat, sostitwit jew revokat mill-Kummissjoni qabel tmiem dan il-perjodu. [Em. 95]

(135)  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali vis-à-vis l-ipproċessar tad-data personali, li mhijiex soġġetta għal obbligi speċifiċi bl-istess objettiv stabbilit fid-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15), inkluż l-obbligi fuq il-kontrollur u d-drittijiet tal-individwi. Sabiex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2002/58/KE, din l-aħħar Direttiva għandha tiġi emendata kif xieraq.

(136)  Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen sal-punt li japplika għall-ipproċessar tad-data personali minn awtoritajiet involuti fl-implimentazzjoni ta’ dak l-acquis, skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja rigward l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen(16).

(137)  Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen sal-punt li japplika għall-ipproċessar tad-data personali minn awtoritajiet involuti fl-implimentazzjoni ta’ dak l-acquis, skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (17).

(138)  Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen sal-punt li japplika għall-ipproċessar tad-data personali minn awtoritajiet involuti fl-implimentazzjoni ta’ dak l-acquis, skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (18).

(139)  Fid-dawl tal-fatt li, kif sottolineat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, id-dritt tal-protezzjoni tad-data personali mhux dritt assolut, imma jrid ikun ikkunsidrat f’relazzjoni mal-funzjoni tiegħu f’soċjetà u jkun bilanċjat ma’ drittijiet fundamentali oħra, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta kif stabbiliti fit-Trattati, b’mod speċjali d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u ta’ dik tal-familja, dar u komunikazzjonijiet, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon, il-libertà ta’ espressjoni u l-informazzjoni, il-libertà tal-intrapriża u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust kif ukoll id-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u objettivi

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u regoli relatati mal-moviment liberu tad-data personali.

2.  Dan ir-Regolament iħares: id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari tad-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data personali.

3.  Il-moviment liberu tad-data personali fl-Unjoni ma għandux ikun ristrett u lanqas ipprojbit għal raġunijiet konnessi mal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward talipproċessar ta’ data personali.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni materjali

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta’ data personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati, irrispettivament mill-metodu ta' pproċessar, u għall-ipproċessar għajr b’mezzi awtomatizzati ta’ data personali li tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar jew li tkun maħsuba sabiex tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar.

2.  Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ipproċessar ta’ data personali:

(a)  fil-korsmatul ta’ attività li ma tkunx skont il-finijiet ta’ liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà nazzjonali;

(b)  mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni;

(c)  mill-Istati Membri meta jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(d)  minn persuna fiżika mingħajr ebda interess ta’ qligħattività matul l-attività esklussivament personali jew domestika tagħha Din l-eżenzjoni għandha tapplika wkoll għal pubblikazzjoni ta' data personali fejn wieħed jista' jistenna b'mod raġonevoli li jsir aċċess għaliha biss minn numru limitat ta' persuni;

(e)  minn awtoritajiet kompetenti pubbliċi għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, detezzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali.

3.  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE, b’mod partikolari tar-regoli ta’ responsabbiltà ta’ fornituri ta’ servizzi intermedjarji fl-Artikoli 12 sa 15 ta’ dik id-Direttiva. [Em. 96]

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni territorjali

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-data personali fil-kuntesti tal-attivitajiet ta’ stabbilment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni, kemm jekk l-ipproċessar iseħħ fl-Unjoni u kemm jekk le.

2.  Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-data personali ta’ suġġetti tad-data li jgħixu fl-Unjoni minn kontrollur jew proċessur mhux stabbilit fl-Unjoni, meta l-attivitajiet ta’ pproċessar huma relatati ma’:

(a)  l-offerta ta’ prodotti u servizzi lil dawn is-suġġetti, irrispettivament jekk ikunx meħtieġ ħlas mis-suġġett tad-data, tad-data fl-Unjoni; jew

(b)  il-monitoraġġ tal-imġiba tagħhom ta’ tali suġġetti tad-data.

3.  Dan ir-Regolamet japplika għall-ipproċessar tad-data personali minn kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni, iżda f’post fejn il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tapplika permezz tal-liġi internazzjonali pubblika. [Em. 97]

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1)  ‘suġġett tad-data’ tfisser persuna fiżika identifikata jew persuna fiżika li tista’ tkun identifikata, direttament jew indirettament, b’mezzi li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra, b’mod partikolari b’referenza għal numru ta’ identifikazzjoni, data dwar il-lok, identifikatur onlajn jew għal fattur speċifiku wieħed jew aktar għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta’ dik il-persuna;

(2)  ‘data personali’ tfisser kull informazzjoni li jkollha x’taqsam ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli ("suġġett tad-data"); persuna identifikabbli hija persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal identifikatur, bħall-isem, numru ta’ identifikazzjoni, data dwar il-post, identifikatur uniku jew għal xi fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali jew tal-ġeneru ta’ dik il-persuna;

(2a)  'data psewdonima' tfisser data personali li ma tkunx tista’ tiġi attribwita għal suġġett tad-data speċifiku mingħajr l-użu ta’ informazzjoni addizzjonali, dment li tali informazzjoni addizzjonali tinżamm separatament u suġġett għal miżuri tekniċi u organizzattivi biex jiġi żgurat li d-data ma tkunx tista' tiġi attribwita;

(2b)  ‘data kriptata’ tfisser data personali, li permezz ta’ miżuri ta’ protezzjoni teknoloġika ma tinftihem minn ebda persuna li mhijiex awtorizzata li jkollha aċċess għalihom;

(3)  ‘ipproċessar’ tfisser kull operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jsiru fuq data personali, b’mezzi awtomatiċi jew mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, tixrid jew li xort’oħra jagħmlu l-ipproċessar disponibbli jew li jġibu allinjament jew taħlita, tħassir jew distruzzjoni;

(3a)   'it-tfassil ta’ profili' tfisser kwalunkwe forma ta’ pproċessar awtomatizzat ta’ data personali maħsuba biex tevalwa ċerti aspetti personali relatati ma’ persuna fiżika jew biex tanalizza jew tipprevedi b’mod partikolari l-prestazzjoni fuq ix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, il-lokalità, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba ta’ dik il-persuna fiżika;

(4)  ‘sistema ta’ arkivjar’ tfisser kwalunkwe sett strutturat ta’ data personali li jkun aċċessibbli skont kriterji speċifiċi, kemm jekk ċentralizzat, deċentralizzat jew mifrux fuq bażi funzjonali jew ġeografika;

(5)  ‘kontrollur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li waħdu jew flimkien ma’ oħrajn jiddetermina l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ data personali; meta l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta’ Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi tal-ħatra tiegħu jistgħu jkunu stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta’ Stat Membru;

(6)  ‘proċessur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f’isem il-kontrollur;

(7)  ‘riċevitur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li lilu tiġi żvelata d-data;

(7a)  ‘parti terza’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor għajr is-suġġett tad-data, il-kontrollur, il-proċessur u l-persuni li, taħt l-awtorità diretta tal-kontrollur jew tal-proċessur, ikunu awtorizzati li jipproċessaw id-data;

(8)  ‘il-kunsens tas-suġġett tad-data’ tfisser indikazzjoni speċifika, infurmata u espliċita tax-xewqa tiegħu mogħtija liberament li biha s-suġġett tad-data, jew permezz ta’ dikjarazzjoni jew permezz ta’ azzjoni affermattiva ċara, jaqbel li jsir l-ipproċessar ta’ data personali dwaru;

(9)  'ksur ta’ data personali' tfisser ksur tas-sigurtà li jwassal għal qerda aċċidentali jew illegali, telf, bdil, żvelar mhux awtorizzat ta’, jew aċċess għal, data personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata mod ieħor;

(10)  ‘data ġenetika’ tfisser id-data personali kollha, ta’ kwalunkwe tip, li tirrigwarda l-karatteristiċirelatata mal-karatteristiċi ġenetiċi ta’ individwu li jintirtuntirtet jew jinkisbu waqt l-iżvilupp bikri ta’ qabel it-twelidinkisbet b’riżultat ta’ analiżi ta’ kampjun bioloġiku mill-individwu kkonċernat, b’mod partikolari l-analiżi kromosomika, l-analiżi tal-aċidu deossiribonuklejku (DNA) jew tal-aċidu ribonuklejku (RNA) jew mill-analiżi ta’ kwalunkwe element ieħor li jippermetti li tinkiseb informazzjoni ekwivalenti;

(11)  ‘data bijometrika’ tfisser kwalunkwe data personali relatata mal-karatteristiċi fiżiċi, fiżjoloġiċi jew tal-imġiba ta’ individwu li tippermetti l-identifikazzjoni unika tiegħu jew tagħha, bħal immaġni tal-wiċċ, jew data dattiloskopika;

(12)  ‘data dwar is-saħħa’ tfisser kwalunkwe informazzjonidata personali li għandha x’taqsam mas-saħħa fiżika jew mentali ta’ individwu, jew mal-għoti ta’ servizzi tas-saħħa lill-individwu;

(13)  ‘stabbiliment ewlieni’ tfisser fir-rigward tal-kontrollur, il-post tal-istabbilment tal-impriża jew tal-grupp ta' impriżi tiegħu fl-Unjoni, sew jekk kontrollur sew jekk proċessur, fejn id-deċiżjonijiet ewlenin dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-data personali huma meħuda; jekk fl-Unjoni ma tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-data personali, l-istabbilment ewlieni huwa l-post fejn isiru l-attivitajiet ta’ pproċessar ewlenin fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbilment ta’ kontrollur fl-Unjoni. Fir-rigward tal-proċessur, ‘stabbilment ewlieni’ tfisser il-post tal-amministrazzjoni ċentrali tiegħu fl-Unjoni; Il-kriterji oġġettivi li ġejjin jistgħu jitqiesu fost oħrajn: il-post tas-sede tal-kontrollur jew tal-proċessur; il-post tal-entità fi ħdan grupp ta' impriżi li tinsab fl-aħjar pożizzjoni f'termini ta' funzjonijiet maniġerjali u responsabbiltajiet amministrattivi biex tittratta u tinforza r-regoli kif stabbiliti f'dan ir-Regolament; il-post fejn attivitajiet maniġerjali effettivi u reali huma eżerċitati, u li jiddeterminaw l-ipproċessar tad-data permezz ta’ arranġamenti stabbli.

(14)  ‘rappreżentant’ tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li, maħtura b’mod espliċitu mill-kontrollur, taġixxi u tista’ tkun indirizzata minn kwalunkwe awtorità ta’ superviżjoni u korpi oħrajn fl-Unjoni minflok il-kontrollur, tirrappreżenta lill-kontrollur, fir-rigward tal-obbligi tal-kontrollur taħt dan ir-Regolament;

(15)  ‘impriża’ tfisser kull entità impenjata f’attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha, u b’hekk tinkludi, b’mod partikolari, persuni fiżiċi u ġuridiċi, sħubiji jew assoċjazzjonijiet regolarment impenjati f’attività ekonomika;

(16)  ‘grupp ta’ impriżi’ tfisser impriża li tikkontrolla u l-impriżi kkontrollati minnha;

(17)  ‘regoli korporattivi vinkolanti’ tfisser politiki ta’ protezzjoni tad-data personali osservati minn kontrollur jew proċessur stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni għat-trasferimenti jew sett ta’ trasferimenti ta’ data personali lil kontrollur jew proċessur f’pajjiż terz wieħed jew aktar fi grupp ta’ impriżi;

(18)  ‘minorenni’ tfisser kull persuna taħt it-18-il sena;

(19)  ‘awtorità ta’ superviżjoni’ tfisser awtorità pubblika stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 46. [Em. 98]

KAPITOLU II

PRINĊIPJI

Artikolu 5

Prinċipji relatati mal-ipproċessar tad-data personali

Id-data personali għandha tkun:

(a)  ipproċessata legalment, ġustament u b’mod trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data (legalità, ġustizzja u trasparenza);

(b)  miġbura għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u mhux ipproċessata ulterjorment b’mod li ma jkunx kompatibbli ma’ dawk il-finijiet (limitazzjoni tal-iskop);

(c)  adegwata, rilevanti u limitata għall-minimu meħtieġ fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun ipproċessata; din għandha tkun ipproċessata biss jekk, u sakemm, l-għanijiet ma setgħux jintlaħqu bl-ipproċessar ta’ informazzjoni li ma tinvolvix data personali (minimizzazzjoni tad-data);

(d)  eżatta u, meta jkun meħtieġ miżmuma aġġornata; għandu jsir dak kollu raġonevoli biex ikun żgurat li data personali li ma tkunx eżatta, meħud kont tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tissewwa mingħajr dewmien (eżattezza);

(e)  miżmuma b’mod li tippermetti l-identifikazzjoni diretta jew indiretta tas-suġġetti tad-data għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-data personali ; id-data personali tista’ tinħażen għal perjodi itwal sakemm id-data tiġi pproċessata unikament għal għanijiet ta’ riċerka storika, xjentifika jew għal skopijiet ta' arkivju skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 83 u 83a u jekk titwettaq reviżjoni perjodika biex tiġi vvalutata l-ħtieġa li titkompla l-ħażna, u, jekk xieraq, miżuri tekniċi u organizzattivi jiġu implimentati biex jiġi limitat l-aċċess għad-data għal dawn l-iskopijiet biss (minimizzazzjoni tal-ħżin);

(ea)  ipproċessata b'mod li effettivament tippermetti li s-suġġett tad-data jeżerċita d-drittijiet tiegħu (effettività);

(eb)  ipproċessata b'mod li tipproteġi mill-ipproċessar mhux awtorizzat jew illeċitu u mit-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali, bl-użu ta’ miżuri tekniċi jew organizzativi xierqa (integrità);

(f)  ipproċessata taħt ir-responsabbiltà u l-obbligu tal-kontrollur, li għandu jiżgura u jkun jista' juri għal kull operazzjoni ta’ pproċessar il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament (responsabilità). [Em. 99]

Artikolu 6

Legalità tal-ipproċessar

1.  L-ipproċessar tad-data personali għandu jkun legali biss jekk u sal-punt li tapplika mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  is-suġġett tad-data ta l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu għal għan speċifiku wieħed jew aktar;

(b)  l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kuntratt li għalih is-suġġett tad-data huwa parti jew sabiex jittieħdu passi fuq talba tas-suġġett tad-data qabel ma jidħol f’kuntratt;

(c)  l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-konformità ma’ obbligu legali li għalih huwa soġġett il-kontrollur;

(d)  l-ipproċessar huwa meħtieġ sabiex ikunu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-data;

(e)  l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur;

(f)  l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-għanijiet tal-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur jew, fil-każ ta' żvelar, mit-terza parti li lilha tiġi żvelata d-data, u li jissodisfaw l-aspettattivi raġonevoli tas-suġġett tad-data abbażi tar-relazzjoni tiegħu mal-kontrollur, minn kontrollur, ħlief meta dawn l-interessi huma megħluba mill-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data li jeħtieġu l-protezzjoni tad-data personali, b’mod partikolari meta s-suġġett tad-data ijkun minorenni.Dan m’għandux japplika għall-ipproċessar li jsir minn awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

2.  L-ipproċessar ta’ data personali li huwa neċessarju għall-fini ta’ riċerka storika, statistika jew xjentifika għandu jkun legali soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 83.

3.  Il-bażi tal-ipproċessar imsemmi fil-punti (c) u (e) tal-paragrafu 1 għandu jkun ipprovdut:

(a)  fil-liġi tal-Unjoni, jew

(b)  fil-liġi tal-Istat Membru li għaliha huwa soġġett il-kontrollur.

Il-liġi tal-Istat Membru għandha tissodisfa għan ta’ interess pubbliku jew għandha tkun meħtieġa għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, tirrispetta l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u tkun proporzjonata mal-għan leġittimu segwit. Fil-limiti ta' dan ir-Regolament, il-liġi tal-Istat Membru tista' tipprevedi dettalji tal-legalità tal-ipproċessar, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontrollur tad-data, l-iskop tal-ipproċessar u l-limitazzjoni tal-iskop, in-natura tad-data u s-suġġett tad-data, il-miżuri u l-proċeduri tal-ipproċessar, ir-riċevituri u l-perjodu ta’ ħżin.

4.  Fejn l-għan tal-ipproċessar ulterjuri mhuwiex kompatibbli ma’ dak li għalih inġabret id-data personali, l-ipproċessar għandu jkollu bażi legali tal-inqas f’waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 1. Dan għandu japplika b’mod speċjali għal kwalunkwe bidla fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kuntratt.

5.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1 għal diversi setturi u sitwazzjonijiet ta’ pproċessar tad-data, inkluż fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali li tirrigwarda lil minorenni. [Em. 100]

Artikolu 7

Kundizzjonijiet għall-kunsens

1.  Meta l-ipproċessar huwa bbażat fuq il-kunsens, il-kontrollur għandu jġorr l-oneru tal-prova għall-kunsens tas-suġġett tad-data għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu għal għanijiet speċifikati.

2.  Jekk il-kunsens tas-suġġett tad-data għandu jingħata fil-kuntest ta’ dikjarazzjoni bil-miktub li tirrigwarda wkoll kwistjoni oħra, ir-rekwiżit biex jingħata kunsensgħandu jiġi ppreżentat b’mod li jintgħaraf fid-dehra tiegħu minn din il-kwistjoni l-oħra.

3.  Minkejja raġunijiet legali oħrajn għall-ipproċessar, is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jirtira l-kunsens tiegħu fi kwalunkwe ħin. L-irtirar tal-kunsens ma għandux jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar ibbażat fuq kunsens qabel l-irtirar tiegħu. Għandu jkun faċli li jiġi rtirat kunsens daqkemm li jingħata. Is-suġġett tad-data għandhu jkun infurmat mill-kontrollur jekk l-irtirar tal-kunsens jistax jirriżulta fit-terminazzjoni tas-servizzi pprovduti jew tar-relazzjoni mal-kontrollur.

4.  Il-kunsens ma għandux jipprovdi bażi legali għall-ipproċessar, meta jkun hemm nuqqas ta’ bilanċ sinifikanti bejn il-pożizzjoni tas-suġġett tad-data u l-kontrollur.għandu jkun limitat fl-iskop u għandu jitlef il-validità tiegħu meta l-iskop ma jibqax jeżisti jew malli l-ipproċessar ta' data personali ma jibqax meħtieġ biex jintlaħaq l-iskop li għalih ġiet miġbura oriġinarjament. L-eżekuzzjoni ta’ kuntratt jew il-provvediment ta’ servizz ma għandux ikun magħmul dipendenti fuq il-kunsens għall-ipproċessar tad-data li mhix neċessarja għat-twettiq tal-kuntratt jew il-provvediment tas-servizz skont l-Artikolu 6(1)(b). [Em. 101]

Artikolu 8

Ipproċessar tad-data personali ta’ minorenni

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-offerta ta’ prodotti jew servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni direttament lil minorenni, l-ipproċessar tad-data personali ta’ minorenni taħt it-13-il sena għandu jkun legali biss jekk u sal-punt li l-kunsens jingħata mill-ġenitur jew il-kustodju il-gwardjan legali tal-minorenni. Il-kontrollur għandu jagħmel kull sforz raġonevoli sabiex jikseb il-kunsens verifikabbli, jivverifika tali kunsens, filwaqt li jieħu in konsiderazzjoni t-teknoloġija disponibbli mingħajr ma jikkawża pproċessar ta’ data personali li altrimenti ma jkunx neċessarju.

1a.  Informazzjoni pprovduta lil minorenni, lill-ġenituri u lill-gwardjani legali sabiex jiġi espress kunsens, inkluż dwar il-kollezzjoni tal-kontrollur u l-użu ta' data personali, għandha tingħata b'lingwa ċara u xierqa lir-riċevituri intenzjonati.

2.  Il-paragrafu 1 m’għandux jaffettwa l-kuntratt legali ġenerali tal-Istati Membri bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni jew l-effett ta’ kuntratt fir-rigward ta’ minorenni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 86 għall-finijiet li tispeċifika ulterjorment il-kriterji u r-rekwiżitigħall-metodiIl-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi fdat bil-kompitu li joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki għall-metodi biex jiġi verifikat jinkisebil-kunsens verifikabbli imsemmi fil-paragrafu 1. Billi tagħmel hekk, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra miżuri speċifiċi għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju., f'konformità mal-Artikolu 66.

4.  Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixi forom standard għal metodi speċifiċi biex jinkiseb il-kunsens verifikabbli msemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adotatti skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2). [Em. 102]

Artikolu 9

Kategoriji speċjali ta’ data

1.  L-ipproċessar ta’ data personali, li tiżvela r-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin filosofiku, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru, is-sħubija u l-attivitajiet fi trejdjunjins, u l-ipproċessar ta’ data ġenetika jew bijometrika jew data dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali jew, sanzjonijiet amministrattivi, sentenzi tal-qorti jew offiżi kriminali jew suspettati jew miżuri relatati ta’ sigurtà għandu jkun ipprojbit.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejnjekk japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)  is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens għall-ipproċessar ta’ dik id-data personali għal raġuni speċifikata waħda jew iżjed, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8, għajr meta l-liġi tal-Unjoni jew il-liġi ta’ Stat Membru tipprovdi li l-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tistax titneħħa mis-suġġett tad-data; jew

(aa)  l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq jew l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt li għalih is-suġġett tat-data huwa parti jew sabiex jittieħdu passi fuq it-talba tas-suġġett tad-data qabel ma jidħol f’kuntratt;

(b)  l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-għanijiet ta’ twettiq tal-obbligi u l-eżerċitar ta’ drittijiet speċifiċi tal-kontrollur fil-qasam tal-liġi tax-xogħol safejn dan ikun awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta’ Stat Membru li tipprovdijew minn ftehimiet kollettivi bil-provvediment ta' salvagwardji adegwati għad-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-data bħad-dritt għan-nondiskriminazzjoni suġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 82; jew

(c)  l-ipproċessar huwa meħtieġ sabiex ikunu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ persuna oħra meta s-suġġett tad-data ma jkunx fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti l-kunsens; jew

(d)  l-ipproċessar isir waqt l-attivitajiet leġittimi tagħha b’salvagwardji xierqa minn fondazzjoni, assoċjazzjoni jew kwalunkwe korp ieħor mingħajr skop ta’ qligħ b’għan politiku, filosofiku, reliġjuż jew trejdjunjonistiku u bil-kundizzjoni li l-ipproċessar huwa relatat biss mal-membri jew ex-membri tal-korp jew ma’ persuni li għandhom kuntatt regolari miegħu b’konnessjoni mal-għanijiet tiegħu u li d-data ma tkunx żvelata barra dak il-korp mingħajr il-kunsens tas-suġġetti tad-data; jew

(e)  l-ipproċessar huwa relatat ma’ data personali li b’mod ċar tkun saret pubblika mis-suġġett tad-data; jew

(f)  l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali; jew

(g)  l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku, għal raġunijiet ta' interess pubbliku kbir, fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni, jew tal-liġi tal-Istat Membru, li għandha tkun proporzjonata mal-għan segwit, tirrispetta l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data u tipprovdi miżuri xierqa sabiex tissalvagwardja d-drittijiet fundamentali u l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data;

(h)  l-ipproċessar ta’ data li tirrigwarda s-saħħa huwa meħtieġ għal skopijiet ta’ saħħa u soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 81; jew

(i)  l-ipproċessar huwa meħtieġ għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 83; jew

(ia)  l-ipproċessar huwa meħtieġ għal serviizi ta' arkivju soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 83a. jew

(j)  l-ipproċessar ta’ data relatata ma’ sanzjonijiet amministrattivi, sentenzi, offiżi kriminali, kundanni jew miżuri ta’ sigurtà relatati għandu jsir taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali jew fejn l-ipproċessar ikun neċessarju għal konformità ma’ obbligu legali jew regolatorju li jkun soġġett għalih il-kontrollur, jew għat-twettiq ta’ ħidma mwettqa għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, u sakemm jiġi awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru li qiegħed jipprovdi għas-salvagwardji xierqa għad-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-data. Kwalunkwe reġistru ta’ kundanni kriminali għandu jinżamm biss taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji, il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji xierqaIl-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi fdat bil-kompitu li joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki għall-ipproċessar tal-kategoriji speċjali ta’ data personali msemmija fil-paragrafu 1 u l-eżenzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, skont l-Artikolu 66. [Em. 103]

Artikolu 10

Ipproċessar li ma jippermettix l-identifikazzjoni

1.  Jekk id-data pproċessata minn kontrollur ma tippermettix lill-kontrollur jew lill-proċessur jidentifika direttament jew indirettament persuna fiżika, jew tikkonsisti biss minn data relatata ma’ psewdonomi, il-kontrollur m’għandux ikun obbligat li jipproċessa jew jakkwista informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-data għall-iskop uniku li jikkonforma ma’ xi dispożizzjoni minn dan ir-Regolament.

2.  Fejn il-kontrollur tad-data ma jkunx kapaċi jkun konformi ma' dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament minħabba l-paragrafu 1, il-kontrollur ma għandux ikun obbligat ikun konformi ma' dik id-dispożizzjoni partikolari ta' dan ir-Regolament. Fejn bħala konsegwenza l-kontrollur tad-data ma jkunx kapaċi jkun konformi ma' talba tas-suġġett tad-data, huwa għandu jinforma lis-suġġett tad-data dwar dan. [Em. 104]

Artikolu 10a

Prinċipji ġenerali għad-drittijiet tas-suġġetti tad-data

1.  Il-bażi tal-protezzjoni tad-data hija drittijiet ċari u mhux ambigwi għas-suġġett tad-data fir-rigward tal-kontrollur tad-data. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom l-għan li jsaħħu, jiċċaraw, jiggarantixxu u fejn xieraq, jikkodifikaw, dawn id-drittijiet.

2.  Tali drittijiet jinkludu, fost oħrajn, il-provvediment ta’ informazzjoni ċara u li tinftiehem faċilment dwar l-ipproċessar tad-data personali tas-suġġett tad-data, id-dritt għall-aċċess, rettifika u tħassir tad-data tiegħu, id-dritt għall-ksib ta' data, id-dritt ta’ oġġezzjoni għall-klassifikazzjoni tad-data skont profili mfassla, id-dritt li jressaq ilment mal-awtorità kompetenti tal-protezzjoni tad-data u li jibda proċedimenti legali kif ukoll id-dritt għal kumpens u d-danni li jirriżultaw minn operazzjoni ta' pproċessar illegali. Tali drittijiet għandhom, b'mod ġenerali, jiġu eżerċitati mingħajr ħlas. Il-kontrollur tad-data għandu jwieġeb għal talbiet mis-suġġett tad-data fi żmien raġonevoli. [Em. 105]

KAPITOLU III

DRITTIJIET TAS-SUĠĠETT TAD-DATA

TAQSIMA 1

TRASPARENZA U MODALITAJIET

Artikolu 11

Informazzjoni u komunikazzjoni trasparenti

1.  Il-kontrollur għandu jkollu politiki konċiżi, trasparenti, ċari u aċċessibbli faċilment fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data.

2.  Il-kontrollur għandu jipprovdi kull informazzjoni u kull komunikazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ data personali lis-suġġett tad-data f’forma li tinftiehem, permezz ta’ lingwaġġ ċar u ħafif, adattat għas-suġġett tad-data, b’mod partikolari għal informazzjoni indirizzata speċifikament lil minorenni. [Em. 106]

Artikolu 12

Proċeduri u mekkaniżmi għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-data

1.  Il-kontrollur għandu jistabbilixxi proċeduri għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data msemmija fl-Artikou 13 u l-Artikoli15 sa 19. Il-kontrollur għandu jipprovdi b’mod partikolari mekkaniżmi li jiffaċilitaw it-talba għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13 u l-Artikoli 15 sa 19. Meta d-data personali tkun ipproċessata b’mezzi awtomatizzati, il-kontrollur għandu jipprovdi wkoll mezzi sabiex it-talbiet isiru b’mod elettroniku, fejn ikun possibbli.

2.  Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien żejjed u, sa mhux aktar minn 40 jum kalendarju minn meta jirċievi t-talba, jekk itteħdetx jew le xi azzjoni skont l-Artikolu 13 u l-Artikoli 15 sa 19 u biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa. Dan il-perjodu jista’ jittawwal b’xahar ieħor, jekk diversi suġġetti tad-data jeżerċitaw id-dritt tagħhom u l-kooperazzjoni tagħhom hija meħtieġa sa punt raġonevoli biex jiġi evitat sforz sproporzjonat u mhux meħtieġ min-naħa tal-kontrollur. Din l-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub u, fejn possibbli, il-kontrollur jista’ jipprovdi aċċess mill-bogħod (remote access) għal sistema sikura li tipprovdi lis-suġġett tad-data b’aċċess dirett għad-data personali tiegħu. Meta s-suġġett tad-data jagħmel it-talba f’forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’forma elettronika, fejn ikun possibbli, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-data.

3.  Jekk il-kontrollur jirrifjuta li jieħu ma jiħux azzjoni fuq it-talba tas-suġġett tad-data, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data dwar ir-raġunijiet għar-rifjut għan-nuqqas ta' azzjoni u dwar il-possibbiltajiet li jressaq ilment lill-awtorità ta’ superviżjoni u li jfittex rimedju ġudizzjarju.

4.  L-informazzjoni u l-azzjonijiet meħuda fuq talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bla ħlas. Meta t-talbiet ikunu manifestament eċċessivi, b’mod partikolari minħabba l-karattru ripetittiv tagħhom, il-kontrollur jista’ jitlob ħlas raġonevoli waqt li jqis l-ispejjeż amministrattivi talli jipprovdi l-informazzjoni jew jieħu l-azzjoni mitluba, jew il-kontrollur jista’ ma jiħux l-azzjoni mitluba. F’dak il-każ, il-kontrollur għandu jerfa’ r-responsabbiltà li jagħti prova tan-natura manifestament eċċessiva tat-talba.

5.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għat-talbiet manifestament eċċessivi u l-ħlasijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

6.  Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi formoli standard u proċeduri standard ta’ speċifika għall-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, inkluż il-format elettroniku.Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa għal mikroimpriżi impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2). [Em. 107]

Artikolu 13

Drittijiet relatati mar-riċevituri L-obbligu ta’ notifika f’każijiet ta’ korrezzjonijiet u tħassir

Il-kontrollur għandu jikkomunika kull rettifika jew tħassir li jkun sar skont l-Artikolu 16 jew 17 lil kull riċevitur li lilu tkun ġiet żvelata trasferita d-data sakemm din ma tkunx possibbli jew meta tkun tinvolvi sforz sproporzjonat. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data dwar dawk ir-riċevituri jekk is-suġġett tad-data jitlob dan. [Em. 108]

Artikolu 13a

Politiki standardizzati ta’ informazzjoni

1.  Fejn tinġabar data personali relatata ma’ suġġett tad-data, il-kontrollur għandu jipprovdi d-dettalji li ġejjin lis-suġġett tad-data qabel jipprovdi informazzjoni skont l-Artikolu 14:

(a)  jekk inġabritx data personali aktar mill-minimu neċessarju għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar;

(b)  jekk inżammitx data personali aktar mill-minimu neċessarju għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar;

(c)  jekk ġietx ipproċessata data personali għal għanijiet oħra barra l-għanijiet li għalihom inġabret;

(d)  jekk data personali tqassmitx lil partijiet terzi kummerċjali;

(e)  jekk inbigħetx jew inkrietx data personali;

(f)  jekk data personali ġietx miżmuma f’forma kriptata.

2.  Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ppreżentati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament f’format tabulari allinjat, bl-użu ta’ test u simboli, fit-tliet kolonni li ġejjin:

(a)  l-ewwel kolonna turi forom grafiċi li jissimbolizzaw dawk id-dettalji;

(b)  it-tieni kolonna fiha informazzjoni essenzjali li tiddeskrivi dawk id-dettalji;

(c)  it-tielet kolonna turi forom grafiċi li jindikaw jekk ġiex sodisfatt dettall speċifiku.

3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi ppreżentata b’mod viżibbli faċilment u li tinqara b’mod ċar u għandha tidher b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-konsumaturi tal-Istati Membri li lilhom qed tiġi pprovduta l-informazzjoni. Meta d-dettalji jiġu ppreżentati b’mod elettroniku, għandhom ikunu jistgħu jinqraw minn magna.

4.  M’għandhomx jiġu pprovduti dettalji addizzjonali. Spjegazzjonijiet dettaljati jew rimarki ulterjuri dwar id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu pprovduti flimkien mar-rekwiżiti l-oħra għal informazzjoni skont l-Artikolu 14.

5.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, wara li titlob opinjoni mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, atti delegati skont l-Artikolu 86 bl-għan li tispeċifika aktar id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 u l-preżentazzjoni tagħhom msemmija fil-paragrafu 2 u l-Anness ta' dan ir-Regolament. [Em. 109]

TAQSIMA 2

INFORMAZZJONI U AĊĊESS GĦAL DATA

Artikolu 14

Informazzjoni lis-suġġett tad-data

1.  Fejn tinġabar data personali relatata ma’ suġġett tad-data, il-kontrollur għandu jipprovdi d-dettalji li ġejjin lis-suġġett tad-data, wara li d-dettalji skont l-Artikolu 13a jkunu ġew ipprovduti:

(a)  l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur u, jekk ikun hemm, tar-rappreżentant tal-kontrollur u tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data;

(b)  l-għanijiet tal-ipproċessar li għalihom hija maħsuba d-data personali, kif ukoll l-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-ipproċessar tad-data personali, inklużi t-termini tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet ġenerali meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt, fejn applikabbli, informazzjoni dwar kif jimplimentaw u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt (f) tal-Artikolu 6(1);

(c)  il-perjodu li matulu d-data personali tkun se tinħażen, jew jekk dan ma jkunx possibbli, il-kriterji użati biex jiġi ddeterminat dan il-perjodu;

(d)  l-eżistenza tad-dritt li wieħed jitlob mingħand il-kontrollur l-aċċess għal u r-rettifika jew it-tħassir tad-data personali li tirrigwarda lis-suġġett tad-data jew li joġġezzjona kontra l-ipproċessar ta’ din id-data personali, jew li jikseb data;

(e)  id-dritt li wieħed iressaq ilment lill-awtorità ta’ superviżjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(f)  ir-riċevituri jew il-kategoriji ta’ riċevituri tad-data personali;

(g)  fejn japplika, li l-kontrollur għandu l-ħsieb li jittrasferixxi d-data lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u l-livell ta’ protezzjoni mogħti minn dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali permezz ta’ referenza għall-eżistenza jew l-assenza ta' deċiżjoni xierqa mill-Kummissjoni, jew fil-każ ta’ trasferimenti msemmija fl-Artikolu 42 jew 43, b’referenza għas-salvagwardji xierqa u l-mezzi biex tinkiseb kopja tagħhom;

(ga)  fejn applikabbli, l-informazzjoni dwar l-eżistenza tat-tfassil ta’ profili, tal-miżuri bbażati fuq it-tfassil ta’ profili, u tal-effetti tat-tfassil ta' profili dwar is-suġġett tad-data;

(gb)  informazzjoni sinifikanti dwar il-loġika involuta fi kwalunkwe pproċessar awtomatiku;

(h)  kwalunkwe informazzjoni oħra li hija meħtieġa sabiex tiggarantixxi pproċessar ġust fir-rigward tas-suġġett tad-data, billi jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom tinġabar jew tiġi proċessata data personali, b'mod partikolari l-eżistenza ta' ċerti attivitajiet u operazzjonijiet li għalihom valutazzjoni tal-impatt tad-data personali jkun indika li jista' jkun hemm riskju kbir;

(ha)  fejn applikabbli, informazzjoni dwar jekk id-data personali ġietx ipprovduta lill-awtoritajiet pubbliċi waqt l-aħħar perjodu ta' tnax-il xahar konsekuttivi.

2.  Fejn d-data personali tinġabar mis-suġġett tad-data, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, dwar jekk l-għoti tad-data personali jkunx obbligatorju mandatorju jew volontarju b'għażla, kif ukoll il-konsegwenzi possibbli jekk ma tingħatax dik id-data.

2a.   Meta jiddeċiedu dwar informazzjoni oħra li hija meħtieġa biex l-ipproċessar ikun ġust skont il-punt (h) tal-paragrafu 1, il-kontrolluri għandhom iqisu kwalunkwe gwida rilevanti skont l-Artikolu 34.

3.  Meta d-data personali ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-data, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, minn liema sors ġejja d-data personali speċifika. Jekk id-data personali toriġina minn sorsi pubbliċi disponibbli pubblikament, tista' tingħata indikazzjoni ġenerali.

4.  Il-kontrollur għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3:

(a)  fil-ħin meta tinkiseb id-data personali mingħand is-suġġett tad-data jew mingħajr dewmien żejjed fejn dan ta' hawn fuq ma jkunx fattibbli; jew

(aa)  fuq talba ta' korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni msemmija fl-Artikolu 73;

(b)  meta d-data personali ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-data, meta ssir ir-reġistrazzjoni jew fi żmien perjodu raġonevoli wara l-ġbir, wara li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom inġabret id-data jew ġiet ipproċessata mod ieħor, jew, jekk hemm il-ħsieb ta’ xi żvelar trasferiment lil xi riċevitur ieħor, u sa mhux aktar tard minn meta d-data tiġi żvelata trażmessa għall-ewwel darba, jew, jekk id-data għandha tintuża għal komunikazzjoni mas-suġġett tad-data kkonċernata, l-aktar tard fiż-żmien tal-ewwel komunikazzjoni lil dak is-suġġett tad-data. jew

(ba)  fuq talba fejn id-data hija pproċessata minn impriża żgħira jew mikroimpriża biss, u li tipproċessa data personali bħala attività anċillari biss.

5.  Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw, meta:

(a)  is-suġġett tad-data diġà jkollu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1,2 u 3; jew

(b)  id-data tiġi proċessata għal skopijiet storiċi, xjentifiċi u ta' riċerka suġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikoli 81 u 83, ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-data u l-provvediment ta’ din l-informazzjoni jirriżulta impossibbli jew ikun jinvolvi sforz sproporzjonat u l-kontrollur ippubblika l-informazzjoni li tkun tista' tinkiseb minn kwalunkwe persuna; jew

(c)  id-data ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-data u r-reġistrazzjoni jew l-iżvelar huma espressament stabbiliti bil-liġi li l-kontrollur huwa soġġett għaliha, u li tipprovdi miżuri xierqa għall-protezzjoni tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data, jekk jitqiesu r-riskji li ġejjin mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali; jew

(d)  id-data ma tinġabarx mis-suġġett tad-data u l-provvediment ta’ tali informazzjoni jaffettwa d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn ta’ persuni fiżiċi oħra, kif definit fil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru skont l-Artikolu 21;

(da)  id-data tiġi pproċessata fl-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu minn persuna, jew fdata lilha jew saret magħrufa minnha, u din il-persuna hija suġġetta għall-obbligu tas-segretezza tal-professjoni regolata mil-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru jew l-obbligu statutorju tas-segretezza, sakemm id-data ma tinġabarx direttament mis-suġġett tad-data.

6.  Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 5, il-kontrollur għandu jipprovdi miżuri xierqa sabiex jipproteġi d-drittijiet jew l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data.

7.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji għall-kategoriji ta’ riċevituri msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1, ir-rekwiżiti għan-notifika ta’ aċċess potenzjali msemmi fil-punt (g) tal-paragrafu 1, il-kriterji għall-informazzjoni ulterjuri meħtieġa li hi msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 għal setturi u sitwazzjonijiet speċifiċi, u l-kundizzjonijiet u s-salvagwardji xierqa għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 5. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa għal mikroimpriżi impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

8.  Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi formoli standard għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3, filwaqt li tikkunsidra l-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ diversi setturi u s-sitwazzjonijiet ta’ pproċessar tad-data fejn ikun meħtieġ. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2). [Em. 110]

Artikolu 15

Dritt ta’ aċċess għall-aċċess u kisba ta' data għas-suġġett tad-data

1.  Suġġett għall-Artikolu 12(4), is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur fi kwalunkwe ħin, fuq talba, il-konferma ta’ jekk data personali li tirrigwarda lis-suġġett tad-data hijiex qiegħda tiġi pproċessata jew le u Fejn data personali bħal din tkun qed tiġi pproċessata, il-kontrollur għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:b’lingwaġġ ċar u sempliċi, l-informazzjoni li ġejja.

(a)  l-objettivi tal-ipproċessar għal kull kategorija ta' data personali;

(b)  il-kategoriji ta’ data personali inkwistjoni;

(c)  ir-riċevituri jew kategoriji ta’ riċevituri li lilhom sejra tkun żvelata jew ġiet żvelata d-data personali, b’mod partikolari r-riċevituri inkluż ir-riċevituri f’pajjiżi terzi;

(d)  il-perjodu li matulu sejra tkun maħżuna d-data personali, jew jekk dan ma jkunx possibbli, il-kriterji użati biex jiġi ddeterminat dan il-perjodu;

(e)  l-eżistenza tad-dritt li wieħed jitlob mingħand il-kontrollur ir-rettifika jew it-tħassir tad-data personali li tirrigwarda lis-suġġett tad-data jew li joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ dik id-data personali;

(f)  id-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(g)  komunikazzjoni tad-data personali li tkun qed tiġi pproċessata u ta’ kull informazzjoni disponibbli dwar l-oriġini tagħha;

(h)  is-sinifikat u l-konsegwenzi previsti ta’ dan l-ipproċessar, għall-inqas fil-każ ta’ miżuri msemmija fl-Artikolu 20.

(ha)  informazzjoni sinifikanti dwar il-loġika involuta fi kwalunkwe pproċessar awtomatizzat;

(hb)  mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, fl-eventwalità ta' żvelar ta' data personali lil awtorità pubblika bħala riżultat ta' talba minn awtorità pubblika, konferma tal-fatt li tali talba tkun saret.

2.  Is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur, komunikazzjoni tad-data personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata. Meta s-suġġett tad-data jagħmel it-talba f’forma elettronikaf'format elettroniku u strutturat, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-data. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, il-kontrollur għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli biex jivverifika li l-persuna li titlob aċċess għad-data tkun is-suġġett tad-data.

2a.  Meta s-suġġett tad-data jkun ipprovda d-data personali fejn id-data personali tkun ipproċessata b’mezzi elettroniċi, is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur kopja tad-data personali pprovduta f’format elettroniku u interoperabbli li jintuża normalment u li jippermetti użu ulterjuri mis-suġġett tad-data, mingħajr xkiel min-naħa tal-kontrollur li mingħandu tkun ġiet irtirata d-data personali. Fejn ikun teknikament fattibbli u disponibbli, id-data għandha tiġi ttrasferita direttament mill-konrollur fuq talba tas-suġġett tad-data.

2b.  Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu li titħassar id-data meta ma tkunx għadha meħtieġa skont il-punt (e) tal-Artikolu 5(1).

2c.  M'għandu jkun hemm l-ebda dritt ta' aċċess f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' data skont it-tifsira tal-punt (da) tal-Artikolu 14(5), ħlief jekk is-suġġett tad-data jkollu s-setgħa li jneħħi s-segretezza inkwistjoni u jaġixxi kif meħtieġ.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data dwar il-kontenut tad-data personali msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1.

4.  Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika formoli u proċeduri standard għat-talbiet u l-għoti ta’ aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż għall-verifika tal-identità tas-suġġett tad-data u l-komunikazzjoni tad-data personali lis-suġġett tad-data, filwaqt li tikkunsidra l-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ diversi setturi u sitwazzjonijiet ta’ pproċessar tad-data. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2). [Em. 111]

TAQSIMA 3

RETTIFIKA U TĦASSIR

Artikolu 16

Dritt għal rettifika

Is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur ir-rettifika ta’ data personali dwaru li ma tkunx eżatta. Is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jikseb il-kompletezza tad-data personali mhux kompluta, inkluż billi jissupplimenta stqarrija ta’ korrezzjoni.

Artikolu 17

Dritt li jkun minsi u għal tħassir

1.  Is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur it-tħassir ta’ data personali li tirrigwardah u l-astensjoni minn aktar tixrid ta’ din id-data, b’mod speċjali fir-rigward ta’ data personali li titqiegħed għad-dispożizzjoni mis-suġġett tad-data meta hu kien għadu minorenni, u li jikseb minn partijiet terzi t-tħassir ta' kull kopja, replika jew links għal dik id-data, meta tapplika waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)  id-data ma tkunx aktar meħtieġa fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun inġabret jew ġiet ipproċessata mod ieħor id-data;

(b)  is-suġġett tad-data jirtira l-kunsens li fuqu huwa bbażat l-ipproċessar skont l-punt (a) tal-Artikolu 6(1), jew meta l-perjodu ta’ ħażna li jkun ta l-kunsens għalih ikun skada, u meta ma jkun hemm l-ebda raġuni legali għall-ipproċessar tad-data;

(c)  is-suġġett tad-data joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ data personali skont l-Artikolu 19;

(ca)  qorti jew awtorità regolatorja bbażata fl-Unjoni tkun ordnat, b’deċiżjoni finali u assoluta, li d-data kkonċernata jkollha titħassar;

(d)  l-ipproċessar tad-data ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament għal raġunijiet oħra.id-data tkun ġiet ipproċessata illegalment.

1a.  L-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandha tiddependi fuq il-ħila tal-kontrollur tad-data li jivverifika li l-persuna li titlob it-tħassir tkun is-suġġett tad-data.

2.  Meta l-kontrollur imsemmi fil-paragrafu 1 ikun għamel id-data personali pubblika, mingħajr ġustifikazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 6(1), huwa għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli, inklużi miżuri tekniċi, fir-rigward tad-data li l-kontrollur huwa responsabbli għall-pubblikazzjoni tagħha, sabiex jinforma lil partijiet terzi li li qegħdin jipproċessaw din id-data, li suġġett tad-data jitlobhom biex iħassru kwalunkwe rabta ma’, jew kopja jew replika ta’ dik id-data personali. Meta l-kontrollur ikun awtorizza pubblikazzjoni ta’ parti terza ta’ data personali, il-kontrollur għandu jitqies bħala responsabbli għal dik il-pubblikazzjoni.biex titħassar id-data, inkluż minn partijiet terzi, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 77. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data, fejn ikun possibbli, dwar l-azzjoni meħuda mill-partijiet terzi rilevanti.

3.  Il-kontrollur u, meta applikabbli, il-parti terza għandu jagħmel dan it-tħassir mingħajr dewmien, ħlief sakemm iż-żamma tad-data personali tkun meħtieġa:

(a)  għall-eżerċitar tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni skont l-Artikolu 80;

(b)  għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika skont l-Artikolu 81;

(c)  għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika skont l-Artikolu 83;

(d)  għall-konformità ma’ obbligu legali li tinżamm id-data personali bil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li għaliha huwa soġġett il-kontrollur; il-liġijiet tal-Istat Membru għandhom jissodisfaw għan ta’ interess pubbliku, jirrispettaw l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali u jkunu proporzjonati għall-għan leġittimu segwit;

(e)  fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

4.  Minflok it-tħassir, il-kontrollur għandu jillimita l-ipproċessar ta’ data personali b’tali mod li ma jkunx soġġett għall-operazzjonijiet normali tal-aċċess għad-data u l-ipproċessar u ma jistax jinbidel aktar, meta:

(a)  l-preċiżjoni tagħha tiġi kkontestata mis-suġġett tad-data, għal perjodu li jippermetti lill-kontrollur jivverifika l-preċiżjoni tad-data;

(b)  il-kontrollur ma jkunx għad fadallu aktar il-ħtieġa tad-data personali għat-twettiq tal-kompitu tiegħu iżda jkollha tinżamm għal finijiet ta’ provi;

(c)  l-ipproċessar huwa illegali u s-suġġett tad-data jopponi t-tħassir tagħha u jitlob minflok ir-restrizzjoni tal-użu tagħha;

(ca)  qorti jew awtorità regolatorja bbażata fl-Unjoni tkun ordnat, b’deċiżjoni finali u assoluta, li l-ipproċċessar kkonċernat jkollu jiġi ristrett;

(d)  is-suġġett tad-data jitlob li jittrasmetti d-data personali f’sistema ta’ pproċessar awtomatizzata oħra skont l-Artikolu 18(2)il-paragrafu 2a tal-Artikolu 15;

(da)  it-tip partikolari ta' teknoloġija ta' ħżin ma tippermettix tħassir u ġiet installata qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

5.  Id-data personali msemmija fil-paragrafu 4 tista’, bl-eċċezzjoni tal-ħażna, tkun ipproċessata biss għal finijiet ta’ provi, jew bil-kunsens tas-suġġett tad-data, jew għall-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuna fiżika jew ġuridika oħra jew għal għan ta’ interess pubbliku.

6.  Meta l-ipproċessar ta’ data personali jkun ristrett skont il-paragrafu 4, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data qabel ineħħi r-restrizzjoni fuq l-ipproċessar.

7.  Il-kontrollur għandu jimplimenta mekkaniżmi sabiex jassigura li l-limiti ta’ żmien stabbiliti għat-tħassir ta’ data personali u/jew għal reviżjoni perjodika tal-ħtieġa tal-ħażna tad-data jiġu osservati.

8.  Meta jsir it-tħassir, il-kontrollur ma għandux jipproċessa din id-data personali mod ieħor.

8a.  Il-kontrollur għandu jimplimenta mekkaniżmi sabiex jiżgura li l-limiti ta’ żmien stabbiliti għat-tħassir ta’ data personali u/jew għal reviżjoni perjodika tal-ħtieġa tal-ħżin tad-data jiġu osservati.

9.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, wara li titlob l-opinjoni tal-Bord Ewropew għall-protezzjoni tad-Data, atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar:

(a)  il-kriterji u r-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għal setturi speċifiċi u f’sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ pproċessar ta’ data;

(b)  il-kundizzjonijiet għat-tħassir ta’ konnessjonijiet, kopji jew repliki ta’ data personali minn servizzi ta’ komunikazzjoni disponibbli għall-pubbliku kif imsemmi fil-paragrafu 2;

(c)  il-kriterji u l-kundizzjonijiet għar-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali msemmija fil-paragrafu 4. [Em. 112]

Artikolu 18

Dritt għall-portabbiltà tad-data

1.  Is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt, meta d-data personali tkun ipproċessata b’mezzi elettroniċi u b’format strutturat u użat b’mod komuni, li jikseb mingħand il-kontrollur kopja tad-data li tkun qiegħda tiġi pproċessata f’format elettroniku u strutturat li jintuża normalment u li jippermetti l-użu ulterjuri mis-suġġett tad-data.

2.  Meta s-suġġett tad-data jkun ipprovda d-data personali u l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens jew fuq kuntratt, is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jittrasmetti dik id-data personali u kull informazzjoni oħra pprovduta mis-suġġett tad-data u miżmuma minn sistema ta’ pproċessar awtomatizzata, f’oħra, f’format elettroniku li jintuża normalment, mingħajr xkiel min-naħa tal-kontrollur li mingħandu tkun ġiet irtirata d-data personali.

3.  Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-format elettroniku msemmi fil-paragrafu 1 u l-istandards tekniċi, il-modalitajiet u l-proċeduri għat-trasmissjoni ta’ data personali skont il-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2). [Em. 113]

TAQSIMA 4

DRITT GĦALL-OĠĠEZZJONI U T-TFASSIL TA’ PROFILI

Artikolu 19

Dritt għall-oġġezzjoni

1.  Is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona, fuq raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari li jinsab fiha, fi kwalunkwe ħin għall-ipproċessar ta’ data personali li jkun ibbażat fuq il-punti (d), u (e) u (f) tal-Artikolu 6(1), sakemm il-kontrollur ma jagħtix raġunijiet leġittimi konvinċenti għall-ipproċessar li jegħlbu l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data.

2.  Meta d-data l-ipproċessar ta' data personali tkun ipproċessata għal marketing direttikun ibbażat fuq il-punt (f) tal-Artikolu 6(1), is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt, fi kwalunkwe ħin u mingħajr ġustifikazzjoni ulterjuri, id-dritt li joġġezzjona mingħajr ħlas b'mod ġenerali jew għal kwalunkwe skop partikolari għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu għal dan il-marketing. Dan id-dritt għandu jiġi offrut b’mod espliċitu lis-suġġett tad-data u b’mod li jintgħaraf u għandu jkun separat minn informazzjoni oħra.

2a.   Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi offrut b’mod espliċitu lis-suġġett tad-data u b’mod u f'forma li jintgħarfu, bl-użu ta’ lingwaġġ ċar u sempliċi, b’mod partikolari jekk ikun indirizzat b’mod speċifiku lejn it-tfal, u għandu jkun distingwibbli minn informazzjoni oħra.

2b.  Fil-kuntest tal-użu ta' servizzi ta' soċjetà tal-informazzjoni, u minkejja d-Direttiva 2002/58/KE, id-dritt għal oġġezzjoni jista' jiġi eżerċitat b'mezzi awtomatizzati bl-użu ta' standard tekniku li jippermetti lis-suġġett tad-data jesprimi x-xewqat tiegħu b'mod ċar.

3.  Meta tintlaqa’ oġġezzjoni skont il-paragrafi 1 u 2, il-kontrollur ma għandux juża aktar jew jipproċessa mod ieħor id-data personali kkonċernata għall-għanijiet iddeterminati fl-oġġezzjoni. [Em. 114]

Artikolu 20

Miżuri bbażati fuq it-tfassil Tfassil ta’ profili

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 6, kull persuna fiżika għandu jkollha d-dritt li ma tkunx soġġetta għal miżura li tipproduċi effetti legali rigward din il-persuna fiżika jew taffettwa b’mod sinifikanti lil din il-persuna fiżika, u li tkun ibbażata unikament fuq ipproċessar awtomatizzat maħsub sabiex jevalwa ċerti aspetti personali relatati ma’ din il-persuna fiżika jew janalizza jew ibassar b’mod partikolari l-prestazzjoni fuq ix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, il-post, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba tal-persuna fiżika. toġġezzjoni għat-tfassil ta' profili f'konformità mal-Artikolu 19. Is-suġġett tad-data għandu jiġi infurmat dwar id-dritt għal oġġezzjoni għat-tfassil ta' profili b'mod viżibbli ħafna.

2.  Soġġett għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan ir-Regolament, persuna tista’ tkun soġġetta għal tfassil ta' profili li jwassal għal miżuri li jipproduċu effetti legali rigward is-suġġett tad-data jew jaffettwaw similarment b'mod sinifikanti l-interessi, id-drittijiet jew il-libertajiet tas-suġġett tad-data kkonċernat biss għal miżura tat-tip imsemmi fil-paragrafu 1 jekk l-ipproċessar:

(a)  isir matul id-dħul huwa meħtieġ għad-dħul f’kuntratt jew waqt it-twettiq għat-twettiq tiegħu, meta t-talba għad-dħul fil-kuntratt jew it-twettiq tiegħu, magħmula mis-suġġett tad-data, tkun ġiet issodisfata jew meta jkunu, sakemm ikunu ġew ippreżentati miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data, bħad-dritt li jinkiseb l-intervent tal-bniedem; jew

(b)  ikun awtorizzat espressament minn liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li tistabbilixxi wkoll miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data; jew

(c)  ikun ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-data, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 u għal salvagwardji xierqa.

3.  L-ipproċessar awtomatizzat ta’ data personali maħsub sabiex jevalwa ċerti aspetti personali relatati ma’ persuna fiżika It-tfassil ta’ profili li għandu l-effett li jiddiskrimina kontra individwi abbażi ta’ razza jew oriġini etnika, opinjonijiet politiċi, reliġjon jew twemmin, sħubija fi tredjunjins, orjentazzjoni sesswali jew identità tal-ġeneru, jew li jirriżulta f’miżuri li għandhom tali effett, għandu jiġi pprojbit. Il-kontrollur għandu jimplimenta protezzjoni effettiva kontra diskriminazzjoni possibbli li tirriżulta mit-tfassil ta' profili. It-tfassil ta' profili ma għandux ikun ibbażat unikament fuq il-kategoriji speċjali ta’ data personali msemmija fl-Artikolu 9.

4.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta mill-kontrollur taħt l-Artikolu 14 għandha tinkludi informazzjoni dwar l-eżistenza tal-ipproċessar għal miżura tat-tip imsemmija fil-paragrafu 1 u l-effetti previsti ta’ dan l-ipproċessar fuq is-suġġett tad-data.

5.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għal miżuri Tfassil ta' profili li jwassal għal miżuri li jipproduċu effetti legali rigward is-suġġett tad-data jew jaffettwaw similarment b'mod sinifikanti l-interessi, id-drittijiet jew il-libertajiet tas-suġġett tad-data kkonċernat ma għandhom ikunu bbażati biss jew b'mod predominanti fuq ipproċessar awtomatizzat, inkluż spjegazzjoni tad-deċiżjoni li wieħed jasal għaliha wara tali valutazzjoni. Il-miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu d-dritt li tinkiseb valutazzjoni umana u spjegazzjoni tad-deċiżjoni li wieħed jasal għaliha wara tali valutazzjoni.

5a.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi fdat bil-kompitu li joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 66(1) għall-ispeċifikar ulterjuri tal-kriterji u l-kundizzjonijiet għat-tfassil tal-profili skont il-paragrafu 2. [Em. 115]

TAQSIMA 5

RESTRIZZJONIJIET

Artikolu 21

Restrizzjonijiet

1.  Il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tista’ tirrestrinġi permezz ta’ miżura leġiżlattiva, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi u d-drittijiet ipprovduti fl-Artikoli 11 sa 20 19 u l-Artikolu 32, meta din ir-restrizzjoni tikkostitwixxi tilħaq objettiv definit b’mod ċar ta' interess pubbliku, tirrispetta l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, tkun proporzjonata mal-għan leġittimu segwit u tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-data u hija miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika biex tissalvagwardja:

(a)  is-sigurtà pubblika;

(b)  il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali.

(c)  interessi pubbliċi oħra tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari interess finanzjarju jew ekonomiku importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, inklużi kwistjonijiet baġitarji, monetarji u fiskali u l-protezzjoni tal-istabbiltà u l-integrità tas-suq

(d)  il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta’ ksur ta’ etika għal professjonijiet regolati;

(e)  funzjoni regolatorja ta’ spezzjoni jew ta’ superviżjoni marbuta, anki jekk okkażjonalment, mal-eżerċizzju fil-qafas tal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali pubblika kompetenti f’każijiet imsemmija f’(a), (b), (c) u (d);

(f)  il-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.

2.  B’mod partikolari, kull miżura leġiżlattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika u għandu jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi tal-inqas dwarl-għanijiet li għandhom jiġu segwiti mill-ipproċessar;u d-determinazzjoni tal-kontrollur; :

(a)   l-għanijiet li għandhom jiġu segwiti mill-ipproċessar;

(b)   id-determinazzjoni tal-kontrollur;

(c)  l-iskopijiet speċifiċi u l-mezzi tal-ipproċessar;

(d)  is-salvagwardji għall-prevenzjoni tal-abbuż jew aċċess jew trasferiment illegali

(e)  id-dritt tas-suġġetti tad-data li jkunu infurmati dwar ir-restrizzjoni.

2a.  Il-miżuri leġiżlattivi msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx jippermettu jew jobbligaw kontrolluri privati sabiex iżommu data addizzjonali ħlief dik strettament meħtieġa għall-għan oriġinali. [Em. 116]

KAPITOLU IV

KONTROLLUR U PROĊESSUR

TAQSIMA 1

OBBLIGI ĠENERALI

Artikolu 22

Responsabbiltà tal-kontrollur

1.  Il-kontrollur għandu jadotta politiki xierqa u jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi adattati u dimostrabbli sabiex jassigura u jkun jista’ juri b'mod trasparenti li l-ipproċessar ta’ data personali jsir skont dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati s-sitwazzjoni tat-teknoloġija moderna, in-natura tal-ipproċessar tad-data personali, il-kuntest, l-ambitu u l-iskopijiet tal-ipproċessar, ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data u t-tip ta' organizzazzjoni, kemm fil-mument tad-determinazzjoni tal-mezzi għall-ipproċessar u fil-mument tal-ipproċessar innifsu.

1a.  Waqt li jikkunsidra l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni, il-kontrollur għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli biex jimplimenta l-politiki u l-proċeduri ta’ konformità li b’mod persistenti jirrispettaw l-għażliet awtonomi tas-suġġetti tad-data. Dawn il-politiki ta’ konformità għandhom jiġu riveduti tal-inqas kull sentejn u aġġornati fejn meħtieġ.

2.  Il-miżuri pprovduti fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu b’mod partikolari:

(a)  iż-żamma tad-dokumenti skont l-Artikolu 28;

(b)  l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar is-sigurtà tad-data stabbiliti fl-Artikolu 30,

(c)  it-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 33;

(d)  il-konformità mar-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni minn qabel jew il-konsultazzjoni minn qabel tal-awtorità ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 34(1) u (2);

(e)  il-ħatra ta’ uffiċjal tal-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 35(1).

3.  Il-kontrollur għandu jkollu l-ħila li juri l-adegwatezza u l-effettività tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Jekk tkun proporzjonata, din il-verifika għandha ssir minn awdituri interni jew esterni indipendenti. Kwalunkwe rapporti ġenerali regolari tal-kontrullur, bħar-rapporti obbligatorji minn kumpanniji li jkunu nnegozajti pubblikament, għandu jkun fihom fil-qosor deskrizzjoni tal-politika u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

3a.  Il-kontrullur għandu jkollu l-jedd li jittrażmetti data personali fl-Unjoni fil-grupp ta' impriżi li l-kontrullur ikun jagħmel parti minnhom, fejn tali pproċessar ikun meħtieġ għal-skopijiet amministrattivi interni leġittimi bejn oqsma ta' negozju konnessi tal-grupp ta' impriżi u livell xieraq ta' protezzjoni tad-data u kif ukoll l-interessi tas-suġġetti tad-data jkunu salvagwardati minn dispożizzjonijiet ta' protezzjoni ta' data interna jew kodiċi ta' mġiba ekwivalenti kif jingħad fl-Artikolu 38.

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika kwalunkwe kriterju u rekwiżit ieħor għal miżuri adattati msemmija fil-paragrafu 1 minbarra dawk diġà msemmija fil-paragrafu 2, il-kundizzjonijiet għall-mekkaniżmi ta’ verifika u awditjar imsemmija fil-paragrafu 3 u rigward il-kriterji għall-proporzjonalità taħt il-paragrafu 3, u meta wieħed jikkunsidra miżuri speċifiċi għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju. [Em. 117]

Artikolu 23

Il-protezzjoni tad-data bid-disinn u b’mod awtomatiku

1.  Wara li jikkunsidra ikkunsidraw l-aħħar żviluppi, l-għarfien tekniku attwali, l-aħjar prattiki internazzjonali u l-kost tal-implimentazzjonir-riskji rappreżentati mill-ipproċessar tad-data, il-kontrollur għanduu l-proċessur, jekk ikun hemm, għandhom, kemm meta jiddetermina jiddeterminaw l-għanijiet u l-mezzi għall-ipproċessar u waqt l-ipproċessar innifsu, jimplimenta jimplimentaw miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa u proporzjonali b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jiżgura l-protezzjoni jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, b’mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 5. Il-protezzjoni tad-data b’intenzjoni għandha tikkunsidra b’mod partikolari l-ġestjoni taċ-ċiklu kollu tal-ħajja tad-data personali mill-ġbir sal-ipproċessar għat-tħassir, li b’mod sistematiku tiffoka fuq is-salvagwardji proċedurali komprensivi fir-rigward tal-preċiżjoni, il-konfidenzjalità, l-integrità, is-sigurtà fiżika u t-tħassir ta’ data personali. Meta l-kontrollur ikun wettaq valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 33, għandhom jitqiesu r-riżultati meta jiġu żviluppati dawk il-miżuri u l-proċeduri.

1a.  Sabiex tiġi mrawma l-implimentazzjoni mifruxa tagħha f’setturi ekonomiċi differenti, il-protezzjoni tad-data b’intenzjoni għandha tkun prerekwiżit għall-offerti ta’ akkwist pubbliku skont id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19) kif ukoll id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20) (Id-Direttiva tal-Utilitajiet).

2.  Il-kontrollur għandu jimplimenta mekkaniżmi sabiex jassigura li, b’mod awtomatiku, tiġi pproċessata biss dik id-data personali li tkun meħtieġa għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar u li partikolarment ma għandhiex tinġabar, tinżamm jew tiġi mxerrda aktar minn kemm huwa meħtieġ għal dawk l-għanijiet, kemm f’dak li jirrigwarda l-ammont tad-data kif ukoll iż-żmien tal-ħażna tagħha. B’mod partikolari, dawk il-mekkaniżmi għandhom jassiguraw li b’mod awtomatiku d-data personali ma tkunx aċċessibbli għal numru mhux definit ta’ individwi u li s-suġġetti tad-data jistgħu jikkontrollaw id-distribuzzjoni tad-data personali tagħhom.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika kwalunkwe kriterju u rekwiżit ieħor għall-miżuri u l-mekkaniżmi xierqa msemmija fil-paragrafu 1 u 2, b’mod partikolari għar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data bid-disinn applikabbli fis-setturi, il-prodotti u s-servizzi kollha.

4.  Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi standards tekniċi għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2). [Em. 118]

Artikolu 24

Kontrolluri konġunti

Meta kontrollur jiddetermina diversi kontrolluri jiddeterminaw b'mod konġunt l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ data personali flimkien ma’ oħrajn, il-kontrolluri konġunti jridu jistabbilixxu r-responsabbiltajiet jiddeterminaw ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom għall-konformità mal-obbligi taħt dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, permezz ta’ arranġament bejniethom. L-arranġamenti għandhom jirriflettu kif xieraq ir-rwoli effettivi rispettivi tal-kontrolluri konġunti u r-relazzjonijiet b'rabta mas-suġġetti tad-data, u l-elementi ewlenin tal-arranġament għandhom ikunu disponibbli għas-suġġett tad-data. F'każ li r-rsponsabilitajiet ma jkunux ċari, il-kontrolluri għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt u in solidum. [Em. 119]

Artikolu 25

Rappreżentanti ta’ kontrolluri mhux stabbiliti fl-Unjoni

1.  Fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2), il-kontrollur għandu jaħtar rappreżentant fl-Unjoni.

2.  Dan l-obbligu m’għandux japplika għal:

(a)  kontrollur stabbilit f’pajjiż terz meta l-Kummissjoni tkun iddeċidiet li l-pajjiż terz jiżgura livell xieraq ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 41; jew

(b)  impriża li timpjega Kontrollur li jipproċessa data personali b'rabta ma' inqas minn 250 persuna5000 suġġett tad-data fi kwalunkwe 12-il xahar konsekuttiv u li ma jipproċessax kategoriji speċjali ta' data personali kif imsemmija fl-Artikolu 9(1), data dwar il-lokazzjoni jew data dwar tfal jew impjegati f'sistemi ta' arkivjar fuq skala kbira; jew

(c)  awtorità jew korp pubbliku; jew

(d)  kontrollur li joffri prodotti u oġġetti jew servizzi okkażjonalment biss fuq bażi okkażjonali lil suġġetti tad-data li jgħixu fl-Unjoni, sakemm l-ipproċessar ta' data personali jikkonċerna kategoriji speċjali ta' data personali kif imsemmija fl-Artikolu 9(1), data dwar il-lokazzjoni jew data dwar tfal jew impjegati f'sistemi ta' arkivjar fuq skala kbira.

3.  Ir-rappreżentant għandu jkun stabbilit f’wieħed minn dawk l-Istati Membri fejn jgħixu s-suġġetti li d-data personali tagħhom hija pproċessata fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi offruti lilhom, isseħħ l-offerta ta' prodotti u servizzi lis-suġġetti tad-data, jew li l-imġiba il-monitoraġġ tagħhom tkun issorveljata.

4.  Il-ħatra ta’ rappreżentant mill-kontrollur għandha tkun mingħajr preġudizzju għal azzjonijiet legali li jistgħu jinbdew kontra l-kontrollur innifsu. [Em. 120]

Artikolu 26

Proċessur

1.  Meta operazzjoni ta’ pproċessar tkun sejra ssir l-ipproċessar ikun ser isir f’isem kontrollur, il-kontrollur għandu jagħżel proċessur li jipprovdi biżżejjed garanziji sabiex jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi organizzazzjonali xierqa b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jassigura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri ta’ sigurtà tekniċi u l-miżuri organizzattivi li jirregolaw l-ipproċessar li għandu jsir u għandu jassigura l-konformità ma’ dawk il-miżuri.

2.  It-twettiq tal-ipproċessar minn proċessur għandu jkun regolat minn kuntratt jew att legali ieħor li jorbot lill-proċessur mal-kontrollur. Il-kontrollur u l-proċessur għandhom ikunu ħielsa li jistipula b’mod partikolari jiddeterminaw ir-rwoli u l-kompiti rispettivi fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, u għandhom jipprovdu li l-proċessur għandu:

(a)  jaġixxi jipproċessa data personali biss fuq struzzjonijiet mingħand il-kontrollur, b’mod partikolari, meta t-trasferiment tad-data personali użata jkun ipprojbit istruzzjonijiet mill-kontrollur, sakemm ma jkunx meħtieġ mod ieħor skont il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru;

(b)  jimpjega biss persunal li jkun impenja ruħu li jżomm il-kunfidenzjalità jew li jkun taħt obbligu statutorju ta’ kunfidenzjalità;

(c)  jieħu l-miżuri kollha meħtieġa skont l-Artikolu 30;

(d)  jimpjega jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-impjegar ta' proċessur ieħor biss bil-permess minn qabel tal-kontrollur sakemm ma jiġix determinat mod ieħor;

(e)  safejn dan ikun possibbli minħabba n-natura tal-ipproċessar, joħloq bi ftehim mal-kontrollur ir-rekwiżiti tekniċi u organizzattivi meħtieġa adegwati u rilevanti għat-twettiq tal-obbligu tal-kontrollur li jwieġeb għat-talbiet tal-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-data stabbiliti fil-Kapitolu III;

(f)  jgħin lill-kontrollur sabiex jassigura l-konformità mal-obbligi skont l-Artikoli 30 l-Artikoli 30 sa 34, billi titqies in-natura tal-ipproċessar u l-informazzjoni disponibbli lill-proċessur;

(g)  jgħaddi jirritorna r-riżultati kollha lill-kontrollur wara li jintemm l-ipproċessar u, ma jipproċessax id-data personali mod ieħor u jħassar kopji eżistenti sakemm il-liġijiet tal-Unjoni jew tal-Istati Membri ma tirrikjedix il-ħżin tad-data;

(h)  jagħmel disponibbli għall-kontrollur u għall-awtorità ta’ superviżjoni kull informazzjoni meħtieġa għall-kontroll għall-prova tal-konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu u jippermetti spezzjonijiet fuq il-post;

3.  Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jiddokumentaw bil-miktub l-istruzzjonijiet tal- kontrollur u l-obbligi tal-proċessur imsemmija fil-paragrafu 2.

3a.  Il-garanziji suffiċjenti msemmija fl-ewwel paragrafu jistgħu jintwerew b'konformità mal-kodiċi ta' kondotta jew mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni skont l-Artikoli 38 jew 39 ta' dan ir-Regolament.

4.  Jekk proċessur jipproċessa data personali għajr kif ordnat mill-kontrollur jew isir il-parti determinanti b'rabta mal-iskopijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-data, il-proċessur għandu jitqies li huwa bħala kontrollur fir-rigward ta’ dak l-ipproċessar u għandu jkun soġġett għar-regoli dwar il-kontrolluri konġunti stipulati fl-Artikolu 24.

5.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għar-responsabbiltajiet, id-dmirijiet u l-kompiti fir-rigward ta’ proċessur skont il-paragrafu 1, u l-kundizzjonijiet li jippermettu l-faċilitazzjoni tal-ipproċessar ta’ data personali fi grupp ta’ impriżi, b’mod partikolari għall-finijiet ta’ kontroll u rappurtar. [Em. 121]

Artikolu 27

Ipproċessar bl-awtorità tal-kontrollur u l-proċessur

Il-proċessur u kull persuna li taġixxi taħt l-awtorità tal-kontrollur jew tal-proċessur li jkollhom aċċess għal data personali ma għandhomx jipproċessawha ħlief fuq struzzjonijiet mingħand il-kontrollur, sakemm ma jkunux meħtieġa jagħmlu dan mil-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru.

Artikolu 28

Dokumentazzjoni

1.  Kull kontrollur u proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom iżommu għandu jżomm dokumenti dwar l-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħhom aġġornati regolarment meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2.  Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni Barra minn hekk, kull kontrollur u proċessur għandu jżomm dokumenti tal-informazzjoni li ġejja:

(a)  l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur, jew kwalunkwe kontrollur konġunt jew proċessur, u tar-rappreżentant, jekk ikun hemm;

(b)  l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data, jekk ikun hemm;

(c)  l-objettivi tal-ipproċessar, inkluż l-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (f) tal-Artikolu 6(1);

(d)  deskrizzjoni ta’ kategoriji ta’ suġġetti tad-data u ta’ kategoriji ta’ data personali li tirrigwardahom;

(e)  ir-riċevituri jew ikategoriji l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrolluri ta’ riċevituri tad-data personali, inklużi l-kontrolluri kuntatt tal-kontrolluri li lilhom tiġi żvelata data personali għall-interess leġittimu segwit minnhom, jekk ikun il-każ;

(f)  fejn applikabbli, trasferimenti ta’ data lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, inkluża l-identifikazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u, f’każ ta’ trasferimenti msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 44(1), id-dokumentazzjoni ta’ salvagwardji xierqa;

(g)  indikazzjoni ġenerali tal-limiti ta’ żmien għat-tħassir tad-diversi kategoriji ta’ data;

(h)  id-deskrizzjoni ta’ mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 22

3.  Il-kontrollur u l-proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom jagħmlu d-dokumentazzjoni disponibbli, fuq talba, għall-awtorità ta’ superviżjoni.

4.  L-obbligi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għall-kontrulluri u l-proċessuri segwenti:

(a)  persuna fiżika li tipproċessa data personali mingħajr interess kummerċjali; jew

(b)  impriża jew organizzazzjoni li timpjega anqas minn 250 persuna li l-ipproċessar tad-data personali tkun attività anċillarja mal-attivitajiet ewlenin tagħha.

5.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, sabiex tikkunsidra b’mod partikolari r-responsabbiltajiet tal-kontrollur u tal-proċessur u, jekk ikun hemm, tar-rappreżentant tal-kontrollur.

6.  Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi formoli standard għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2). [Em. 122]

Artikolu 29

Kooperazzjoni mal-awtorità ta’ superviżjoni

1.  Il-kontrollur u l-proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant il-proċessur u r-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom jikkooperaw, fuq talba, mal-awtorità ta’ superviżjoni fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha, b’mod partikolari billi jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 53(2) u billi jagħtu l-aċċess kif ipprovdut fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu. [Em. 123]

2.  Bi tweġiba għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-awtorità ta’ superviżjoni taħt l-Artikolu 53(2), il-kontrollur u l-proċessur għandhom iwieġbu lill-awtorità ta’ superviżjoni fi żmien perjodu raġonevoli li jkun speċifikat mill-awtorità ta’ superviżjoni. It-tweġiba għandha tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri meħuda u r-riżultati miksuba, b’risposta għall-kummenti tal-awtorità ta’ superviżjoni.

TAQSIMA 2

SIGURTÀ TAD-DATA

Artikolu 30

Sigurtà tal-ipproċessar

1.  Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jiżguraw livell ta’ sigurtà xieraq għar-riskji rrappreżentati mill-ipproċessar u n-natura billi jitqiesu r-riżultati ta' valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data personali li trid tiġi protetta, skont l-Artikolu 33, waqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni tagħhom.

1a.  Wara li jitqiesu l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni, tali politika ta’ sigurtà għandha tinkludi:

(a)  il-kapaċità li jiġi żgurat li l-integrità tad-data personali tiġi validata;

(b)  il-kapaċità li jiġu żgurati l-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà u r-reżistenza kontinwi tas-sistemi u s-servizzi ta’ proċessar tad-data personali;

(c)  il-kapaċità li tiġi restawrata d-disponibbiltà u l-aċċess għad-data fil-ħin fil-każ ta’ inċident fiżiku jew tekniku li jkollu impatt fuq id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tas-sistemi u s-servizzi ta’ informazzjoni;

(d)  fil-każ tal-ipproċessar ta’ data personali sensittiva skont l-Artikoli 8 u 9, miżuri ta’ sigurtà addizzjonali sabiex tiġi żgurata kuxjenza skont is-sitwazzjoni tar-riskji u l-kapaċità li tittieħed azzjoni ta’ prevenzjoni, korrezzjoni u mitigazzjoni f’ħin kważi reali kontra sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà jew inċidenti misjuba li jistgħu jkunu ta’ riskju għad-data;

(e)  proċess sabiex tiġi ttestjata, eżaminata u valutata l-effettività tal-politiki, proċeduri u pjanijiet ta’ sigurtà stabbilit sabiex tiġi żgurata effettività kontinwa.

2.  Il-kontrollur u l-proċessur Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, wara valutazzjoni tar-riskji, jieħdu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 sabiex jipproteġu data personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali jew it-telf aċċidentali u sabiex jipprevjenu kull forma illegali ta’ pproċessar, b’mod partikolari kull żvelar, tixrid jew aċċess mhux awtorizzat, jew it-tibdil ta’ data personali. tal-inqas:

(a)  jassiguraw li d-data personali tkun tista’ tiġi aċċessata biss minn persunal awtorizzat u għal raġunijiet awtorizzati legalment;

(b)  jipproteġu data personali maħżuna jew trażmessa jipproteġu data personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali jew it-telf jew tibdil aċċidentali, u l-ħżin, l-proċessar, l-aċċess jew l-iżvelar mhux awtorizzati jew illegali; kif ukoll

(c)  jassiguraw l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ sigurtà fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.

3.  Il-Kummissjoni Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati jiġi fdat bil-kompitu li joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet il-punt (b) tal-Artikolu 66(1) għall-miżuri tekniċi u organizzattivi msemmija fil-paragrafi 1 fil-paragrafi 1 u 2, inklużi d-determinazzjonijiet ta’ x’jikkostitwixxi teknoloġija avvanzata, għal setturi speċifiċi u f’sitwzzjonijiet speċifiċi ta’ pproċessar ta’ data, b’mod partikolari billi tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija u s-soluzzjonijiet għall-privatezza bid-disinn u l-protezzjoni tad-data b’mod awtomatiku, sakemm ma jkunx japplika l-paragrafu 4.

4.  Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għal diversi sitwazzjonijiet, b’mod partikolari sabiex:

(a)  tipprevjeni kull aċċess mhux awtorizzat għal data personali;

(b)  tipprevjeni kull żvelar, qari, ikkuppjar, tibdil, tħassir jew tneħħija mhux awtorizzata ta’ data personali;

(c)  tiżgura l-verifika tal-legalità tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2). [Em. 124]

Artikolu 31

Notifika ta’ ksur tad-data personali lill-awtorità ta’ superviżjoni

1.  Fil-każ ta’ ksur ta’ data personali, il-kontrollur għandu mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn possibbli, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jkun sar jaf bih, jinnotifika l-ksur tad-data personali lill-awtorità ta’ superviżjoni. In-notifika lill-awtorità ta’ superviżjoni għandha tkun akkumpanjata b’ġustifikazzjoni motivata f’każijiet fejn ma ssirx fi żmien 24 siegħa.

2.  Skont il-punt (f) tal-Artikolu 26(2), Il-proċessur għandu jwissi u jinforma lill-kontrollur minnufih mingħajr dewmien bla bżonn wara l-istabbiliment ta’ ksur ta’ data personali.

3.  In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas:

(a)  tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-data personali inklużi l-kategoriji tas-suġġetti tad-data kkonċernati u l-kategoriji u n-numru ta’ rekords tad-data kkonċernati;

(b)  tagħti l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jew ta’ punt ta’ kuntatt ieħor minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni;

(c)  tirrakkomanda miżuri sabiex itaffu l-effetti ħżiena possibbli tal-ksur tad-data personali;

(d)  tiddeskrivi l-konsegwenzi tal-ksur tad-data personali;

(e)  tiddeskrivi l-miżuri proposti jew meħuda mill-kontrollur sabiex jindirizza l-ksur tad-data personali u ttaffi l-effetti tiegħu.

L-informazzjoni, jekk ikun meħtieġ, tista' tiġi pprovduta f'fażijiet.

4.  Il-kontrollur għandu jiddokumenta kwalunkwe ksur tad-data personali, fosthom il-fatti li jirrigwardaw il-ksur, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta’ rimedju meħuda. Din id-dokumentazzjoni trid għandha tkun biżżejjed biex tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni li tivverifika l-konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Artikolu 30. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi biss l-informazzjoni meħtieġa għal dak il-għan.

4a.  L-awtorità ta’ superviżjoni għandha żżomm reġistru pubbliku tat-tipi ta’ ksur notifikati.

5.  Il-Kummissjoni Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti jiġi fdat il-kompitu li joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki bi qbil mal-punt (b0 tal-Artikolu 66(1) għall-istabbiliment tal-ksur tad-data msemmi u d-determinazzjoni tad-demwien mhux meħtieġ imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 u għaċ-ċirkostanzi partikolari li fihom kontrollur u proċessur ikunu meħtieġa jinnotifikaw il-ksur tad-data personali.

6.  Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-format standard ta’ din in-notifika lill-awtorità ta’ superviżjoni, il-proċeduri applikabbli għar-rekwiżit ta’ notifika u l-forma u l-modalitajiet għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, inklużi l-limiti ta’ żmien għat-tħassir tal-informazzjoni miżmuma fiha. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2). [Em. 125]

Artikolu 32

Komunikazzjoni ta’ ksur tad-data personali lis-suġġett tad-data

1.  Meta l-ksur tad-data personali aktarx li jaffettwa ħażin lill-protezzjoni tad-data personali jew, lill-privatezza lid-drittijiet jew lill-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data, il-kontrollur għandu, wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 31, jikkomunika l-ksur tad-data personali lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien bla bżonn.

2.  Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun tinftiehem u tuża lingwaġġ ċar u sempliċi. Hija għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-data personali u tinkludi mill-inqas tal-anqas l-informazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet previsti fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 31(3) u informazzjoni dwar id-drittijiet tas-suġġett tad-data, inkluż rimedju.

3.  Il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data ma għandhiex tkun meħtieġa jekk il-kontrollur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità ta’ superviżjoni li huwa jkun implimenta miżuri ta’ protezzjoni tekonoloġika xierqa, u li dawk il-miżuri ġew applikati għad-data kkonċernata mill-ksur tad-data personali. Dawn il-miżuri ta’ protezzjoni teknoloġika għandhom jagħmlu d-data ma tinftiehemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata biex taċċessaha.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-kontrollur li jikkomunika l-ksur tad-data personali lis-suġġett tad-data, jekk il-kontrollur ma jkunx diġà kkomunika l-ksur tad-data personali lis-suġġett tad-data , l-awtorità ta’ superviżjoni, wara li tkun ikkunsidrat l-effetti avversi possibbli tal-ksur, titolbu jagħmel dan.

5.  Il-Kummissjoni Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti jiġi fdat bil-kompitu li joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki bi qbil mal-Artikolu 66(1)(b) rigward iċ-ċirkostanzi li fihom ksur ta’ data personali aktarx li jaffettwa ħażin lid-data personali, lill-privatezza, lid-drittijiet jew l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1.

6.  Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-format tal-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 u l-proċeduri applikabbli għal dik il-komunikazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2). [Em. 126]

Artikolu 32a

Analiżi tar-riskju

1.  Il-kontrollur, jew meta jkun applikabbli l-proċessur, għandu jwettaq analiżi tar-riskju tal-impatt potenzjali tal-ipproċessar tad-data ppjanat b'rabta mad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, li tevalwa jekk l-operazzjonijiet ta' ipproċessar tiegħu jistgħux joħolqu riskji speċifiċi.

2.  L-operazzjonijiet ta' l-ipproċessar li ġejjin x'aktarx li jippresentaw riskji speċifiċi:

(a)  l-ipproċessar ta' data personali ta’ aktar minn 5000 suġġett tad-data matul kwalunkwe perjodu ta’ 12-il xahar konsekuttivi;

(b)  l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali kif imsemmijin fl-Artikolu 9(1), data dwar il-post jew data dwar it-tfal jew l-impjegati f'sistemi ta'arkivjar fuq skala kbira;

(c)  it-tfassil ta’ profili li fuqu huma bbażati miżuri li jipproduċu effetti legali li jirrigwardaw lill-individwu jew jaffettwaw b’mod sinifikanti simili lill-individwu;

(d)  l-ipproċessar ta' data personali għall-għoti ta’ kura tas-saħħa, riċerki epidemjoloġiċi, jew stħarriġ dwar mard mentali jew li jittieħed, meta d-data tiġi pproċessata biex tieħu miżuri jew deċiżjonijiet dwar individwi speċifiċi fuq skala kbira;

(e)  il-monitoraġġ awtomatizzat ta’ żoni aċċessibbli għall-pubbliku fuq skala kbira;

(f)  operazzjonijiet ta’ pproċessar oħrajn li għalihom tkun teħtieġ il-konsultazzjoni mal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jew mal-awtorità ta’ superviżjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 34(2);

(g)  Meta jkun possibbli li ksur tad-data personali jaffettwa b'mod negattiv il-protezzjoni tad-data personali, il-privatezza, id-drittijiet jew l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data;

(h)  l-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur jikkonsistu f’operazzjonijiet ta’ pproċessar li, minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu u/jew l-għanijiet tagħhom, jeħtieġu monitoraġġ regolari u sistematiku tas-suġġetti tad-data;

(i)  Meta d-data personali ssir aċċessibbli għal għadd ta' persuni li ma jkunx hemm raġuni biex jiġu limitati.

3.  Skont ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju:

(a)  Meta jeżistu kwalunkwe mill-operazzjonijiet ta' ipproċessar imsemmija fil-paragrafu 2(a) jew (b), kontrolluri mhux stabbiliti fl-Unjoni għandhom jaħtru rappreżentant fl-Unjoni skont ir-rekwiżiti u l-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25;

(b)  Meta jeżistu kwalunkwe mill-operazzjonijiet ta' ipproċessar imsemmija fil-paragrafu 2(a), (b) jew (h), il-kontrollur għandu jaħtar uffiċjal għall-protezzjoni tad-data skont ir-rekwiżiti u l-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35;

(c)  Meta jeżistu kwalunkwe mill-operazzjonijiet ta' ipproċessar imsemmija fil-paragrafu 2(a), (b), (c), (d), (e), (f), (g) jew (h), il-kontrollur jew il-proċessur li jaġixxi f'isem il-kontrollur għandhom iwettqu valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 33;

(d)  Meta jeżistu l-operazzjonijiet ta' ipproċessar imsemmija fil-paragrafu 2(f), il-kontrollur għandu jikkonsulta lill-uffiċjal għall-protezzjoni tad-data, jew f'każ li ma jkunx inħatar uffiċjal għall-protezzjoni tad-data, lill-awtorità superviżorja skont l-Artikolu 34.

4.  L-analiżi tar-riskju għandha tiġi riveduta mill-iktar wara sena, jew minnufih, jekk in-natura, l-ambitu jew l-iskopi tal-operazzjonijiet ta’ proċessar tad-data jinbidlu b’mod sinifikanti. Meta skont il-paragrafu 3(c), il-kontrollur mhuwiex obbligat iwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-data, l-analiżi tar-riskju għandha tiġi dokumentata. [Em. 127]

TAQSIMA 3

VALUTAZZJONI TAL-IMPATT ĠESTJONI TAĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA U AWTORIZZAZZJONI MINN QABEL [Em. 128]

Artikolu 33

Valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data

1.  Meta l-operazzjonijiet ta’ pproċessar jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-data minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu tagħhom u l-għanijiet tagħhommeħtieġ skont l-Artikolu 32a (3), il-kontrollur jew il-proċessur li jaġixxi f’isem il-kontrollur għandu jwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti fuq id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, speċjalment id-dritt tagħhom għal fuq id-data personali. Valutazzjoni waħda għandha tkun biżżejjed biex tindirizza sett ta’ operazzjonijiet tal-ipproċessar simili li jippreżentaw riskji simili.

2.  L-operazzjonijiet ta’ pproċessar li ġejjin b’mod partikolari jippreżentaw dawn ir-riskji speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1:

(a)  Evalwazzjoni sistematika u estensiva tal-aspetti personali relatati ma’ persuna fiżika jew għall-analiżi jew it-tbassir b’mod partikolari tas--sitwazzjoni ekonomika, il-post, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba tal-persuna fiżika, li tkun ibbażata fuq l-ipproċessar awtomatizzat li fuqu huma bbażati miżuri li jipproduċu effetti legali li jirrigwardaw lill-individwu jew jaffettwaw b’mod sinifikanti lill-individwu;

(b)  informazzjoni dwar il-ħajja sesswali, is-saħħa, ir-razza u l-oriġini etnika jew għall-għoti ta’ kura tas-saħħa, riċerki epidemjoloġiċi, jew stħarriġ dwar mard mentali jew li jittieħed, meta d-data tiġi pproċessata biex tieħu miżuri jew deċiżjonijiet dwar individwi speċifiċi fuq skala kbira;

(c)  il-monitoraġġ ta’ żoni aċċessibbli għall-pubbliku, b’mod speċjali meta jintuża apparat ottiku-elettroniku (sorveljanza bil-vidjo) fuq skala kbira;

(d)  data personali f’sistemi ta’ arkivjar fuq skala kbira dwar tfal, data ġenetika jew data bijometrika;

(e)  operazzjonijiet ta’ pproċessar oħrajn li għalihom tkun teħtieġ il-konsultazzjoni mal-awtorità ta’ superviżjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 34(2).

3.  Il-valutazzjoni għandha tinkludi mill-inqas deskrizzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti, valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-data, il-miżuri previsti sabiex jindirizzaw ir-riskji, salvagwardji, miżuri ta’ sigurtà u mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni ta’ data personali u li juru l-konformità ma’ dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data u persuni oħrajn ikkonċernati.tirrigwarda ċ-ċiklu ta’ ħajja sħiħ tal-ġestjoni tad-data personali mill-ġbir għall-ipproċessar sat-tħassir. Għall-inqas, għandu jkun fiha:

(a)  Deskrizzjoni sistematika tal-operazzjonijiet ta' pproċessar previsti, l-iskopijiet tal-ipproċessar u, jekk applikabbli, l-interessi leġittimi tal-kontrollur;

(b)  Valutazzjoni tal-bżonn u l-proporzjonalità tal-operazzjonijiet ta' pproċessar b'rabta mal-iskopijiet;

(c)  Valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, inkluż ir-riskju ta' diskriminazzjoni inerenti għall-operazzjoni jew imsaħħaħ minnha;

(d)  Deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jindirizzaw ir-riskji u jimminimizzaw il-volum tad-data personali li tiġi pproċessata;

(e)  Lista tas-salvagwardji, miżuri ta’ sigurtà u mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni ta’ data personali, bħall-psewdonimizzazzjoni, u li juru l-konformità ma’ dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data u persuni oħrajn ikkonċernati;

(f)  indikazzjoni ġenerali tal-limiti ta’ żmien għat-tħassir tad-diversi kategoriji ta’ data;

(g)  spjegazzjoni ta’ liema protezzjoni ta’ data skont id-disinn u liema prattiċi prestabbiliti skont l-Artikolu 23 ġew implimentati;

(h)  Lista tar-riċevituri jew il-kategoriji ta’ riċevituri tad-data personali;

(i)  fejn japplika, lista tat-trasferimenti ta’ data previsti lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, inkluża l-identifikazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali;

(j)  Valutazzjoni tal-kuntest tal-ipproċessar tad-data.

3a.  Jekk il-kontrollur jew il-proċessur ikun ħatar uffiċjali għall-protezzjoni tad-data, huwa/hija għandu/ha j/tkun involut/a fil-proċediment tal-valutazzjoni tal-impatt.

3b.  Il-valutazzjoni għandha tiġi dokumentata u tistipula skeda ta’ reviżjonijiet perjodiċi regolari tal-konformità mal-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 33a(1). Il-valutazzjoni għandha tiġi aġġornata mingħajr dewmien bla bżonn, jekk ir-riżultati tar-reviżjoni ta’ konformità tal-protezzjoni tad-data msemmi fl-Artikolu 33a juru inkonsistenzi fil-konformità. Il-kontrollur u l-proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom jagħmlu l-valutazzjoni disponibbli, fuq talba, għall-awtorità ta’ superviżjoni.

4.  Il-kontrollur għandu jfittex l-opinjoni tas-suġġetti tad-data jew tar-rappreżentanti tagħhom dwar l-ipproċessar maħsub, mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali jew pubbliċi jew għas-sigurtà tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

5.  Fejn il-kontrollur huwa awtorità jew korp pubbliku u fejn l-ipproċessar jirriżulta minn obbligu legali skont il-punt (c) ta’ Artikolu 6(1) li jipprovdi r-regoli u l-proċeduri relatati mal-operazzjonijiet ta' proċessar u regolati mil-liġi tal-Unjoni, il-paragrafi 1 sa 4 m’għandhomx japplikaw, sakemm l-Istati Membri jidhrilhom li hu meħtieġ sabiex iwettqu valutazzjoni bħal din qabel l-attivitajiet ta’ pproċessar.

6.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar li aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u r-rekwiżiti għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, inklużi l-kundizzjonijiet għall- modularità, il-verifika u l-awditjar. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-miżuri speċifiċi, għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

7.  Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika standards u proċeduri speċifiċi għat-twettiq u l-verifika u l-awditjar tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2). [Em. 129]

Artikolu 33a

Reviżjoni tal-konformità tal-protezzjoni tad-data

1.  Sa sentejn wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt skont l-Artikolu 33(1), il-kontrollur jew il-proċessur li jaġixxi f’isem il-kontrollur għandu jwettaq reviżjoni tal-konformità. Din ir-reviżjoni tal-konformità għandha turi li l-ipproċessar tad-data personali jsir f’konformità mal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data.

2.  Ir-reviżjoni tal-konformità għandha titwettaq perjodikament, mill-inqas darba kull sentejn, jew minnufih meta jkun hemm tibdil fir-riskji speċifiċi ppreżentati mill-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

3.  Meta r-riżultati tar-reviżjoni tal-konformità juru inkonsistenzi fil-konformità, ir-reviżjoni tal-konformità għandha tinkludi rakkomandazzjonijiet fuq kif għandha tinkiseb konformità sħiħa.

4.  Ir-reviżjoni tal-konformità u r-rakkomandazzjonijiet tagħha għandhom jiġu dokumentati. Il-kontrollur u l-proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom jagħmlu r-reviżjoni tal-konformità disponibbli, fuq talba, għall-awtorità ta’ superviżjoni.

5.  Jekk il-kontrollur jew il-proċessur ikun ħatar uffiċjali għall-protezzjoni tad-data, huwa/hija għandu/ha j/tkun involut/a fil-proċediment ta' reviżjoni tal-konformità. [Em. 130]

Artikolu 34

Awtorizzazzjoni minn qabel u Konsultazzjoni minn qabel

1.  Il-kontrollur jew il-proċessur, skont kif ikun il-każ, għandu jikseb awtorizzazzjoni mill-awtorità ta’ superviżjoni qabel l-ipproċessar ta’ data personali, sabiex jassigura l-konformità tal-ipproċessar maħsub ma’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari sabiex inaqqas ir-riskji involuti għas-suġġetti tad-data meta kontrollur jew proċessur jadotta klawżoli kuntrattwali kif ipprovdut fil-punt (d) tal-Artikolu 42(2) jew ma jipprovdix għas-salvagwardji xierqa fi strument legalment vinkolanti kif imsemmi fl-Artikolu 42(5) għat-trasferiment ta’ data personali lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali;

2.  Il-kontrollur jew proċessur li jkun qiegħed jaġixxi f’isem il-kontrollur għandu jikkonsulta lill-uffiċjal għall-protezzjoni tad-data jew, jekk ma jkunx inħatar uffiċjal għall-protezzjoni tad-data, lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jew lill-awtorità ta’ superviżjoni qabel l-ipproċessar ta’ data personali sabiex jassigura l-konformità tal-ipproċessar maħsub ma’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari sabiex inaqqas ir-riskji involuti għas-suġġetti tad-data meta:

(a)  valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data kif ipprovduta fl-Artikolu 33 tindika li l-operazzjonijiet ta’ pproċessar, minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu tagħhom jew l-għanijiet tagħhom, aktarx li jippreżentaw grad għoli ta’ riskji speċifiċi; jew

(b)  l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jew l-awtorità ta’ superviżjoni tħoss li jkun meħtieġ li jkun hemm konsultazzjoni minn qabel dwar operazzjonijiet ta’ pproċessar li aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data minħabba n-natura, l-ambitu u/jew l-għanijiet tagħhom, u speċifikati skont il-paragrafu 4.

3.  Meta l-awtorità ta’ superviżjoni tkun tal-fehma kompetenti tiddetermina, skont is-setgħa tagħha, li l-ipproċessar maħsub ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fejn ir-riskji ma jkunux identifikati jew imnaqqsa biżżejjed, din għandha tipprojbixxi l-ipproċessar maħsub u tagħmel proposti adattati sabiex tirrimedja dan in-nuqqas ta’ konformità.

4.  L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tistabbilixxi Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jistabbilixxi u tippubblika jippubblika lista tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li huma soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel skont il-punt (b) tal-paragrafu 2. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tikkomunika dawn il-listi lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

5.  Meta l-lista pprovduta fil-paragrafu 4 tinvolvi attivitajiet ta’ pproċessar li huma relatati mal-offerta ta’ prodotti jew servizzi lil suġġetti tad-data f’diversi Stati Membri, jew għas-sorveljanza tal-imġiba tagħhom, jew jistgħu jaffettwaw sostanzjalment il-moviment liberu ta’ data personali fl-Unjoni, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tapplika l-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57 qabel l-adozzjoni tal-lista.

6.  Fuq talba, il-kontrollur jew proċessur il-proċessur għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ superviżjoni l-valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-data pprovduta fl-Artikolu 33 skont l-Artikolu 33 u, fuq talba, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni tivvaluta l-konformità tal-ipproċessar u b’mod partikolari r-riskji għall-protezzjoni tad-data personali tas-suġġett tad-data u s-salvagwardji relatati.

7.  L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-awtorità ta’ superviżjoni fit-tħejjija ta’ miżura leġiżlattiva li għandha tiġi adottata mill-parlament nazzjonali jew ta’ miżura bbażata fuq din il-miżura leġiżlattiva, li tiddefinixxi n-natura tal-ipproċessar, sabiex jassiguraw il-konformità tal-ipproċessar maħsub ma’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari sabiex inaqqsu r-riskji involuti għas-suġġetti tad-data.

8.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta’ livell għoli ta’ riskju speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

9.  Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi formoli u proċeduri standard għall-awtorizzazzjonijiet u konsultazzjonijiet minn qabel imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, u formoli u proċeduri standard għall-infurmar lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni skont il-paragrafu 6. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2). [Em. 131]

TAQSIMA 4

UFFIĊJAL TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA

Artikolu 35

Ħatra tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data

1.  Il-kontrollur u l-proċessur għandu jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni tad-data fi kwalunkwe każ meta:

(a)  l-ipproċessar isir minn awtorità pubblika jew minn korp pubbliku; jew

(b)  l-ipproċessar isir minn impriża li timpjega 250 persuna jew aktar persuna ġuridika u jirrigwarda aktar minn 5000 suġġett tad-data f'perjodu ta' 12-il xahar konsekuttivi; jew

(c)  l-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur jikkonsistu f’operazzjonijiet ta’ pproċessar li, minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu u/jew l-għanijiet tagħhom, jeħtieġu monitoraġġ regolari u sistematiku tas-suġġetti tad-data; jew

(d)  l-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur jikkonsistu mill-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data skont l-Artikolu 9(1), data dwar il-post jew data dwar tfal jew impjegati f'sistemi ta' arkivjar fuq skala kbira.

2.  Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, Grupp ta’ impriżi jistgħu jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-data wieħedewlieni responsabbli, sakemm jiġi żgurat li l-uffiċjal għall-protezzjoni tad-data jkun faċilment aċċessibbli minn kull stabbiliment.

3.  Meta l-kontrollur jew il-proċessur huwa awtorità jew korp pubbliku, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jista’ jinħatar għal diversi mill-entitajiet tagħha, filwaqt li jittieħed kont tal-istruttura organizzativa tal-awtorità jew il-korp pubbliku.

4.  F’każijiet differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontrollur jew il-proċessur jew assoċjazzjonijiet jew korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta’ kontrolluri jew proċessur jistgħu jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-data.

5.  Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data fuq il-bażi tal-kwalitajiet professjonali u, b’mod partikolari, l-għarfien espert tal-liġi u tal-prattiki dwar il-protezzjoni tad-data u l-ħila li jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 37. Il-livell meħtieġ ta’ għarfien espert għandu jkun stabbilit b’mod partikolari skont l-ipproċessar tad-data li jkun sar u l-protezzjoni meħtieġa għad-data personali pproċessata mill-kontrollur jew mill-proċessur.

6.  Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jassigura li kwalunkwe dmir professjonali ieħor tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jkun kompatibbli mal-kompiti u d-dmirijiet tal-persuna bħala uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u ma jirriżultax f’kunflitt ta’ interessi.

7.  Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-data għal perjodu ta’ mill-inqas erba' snin f'każ ta' impjegat u sentejn f'każ ta' kuntrattur estern ta' servizz. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jista’ jerġa’ jinħatar għal aktar mandati. Waqt il-mandat tiegħu, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jew tagħha, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jista’ jitneħħa biss mill-kariga, jekk huwa ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijietu.

8.  L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jista’ jkun impjegat mill-kontrollur jew mill-proċessur, jew iwettaq il-kompiti tiegħu fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ servizz.

9.  Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jikkomunika l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data lill-awtorità ta’ superviżjoni u lill-pubbliku.

10.  Is-suġġetti tad-data għandu jkollhom id-dritt li jikkuntattjaw lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-ipproċessar tad-data tas-suġġett tad-data u li jitolbu l-eżerċitar tad-drittijiet taħt dan ir-Regolament.

11.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 u l-kriterji għall-kwalitajiet professjonali tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 5. [Em. 132]

Artikolu 36

Pożizzjoni tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data

1.  Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jassigura li l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jkun involut kif xieraq u mingħajr dewmien fil-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data personali.

2.  Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jassigura li l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jwettaq id-dmirijiet u l-kompiti b’mod indipendenti u ma jingħatax istruzzjonijiet rigward l-eżerċizzju tal-funzjoni. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data għandu jirrapporta b’mod dirett lill-maniġment eżekuttiv tal-kontrollur jew tal-proċessur. Il-kontrollur jew proċessur għal dan l-għan għandhom jaħtru membru tal-maniġment eżekuttiv responsabbli mill-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

3.  Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jappoġġja lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u għandu jipprovdi l-mezzi kollha, inkluż persunal, post, tagħmir u kwalunkwe riżorsa oħra meħtieġa sabiex iwettaq id-dmirijiet u l-kompiti kif imsemmija fl-Artikolu 34, u jżomm l-għarfien professjonali tiegħu.

4.  L-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data għandhom ikunu marbuta b’segretezza dwar l-identità tas-suġġetti tad-data u dwar iċ-ċirkustanzi li jippermettu lis-suġġetti tad-data jiġu identifikati, sakemm ma jinħelsux minn dak l-obbligu mis-suġġett tad-data. [Em. 133]

Artikolu 37

Kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data

Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jafda lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-anqas bil-kompiti li ġejjin:

(a)  jissensibilizza, jinforma u jagħti pariri lill-kontrollur jew lill-proċessur dwar l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri u l-proċeduri tekniċi u organizzattivi, u jiddokumenta din l-attività u t-tweġibiet li jirċievi;

(b)  jissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-politiki tal-kontrollur jew tal-proċessur fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, inklużi l-assenjazzjoni tar-responsabbiltajiet, it-taħriġ tal-persunal involut fl-operazzjonijiet ta’ pproċessar tal-operazzjonijiet, u l-verifiki relatati;

(c)  jissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari rigward ir-rekwiżiti relatati mal-protezzjoni tad-data bid-disinn, il-protezzjoni tad-data b’mod awtomatiku u s-sigurtà tad-data u dwar l-informazzjoni tas-suġġetti tad-data u t-talbiet tagħhom fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament;

(d)  jassigura li tinżamm id-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 28;

(e)  jissorvelja d-dokumentazzjoni, in-notifika u l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali skont l-Artikoli 31 u 32;

(f)  jissorvelja t-twettiq tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data mill-kontrollur jew mill-proċessur u l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni minn qabel jew konsultazzjoni minn qabel, jekk dan ikun meħtieġ skont l-Artikoli 33 l-Artikoli 32a, 33 u 34;

(g)  jissorvelja t-tweġibiet għat-talbiet mill-awtorità ta’ superviżjoni, u, fl-isfera tal-kompetenza tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data, jikkoopera mal-awtorità ta’ superviżjoni fuq talba ta’ din tal-aħħar jew fuq inizjattiva tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data stess;

(h)  jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt għall-awtorità ta’ superviżjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar u jikkonsulta mal-awtorità ta’ superviżjoni, jekk ikun xieraq, fuq inizjattiva tiegħu stess;

(i)  li jivverifika l-konformità ma' dan ir-Regolament taħt il-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni stabbilit minn qabel stabbilit fl-Artikolu 34;

(j)  li jinforma lir-rappreżentanti tal-ħaddiema dwar l-ipproċessar tad-data tal-ħaddiema.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-kompiti, iċ-ċertifikazzjoni, l-istatus, is-setgħat u r-riżorsi tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1. [Em. 134]

TAQSIMA 5

KODIĊIJIET TA’ KONDOTTA U ĊERTIFIKAZZJONI

Artikolu 38

Kodiċijiet ta’ kondotta

1.  L-Istati Membri, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu t-tħejjija ta’ kodiċijiet ta’ kondotta jew l-adozzjoni ta’ kodiċijiet ta’ kondotta mħejjija mill-awtorità ta’ supervżjoni maħsuba sabiex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi tal-ipproċessar tad-data, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a)  ipproċessar ġust u trasparenti tad-data;

(aa)  ir-rispett tad-drittijiet tal-konsumatur;

(b)  il-ġbir tad-data;

(c)  l-informazzjoni tal-pubbliku u tas-suġġetti tad-data;

(d)  it-talbiet tas-suġġetti tad-data fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom

(e)  informazzjoni u protezzjoni tat-tfal;

(f)  trasferiment ta’ data lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali;

(g)  mekkaniżmi għall-monitoraġġ u l-iżgurar tal-konformità mal-kodiċi mill-kontrolluri marbuta miegħu;

(h)  proċeduri barra l-qorti u proċeduri oħrajn ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim għas-soluzzjoni ta’ tilwim bejn il-kontrolluri u s-suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tas-suġġetti tad-data skont l-Artikoli 73 u 75.

2.  Assoċjazzjonijiet u korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta’ kontrolluri jew proċessuri fi Stat Membru wieħed li għandhom il-ħsieb li jfasslu kodiċijiet ta’ kondotta jew li jemendaw jew jestendu kodiċijiet ta’ kondotta eżistenti jistgħu jissottomettuhom għall-opinjoni tal-awtorità ta’ superviżjoni f’dak l-Istat Membru. L-awtorità ta’ superviżjoni tista’ għandha mingħajr dewmien żejjed tagħti opinjoni dwar jekk l-ipproċessar skont l-abbozz tal-kodiċi ta’ kondotta jew l-emenda hijiex konformi ma’ dan ir-Regolament. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tfittex il-fehmiet tas-suġġetti tad-data jew ir-rappreżentanti tagħhom dwar dawn l-abbozzi.

3.  Assoċjazzjonijiet u korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta’ kontrolluri jew proċessuri f’diversi Stati Membri jistgħu jissottomettu abbozzi ta’ kodiċijiet ta’ kondotta u emendi jew estensjonijiet ta’ kodiċijiet ta’ kondotta eżistenti lill-Kummissjoni.

4.  Il-Kummissjoni tista’ għandu jkollha s-setgħa li tadotta wara talba għal opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, atti ta’ implimentazzjoni ddelegati skont l-Artikolu 86 sabiex tiddeċiedi jekk il-kodiċijiet ta’ kondotta u l-emendi jew l-estensjonijiet ta’ kodiċijiet ta’ kondotta eżistenti sottomessi lilha skont il-paragrafu 3 humiex konformi ma’ dan ir-regolament u għandhomx validità ġenerali fi ħdan l-Unjoni. Dawk Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni delegati għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi stabbilita fl-Artikolu 87(2) jagħtu drittijiet infurzabbli lis-suġġetti tad-data.

5.  Il-Kummissjoni għandha tassigura r-reklamar xieraq għall-kodiċijiet li jkun ġie deċiż li għandhom validità ġenerali skont il-paragrafu 4. [Em. 135]

Artikolu 39

Ċertifikazzjoni

1.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu, b’mod partikolari fil-livell Ewropew, l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni ta’ protezzjoni tad-data u ta’ siġilli u marki tal-protezzjoni tad-data, li jippermettu lis-suġġetti tad-data jevalwaw malajr il-livell ta’ protezzjoni tad-data pprovduta mill-kontrolluri u mill-proċessuri. Il-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni tal-protezzjoni tad-data għandhom jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi u operazzjonijiet ta’ pproċessar differenti.

1a.  Kull kontrollur jew proċessur jista' jitlob lil kwalunkwe awtoritàta' superviżjoni fl-Unjoni, għal miżata raġonevoli li tkun tqis l-ispejjeż amministrattivi, biex tiċċertifika li l-ipproċessar tad-data personali qed isir bi qbil ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 5, 23 u 30, l-obbligi tal-kontollur u l-proċessur u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data.

1b.   Iċ-ċertifikazzjoni għandha tkun volontarja, affordabbli, u disponibbli permezz ta’ proċess li huwa trasparenti u mhux ta’ piż mingħajr ħtieġa.

1c.  L-awtoritajiet ta' superviżjoni u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jikkooperaw taħt il-mekkaniżmu ta' konsistenza skont l-Artikolu 57 biex jiggarantixxu mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni armonizzat tal-protezzjoni tad-data, inklużi miżati armonizzati fi ħdan l-Unjoni.

1d.  Matul il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni jistgħu jakkreditaw lil awdituri terzi speċjalizzati biex iwettqu l-verifika tal-kontrollur jew tal-proċessur f’isimhom. Awdituri terzi għandu jkollhom biżżejjed persunal ikkwalifikat, ikunu imparzjali u ħielsa minn kull kunflitt ta' interessi fir-rigward ta' dmirijiethom. L-awtoritajiet ta' superviżjoni għandhom jirrevokaw l-akkreditazzjoni jekk ikun hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li l-awditur ma jissodisfax dmirijietu b'mod korrett. Iċ-ċertifikazzjoni finali għandha tiġi pprovduta mill-awtorità ta’ superviżjoni.

1e.  L-awtoritajiet ta' superviżjoni għandhom jagħtu lill-kontrolluri u l-proċessuri, li skont il-verifika jkunu ġew ċertifikati li jipproċessaw id-data personali skont dan ir-Regolament, il-marka standardizzata ta' protezzjoni tad-data bl-isem "Siġill Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data" (European Data Protection Seal).

1f.  Is-“Siġill Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data” għandu jkun validu sakemm l-operazzjonijiet ta' pproċessar tal-kontrollur jew proċessur iċċertifikat jibqgħu kompletament konformi ma’ dan ir-Regolament.

1g.  Minkejja l-paragrafu 1f, iċ-ċertifikazzjoni għandha tkun valida għal massimu ta’ ħames snin.

1h.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jistabbilixxi reġistru elettroniku pubbliku li fih iċ-ċertifikati kollha validi u invalidi li nħarġu fl-Istat Membru jistgħu jiġu aċċessati mill-pubbliku.

1i.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista', fuq inizjattiva tiegħu stess, jiċċertifika li standard tekniku li jżid il-protezzjoni tad-data jkun konformi ma' dan ir-Regolament.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, wara li titlob opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tikkonsulta mal-partijiet interessati, b'mod partikolari mal-organizzazzjonijiet tal-industrija u mhux governattivi, atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni ta’ protezzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1 fil-paragrafu 1a sa 1h, inklużi l-kundizzjonijiet rekwiżiti għall-akkreditazzjoni tal-awdituri, kundizzjonijiet għall-għoti, u l-irtirar, u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi. Dawn l-atti delegati għandhom jagħtu drittijiet infurzabbli lis-suġġetti tad-data.

3.  Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi standards tekniċi għall-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni u għas-siġilli u l-marki ta’ protezzjoni tad-data u mekkaniżmi għall-promozzjoni u r-rikonoxximent ta’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ siġilli u marki ta’ protezzjoni tad-data. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi stabbilita fl-Artikolu 87(2). [Em. 136]

KAPITOLU V

TRASFERIMENT TA’ DATA PERSONALI LIL PAJJIŻI TERZI JEW LIL ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI

Artikolu 40

Prinċipju ġenerali għat-trasferimenti

Kull trasferiment ta’ data personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata jew hija maħsuba li tkun ipproċessata wara t-trasferiment lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jista’ jseħħ biss jekk, soġġett għad-dispożizzjonijet l-oħra ta’ dan ir-Regolament, il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu jkunu mħarsa mill-kontrollur u mill-proċessur, inkluż għal trasferimenti ulterjuri ta’ data personali mill-pajjiż terz jew minn organizzazzjoni internazzjonali lil pajjiż terz ieħor jew lil xi organizzazzjoni internazzjonali oħra.

Artikolu 41

Trasferimenti b’deċiżjoni ta’ adegwatezza

1.  Trasferiment jista’ jseħħ jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-pajjiż terz, jew territorju jew settur ta’ pproċessar f’dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni tassigura livell adegwat ta’ protezzjoni. Trasferiment bħal dan ma għandux ikun jeħtieġ awtorizzazzjoni ulterjuri speċifika.

2.  Meta tivvaluta l-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti kunsiderazzjoni lill-elementi li ġejjin:

(a)  l-istat tad-dritt, il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, inkluż rigward is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà nazzjonali u l-liġi kriminali, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni, ir-regoli professjonali u l-miżuri ta’ sigurtà li huma mħarsa f’dak il-pajjiż jew minn dik l-organizzazzjoni internazzjonali, preċedenti fil-każistika, kif ukoll drittijiet effettivi u infurzabbli inkluż rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għal suġġetti tad-data, b’mod partikolari għal dawk is-suġġetti tad-data li qegħdin jgħixu fl-Unjoni, li d-data personali tagħhom tkun sejra tiġi ttrasferita;

(b)  l-eżistenza u l-funzjonament effettiv ta’ awtorità ta’ superviżjoni indipendenti waħda jew aktar fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni, li tkun responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, inklużi setgħat suffiċjenti ta’ sanzjonar, għall-assistenza u l-għoti ta’ pariri lis-suġġetti tad-data fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom u għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri; kif ukoll

(c)  l-impenji internazzjonali li jkun daħal għalihom il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni, b’mod partikolari kwalunkwe konvenzjonijiet legalment vinkolanti jew strumenti b'rabta mal-protezzjoni tad-data personali.

3.  Il-Kummissjoni tista’ għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tiddeċiedi li pajjiż terz, jew territorju jew settur tal-ipproċessar f’dak il-pajjiż terzi, jew organizzazzjoni internazzjonali tassigura livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).Dawn l-atti delegati għandhom jipprevedu klawżola "sunset" jekk ikunu jikkonċernaw settur tal-ipproċessar u għandhom jiġu revokati skont il-paragrafu 5 ladarba ma jibqax jintlaħaq livell adegwat ta' protezzjoni skont dan ir-Regolament.

4.  L-att ta’ implimentazzjoni delegat għandu jispeċifika l-applikazzjoni ġeografika territorjali u settorjali tiegħu u, fejn ikun applikabbli, jidentifika l-awtorità ta’ superviżjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2.

4a.  Il-Kummissjoni għandha, fuq bażi kontinwa, timmonitorja żviluppi li jistgħu jaffettwaw it-twettiq tal-elementi elenkati fil-paragrafu 2 f’pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali meta jkun ġie adottat att delegat ikun skont il-paragrafu 3.

5.  Il-Kummissjoni tista’ għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tiddeċiedi li pajjż terz, jew territorju jew settur tal-ipproċessar f’dak il-pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali ma tassigurax jew m'għadhiex tassigura livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari f’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni rilevanti, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, li tkun fis-seħħ fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali, ma tiggarantix drittijiet effettivi u infurzabbli fosthom rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għas-suġġetti tad-data, b’mod partikolari għal dawk is-suġġetti tad-data li qegħdin jgħixu fl-Unjoni, li d-data personali tagħhom tkun qiegħda tiġi trasferita. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2), jew, f’każijiet ta’ urġenza estrema għal individwi fir-rigward tad-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data personali, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 87(3).

6.  Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi skont il-paragrafu 5, kull trasferiment ta’ data personali lill-pajjiż terz, jew lil territorju jew settur tal-ipproċessar f’dak il-pajjiż terz, jew fl-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni għandu jkun ipprojbit, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 42 sa 44. Fi żmien debitu, il-Kummissjoni għandha tidħol f’konsultazzjonijiet mal-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali bl-għan li tirrimedja s-sitwazzjoni li tirriżulta mid-Deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

6a.  Qabel l-adozzjoni ta’ att delegat skont il-paragrafu 3 u 5, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex jipprovdi opinjoni dwar l-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa, inkluża korrispondenza mal-gvern tal-pajjiż terz, territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali.

7.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq il-websajt tagħha lista ta’ dawk il-pajjiżi terzi, territorji u setturi tal-ipproċessar fi ħdan pajjiż terz u organizzazzjonijiet internazzjonali fejn tkun iddeċidiet li livell adegwat ta’ protezzjoni huwa jew mhuwiex assigurat.

8.  Id-Deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 25(6) jew tal-Artikolu 26(4) tad-Direttiva 95/46/KE, għandhom jibqgħu fis-seħħ sa ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sakemm ma jiġux emendati, mibdula jew imħassra mill-Kummissjoni qabel ma jintemm dak il-perjodu. [Em. 137]

Artikolu 42

Trasferimenti b’ salvagwardji xierqa

1.  Meta l-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda deċiżjoni skont l-Artikolu 41, jew tiddeċiedi li pajjiż terz, jew territorju jew settur tal-ipproċessar f’dak il-pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali ma jiżgurax livell adegwat ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 41(5), kontrollur jew proċessur jista’ ma jistax jittrasferixxi data personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali biss jekk sakemm il-kontrollur jew il-proċessur ikun ippreżenta salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta’ data personali fi strument legali vinkolanti.

2.  Is-salvagwardji xierqa msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti, b’mod partikolari, permezz ta’:

(a)  regoli korporattivi vinkolanti skont l-Artikolu 43; jew

(aa)  "Siġill Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data" validu għall-kontrollur u r-riċevitur bi qbil mal-Artikolu 39(1e); jew

(b)  klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-data adottati mill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2); jew

(c)  klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-data adottati minn awtorità ta’ superviżjoni skont il-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57 meta ddikjarati ġeneralment validi mill-Kummissjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 62(1); jew

(d)  klawżoli kuntrattwali bejn il-kontrollur jew il-proċessur u r-riċevitur tad-data awtorizzati minn awtorità ta’ superviżjoni skont il-paragrafu 4.

3.  Trasferiment ibbażat fuq klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-data, "Siġill Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data" jew regoli korporattivi vinkolanti kif imsemmija fil-punti (a), (b) (aa) jew (c) tal-paragrafu 2 ma għandhomx jeħtieġu aktar awtorizzazzjoni speċifika.

4.  Meta trasferiment ikun ibbażat fuq klawżoli kuntrattwali kif imsemmija imsemmijin fil-punt (d) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jikseb awtorizzazzjoni minn qabel tal-klawżoli kuntrattwali skont il-punt (a) tal-Artikolu 31(1) mill-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti. Jekk it-trasferiment huwa relatat ma’ attivitajiet ta’ pproċessar li jirrigwardaw is-suġġetti tad-data fi Stat Membru ieħor jew fi Stati Membri oħra, jew jaffettwaw b’mod sostanzjali l-moviment liberu ta’ data personali ġewwa l-Unjoni, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tapplika l-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57.

5.  Meta s-salvagwardji xierqa rigward il-protezzjoni tad-data personali mhumiex previsti fi strument legalment vinkolanti, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jikseb awtorizzazzjoni minn qabel għat-trasferiment, jew sett ta’ trasferimenti, jew għal dispożizzjonijiet li għandhom jiddaħħlu fl-arranġamenti amministrattivi li jipprovdu l-bażi għal dan it-trasferiment. Din l-awtorizzazzjoni mill-awtorità ta’ superviżjoni għandha tkun skont il-punt (a) tal-Artikolu 34(1). Jekk it-trasferiment huwa relatat ma’ attivitajiet ta’ pproċessar li jirrigwardaw is-suġġetti tad-data fi Stat Membru ieħor jew fi Stati Membri oħra, jew jaffettwaw b’mod sostanzjali l-moviment liberu ta’ data personali ġewwa l-Unjoni, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tapplika l-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57. L-awtorizzazzjonijiet minn awtorità superviżorja fuq il-bażi tal-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 95/46/KE għandhom jibqgħu validi sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jiġu jiġux emendati, mibdula jew imħassra mill-awtorità ta’ superviżjoni qabel ma jintemm dak il-perjodu. [Em. 138]

Artikolu 43

Trasferimenti permezz ta’ regoli korporattivi vinkolanti

1.  L-awtorità ta’ superviżjoni, f’konformità mal-mekkaniżmu ta’ konsistenza stabbilit fl-Artikolu 58, għandha tapprova regoli korporattivi vinkolanti, sakemm dawn

(a)   ikunu legalment vinkolanti u japplikaw għal u jkunu inforzati minn kull membru fi ħdan il-grupp ta’ impriżi tal-kontrollur jew tal-ipproċessur u dawk is-sottokuntratturi esterni koperti mill-ambitu tar-regoli korporattivi vinkolanti, u jinkludu lill-impjegati tagħhom;

(b)  espressament jagħtu drittijiet inforzabbli lis-suġġetti tad-data;

(c)  jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2.

1a.  Fir-rigward tad-data dwar l-impjieg, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom jiġu infurmati dwar u, bi qbil mad-dritt u l-prassi tal-Unjoni u tal-Istati Membri, jiġu involuti fit-tfassil ta' regoli korporattivi vinkolanti skont l-Artikolu 43.

2.  Ir-regoli korporattivi vinkolanti għandhom mill-inqas jispeċifikaw:

(a)  l-istruttura u d-dettalji ta’ kuntatt tal-grupp ta’ impriżi u tal-membri tiegħu u dawk is-sottokuntratturi esterni koperti mill-ambitu tar-regoli korporattivi vinkolanti;

(b)  it-trasferimenti tad-data jew sett ta’trasferimenti, inklużi l-kategoriji ta’ data personali, it-tip ta’ pproċessar u l-għanijiet tiegħu, it-tip ta’ suġġetti tad-data affettwati u l-identifikazzjoni tal-pajjiż terzi jew pajjiżi inkwistjoni;

(c)  in-natura legalment vinkolanti tagħhom, kemm internament kif ukoll esternament;

(d)  il-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni tad-data, b’mod partikolari l-limitazzjoni tal-għan, il-minimizzazzjoni tad-data, il-perjodi limitati taż-żamma, il-kwalità tad-data, il-protezzjoni tad-data bid-disinn u b’mod awtomatiku, bażi legali għall-ipproċessar, l-ipproċessar ta’ data personali sensittiva; miżuri sabiex tkun assigurata s-sigurtà tad-data; u r-rekwiżiti għal trasferimenti ulterjuri lil organizzazzjonijiet li ma jkunux marbuta bil-politiki;

(e)  id-drittijiet tas-suġġetti tad-data u l-mezzi għall-eżerċitar ta’ dawn id-drittijiet, inkluż id-dritt li wieħed ma jkunx soġġett għal miżura bbażata fuq it-tfassil ta’ profili skont l-Artikolu 20, id-dritt li wieħed iressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni kompetenti u quddiem qrati kompetenti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 75, u li jikseb rimedju u, fejn xieraq, kumpens għal ksur tar-regoli korporattivi vinkolanti;

(f)  l-aċċettazzjoni mill-kontrollur jew mill-proċessur stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru tar-responsabbiltà għal kwalunkwe ksur tar-regoli korporattivi vinkolanti minn kwalunkwe membru tal-grupp ta’ impriżi mhux stabbiliti fl-Unjoni; il-kontrollur jew il-proċessur jista’ biss ikun eżenti minn din ir-responsabbiltà, b’mod sħiħ jew in parti, jekk juri li l-membru mhuwiex responsabbli għall-avvenimenti li ħolqu l-ħsara;

(g)  kif l-informazzjoni dwar ir-regoli korporattivi vinkolanti, b’mod partikolari dwar id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti (d), (e) u (f) ta’ dan il-paragrafu hija pprovduta lis-suġġetti tad-data skont l-Artikolu 11;

(h)  il-kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data maħtur skont l-Artikolu 35, inkluż il-monitoraġġ fil-grupp ta’ impriżi tal-konformità mar-regoli korporattivi vinkolanti, kif ukoll il-monitoraġġ tat-taħriġ u l-immaniġġjar tal-ilmenti;

(i)  il-mekkaniżmi fil-grupp ta’ impriżi li għandhom l-għan li jiżguraw il-verifika tal-konformità mar-regoli korporattivi vinkolanti.

(j)  il-mekkaniżmi għar-rappurtar u r-reġistrazzjoni tal-bidliet fil-politiki u r-rappurtar ta’ dawn il-bidliet lill-awtorità ta’ superviżjoni;

(k)  il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni mal-awtorità ta’ superviżjoni sabiex tkun assigurata konformità minn kwalunkwe membru tal-grupp ta’ impriżi, b’mod partikolari billi jagħmel disponibbli għall-awtorità ta’ superviżjoni r-riżultati tal-verifiki tal-miżuri msemmija fil-punt (i) ta’ dan il-paragrafu.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-format, il-proċeduri, il-kriterji u r-rekwiżiti għal regoli korporattivi vinkolanti fis-sens ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward tal-kriterji għall-approvazzjoni tagħhom, inkluż trasparenza għas-suġġetti tad-data, l-applikazzjoni tal-punti (b), (d), (e) u (f) tal-paragrafu 2 għar-regoli korporattivi vinkolanti osservati mill-proċessuri u dwar rekwiżiti oħrajn meħtieġa għall-iżgurar tal-protezzjoni tad-data personali tas-suġġetti tad-data kkonċernati.

4.  Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-format u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi bejn il-kontrolluri, il-proċessuri u l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għal regoli korporattivi vinkolanti fis-sens ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi stabbilita fl-Artikolu 87(2). [Em. 139]

Artikolu 43a

Trasferimenti jew żvelar mhux awtorizzati mil-liġi tal-Unjoni

1.  L-ebda sentenza minn qorti jew tribunal u l-ebda deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva ta’ pajjiż terz li jkunu jeħtieġu li kontrollur jew proċessur jiżvela data personali ma għandhom ikunu rikonoxxuti jew infurzati bl-ebda mod, mingħajr preġudizzju għal trattat ta’ assistenza legali reċiproka jew ftehim internazzjonali fis-seħħ bejn il-pajjiż terz li jagħmel it-talba u l-Unjoni jew Stat Membru.

2.  Fejn sentenza ta’ qorti jew tribunal jew deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva ta’ pajjiż terz teħtieġ li kontrollur jew proċessur jiżvela informazzjoni personali, il-kontrollur jew il-proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandu jinnotifika lill-awtorità ta’ superviżjoni bit-talba mingħajr dewmien żejjed u għandu jikseb awtorizzazzjoni minn qabel għat-trasferiment mill-awtorità ta’ superviżjoni.

3.  L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tivvaluta l-konformità tal-iżvelar mitlub ma dan ir-Regolament u b’mod partikolari jekk l-iżvelar hux neċessarju u meħtieġ legalment skont il-punti (d) u (e) tal-Artikolu 44(1) u l-Artikolu 44(5). Meta jiġu affettwati suġġetti tad-data minn Stati Membri oħra, l-awtorità ta' superviżjoni għandha tapplika l-mekkaniżmu ta' konsistenza msemmi fl-Artikolu 57.

4.  L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti dwar it-talba. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jinforma wkoll lis-suġġett tad-data dwar it-talba u dwar l-awtorizzazzjoni mill-awtorità ta’ superviżjoni u, fejn applikabbli, jinforma lis-suġġett tad-data jekk ġietx provduta lill-awtoritajiet pubbliċi data personali fl-aħħar 12-il xahar konsekuttiv, skont l-Artikolu 14(1)(ha). [Em. 140]

Artikolu 44

Derogi

1.  Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni dwar l-adegwatezza skont l-Artikolu 41 jew ta’ salvagwardji xierqa skont l-Artikolu 42, trasferiment jew sett ta’ trasferimenti ta’ data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jista’ jseħħ biss sakemm:

(a)  is-suġġett tad-data jkun ikkonsenta għat-trasferiment propost, wara li jkun ġie informat dwar ir-riskji ta’ trasferimenti bħala dawn minħabba n-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza u ta’ salvagwardji xierqa; jew

(b)  it-trasferiment ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kuntratt bejn is-suġġett tad-data u l-kontrollur jew l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ qabel il-kuntratt meħuda fuq talba tas-suġġett tad-data; jew

(c)  it-trasferiment ikun meħtieġ għall-konklużjoni jew it-twettiq ta’ kuntratt konkluż fl-interess tas-suġġett tad-data bejn il-kontrollur u persuna fiżika jew ġuridika oħra; jew

(d)  it-trasferiment ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, jew

(e)  it-trasferiment ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali; jew

(f)  it-trasferiment ikun meħtieġ sabiex jiġu mħarsa l-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ persuna oħra, meta s-suġġett tad-data ma jkunx fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti l-kunsens tiegħu; jew

(g)  it-trasferiment isir minn reġistru li skont il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru huwa maħsub sabiex jipprovdi informazzjoni lill-pubbliku u li huwa miftuħ għall-konsultazzjoni kemm mill-pubbliku inġenerali jew minn kwalunkwe persuna li tista’ turi interess leġittimu, safejn il-kundizzjonijiet stabbiliti taħt il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru għall-konsultazzjoni jkunu ssodisfati fil-każ partikolari; jew

(h)  it-trasferiment ikun meħtieġ għall-finijiet tal-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur jew mill-proċessur, li ma jistax ikun ikkwalifikat bħala frekwenti jew enormi,u meta l-kontrollur jew il-proċessur evalwa ċ-ċirkostanzi kollha tal-operazzjoni ta’ trasferiment tad-data jew l-operazzjonijiet ta’ trasferiment tas-sett tad-data u abbażi ta’ din l-evalwazzjoni ppreżenta salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, fejn meħtieġ.

2.  Trasferiment skont il-punt (g) tal-paragrafu 1 ma għandux jinvolvi t-totalità tad-data personali jew kategoriji sħaħ tad-data personali li jinsabu fir-reġistru. Meta r-reġistru huwa maħsub għall-konsultazzjoni minn persuni li jkollhom interess leġittimu, it-trasferiment għandu jsir biss fuq it-talba ta’ dawk il-persuni jew jekk sejrin ikunu r-riċevituri.

3.  Meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (h) tal-paragrafu 1, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jagħti konsiderazzjoni partikolari lin-natura tad-data, l-għan u t-tul tal-operazzjoni jew tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar proposti, kif ukoll lis-sitwazzjoni fil-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż terz u l-pajjiż tad-destinazzjoni finali, u salvagwardji xierqa ppreżentati fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, fejn meħtieġ.

4.  Punti (b), u (c) u (h) tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet imwettqa minn awtoritajiet pubbliċi fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tagħhom.

5.  L-interess pubbliku msemmi fil-punt d tal-paragrafu 1 għandu jkun rikonoxxut fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi tal-Istat Membru li għaliha huwa soġġett il-kontrollur.

6.  Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jiddokumenta l-valutazzjoni kif ukoll is-salvagwardji xierqa ppreżentati msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 (h) ta’ dan l-Artikolu fid-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 u għandu jinforma lill-awtorità ta’ superviżjoni dwar it-trasferiment.

7.  Il-Kummissjoni Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar ‘raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku’ fi ħdan it-tifsira tal-punt (d) tal-paragrafu 1 kif ukoll il-kriterji u r-rekwiżiti għas-salvagwardji xierqa msemmija fil-punt (h) jiġi fdat bil-kompitu li joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 66(1) għall-ispeċifikar ulterjuri tal-kriterji u r-rekwiżiti għat-trasferiment tad-data abbażi tal-paragrafu 1. [Em. 141]

Artikolu 45

Kooperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni tad-data personali

1.  Fir-rigward ta’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jieħdu passi xierqa sabiex:

(a)  jiżviluppaw mekkaniżmi effettivi ta’ kooperazzjoni internazzjonali li jiffaċilitaw jiżguraw l-infurzar tal-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta’ data personali; [Em. 142]

(b)  jipprovdu assistenza reċiproka internazzjonali fl-infurzar ta’ leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta’ data personali, fosthom permezz ta’ notifika, riferiment għal ilment, għajnuna investigattiva u skambju ta’ informazzjoni, soġġetti għal salvagwardji xierqa għall-protezzjoni ta’ data personali u drittijiet u libertajiet fundamentali oħra;

(c)  jinvolvu lill-partijiet interessati rilevanti f’diskussjoni u attivitajiet immirati lejn it-tkabbir tal-kooperazzjoni internazzjonali fl-infurzar ta’ leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta’ data personali;

(d)  jippromwovu l-iskambju u d-dokumentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u prattiki dwar il-protezzjoni tad-data personali.

(da)  tiċċara u tikkonsulta dwar konflitti ta’ ġurisdizzjoni ma' pajjiżi terzi. [Em. 143]

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex ittejjeb ir-relazzjoni ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, u b’mod partikolari l-awtoritajiet ta’ superviżjoni tagħhom, meta l-Kummissjoni tkun iddeċidiet li dawn jiżguraw livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-Artikolu 41(3).

Artikolu 45a

Rapport mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, f'intervalli regolari, li jibdew erba’ snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 91, paragrafu 1, jew aktar tard, rapport dwar l-applikazzjoni ta’ Artikoli 40 sa 45. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni mill-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, li għandha tingħata mingħajr dewmien żejjed. Ir-rapport huwa ppubblikat. [Em. 144]

KAPITOLU VI

AWTORITAJIET TA’ SUPERVIŻJONI INDIPENDENTI

TAQSIMA 1

STATUS INDIPENDENTI

Artikolu 46

Awtorità ta’ superviżjoni

1.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi li awtorità pubblika waħda jew aktar ikunu responsabbli għas-sorveljanza tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għall-kontribuzzjoni għall-applikazzjoni konsistenti tagħha madwar l-Unjoni, bil-għan li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom u sabiex jiġi ffaċilitat il-fluss liberu ta’ data personali fl-Unjoni. Għal dawn l-għanijiet, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-Kummissjoni.

2.  Meta fi Stat Membru jkunu stabbiliti aktar minn awtorità ta’ superviżjoni waħda, l-Istat Membru għandu jagħżel l-awtorità ta’ superviżjoni li tiffunzjona bħala punt ta’ kuntatt uniku għall-parteċipazzjoni effettiva ta’ dawk l-awtoritajiet fil-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u għandu jistabbilixxi l-mekkaniżmu sabiex jassigura l-konformità mill-awtoritajiet l-oħrajn mar-regoli relatati mal-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57.

3.  Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jadotta skont dan il-Kapitolu, sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 47

Indipendenza

1.  L-awtorità ta’ superviżjoni għandha taġixxi b’indipendenza u imparzjalità sħiħa fl-eżerċizzju tad-dmirijiet u s-setgħat fdati lilha, minkejja l-arranġamenti kooperattivi u ta’ konsistenza relatati mal-Kapitolu VII ta' dan ir-Regolament. [Em. 145]

2.  Il-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom, fil-qadi ta’ dmirijiethom, la jfittxu li jieħdu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi ħadd.

3.  Il-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom iżomu lura minn xi azzjoni inkompatibbli mad-dmirijiet tagħhom u ma għandhomx, maul it-terminu tal-ħatra tagħhom, jagħmlu xi xogħol inkompatibbli ieħor, sew jekk bi qligħ sew jekk le.

4.  Il-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom, matul it-terminu tal-ħatra tagħhom, jikkomportaw ruħhom b’integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ħatriet u benefiċċji.

5.  Kull Stat Membru għandu jassigura li l-awtorità ta’ superviżjoni tiġi pprovduta riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji adegwati, bini u infrastruttura neċessarja għat-twettiq effettiv tad-dmirijiet u s-setgħat tagħha, inklużi dawk li jridu jitwettqu fil-kuntest tal-assistenza reċiproka, kooperazzjoni u parteċipazzjoni fil-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

6.  Kull Stat Membru għandu jassigura li l-awtorità ta’ superviżjoni jrid ikollha l-persunal tagħha stess li għandu jinħatar minn u soġġett għad-diskrezzjoni tal-kap tal-awtorità ta’ superviżjoni.

7.  Kull Stat Membru għandu jassigura li l-awtorità ta’ superviżjoni tkun soġġetta għal kontroll finanzjarju ma għandux jaffettwa l-indipendenza tagħha. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità ta’ superviżjoni jkollha baġits annwali separati. Il-baġits għandhom jiġu ppubblikati.

7a.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità ta’ superviżjoni tagħti rendikont lill-parlament nazzjonali għal raġunijiet ta’ kontroll baġitarju. [Em. 146]

Artikolu 48

Kundizzjonijiet ġenerali għall-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni jridu jinħatru mill-parlament jew mill-gvern tal-Istat Membru kkonċernat.

2.  Il-membri għandhom jintgħażlu minn fost persuni li m’hemm l-ebda dubju dwar l-indipendenza tagħhom u li l-esperjenza u l-ħiliet tagħhom meħtieġa sabiex jaqdu dmirijiethom l-aktar fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali huma evidenti.

3.  Id-dmirijiet ta’ membru għandhom jintemmu fl-eventwalità ta’ skadenza tat-terminu tal-ħatra, riżenja jew irtirar obbligatorju skont il-paragrafu 5.

4.  Membru jista’ jitkeċċa jew jitneħħielu d-dritt għal pensjoni jew benefiċċji oħrajn flokha mill-qorti nazzjonali kompetenti, jekk il-membru ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet jew ikun ħati ta’ mġiba ħażina serja.

5.  Meta jiskadi t-terminu tal-ħatra jew il-membru jirriżenja, il-membru għandu jkompli jeżerċita d-dmirijiet tiegħu sakemm jinħatar membru ġdid.

Artikolu 49

Regoli dwar l-istabbiliment tal-awtorità ta’ superviżjoni

Kull Stat Membru għandu jipprovdi bil-liġi fil-limiti ta’ dan ir-Regolament:

(a)  it-twaqqifu l-istatus tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(b)  il-kwalifiki, l-esperjenza u l-ħiliet meħtieġa sabiex jeżerċitaw id-dmirijiet tal-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(c)  ir-regoli u l-proċeduri għall-ħatra tal-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni, kif ukoll ir-regoli dwar l-azzjonijiet jew impjiegi inkompatibbli mad-dmirijiet tal-uffiċċju;

(d)  it-tul tal-mandat tal-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni li ma għandux ikun inqas minn erba’ snin, ħlief għall-ewwel ħatra wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir- Regolament, li parti minnha jista’ jseħħ għal perjodu iqsar fejn dan ikun neċessarju għall-ħarsien tal-indipendenza tal-awtorità ta’ superviżjoni permezz ta’ proċedura ta’ ħatra mqassma;

(e)  jekk il-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhomx ikunu eliġibbli għal ħatra mill-ġdid;

(f)  ir-Regolamenti u l-kundizzjonijiet komuni li jirregolaw id-dmirijiet tal-membri u tal-persunal tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(g)  ir-regoli u l-proċeduri dwar it-terminazzjoni tad-dmirijiet tal-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni, inkluż fejn ma jkunux jissodisfaw aktar il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom jew jekk ikunu ħatja ta’ mġiba ħażina serja.

Artikolu 50

Segretezza professjonali

Il-membri u l-persunal tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom ikunu soġġetti, kemm waqt kif ukoll wara t-terminu tal-ħatra tagħhom u b'konformità mal-leġiżlazzjonil-prassi nazzjonali , għal dmir ta’ segretezza professjonali fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li jsiru jafu biha fil-kors tal-eżerċizzju tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom, filwaqt li jwettq [Am.]u d-dmirijiet tagħhom b’indipendenza u trasparenza kif imniżżel fir-Regolament. [Em. 147]

TAQSIMA 2

DMIRIJIET U SETGĦAT

Artikolu 51

Kompetenza

1.  Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tkun kompetenti biex twettaq dmirijietha u teżerċita, fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess, is-setgħat mogħtija lilha skont dan ir-Regolament fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 73 u 74. L-ipproċessar ta’ data minn awtorità pubblika għandu jkun ikkontrollat biss mill-awtorità ta’ superviżjoni tal-Istat Membru. [Em. 148]

2.  Meta l-ipproċessar ta’ data personali iseħħ fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur jew ta’ proċessur fl-Unjoni, u l-kontrollur jew il-proċessur ikun stabbilit f’aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtorità ta’ superviżjoni tal--istabbiliment ewlieni tal-kontrollur jew il-proċessur għandha tkun kompetenti għas-sorveljanza tal-attivitajiet ta’ pproċessar tal-kontrollur jew tal-proċessur fl-Istati Membri kollha, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijet tal-Kapitolu VII ta’ dan ir-Regolament. [Em. 149]

3.  L-awtorità ta’ superviżjoni ma għandhiex tkun kompetenti li tissorvelja l-operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ qrati li jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom.

Artikolu 52

Dmirijiet

1.  L-awtorità ta’ superviżjoni għandha:

(a)  tissorvelja u tassigura l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(b)  tisma’ l-ilmenti mressqa minn kwalunkwe suġġett tad-data, jew minn assoċjazzjoni li tirrappreżenta lil dak is-suġġett u li għandha mandat xieraq mingħandhom skont l-Artikolu 73, tinvestiga, safejn ikun xieraq, il-kwistjoni u tinforma lis-suġġett tad-data jew lill-assoċjazzjoni dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment fi żmien raġonevoli, b’mod partikolari jekk tkun meħtieġa aktar investigazzjoni jew koordinazzjoni ma’ xi awtorità ta’ superviżjoni oħra; [Em. 150]

(c)  taqsam l-informazzjoni u tipprovdi assistenza reċiproka lil awtoritajiet ta’ superviżjoni oħra u tassigura l-konsistenza tal-applikazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament;

(d)  twettaq investigazzjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta’ lment jew ta’ informazzjoni speċifika u dokumentata rċevuta li tallega ipproċessar illegali jew fuq talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra, u tinforma lis-suġġett tad-data kkonċernat, jekk is-suġġett tad-data jkun indirizza lment lil din l-awtorità ta’ superviżjoni, dwar l-eżitu tal-investigazzjonijiet fi żmien raġonevoli; [Em. 151]

(e)  tissorvelja żviluppi rilevanti, sakemm dawn ikollhom impatt fuq il-protezzjoni tad-data personali, b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u prattiki kummerċjali;

(f)  tiġi ikkonsultata minn istituzzjonijiet u korpi tal-Istat Membru dwar miżuri leġiżlattivi u amministrattivi relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali;

(g)  tawtorizza u tkun ikkonsultata dwar l-operazzjonijiet ta’ pproċessar imsemmija fl-Artikolu 34;

(h)  toħroġ opinjoni dwar l-abbozzi ta’ kodiċijiet ta’ kondotta skont l-Artikolu 38(2);

(i)  tapprova regoli korporattivi vinkolanti skont l-Artikolu 43;

(j)  tipparteċipa fl-attivitajiet tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

(ja)  Tiċċertifika l-kontrolluri u l-proċessuri skont l-Artikolu 39. [Em. 152]

2.  Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tippromwovi s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar ir-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet b’rabta mal-ipproċessar tad-data personali u dwar miżuri xierqa għall-protezzjoni tad-data personali. L-attivitajiet indirizzati speċifikament lejn it-tfal għandhom jingħataw attenzjoni speċifika. [Em. 153]

2a.  Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha, flimkien mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, tippromwovi l-kuxjenza għall-kontrolluri u l-proċessuri dwar ir-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali. Dan jinkludi ż-żamma ta' reġistru ta’ sanzjonijiet u ksur. Ir-reġistru għandu jirreġistra kull twissija u kull sanzjoni b’mod dettaljat kemm jista’ jkun u r-riżoluzzjoni tal-ksur. Kull awtorità ta' superviżjoni għandha tipprovdi proċessuri u kontrolluri għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fuq talba b'informazzjoni ġenerali dwar ir-responsabbiltajiet u l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. [Em. 154]

3.  L-awtorità ta’ superviżjoni għandha, meta tintalab tagħmel dan, tagħti parir lil kwalunkwe suġġett tad-data fl-eżerċizzju tad-drittijiet taħt dan ir-Regolament u, jekk ikun xieraq, tikkoopera mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni fi Stati Membri oħra għal dan il-għan.

4.  Għall-ilmenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tipprovdi formola għas-sottomissjoni tal-ilmenti, li tista’ timtela b’mod elettroniku, mingħajr ma jkunu esklużi mezzi oħrajn ta’ komunikazzjoni.

5.  L-eżerċizzju tad-dmirijiet tal-awtorità ta’ superviżjoni għandu jkun bla ħlas għas-suġġett tad-data.

6.  F’każ li t-talbiet ikunu manifestament eċċessivi, b’mod partikolari minħabba n-natura ripetittiva tagħhom, l-awtorità ta’ superviżjoni tista’ titlob tariffa raġonevoli jew ma tiħux l-azzjoni mitluba mis-suġġett tad-data. Tali tariffa m'għandhiex teċċedi l-ispejjeż tat-teħid tal-azzjoni mitluba. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha terfa’ r-responsabbiltà li tipprova n-natura manifestament eċċessiva tat-talba. [Em. 155]

Artikolu 53

Setgħat

1.  Kull awtorità ta’ superviżjoni, skont dan ir-Regolament, għandu jkollha s-setgħa:

(a)  li tinnotifika lill-kontrollur jew lill-proċessur dwar ksur allegat tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali, u, fejn xieraq, tordna lill-kontrollur jew lill-proċessur li jirrimedja dak il-ksur, b’mod speċifiku, sabiex itejjeb il-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew tordna lill-kontrollur jikkomunika ksur tad-data personali lis-suġġett tad-data;

(b)  li tordna lill-kontrollur jew lill-proċessur jikkonforma mat-talbiet tas-suġġett tad-data li jeżerċita d-drittijiet ipprovduti minn dan ir-Regolament;

(c)  li tordna lill-kontrollur u lill-proċessur, u, fejn ikun applikabbli, ir-rapreżentant sabiex jipprovdi kull informazzjoni li hija rilevanti għat-twettiq tad-dmirijietha;

(d)  li tiżgura l-konformità mal-awtorizzazzjonijiet minn qabel u mal-konsultazzjonijiet minn qabel imsemmija fl-Artikolu 34;

(e)  li twissi jew twiddeb lill-kontrollur jew lill-proċessur;

(f)  li tordna r-rettifika, it-tħassir jew il-qerda tad-data kollha meta din tkun ipproċessata bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u n-notifika ta’ dawn l-azzjonijiet lil partijiet terzi li lilhom tkun ġiet żvelata d-data;

(g)  li timponi projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-ipproċessar;

(h)  li tissospendi flussi ta’ data lil riċevitur f’pajjiż terz jew lil xi organizzazzjoni internazzjonali;

(i)  li toħroġ opinjonijiet dwar kull kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-data personali;

(ia)  li tiċċertifika l-kontrolluri u l-proċessuri skont l-Artikolu 39;

(j)  li tinforma lill-parlamenti nazzjonali, lill-gvern jew lil istituzzjonijiet politiċi oħrajn kif ukoll lill-pubbliku dwar kull kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-data personali.

(ja)  li tistabbilixxi mekkaniżmi effettivi biex tinkoraġġixxi r-rappurtar kunfidenzjali ta' ksur ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies il-gwida maħruġa mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data skont l-Artikolu 66(4b).

2.  Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa investigattiva li tikseb mingħand il-kontrollur jew il-proċessur mingħajr notifika minn qabel:

(a)  aċċess għad-data personali kollha u għall-informazzjoni għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet tagħha;

(b)  aċċess għal kull bini tiegħu inkluż għal kwalunkwe tagħmir u mezz ta’ pproċessar tad-data, meta jkun hemm bażi raġonevoli li jiġi preżunt li hemmhekk tkun qiegħda ssir xi attività bi ksur ta’ dan ir-Regolament.

Is-setgħat imsemmija fil-punt (b) għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi tal-Istat Membru.

3.  Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa li ġġib kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament għall-attenzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji u li tidħol fi proċeduri legali, b’mod partikolari skont l-Artikolu 74(4) u l-Artikolu 75(2).

4.  Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa li tissanzjona reati amministrattivi, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 79(4), (5) u (6) skont l-Artikolu 79. Din is-setgħa għandha tiġi eżerċitata b'mod effettiv, proporzjonat u dissważiv. [Em. 156]

Artikolu 54

Rapport tal-attività

Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tfassal rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha tal-inqas kull sentejn. Ir-rapport għandu jkun ippreżentat lill-parlament nazzjonali rispettiv u għandu jkun magħmul disponibbli għall-pubbliku, għall-Kummissjoni u għall-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Artikolu 54a

Awtorità Ewlenija

1.  Fejn l-ipproċessar ta’ data personali jsir fil-kuntest tal-attivitajiet tal-istabbiliment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni, u l-kontrollur jew il-proċessur ikun stabbilit f’iżjed minn Stat Membru wieħed, jew fejn tiġi pproċessata d-data personali tar-residenti f’ħafna Stati Membri, l-awtorità ta’ superviżjoni tal-istabbiliment ewlieni tal-kontrollur jew il-proċessur għandha taġixxi bħala l-awtorità ewlenija responsabbli għas-superviżjoni tal-attivitajiet tal-ipproċessar tal-kontrollur jew il-proċessur fl-Istati Membri kollha, skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VII ta' dan ir-Regolament.

2.  L-awtorità ewlenija għandha tieħu l-miżuri xierqa għas-superviżjoni tal-attivitajiet tal-ipproċessar tal-kontrollur jew proċessur li hija responsabbli għalihom biss wara li tkun ikkonsultat l-awtoritajiet ta' superviżjoni kompetenti kollha fit-tifsira tal-Artikolu 51(1) fi sforz biex jintlaħaq kunsens. Għal dak il-għan għandha tissottometti b’mod partikolari kwalunkwe informazzjoni rilevanti u tikkonsulta l-awtoritajiet l-oħra qabel ma tadotta miżura maħsuba li tipproduċi effetti legali vis-à-vis kontrollur jew proċessur skont it-tifsira tal-Artikolu 51(1). L-awtorità ewlenija għandha tqis bl-ikbar reqqa l-opinjonijiet tal-awtoritajiet involuti. L-awtorità ewlenija għandha tkun l-unika awtorità li jkollha s-setgħa tiddeċiedi dwar miżuri maħsuba li jipproduċu effetti legali fir-rigward tal-attivitajiet ta' pproċessar tal-kontrollur jew proċessur li hija responsabbli għalihom.

3.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu, fuq it-talba tal-awtorità ta' superviżjoni kompetenti, joħroġ opinjoni dwar l-identifikazzjoni tal-awtorità ewlenija responsabbli għal kontrollur jew proċessur, f'każijiet fejn:

(a)  mhux ċar mill-fatti tal-każ fejn hu l-istabbiliment ewlieni tal-kontrollur jew proċessur; jew

(b)  l-awtoritajiet kompetenti ma jaqblux dwar liema awtorità ta' superviżjoni għandha taġixxi bħala awtorità ewlenija; jew

(c)  il-kontrollur mhuwiex stabbilit fl-Unjoni, u residenti ta’ Stati Membri differenti jiġu affettwati minn operazzjonijiet tal-ipproċessar fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

3a.  Meta l-kontrollur jeżerċita wkoll attivitajiet ta' proċessur, l-awtorità ta' superviżjoni tal-istabbiliment ewlieni tal-kontrollur għandha taġixxi bħala l-awtorità ewlenija għas-superviżjoni tal-attivitajiet ta' pproċessar.

4.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista' jiddeċiedi dwar l-identifikazzjoni tal-awtorità ewlenija. [Em. 158]

KAPITOLU VII

KOOPERAZZJONI U KONSISTENZA

TAQSIMA 1

KOOPERAZZJONI

Artikolu 55

Assistenza reċiproka

1.  L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jipprovdu lil xulxin informazzjoni relevanti u assistenza reċiproka sabiex jimplimentaw u japplikaw dan ir-Regolament b’mod konsistenti, u għandhom jistabbilixxu miżuri għal kooperazzjoni effettiva ma’ xulxin. L-assistenza reċiproka għandha tkopri, b’mod partikolari, it-talbiet ta’ informazzjoni u miżuri ta’ superviżjoni, bħal talbiet sabiex isiru awtorizzazzjonijiet u konsultazzjonijiet minn qabel, spezzjonijiet u investigazzjonijiet u informazzjoni immedjata dwar il-ftuħ ta' każijiet u żviluppi segwenti fejn il-kontrollur jew il-proċessur għandu stabbilimenti f’diversi Stati Membri jew fejn is-suġġetti tad-data f’għadd ta’ Stati Membri x’aktarx li jiġu affettwati minn operazzjonijiet ta’ proċessar. L-awtorità ewlenija kif iddefinita fl-Artikolu 54a għandha tiżgura l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni involuti u għandha taġixxi bħala punt ta’ kuntatt uniku għall-kontrollur jew il-proċessur. [Em. 159]

2.  Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex twieġeb għat-talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra mingħajr dewmien u sa mhux aktar tard minn xahar wara li tkun irċeviet it-talba. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, it-trażmissjoni ta’ informazzjoni relevanti dwar il-kors ta’ investigazzjoni jew miżuri ta’ infurzar li jwaqqfu jew jipprojbixxu l-operazzjonijiet ta’ pproċessar kuntrarji għal dan ir-Regolament.

3.  It-talba għall-assistenza għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż l-għan tat-talba u r-raġunijiet għat-talba. L-informazzjoni skambjata għandha tintuża biss fir-rigward tal-kwistjoni li għaliha ntalbet.

4.  Awtorità ta’ superviżjoni li tkun wasslitilha talba għall-assistenza ma tistax tirrifjuta li tikkonforma magħha sakemm:

(a)  ma tkunx kompetenti għat-talba; jew

(b)  il-konformità mat-talba ma tkunx kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

5.  L-awtorità ta’ superviżjoni li ssirilha t-talba għandha tinforma lill-awtorità ta’ superviżjoni li tagħmel it-talba dwar ir-riżultati jew, skont kif ikun il-każ, dwar il-progress jew il-miżuri meħuda sabiex titwieġeb it-talba mill-awtorità ta’ superviżjoni li tagħmel it-talba.

6.  L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba minn awtoritajiet ta’ superviżjoni oħrajn b’mezzi elettroniċi u fl-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli, permezz ta’ format standardizzat.

7.  Ma għandu jintalab l-ebda ħlas mingħand l-awtorità ta’ superviżjoni li tagħmel it-talba għal kwalunkwe azzjoni meħuda wara talba għal assistenza reċiproka. [Em. 160]

8.  Meta awtorità ta’ superviżjoni ma taġixxix fi żmien xahar fuq talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni li jagħmlu t-talba għandhom ikunu kompetenti li jieħdu miżura provviżorja fuq it-territorju tal-Istat Membru tagħha skont l-Artikolu 51(1) u għandhom jissottomettu l-każ lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 57. Meta jkun għadu mhux possibbli li tittieħed miżura definittiva minħabba li l-assistenza ma tkunx għadha tlestiet, l-awtorità ta’ superviżjoni li tagħmel it-talba tista’ tieħu miżuri interim skont l-Artikolu 53 fit-territorju tal-Istat Membru tagħha. [Em. 161]

9.  L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tispeċifika l-perjodu ta’ validità ta’ din il-miżura. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż it-tliet xhur. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tikkomunika mingħajr dewmien dawk il-miżuri, bir-raġunijiet kollha, lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 57. [Em. 162]

10.  Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista’ jispeċifika l-format u l-proċeduri għal assistenza reċiproka msemmija f’dan l-Artikolu u l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, u bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, b’mod partikolari l-format standardizzat imsemmi fil-paragrafu 6. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2). [Em. 163]

Artikolu 56

Operazzjonijiet konġunti ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni

1.  Sabiex tħaffef il-kooperazzjoni u l-assistenza reċiproka, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom iwettqu ħidmiet ta’ investigazzjoni konġunti, miżuri ta’ infurzar konġunti u operazzjonijiet konġunti oħrajn, li fihom membri magħżula jew persunal minn awtoritajiet ta’ superviżjoni ta’ Stati Membri oħrajn ikunu involuti.

2.  F’każijiet fejn l-kontrollur jew il-proċessur ikollu stabbilimenti f’diversi Stati Membri jew fejn is-suġġetti tad-data f’diversi Stati Membri aktarx l-kontrollur jew il-proċessur ikollu stabbilimenti f’diversi Stati Membri jew fejn li jkunu affettwati minn operazzjonijiet ta’ pproċessar, awtorità ta’ superviżjoni minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri għandu jkollu jkollha d-dritt li tipparteċipa fil-ħidmiet ta’ investigazzjoni konġunti jew fl-operazzjonijiet konġunti skont kif ikun xieraq. L-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti ewlenija kif definita fl-Artikolu 54a għandha tistieden tinvolvi lill-awtorità ta’ superviżjoni ta’ kull wieħed minn dawk l-Istati Membri sabiex tipparteċipa fil-ħidmiet ta' investigazzjoni konġunti jew operazzjonijiet konġunti rispettivi u twieġeb għat-talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni sabiex tipparteċipa fl-operazzjonijiet mingħajr dewmien. L-awtorità ewlenija għandha taġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt uniku għall-kontrollur jew il-proċessur. [Em. 164]

3.  Kull awtorità ta’ superviżjoni tista’, bħala l-awtorità ta’ superviżjoni ospitanti, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha stess, u bl-awtorizzazzjoni tal-awtorità ta’ superviżjoni li tissekonda, tikkonferixxi setgħat eżekuttivi, inkluż ħidmiet ta’ investigazzjoni, lill-membri jew lill-persunal tal-awtorità ta’ superviżjoni li tissekonda involuti f’operazzjonijiet konġunti jew, safejn tippermetti l-liġi tal-awtorità ta’ superviżjoni ospitanti, tippermetti lill-membri jew lill-persunal tal-awtorità ta’ superviżjoni li tissekonda li jeżerċitaw is-setgħat eżekuttivi tagħhom skont il-liġi tal-awtorità ta’ superviżjoni li tissekonda. Dawn is-setgħat eżekuttivi jistgħu jkunu eżerċitati biss taħt il-gwida u, bħala regola, fil-preżenza ta’ membri jew persunal mill-awtorità ta’ superviżjoni ospitanti. Il-membri jew il-persunal tal-awtorità ta’ superviżjoni li tissekonda għandhom ikunu soġġetti għal-liġi nazzjonali tal-awtorità ta’ superviżjoni ospitanti. L-awtorità ta’ superviżjoni ospitanti għandha tassumi r-responsabbiltà għall-azzjonijiet tagħhom.

4.  L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jistabbilixxu l-aspetti prattiċi ta’ azzjonijiet ta’ kooperazzjoni speċifiċi.

5.  Meta awtorità ta’ superviżjoni ma tikkonformax fi żmien xahar mal-obbligu stabbilit fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni l-oħrajn għandhom ikunu kompetenti li jieħdu miżura provviżorja fit-territorju tal-Istat Membru tagħha skont l-Artikolu 51(1).

6.  L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tispeċifika l-perjodu ta’ validità ta’ miżura provviżorja msemmi fil-paragrafu 5. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż it-tliet xhur. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha, tikkomunika mingħajr dewmien dawk il-miżuri, bir-raġunijiet kollha, lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Kummissjoni u għandha tippreżenta l-kwistjoni fil-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 57.

TAQSIMA 2

Konsistenza

Artikolu 57

Mekkaniżmu ta’ konsistenza

Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 46(1), l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni permezz tal-mekkaniżmu ta’ konsistenza kif stabbilit f’din fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali u f'każijiet individwali skont id-dispożizzjonijiet ta' din it-taqsima. [Em. 165]

Artikolu 58

Opinjoni mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data Konsistenza dwar kwistjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali

1.  Qabel ma awtorità ta’ superviżjoni tadotta miżura msemmija fil-paragrafu 2, din l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tikkomunika l-abbozz tal-miżura lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Kummissjoni.

2.  L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu japplika għal miżura maħsuba sabiex tipproduċi effetti legali u li:

(a)  tkun relatata ma’ attivitajiet ta’ pproċessar li għandom x’jaqsmu mal-offerta ta’ prodotti jew servizzi lil suġġetti tad-data f’diversi Stati Membri, jew għas-sorveljanza tal-imġiba tagħhom; jew

(b)  tista’ taffettwa sostanzjalment il-moviment liberu tad-data personali fl-Unjoni; jew

(c)  għandha l-għan li tadotta lista tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 34(5); jew

(d)  għandha l-għan li tiddetermina l-klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-data msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 42(2); jew

(e)  għandha l-għan li tawtorizza l-klawżoli kuntrattwali msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 42(2)); jew

(f)  għandha l-għan li tapprova regoli korporattivi vinkolanti fis-sens tal-Artikolu 43.

3.  Kull awtorità ta’ superviżjoni jew il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista’ jitlob li kwalunkwe kwistjoni ta' applikazzjoni ġenerali għandha tkun ittrattata fi ħdan il-konsistenza tal-mekkaniżmuil-mekkaniżmu ta' konsistenza, b’mod partikolari meta awtorità ta’ superviżjoni ma tissottomettix l-abbozz ta’ miżura msemmi fil-paragrafu 2 jew ma tikkonformax mal-obbligi ta’ assistenza reċiproka skont l-Artikolu 55 jew għal operazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 56.

4.  Sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti u korretta ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ titlob li kwalunkwe kwistjoni ta' applikazzjoni ġenerali għandha tkun ittrattata fi ħdan il-konsistenza tal-mekkaniżmu il-mekkaniżmu ta' konsistenza.

5.  L-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-Kummissjoni għandhom bla dewmien bla bżonn jikkomunikaw b’mod elettroniku kwalunkwe informazzjoni rilevanti, inkluż skont kif ikun il-każ, sommarju tal-fatti, l-abbozz ta’ miżura, u r-raġunijiet li jagħmlu l-approvazzjoni ta’ miżura bħal din meħtieġa, permezz ta’ format standardizzat.

6.  Il-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jinforma minnufih bla ebda dewmien mhux dovut b’mod elettroniku lill-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tkun ġiet ikkomunikata lilu, permezz ta’ format standardizzat. Il-president Is-segretarjat tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jipprovdi t-traduzzjonijiet tal-informazzjoni rilevanti, fejn ikun meħtieġ.

6a.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jadotta opinjoni dwar kwistjonijiet riferuti lilu skont il-paragrafu 2.

7.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu joħroġ jista' jiddeċiedi b'maġġoranza sempliċi jekk jadottax opinjoni dwar il-kwistjoni, jekk il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jiddeċiedi dan b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu jew kwalunkwe awtorità ta’ superviżjoni jew il-Kummissjoni jitolbu dan fi żmien ġimgħa wara li l-informazzjoni rilevanti tkun ġiet ipprovduta skont il-paragrafu 5. L-opinjoni għandha tkun adottata fi żmien xahar b’maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Il-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jinforma, mingħajr dewmien żejjed, lill-awtorità ta’ superviżjoni msemmija, skont kif ikun il-każ, fil-paragrafi 1 u 3, lill-Kummissjoni u lill-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti taħt l-Artikolu 51 dwar l-opinjoni u jippubblikaha.kwalunkwe kwistjoni ppreżentata taħt il-paragrafi 3 u 4 filwaqt li jitqies:

(a)  jekk il-kwistjoni tippreżentax elementi ġodda, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi legali jew fattwali, b'mod partikolari fit-teknoloġija tal-informatika u fid-dawl tal-istat ta' progress fis-soċjetà tal-informatika; kif ukoll

(b)  jekk il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data diġà ħariġx opinjoni dwar l-istess kwistjoni.

8.  L-awtorità ta’ superviżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti taħt l-Artikolu 51 għandha tikkunsidra l-opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u fi żmien ġimagħtejn wara l-informazzjoni dwar l-opinjoni mill-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, tikkomunika b’mod elettroniku lill-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Kummissjoni jekk tkunx sejra żżomm jew temenda l-abbozz ta’ miżura u, jekk ikun hemm, l-abbozz ta’ miżura emendat, permezz ta’ format standardizzat. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jadotta opinjonijiet skont il-paragrafi 6a u 7 b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Dawn l-opinjoni għandhom ikunu magħmula pubbliċi. [Em. 166]

Artikolu 58a

Konsistenza f'każijiet individwali

1.  Qabel ma' tieħu miżura maħsuba biex tipproduċi effetti legali fit-tifsira tal-Artikolu 54a, l-awtorità ewlenija għandha taqsam l-informazzjoni relevanti kollha u tissottometti l-abbozz ta' miżura lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha. L-awtorità ewlenija m'għandhiex tadotta l-miżura jekk awtorità kompetenti, fi żmien tliet ġimgħat, tkun indikat li għandha oġġezzjonijiet serja għall-miżura.

2.  Fejn awtorità kompetenti tkun indikat li għandha oġġezzjonijiet serji għal abbozz ta' miżura tal-awtorità ewlenija, jew meta l-awtorità ewlenija ma tissottomettix abbozz ta' miżura msemmi fil-paragrafu 1 jew ma tikkonformax mal-obbligi għal assistenza reċiproka skont l-Artikolu 55 jew għal operazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 56, il-kwistjoni għandha tiġi kkunsidrata mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

3.  L-awtorità ewlenija u/jew awtoritajiet kompetenti oħra involuti u l-Kummissjoni għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jikkomunikaw elettronikament lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, bl-użu ta' format standardizzat, kwalunkwe informazzjoni relevanti, fosthom, skont il-każ, sommarju tal-fatti, l-abbozz ta' miżura, ir-raġunijiet għalfejn tali miżura hija meħtieġa, l-oġġezzjonijiet imqajma kontriha u l-fehmiet tal-awtoritajiet ta' superviżjoni oħra konċernati.

4.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkunsidra l-kwistjoni, filwaqt li jqis l-impatt tal-abbozz ta' miżura tal-awtorità ewlenija fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data, u għandu jiddeċiedi b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu jekk joħroġx opinjoni dwar il-kwistjoni fi żmien ġimagħtejn wara li l-informazzjoni relevanti tkun ġiet provduta skont il-paragrafu 3.

5.  Fil-każ li l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jiddeċiedi li joħroġ opinjoni, hu għandu jagħmel dan fi żmien sitt ġimgħat, filwaqt li joħroġha pubblikament.

6.  L-awtorità ewlenija għandha tikkunsidra ħafna l-opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u fi żmien ġimagħtejn wara l-informazzjoni dwar l-opinjoni mill-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, għandha tikkomunika b’mod elettroniku lill-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Kummissjoni jekk tkunx sejra żżomm jew temenda l-abbozz ta’ miżura u, jekk ikun hemm, l-abbozz ta’ miżura emendat, permezz ta’ format standardizzat. Meta l-awtorità ewlenija jkollha l-intenzjoni li ma ssegwix l-opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, għandha tipprovdi ġustifikazzjoni motivata.

7.  F’każ li l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data xorta waħda joġġezzjona għall-miżura tal-awtorità ta’ superviżjoni kif imsemmija fil-paragrafu 5, jista’ jadotta, fi żmien xahar u b’maġġoranza ta’ żewġ terzi, miżura li għandha tkun vinkolanti fuq l-awtorità ta’ superviżjoni. [Em. 167]

Artikolu 59

Opinjoni mill-Kummissjoni

1.  Fi żmien għaxar ġimgħat wara li tkun tqajmet kwistjoni taħt l-Artikolu 58, jew sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat fil-każ tal-Artikolu 61, il-Kummissjoni tista’ tadotta, sabiex tassigura applikazzjoni korretta u konsistenti ta’ dan ir-Regolament, opinjoni relatata ma’ kwistjonijiet imqajma skont l-Artikoli 58 jew 61.

2.  Meta l-Kummissjoni tkun adottat opinjoni skont il-paragrafu 1, l-awtorità ta’ superviżjoni kkonċernata għandha tikkunsidra kif xieraq l-opinjoni tal-Kummissjoni u tinforma lill-Kummissjoni u lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jekk għandhiex l-intenzjoni li żżomm jew temenda l-abbozz ta’ miżura tagħha.

3.  Matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-abbozz ta’ miżura ma għandux ikun adottat mill-awtorità ta’ superviżjoni.

4.  Meta l-awtorità ta’ superviżjoni kkonċernata jkollha l-ħsieb li ma ssegwix l-opinjoni tal-Kummissjoni, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar dan fi żmien il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 u tipprovdi ġustifikazzjoni. F’dan il-każ l-abbozz ta’ miżura ma għandux ikun adottat għal xahar ieħor. [Em. 168]

Artikolu 60

Sospensjoni ta’ abbozz ta’ miżura

1.  Fi żmien xahar wara l-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(4), u meta l-Kummissjoni jkollha dubji serji dwar jekk l-abbozz ta’ miżura jiżgurax l-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament jew jirriżulta b’mod ieħor fl-applikazzjoni mhux konsistenti tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni raġunata li titlob lill-awtorità ta’ superviżjoni tissospendi l-adozzjoni tal-abbozz ta’ miżura, filwaqt li tikkunsidra l-opinjoni maħruġa mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data skont l-Artikolu 58(7) u l-Artikolu 61(2), fejn jidher li jkun meħtieġ sabiex:

(a)  tirrikonċilja l-pożizzjonijiet diverġenti tal-awtorità ta’ superviżjoni u tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jekk dan ikun jidher li għadu possibbli; jew

(b)  tadotta miżura skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1).

2.  Il-Kummissjoni għandha tispeċifika t-tul taż-żmien tas-sospensjoni li ma għandux jaqbeż it-12-il xahar.

3.  Matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità ta’ superviżjoni tista’ ma tadottax l-abbozz ta’ miżura. [Em. 169]

Artikolu 60a

Notifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’mod regolari, tal-inqas darba kull sitt xhur, abbażi ta’ rapport tal-President tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, dwar il-kwistjonijiet trattati fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ konsistenza, filwaqt li tiddikjara l-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament. [Em. 170]

Artikolu 61

Proċedura ta’ urġenza

1.  F’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta awtorità ta’ superviżjoni tikkunsidra li hemm ħtieġa urġenti li taġixxi sabiex tħares l-interessi tas-suġġetti tad-data, b’mod partikolari meta jkun jeżisti l-periklu li l-infurzar ta’ dritt ta’ suġġett tad-data jista’ jkun imfixkel b’mod konsiderevoli permezz ta’ tibdil fl-istat eżistenti jew sabiex jiġu evitati żvantaġġi kbar jew għal raġunijiet oħrajn, permezz ta’ deroga mill-proċedura msemmija fl-Artikolu 5858a, tista’ minnufih tadotta miżuri provviżorji b’perjodu speċifikat ta’ validità. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkomunika dawk il-miżuri, bir-raġunijiet kollha, lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Kummissjoni. [Em. 171]

2.  Meta awtorità ta’ superviżjoni tkun ħadet miżura skont il-paragrafu 1 u tikkunsidra li jeħtieġu li jkunu adottati miżuri finali b’mod urġenti, hija tista’ titlob opinjoni urġenti tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, billi tagħti r-raġunijiet għat-talba ta’ din l-opinjoni, inkluż għall-urġenza ta’ miżuri finali.

3.  Kwalunkwe awtorità ta’ superviżjoni tista’ titlob opinjoni urġenti meta l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti ma tkunx ħadet miżura xierqa f’sitwazzjoni fejn ikun hemm ħtieġa urġenti ta’ azzjoni, sabiex jitħarsu l-interessi tas-suġġetti tad-data, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għat-talba ta’ din l-opinjoni, inkluż għall-ħtieġa urġenti ta’ azzjoni.

4.  B’deroga mill-Artikolu 58(7), l-opinjoni urġenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun adottata fi żmien ġimagħtejn permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. [Em. 172]

Artikolu 62

Atti ta’ implimentazzjoni

1.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni ta' applikazzjoni ġenerali, wara li titlob opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, sabiex:

(a)  tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament skont l-objettivi u r-rekwiżiti tagħha fir-rigward ta’ kwistjonijiet ikkomunikati minn awtoritajiet ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 58 jew 61, dwar kwistjoni li fir-rigward tagħha ġiet adottata deċiżjoni motivata skont l-Artikolu 60(1), jew dwar kwistjoni li fir-rigward tagħha, awtorità ta’ superviżjoni ma tippreżentax abbozz ta’ miżura u li dwarha l-awtorità ta’ superviżjoni indikat li m’għandhiex l-intenzjoni li ssegwi l-opinjoni tal-Kummissjoni li ġiet adottata skont l-Artikolu 59;

(b)  tiddeċiedi, fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 59(1), jekk tiddikjarax l-abbozzi ta’ klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-data msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 58(2), bħala li għandhom validità ġenerali;

(c)  tispeċifika l-format u l-proċeduri għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi f’din it-taqsima;

(d)  tispeċifika l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, u bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, b’mod partikolari l-format standardizzat imsemmi fl-Artikolu 58(5), (6) u (8).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2).

2.  Għal raġunijiet imperattivi debitament ġustifikati ta’ urġenza relatati mal-interessi tas-suġġetti tad-data fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha minnufih tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 87(3). Dawk l-atti għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu li ma jaqbiżx it-12-il xahar.

3.  In-nuqqas jew l-adozzjoni ta’ miżura taħt din it-taqsima ma għandux jippreġudika kwalunkwe miżura oħra mill-Kummissjoni taħt it-Trattati. [Em. 173]

Artikolu 63

Infurzar

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, miżura inforzabbli tal-awtorità ta’ superviżjoni ta’ Stat Membru għandha tkun infurzata fl-Istati Membri kollha kkonċernati.

2.  Meta awtorità ta’ superviżjoni ma tippreżentax abbozz ta’ miżura għall-mekkaniżmu ta’ konsistenza bi ksur tal-Artikolu 58(1) sa (5) u (2) jew tadotta miżura minkejja indikazzjoni ta' oġġezzjoni serja skont l-Artikolu 58a(1), il-miżura tal-awtorità ta’ superviżjoni ma għandhiex tkun legalment valida jew inforzabbli. [Em. 174]

TAQSIMA 3

Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Artikolu 64

Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.  B’dan, qed ikun stabbilit Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

2.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun magħmul mill-kap ta’ awtorità ta’ superviżjoni ta’ kull Stat Membru u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

3.  Meta fi Stat Membru jkun hemm aktar minn awtorità ta’ superviżjoni waħda responsabbli għas-sorveljanza tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet skont dan ir-Regolament, dawn għandhom jinnominaw il-kap ta’ waħda minn dawk l-awtoritajiet ta’ superviżjoni bħala rappreżentant konġunt.

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li tipparteċipa fl-attivitajiet u l-laqgħat tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u għandha taħtar rappreżentant. Il-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu, mingħajr dewmien, jinforma lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet kollha tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Artikolu 65

Indipendenza

1.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jaġixxi b’mod indipendenti meta jeżerċita l-kompiti tiegħu skont l-Artikoli 66 u 67.

2.  Mingħajr preġudizzju għat-talbiet mill-Kummissjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 66, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand ħadd.

Artikolu 66

Kompiti tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jassigura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament. F’dan is-sens, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu, b’mod partikolari, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni:

(a)  jagħti parir lill-Kummissjoni lill-istituzzjonijiet Ewropej dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-data personali fl-Unjoni, inkluż dwar kwalunkwe emenda proposta għal dan ir-Regolament;

(b)  jeżamina, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ wieħed mill-membri tiegħu jew fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, kwalunkwe kwistjoni li tkopri l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki indirizzati lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni sabiex jinkoraġġixxi l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament, anke dwar l-użu tas-setgħat ta’ infurzar;

(c)  jirrevedi l-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki msemmija fil-punt (b) u jirrapporta b’mod regolari lill-Kummissjoni dwarhom;

(d)  joħroġ opinjonijiet dwar abbozzi ta’ deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni skont il-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57;

(da)  jipprovdi opinjoni dwar liema awtorità għandha tkun l-awtorità ewlenija skont l-Artikolu 54a(3);

(e)  jippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju bilaterali u multilaterali effettiv ta’ informazzjoni u prattiki bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, inkluża l-koordinazzjoni ta’ operazzjonijiet konġunti u attivitajiet konġunti oħra, fejn jiddeċiedi dan fuq it-talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni waħda jew diversi;

(f)  jippromwovi programmi ta’ taħriġ komuni u jiffaċilita l-iskambji ta’ persunal bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, kif ukoll, fejn ikun xieraq, mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni ta’ pajjiżi terzi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(g)  jippromwovi l-iskambju ta’ għarfien u dokumentazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni u l-prattika dwar il-protezzjoni tad-data ma’ awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-protezzjoni tad-data fid-dinja kollha;

(ga)  jagħti l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni bbażati fuq dan ir-Regolament;

(gb)  jagħti l-opinjoni tiegħu dwar kodiċijiet ta’ kondotta mfassla fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 38(4);

(gc)  jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni tal-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 39(2);

(gd)  iżomm reġistru elettroniku pubbliku dwar ċertifikati validi u invalidi skont l-Artikolu 39(1h);

(ge)  jipprovdi assistenza lill-awtoritajiet ta' superviżjoni nazzjonali, fuq talba tagħhom;

(gf)  jistabbilixxi u jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku lista tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li huma suġġetti għal konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 34;

(gg)  iżomm reġistru tas-sanzjonijiet imposti fuq il-kontrolluri jew proċessuri mill-awtoritajiet ta' superviżjoni kompetenti.

2.  Meta l-Kummissjoni titlob l-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni jitolbu parir mingħand il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, hija tista’ tistabbilixxi huma jistgħu jistabbilixxu limitu ta’ żmien sa meta l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jagħti dak il-parir, billi tiġi kkunsidrata l-urġenza tal-kwistjoni.

3.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jippreżenta l-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki tiegħu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 87 u jagħmilhom pubbliċi.

4.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data bl-azzjoni li hija tkun ħadet wara l-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki maħruġa mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

4a.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu, fejn xieraq, jikkonsulta l-partijiet interessati u jagħtihom l-opportunità li jikkummentaw f'perjodu ta' żmien raġonevoli. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 72, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku r-riżultati tal-proċedura ta’ konsultazzjoni.

4b.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi fdat bil-kompitu li joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aqwa prattiki skont il-punt (b) ta' paragrafu 1 biex jiġu stabbiliti proċeduri komuni biex tintlaqa' u tiġi investigata informazzjoni li tirrigwarda allegazzjonijiet ta' pproċessar illegali u biex tkun salvagwardjata l-kunfidenzjalità u l-għejjun tal-informazzjoni riċevuta. [Em. 175]

Artikolu 67

Rapporti

1.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jinforma b’mod regolari u f’waqtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-attivitajiet tiegħu. Huwa għandu jfassal rapport annwali mill-inqas darba kull sentejn dwar is-sitwazzjoni rigward il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi.

Ir-rapport għandu jinkludi r-reviżjoni tal-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 66(1). [Em. 176]

2.  Ir-rapport għandu jkun ippubblikat u trasmess lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Artikolu 68

Proċedura

1.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jieħu deċiżjonijiet permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, sakemm mhux previst mod ieħor fir-regoli ta’ proċedura tiegħu. [Em. 177]

2.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u jorganizza l-arranġamenti operattivi tiegħu. B’mod partikolari, huwa għandu jipprovdi għall-kontinwazzjoni tal-eżerċitar tad-dmirijiet meta jiskadi l-mandat ta’ membru jew meta membru jirriżenja, għall-istabbiliment ta’ sottogruppi għal kwistjonijiet jew setturi speċifiċi u għall-proċeduri tiegħu relatati mal-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57.

Artikolu 69

President

1.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jeleġġi president u żewġ viċi-presidenti minn fost il-membri tiegħu. Viċi-president għandu jkun il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, sakemm dan ma jkunx ġie elett president. [Em. 178]

2.  Il-mandat tal-president u tal-viċi-presidenti għandu jkun ta’ ħames snin u jista’ jiġġedded.

2a.  Il-kariga tal-president għandha tkun kariga fulltime. [Em. 179]

Artikolu 70

Kompiti tal-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.  Il-president għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

(a)  ilaqqa’ l-laqgħat tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u jħejji l-aġenda tiegħu;

(b)  li jassigura t-twettiq fil-ħin tal-kompiti tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57.

2.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jistabbilixxi t-tqassim tal-kompiti bejn il-president u l-viċi-presidenti fir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 71

Segretarjat

1.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu segretarjat. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jipprovdi s-segretarjat.

2.  Is-segretarjat għandu jipprovdi appoġġ analitiku, legali, amministrattiv u loġistiku lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data taħt id-direzzjoni tal-president. [Em. 180]

3.  Is-segretarjat għandu jkun responsabbli b’mod partikolari:

(a)  għax-xogħol ta’ kuljum tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(b)  għall-komunikazzjoni bejn il-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-president tiegħu u l-Kummissjoni u għall-komunikazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħrajn u mal-pubbliku;

(c)  għall-użu ta’ mezzi elettroniċi għall-komunikazzjoni interna u esterna;

(d)  għat-traduzzjoni ta’ informazzjoni rilevanti;

(e)  għat-tħejjija u s-segwitu tal-laqgħat tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;

(f)  għat-tħejjija, l-abbozzar u l-pubblikazzjoni ta’ opinjonijiet u testi oħrajn adottati mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Artikolu 72

Kunfidenzjalità

1.  Id-diskussjonijiet tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom ikunu jistgħu jkunu kunfidenzjali meta jkun meħtieġ, sakemm mhux previst mod ieħor fir-regoli ta’ proċedura tiegħu. L-aġendi tal-laqgħat tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom ikunu magħmula pubbliċi. [Em. 181]

2.  Id-dokumenti sottomessi lill-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-esperti u lir-rappreżentanti ta’ partijiet terzi għandhom ikunu kunfidenzjali, sakemm ma jingħatax l-aċċess għal dawn id-dokumenti skont ir-Regolament Nru (KE) 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21) jew sakemm il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ma jippubblikahomx.

3.  Il-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, kif ukoll l-esperti u r-rappreżentanti ta’ partijiet terzi, għandhom ikunu mitluba li jirrispettaw l-obbligi ta’ kunfidenzjalità stabbiliti f’dan l-Artikolu. Il-president għandu jassigura li l-esperti u r-rappreżentanti ta’ partijiet terzi jkunu konxji mir-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità imposti fuqhom.

KAPITOLU VIII

RIMEDJI, RESPONSABBILTÀ U SANZJONIJIET

Artikolu 73

Dritt li jitressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni

1.  Mingħajr preġudizzu għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor u l-mekkaniżmu ta' konsistenza, kull suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru jekk huwa jħoss li l-ipproċessar ta’ data personali dwaru ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament.

2.  Kull korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li jkollha l-għan li tħares id-drittijiet u l-interessi ta’ suġġetti tad-data rigward il-protezzjoni tad-data personali tagħhom taġixxi fl-interess pubbliku u li tkun ġiet ikkostitwita kif xieraq skont il-liġi ta’ Stat Membru għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru f’isem suġġett tad-data wieħed jew aktar jekk tqis li d-drittijiet ta’ suġġett tad-data taħt dan ir-Regolament ikunu nkisru minħabba l-ipproċessar ta’ data personali.

3.  Indipendentement minn ilment ta’ suġġett tad-data, kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru, jekk tqis li jkun seħħ ksur ta’ data personali dan ir-Regolament. [Em. 182]

Artikolu 74

Dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra awtorità ta’ superviżjoni

1.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ieħor amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, kull persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjonijiet ta' awtorità ta' superviżjoni li tirrigwardaha.

2.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ieħor amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, kull suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju biex jobbliga lill-awtorità ta’ superviżjoni taġixxi dwar ilment, fin-nuqqas ta’ deċiżjoni li tkun neċessarja biex tipproteġi d-drittjiet tiegħu, jew meta l-awtorità ta’ superviżjoni ma tinfurmax lis-suġġett tad-data fi żmien tliet xhur dwar il-progress jew l-eżitu tal-ilment skont il-punt (b) tal-Artikolu 52(1).

3.  Il-proċeduri kontra awtorità ta’ superviżjoni għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità ta’ superviżjoni.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmu ta' konsistenza, suġġett tad-data li huwa interessat minn deċiżjoni ta’ awtorità ta’ superviżjoni fi Stat Membru ieħor minn fejn is-suġġett tad-data għandu r-residenza abitwali tiegħu, jista’ jitlob lill-awtorità ta’ superviżjoni tal-Istat Membru fejn huwa għandu r-residenza abitwali tiegħu sabiex tibda proċeduri f’ismu kontra l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor.

5.  L-Istati Membri għandhom jinfurzaw id-deċiżjonijiet finali tal-qrati msemmija f’dan l-Artikolu. [Em. 183]

Artikolu 75

Dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra kontrollur jew proċessur

1.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv disponibbli, inkluż id-dritt li jitressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 73, kull persuna għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju jekk din tħoss li d-drittijiet tagħha taħt dan ir-Regolament ġew miksura b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali tagħha f’nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.  Il-proċeduri kontra kontrollur jew proċessur jistgħu jitressqu kemm quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn il-kontrollur jew il-proċessur għandu stabbiliment. Inkella, dawn il-proċeduri jistgħu jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn is-suġġett tad-data jkollu r-residenza abitwali tiegħu, ħlief jekk il-kontrollur ikun awtorità pubblika li taġixxi fl-eżerċitu tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li jaġixxi fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tiegħu. [Em. 184]

3.  Meta jkun hemm proċeduri pendenti fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 56, li jirrigwardaw l-istess miżura, deċiżjoni jew prattika, qorti tista’ tissospendi l-proċeduri miġjuba quddiemha, ħlief meta l-urġenza tal-kwistjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data ma tippermettix li wieħed jistenna l-eżitu tal-proċedura fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza.

4.  L-Istati Membri għandhom jinfurzaw id-deċiżjonijiet finali tal-qrati msemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 76

Regoli komuni għall-proċeduri tal-qorti

1.  Kull korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni msemmija fl-Artikolu 73(2) għandu jkollha d-dritt li teżerċita d-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 74 u, 75 f’isem u 77 jekk tingħata dan il-mandat minn suġġett tad-data wieħed jew aktar. [Em. 185]

2.  Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha d-dritt li tipparteċipa fi proċeduri legali u tressaq azzjoni quddiem il-qorti, biex tinforza d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew tassigura l-konsistenza tal-protezzjoni tad-data personali fi ħdan l-Unjoni.

3.  Meta qorti kompetenti ta’ Stat Membru jkollha motivi raġonevoli sabiex taħseb li qegħdin isiru proċeduri paralleli fi Stat Membru ieħor, din għandha tikkuntattja lill-qorti kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ dawn il-proċeduri paralleli.

4.  Meta dawn il-proċeduri paralleli fi Stat Membru ieħor ikunu jirrigwardaw l-istess miżura, deċiżjoni jew prattika, il-qorti tista’ tissospendi l-proċeduri.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li azzjonijiet ġudizzjarji disponibbli permezz ta’ liġi nazzjonali jippermettu l-adozzjoni rapida ta’ miżuri interim, intiżi biex iwaqqfu l-ksur allegat u ma jħallux aktar xkiel għall-interessi involuti.

Artikolu 77

Dritt għal kumpens u responsabbiltà

1.  Kull persuna li tkun sofriet xi ħsara danni, inkluż danni mhux finanzjarji minħabba operazzjoni ta’ pproċessar illegali jew azzjoni mhux kompatibbli ma’ dan ir-Regolament għandu jkollha d-dritt li tingħata titlob kumpens mingħand il-kontrollur jew il-proċessur għall-ħsara għad-danni li tkun sofriet. [Em. 186]

2.  Meta fl-ipproċessar ikun hemm involuti aktar minn kontrollur jew proċessur wieħed, kull kontrollur jew proċessur wieħed minn dawk il-kontrolluri jew proċessuri għandu jkun responsabbli in solidum għall-ammont sħiħ tal-ħsara tad-danni, sakemm ma jkollhomx ftehim xieraq bil-miktub li jiddetermina r-responsabilitajiet skont l-Artikolu 24. [Em. 187]

3.  Il-kontrollur jew il-proċessur jista’ jkun eżenti minn din ir-responsabbiltà, b’mod sħiħ jew in parti, jekk il-kontrollur jew il-proċessur jagħti prova li ma jkunx responsabbli għall-avveniment li jwassal għad-dannu.

Artikolu 78

Pieni

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li jkunu implimentati, inkluż meta l-kontrollur ma jkunx ikkonforma mal-obbligu li jaħtar rappreżentant. Il-pieni pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  Meta l-kontrollur ikun stabbilixxa rappreżentant, kwalunkwe penalità għandha tkun applikata għar-rappreżentant, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe penalità li tista’ tinbeda kontra l-kontrollur.

3.  Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet fil-liġi tiegħu li jadotta skont il-paragrafu 1, sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 79

Sanzjonijiet amministrattivi

1.  Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tingħata s-setgħa li timponi sanzjonijiet amministrattivi skont dan l-Artikolu. L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jikkooperaw ma’ xulxin skont l-Artikoli 46 u 57 sabiex jiggarantixxu livell armonizzat ta’ sanzjonijiet fi ħdan l-Unjoni.

2.  Is-sanzjoni amministrattiva għandha tkun f’kull każ individwali effettiva, proporzjonata u dissważiva. L-ammont tal-multa amministrattiva għandu jiġi ffissat b’kunsiderazzjoni xierqa tan-natura, il-gravità u d-dewmien tal-ksur, il-karattru intenzjonali jew b’negliġenza tal-ksur, il-grad tar-responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika u jekk kienx hemm ksur preċedenti minn din il-persuna, il-miżuri u l-proċeduri tekniċi u organizzazzjonali implimentati skont l-Artikolu 23 u l-grad ta' kooperazzjoni mal-awtorità superviżorja sabiex jiġi rimedjat il-ksur.

2a.  L-awtorità ta’ superviżjoni għandha timponi tal-inqas waħda mis-sanzjonijiet li ġejjin fuq kull min ma jikkonformax mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament:

a)  twissija bil-miktub f'każijiet tal-ewwel nuqqas ta' konformità u ta' nuqqas ta' konformità mhux intenzjonat;

b)  awditi perjodiċi regolari tal-protezzjoni tad-data;

c)  multa sa EUR 100 000 000 jew sa 5% tal-fattur dinji annwali f'każ ta' impriża, skont liema hu l-ogħla ammont.

2b.  Jekk il-kontrollur jew il-proċessur ikun fil-pussess ta’ “Siġill Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data” validu skont l-Artikolu 39, il-multa skont il-paragrafu 2(c) għandha tiġi imposta biss f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonat jew negliġenti.

2c.  Is-sanzjoni amministrattiva għandha tikkunsidra l-fatturi li ġejjin:

(a)  in-natura, il-gravità u t-tul ta' żmien tan-nuqqas ta’ konformità,

(b)  il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur,

(c)  il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika u kwalunkwe ksur kommess preċedentement minn din il-persuna,

(d)  in-natura repetittiva tal-ksur,

(e)  il-grad ta’ kooperazzjoni mal-awtorità ta’ superviżjon,i sabiex ikun rimedjat il-ksur u jiġu mitigati l-effetti avversi possibbli tal-ksur;

(f)  il-kategoriji speċifiċi ta' data personali affettwati mill-ksur,

(g)  il-livell ta' danni, inkluż danni mhux finanzjarji, imġarrba mis-suġġetti tad-data,

(h)  l-azzjoni meħuda mill-kontrollur jew mill-proċessur biex itaffi d-danni mġarrba mis-suġġetti tad-data;

(i)  kwalunkwe benefiċċju finanzjarju intenzjonat jew miksub, jew telf evitat, direttament jew indirettament mill-ksur,

(j)  il-grad ta’ mizuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi implimentati skont:

(i)  Artikolu 23 – Il-protezzjoni tad-data bid-disinn u b’mod awtomatiku;

(ii)  Artikolu 30 – Sigurtà tal-ipproċessar;

(iii)  Artikolu 33 - Valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data

(iv)  Artikolu 33a – Rieżami tal-konformità mal-protezzjoni tad-data

(v)  Artikolu 35 ¬- Ħatra tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data

(k)  ir-rifjut ta’ kooperazzjoni ma’ spezzjonijiet, awditi u kontrolli mwettqa mill-awtorità ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 53 jew l-ostakular tagħhom,

(l)  kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabblli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

3.  Fil-każ ta l-ewwel nuqqas ta’ konformità mhux intenzjonali ma’ dan ir-Regolament, tista’ tingħata twissija bil-miktub iżda ma tista’ tiġi imposta ebda sanzjoni, fejn:

(a)  il-persuna fiżika qed tipproċessa d-data personali mingħajr interess kummerċjali; jew,

(b)  intrapriża jew organizzazzjoni li timpjega anqas minn 250 persuna tkun qed tipproċessa d-data personali biss bħala attività anċillari għall-attivitajiet ewlenin tagħha.

4.  L-awtorità ta’ superviżjoni għandha timponi multa sa EUR 250 000, jew fil-każ ta’ impriża sa 0,5 % tal-fatturat annwali dinji tagħha, lil kull min, b’intenzjoni jew b’negliġenza:

(a)  ma jipprovdix il-mekkaniżmi għal talbiet mis-suġġetti tad-data jew ma jwiġibx mill-ewwel jew mhux fil-format mitlub lil suġġetti tad-data skont l-Artikolu 12(1) u (2);

(b)  jimponi miżata għall-informazzjoni jew għal tweġiniet għal talbiet ta' soġġetti tad-data bi vjolazzjoni tal-Artikolu 12(4).

5.  L-awtorità ta’ superviżjoni għandha timponi multa sa EUR 500 000, jew fil-każ ta’ impriża sa 1 % tal-fatturat annwali dinji tagħha, lil kull min, b’intenzjoni jew b’negliġenza

(a)  ma jipprovdix l-informazzjoni, jew ma jipprovdix informazzjoni kompluta, jew ma jipprovdix l-informazzjoni b’mod trasparenti biżżejjed, lis-suġġett tad-data skont l-Artikolu 11, l-Artikolu 12(3) u l-Artikolu (14);

(b)  ma jipprovdix aċċess lis-suġġett tad-data jew ma jirrettifikax data personali skont l-Artikoli 15 u 16 jew ma jikkomunikax l-informazzjoni rilevanti lil riċevitur skont l-Artikolu 13;

(c)  ma jikkonformax mad-dritt li wieħed jintnesa jew għat-tħassir, jew jonqos li jistabbilixxi mekkaniżmi sabiex jiżgura li l-limiti ta’ żmien ikunu osservati jew ma jieħux il-passi kollha meħtieġa sabiex jinforma lil partijiet terzi li suġġett tad-data għamel talba biex iħassar kwalunkwe konnessjonijiet ma’, kopja jew replika ta’ data personali relatata mas-suġġett tad-data l-Artikolu 17;

(d)  ma jipprovdix kopja tad-data personali f’format elettroniku jew ifixkel lis-suġġett tad-data milli jittrasmetti d-data personali lil applikazzjoni oħra bi ksur tal-Artikolu 18;

(e)  ma jiddeterminax jew ma jiddeterminax biżżejjed ir-responsabbiltajiet rispettivi ma’ ko-kontrolluri skont l-Artikolu 24;

(f)  ma jżommx jew ma jżommx biżżejjed id-dokumentazzjoni skont l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(4), u l-Artikolu 44(3);

(g)  ma jikkonformax, f’każijiet fejn kategoriji speċjali ta’ data ma jkunux involuti, skont l-Artikoli 80, 82 u 83 ma’ regoli relatati mal-libertà tal-espressjoni jew ma’ regoli dwar l-ipproċessar fil-kuntest tal-impjieg jew mal-kundizzjonijiet għall-ipproċessar għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika.

6.  L-awtorità ta’ superviżjoni għandha timponi multa sa EUR 1 000 000 jew, fil-każ ta’ impriża sa 2 % tal-fatturat annwali dinji tagħha, lil kull min, b’intenzjoni jew b’negliġenza:

(a)  jipproċessa data personali mingħajr kwalunkwe bażi legali jew bażi legali suffiċjenti għall-ipproċessar jew ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet għall-kunsens skont l-Artikoli 6, 7 u 8;

(b)  jipproċessa kategoriji speċjali ta’ data bi ksur tal-Artikoli 9 u 81;

(c)  ma jikkonformax ma' oġġezzjoni jew il-kundizzjoni skont l-Artikolu 19;

(d)  ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet relatati ma’ miżuri bbażati fuq it-tfassil ta’ profili skont l-Artikolu 20;

(e)  ma jadottax politiki interni jew ma jimplimentax miżuri xierqa sabiex jiżgura u juri konformità skont l-Artikoli 22, 23 u 30;

(f)  ma jaħtarx rappreżentant skont l-Artikolu 25;

(g)  jipproċessa jew jagħti struzzjonijiet għall-ipproċessar ta’ data personali bi ksur tal-obbligi relatati mal-ipproċessar f’isem kontrollur skont l-Artikoli 26 u 27;

(h)  ma jwissix dwar jew ma jinnotifikax ksur ta’ data personali jew ma jinnotifikax fil-ħin jew għal kollox il-ksur tad-data lill-awtorità ta’ superviżjoni jew lis-suġġett tad-data skont l-Artikoli 31 u 32;

(i)  ma jwettaqx valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data skont jew jipproċessa data personali mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel jew konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikoli 33 u 34;

(j)  ma jaħtarx uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jew ma jiżgurax il-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kompiti skont l-Artikoli 35, 36 u 37;

(k)  juża ħażin siġill jew marka ta’ protezzjoni fis-sens tal-Artikolu 39;

(l)  jagħmel jew jagħti struzzjonijiet sabiex isir trasferiment lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali li ma jkunx permess minn deċiżjoni ta’ adegwatezza jew minn salvagwardji xierqa jew minn deroga skont l-Artikoli 40 sa 44;

(m)  ma jikkonformax ma’ ordni jew projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-ipproċessar jew is-sospensjoni ta’ flussi ta’ data mill-awtorità ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 53(1);

(n)  ma jikkonformax mal-obbligi li jassisti jew iwieġeb jew jipprovdi informazzjoni rilevanti lil, jew aċċess għall-bini lill-awtorità ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 29, l-Artikolu 34 u l-Artikolu 53(2);

(o)  ma jikkonformax mar-regoli għas-salvagwardja tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 84.

7 Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex taġġorna l-ammonti assoluti ta’ multi amministrattivi msemmija fil-paragrafi 4, 5 u 6, fil-paragrafu 2a filwaqt li tikkunsidra l-kriterji u l-fatturi msemmija fil-paragrafu fil-paragrafi 2 u 2c. [Em. 188]

KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET RELATATI GĦAL SITWAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI TA’ PPROĊESSAR TA’ DATA

Artikolu 80

Ipproċessar ta’ data personali u libertà tal-espressjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal eżenzjonijiet jew derogi mid-dispożizzjonijiet dwar il-prinċipji ġenerali fil-Kapitolu II, mid-drittijiet tas-suġġett tad-data fil-Kapitolu III, dwar il-kontrollur u l-proċessur fil-Kapitolu IV, dwar it-trasferiment ta’ data personali lil pajjiżi terzi u lil organizzazzjonijiet internazzjonali fil-Kapitolu V, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni indipendenti fil-Kapitolu VI u dwar il-kooperazzjoni u l-konsistenza fil-Kapitolu VII għall-ipproċessar ta’ data personali li jsir unikament għal għanijiet ta’ ġurnaliżmu jew għall-għan ta’ espressjoni artistika jew letterarja u sitwazzjonijiet speċifiċi tal-ipproċessar tad-data f'dan il-Kapitolu kull fejn dan ikun meħtieġ għar-rikonċiljazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali mar-regoli li jirregolaw il-libertà tal-espressjoni skont il-Karta . [Em. 189]

2.  Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jkun adotta skont il-paragrafu 1 sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe liġi ta’ emenda jew emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 80a

Aċċess għad-dokumenti

1.  Id-data personali f'dokumenti miżmuma minn awtorità pubblika jew korp pubbliku tista' tiġi żvelata minn din l-awtorità jew dan il-korp skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew l-Istat Membru rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali, li jgħaqqad id-dritt tal-protezzjoni ta' data personali mal-prinċipju ta' aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali.

2.  Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jadotta skont il-paragrafu 1 sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom. [Em. 190]

Artikolu 81

Ipproċessar tad-data personali li tirrigwarda s-saħħa

1.  Fil-limiti ta’ dan Skont ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u skont il-punt, b'mod partikolari l-punt (h) tal-Artikolu 9(2), l-ipproċessar tad-data personali li tirrigwarda s-saħħa għandu jkun ibbażat fuq il-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi tal-Istat Membru li għandu jipprovdi għal miżuri speċifiċi, konsistenti u xierqa sabiex iħares l-interessi leġittimi u d-drittijiet fundamentali tas-suġġett, u jkun meħtieġ, safejn dawn huma meħtieġa u proporzjonati, u li l-effetti tagħhom se jkunu prevedibbli mis-suġġett tad-data, għal:

(a)  l-għanijiet ta’ mediċina preventiva jew okkupazzjonali, dijanjożi medika, l-għoti ta’ kura jew trattament jew il-ġestjoni ta’ servizzi ta’ kura tas-saħħa, u meta dik id-data tkun ipproċessata minn professjonista tas-saħħa soġġett għall-obbligu ta’ segretezza professjonali jew persuna oħra soġġetta wkoll għal obbligu ekwivalenti ta’ kunfidenzjalità taħt il-liġi tal-Istat Membru jew regoli stabbiliti minn korpi nazzjonali kompetenti; jew

(b)  raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika, bħall-protezzjoni kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa jew biex jiġu żgurati standards għoljin ta’ kwalità u sigurtà, fost l-oħrajn għall-prodotti mediċinali jew apparat mediku; u jekk l-ipproċessar ta’ din id-data jsir minn persuna li hi marbuta b'obbligu tal-kunfidenzjalità; jew

(c)  raġunijiet oħrajn ta’ interess pubbliku f’oqsma bħall-protezzjoni soċjali, b’mod speċjali sabiex tkun assigurata l-kwalità u l-kost-effikaċja tal-proċeduri użati għat-tpaċija ta’ talbiet għal benefiċċji u servizzi fis-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħau fil-provvista tas-servizzi tas-saħħa. Tali pproċessar ta' data personali dwar is-saħħa għal raġunijiet ta' interess pubbliku m'għandux jirriżulta fl-ipproċessar tad-data għal skopijiet oħra, sakemm mhux bil-kunsens tas-suġġett tad-data jew abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru.

1a.  Meta l-iskopijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1 ikunu jistgħu jinkisbu mingħajr l-użu ta’ data personali, din id-data m’għandhiex tintuża għal dawk l-iskopijiet, sakemm mhux bil-kunsens tas-suġġett tad-data jew abbażi tad-dritt tal-Istat Membru.

1b.  Fejn il-kunsens tas-suġġett tad-data hu meħtieġ għall-ipproċessar tad-data medika esklużivament għal skopijiet tas-saħħa pubblika ta' riċerka xjentifika, il-kunsens jista' jingħata għal riċerka waħda jew diversi, speċifiċi u simili. Madankollu, is-suġġett tad-data jista' jirtira l-kunsens tiegħu fi kwalunkwe waqt.

1c.  Għall-iskop ta' kunsens għall-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' riċerka xjentifika fi provi kliniċi, id-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 2001/20/KE(22) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill se japplikaw.

2.  L-ipproċessar tad-data personali li jirrigwarda s-saħħa huwa meħtieġ għal skopijiet ta’ riċerka storika, xjentifika u ta’ statistika bħar-reġistri tal-pazjenti stabbiliti għat-titjib ta’ dijanjożi u d-divrenzar bejn tipi simili ta’ mard u t-tħejjija tal-istudji għat-terapiji, għandu jiġi permess biss bil-kunsens tas-suġġett tad-data, u għandu jkun huwa soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 83.

2a.  Id-dritt tal-Istati Membri jista’ jipprevedi eċċezzjonijiet għar-rekwiżit ta’ kunsens għar-riċerka, kif imsemmi fil-paragrafu 2, fir-rigward tar-riċerka li sservi interess pubbliċi kbir, jekk dik ir-riċerka ma tkunx tista’ possibbilment titwettaq mod ieħor. Id-data inkwistjoni għandha tkun anonimizzata, jew jekk dan ma jkunx possibbli għall-finijiet tar-riċerka, psewdonomizzata bl-ogħla standards tekniċi, u għandhom jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi prevenuta l-identifikazzjoni mill-ġdid mhux ġustifikata tas-suġġetti tad-data. Madankollu, is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt joġġezzjona fi kwalunkwe ħin skont l-Artikolu 19.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, wara li titlob opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar raġunijiet oħra ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kif ukoll il-kriterji u r-rekwiżiti għas-salvagwardji għall-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1u interess pubbliku kbir fil-qasam tar-riċerka kif imsemmi fil-paragrafu 2a.

3a.  Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet tad-dritt tiegħu li jadotta skont il-paragrafu 1, sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom. [Em. 191]

Artikolu 82

Ipproċessar Standards minimi għall-ipproċessar tad-data fil-kuntest tax-xogħol

1.  Fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, L-Istati Membri jistgħu, skont ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, filwaqt li jqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità, jadottaw bil-liġi permezz ta' dispożizzjonijiet legali regoli speċifiċi li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali tal-impjegati fil-kuntest tax-xogħol, b’mod partikolari iżda mhux limitati għall-finijiet tar-reklutaġġ u l-applikazzjonijiet tal-impjiegi fi ħdan il-grupp ta' impriżi, it-twettiq tal-kuntratt tax-xogħol, inkluż it-twettiq tal-obbligi stabbiliti bil-liġi u bi ftehimiet kollettivi, skont id-dritt u l-prattika nazzjonali, il-ġestjoni, l-ippjanar u l-organizzazzjoni tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, u għall-għanijiet tal-eżerċizzju u t-tgawdija, fuq bażi individwali jew kollettiva, ta’ drittijiet u benefiċċji relatati max-xogħol, u għall-għan tat-terminazzjoni tar-relazzjoni tal-impjieg. L-Istati Membri għandhom jagħtu lok għal ftehimiet kollettivi biex jispeċifikaw ulterjorment id-dispożizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

1a.  L-iskop tal-ipproċessar ta’ tali data għandu jkun marbut mar-raġuni li nġabret għaliha u għandu jibqa’ fil-kuntest tal-impjieg. It-tħejjija ta’ profili (profiling) jew l-użu għal skopijiet sekondarji m’għandhomx ikunu permessi.

1b.  Il-kunsens ta’ impjegat ma għandux jipprovdi bażi ġuridika għall-ipproċessar ta’ data mill-impjegatur meta l-kunsens ma jkunx ingħata b’mod ħieles.

1c.  Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas l-istandards minimi li ġejjin:

(a)  l-ipproċessar tad-data dwar l-impjegati mingħajr l-għarfien tal-impjegati m'għandux ikun permess. Minkejja l-ewwel sentenza, l-Istati Membri jistgħu, bil-liġi, jipprovdu għall-ammissibilità ta’ din il-prattika, billi jistabbilixxu skadenzi xierqa għat-tħassir tad-data, kemm-il darba jkun jeżisti suspett ibbażat fuq indikazzjonijiet fattwali li għandhom jiġu dokumentati li l-impjegat ikun ikkommetta reat jew nuqqas serju ta’ attenzjoni għad-dmir fil-kuntest tal-impjieg, u kemm-il darba l-ġbir tad-data jkun meħtieġ biex il-kwistjoni tiġi ċċarata u kemm-il darba finalment in-natura u l-portata ta’ dan il-ġbir ta’ data jkunu neċessarji u proporzjonati għall-iskop li huma intenzjonati għalih. Il-privatezza u l-ħajja privata tal-impjegati għandha tiġi protetta f’kull mument. L-investigazzjoni għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti;

(b)  Il-monitoraġġ ottiku-elettroniku miftuħ u/jew monitoraġġ akustiku-elettroniku miftuħ ta’ partijiet ta’ impriża li ma jkunux aċċessibbli għall-pubbliku u li jintużaw primarjament mill-impjegati għal attivitajiet privati, u partikolarment fit-toilets, fiċ-changing rooms, fiż-żoni tal-mistrieħ u fil-kmamar tas-sodda, mhumiex permessi. Is-sorveljanza bil-moħbi hija pprobita f’kull ċirkostanza;

(c)  fejn impriżi jew awtoritajiet jiġbru u jipproċessaw data personali fil-kuntest ta’ eżamijiet mediċi u/jew testijiet tal-kapaċità, dawn għandhom jispjegaw lill-applikant jew lill-impjegat minn qabel għal liema skop din qed tintuża id-data, u jiżguraw li wara jiġu pprovduti b'din id-data flimkien mar-riżultati, u li fuq talba jirċievu spjegazzjoni tas-sinifikat tagħhom. Il-ġbir tad-data għall-iskop ta’ ttestjar ġenetiku u analiżijiet huwa pprojbit bħala kwistjoni ta’ prinċipju;

(d)  jekk ikunx permess, u sa liema punt, l-użu ta’ telefowns, e-mail, internet u servizzi oħra tat-telekomunikazzjonijiet għal skopijiet privati, jista’ jiġi regolat permezz ta’ ftehim kollettiv. Fejn mhemmx regolazzjoni permezz ta’ ftehim kollettiv, min iħaddem għandu jilħaq ftehim dwar din il-kwistjoni direttament mal-impjegat. Safejn ikun permess l-użu privat, l-ipproċessar tad-data akkumulata dwar it-traffiku għandu jkun permess b’mod partikolari biex tiġi żgurata s-sigurtà tad-data, biex tiġi żgurata l-operazzjoni tajba tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet u s-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet u għall-finijiet ta’ ħruġ ta’ kontijiet.

Minkejja t-tielet sentenza, l-Istati Membri jistgħu, bil-liġi, jipprevedu l-ammissibilità ta’ din il-prattika, billi jistabbilixxu skadenzi xierqa għat-tħassir tad-data, kemm-il darba jkun jeżisti suspett ibbażat fuq indikazzjonijiet fattwali li għandhom jiġu dokumentati li l-impjegat ikun ikkommetta reat jew nuqqas serju ta’ attenzjoni għad-dmir fil-kuntest tal-impjieg, u kemm-il darba l-ġbir tad-data jkun meħtieġ biex il-kwistjoni tiġi ċċarata u kemm-il darba finalment in-natura u l-portata ta’ dan il-ġbir ta’ data jkunu neċessarji u proporzjonati għall-iskop li huma intenzjonati għalih. Il-privatezza u l-ħajja privata tal-impjegati għandha tiġi protetta f’kull mument. L-investigazzjoni għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti;

(e)  id-data personali tal-ħaddiema, speċjalment data sensittiva bħalma hi l-orjentazzjoni politika u s-sħubija fi trejdjunjins u attivitajiet trejdjunjonistiċi, ma għandha taħt l-ebda ċirkostanza tiġi użata biex impjegati jitqiegħdu fuq hekk imsejħa 'listi suwed', u biex jiġu mgħarbula jew miżmuma milli jieħdu impjieg futur. L-ipproċessar, l-użu fil-kuntest tal-impjieg, it-tfassil u t-trasferiment tal-listi suwed tal-impjegati jew forom oħra ta' diskriminazzjoni għandhom ikunu pprojbiti. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli u jadottaw sanzjonijiet xierqa f’konformità mal-Artikolu 79(6) sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-punt.

1d.  It-trażmissjoni u l-ipproċessar ta’ data personali dwar impjegati bejn impriżi ġuridikament awtonomi fi ħdan grupp ta’ impriżi u ma’ professjonisti li jipprovdu pariri ġuridiċi u dwar it-taxxi huma permessi, kemm-il darba jkunu relevanti għall-operazzjoni tan-negozju u jintużaw għat-twettiq ta’ operazzjonijiet speċifiċi jew proċeduri amministrattivi speċifiċi u ma jkunux kuntrarji għall-interessi u d-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata li jkun jistħoqqilhom jiġu mħarsa. Fejn id-data dwar l-impjegati tiġi trażmessa lil pajjiż terz u/jew lil organizzazzjoni internazzjonali, għandu japplika l-Kapitolu V.

2.  Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jadotta skont il-paragrafu 1 il-paragrafi 1 u 1b, sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, wara li titlob opinjoni mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għas-salvagwardji għall-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1. [Em. 192]

Artikolu 82a

Ipproċessar fil-kuntest tas-sigurtà soċjali

1.  L-Istati Membri jistgħu, skont ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, jadottaw regoli leġiżlattivi speċifiċi li jiddefinixxu bi preċiżjoni l-kundizzjonijiet għall-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u d-dipartimenti pubbliċi tagħhom fil-kuntest tas-sigurtà soċjali jekk jitwettqu fl-interess pubbliku.

2.  Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dawk id-dispożizzjonijiet li jadotta skont il-paragrafu 1, sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom. [Em. 193]

Artikolu 83

Ipproċessar għal għanijiet ta’ storja, statistika, u riċerka xjentifika

1.  Fil-limiti ta’ dan Skont ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, data personali tista’ tkun ipproċessata għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika biss jekk:

(a)  dawk l-għanijiet ma jistgħux jintlaħqu mod ieħor bl-ipproċessar ta’ data li ma jippermettix jew m’għadux jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġett tad-data;

(b)  id-data li tippermetti l-attribuzzjoni ta’ informazzjoni lil suġġett tad-data identifikat jew li jista’ jkun identifikat tinżamm b’mod separat mill-informazzjoni l-oħra sakemm dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu b’dan il-modbl-ogħla istandards tekniċi, u l-miżuri kollha meħtieġa għandhom jittieħdu biex tiġi prevenuta l-identifikazzjoni mill-ġdid mhux ġustifikata tas-suġġetti tad-data..

2.  Korpi li jkunu qegħdin jagħmlu riċerka storika, statistika jew xjentifika jistgħu jippubblikaw jew b’mod ieħor jiżvelaw pubblikament data personali biss jekk:

(a)  is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7;

(b)  il-pubblikazzjoni ta’ data personali hija meħtieġa sabiex jiġu ppreżentati s-sejbiet tar-riċerka jew biex tiġi ffaċilitata r-riċerka sakemm l-interessi jew id-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data ma jegħlbux dawn l-interessi; jew

(c)  is-suġġett tad-data għamel id-data pubblika.

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 kif ukoll kwalunkwe limitazzjoni meħtieġa fuq id-drittijiet tal-informazzjoni lil u l-aċċess mis-suġġett tad-data u li jagħtu dettalji dwar il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji għad-drittijiet tas-suġġett tad-data f’dawn iċ-ċirkostanzi. [Em. 194]

Artikolu 83a

Ipproċessar tad-data personali mis-servizzi tal-arkivji

1.  Meta l-ipproċessar inizjali li għalih tkun inġabret ikun twettaq, id-data personali tista’ tkun suġġetta għal ipproċessar mis-servizzi tal-arkivji li għandhom il-kompitu ewlieni jew obbligu legali li jiġbru, jżommu, jikklassifikaw, jikkomunikaw, jippreżentaw jew ixandru l-arkivji fl-interess pubbliku, l-aktar għall-ġustifikazzjoni tad-drittijiet tal-individwi jew għal għanijiet ta’ storja, statistika, jew riċerka xjentifika. Dawn il-kompiti għandhom jitwettqu skont ir-regoli stabbiliti mill-Istati Membri dwar l-aċċess, il-ħruġ u t-tqassim ta' dokumenti amministrattivi jew tal-arkivji u skont ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, speċifikament fir-rigward tal-kunsens u d-dritt ta' oġġezzjoni.

2.  Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jadotta skont il-paragrafu 1 sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom. [Em. 195]

Artikolu 84

Obbligi ta’ segretezza

1.  Fil-limiti ta’ Skont ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jadottaw għandhom jiżguraw li jkollhom regoli speċifiċi sabiex jistabbilixxu s-setgħat li jistipulaw is-setgħat investigattivi mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni stabbiliti fl-Artikolu 53(2) fir-rigward tal-kontrolluri jew il-proċessuri li huma soġġetti skont il-liġi nazzjonali jew ir-regoli stabbiliti minn korpi nazzjonali kompetenti għal obbligu ta’ segretezza professjonali jew obbligi ta’ segretezza oħrajn ekwivalenti, meta din tkun meħtieġa u proporzjonata għar-rikonċiljazzjoni tad-dritt tal-protezzjoni ta’ data personali mal-obbligu ta’ segretezza. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw biss fir-rigward ta’ data personali li l-kontrollur jew il-proċessur ikun irċieva mingħand jew kiseb f’attività koperta minn dan l-obbligu ta’ segretezza. [Em. 196]

2.  Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni,ir-regoli adottati skont il-paragrafu 1, sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.

Artikolu 85

Regoli eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data ta’ knejjes u assoċjazzjonijiet reliġjużi

1.  Meta fi Stat Membru, knejjes jew assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi japplikaw, fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, regoli komprensivi adegwati dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali, dawn ir-regoli jistgħu jkomplu japplikaw sakemm dawn jinġiebu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.  Il-knejjes u l-assoċjazzjonijiet reliġjużi li japplikaw regoli komprensivi adegwati skont il-paragrafu 1 għandhom jipprovdu għall-istabbilment ta’ awtorità ta’ superviżjoni indipendenti skont il-Kapitolu VI ta’ dan ir-Regolamentjiksbu opinjoni ta' konformità skont l-Artikolu 38. [Em. 197]

Artikolu 85a

Rispett tad-drittijiet fundamentali

Dan ir-Regolament m'għandux ikollu l-effett li jimmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tat-TUE. [Em. 198]

Artikolu 85b

Formoli Standard

1.  Il-Kummissjoni tista', filwaqt li tqis il-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi ta' diversi setturi u s-sitwazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data, tistabbilixxi formoli standard għal:

(a)  metodi speċifiċi għall-kisba ta' kunsens verifikabbli msemmi fl-Artikolu 8(1),

(b)  il-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2), inkluż il-format elettroniku,

(c)  l-għoti tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 14,

(d)  it-talba u l-għoti ta' aċċess għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1), fosthom għall-komunikazzjoni tad-data personali lis-suġġett tad-data,

(e)  id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 28,

(f)  notifiki ta' ksur skont l-Artikolu 31 lill-awtorità ta' superviżjoni u d-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 31(4),

(g)  konsultazzjonijiet minn qabel imsemmija fl-Artikolu 34, u biex jiġu informati l-awtoritajiet ta' superviżjoni skont l-Artikolu 34(6).

2.  Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa għal mikroimpriżi u impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

3.  Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2). [Em. 199]

KAPITOLU X

ATTI DELEGATI U ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 86

Eżerċizzju tad-delegazzjoni

1.  Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Id-delegazzjoni tas-setgħa Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(5), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(3), fl-Artikolu 13a(5), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31(5), l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 35(11), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 38(4), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 41(5) l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 79(6)(7), l-Artikolu 81(3),u l-Artikolu 82(3) u l-Artikolu 83(3) u għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. [Em. 200]

3.  Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 613a(5), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 2238(4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31(5), l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 35(11), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 41(5), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 79(6)(7), l-Artikolu l-Artikolu 81(3), u l-l-Artikolu 82(3) u l-Artikolu 83(3) tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni ta’ setgħa speċifikata fdik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ il-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ. [Em. 201]

4.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(5), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 13a(5), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31(5), l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 35(11), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 38(4), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 41(5), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 79(6)(7), l-Artikolu 81(3), u l-Artikolu 82(3) u l-Artikolu 83(3) għandu jidħol fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn sitt xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’sitt xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Am. 202]

Artikolu 87

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu. [Em. 203]

KAPITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 88

Revoka tad-Direttiva 95/46/KE

1.  Id-Direttiva 95/46/KE hija revokata.

2.  Ir-referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament. Ir-referenzi għall-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar tad-Data Personali stabbiliti bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data stabbilit b’dan ir-Regolament.

Artikolu 89

Relazzjoni ma’ u emenda tad-Direttiva 2002/58/KE

1.  Dan ir-Regolament m’għandux jimponi obbligi addizzjonali fuq persuni fiżiċi u ġuridiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali b’rabta mal-provvediment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi li jkunu disponibbli għall-pubbliku fin-netwerks ta’ komunikazzjoni pubbliċi fl-Unjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet li għalihom huma suġġetti għal obbligi speċifiċi bl-istess objettiv stabbilit fid-Direttiva 2002/58/KE.

2 L-Artikolu L-Artikoli 1(2), 4 u 15 tad-Direttiva 2002/58 għandu jitħassar2002/58/KE għandhom jitħassru. [Em. 204]

2a.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, bla dewmien u sa mhux aktar tard mid-data msemmija fl-Artikolu 91(2), proposta għar-reviżjoni tal-qafas legali għall-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fil-komunikazzjonijiet elettroniċi, sabiex tallinja l-liġi ma' dan ir-Regolament u jkunu żgurati dispożizzjonijiet legali konsistenti u uniformi dwar id-dritt fundamentali tal-protezzjoni tad-data personali fl-Unjoni . [Em. 205]

Artikolu 89a

Relazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-emenda tiegħu

1.  Ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet li għalihom mhumiex suġġetti għal regoli addizzjonali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, bla dewmien u sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 91(2), proposta għar-reviżjoni tal-qafas legali applikabbli għall-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni. [Em. 206]

Artikolu 90

Evalwazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapporti dwar l-evalwazzjoni u r-reviżjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’intervalli regolari. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sa mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapporti sussegwenti għandhom jiġu ppreżentati kull erba’ snin wara dan. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk ikun meħtieġ, proposti xierqa bil-ħsieb li jkun emendat dan ir-Regolament u li jkunu allinjati strumenti legali oħrajn, b’mod partikolari filwaqt li tqis l-iżviluppi fit-teknoloġiji tal-informatika u fid-dawl tal-istat ta’ progress fis-soċjetà tal-informazzjoni. Ir-rapporti għandhom jsiru pubbliċi.

Artikolu 91

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Dan għandu japplika minn ...(23).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

Anness - Preżentazzjoni tad-dettalji msemmija fl-Artikolu 13a

1)  Wara li kkunsidra l-proporzjonijiet imsemmija fil-punt 6, għandhom jiġu pprovduti d-dettalji kif ġej:

20140312-P7_TA(2014)0212_MT-p0000001.png

2)  Il-kliem li ġejjin fir-ringieli fit-tieni kolonna tat-tabella fil-punt 1, intitolati “INFORMAZZJONI ESSENZJALI”, għandhom jigu fformattjati b’tipa grassa:

a)  il-kelma "tinġabar" fl-ewwel ringiela tat-tieni kolonna;

b)  il-kelma “tinżamm” fit-tieni ringiela tat-tieni kolonna;

c)  il-kelma "pproċessata" fit-tielet ringiela tat-tieni kolonna;

d)  il-kelma "imqassma" fir-raba ringiela tat-tieni kolonna;

e)  il-kelma "mibjugħa jew mikrija" fil-ħames ringiela tat-tieni kolonna;

f)  il-kliem "mhux kriptata" fis-sitt ringiela tat-tieni kolonna.

3)  Wara li kkunsidra l-proporzjonijiet imsemmija fil-punt 6, ir-ringieli fit-tielet kolonna tat-tabella fil-punt 1, intitolati “ISSODISFAT”, għandhom jimtlew b’waħda miż-żewġ forom grafiċi li ġejjin skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 4:

a)

20140312-P7_TA(2014)0212_MT-p0000002.png

b)

20140312-P7_TA(2014)0212_MT-p0000003.png

4)  

a)  Jekk ma tinġabar ebda data personali lil hinn mill-minimu meħtieġ għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar, l-ewwel ringiela tat-tielet kolonna tat-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3a.

b)  Jekk tinġabar data personali lil hinn mill-minimu meħtieġ għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar, l-ewwel ringiela tat-tielet kolonna tat-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3b.

c)  Jekk l-ebda data personali ma tinżamm lil hinn mill-minimu meħtieġ għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar, it-tieni ringiela tat-tielet kolonna fit-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3a.

d)  Jekk id-data personali tinżamm aktar mill-minimu meħtieġ għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar, it-tieni ringiela tat-tielet kolonna fit-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3b.

e)  Jekk ebda data personali ma tiġi pproċessata għal skopijiet għajr dawk li għalihom tkun ġiet miġbura, it-tielet ringiela tat-tielet kolonna fit-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3a.

f)  Jekk data personali tiġi pproċessata għal skopijiet għajr dawk li għalihom tkun ġiet miġbura, it-tielet ringiela tat-tielet kolonna fit-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3b.

g)  Jekk l-ebda data personali ma titqassam lil terzi partijiet kummerċjali, ir-raba' ringiela tat-tieliet kolonna tat-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3a.

h)  Jekk id-data personali titqassam lil terzi partijiet kummerċjali, ir-raba' ringiela tat-tieliet kolonna tat-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3b.

i)  Jekk l-ebda data personali ma tiġi mibjugħa jew mikrija, il-ħames ringiela tat-tielet kolonna tat-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3a.

j)  Jekk xi data personali tiġi mibjugħa jew mikrija, il-ħames ringiela tat-tielet kolonna tat-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3b.

k)  Jekk l-ebda data personali ma tinżamm f’forma mhux kriptata, is-sitt ringiela tat-tielet kolonna tat-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3a.

l)  Jekk xi data personali tinżamm f’forma mhux kriptata, is-sitt ringiela tat-tieliet kolonna tat-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3b.

5)  Il-kuluri ta’ referenza tal-forom grafiċi msemmija fil-punt 1 huma Black Pantone Nru 7547 u Red Pantone Nru 485. Il-kulur ta’ referenza tal-forma grafika msemmija fil-punt 3a huwa Green Pantone Nru 370. Il-kulur ta’ referenza tal-formola grafika msemmija fil-punt 3b huwa Red Pantone Nru 485.

6)  Il-proporzjon mogħti fl-illustrazzjoni għandu jiġi rrispettat, anke meta t-tabella tiċkien jew tikber:

20140312-P7_TA(2014)0212_MT-p0000004.png

[Em. 207]

(1) ĠU C 229, 31.7.2012, p. 90.
(2) ĠU C 192,30.6.2012, p. 7.
(3)ĠU C 229, 31.7.2012, p. 90.
(4) ĠU C 192, 30.6.2012, p. 7.
(5) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014.
(6)Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta'Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(7) Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta’ mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(8)1 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(9)
(10) Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, b'mod partikolari kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000 , p. 1).
(11) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).
(12) Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70)
(13) Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-impjegati (ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28).
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tqis il-miżuri speċifiċi għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.(ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(15) Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika(Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(16)ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(17)ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52
(18)ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(19) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta' Marzu 2004 dwar koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).
(20) Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1).
(21) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(22) Id-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw għall-implimentazzjoni ta’ prattika klinika tajba fit-tmexxija ta’ provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għal użu mill-bniedem (ĠU L 121, tal-1.5.2001, p. 34).
(23) Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regoalment.


Il--protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles 2020”) ***
PDF 198kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar l-abbozz ta' Regolament tal-Kunsill li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 li jistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles 2020”) (16616/2013 – C7-0463/2013 – 2011/0446(APP))
P7_TA(2014)0213A7-0152/2014

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill(16616/2013),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 352, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7‑0463/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7‑0152/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


UE-Ażerbajġan Ftehim dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi ***
PDF 200kWORD 35k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi (17846/2013 – C7-0078/2014 – 2013/0356(NLE))
P7_TA(2014)0214A7-0155/2014

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (17846/2013),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi (15554/2013),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7‑0078/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 81(2) u l-Artikolu 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7‑0155/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Ażerbajġan.


UE-Ażerbajġan Ftehim dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni ***
PDF 198kWORD 36k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (15596/2013 – C7-0079/2014 – 2013/0358(NLE))
P7_TA(2014)0215A7-0154/2014

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15596/2013),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (15594/2013),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 79(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7‑0079/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 81(2) u l-Artikolu 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7‑0154/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Ażerbajġan.


Impenn umanitarju ta' atturi mhux statali armati fil-protezzjoni tat-tfal
PDF 128kWORD 51k
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2014 dwar l-impenn umanitarju ta' atturi mhux statali armati fil-protezzjoni tat-tfal (2014/2012(INI))
P7_TA(2014)0216A7-0160/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill magħmula minn Catherine Grèze, Eva Joly, Isabella Lövin, Judith Sargentini, Bart Staes u Keith Taylor f'isem il-Grupp Verts/ALE dwar l-impenn umanitarju ta' atturi mhux statali armati fil-protezzjoni tat-tfal (B7‑0585/2013),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2013 tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar it-tfal u l-kunflitti armati u rapporti oħrajn minn atturi rilevanti,

–  wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE tal-2008 dwar it-tfal u l-kunflitti armati, l-istrateġija ta’ implimentazzjoni tal-2010 għal-linji gwida tal-UE dwar it-tfal u l-kunflitti armati u l-Lista ta’ Kontroll tal-2008 għall-Integrazzjoni tal-Protezzjoni tat-Tfal affettwati mill-Kunflitti Armati fl-Operazzjonijiet tal-PSDK,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2008 dwar "il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal fl-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea – id-dimensjoni tal-iżvilupp u dik umanitarja",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Frar 2009 dwar post speċjali għat-tfal fl-azzjoni esterna tal-UE(1), tas-16 ta’ Jannar 2008 intitolata “Lejn Strateġija Ewropea għad-Drittijiet tat-Tfal”(2), tat-3 ta’ Lulju 2003 dwar it-traffikar tat-tfal u s-suldati tfal(3), tas-6 ta’ Lulju 2000 dwar il-ħtif ta’ tfal mil-Lord's Resistance Army(4) u tas-17 ta’ Diċembru 1998 dwar is-suldati tfal(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tat-tfal, b’mod partikolari r-riżoluzzjoni 1612 (2005) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Fakultattiv tal-2002 għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar l-involviment tat-tfal f’kunflitti armati,

–  wara li kkunsidra l-Impenji ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tat-Tfal mir-Reklutaġġ jew l-Użu Illegali mill-Forzi Armati jew il-Gruppi Armati u l-Prinċipji u l-Linji gwida ta’ Pariġi dwar it-Tfal Assoċjati mal-Forzi Armati jew il-Gruppi Armati, li t-tnejn ġew adottati fis-6 ta’ Frar 2007,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 121(3) u Artikolu 97 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7‑0160/2014),

A.  billi l-biċċa l-kbira tal-kunflitti armati attwali jinvolvu attur mhux statali armat wieħed jew iktar li qed jiġġieldu kontra l-gvernijiet jew gruppi armati oħrajn, filwaqt li ċ-ċivili, u b'mod partikolari t-tfal, iġarrbu l-effetti ta' dawn il-gwerer;

B.  billi l-ispettru ta' dawn l-atturi mhux statali huwa estensiv ħafna u jħaddan firxa wiesgħa ta' identitajiet u motivazzjonijiet, u kif ukoll diversi gradi ta' rieda u kapaċità ta' konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali u standards oħra tad-dritt internazzjonali, imma f'dan ir-rigward kollha kemm huma jeħtieġu skrutinju;

C.  billi sabiex tittejjeb il-protezzjoni taċ-ċivili, u b'mod partikolari tat-tfal, għandha tingħata konsiderazzjoni lill-partijiet kollha fil-kunflitt;

D.  billi, f’kunflitt armat, in-normi umanitarji internazzjonali japplikaw u huma vinkolanti għall-partijiet kollha;

E.  billi l-kunflitti armati għandhom impatt partikolarment devastanti fuq l-iżvilupp fiżiku u mentali tat-tfal, b’konsegwenzi fit-tul għas-sigurtà tal-bniedem u l-iżvilupp sostenibbli;

F.  billi l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali jikkriminalizza l-att tal-lieva jew l-ingaġġ ta’ tfal taħt l-età ta’ 15-il sena f'forzi jew fi gruppi armati, jew li jintużaw biex jipparteċipaw attivament fil-ġlied;

G.  billi d-dritt internazzjonali jipprojbixxi l-forom kollha ta’ vjolenza sesswali, anke kontra t-tfal, u billi l-atti ta’ vjolenza sesswali jistgħu jikkostitwixxu delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità jew ġenoċidju;

H.  billi l-użu ta’ mini antipersuna naqas mill-adozzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Mini fl-1997, iżda għadu ta' theddida għat-tfal, speċjalment f’kunflitti armati li ma jkunux ta’ natura internazzjonali;

I.  billi l-komunità internazzjonali għandha d-dmir morali li tfittex l-impenn mill-partijiet kollha involuti fil-kunflitti, kemm tal-istati kif ukoll tal-atturi mhux statali armati, sabiex jiġu protetti t-tfal;

J.  billi d-demobilizzazzjoni, ir-riabilitazzjoni u r-reintegrazzjoni tas-suldati tfal għandhom jiġu inklużi fi kwalunkwe proċess ta' negozjar u trattat ta' paċi sussegwenti, u kif ukoll għandhom jiġu indirizzati matul il-kunflitt innifsu;

K.  billi d-demobilizzazzjoni u r-reintegrazzjoni b'suċċess ta' suldati tfal jistgħu jgħinu fil-prevenzjoni taċ-ċiklu kontinwu ta' vjolenza;

1.  Jindirizza r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kummissarju għall-Iżvilupp u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà:

   (a) li jitħeġġeġ l-iffirmar ta' pjanijiet ta' azzjoni għall-protezzjoni tat-tfal f'kunflitti armati mal-Uffiċċju tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għat-Tfal u l-Kunflitti Armati mill-istati kkonċernati u l-atturi mhux statali armati, filwaqt li jfakkar li impenn bħal dan ma' atturi mhux statali armati ma jimplikax l-appoġġ għal, jew ir-rikonoxximent tal-leġittimità ta' dawn il-gruppi jew l-attivitajiet tagħhom;
   (b) li jiġu rikonoxxuti l-isforzi magħmula min-NU u minn organizzazzjonijiet mhux governattivi biex jipperswadu lill-atturi mhux statali armati jipproteġu lit-tfal, filwaqt li jtenni l-fatt li dan ma jimplikax l-appoġġ għal-leġittimità tal-attivitajiet ta' dawk l-atturi jew ir-rikonoxximent tagħhom;
   (c) li fid-djalogi politiċi ma’ pajjiżi terzi, pereżempju fil-qafas tal-Ftehim ta’ Cotonou, tiġi inkluża l-mira tal-prevenzjoni u l-waqfien tar-reklutaġġ u tal-involviment sfurzat ta' tfal taħt l-età ta’ 18-il sena u li jiġu żgurati r-rilaxx kif ukoll ir-reintegrazzjoni tagħhom fis-soċjetà;
   (d) li jittenna l-fatt li l-istati u l-atturi mhux statali armati jeħtieġu jikkonformaw mad-dritt umanitarju internazzjonali u mad-dritt umanitarju internazzjonali konswetudinarju, u li jiġu appoġġati fl-isforzi tagħhom li jieħdu miżuri speċjali biex jipproteġu liċ-ċivili, b'mod partikolari t-tfal, filwaqt li jfakkar li attività bħal din ma' atturi mhux statali armati ma timplikax l-appoġġ għal, jew ir-rikonoxximent tal-leġittimità tal-attivitajiet ta' dawn il-gruppi jew l-ativitajiet tagħhom;
   (e) li jitfakkar il-fatt li d-dritt umanitarju internazzjonali hu qafas ġuridiku li jorbot lill-gruppi mhux statali armati u li l-Artikolu Komuni 3 tal-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra u t-Tieni Protokoll Addizzjonali tal-1977 t-tnejn iservu biex jintlaħaq dan l-għan, kif jagħmlu għadd kbir ta' regoli tad-dritt umanitarju internazzjonali konswetudinarju; huwa importanti li jiġi eżaminat jekk ir-regoli eżistenti li jirregolaw id-dritt umanitarju internazzjonali humiex adegwati biex jittrattaw mal-atturi mhux statali jew jekk hemmx bżonn ta' regolamentazzjoni ulterjuri;
   (f) li jinbeda djalogu dirett, jew indirett permezz ta’ NGOs u organizzazzjonijiet umanitarji speċjalizzati, ma’ atturi mhux statali armati dwar il-kwistjoni tal-protezzjoni tal-bniet u s-subien, bl-għan li tittaffa t-tbatija tat-tfal fil-kunflitti armati u li l-atturi mhux statali armati jiġu mħeġġa jiffirmaw l-Att ta’ Impenn fit-Talba ta’ Ġinevra għall-Protezzjoni tat-Tfal mill-Effetti tal-Kunflitti Armati;
   (g) li jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet umanitarji li jinvolvu ruħhom fi djalogu ma’ atturi mhux statali armati sabiex jippromwovu r-rispett għan-normi umanitarji internazzjonali fil-kunflitti armati, b’mod partikolari l-protezzjoni tat-tfal permezz ta’ mezzi politiċi, diplomatiċi u finanzjarji;
   (h) li jsir appell lill-Istati Membri tal-UE biex jingħaqdu mal-isforzi internazzjonali għall-prevenzjoni ta' attakki kontra l-iskejjel u ta' użu militari tal-iskejjel minn atturi armati billi japprovaw l-abbozz tal-Linji Gwida ta' Lucens għall-Protezzjoni tal-Iskejjel u l-Universitajiet minn Użu Militari waqt Kunflitt Armat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kummissarju għall-Iżvilupp, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

(1) ĠU C 76 E, 25.3.2010, p. 3.
(2) ĠU C 41 E, 19.2.2009, p. 24.
(3) ĠU C 74 E, 24.3.2004, p. 854.
(4) ĠU C 121, 24.4.2001, p. 401.
(5) ĠU C 98, 9.4.1999, p. 297.


In-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għal kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għal kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u Assemblej Parlamentari multilaterali
PDF 218kWORD 46k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għal kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għal kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u Assemblej Parlamentari multilaterali (2014/2632(RSO))
P7_TA(2014)0217B7-0240/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

–  wara li kkunsidra l-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, ta' kooperazzjoni, u ftehimiet oħra konklużi mill-Unjoni Ewropea ma' pajjiżi terzi,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 198 u 200 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  waqt li jinsab anzjuż biex isaħħaħ id-demokrazija parlamentari billi jfittex li jkun hemm djalogu interparlamentari kontinwu;

1.  Jiddeċiedi dwar in-numru tad-delegazzjonijiet u tal-gruppi reġjonali tagħhom kif ġej:

   (a) L-Ewropa, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija
     Delegazzjonijiet għal:
   Kumitat Parlamentari Konġunt UE-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
   Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Turkija
     Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Isvizzera, l-Islanda u n-Norveġja u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)
     Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni (SAPC) UE-Serbja
     Delegazzjoni għall-iSAPC UE-Albanija
     Delegazzjoni għall-iSAPC UE-Montenegro
     Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Bosnja-Ħerzegovina u mal-Kosovo
   (b) Ir-Russja u l-istati tas-Sħubija tal-Lvant
     Delegazzjoni għall-Kumitat ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Russja
     Delegazzjoni għall-Kumitat ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Ukraina
     Delegazzjoni għall-Kumitat ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Moldova
     Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Bjelorussja
     Delegazzjoni għall-Kumitati ta' Koperazzjoni Parlamentari UE-Armenja, UE-Azerbajġan u UE-Ġeorġja
   (c) Il-Magreb, Il-Maxreq, l-Iżrael, u l-Palestina
     Delegazzjoni għar-relazzjonijiet:
   mal-Iżrael
   mal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan
   mal-pajjiżi tal-Magreb u l-Unjoni tal-Magreb Għarbi
   mal-pajjiżi tal-Maxreq
   (d) Il-Peniżola Għarbija, l-Iraq u l-Iran
     Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Afrika t'Isfel:
   mal-Peniżola Għarbija
   mal-Iraq
   mal-Iran
   (e) Il-Kontinent Amerikan
     Delegazzjoni għar-relazzjonijiet:
   mal-Istati Uniti
   mal-Kanada
   mar-Repubblika Federattiva tal-Brażil
   mal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali
   mal-pajjiżi tal-Komunità Andina
   mal-Mercosur
     Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Messiku
     Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Ċilì
     Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Cariforum-UE
   (f) l-Ażja/Paċifiku
     Delegazzjoni għar-relazzjonijiet:
   mal-Ġappun
   mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina
   mal-Indja
   mal-Afganistan
   mal-pajjiżi tal-Ażja t'Isfel
   mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Ażja u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Ażja (ASEAN)
   mal-Peniżola Koreana
   mal-Awstralja u New Zealand
     Delegazzjoni għall-Kumitati ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Kazakistan, UE-Kirgiżistan, UE-Uzbekistan u UE-Taġikistan, u għar-relazzjonijiet mat-Turkmenistan u l-Mongolja
   (g) L-Afrika
     Delegazzjoni għar-relazzjonijiet:
   mal-Afrika t’Isfel
   mal-Parlament Pan-Afrikan
   (h) L-Assemblej Multilaterali
     Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE
     Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran
     Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Latina-Amerikana
     Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Euronest
     Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO;

2.  Jiddeċiedi li l-membri tal-kumitati parlamentari li nħolqu abbażi tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE) għandhom ikunu esklussivament mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Iżvilupp – filwaqt li tiġi żgurata ż-żamma tar-rwol prinċipali tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali bħala l-kumitat responsabbli – u dawn għandhom jikkoordinaw b’mod attiv il-ħidma tagħhom mal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE;

3.  Jiddeċiedi li s-sħubija tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran, l-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana u l-Assemblea Parlament Euronest għandhom ikunu esklussivament mid-delegazzjonijiet bilaterali jew sottoreġjonali koperti minn kull Assemblea;

4.  Jiddeċiedi li s-sħubija tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO għandhom ikunu esklussivament mis-Sottokumitat dwar is-Sigurtà u d-Difiża;

5.  Jiddeċiedi li l-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet għandha tfassal abbozz ta' kalendarju ta' sitt xhur, li għandu jkun adottat mill-Konferenza tal-Presidenti b'konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bil-patt li, madankollu, il-Konferenza tal-Presidenti tista' tbiddel il-kalendarju sabiex ikun hemm lok għal reazzjoni għal avvenimenti politiċi;

6.  Jiddeċiedi li l-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati għandhom jaħtru sostituti permanenti biex ikunu parti minn kull tip ta' delegazzjoni u li n-numru ta' dawn is-sostituti ma jistax jaqbeż in-numru ta' membri sħaħ li jirrappreżentaw lill-gruppi jew il-Membri mhux affiljati;

7.  Jiddeċiedi li jintensifika l-kooperazzjoni u l-konsultazzjoni mal-kumitati kkonċernati bix-xogħol tad-delegazzjonijiet billi jorganizza laqgħat konġunti bejn dawn il-korpi fil-postijiet tax-xogħol tas-soltu tiegħu;

8.  Se jagħmel ħiltu biex jiżgura fil-prattika li rapporteur wieħed jew aktar jew president wieħed jew aktar tal-kumitati jkunu jistgħu wkoll jieħdu sehem fil-proċedimenti tad-delegazzjonijiet, tal-kumitati interparlamentari konġunti, tal-kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u l-assemblej parlamentari multilaterali; u jiddeċiedi li l-Presidenti fuq talba konġunta taċ-chairpersons tad-delegazzjoni u l-kumitat ikkonċernati, għandu jawtorizza missjonijiet ta' dan it-tip;

9.  Jiddeċiedi li din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-ewwel sessjoni parzjali tat-tmien leġiżlatura;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.


L-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, fejn tidħol id-definizzjoni ta' "nanomaterjali maħdumin"
PDF 215kWORD 50k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, fejn tidħol id-definizzjoni ta' "nanomaterjali maħdumin" (C(2013)08887 - 2013/2997(DEA))
P7_TA(2014)0218B7-0185/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (C(2013)08887),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi(1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2)(t), l-Artikolu 18(3) u (5) u l-Artikolu 51(5) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (COM(2013)0894),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel(2),

–  wara li kkunsidra l-listi tal-Unjoni li kienu stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel(3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1130/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel billi jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel, l-aromatizzanti u n-nutrijenti tal-ikel(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010 tal-25 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi programm għar-rivalutazzjoni tal-addittivi tal-ikel approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel(5),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 87(a)(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi ("FIC") jistabbilixxi li l-ingredjenti tal-ikel kollha li jkunu preżenti fil-forma ta' nanomaterjali maħdumin għandhom ikunu indikati b'mod ċar fil-lista tal-ingredjenti tal-ikel, bil-għan li jkun żgurat l-għoti ta' informazzjoni lill-konsumaturi; billi, konsegwentement, l-FIC jistabbilixxi definizzjoni ta' ''nanomaterjali maħdumin'';

B.  billi l-Artikolu 18(5) tar-Regolament FIC jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li taġġusta u tadatta, permezz ta' atti delegati, id-definizzjoni msemmija fih ta' ''nanomaterjali maħdumin'' għall-progress tekniku jew xjentifiku jew għal definizzjonijiet miftiehma f'livell internazzjonali, bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi ta' dak ir-regolament;

C.  billi r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/696/UE tagħti definizzjoni ġenerali ta' nanomaterjali;

D.  billi, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 u (UE) Nru 1130/2011, ġew stabbiliti listi komprensivi tal-Unjoni li jelenkaw l-addittivi tal-ikel li kienu permessi għall-użu qabel ma daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008, wara rieżami tal-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet ta' dan tal-aħħar;

E.  billi r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni jeskludi l-addittivi tal-ikel kollha inklużi fil-listi tal-Unjoni mid-definizzjoni l-ġdida ta' ''nanomaterjali maħdumin'', u minflok jissuġġerixxi li l-ħtieġa ta' rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar relatati man-nanomaterjali b'rabta ma' dawn l-addittivi għandhom jiġu indirizzati fil-kuntest tal-programm ta' valutazzjoni mill-ġdid skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 257/2010, billi jiġu emendati, jekk ikun meħtieġ, il-kundizzjonijiet għall-użu fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u l-ispeċifikazzjonijiet għal dawk l-addittivi tal-ikel, stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012(6);

F.  billi, attwalment, huma preċiżament l-addittivi tal-ikel li jistgħu jkunu preżenti bħala nanomaterjali fl-ikel;

G.  billi din l-eżenzjoni ġenerali tannulla d-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar għall-addittivi kollha tal-ikel li huma nanomaterjali maħdumin; billi dan iċaħħad il-liġi mill-'effet utile' ewlieni tagħha u jmur kontra l-għan bażiku tad-Direttiva li tfittex li jintlaħaq livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u tal-interessi tal-konsumaturi billi tistabbilixxi bażi li fuqha l-konsumaturi aħħarin ikunu jistgħu jagħmlu għażliet informati;

H.  billi l-Kummissjoni tiġġustifika din l-eżenzjoni ġenerali għall-addittivi kollha tal-ikel eżistenti billi tistqarr li "jekk dawn l-addittivi tal-ikel jiġu indikati fil-lista tal-ingredjenti u warajhom tiżdied il-kelma 'nano' fil-parentesi, jaf tħawwad lill-konsumaturi għax tista’ tkun qed tissuġġerixxi li dawk l-addittivi huma ġodda filwaqt li fir-realtà ilhom jintużaw fl-ikel f’dik il-forma għal għexieren ta’ snin";

I.  billi din il-ġustifikazzjon hija żbaljata u irrilevanti, peress li r-Regolament FIC ma jipprevedix distinzjoni bejn nanomaterjali eżistenti u dawk ġodda, iżda espliċitament jirrikjedi t-tikkettar tal-ingredjenti kollha li jkunu preżenti fil-forma ta' nanomaterjali maħdumin;

J.  billi l-intenzjoni dikjarata tal-Kummissjoni li tindirizza l-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta' tikkettar rigward l-addittivi tal-ikel fil-listi tal-Unjoni fil-kuntest tal-programm ta' rievalwazzjoni mhijiex f'lokha, minħabba li tħawwad kwistjonijiet ta' sikurezza ma' rekwiżiti ġenerali ta' tikkettar għall-informazzjoni tal-konsumaturi; billi dan jissuġġerixxi wkoll li l-Kummissjoni tiddubita l-istess ħtieġa għal tikkettar speċifiku għan-nanomaterjali, ħaġa li tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament FIC; billi addittiv tal-ikel jew huwa nanomaterjal jew mhuwiex, u tali rekwiżiti ta' tikkettar għandhom ikunu implimentati għall-addittivi tal-ikel kollha awtorizzati li huma nanomaterjali, irrispettivament mill-kundizzjoniiet tal-użu jew minn speċifikazzjonijiet oħra;

K.  billi, barra minn hekk, mhuwiex aċċettabbli li ssir referenza għal programm ta' rievalwazzjoni mhux relatat li diġà kien jeżisti meta l-leġiżlatur iddeċieda li jdaħħal rekwiżiti speċifiċi ta' tikkettar fir-Regolament FIC, f'tentattiv li dawk ir-rekwiżiti ta' tikkettar jixxejnu tliet snin wara;

1.  Joġġezzjoni għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni;

2.  Iqis li r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni mhuwiex kompatibbli mal-għan u l-kontenut tar-Regolament (UE) nru 1169/2011 u li jeċċedi s-setgħat delegati konferiti lill-Kummissjoni skont dan tal-aħħar;

3.  Jitlob li l-Kummissjoni tressaq att delegat ġdid li jqis il-pożizzjoni tal-Parlament;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u jikkomunikalha li r-regolament delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(3) ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1.
(4) ĠU L 295, 12.11.2011, p. 178.
(5) ĠU L 80, 26.3.2010, p. 19.
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).


L-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ prevenzjonita’ reati kriminali ***I
PDF 964kWORD 476k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u l-moviment liberu ta’ dik id-dejta (COM(2012)0010 – C7-0024/2012 – 2012/0010(COD))
P7_TA(2014)0219A7-0403/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 16(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0024/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Bundesrat Ġermaniż u mill-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tas-7 ta' Marzu 2012 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tal-1 ta' Ottubru 2012,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0403/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari 12 ta 'Marzu 2014 fir-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u l-moviment liberu ta’ dik id-dejta

P7_TC1-COD(2012)0010


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz ta’ att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali hija dritt fundamentali. L-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ('Karta') jistabbilixxu li kull persuna għandu jkollha d-dritt għall-protezzjoni ta’ dejta personali li tirrigwardahom. L-Artikolu 8(2) tal-Karta jistabbilixxi li din id-dejta għandha tkun ipproċessata b'mod ġust għal skopijiet speċifiċi u abbażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew xi bażi leġittima oħra stabbilità mil-liġi. [Em. 1]

(2)  L-ipproċessar tad-dejta personali huwa maħsub sabiex jaqdi lill-bniedem; il-prinċipji u r-regoli dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom, tkun xi tkun in-nazzjonalità jew ir-residenza tal-persuni fiżiċi, għandhom jirrispettaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom, b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali. Dan għandu jikkontribwixxi għall-kisba ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

(3)  L-iżviluppi teknoloġiċi rapidi u l-globalizzazzjoni ġabu sfidi ġodda għall-protezzjoni tad-dejta personali. L-iskala tal-ġbir u tal-qsim tad-dejta żdiedet b’mod impressjonanti. It-teknoloġija tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jagħmlu użu minn dejta personali fuq skala mingħajr preċedenti sabiex iwettqu l-attivitajiet tagħhom.

(4)  Dan jitlob li jiġi ffaċilitat il-fluss liberu ta’ dejta, meta dan ikun meħtieġ u proporzjonat, bejn l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Unjoni u t-trasferiment lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, filwaqt li jkun assigurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta personali. Dawn l-iżviluppi jitolbu li jinbena qafas b’saħħtu u iżjed koerenti għall-protezzjoni tad-dejta fl-Unjoni, appoġġjat minn infurzar b’saħħtu. [Em. 2]

(5)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) tapplika għall-attivitajiet kollha ta’ pproċessar ta’ dejta personali fl-Istati Membri kemm fis-setturi pubbliċi kif ukoll f’dawk privati. Madankollu, hija ma tapplikax għall-ipproċessar ta’ dejta personali “fil-kors ta’ attività li ma tkunx skont il-finijiet ta’ liġi tal-Komunità”, bħal attivitajiet fl-oqsma tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali.

(6)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI(5) tapplika fl-oqsma tal-kooperazzjoni tal-pulizija f’materji kriminali u dik ġudizzjarja. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas huwa limitat għall-ipproċessar ta’ dejta personali trażmessa jew magħmula disponibbli bejn l-Istati Membri.

(7)  L-assigurazzjoni ta’ livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni tad-dejta personali ta’ individwi u l-iffaċilitar tal-iskambju ta’ dejta personali bejn awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri hija huma kruċjali sabiex tkun assigurata l-kooperazzjoni effettiva ġudizzjarja f’materji kriminali u dik tal-pulizija. Għal dak il-għan, il-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, irid ikun ekwivalenti fl-Istati Membri kollha. L-applikazzjoni konsistenti u omoġenja tar-regoli għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali għandha tkun assigurata fl-Unjoni kollha. Il-protezzjoni effettiva tad-dejta personali madwar l-Unjoni titlob li jissaħħu d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u l-obbligi ta’ dawk li jipproċessaw dejta personali, iżda wkoll setgħat ekwivalenti sabiex tiġi sorveljata u assigurata l-konformità mar-regoli għall-protezzjoni tad-dejta personali fl-Istati Membri. [Em. 3]

(8)  L-Artikolu 16(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jistabbilixxu r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-moviment liberu tad-dejta personali tagħhom. [Em. 4]

(9)  Fuq dik il-bażi, ir-Regolament (UE) Nru …../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta) jistabbilixxi regoli ġenerali għall-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u sabiex ikun assigurat il-moviment liberu ta’ dejta personali fi ħdan l-Unjoni.

(10)  Fid-Dikjarazzjoni 21 dwar il-protezzjoni tad-dejta personali fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali, annessa mal-att finali tal-konferenza intergovernattiva li adottat it-Trattat ta’ Lisbona, il-Konferenza rrikonoxxiet li regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali u l-moviment liberu ta’ dik id-dejta fl-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u dik tal-pulizija, ibbażati fuq l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jirriżultaw neċessarji minħabba n-natura speċifika ta’ dawn l-oqsma.

(11)  Għalhekk, Direttiva distinta speċifika għandha tissodisfa n-natura speċifika ta’ dawn l-oqsma u tistabbilixxi r-regoli relatati mal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali. [Em. 5]

(12)  Sabiex ikun assigurat l-istess livell ta’ protezzjoni għall-individwi permezz ta’ drittijiet li jistgħu jiġu infurzati legalment madwar l-Unjoni kollha u sabiex jiġu evitati diverġenzi li jxekklu l-iskambju ta’ dejta personali bejn l-awtoritajiet kompetenti, id-Direttiva għandha tipprovdi regoli armonizzati għall-protezzjoni u l-moviment liberu ta’ dejta personali fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u dik tal-pulizija.

(13)  Din id-Direttiva tippermetti li jiġi meqjus il-prinċipju ta’ aċċess pubbliku għad-dokumenti uffiċjali fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati f’din id-Direttiva.

(14)  Il-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva għandha tirrigwarda l-persuni fiżiċi, tkun xi tkun in-nazzjonalità jew il-post tar-residenza tagħhom, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali.

(15)  Il-protezzjoni tal-individwi għandha tkun teknoloġikament newtrali u ma tiddependix fuq it-tekniki użati; inkella din tista’ toħloq riskju serju ta’ ksur. Il-protezzjoni tal-individwi għandha tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali b’mezzi awtomatizzati kif ukoll għall-ipproċessar manwali, jekk id-dejta titqiegħed jew tkun maħsuba biex titqiegħed f’sistema ta’ arkivjar. Fajls jew settijiet ta’ fajls kif ukoll il-qoxriet ta’ barra tagħhom, li ma jkunux strutturati skont kriterji speċifiċi, m’għandhomx jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali fil-kors ta’ attività li ma tkunx skont il-finijiet taqax fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà nazzjonali, jew għad-dejta pproċessata mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni, bħall-Europol jew l-Eurojust. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) u strumenti legali speċifiċi applikabbli għal aġenziji, korpi jew uffiċċji tal-Unjoni għandhom ikunu konformi ma' din id-Direttiva u applikati skont din id-Direttiva. [Em. 6]

(16)  Il-prinċipji ta’ protezzjoni għandhom japplikaw għal kwalunkwe informazzjoni dwar persuna fiżika identifikata jew identifikabbli. Sabiex jiġi determinat jekk persuna fiżika tkunx identifikabbli, għandhom jitqiesu l-mezzi kollha li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna oħra biex l-individwu jiġi identifikat jew individwat. Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta m’għandhomx japplikaw għal dejta li tkun saret anonima b’mod li s-suġġett tad-dejta ma jkunx aktar identifikabbli. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal dejta anonima, jiġifieri kwalunkwe dejta li ma tistax tiġi relatata, direttament jew indirettament, waħedha jew flimkien ma' dejta assoċċjata, ma' persuna fiżika. Minħabba l-importanza tal-iżviluppi li qed isiru fil-qafas tas-soċjetà tal-informazzjoni, tat-tekniki użati biex tinkiseb, tiġi trażmessa, manipulata, irreġistrata, maħżuna jew ikkomunikata dejta dwar il-lok relatata ma' persuni fiżiċi, li tista’ tintuża għal finijiet differenti, inklużi s-sorveljanza jew il-ħolqien ta’ profili, din id-Direttiva għandha tkun applikabbli għall-ipproċessar li jinvolvi dejta personali bħal din. [Em. 7]

(16a)  Kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali għandu jkun legali, ġust u trasparenti fir-rigward tal-individwi kkonċernati. B’mod partikolari, il-finijiet speċifiċi li għalihom tiġi pproċessata d-dejta għandhom ikunu espliċiti u leġittimi u stabbiliti meta tinġabar id-dejta personali. Id-dejta personali għandha tkun adegwata, rilevanti u limitata għall-minimu meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-dejta personali tiġi pproċessata; Dan jirrikjedi b’mod partikolari li d-dejta miġbura u l-perjodu ta' ħżin tad-dejta jiġu limitati għal minimu strett. Id-dejta personali għandha tkun ipproċessata biss jekk l-għan tal-ipproċessar ma setax jintlaħaq mod ieħor. Għandu jittieħed kull pass raġonevoli sabiex jiġi assigurat li d-dejta personali li ma tkunx eżatta tiġi rettifikata jew imħassra. Sabiex ikun assigurat li d-dejta ma tinżammx għal aktar żmien minn kemm meħtieġ, il-kontrollur għandu jistabbilixxi limiti ta’ żmien għat-tħassir jew għal reviżjoni perjodika. [Em. 8]

(17)  Id-dejta personali relatata mas-saħħa għandha tinkludi b’mod partikolari d-dejta kollha li għandha x’taqsam mal-istatus tas-saħħa ta’ suġġett tad-dejta, informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-individwu għall-provvediment ta’ servizzi tas-saħħa; informazzjoni dwar il-ħlasijiet jew l-eliġibbiltà għall-kura tas-saħħa fir-rigward tal-individwu; in-numru, is-simbolu jew partikolari assenjat lill-individwu għall-identifikazzjoni unika tal-individwu għall-finijiet tas-saħħa; kull informazzjoni dwar l-individwu miġbura fil-kors tal-għoti ta’ servizzi tas-saħħa lill-individwu; informazzjoni miġbura mill-ittestjar jew l-eżaminazzjoni ta’ parti mill-ġisem jew sustanza tal-ġisem, inklużi kampjuni bijoloġiċi; l-identifikazzjoni ta’ persuna bħala fornitur ta’ kura tas-saħħa lill-individwu; jew kwalunkwe informazzjoni dwar, pereżempju; marda, diżabilità, ir-riskju ta’ mard, l-istorja medika, il-kura klinika, jew l-istat fiżjoloġiku jew bijomediku attwali tas-suġġett tad-dejta indipendentement mis-sors tiegħu, pereżempju mingħand tabib jew professjonista mediku ieħor, sptar, apparat mediku, jew test dijanjostiku in vitro.

(18)  Kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali jrid ikun ġust u legali fir-rigward tal-individwi kkonċernati. B’mod partikolari, l-objettivi speċifiċi tal-ipproċessar tad-dejta għandhom ikunu espliċiti. [Em. 9]

(19)  Għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jżommu u jipproċessaw dejta personali, li tkun miġbura fil-kuntest ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali speċifiċi lil hinn minn dak il-kuntest tal-iżvilupp ta' ftehim ta’ fenomeni u tendenzi kriminali, ta’ ġbir ta’ intelliġenza dwar netwerks ta’ kriminalità organizzata, u ta’ rabtiet li jsiru bejn reati differenti individwati. [Em. 10]

(20)  Id-dejta personali m’għandhiex tiġi pproċessata għal objettivi inkompatibbli mal-objettiv li għalih tkun inġabret. Id-dejta personali għandha tkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva għall-objettivi li għalihom tiġi pproċessata d-dejta personali; Għandu jittieħed kull pass raġonevoli sabiex jiġi assigurat li d-dejta personali li ma tkunx eżatta għandha tiġi rettifikata jew imħassra. [Em. 11]

(20a)  Is-sempliċi fatt li żewġ finijiet huma t-tnejn relatati mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali mhux neċessarjament ifisser li huma kompatibbli. Madankollu, hemm każijiet li fihom għandu jkun possibbli li jsir ipproċessar ulterjuri għal finijiet inkompatibbli jekk dan ikun meħtieġ sabiex ikun hemm konformità ma’ xi obbligu ġuridiku li l-kontrollur ikun suġġett għalih, bil-għan li jitħarsu l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew persuna oħra, jew għall-prevenzjoni ta' xi theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu jistgħu jadottaw liġijiet nazzjonali li jipprovdu għal tali derogi safejn ikun strettament meħtieġ. Dawn il-liġijiet nazzjonali għandu jkollhom salvagwardji xierqa. [Em. 12]

(21)  Il-prinċipju tal-preċiżjoni tad-dejta għandu jiġi applikat billi jitqiesu n-natura u l-objettiv tal-ipproċessar ikkonċernat. B’mod partikolari fi proċeduri ġudizzjarji, id-dikjarazzjonijiet li jkun fihom dejta personali huma bbażati fuq il-perċezzjoni suġġettiva tal-individwi u f’xi każijiet mhux dejjem ikunu verifikabbli. Konsegwentement, ir-rekwiżit tal-preċiżjoni m’għandux jirrigwarda l-preċiżjoni ta’ dikjarazzjoni iżda sempliċement il-fatt li tkun saret dikjarazzjoni speċifika.

(22)  Fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, għandhom jiġu meqjusa l-ispeċifiċitajiet tas-settur, inklużi l-objettivi speċifiċi segwiti. [Em. 13]

(23)  Huwa inerenti għall-ipproċessar ta’ dejta personali fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u dik tal-pulizija li tiġi pproċessata dejta personali relatata ma’ kategoriji differenti ta’ suġġetti tad-dejta. Għalhekk, kemm jista’ jkun għandha ssir distinzjoni ċara bejn dejta personali ta' kategoriji differenti ta' suġġetti tad-dejta bħal suspettati, persuni kkundanati b’reat kriminali, vittmi u partijiet terzi, bħal xhieda, persuni b’informazzjoni rilevanti jew kuntatti u assoċjati ta’ suspettati u kriminali misjuba ħatja. L-Istati Membri għandhom jipprovdu regoli speċifiċi dwar il-konsegwenzi ta’ din il-kategorizzazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-finijiet differenti li għalihom tinġabar id-dejta u jiġu pprovduti salvagwardji speċifiċi għall-persuni li ma jkunux issuspettati li wettqu, jew li ma jkunux ġew iddikjarati ħatja ta’, reat kriminali. [Em. 14]

(24)  Kemm jista’ jkun, id-dejta personali għandha tiġi distinta skont il-livell ta’ preċiżjoni u affidabbiltà tagħha. Il-fatti għandhom jiġu magħżula mill-valutazzjonijiet personali, sabiex ikunu assigurati kemm il-protezzjoni tal-individwi kif ukoll il-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni pproċessata mill-awtoritajiet kompetenti.

(25)  Sabiex ikun legali, l-ipproċessar ta’ dejta personali għandu permess biss meta jkun meħtieġ għal konformità ma’ obbligu legali ġuridiku li għalih ikun soġġett il-kontrollur, għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku minn awtorità kompetenti bbażata fuq il-liġi jew sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra, jew għall-prevenzjoni ta’ theddida serja u immedjata għas-sigurtà pubblika.tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li għandu jkun fiha dispożizzjonijiet espliċiti u dettaljati mill-inqas fir-rigward tal-objettivi, id-dejta personali, il-finijiet speċifiċi u l-mezzi, li taħtar jew tippermetti li jinħatar il-kontrollur, li tistabbilixxi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti, l-użu u l-limitazzjonijiet tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe diskrezzjoni mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti b’rabta mal-attivitajiet tal-ipproċessar. [Em. 15]

(25a)  Id-dejta personali m’għandhiex tiġi pproċessata għal finijiet inkompatibbli mal-fini li għalih jkunu nġabru. Ipproċessar ulterjuri mill-awtoritajiet kompetenti għal fini li jaqa’ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva li ma jkunx kompatibbli mal-fini inizjali għandu jkun awtorizzat biss f’każijiet speċifiċi fejn ipproċessar bħal dan ikun meħtieġ għall-konformità ma' obbligu ġuridiku, abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, li għaliha jkun soġġett il-kontrollur, jew biex ikun protett l-interess vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra, jew għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika. Il-fatt li d-dejta tiġi proċessata għal fini ta’ infurzar tal-liġi mhux neċessarjament jimplika li dan il-fini huwa kompatibbli mal-fini inizjali. Il-kunċett tal-użu kompatibbli għandu jiġi interpretat b’mod ristrett. [Em. 16]

(25b)  Id-dejta personali pproċessata bi ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adotatti skont din id-Direttiva m’għandhiex tiġi pproċessata aktar. [Em. 17]

(26)  Dejta personali li, min-natura tagħha, tkun partikolarment sensittiva u vulnerabbli fir-rigward ta’ drittijiet fundamentali u l-privatezza, inkluża d-dejta ġenetika jew privatezza, tixirqilha protezzjoni speċifika. Tali dejta m’għandhiex tiġi pproċessata, sakemm l-ipproċessar ma jkunx awtorizzat meħtieġ speċifikament b’liġi għat-twettiq ta' kompitu mwettaq fl-interess pubbliku, abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li tipprovdi għal miżuri xierqa sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet fundamentali u l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta; jew l-ipproċessar ikun meħtieġ sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra; jew l-ipproċessar ikun jikkonċerna dejta li b’mod ċar tkun saret pubblika mis-suġġett tad-dejta. Dejta personali sensittiva għandha tkun ipproċessata biss kemm-il darba huma jissupplimentaw dejta personali oħra diġà pproċessata għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi. Kwalunkwe deroga għall-projbizzjoni ta' pproċessar ta' dejta sensittiva għandha tkun interpretata b'mod ristrett u ma għandhiex twassalx għal ipproċessar frekwenti, massiv jew strutturali ta' dejta personali sensittiva. [Em. 18]

(26a)  L-ipproċessar ta’ dejta ġenetika għandu jkun permess biss jekk ikun hemm rabta ġenetika li tfeġġ fil-proċess ta’ investigazzjoni kriminali jew fi proċedura ġudizzjarja. Id-dejta ġenetika għandha tinħażen biss sakemm ikun strettament meħtieġ għall-fini ta’ tali investigazzjonijiet u proċeduri, filwaqt li l-Istati Membri jistgħu jipprovdi għal ħażna aktar fit-tul skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. [Em. 19]

(27)  Kull persuna fiżika għandu jkollha d-dritt li ma tkunx soġġetta għal miżura li tkun ibbażata biss fuq ipproċessar fuq it-tfassil ta’ profil parzjali jew sħiħ permezz ta’ pproċessar awtomatizzat. jekk dan Tali pproċessar li jipproduċi effett legali negattiv għal dik il-persuna, jew jaffettwah jew jaffetwaha b’mod sinifikanti għandu jkun ipprojbit, sakemm ma tkunx awtorizzata jkunx awtorizzat bil-liġi u soġġetta soġġett għal miżuri xierqa biex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet fundamentali u l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta, inkluż id-dritt li tkun fornuta b'informazzjoni siewja dwar il-loġika użata fit-tfassil tal-profil. Tali pproċessar ma għandu fl-ebda ċirkostanza jinkludi, jiġġenera, jew jiddiskrimina abbażi ta’ kategoriji speċjali ta’ dejta. [Em. 20]

(28)  Sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tiegħu jew tagħha, kwalunkwe informazzjoni għas-suġġett tad-dejta għandha tkun aċċessibbli faċilment u faċli biex tinftiehem, inkluż l-użu ta’ lingwaġġ ċar u sempliċi. Din l-informazzjoni għandha tiġi adattata għall-ħtiġijiet tas-suġġett tad-dejta, b’mod partikolari meta l-informazzjoni tkun indirizzata speċifikament lit-tfal. [Em. 21]

(29)  Għandhom jiġu pprovduti modalitajiet sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu jew tagħha tas-suġġetti tad-dejta taħt din id-Direttiva, fosthom mekkaniżmi sabiex jitolbu, mingħajr ħlas, b’mod partikolari l-aċċess għad-dejta, ir-rettifika u t-tħassir. Il-kontrollur għandu jkun obbligat li jirrispondi għat-talbiet tas-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien bla bżonn u fi żmien xahar mill-wasla tat-talba. Meta d-dejta personali tkun ipproċessata b’mezzi awtomatizzati l-kontrollur għandu jipprovdi mezzi sabiex it-talbiet isiru b’mod elettroniku. [Em. 22]

(30)  Il-prinċipju ta’ pproċessar ġust u trasparenti jitlob li s-suġġetti tad-dejta għandhom jiġu infurmati b’mod partikolari bl-eżistenza tal-operazzjoni ta’ pproċessar u l-objettivi l-finijiet tagħha, il-bażi ġuridika tagħha, iż-żmien kemm se ddum maħżuna d-dejta, dwar l-eżistenza tad-dritt tal-aċċess, rettifika jew tħassir u dwar id-dritt li jressqu lment. Fejn id-dejta Barra minn hekk is-suġġett tad-dejta għandu jiġi infurmat jekk jitwettaq tfassil tal-profil u dwar il-konsegwenzi maħsuba tiegħu. Meta d-dejta tinġabar mis-suġġett tad-dejta, is-suġġett tad-dejta għandu jiġi infurmat ukoll dwar jekk hu jew hi hux obbligati jipprovdu d-dejta u dwar il-konsegwenzi, f’każijiet li hu jew hi ma jipprovdux dik id-dejta. [Em. 23]

(31)  L-informazzjoni fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali relatata mas-suġġet tad-dejta għandha tingħatalhom tingħatalhu jew tingħatalha fil-ħin tal-ġbir, jew, meta d-dejta ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta, fil-ħin tar-reġistrazzjoni jew f’perjodu ta’ żmien raġonevoli wara l-ġbir meta jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom tiġi pproċessata d-dejta.

(32)  Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt tal-aċċess għal dejta li nġabret dwarhom, u li teżerċita dan id-dritt faċilment, sabiex tkun konxja u tivverifika l-legalità tal-ipproċessar. Kull suġġett tad-dejta għandu għalhekk ikollu d-dritt li jkun jaf u jikseb komunikazzjoni b’mod partikolari dwar l-objettivi il-finijiet li għalihom id-dejta tkun qed tiġi pproċessata, il-bażi legali, għal liema perjodu ta’ żmien, liema riċevituri jirċievu d-dejta, inklużi l- fil-pajjiżi terzi, l-informazzjoni li tinftiehem dwar il-loġika involuta fi kwalunkwe pproċessar awtomatizzat u l-konsegwenzi sinifkanti u previsti jekk applikabbli, u d-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tagħha. Is-suġġetti tad-dejta għandhom jitħallew jirċievu kopja tad-dejta personali tagħhom li tkun qed tiġi pproċessata. [Em. 24]

(33)  L-Istati Membri għandhom jitħallew jadottaw miżuri leġiżlattivi li jittardjaw, jew jirrestrinġu jew iħallu barra informazzjoni dwar is-suġġetti tad-dejta jew l-aċċess għad-dejta peronali tagħhom safejn u sakemm tali restrizzjoni parzjali jew sħiħa tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f’soċjetà demokratika b’kunsiderazzjoni xierqa għad-drittijiet fundamentali u għall-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata, sabiex jiġi evitat it-tfixkil f’inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali, sabiex ikun evitat li jiġu preġudikati l-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, sabiex jiġu mħarsa s-sigurtà pubblika jew is-sigurtà nazzjonali, jew, sabiex jiġi protett is-suġġett tad-dejta jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni oħra. Il-kontrollur għandu jivvaluta permezz ta’ eżami konkret u individwali ta’ kull każ jekk għandhiex tapplika restrizzjoni parzjali jew sħiħa tad-dritt għall-aċċess. [Em. 25]

(34)  Kwalunkwe rifjut jew restrizzjoni tal-aċċess għandu jsir bil-miktub lis-suġġett tad-dejta, fosthom ir-raġunijiet fattwali jew legali li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni.

(34a)  Kwalunkwe restrizzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta għandha tkun konformi mal-Karta u mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ġie ċċarat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u b’mod partikolari għandha tirrispetta l-elementi essenzjali tad-drittijiet u l-libertajiet. [Em. 26]

(35)  Fejn l-Istati Membri jkunu adottaw miżuri leġiżlattivi li jillimitaw b’mod sħiħ jew parzjali d-dritt tal-aċċess, is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jitlob li l-awtorità ta’ superviżjoni nazzjonali kompetenti tiċċekkja l-legalità tal-ipproċessar. Is-suġġett tad-dejta għandu jkun infurmat b’dan id-dritt. Meta l-aċċess jiġi eżerċitat mill-awtorità ta’ superviżjoni f’isem is-suġġett tad-dejta, is-suġġett tad-dejta għandu jiġi infurmat mill-awtorità ta’ superviżjoni li tal-anqas ikunu saru l-verifiki kollha neċessarji mill-awtorità ta’ superviżjoni u dwar ir-riżultat fir-rigward tal-legalità tal-ipproċessar inkwistjoni. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tinforma wkoll lis-suġġett tad-dejta dwar id-dritt li jfittex rimedju ġudizzjarju. [Em. 27]

(36)  Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li jkollha d-dejta personali mhux preċiża jew ipproċessata illegalment dwarha rettifikata u d-dritt ta’ tħassir meta l-ipproċessar ta’ dik id-dejta ma jkunx konformi mal-prinċipji ewlenin mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. Tali rettifika, kompletezza jew tħassir għandhom ikunu kkomunikati lir-riċevituri li lilhom tiġi żvelata d-dejta u lill-partijiet terzi minn fejn tkun oriġinat id-dejta mhux preċiża. Il-kontrolluri għandhom jastjenu wkoll milli jxerrdu aktar it-tali dejta. Meta d-dejta personali tiġi pproċessata fil-kors ta’ investigazzjoni u proċedimenti kriminali, ir-rettifika, id-drittijiet tal-informazzjoni, l-aċċess, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-ipproċessar jistgħu jitwettqu skont ir-regoli nazzjonali dwar proċedimenti ġudizzjarji. [Em. 28]

(37)  Għandha tiġi stabbilita r-responsabbiltà komprensiva tal-kontrollur għal kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali li jitwettaq mill-kontrollur jew f’isem il-kontrollur. B’mod partikolari, il-kontrollur għandu jassigura u jkun obbligat li jkun kapaċi juri l-konformità tal-operazzjonijiet ta’ kull operazzjoni tal-ipproċessar mar-regoli adottati skont din id-Direttiva. [Em. 29]

(38)  Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali titlob li għandhom jittieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jassiguraw li jintlaħqu r-rekwiżiti tad-Direttiva. Sabiex tiġi assigurata konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, il-kontrollur għandu jadotta politiki u jimplimenta miżuri xierqa, li jilħqu b’mod partikolari l-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta fid-disinn u l-protezzjoni tad-dejta b’mod awtomatiku.

(39)  Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta kif ukoll ir-responsabbiltà tal-kontrolluri u l-proċessuri titlob attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet taħt din id-Direttiva, inkluż fejn kontrollur jistabbilixxi l-objettivi l-finijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar flimkien ma’ kontrolluri oħra jew meta operazzjoni ta’ pproċessar titwettaq f’isem kontrollur. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont din id-Direttiva fir-rigward ta' kull wieħed mill-kontrolluri konġunti u kontrihom. [Em. 30]

(40)  L-attivitajiet ta’ pproċessar għandhom jiġu dokumentati mill-kontrollur jew mill-proċessur, sabiex tiġi sorveljata l-konformità ma’ din id-Direttiva. Kull kontrollur u proċessur għandu jkun obbligat li jikkoopera mal-awtorità ta’ superviżjoni u jagħmel din id-dokumentazzjoni disponibbli meta tintalab, sabiex tkun tista’ sservi għas-sorveljanza tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

(40a)  Kull operazzjoni ta’ pproċessar ta' dejta personali għandha tkun reġistrata sabiex tippermetti l-verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, l-awtomonitoraġġ u l-assigurar tal-integrità u s-sigurtà xierqa tad-dejta. Dan ir-reġistru għandu jkun disponibbli fuq talba lill-awtorità ta’ superviżjoni għall-fini li tiġi sorveljata l-konformità mar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva. [Em. 31]

(40b)  Għandha titwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta mill-kontrollur jew mill-proċessur, meta jkun probabbli li l-operazzjonijiet ta’ pproċessar jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertijiet tas-suġġetti tad-dejta minħabba n-natura tagħhom, il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom jew il-finijiet tagħhom, li għandha tinkludi b’mod partikolari l-miżuri, is-salvagwardji u l-mekkaniżmi li jkunu maħsuba biex tiġi assigurata l-protezzjoni tad-dejta personali u biex tintwera l-konformità ma' din id-Direttiva. Il-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom jikkonċernaw is-sistemi u l-proċessi rilevanti tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar tad-dejta personali, iżda mhux każijiet individwali. [Em. 32]

(41)  Sabiex tiġi assigurata protezzjoni effettiva tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta permezz ta’ azzjonijiet preventivi, il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jikkonsultaw mal-awtorità ta’ superviżjoni f’ċerti każi qabel l-ipproċessar. Barra minn hekk, meta valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta tindika li l-operazzjonijiet ta’ pproċessar x’aktarx li jippreżentaw grad għoli ta’ riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tipprevjeni, qabel il-bidu tal-operazzjonijiet, proċessar riskjuż li ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva, u li tagħmel proposti biex tiġi rimedjata tali sitwazzjoni. Din il-konsultazzjoni għandha sseħħ ukoll matul it-tħejjija ta’ miżura mill-parlament nazzjonali jew ta’ miżura bbażata fuq miżura leġiżlattiva bħalha li tiddefinixxi n-natura tal-ipproċessar u tistabbilixxi salvagwardji xierqa. [Em. 33]

(41a)  Sabiex iżomm is-sigurtà u jipprevjeni pproċessar fi ksur ta' din id-Direttiva, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jevalwa r-riskji inerenti għall-ipproċessar u jimplimenta miżuri sabiex itaffi dawk ir-riskji. Dawn il-miżuri għandhom jassiguraw livell xieraq ta’ sigurtà, filwaqt li jikkunsidraw l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni tagħhom b’konnessjoni mar-riskji u n-natura tad-dejta personali li għandha tkun protetta. Meta jkunu qed jiġu stabbiliti standards tekniċi u miżuri ta' organizzazzjoni biex jassiguraw is-sigurtà tal-ipproċessar, in-newtralità teknoloġika għandha tiġi promossa. [Em. 34]

(42)  Ksur tad-dejta personali, jekk ma jiġix indirizzat b’mod adegwat u fil-ħin, jista’ jagħmel jirriżulta f’telf ekonomiku sostanzjali u ħsara soċjali, inkluża ħsara fir-reputazzjoni l-frodi tal-identità, għall-individwu kkonċernat. Għalhekk, hekk kif il-kontrollur isir konxju li seħħ dan il-ksur, għandu jinnotifika lill-awtorità nazzjonali kompetenti dwar il-ksur. L-individwi li d-dejta personali jew il-privatezza tagħhom tista’ tiġi affettwata ħażin mill-ksur għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien bla bżonn sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Ksur għandu jitqies li jaffettwa ħażin id-dejta personali jew il-privatezza ta’ individwu meta dan ikun jista’ jwassal, pereżempju, għal serq ta’ identità jew frodi, ħsara fiżika, umiljazzjoni sinifikanti jew ħsara għar-reputazzjoni b’rabta mal-ipproċessar ta’ dejta personali. In-notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-fornitur biex jindirizza l-ksur, kif ukoll rakkomandazzjonijiet għall-abbonat jew l-individwu kkonċernat. In-notifiki lis-suġġett tad-dejta għandhom isiru malli dan ikun fattibbli u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità ta’ superviżjoni u filwaqt li tiġi rispettata l-gwida pprovduta minnha. [Em. 35]

(43)  Waqt l-iffissar ta’ regoli dettaljati dwar il-format u l-proċeduri applikabbli għan-notifika ta’ ksur ta’ dejta personali, għandha tingħata konsiderazzjoni xierqa liċ-ċirkustanzi tal-ksur, inkluż jekk id-dejta personali kinitx protetta b’miżuri xierqa ta’ protezzjoni teknika, li jnaqqsu b’mod effettiv il-probabbiltà ta’ użu ħażin. Barra minn hekk, dawn ir-regoli u proċeduri għandhom iqisu l-interessi leġittimi tal-awtoritajiet kompetenti f’każijiet fejn l-iżvelar bikri jista’ jxekkel mingħajr bżonn l-investigazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ ksur.

(44)  Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru persuna li tassisti lill-kontrollur jew lill-proċessur sabiex jissorveljaw il-konformità u juru l-konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva. Uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta jista’ jinħatar b’mod konġunt minn Meta diversi entitajiet tal-awtorità kompetenti. awtoritajiet kompetenti jkunu qegħdin jaġixxu taħt is-superviżjoni ta’ awtorità ċentrali, tal-anqas din l-awtorità ċentrali għandha taħtar tali uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta. L-uffiċjali tal-protezzjoni tad-dejta jridu jkunu f’pożizzjoni li jwettqu d-dmirijiet u l-kompiti tagħhom b’mod indipendenti u effettiv, b’mod partikolari billi jistabbilixxu regoli li jipprevjenu l-kunflitt ta’ interess ma’ kompiti oħra li jitwettqu mill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta. [Em. 36]

(45)  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li trasferiment lil pajjiż terz isir biss jekk dan it-trasferiment speċifiku jkun meħtieġ għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u l-kontrollur fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali jkun awtorità pubblika kompetenti fis-sens ta’ din id-Direttiva. Trasferiment jista’ jsir f’każijiet fejn il-Kummissjoni tkun iddeċidiet li l-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni jassiguraw livell adegwat jew protezzjoni, jew meta jkunu nġiebu salvagwardji xierqa, jew meta jkunu nġiebu salvagwardji xierqa permezz ta' strument legalment vinkolanti. Dejta li tiġi ttrasferita lil awtoritajiet pubbliċi kompetenti f’pajjiżi terzi ma għandhiex tiġi pproċessata aktar għal finijiet oħra għajr dawk li għalihom ġiet ittrasferita. [Em. 37]

(45a)  Trasferimenti ulterjuri li jsiru minn awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li tkun ġiet ittrasferita lilhom dejta personali għandhom ikunu permessi biss jekk it-trasferiment ulterjuri jkun meħtieġ għall-istess fini speċifiku bħal tat-trasferiment oriġinali u t-tieni riċevitur ukoll ikun awtorità pubblika kompetenti. Trasferimenti ulterjuri m’għandhomx ikunu permessi għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi ġenerali. L-awtorità kompetenti li tkun wettqet it-trasferiment oriġinali għandha tkun qablet li jsir it-trasferiment ulterjuri. [Em. 38]

(46)  Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi b’effett għall-Unjoni kollha li ċerti pajjiżi terzi, jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, joffru livell adegwat ta’ protezzjoni tad-dejta, u b’hekk jipprovdu ċertezza legali u uniformità madwar l-Unjoni rigward il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali li huma kkunsidrati li jipprovdu dan il-livell ta’ protezzjoni. F’dawn il-każijiet, it-trasferimenti ta’ dejta personali lil dawn il-pajjiżi jistgħu isiru mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb xi awtorizzazzjoni ulterjuri.

(47)  Bi qbil mal-valuri fundamentali li fuqhom hija bbażata l-Unjoni, b’mod partikolari l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-Kummissjoni għandha tqis il-mod kif l-istat tad-dritt, l-aċċess għall-ġustizzja, kif ukoll in-normi u l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, f’dak il-pajjiż huma rrispettati.

(48)  Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrikonoxxi wkoll li pajjiż terz, jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, ma joffrux livell adgwat ta’ protezzjoni tad-dejta. Għaldaqstant, it-trasferiment ta’ dejta personali lejn dak il-pajjiż terz ma għandux ikun permess ħlief meta jkun ibbażat fuq ftehim internazzjonali, salvagwardji xierqa jew deroga. Għandu jsir provvediment Għandha ssir dispożizzjoni għal proċeduri għall-konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u dawn il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Madankollu, din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun mingħajr ħsara għall-possibbiltà li jsiru trasferimenti fuq il-bażi ta’ salvagwardji xierqa permezz ta’ strumenti legalment vinkolanti jew fuq il-bażi ta’ deroga stabbilita f’din id-Direttiva. [Em. 39]

(49)  Trasferimenti li mhumiex ibbażati fuq din id-deċiżjoni ta’ adegwatezza għandhom jiġu permessi biss fejn jinġiebu salvagwardji xierqa fi strument legalment vinkolanti, li jassiguraw il-protezzjoni tad-dejta personali jew fejn il-kontrollur jew il-proċessur jevalwa ċ-ċirkustanzi kollha marbuta mal-operazzjoni tat-trasferiment tad-dejta jew is-sett ta’ operazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ dejta u, fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, jikkunsidra li jeżistu salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali. F’każijiet fejn ma jkunx hemm raġunijiet biex jiġi permess trasferiment, għandhom ikunu permessi derogi jekk dawn ikunu meħtieġa, sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra, jew sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta meta l-liġi tal-Istat Membru li jkun qiegħed jittrasferixxi d-dejta personali tipprovdi dan, jew meta jkun meħtieġ għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew f’każijiet individwali għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, jew’f’każijiet individwali għat-twaqqif, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali. [Em. 40]

(49a)  F’każijiet fejn ma jkunx hemm raġunijiet biex jiġi permess trasferiment, għandhom ikunu permessi derogi jekk dawn ikunu meħtieġa, sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra, jew sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta meta l-liġi tal-Istat Membru li jkun qiegħed jittrasferixxi d-dejta personali tipprovdi dan, jew meta jkun meħtieġ għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew f’każijiet individwali għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, jew’f’każijiet individwali għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali. Dawn id-derogi għandhom ikunu interpretati b’mod ristrett u m’għandhomx jippermettu t-trasferiment frekwenti, massiv u strutturali ta’ dejta personali u m’għandhomx jippermettu t-trasferiment ta’ kwantità kbira ta’ dejta iżda t-trasferiment għandu jkun limitat għal dejta strettament meħtieġa. Barra minn hekk, id-deċiżjoni għat-trasferiment għandha ssir minn persuna debitament awtorizzata u dan it-trasferiment irid jiġi dokumentat u għandu jkun disponibbli għall-awtorità ta’ superviżjoni fuq talba sabiex tiġi ssorveljata l-legalità tat-trasferiment. [Em. 41]

(50)  Meta d-dejta personali tgħaddi bejn il-fruntieri, hija tista’ tpoġġi f’riskju akbar il-ħila tal-individwi li jeżerċitaw id-drittijiet ta’ protezzjoni tad-dejta sabiex jipproteġu lilhom infushom mill-użu jew l-iżvelar illegali ta’ dik id-dejta. Fl-istess ħin, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni jistgħu jsibu li ma jistgħux isegwu lmenti jew iwettqu investigazzjonijiet relatati mal-attivitajiet barra mill-fruntieri tagħhom. L-isforzi tagħhom biex jaħdmu flimkien f’kuntest transkonfinali jistgħu jkunu mxekkla wkoll minn setgħat preventivi jew ta’ rimedju insuffiċjenti u sistemi legali inkonsistenti. Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi promossa kooperazzjoni aktar mill-qrib fost l-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta biex tgħinhom fl-iskambju ta’ informazzjoni mal-kontropartijiet barranin tagħhom.

(51)  L-istabbiliment ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni fl-Istati Membri, li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom b’indipendenza sħiħa, huwa komponent essenzjali tal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom. L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jissorveljaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet skont din id-Direttiva u jikkontribwixxu għall-applikazzjoni konsistenti tagħha madwar l-Unjoni, sabiex jiġu protetti persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni. [Em. 42]

(52)  L-Istati Membri jistgħu jafdaw awtorità ta’ superviżjoni diġà stabbilita fl-Istati Membri taħt ir-Regolament (UE)…./2014 bir-responsabilità għall-kompiti li jridu jitwettqu mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni li għandhom jiġu stabbiliti taħt din id-Direttiva.

(53)  L-Istati Membri għandhom jitħallew jistabbilixxu aktar minn awtorità ta’ superviżjoni waħda biex jirriflettu l-istruttura kostituzzjonali, organizzattiva u amministrattiva tagħhom. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tingħata riżorsi finanzjarji u umani, bini u infrastruttura adegwati, inklużi kapaċitajiet tekniċi, esperjenza u ħiliet, li huma meħtieġa għat-twettiq effettiv tal-kompiti tagħhom, inkluż għall-kompiti relatati mal-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet ta’ superviżjoni oħra madwar l-Unjoni. [Em. 43]

(54)  Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom jiġu stabbiliti bil-liġi f’kull Stat Membru u b’mod partikolari għandhom jipprovdu li dawk il-membri għandhom jinħatru mill-parlament jew mill-gvern tal-Istat Membru, abbażi tal-konsultazzjoni tal-parlament, u jinkludu regoli dwar il-kwalifiki personali tal-membri u l-pożizzjoni ta’ dawk il-membri. [Em. 44]

(55)  Filwaqt li din id-Direttiva tapplika wkoll għall-attivitajiet tal-qrati nazzjonali, il-kompetenza tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni ma għandhiex tkopri l-ipproċessar ta’ dejta personali meta jkunu qegħdin jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom, bil-għan li tiġi salvagwardjata l-indipendenza tal-imħallfin fit-twettiq tal-kompiti ġudizzjarji tagħhom. Madankollu, din l-eżenzjoni għandha tkun limitata għal attivitajiet ġudizzjarji ġenwini f’kawżi fil-qorti u ma tapplikax għal attivitajiet oħra fejn l-imħallfin jistgħu jkunu involuti skont il-liġi nazzjonali.

(56)  Sabiex jiġu assigurati sorveljanza u infurzar konsistenti ta’ din id-Direttiva fl-Unjoni kollha, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandu jkollhom l-istess dmirijiet u setgħat effettivi f’kull Stat Membru, fosthom setgħat ta’ investigazzjoni effikaċi, is-setgħa li jkollhom aċċess għad-dejta personali kollha u għall-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq ta’ kull funzjoni ta’ superviżjoni, setgħa li jaċċessaw kwalunkwe bini tal-kontrollur tad-dejta jew tal-proċessur inklużi tagħmir tal-ipproċessar tad-dejta, u interventi, deċiżjonijiet u sanzjonijiet legalment vinkolanti, b’mod partikolari f’każijiet ta’ lmenti minn individwi, u li jipparteċipaw fi proċeduri legali. [Em. 45]

(57)  Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tisma’ l-ilmenti mressqa minn kwalunkwe suġġett tad-dejta u għandha tinvestiga l-każ. L-investigazzjoni wara lment għandha titwettaq, soġġetta għal reviżjoni ġudizzjarja, safejn ikun xieraq fil-każ speċifiku. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tinforma lis-suġġett tad-dejta dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment fi żmien raġonevoli. Jekk il-każ ikun jeħtieġ aktar investigazzjoni jew koordinazzjoni ma’ awtorità ta’ superviżjoni oħra, għandha tingħata informazzjoni intermedja lis-suġġett tad-dejta.

(58)  L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jgħinu lil xulxin fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom u jipprovdu assistenza reċiproka, sabiex jassiguraw l-applikazzjoni u l-infurzar konsistenti tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva. Kull awtorità ta' superviżjoni għandha tkun lesta li tipparteċipa f’operazzjonijiet konġunti. L-awtorità ta’ superviżjoni li tkun saritilha talba għandha tkun obbligata li twieġeb f’perjodu ta’ żmien definit. [Em. 46]

(59)  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta li ġie stabbilit bir-Regolament (UE)…./20122014 għandu jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta’ din il-Direttiva madwar l-Unjoni, fosthom billi jagħti parir lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, jippromwovi l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni madwar l-Unjoni, u jagħti l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni bbażati fuq din id-Direttiva. [Em. 47]

(60)  Kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru u jkollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju jekk iħoss li d-drittijiet tiegħu taħt din id-Direttiva jkunu miksura jew fejn l-awtorità ta’ superviżjoni ma tirreaġixxix għal ilment jew ma tiħux azzjoni meta dik l-azzjoni tkun neċessarja sabiex ikunu protetti d-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.

(61)  Kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li jkollha l-għan li tipproteġi d-drittijiet u l-interessi tas-suġġetti tad-dejta fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta tagħhom u li tkun li taġixxi fl-interess pubbliku kostitwita skont il-liġi ta’ Stat Membru, għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment jew teżerċita d-dritt għal rimedju ġudizzjarju f’isem is-suġġetti tad-dejta jekk ikollha mandat xieraq mingħandhom, jew li tressaq indipendentement mill-ilment ta’ suġġett tad-dejta, ilment tiegħu stess meta jħoss li jkun seħħ ksur tad-dejta personali. [Em. 48]

(62)  Kull persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjonijiet ta’ awtorità ta’ superviżjoni fir-rigward tagħha. Il-proċeduri kontra awtorità ta’ superviżjoni għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità ta’ superviżjoni.

(63)  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-azzjonijiet legali, sabiex ikunu effettivi, jippermettu l-adozzjoni rapida ta’ miżuri għal rimedju jew jimpedixxu l-ksur ta’ din id-Direttiva.

(64)  Kwalunkwe ħsara, inkluż dannu mhux finanzjarju, li tista’ ssofri persuna b’riżultat ta’ pproċessar illegali għandha tiġi kkumpensata mill-kontrollur jew mill-proċessur, li jistgħu jkunu eżentati mir-responsabbiltà jekk huma jġibu provi li ma jkunux responsabbli għall-ħsara, b’mod partikolari meta huma jistabbilixxu nuqqas min-naħa tas-suġġett tad-dejta jew f’każ ta’ forza maġġuri. [Em. 49]

(65)  Għandhom jiġu imposti pieni fuq kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, sew jekk regolati b’liġi privata kif ukoll jekk bil-liġi pubblika, li tonqos milli tikkonforma ma’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-pieni jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jridu jieħdu l-miżuri kollha sabiex jimplimentaw il-pieni.

(65a)  It-trażmissjoni ta’ dejta personali lil awtoritajiet oħra jew partijiet privati fl-Unjoni hija pprojbita sakemm it-trażmissjoni ma tkunx konformi mal-liġi, u sakemm ir-riċevitur ma jkunx stabbilit fi Stat Membru, u l-ebda interessi leġittimi speċifiċi tas-suġġett tad-dejta ma jipprevjenu t-trażmissjoni, u t-trażmissjoni tkun meħtieġa f’każ speċifiku għall-kontrollur li jkun qed jittrażmetti d-dejta jew għat-twettiq ta' kompitu legalment assenjat lilu, jew għall-prevenzjoni ta' periklu immedjat u serju għas-sigurtà pubblika, jew il-prevenzjoni ta’ ħsara serja għad-drittijiet tal-individwi. Il-kontrollur għandu jinforma lir-riċevitur dwar il-fini tal-ipproċessar u lill-awtorità ta’ superviżjoni dwar it-trażmissjoni. Ir-riċevitur għandu jiġi wkoll infurmat dwar ir-restrizzjonijiet tal-ipproċessar u jassigura li dawn jiġu ssodisfati. [Em. 50]

(66)  Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali u li jkun assigurat l-iskambju liberu ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Unjoni, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun delegata lill-Kummissjoni. B’mod partikolari, għandhom ikunu adottati atti delegati fir-rigward tan-notifiki ta’ biex jispeċifikaw aktar il-kriterji u l-kondizzjonijiet għall-operazzjonijiet ta' pproċessar li jirrikkjedu valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta; il-kriterji u r-rekwiżiti ta' ksur ta' dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni u fir-rigward tal-livell adegwat ta' protezzjoni mogħti minn pajjiż terz, jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali. Huwa ta' importanza kbira li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti, b'mod partikolari mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 51]

(67)  Sabiex ikunu assigurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fir-rigward tad-dokumentazzjoni mill-kontrolluri u l-proċessuri, is-sigurtà tas-sigurtà tal-ipproċessar, speċjalment fir-rigward ta’ standards ta’ kriptaġġ, in-notifika u n-notifika ta’ ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni, u l-livell adegwat ta’ protezzjoni mogħtija minn pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(7). [Em. 52]

(68)  Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ miżuri fir-rigward tas-sigurtà tad-dokumentazzjoni mill-kontrolluri u l-proċessuri, is-sigurtà tal-ipproċessar, in-notifika u n-notifika ta’ ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni, u l-livell adegwat ta’ protezzjoni mogħtija minn pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, minħabba li dawk l-atti għandhom kamp ta’ applikazzjoni ġenerali. [Em. 53]

(69)  Il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli fejn, f’każijiet debitament ġustifikati relatati ma’ pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li ma tassigurax livell ta’ protezzjoni adegwat, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jitolbu hekk. [Em. 54]

(70)  Billi l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom u li jkun assigurat l-iskambju liberu ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Unjoni, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu iżda jkunu jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjaretà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dak l-għan dawk l-objettivi. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal standards ogħla minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva. [Em. 55]

(71)  Id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI għandha tiġi rrevokata b’din id-Direttiva.

(72)  Dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali f’atti tal-Unjoni li ġew adottati qabel id-dejta tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, li jirregolaw l-ipproċessar ta’ dejta personali bejn l-Istati Membri jew l-aċċess ta’ awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri għas-sistemi ta’ informazzjoni stabbiliti skont it-Trattati, għandhom jibqgħu mhux affettwati. Peress li l-Artikolu 8 tal-Karta u l-Artikolu 16 tat-TFUE jimplikaw li d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta personali għandu jiġi assigurat b’mod konsistenti u omoġenju madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, tevalwa s-sitwazzjoni fir-rigward tar-relazzjoni bejn din id-Direttiva u l-atti adottati qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva li jirregolaw l-ipproċessar ta’ dejta personali bejn l-Istati Membri jew l-aċċess ta’ awtoritajiet magħżula tal-Istati Membri għas-sistemi ta’ informazzjoni stabbiliti skont it-Trattati, sabiex tivvaluta l-ħtieġa tal-allinjament ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi ma’ u għandha tippreżenta proposti xierqa bl-għan li jassiguraw regoli legali konsistenti u omoġenji relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali minn awtoritajiet kompetenti jew l-aċċess ta' awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri għal sistemi ta' informazzjoni stabbiliti skont it-Trattati kif ukoll l-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. [Em. 56]

(73)  Sabiex tiġi assigurata protezzjoni komprensiva u koerenti tad-dejta personali fl-Unjoni, ftehim internazzjonali konkluż il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni jew mill-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva għandu għandhom jiġu emendati skont din id-Direttiva. [Em. 57]

(74)  Din id-Direttiva hija mingħajr ħsara għar-regoli kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pornografija tat-tfal kif stabbiliti fid-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8).

(75)  F’konformità mal-Artikolu 6a tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, kif anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda m’għandhomx ikunu marbuta minn regoli stabbiliti f’din id-Direttiva meta r-Renju Unit u l-Irlanda ma jkunux marbuta b’regoli li jirregolaw forom ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali jew ta’ kooperazzjoni tal-pulizija li jeħtieġu konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fuq il-bażi tal-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(76)  F’konformità mal-Artikoli 2 u 2a tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex marbuta b’din id-Direttiva jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Minħabba li din id-Direttiva tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, taħt it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka għandha, skont l-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, jekk hijiex se timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha. [Em. 58]

(77)  Rigward l-Islanda u n-Norveġja, din id-Direttiva tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fi ħdan it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja rigward l-assoċjazzjoni aħħarija mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen(9).

(78)  Rigward l-Isvizzera, din id-Direttiva tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fi ħdan it-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen(10)..

(79)  Rigward il-Liechtenstein, din id-Direttiva tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fi ħdan it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen(11).

(80)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta kif imħaddna fit-Trattat, b’mod partikolari d-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali. Il-limitazzjonijiet imposti fuq dawn id-drittijiet huma skont l-Artikolu 52(1) tal-Karta billi huma neċessarji sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ interess ġenerali rikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni oħra.

(81)  F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni(12), l-Istati Membri ntrabtu li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom ma’ dokument wieħed jew aktar li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur jikkunsidra t-trażmissjoni ta’ dawn id-dokumenti bħala ġustifikata.

(82)  Din id-Direttiva m’għandhiex tipprekludi lill-Istati Membri milli jimplimentaw l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta dwar l-informazzjoni, l-aċċess, ir-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni tad-dejta personali tagħhom ipproċessata fil-kors ta’ proċeduri kriminali, u r-restrizzjonijiet possibbli tagħhom għalihom, fir-regoli nazzjonali dwar il-proċedura kriminali.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u objettivi

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali u l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali u l-kondizzjonijiet relatati mal-moviment liberu ta’ dik id-dejta personali.

2.  Skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom:

(a)  jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali u l-privatezza tagħhom; u

(b)  jassiguraw li l-iskambju ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Unjoni ma jkunx ristrett u lanqas ipprojbit għal raġunijiet konnessi mal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali.

2a.  Din id-Direttiva m'għandhiex tipprekludi lill-Istati Membri milli jipprovdu salvagwardji ogħla minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva. [Em. 59]

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-objettivi imsemmija fl-Artikolu 1(1).

2.  Din id-Direttiva tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati, u għall-ipproċessar għajr b’mezzi awtomatizzati ta’ dejta personali li tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar jew li tkun maħsuba sabiex tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar.

3.  Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali:

(a)  fil-kors ta’ attività li ma tkunx skont il-finijiet ta’ liġi taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà nazzjonali;

(b)  mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni. [Em. 60]

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(1)  'suġġett tad-dejta' tfisser persuna fiżika identifikata jew persuna fiżika li tista’ tkun identifikata, direttament jew indirettament, b’mezzi li raġonevolment aktarx se jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra, b’mod partikolari b’referenza għal numru ta’ identifikazzjoni, dejta dwar il-lok, identifikaturi onlajn jew għal fattur speċifiku wieħed jew aktar dwar l-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta’ dik il-persuna;

(2)  'dejta personali' tfisser kull kwalunkwe informazzjoni li jkollha x’taqsam relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-dejta”); persuna identifikabbli hija persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal identifikatur bħall-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni, id-dejta dwar il-post, identifikatur uniku jew għal xi fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali jew tal-ġeneru ta’ dik il-persuna;

(2a)  'data psewdonimizzata’ tfisser dejta personali li ma tkunx tista’ tiġi attribwita għal suġġett tad-dejta speċifiku mingħajr l-użu ta’ informazzjoni addizzjonali, sakemm tali informazzjoni addizzjonali tinżamm separatament u tkun suġġetta għal miżuri tekniċi u organizzattivi biex jiġi assigurat li d-dejta ma tkunx tista' tiġi attribwita;

(3)  'ipproċessar' tfisser kull operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jsiru fuq dejta personali jew settijiet ta’ dejta personali, b’mezzi awtomatiċi jew mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-addattament jew il-bdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, tixrid jew li xort’oħra jagħmlu l-ipproċessar disponibbli jew li jġibu allinjament jew taħlita, tħassir jew distruzzjoni;

(3a)   'it-tfassil ta’ profil' tfisser kwalunkwe forma ta’ pproċessar awtomatizzat ta’ dejta personali maħsuba biex tevalwa ċerti aspetti personali relatati ma’ persuna fiżika jew biex tanalizza jew tipprevedi b’mod partikolari l-prestazzjoni fuq ix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, il-lokalità, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba ta’ dik il-persuna fiżika;

(4)  'restrizzjoni tal-ipproċessar' tfisser l-immarkar ta’ dejta personali maħżuna bil-għan li jiġi limitat l-ipproċessar tagħha fil-ġejjieni;

(5)  'sistema ta’ arkivjar' tfisser kwalunkwe sett strutturat ta’ dejta personali li jkun aċċessibbli skont kriterji speċifiċi, kemm jekk ċentralizzat, deċentralizzat jew imferrex fuq bażi funzjonali jew ġeografika;

(6)  'kontrollur' tfisser l-awtorità pubblika kompetenti li waħedha jew flimkien ma’ oħrajn tiddetermina l-objettivi, il-kundizzjonijiet l-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ dejta personali; meta l-objettivi, il-kundizzjonijiet l-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi tal-Istati Membri, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għan-nomina tiegħu jistgħu jiġu stabbiliti bil-liġi tal-Unjoni jew bil-liġi ta’ Stat Membru;

(7)  'proċessur' tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li jipproċessa dejta personali f’isem il-kontrollur;

(8)  'riċevitur' tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li lilu tiġi żvelata d-dejta pubblikapersonali;

(9)  'ksur ta’ dejta personali' tfisser ksur tas-sigurtà li jwassal għal qerda il-qerda aċċidentali jew illegali, telf, bdil, żvelar mhux awtorizzat ta’, jew aċċess għal, dejta personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata mod ieħor;

(10)  ‘dejta ġenetika’ tfisser id-dejta kollha, ta’ kwalunkwe tip, li tirrigwarda l-karatteristiċi ta’ individwu li jintirtu jew jinkisbu waqt l-iżvilupp bikri ta’ qabel it-twelid.

(11)  'dejta bijometrika' tfisser kwalunkwe dejta personali relatata mal-karatteristiċi fiżiċi, fiżjoloġiċi jew tal-imġiba ta’ individwu li tippermetti l-identifikazzjoni unika tiegħu jew tagħha, bħall-immaġni tal-wiċċ, jew dejta dattiloskopika;

(12)  ‘dejta dwar is-saħħa’ tfisser kwalunkwe informazzjoni dejta personali li għandha x’taqsam mas-saħħa fiżika jew mentali ta’ individwu, jew mal-għoti ta’ servizzi tas-saħħa lill-individwu;

(13)  ‘minorenni’ tfisser kull persuna taħt l-età ta’ 18-il sena;

(14)  'awtoritajiet kompetenti’ tfisser kull awtorità pubblika kompetenti għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(15)  'awtorità ta’ superviżjoni’ tfisser awtorità pubblika li tkun stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 39. [Em. 61]

KAPITOLU II

PRINĊIPJI

Artikolu 4

Prinċipji relatati mal-ipproċessar ta’ dejta personali

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-dejta personali għandha tkun:

(a)  ipproċessata b’mod ġust u skont il-liġi, b’mod ġust u trasparenti u li jista’ jiġi vverifikat fir-rigward tas-suġġett tad-dejta;

(b)  miġbura għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u mhux ipproċessata ulterjorment b’mod li ma jkunx kompatibbli ma’ dawk il-finijiet;

(c)  adegwata, rilevanti, u mhux eċċessiva limitata għall-minimu meħtieġ għall-finijiet li għalih tiġi pproċessata; din għandha tkun ipproċessata biss jekk, u sakemm, il-finijiet ma setgħux jintlaħqu bl-ipproċessar ta’ informazzjoni li ma tinvolvix dejta personali;

(d)  eżatta u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata; għandu jsir dak kollu raġonevoli biex ikun assigurat li dejta personali li ma tkunx eżatta, meħud kont tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tissewwa mingħajr dewmien;

(e)  miżmuma b’mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-dejta personali;

(f)  ipproċessata taħt ir-responsabbiltà tal-kontrollur, li għandu jassigura u jkun kapaċi juri konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva;

(fa)  ipproċessata b’mod li effettivament jippermetti lis-suġġett tad-dejta jeżerċita d-drittijiet tiegħu kif deskritt fl-Artikoli 10 sa 17;

(fb)  ipproċessata b'mod li jipproteġi minn ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali, bl-użu ta’ miżuri tekniċi jew organizzativi xierqa;

(fc)   ipproċessata biss mill-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti li għandhom bżonnha fl-eżerċizzju tad-doveri tagħhom. [Em. 62]

Artikolu 4a

Aċċess għal dejta inizjalment ipproċessata għal finijiet oħra minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 1(1)

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jista’ jkollhom aċċess biss għal dejta personali li għall-ewwel tkun ġiet ipproċessata għal finijiet oħra minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 1(1) jekk ikunu speċifikament awtorizzati mil-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, li għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(1a) u jridu jipprovdu li:

(a)  l-aċċess ikun permess biss għall-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-kompiti tiegħu meta, f’każ speċifiku, ikun hemm raġunijiet raġonevoli li jagħtu lil wieħed x’jifhem li l-ipproċessar tad-dejta personali se jikkontribwixxi b’mod sostanzali għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(b)  it-talbiet għall-aċċess għandhom ikunu bil-miktub u jirreferu għar-raġuni legali għat-talba;

(c)  it-talba bil-miktub trid tkun dokumentata; u

(d)  għandhom jiġu implimentati s-salvagwardji adegwati biex jassiguraw il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali b’rabta mal-ipproċessar tad-dejta personali. Dawk is-salvagwardji għandhom ikunu mingħajr preġudizzju u kumplimentari għal kundizzjonijiet speċifiċi tal-aċċess għal dejta personali, bħal pereżempju awtorizzazzjoni ġudizzjarja skont il-liġi tal-Istat Membru.

2.  Għandu jinkiseb aċċess għal dejta personali miżmuma minn partijiet privati jew awtoritajiet pubbliċi biss għal skopijiet ta' investigazzjoni jew proċediment ta' reati kriminali skont ir-rekwiżiti ta' ħtieġa u ta' proporzjonalità li għandhom ikunu stipulati mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi tal-Istat Membru, f'konformità sħiħa mal-Artikolu 7a. [Em. 63]

Artikolu 4b

Limiti ta’ żmien tal-ħażna u reviżjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-dejta personali pproċessata skont din id-Direttiva għandha titħassar mill-awtoritajiet kompetenti meta ma tkunx għadha meħtieġa għall-finijiet li għalihom tkun ġiet ipproċessata.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jimplimentaw mekkaniżmi biex jassiguraw li jiġu stabbiliti limiti taż-żmien, skont l-Artikolu 4, għat-tħassir tad-dejta personali u għal reviżjoni perjodika tal-ħtieġa għall-ħażna tad-dejta, inkluż l-iffissar ta' perjodi ta' ħażna għall-kategoriji differenti ta' dejta personali. Għandhom jiġu stabbiliti miżuri proċedurali biex jassiguraw li dawn il-limiti taż-żmien jew l-intervalli tar-reviżjoni perjodika jiġu osservati. [Em. 64]

Artikolu 5

Distinzjoni bejn kategoriji differenti ta’ suġġetti tad-dejta

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu safejn ikun possibbli, il-kontrollur jagħmel l-awtoritajiet kompetenti, għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), ikunu jistgħu jipproċessaw dejta personali ta’ dawn il-kategoriji differenti li ġejjin ta’ suġġetti tad-dejta u l-kontrolluri għandhom jagħmlu distinzjoni ċara bejn dejta personali ta’ kategoriji differenti ta’ suġġetti tad-dejta; bħaldawn il-kategoriji:

(a)  persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm raġunijiet raġonevoli serji biex wieħed jemmen li jkunu wettqu jew li jkunu se jwettqu reat kriminali;

(b)  persuni misjuba ħatja ta’ reat kriminali;

(c)  vittmi ta’ reat kriminali, jew persuni li ċerti fatti fir-rigward tagħhom jagħtu raġunijiet biex wieħed jemmen li huma jistgħu jkunu l-vittma ta’ reat kriminali; u

(d)  partijiet terzi għar-reat kriminali, bħal persuni li jistgħu jissejħu biex jixhdu f’investigazzjonijiet b’rabta ma’ reati kriminali jew proċeduri kriminali sussegwenti, jew persuna li tista’ tipprovdi informazzjoni dwar reati kriminali, jew kuntatt jew assoċjat ta’ waħda mill-persuni msemmija fil-punti (a) u (b); u

(e)  persuni li ma jaqgħu taħt l-ebda waħda mill-kategoriji msemmija hawn fuq.

2.  Dejta personali ta’ suġġetti tad-dejta oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi proċessata biss:

(a)  sakemm dan ikun meħtieġ għall-ivestigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reat kriminali speċifiku biex tiġi vvalutata r-relevanza tad-dejta għal waħda mill-kategoriji indikati fil-paragrafu 1; jew

(b)  meta tali pproċessar ikun indispensabbli għal finijiet immirati ta’ prevenzjoni jew għall-finijiet ta’ analiżi kriminali, jekk u sakemm dan il-fini jkun leġittmu, definit tajjeb u speċifiku u l-ipproċessar ikun limitat strettament għal valutazzjoni tar-relevanza tad-dejta għal waħda mill-kategoriji indikati fil-paragrafu 1. Dan huwa suġġett għal reviżjoni regolari, minn tal-inqas kull sitt xhur. Kwalunkwe użu ulterjuri huwa pprojbit.

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li limitazzjoni addizzjonali u salvagwardji, skont il-liġi tal-Istati Membri, japplikaw għall-ipproċessar ulterjuri ta’ dejta personali relatata mas-suġġetti tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 punti (c) u (d). [Em. 65]

Artikolu 6

Gradi differenti ta’ preċiżjoni u affidabbiltà tad-dejta personali

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw jipprovdu li, safejn ikun possibbli, issir distinzjoni skont il-livell ta’ eżatezza u affidabbiltà, bejn il-kategoriji differenti l-eżattezza u l-affidabbiltà ta’ dejta personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata tkun assigurata.

2.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, kemm jista’ jkun, issir ssir distinzjoni bejn dejta personali bbażata fuq il-fatti u dejta personali bbażata fuq valutazzjonijiet personali, skont il-livell ta' eżattezza u affidabbiltà tagħhom.

2a.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li dejta personali li ma tkunx korretta, kompluta jew aġġornata ma tiġix trasferita jew issir disponibbli. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-kwalità tad-dejta personali qabel ma din tkun trażmessa jew issir disponibbli. Sa fejn huwa possibbli, fit-trażmissjonijiet kollha ta' dejta, għandha tiġi miżjuda l-informazzjoni disponibbli li tippermetti lill-Istat Membru destinatarju jevalwa l-grad ta' preċiżjoni, kompletezza, aġġornament u affidabbiltà tad-dejta. Dejta personali m’għandhiex tiġi trażmessa mingħajr talba mingħand awtorità kompetenti, b'mod partikolari dejta li oriġinarjament miżmuma minn partijiet privati.

2b.  Jekk jirriżulta li ġiet trażmessa dejta mhux preċiża, jew li d-dejta tkun ġiet trażmessa b'mod illegali, id-destinatarju jrid jiġi nnotifikat mingħajr ebda dewmien. Id-destinatarju għandu jkollu l-obbligu li jirrettifika d-dejta mingħajr ebda dewmien skont il-paragrafu 1 u l-Artikolu 15, jew li jħassarha skont l-Artikolu 16. [Em. 66]

Artikolu 7

Legalità tal-ipproċessar

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-ipproċessar ta’ dejta personali jkun legali biss jekk u sakemm dak l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1) u jkun meħtieġ:

(a)  biex issir ħidma minn awtorità kompetenti, fuq il-bażi tal-liġi għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1); jew

(b)  biex titħares obbligazzjoni legali li s-suġġett tagħha jkun il-kontrollur; jew

(c)  biex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra; jew

(d)  għall-prevenzjoni ta’ periklu serju u immedjat għas-sigurtà pubblika.

1a.  Il-liġi tal-Istati Membri li tirregola l-ipproċessar tad-dejta personali fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tinkludi dispożizzjoniet espliċiti u dettaljati li mill-inqas jispeċifikaw:

(a)  l-objettivi tal-ipproċessar;

(b)  id-dejta personali li għandha tiġi pproċessata;

(c)  il-finijiet speċifiċi u l-mezzi tal-ipproċessar;

(d)  il-ħatra tal-kontrollur, jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tal-kontrollur;

(e)  il-kategoriji ta' persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti għall-ipproċessar tad-dejta personali;

(f)  il-proċedura li trid tiġi segwita għall-ipproċessar;

(g)  l-użu li jista’ jsir mid-dejta personali miksuba;

(h)  limitazzjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe diskrezzjoni mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti b’rabta mal-attivitajiet tal-ipproċessar. [Em. 67]

Artikolu 7a

Ipproċessar addizzjonali għal finijiet inkompatibbli

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-dejta personali tkun tista’ tiġi pproċessata addizzjonalment biss għal fini ieħor stabbilit fl-Artikolu 1(1) li ma jkunx kompatibbli mal-finijiet li għalihom id-dejta tkun inizjalment inġabret jekk u safejn:

(a)  l-ipproċessar ulterjuri jkun strettament neċessarju u proporzjonali f'soċjetà demokratika u meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru għal fini leġittimu, definit tajjeb u speċifiku;

(b)  l-ipproċessar huwa strettament limitat iżda ma jaqbiżx iż-żmien meħtieġ għall-operazzjoni speċifika ta’ pproċessar tad-dejta;

(c)  kwalunkwe użu ieħor għal finijiet oħra huwa pprojbit.

Qabel kwalunkwe pproċessar, l-Istat Membru għandu jikkonsulta mal-awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti u jwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta.

2.  Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(1a), il-liġi tal-Istat Membru li tawtorizza pproċessar ulterjuri kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tinkludi dispożizzjonijiet espliċiti u dettaljati li jispeċifikaw mill-inqas:

(a)  il-finijiet speċifiċi u l-mezzi ta' dak l-ipproċessar partikolari;

(b)  li l-aċċess ikun permess biss mill-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-kompiti tagħhom fejn f’każ speċifiku jkun hemm raġunijiet raġonevoli li jagħtu x’jifhem li l-ipproċessar tad-dejta personali se jikkontribwixxi b’mod sostanzali għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali; u

(c)  li jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa biex jassiguraw il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali b’rabta mal-ipproċessar tad-dejta personali.

L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-aċċess għad-dejta personali jkun soġġett għal kundizzjonijiet addizzjonali bħall-awtorizzazzjoni ġudizzjarja, skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

3.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll ipproċessar addizzjonali għal finijiet storiċi, statistiċi jew xjentifiċi sakemm dawn jistabbilixxu salvagwardji speċifiċi, pereżempju li d-dejta ssir anonima. [Em. 68]

Artikolu 8

Ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ dejta personali

1.  L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-ipproċessar ta’ dejta personali li tiżvela r-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin filosofiku, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru, is-sħubija fi trade union u l-attività fi ħdanha, u l-ipproċessar ta’ dejta ġenetika bijometrika jew ta’ dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali.

2.  Il-paragrafu 1 m’għandux japplika fejn:

(a)  l-ipproċessar ikun awtorizzat b’liġi li tipprovdi salvagwardji xierqa; strettament meħtieġ u proporzjonat biex issir ħidma fuq kompitu mwettaq mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1), fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru li għandha tipprovdi għal miżuri speċifiċi u adegwati biex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta, inkluża awtorizzazzjoni speċifika minn awtorità ġudizzjarja, jekk ikun meħtieġ mil-liġi nazzjonali; jew

(b)  l-ipproċessar ikun meħtieġ biex jipproteġi l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ xi persuna oħra; jew

(c)  l-ipproċessar ikun relatat ma’ dejta li b’mod ċar tkun magħmula pubblika mis-suġġett tad-dejta, sakemm din tkun rilevanti u strettament meħtieġa għall-fini fil-mira f'każ speċifiku. [Em. 69]

Artikolu 8a

L-ipproċessar ta’ dejta ġenetika għall-finijiet ta’ investigazzjoni kriminali jew proċedura ġudizzjarja

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-dejta ġenetika tkun tista’ tintuża biss biex tistabbilixxi rabta ġenetika fi ħdan il-qafas li tinġieb evidenza, għall-prevenzjoni ta’ theddida għas-sigurtà pubblika jew għall-prevenzjoni tat-twettiq ta’ reat kriminali speċifiku. Dejta ġenetika ma tistax tintuża biex tiddetermina karatteristiċi oħrajn li jistgħu jkunu relatati ġenetikament.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-dejta ġenetika jew l-informazzjoni miksuba mill-analiżi tagħha tkun tista’ tinżamm biss sakemm ikun meħtieg għal finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-dejta u meta l-individwu kkonċernat ikun ġie kkundannat b’offiżi serji kontra l-ħajja, l-integrità jew is-sigurtà ta’ persuni, soġġett għal perjodi ta’ ħażna stretti li għandhom jiġu determinati mil-liġi tal-Istat Membru.

3.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-dejta ġenetika jew l-informazzjoni miksuba mill-analiżi tagħha tinħażen biss għal perjodi itwal meta d-dejta ġenetika ma tkunx tista’ tiġi attribwita lil individwu, b'mod partikolari meta tinstab fil-post fejn ikun twettaq reat. [Em. 70]

Artikolu 9

Miżuri bbażati fuq profilar u pproċessar awtomatizzat

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li miżuri li jipproduċu effett legali ħażin għas-suġġett tad-dejta jew li jaffettwah jew jaffetwaha b’mod konsiderevoli u li huma bbażati unikament parzjalment jew bis-sħiħ fuq ipproċessar ta’ dejta personali awtomatizzat maħsub biex jevalwa ċerti aspetti personali relatati mas-suġġett tad-dejta għandhom ikunu pprojbiti sakemm ma jkunux awtorizzati minn liġi li tistabbilixxi wkoll miżuri għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta.

2.  L-ipproċessar awtomatizzat ta’ dejta personali maħsub sabiex jevalwa ċerti aspetti personali relatati mas-suġġett tad-dejta m’għandux ikun ibbażat unikament fuq il-kategoriji speċjali ta’ dejta personali msemmija fl-Artikolu 8.

2a.  L-ipproċessar awtomatizzat ta’ dejta personali maħsub sabiex jindividwaw suġġett tad-dejta mingħajr suspett li dan ikun wettaq jew se jwettaq reat kriminali għandu jkun leġittmu biss jekk u sal-punt li jkun strettament meħtieġ għall-investigazzjoni ta’ reat kriminali serju jew il-prevenzjoni ta’ periklu ċar u imminenti, stabbilit abbażi ta’ indikazzjonijiet fattwali, għas-sigurtà pubblika, l-eżistenza tal-Istat jew il-ħajja ta’ persuni.

2b.  It-tfassil ta’ profil, li b’mod intenzjonat jew mhuwiex, ikollu l-effett li jiddiskrimina kontra individwi abbażi tar-razza jew l-oriġni etnika, opinjonijiet politiċi, reliġjon jew twemmin, sħubija fi trade unions, orjentazzjoni tal-ġeneru jew sesswali, jew li, b’mod intenzjonat jew mhuwiex, jirriżulta f’miżuri li jkollhom dan it-tip ta’ effett, għandu jkun ipprojbit f’kull każ. [Em. 71]

Artikolu 9a

Prinċipji ġenerali għad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-bażi tal-protezzjoni tad-dejta hija ċara u mingħajr drittijiet ambigwi għas-suġġett tad-dejta li għandhom ikunu rispettati mill-kontrollur tad-dejta. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom l-għan li jsaħħu, jiċċaraw, jiggarantixxu u fejn xieraq, jikkodifikaw, dawn id-drittijiet.

2.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li dawn id-drittijiet jinkludu, fost l-oħrajn, l-għoti ta' informazzjoni ċara u li tinftiehem faċilment fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta tiegħu, id-dritt tal-aċċess, ir-rettifika u t-tħassir tad-dejta tiegħu, id-dritt li jikseb id-dejta, id-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità kompetenti għall-protezzjoni tad-dejta u li jġib proċedimenti legali kif ukoll id-dritt għall-kumpens għad-dannu li jirriżulta minn operazzjoni ta' pproċessar illegali. L-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet b'mod ġenerali għandu jsiru bla ħlas. Il-kontrollur tad-dejta għandu jwieġeb għat-talbiet li jsiru mis-suġġett tad-dejta f'perjodu ta' żmien raġonevoli. [Em. 72]

KAPITOLU III

DRITTIJIET TAS-SUĠĠETT TAD-DEJTA

Artikolu 10

Modalitajiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jieħu l-passi kollha raġonevoli biex ikollu politiki konċiżi, trasparenti u faċilment aċċessibbli fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tas-suġġett tad-dejta.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kwalunkwe informazzjoni u kwalunkwe komunikazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ dejta personali għandha tiġi pprovduta mill-kontrollur lis-suġġett tad-dejta b’mod li tinftiehem, billi jintuża lingwaġġ ċar u trasparenti, b’mod partikolari meta dik l-informazzjoni tkun idirizzata speċifikament lil minorenni.

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jieħu l-passi kollha raġonevoli biex jistabbilixxi proċeduri għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11 u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tas-suġġett tad-dejta msemmija fl-Artikoli 12 sa 17. Meta d-dejta personali tiġi pproċessata b’mezzi awtomatizzati, il-kontrollur għandu jipprovdi mezzi sabiex it-talbiet isiru b’mod elettroniku.

4.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma lis-suġġett tad-dejta dwar is-segwitu mogħti fuq talba tiegħu mingħajr dewmien bla bżonn, u f’kwalunkwe każ l-aktar tard sa xahar minn meta tiġi rċevuta t-talba. Din l-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub. Meta s-suġġett tad-dejta jagħmel it-talba b’mod elettroniku, l-informazzjoni għandha tingħata b'mod elettroniku.

5.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-informazzjoni u kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kontrollur wara talba msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ikunu mingħajr ħlas. Fejn Meta it-talbiet ikunu vessatorji manifestament eċċessivi, b’mod partikolari minħabba l-karattru ripetittiv tagħhom, jew id-daqs jew il-volum tat-talba, il-kontrollur jista’ jimponi tariffa raġonevoli, waqt li jqis l-ispejjeż amministrattivi, għall-għoti tal-informazzjoni jew għat-teħid tal-azzjoni mitluba, jew il-kontrollur jista’ ma jiħux l-azzjoni mitluba. F’dak il-każ, il-kontrollur għandu jerfa’ r-responsabbiltà li jagħti prova tal-karattru vessatorju manifestament eċċessiva tat-talba.

5a.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li s-suġġett tad-dejta jista' jitlob id-drittijiet tiegħu direttament fil-konfront tal-kontrollur jew permezz tal-awtorità ta' superviżjoni nazzjonali kompetenti. Meta l-awtorità ta' superviżjoni tkun aġixxiet fuq talba tas-suġġett tad-dejta, l-awtorità ta' superviżjoni għandha tinforma lis-suġġett tad-dejta dwar il-verifiki li saru. [Em. 73]

Artikolu 11

Informazzjoni lis-suġġett tad-dejta

1.  Fejn Meta tinġabar dejta personali relatata ma’ suġġett tad-dejta, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kontrollur jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lis-suġġett tad-dejta:

(a)  l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur u tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta;

(b)  l-objettivi il-bażi legali u l-finijiet tal-ipproċessar li għalih id-dejta personali tkun maħsuba ;

(c)  il-perjodu li matulu d-dejta personali tkun se tinħażen ;

(d)  l-eżistenza tad-dritt li jintalab mingħand il-kontrollur l-aċċess għal u r-rettifika, it-tħassir jew ir-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-dejta personali dwar is-suġġett tad-dejta;

(e)  id-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni msemmija fl-Artikolu 39 u d-dettalji ta’ kuntatt tagħha;

(f)  ir-riċevituri jew il-kategoriji ta’ riċevituri tad-dejta personali, inkluż f’pajjiżi terzi jew f’organizzazzjonijiet internazzjonali u min hu awtorizzat li jaċċessa din id-dejta fl-ambitu tal-liġi ta' dak il-pajjiż terz jew tar-regoli ta' dik l-organizzazzjoni internazzjonali, l-eżistenza jew l-assenza ta' deċiżjoni xierqa mill-Kummissjoni jew fil-każ ta' trasferimenti msemmija fl-Artikolu 35 jew fl-Artikolu 36, il-mezzi biex tinkiseb kopja tas-salvagwardji xierqa użati f'dak it-trasferiment;

(fa)  meta l-kontrollur jipproċessa dejta personali kif deskritt fl-Artikolu 9(1), l-informazzjoni dwar l-eżistenza tal-ipproċessar għal miżura tat-tip imsemmi fl-Artikolu 9(1) u l-effetti maħsuba ta' dan l-ipproċessar dwar is-suġġett tad-dejta, l-informazzjoni dwar il-loġika użata fit-tfassil tal-profil u d-dritt tal-akkwist tal-valutazzjoni umana;

(fb)  informazzjoni dwar miżuri tas-sigurtà meħuda biex tkun protetta d-dejta personali;

(g)  kwalunkwe informazzjoni oħra sakemm dik l-informazzjoni addizzjonali tkun meħtieġa sabiex tiggarantixxi pproċessar ġust fir-rigward tas-suġġett tad-dejta, billi jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom tiġi pproċessata d-dejta personali.

2.  Fejn id-dejta personali tinġabar mis-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, dwar jekk l-għoti ta’ dejta personali jkunx mandatorju jew fakultattiv, kif ukoll il-konsegwenzi possibbli jekk ma tingħatax dik id-dejta.

3.  Il-kontrollur għandu jagħti l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1:

(a)  fil-ħin meta tinkiseb id-dejta personali mis-suġġett tad-dejta, jew

(b)  fejn id-dejta personali ma tinġabarx mis-suġġett tad-dejta, fil-mument tar-reġistrazzjoni jew fi żmien perjodu raġonevoli wara l-ġbir, billi jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom tkun inġabret id-dejta jew inkella ġiet ipproċessata.

4.  L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi li jittardjaw, jew jirrestrinġu jew iħallu barra l-għoti tal-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta, f'każ speċifiku, safejn, u sakemm, tali restrizzjoni parzjali jew kompleta tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika b’kont debitu tad-drittijiet fundamentali u tal-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata:

(a)  biex ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;

(b)  biex ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(c)  biex tipproteġi s-sigurtà pubblika;

(d)  biex tipproteġi s-sigurtà nazzjonali;

(e)  biex tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.

5.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur għandu jivvaluta, f’kull każ speċifiku, permezz ta’ eżami konkret u individwali, jekk tapplikax restrizzjoni parzjali jew sħiħa għal waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 4. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll bil-liġi kategoriji ta’ pproċessar tad-dejta li jistgħu jaqgħu kompletament jew parzjalment taħt l-eżenzjonijiet fl-ambitu tal-punti (a), (b), (c) u (d) tal-paragrafu 4. [Em. 74]

Artikolu 12

Dritt ta’ aċċess għas-suġġett tad-dejta

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jikseb mingħand il-kontrollur konferma jekk dejta personali dwaru jew dwarha tkunx qed tiġi pproċessata. Fejn Meta dejta personali bħal din tkun qed tiġi pproċessata, il-kontrollur għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja, jekk ma tkunx ġiet provduta diġà:

(-a)  il-komunikazzjoni tad-dejta personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata u ta' kwalunkwe informazzjoni li tinftiehem disponibbli dwar is-sors tagħha, u jekk applikabbli, informazzjoni intelliġibbli dwar il-loġika involuta fi kwalunkwe proċess awtomatizzat;

(-aa)  is-sinifikat u l-konsegwenzi previsti ta' dan l-ipproċessar, għall-inqas fil-każ tal-miżuri msemmija fl-Aritkolu 9;

(a)  l-objettivi il-finijiet tal-ipproċessar kif ukoll il-bażi legali għall-ipproċessar;

(b)  il-kategoriji tad-dejta personali inkwistjoni;

(c)  ir-riċevituri jew kategoriji ta’ riċevituri li lilhom tkun żvelata d-dejta personali, b’mod partikolari r-riċevituri f’pajjiżi terzi;

(d)  il-perjodu li għalih id-dejta personali tkun se tinħażen ;

(e)  l-eżistenza tad-dritt li jintalbu mingħand il-kontrollur ir-rettifika, it-tħassir jew ir-restrizzjoni tal-ipproċessar ta’ dejta personali dwar is-suġġett tad-dejta;

(f)  id-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(g)  komunikazzjoni tad-dejta personali li tkun qed tiġi pproċessata u ta’ kull informazzjoni disponibbli dwar l-oriġini tagħha;

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jikseb mingħand il-kontrollur kopja tad-dejta personali li tkun qed tiġi pproċessata. Meta s-suġġett tad-dejta jagħmel it-talba f’forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’forma elettronika, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-dejta. [Em. 75]

Artikolu 13

Restrizzjonijiet fuq id-dritt ta’ aċċess

1.  L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi li jirrestrinġu, b’mod sħiħ jew parzjali, jiddependi fuq l-użu speċifiku, id-dritt ta’ aċċess tas-suġġett tad-dejta sakemm u għall-perjodu tali restrizzjoni sħiħa jew parzjali tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika, b’kont debitu tad-drittijiet fundamentali u tal-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata:

(a)  biex ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;

(b)  biex ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(c)  biex tipproteġi s-sigurtà pubblika;

(d)  biex tipproteġi s-sigurtà nazzjonali;

(e)  biex tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur għandu jivvaluta, f’kull każ speċifiku, permezz ta’ eżami konkret u individwali, jekk tapplikax restrizzjoni parzjali jew sħiħa għal waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll bil-liġi kategoriji ta’ pproċessar tad-dejta li jistgħu jaqgħu kompletament jew parzjalment taħt l-eżenzjonijiet fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1.

3.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma, mingħajr dewmien bla bżonn, bil-miktub lis-suġġett tad-dejta dwar kwalunkwe rifjut jew restrizzjoni tal-aċċess, dwar ir-raġunijiet il-ġustifikazzjoni rraġunta għar-rifjut u dwar il-possibbiltajiet li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni u li jinstab rimedju ġudizzjarju. L-informazzjoni dwar ir-raġunijiet fattwali jew legali li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni tista’ titħalla barra meta l-għoti ta’ dik l-informazzjoni jimmina speċifikament għan skont il-paragrafu 1.

4.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kontrollur jiddokumenta l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 kif ukoll ir-raġunijiet li jirrestrinġu l-komunikazzjoni dwar ir-raġunijiet fattwali jew legali li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni titħalla barra. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet ta' superviżjoni nazzjonali. [Em. 76]

Artikolu 14

Modalitajiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jitlob, il-ħin kollu, b’mod partikulari fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 13 fl-Artikoli 12 u 13, li l-awtorità ta’ superviżjoni tiċċekkja l-legalità tal-ipproċessar.

2.  L-Istat Membru L-Istati Membri għandu jipprovdi li l-kontrollur jinforma lis-suġġett tad-dejta dwar id-dritt li jitlob l-intervent tal-awtorità ta’ superviżjoni skont il-paragrafu 1.

3.  Meta jiġi eżerċitat id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tinforma lis-suġġett tad-dejta mill-anqas li l-verifiki kollha meħtieġa mill-awtorità ta' superviżjoni jkunu saru, u dwar l-eżitu fir-rigward tal-legalità tal-ipproċessar inkwistjoni. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tinforma wkoll lis-suġġett tad-dejta dwar id-dritt li jfittex rimedju ġudizzjarju.

3a.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li s-suġġett tad-dejta jista' jasserixxi dan id-dritt direttament kontra l-kontrollur jew permezz tal-intermedjarju tal-awtoritajiet ta' superviżjoni nazzjonali kompetenti.

3b.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jkun hemm limiti ta' żmien raġonevoli għall-kontrollur biex iwieġeb għat-talbiet tas-suġġett tad-dejta fir-rigward tal-eżerċizzju tad-dritt tal-aċċess tiegħu. [Em. 77]

Artikolu 15

Dritt għal rettifika u kompletezza

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jikseb mingħand il-kontrollur ir-rettifika jew il-kompletezza ta’ dejta personali dwaru jew dwarha li ma tkunx eżatta jew kompleta, Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb il-kompletezza tad-dejta personali mhux kompluta, b’mod partikolari permezz ta’ stqarrija ta’ ta’ kompletezza jew korrezzjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma bil-miktub lis-suġġett tad-dejta dwar, b'ġustifikazzjoni raġunata ta' kwalunkwe rifjut tar-rettifika jew kompletezza, dwar ir-raġunijiet għar-rifjut u dwar il-possibbiltajiet li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta' superviżjoni u li jitfittex rimedju ġudizzjarju.

2a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur għandu jikkomunika kwalunkwe rettifika mwettqa għal kull riċevitur li d-dejta tkun ġiet żvelata lilu, sakemm dan ma jkunx impossibbli jew jinvolvi sforz sproporzjonat.

2b.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur għandu jikkomunika r-rettifika ta' dejta personali mhux preċiża lill-partijiet terzi li mingħandhom tkun oriġinat id-dejta personali mhux preċiża.

2c.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li s-suġġett tad-dejta jista' jasserixxi dan id-dritt direttament anke permezz tal-intermedjarju tal-awtoritajiet ta' superviżjoni nazzjonali kompetenti. [Em. 78]

Artikolu 16

Dritt għal tħassir

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jikseb mingħand il-kontrollur it-tħassir ta’ dejta personali relatata miegħu jew magħha meta l-ipproċessar ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikoli 4 (a) sa (e), 7 u 8 l-Artikoli 4, 6, 7 u 8 ta’ din id-Direttiva.

2.  Il-kontrollur għandu jwettaq it-tħassir mingħajr dewmien. Il-kontrollur għandu jastjeni wkoll milli jxerred aktar it-tali dejta.

3.  Minflok it-tħassir, il-kontrollur għandu jimmarka jillimita l-ipproċessar ta’ dejta personali fejn meta:

(a)  il-preċiżjoni tiġi kkontestata mis-suġġett tad-dejta, għal perjodu li jippermetti lill-kontrollur li jivverifika l-preċiżjoni tad-dejta;

(b)  id-dejta personali tkun trid tinżamm għal objettivi ta’ prova jew għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta' persuna oħra.

(c)  is-suġġett tad-dejta jopponi t-tħassir tagħha u minflok jitlob ir-restrizzjoni tal-użu tagħha

3a.  Meta l-ipproċessar ta’ dejta personali jkun ristrett skont il-paragrafu 3, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta qabel ineħħi r-restrizzjoni fuq l-ipproċessar.

4.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma bil-miktub lis-suġġett tad-dejta, b'ġustifikazzjoni raġunata, dwar kwalunkwe rifjut tat-tħassir jew restrizzjoni tal-ipproċessar, dwar ir-raġunijiet għar-rifjut u dwar il-possibbiltajiet li jitressaq ilment lill-awtorità ta’ superviżjoni u li jitfittex rimedju ġudizzjarju.

4a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jgħarraf lir-riċevituri li lilhom din id-dejta tkun intbagħtet dwar kwalunkwe tħassir jew restrizzjoni li saret skont il-paragrafu 1, sakemm dan ma jkunx impossibbli jew jinvolvi sforz sproporzjonat. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta dwar dawk il-partijiet terzi.

4b.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li s-suġġett tad-dejta jasserixxi dan id-dritt direttament kontra l-kontrollur jew permezz tal-intermedjarju tal-awtoritajiet ta' superviżjoni nazzjonali kompetenti. [Em. 79]

Artikolu 17

Drittijiet tas-suġġett tad-dejta f'investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-drittijiet għal informazzjoni, aċċess, rettifika, tħassir u restrizzjoni tal-ipproċessar imsemmija fl-Artikoli 11 sa 16 jitwettqu skont ir-regoli nazzjonali dwar proċedimenti ġudizzjarji fejn id-dejta personali tkun qiegħda f’deċiżjoni jew reġistru ġudizzjarju pproċessat fil-kors ta’ investigazzjonijiet u proċedimenti ġudizzjarji.

KAPITOLU IV

KONTROLLUR U PROĊESSUR

TAQSIMA 1

OBBLIGI ĠENERALI

Artikolu 18

Responsabbiltà tal-kontrollur

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jadotta politiki u jimplimenta miżuri xierqa biex jassigura u jkun jista' juri, b'mod trasparenti, għal kull operazzjoni ta' proċessar, li l-ipproċessar ta’ dejta personali jsir f’konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, kemm meta jiddetermina l-mezzi għall-ipproċessar u waqt l-ipproċessar innifsu.

2.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu b’mod partikolari:

(a)  iż-żamma tad-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 23;

(aa)  it-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 25a;

(b)  il-konformità mar-rekwiżiti għall-konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 26;

(c)  l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar is-sigurtà tad-dejta stabbiliti fl-Artikolu 27;

(d)  l-ħatra ta’ uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 30.

(da)  it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' salvagwardji speċifiċi fir-rigward tat-trattament ta' dejta personali relatata mal-minorenni, fejn xieraq.

3.  Il-kontrollur għandu jimplimenta mekkaniżmi biex jassigura l-verifika tal-adegwatezza u tal-effettività tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Jekk ikun proporzjonat, din il-verifika għandha titwettaq minn awdituri interni jew esterni indipendenti. [Em. 80]

Artikolu 19

Protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b’mod awtomatiku

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li, wara li jikkunsidra l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni, l-għarfien teknoloġiku kurrenti, l-aħjar prattiki internazzjonali u r-riskji rappreżentati mill-ipproċessar tad-dejta, il-kontrollur għandu jimplimenta u l-proċessur jekk ikun hemm, għandhom kemm fil-mument tad-determinazzjoni tal-finijiet u l-mezzi għall-ipproċessar u kif ukoll fil-mument tal-ipproċessar innifsu, għandhom jimplimentaw miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa u proporzjonati b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u jassigura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, b'mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4. Il-protezzjoni tad-dejta b’intenzjoni għandha tikkunsidra b’mod partikolari l-ġestjoni taċ-ċiklu kollu tal-ħajja tad-dejta personali mill-ġbir sal-ipproċessar għat-tħassir, li b’mod sistematiku tiffoka fuq is-salvagwardji proċedurali komprensivi fir-rigward tal-preċiżjoni, il-kunfidenzjalità, l-integrità, is-sigurtà fiżika u t-tħassir ta’ dejta personali. Meta l-kontrollur ikun wettaq valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 25a, għandhom jitqiesu r-riżultati meta jiġu żviluppati dawk il-miżuri u l-proċeduri.

2.  Il-kontrollur għandu jimplimenta mekkaniżmi biex jassigura li, b'mod awtomatiku, tiġi proċessata biss dik id-dejta personali li tkun meħtieġa għall-objettivi tal-ipproċessar għal kull fini speċifika tal-ipproċessar u speċjalment dik id-dejta personali mhux miġbura, miżmuma jew imxerrda aktar mill-minimu meħtieġ għal dawk il-finijiet, kemm f'termini ta' ammont ta' dejta kif ukoll f'termini ta' żmien ta' ħażna. B’mod partikolari, dawk il-mekkaniżmi għandhom jassiguraw li b’mod awtomatiku d-dejta personali ma tkunx aċċessibbli għal numru mhux definit ta’ individwi u li s-suġġetti tad-dejta jistgħu jikkontrollaw id-distribuzzjoni tad-dejta personali tagħhom. [Em. 81]

Artikolu 20

Kontrolluri konġunti

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li meta kontrollur jiddetermina l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ dejta personali flimkien ma’ oħrajn, il-kontrolluri konġunti għandhom jistabbilixxu r-responsabbiltajiet rispettivi għall-konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, permezz ta’ arranġament ftehim legalment vinkolanti bejniethom.

2.  Sakemm is-suġġett tad-dejta jkun ġie infurmat liema mill-kontrolluri konġunti huwa responsabbli skont il-paragrafu 1, is-suġġett tad-dejta jista' jeżerċità d-dritt tiegħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva fir-rigward ta' u kontra kull żewġ kontrolluri konġunti jew aktar. [Em. 82]

Artikolu 21

Proċessur

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li meta l-ipproċessar isir f’isem kontrollur, il-kontrollur għandu jagħżel proċessur li jagħti garanziji suffiċjenti li jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u jassigura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri tas-sigurtà tekniċi u miżuri organizzattivi li jirregolaw l-ipproċessar li għandu jsir u jassiguraw konformità ma' dawk il-miżuri.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li t-twettiq ta’ pproċessar permezz ta’ proċessur għandu jkun regolat permezz ta’ kuntratt jew att legali li jżomm lill-proċessur responsabbli lejn il-kontrollur u li jistipula partikolarment illi l-proċessur għandu jaġixxi biss fuq struzzjonijiet tal-kontrollur, b’mod partikolari, meta t-trasferiment tad-dejta personali użata jkun ipprojbit.:

(a)  jaġixxi biss fuq struzzjonijiet mingħand il-kontrollur;

(b)  jimpjega biss persunal li jkun qabel li jkun marbut b’obbligu ta’ kunfidenzjalità jew li jkun taħt obbligu statutorju ta’ kunfidenzjalità;

(c)  jieħu l-miżuri kollha meħtieġa skont l-Artikolu 27;

(d)  jimpjega proċessur ieħor biss bil-permess tal-kontrollur u għalhekk jinforma lill-kontrollur dwar l-intenzjoni tiegħu li jimpjega proċessur ieħor f’ħin xieraq sabiex il-kontrollur ikollu l-possibbiltà li joġġezzjona;

(e)  safejn ikun possibbli minħabba n-natura tal-ipproċessar, jadotta bi ftehim mal-kontrollur ir-rekwiżiti tekniċi u organizzattivi meħtieġa għat-twettiq tal-obbligu tal-kontrollur li jwieġeb għat-talbiet biex jiġu eżerċitati d-drittijiet tas-suġġett tad-dejta stabbiliti fil-Kapitolu III;

(f)  jassisti lill-kontrollur fl-assigurar tal-konformità mal-obbligazzjonijiet skont l-Artikolu 25a sa 29;

(g)  jgħaddi r-riżultati kollha lill-kontrollur wara li jkun intemm l-ipproċessar u m'għandux jipproċessa din id-dejta b'mod ieħor u jħassar kopji eżistenti sakemm il-liġi tal-Unjoni jew l-Istat Membru tirrikjedi l-ħażna tagħhom;

(h)  jagħmel disponibbli għall-kontrollur u għall-awtorità ta’ superviżjoni kull informazzjoni meħtieġa għall-kontroll tal-konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu.

(i)  jikkunsidra l-prinċipju tal-protezzjoni tad-dejta b’intenzjoni u b’mod awtomatiku.

2a.  Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jiddokumentaw bil-miktub l-istruzzjonijiet tal-kontrollur u l-obbligi tal-proċessur imsemmija fil-paragrafu 2.

3.  Jekk proċessur jipproċessa dejta personali għajr kif ordnat mill-kontrollur, il-proċessur għandu jitqies bħala kontrollur fir-rigward ta’ dak l-ipproċessar u għandu jkun soġġett għar-regoli dwar il-kontrolluri konġunti stipulati fl-Artikolu 20. [Em. 83]

Artikolu 22

Ipproċessar bl-awtorità tal-kontrollur u tal-proċessur

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-proċessur u kull persuna li taġixxi bl-awtorità tal-kontrollur jew tal-proċessur, li jkollhom aċċess għal dejta personali, jistgħu jipproċessawha biss fuq struzzjonijiet mill-kontrollur jew fejn ikun meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.

1a.  Meta l-proċessur ikun jew isir il-parti determinanti fir-rigward tal-finijiet, il-mezzi, jew il-metodi tal-iproċessar tad-dejta jew ma jaġixxix esklużivament skont l-istruzzjonijiet tal-kontrollur, għandu jitqies kontrollur konġunt skont l-Artikolu 20. [Em. 84]

Artikolu 23

Dokumentazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull kontrollur u proċessur iżomm dokumentazzjoni tas-sistemi u l-proċeduri kollha ta’ pproċessar taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

2.  Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)  l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur, jew kwalunkwe kontrollur jew proċessur konġunt;

(aa)  ftehim legalment vinkolanti, fejn ikun hemm kontrolluri konġunti; lista ta' proċessuri u attivitajiet mwettqa mill-proċessuri;

(b)  l-objettivi tal-ipproċessar;

(ba)  indikazzjoni tal-partijiet tal-organizzazzjoni tal-kontrollur jew tal-proċessur fdati bl-ipproċessar tad-dejta personali għal fini partikolari;

(bb)  deskrizzjoni tal-kategorija jew kategoriji tas-suġġetti tad-dejta u d-dejta jew il-kategoriji tad-dejta li jirrelataw magħhom;

(c)  ir-riċevituri jew kategoriji ta’ riċevituri tad-dejta personali;

(ca)  fejn ikun applikabbli, informazzjoni dwar l-eżistenza tal-profilar, ta’ miżuri bbażati fuq profilar, u ta’ mekkaniżmi għall-oġġezzjoni tal-profilar;

(cb)  informazzjoni li tinftiehem dwar il-loġika involuta fi kwalunkwe pproċessar awtomatizzat;

(d)  it-trasferimenti ta’ dejta lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, inkluża l-identifikazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u r-raġunijiet legali li abbażi tagħhom tiġi trasferita d-dejta; għandha tingħata spjegazzjoni sostanzjali meta trasferiment ikun ibbażat fuq l-Artikolu 35 jew 36 ta’ din id-Direttiva;

(da)  l-iskadenzi taż-żmien għat-tħassir tal-kategoriji ta' dejta differenti;

(db)  ir-riżultati tal-verifiki tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 18(1);

(dc)  indikazzjoni tal-bażi legali tal-operazzjoni tal-ipproċessar li għaliha tkun maħsuba d-dejta.

3.  Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jagħmlu d-dokumentazzjoni disponibbli kollha, meta jiġu mitluba biex jagħmlu dan, lill-awtorità ta’ superviżjoni. [Em. 85]

Artikolu 24

Żamma ta’ reġistri

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jinżammu reġistri tal-anqas tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li ġejjin: ġbir, tibdil, konsultazzjoni, żvelar, taħlit jew tħassir. Ir-reġistri ta’ konsultazzjoni u żvelar għandhom juru b’mod partikolari għan l-fini, id-dejta u l-ħin ta’ kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet u l-identifikazzjoni tal-persuna li tkun ikkonsultat jew żvelat id-dejta personali, u l-identità tar-riċevitur ta’ dik id-dejta, u l-identità tar-riċevituri ta' din id-dejta.

2.  Ir-reġistri għandhom jintużaw biss għall-finijiet ta’ verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, awtomonitoraġġ u sabiex tiġi assigurata l-integrità tad-dejta u s-sigurtà tad-dejta, jew għal raġunijiet ta' awditjar, jew mill-uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta jew mill-awtorità għall-protezzjoni tad-dejta.

2a.  Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jagħmlu d-dokumentazzjoni disponibbli, meta jiġu mitluba biex jagħmlu dan, lill-awtorità ta’ superviżjoni. [Em. 86]

Artikolu 25

Kooperazzjoni mal-awtorità ta’ superviżjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur u l-proċessur għandhom jikkooperaw, meta jintalbu, mal-awtorità ta’ superviżjoni fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha, b’mod partikolari billi jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja għall-awtorità ta’ superviżjoni biex twettaq id-dmirijiet tagħha msemmija fl-Artikolu 46(2) u billi jagħtu aċċess kif provdut fl-Artikolu 46(2).

2.  B’risposta għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-awtorità ta’ superviżjoni skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 46(1), il-kontrollur u l-proċessur għandhom iwieġbu lill-awtorità ta’ superviżjoni fi żmien raġonevoli li għandu jiġi speċifikat mill-awtorità ta' superviżjoni. It-tweġiba għandha tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri meħuda u r-riżultati miksuba, b’risposta għall-kummenti tal-awtorità ta’ superviżjoni. [Em. 87]

Artikolu 25a

Valutazzjoni tal-impatt fuq il-Protezzjoni tad-Dejta

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jew il-proċessur, li jaġixxu f'isem il-kontrollur, għandu jwettaq valutazzjoni tal-impatt tas-sistemi tal-ipproċessar u l-proċeduri previsti dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, fejn ikun probabbli li l-operazzjonijiet tal-ipproċessar jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta minħabba n-natura, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-finijiet tagħhom, qabel l-operazzjonijiet ta' pproċessar ġodda jew kmieni kemm jista' jkun fil-każ ta' operazzjonijiet ta' pproċessar eżistenti.

2.  B’mod partikolari, l-operazzjonijiet li ġejjin x’aktarx li jippreżentaw riskji speċifiċi kif imsemmi fil-paragrafu 1:

(a)  l-ipproċessar ta’ dejta personali f’sistemi ta’ arkivjar fuq skala kbira għall-finijiet tal-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali u l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(b)  l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ dejta personali kif imsemmi fl-Artikolu 8, ta’ dejta personali relatata mal-minorenni u ta’ dejta bijometrika u dwar il-lok għall-finijiet tal-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali u l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(c)  l-evalwazzjoni ta’ aspetti personali relatati ma' persuna fiżika jew għall-analiżi jew il-previżjoni b’mod partikolari tal-imġiba ta’ persuna fiżika, li hija bbażata fuq proċessar awtomatizzat u x’aktarx tirriżulta f’miżuri li jipproduċu effetti legali li jikkonċernaw l-individwu jew li jaffettwaw lill-individwu b’mod sinifikanti;

(d)  il-monitoraġġ ta’ żoni aċċessibbli għall-pubbliku, b’mod speċjali meta jintuża apparat ottiku-elettroniku (sorveljanza bil-vidjo); jew

(e)  operazzjonijiet ta’ pproċessar oħrajn li għalihom tkun meħtieġa l-konsultazzjoni mal-awtorità ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 26(1).

3.  Il-valutazzjoni għandha tinkludi minn tal-inqas:

(a)  deskrizzjoni sistematika tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti;

(b)  valutazzjoni tal-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-operazzjonijiet ta' pproċessar fir-rigward tal-finijiet;

(c)  valutazzjoni tar-riskji u l-libertajiet għad-drittijiet u l-libertijiet tas-suġġetti tad-dejta u l-miżuri previsti biex jindirizzaw dawk ir-riskji u jnaqqsu l-ammont tad-dejta personali li tiġi pproċessata;

(d)  miżuri ta’ sigurtà u mekkaniżmi li jassiguraw il-protezzjoni ta’ dejta personali u li juru l-konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-dejta u persuni oħrajn ikkonċernati;

(e)  indikazzjoni ġenerali tal-limiti ta’ żmien għat-tħassir tad-diversi kategoriji ta’ dejta;

(f)  fejn japplika, lista tat-trasferimenti ta’ dejta maħsuba lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, inkluża l-identifikazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali u, f’każ ta’ trasferimenti msemmijin fl-Artikolu 36(2), id-dokumentazzjoni tas-salvagwardji xierqa.

4.  Jekk il-kontrollur jew il-proċessur ħatar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, hu għandu jkun involut fil-proċediment tal-valutazzjoni tal-impatt.

5.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jikkonsulta lill-pubbliku dwar l-ipproċessar maħsub, mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tal-interess pubbliku jew is-sigurtà tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

6.  Mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tal-interess pubbliku jew is-sigurtà tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar, il-valutazzjoni għandha ssir disponibbli faċilment għall-pubbliku.

7.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, wara li titlob opinjoni mingħand il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, atti delegati skont l-Artikolu 56 għall-fini li tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar li aktarx jippreżentaw ir-riskji speċifiċi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u r-rekwiżiti għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, inklużi kundizzjonijiet għall-iskalabbiltà, il-verifika u l-awtidjar. [Em. 88]

Artikolu 26

Konsultazzjoni minn qabel mal-awtorità ta’ superviżjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kontrollur jew il-proċessur jikkonsulta lill-awtorità ta’ superviżjoni qabel l-ipproċessar ta’ dejta personali li tkun ser tifforma parti minn sistema ġdida ta’ arkivjar li tkun ser tinħoloq fejn sabiex tkun assigurata l-konformità tal-ipproċessar maħsub mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u b’mod partikolari biex itaffu r-riskji involuti għas-suġġetti tad-dejta meta:

(a)  iridu jiġu pproċessati kategoriji speċjali ta’ dejta msemmija fl-Artikolu 8;valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta kif ipprovdut fl-Artikolu 25a tindika li l-operazzjonijiet ta’ pproċessar, minħabba n-natura tagħhom, il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom u/jew il-finijiet tagħhom, aktarx li jippreżentaw grad għoli ta’ riskji speċifiċi; jew

(b)  it-tip ta’ pproċessar, partikolarment bl-użu ta’ teknoloġiji, mekkaniżmi jew proċeduri ġodda, jinvolvi riskji speċifiċi mod ieħor għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, u partikolarment il-protezzjoni tad-dejta personali, tas-suġġetti tad-dejta.l-awtorità ta’ superviżjoni tħoss li jkun meħtieġ li jkun hemm konsultazzjoni minn qabel dwar operazzjonijiet ta’ pproċessar speċifikati li aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta minħabba n-natura, il-kamp ta’ applikazzjoni u/jew l-għanijiet tagħhom.

1a.  Meta l-awtorità ta’ superviżjoni tiddetermina skont is-setgħa tagħha li l-ipproċessar maħsub ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, b’mod partikolari meta r-riskji ma jkunux identifikati jew imnaqqsa biżżejjed, din għandha tipprojbixxi l-ipproċessar maħsub u tagħmel proposti xierqa sabiex tirrimedja dan in-nuqqas ta’ konformità.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtorità ta’ superviżjoni, wara li tikkonsulta lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, għandha tistabbilixxi lista tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li huma soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel skont il-punt (b) tal-paragrafu 1.

2a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jew proċessur għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ superviżjoni bil-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 25a u, fuq talba, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni tivvaluta l-konformità tal-ipproċessar u b’mod partikolari r-riskji għall-protezzjoni tad-dejta personali tas-suġġett tad-dejta u tas-salvagwardji relatati.

2b.  Jekk l-awtorità ta’ superviżjoni tkun tal-fehma li l-ipproċessar maħsub ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva jew li r-riskji ma jkunux identifikati jew imnaqqsa biżżejjed, din għandha tagħmel proposti adattati sabiex tirrimedja dan in-nuqqas ta’ konformità.

2c.  L-Istati Membri jistgħu jikkonsultaw lill-awtorità ta’ superviżjoni fit-tħejjija ta’ miżura leġiżlattiva li għandha tiġi adottata mill-parlament nazzjonali jew ta’ miżura bbażata fuq din il-miżura leġiżlattiva, li tiddefinixxi n-natura tal-ipproċessar, sabiex jassiguraw il-konformità tal-ipproċessar maħsub fl-ambitu ta' din id-Direttive u b’mod partikolari sabiex inaqqsu r-riskji involuti għas-suġġetti tad-dejta. [Em. 89]

TAQSIMA 2

SIGURTÀ TAD-DEJTA

Artikolu 27

Sigurtà tal-ipproċessar

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur u l-proċessur jimplimentaw jimplimenta miżuri proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jassiguraw livell ta’ sigurtà xieraq għar-riskji rappreżentati mill-ipproċessar u n-natura tad-dejta li trid tiġi protetta, waqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni tagħhom.

2.  Fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta, kull Stat Membru għandu jipprovdi li l-kontrollur jew il-proċessur, wara evalwazzjoni tar-riskji, jimplimenta miżuri mfasslin sabiex:

(a)  jiċħdu l-aċċess minn persuni mhux awtorizzati għat-tagħmir li jipproċessa d-dejta użat għall-ipproċessar ta’ dejta personali (kontroll tal-aċċess għat-tagħmir);

(b)  jimpedixxu l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzati tal-medja tad-dejta (kontroll tal-medja tad-dejta);

(c)  jipprevjeni d-dħul mhux awtorizzat ta’ dejta u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta’ dejta personali maħżuna (kontroll tal-ħażna);

(d)  jipprevjeni l-użu ta’ sistemi awtomatizzati ta’ pproċessar ta’ dejta minn persuni mhux awtorizzati bl-użu ta’ tagħmir għall-komunikazzjoni tad-dejta (kontroll tal-utent);

(e)  jassigura li l-persuni awtorizzati biex jużaw sistema awtomatizzata ta’ pproċessar ta’ dejta ikollhom aċċess biss għad-dejta koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom (kontroll tal-aċċess għad-dejta);

(f)  jassigura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema korpi tkun intbagħtet jew saret disponibbli jew tista’ tintbagħat jew issir disponibbli dejta personali bl-użu ta’ tagħmir għall-komunikazzjoni tad-dejta (kontroll tal-komunikazzjoni);

(g)  jassigura li jkun sussegwentement possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema dejta personali ddaħħlet f’sistemi awtomatizzati ta’ pproċessar tad-dejta u meta u minn min iddaħħlet id-dejta (kontroll tad-dħul);

(h)  jipprevjeni l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta’ dejta personali waqt it-trasferiment tad-dejta personali jew waqt it-trasportazzjoni tal-medja tad-dejta (kontroll tat-trasport);

(i)  jassigura li s-sistemi installati jistgħu, f’każ ta’ interruzzjoni, jiġu rranġati (irkupru);

(j)  jassigura li l-funzjonijiet tas-sistema jaħdmu, li s-sejbien ta’ żbalji fil-funzjonijiet jiġi rrappurtat (affidabbiltà) u li d-dejta maħżuna ma tistax tiġi korrotta permezz ta’ funzjonament ħażin tas-sistema (integrità).

(ja)  jassigura li fil-każ tal-ipproċessar ta’ dejta personali sensittiva skont l-Artikoli 8, miżuri ta’ sigurtà addizzjonali għandhom ikunu fis-seħħ, sabiex tiġi assigurata sensibilizzazzjoni skont is-sitwazzjoni tar-riskji u l-kapaċità li tittieħed azzjoni ta’ prevenzjoni, korrezzjoni u mitigazzjoni f’ħin kważi reali kontra sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà jew inċidenti misjuba li jistgħu jkunu ta’ riskju għad-dejta.

2a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-proċessuri jkunu jistgħu jinħatru biss jekk jiggarantixxu li josservaw il-miżuri tekniċi u organizzattivi rikjesti skont il-paragrafu 1 u jikkonformaw mal-istruzzjonijiet skont l-Artikolu 21(2). L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja lill-proċessur f'dawk l-aspetti.

3.  Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għal diversi sitwazzjonijiet, speċjalment standards ta’ kriptaġġ. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2). [Em. 90]

Artikolu 28

Notifika ta’ ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li f’każ ta’ ksur tad-dejta personali, il-kontrollur jinnotifika, mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn possibbli, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jkun sar jaf bih, il-ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni. Il-kontrollur għandu jipprovdi, jekk mitlub, ġustifikazzjoni raġunata lill-awtorità ta’ superviżjoni f’każijiet fejn in-notifikazzjoni ma ssirx fi żmien 24 siegħa. ta' kwalunkwe dewmien.

2.  Il-proċessur għandu jiġbed l-attenzjoni u jinforma immedjatament lill-kontrollur meta jinduna mingħajr dewmien bla bżonn wara li jkun ġie stabbilit il-ksur tad-dejta personali.

3.  In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-anqas:

(a)  tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali, fosthom il-kategoriji u n-numru ta’ suġġetti tad-dejta kkonċernati u l-kategoriji u n-numru ta’ reġistri tad-dejta kkonċernati;

(b)  tagħti l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta msemmi fl-Artikolu 30 jew punt ta’ kuntatt ieħor fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni;

(c)  tirrakkomanda miżuri sabiex itaffu l-effetti ħżiena possibbli tal-ksur tad-dejta personali;

(d)  tiddeskrivi l-konsegwenzi possibbli tal-ksur tad-dejta personali;

(e)  tiddeskrivi l-miżuri proposti jew meħuda mill-kontrollur sabiex jindirizza l-ksur tad-dejta personali u jtaffi l-effetti tiegħu.

Fil-każ li l-informazzjoni kollha ma tkunx tista' tiġi fornuta mingħajr dewmien bla bżonn, il-kontrollur jista' jimla n-notifika fit-tieni fażi.

4.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jiddokumenta kwalunkwe ksur tad-dejta personali, fosthom il-fatti li jrrigwardaw il-ksur, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta’ rimedju meħuda. Din id-dokumentazzjoni trid tkun biżżejjed sabiex tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni li tivverifika l-konformità ma’ dan l-Artikolu. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi biss l-informazzjoni meħtieġa għal dak il-għan.

4a.  L-awtorità ta’ superviżjoni għandha żżomm reġistru pubbliku tat-tipi ta’ ksur notifikati.

5.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, wara li titlob opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, atti delegati skont l-Artikolu 56 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbiliment tal-ksur tad-dejta msemmi fil-paragrafi 1 u 2 u għaċ-ċirkustanzi partikolari li fihom kontrollur u proċessur ikun ikunu meħtieġa jinnotifikaw il-ksur tad-dejta personali.

6.  Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-format standard ta’ din in-notifika lill-awtorità ta’ superviżjoni, il-proċeduri applikabbli għar-rekwiżit ta’ notifika u l-forma u l-modalitajiet għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, inklużi l-limiti taż-żmien għat-tħassir tal-informazzjoni miżmuma fiha. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2). [Em. 91]

Artikolu 29

Komunikazzjoni ta’ ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li meta l-ksur tad-dejta personali aktarx li se jaffettwa ħażin lill-protezzjoni tad-dejta personali jew, lill-privatezza, lid-dritt jew lill-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu, wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 28, jikkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien bla bżonn.

2.  Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun komprensiva u tuża lingwaġġ ċar u trasparenti. Għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personsali u tinkludi mill-inqas l-informazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet previsti fil-punti (b), u (c) u (d) tal-Artikolu 28(3) u informazzjoni dwar id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, inkluż rimedju.

3.  Il-komunikazzjoni ta’ ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta m’għandhiex tkun meħtieġa jekk il-kontrollur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità ta’ superviżjoni li huwa jkun implimenta miżuri ta’ protezzjoni teknoloġika xierqa, u li dawk il-miżuri ġew applikati għad-dejta personali kkonċernata mill-ksur tad-dejta personali. Dawn il-miżuri ta’ protezzjoni teknoloġika għandhom jagħmlu d-dejta ma tinftiehemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata biex taċċessaha.

3a.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-kontrollur li jikkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta, jekk il-kontrollur ma jkunx diġà kkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta, l-awtorità ta’ superviżjoni, wara li tkun ikkunsidrat l-effetti ħżiena possibbli tal-ksur, tista’ titolbu jagħmel dan.

4.  Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta tista’ tiġi ttardjata, jew ristretta jew titħalla barra għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 11(4). [Em. 92]

TAQSIMA 3

UFFIĊJAL TAL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA

Artikolu 30

Ħatra tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jew il-proċessur jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta.

2.  L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għandu jinħatar fuq il-bażi tal-kwalitajiet professjonali u, b’mod partikolari, l-għarfien espert tal-liġi u tal-prattiki dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-ħila li jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 32. Il-livell meħtieġ ta’ għarfien espert għandu jkun stabbilit b’mod partikolari skont l-ipproċessar tad-dejta li jkun sar u l-protezzjoni meħtieġa għad-dejta personali pproċessata mill-kontrollur jew mill-proċessur.

2a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jew il-proċessur għandu jassigura li kwalunkwe dmir professjonali ieħor tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jkun kompatibbli mal-kompiti u d-dmirijiet tal-persuna bħala uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta u ma jirriżultax f’kunflitt ta’ interessi.

2b.  L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għandu jinħatar għal perjodu ta’ mill-inqas erba’ snin. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jerġa’ jinħatar għal aktar mandati. Tul il-mandat tiegħu, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista' jitkeċċa biss minn dik il-kariga jekk ma jibqax iwettaq il-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-doveri tiegħu.

2c.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lis-suġġett tad-dejta bid-dritt li jikkuntattja lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu.

3.  L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jinħatar għal diversi entitajiet, billi titqies l-istruttura organizzattiva tal-awtorità kompetenti.

3a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jew il-proċessur għandu jikkomunika l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta lill-awtorità ta' superviżjoni u lill-pubbliku. [Em. 93]

Artikolu 31

Pożizzjoni tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jew il-proċessur jassiguraw li l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jkun involut kif xieraq u mingħajr dewmien fil-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-dejta personali.

2.  Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jassiguraw li l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jiġi pprovdut bil-mezzi biex iwettaq id-dmirijiet u l-kompiti msemmija fl-Artikolu 32 b’mod effettiv u indipendenti, u ma jirċievi l-ebda struzzjonijiet rigward l-eżerċizzju tal-funzjoni.

2a.  Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jappoġġa lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u għandu jipprovdi l-mezzi kollha, inklużi l-persunal, il-bini, it-tagħmir, it-taħriġ professjonali kontinwu u kwalunkwe riżorsa oħra meħtieġa biex iwettaq id-dmirijiet u l-kompiti msemmija fl-Artikolu 32, u biex ma jitlifx l-għarfien professjonali tiegħu. [Em. 94]

Artikolu 32

Kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jew il-proċessur jafda lill-uffiċjal tal-protezzjoni tal-dejta tal-anqas bil-kompiti li ġejjin:

(a)  iqajjem sensibilizzazzjoni, jinforma u jagħti pariri lill-kontrollur jew lill-proċessur dwar l-obbligi tiegħu skont id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward ta’ miżuri u proċeduri tekniċi u organizzazzjonali u jiddokumenta din l-attività u t-tweġibiet li jirċievi;

(b)  jissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-politiki fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali, inklużi l-assenjazzjoni tar-responsabbiltajiet, it-taħriġ tal-persunal involut fl-operazzjonijiet ta’ pproċessar u l-verifiki relatati;

(c)  jissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, b’mod partikolari rigward ir-rekwiżiti relatati mal-protezzjoni tad-dejta bid-disinn, il-protezzjoni tad-dejta b’mod awtomatiku u s-sigurtà tad-dejta u dwar l-informazzjoni tas-suġġetti tad-dejta u t-talbiet tagħhom fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom taħt id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva;

(d)  jassigura li tinżamm id-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 23;

(e)  jissorvelja d-dokumentazzjoni, in-notifika u l-komunikazzjoni ta’ ksur tad-dejta personali skont l-Artikoli 28 u 29;

(f)  jissorvelja t-twettiq tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta mill-kontrollur jew mill-proċessur u l-applikazzjoni għall-konsultazzjoni minn qabel lill-awtorità ta’ superviżjoni, jekk dan ikun meħtieġ skont l-Artikolu 26(1);

(g)  jissorvelja t-tweġibiet għat-talbiet mill-awtorità ta’ superviżjoni, u, fl-isfera tal-kompetenza tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, jikkoopera mal-awtorità ta’ superviżjoni fuq talba ta’ din tal-aħħar jew fuq inizjattiva tiegħu stess;

(h)  jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt għall-awtorità ta’ superviżjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar u jikkonsulta mal-awtorità ta’ superviżjoni, jekk ikun xieraq, fuq inizjattiva tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta. [Em. 95]

KAPITOLU V

TRASFERIMENT TA’ DEJTA PERSONALI LIL PAJJIŻI TERZI JEW ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI

Artikolu 33

Prinċipji ġenerali għat-trasferimenti ta’ dejta personali

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull trasferiment ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti, li tkun qed tiġi pproċessata jew li tkun maħsuba biex tiġi pproċessata wara t-trasferiment lil pajjiż terz, jew lil organizzazzjoni internazzjonali, inkluż trasferiment ulterjuri 'l quddiem lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, jista’ jsir biss jekk:

(a)  it-trasferiment speċifiku jkun meħtieġ għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali; u

(aa)  id-dejta tiġi trasferita lil kontrollur f’pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali li tkun awtorità pubblika kompetenti għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1); u

(ab)  il-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Kapitolu jiġu mħarsa mill-kontrollur u mill-proċessur, inklużi trasferimenti 'l quddiem ta’ dejta personali mill-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali lil pajjiż terz ieħor jew lil organizzazzjoni internazzjonali oħra; u

(b)  il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu id-dispożizzjonijiet l-oħrjan adottati skont din id-Direttiva jiġu mħarsa mill-kontrollur u l-proċessur; u

(ba)  il-livell ta’ protezzjoni tal-individwi tad-dejta personali ggarantiti fl-Unjoni minn din id-Direttiva mhuwiex imnaqqas; u

(bb)  il-Kummissjoni ddeċidiet fl-ambitu tal-kundizzjonijiet u l-proċedura msemmija fl-Artikolu 34 li l-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni jassiguraw livell adegwat ta’ protezzjoni; jew

(bc)  jinġiebu salvagwardji xierqa fi strument legalment vinkolanti fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali kif imsemmi fl-Artikolu 35.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li t-trasferimenti ulterjuri 'l quddiem imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jseħħu biss jekk, miżjuda mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu:

(a)  it-trasferiment 'il quddiem ikun meħtieġ għall-istess skop speċifiku bħat-trasferiment oriġinali; u

(b)  l-awtorità kompetenti li wettqet it-trasferiment oriġinali tawtorizza t-trasferiment ′il quddiem.

Artikolu 34

Trasferimenti b’deċiżjoni ta’ adegwatezza

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li jista' jsir trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) …./2012 jew skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu li l-pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni tassigura livell adegwat ta’ protezzjoni. Trasferiment bħal dan m’għandux ikun jeħtieġ awtorizzazzjoni ulterjurispeċifika.

2.  Meta ma tkunx teżisti deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) …./2012, Meta tivvaluta l-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni billi tqis l-elementi tagħti kunsiderazzjoni lill-elementi li ġejjin:

(a)  l-istat tad-dritt, il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, fosthom dwar is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà nazzjonali u l-liġi kriminali kif ukoll l-implimentazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni u l-miżuri tas-sigurtà li jkunu osservati f’dak il-pajjiż jew minn dik l-organizzazzjoni internazzjonali il-preċedenti tal-ġurisprudenza kif ukoll drittijiet effettivi u infurzabbli li jinkludu rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għas-suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari għal dawk is-suġġetti tad-dejta li jgħixu fl-Unjoni li d-dejta personali tagħhom tkun qed tiġi trasferita;

(b)  l-eżistenza u l-funzjonament effettiv ta’ awtorità ta’ superviżjoni indipendenti waħda jew aktar fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni, li tkun responsabbli għall-assigurazzjoni tal-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, inkluż biżżejjed stegħat għall-għoti ta' sanzjonijiet, għall-assistenza u l-għoti ta’ pariri lis-suġġett tad-dejta fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom tiegħu jew tagħha u għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri; u

(c)  l-impenji internazzjonali li jkun daħal għalihom il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni, b’mod partikolari kwalunkwe konvenzjonijiet legalment vinkolanti jew strumenti fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali.

3.  Il-Kummissjoni tista’ għandu jkollha s-setgħa li tadotta, wara li titlob opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, atti delegati skont l-Artikolu 56 biex tiddeċiedi, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, li pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jassigura livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-paragrafu 2. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

4.  L-att ta’ implimentazzjoni delegat għandu jispeċifika l-applikazzjoni ġeografika u settorjali tiegħu, u, fejn applikabbli, jidentifika l-awtorità ta’ superviżjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2.

4a.  Il-Kummissjoni għandha, fuq bażi kontinwa, tissorvelja l-iżviluppi li jistgħu jaffettwaw li jiġu sodisfatti l-elementi elenkati fil-paragrafu 2 f’pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li b'rabta magħhom ikun ġie adottat att delegat skont il-paragrafu 3.

5.  Il-Kummissjoni tista’ għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 56 biex tiddeċiedi fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva li pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali ma jassigurax livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-paragrafu 2, b’mod partikolari f’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni rilevanti, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, li tkun fis-seħħ fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali, ma tiggarantix drittijiet effettivi u infurzabbli fosthom rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għas-suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari għal dawk is-suġġetti tad-dejta li tkun qed tiġi trasferita d-dejta personali tagħhom. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2), jew, f’każijiet ta’ urġenza estrema għall-individwi fir-rigward tad-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 57(3).

6.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li meta l-Kummissjoni tiddeċiedi, skont il-paragrafu 5, li kwalunkwe trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew lil territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni, għandu jkun ipprojbit, din id-deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għat-trasferimenti skont l-Artikolu 35(1) jew skont l-Artikolu 36. Fi żmien debituxieraq, il-Kummissjoni għandha tidħol f’konsultazzjonijiet mal-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali bl-għan li tirrimedja s-sitwazzjoni li tirriżulta mid-Deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

7.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista ta’ dawk il-pajjiżi terzi, territorji u setturi tal-ipproċessar fi ħdan pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fejn tkun iddeċidiet li jkun jew ma jkunx assigurat livell adegwat ta’ protezzjoni.

8.  Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-applikazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni delegati msemmija fil-paragrafi 3 u 5. [Em. 97]

Artikolu 35

Trasferimenti b’salvagwardji xierqa

1.  Fejn Meta l-Kummissjoni ma teħux deċiżjoni skont l-Artikolu 34, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li trasferiment ta' dejta personali lil riċevitur f'pajjiż terz jew f'organizzazzjoni internazzjonali jista' jsir fejnjew tiddeċiedi li pajjiż terz, jew territorju jew settur ta’ pproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali ma jassigurawx livell adegwat ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 34(5), kontrollur jew proċessur ma jistax jittrasferixxi dejta personali lil pajjiż terz jew orgainizzazzjoni internazzjonali sakemm il-kontrollur jew il-proċessur ikun ippreżenta salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali fi strument legali vinkolanti.

(a)  jinġiebu salvagwardji xierqa fi strument legalment vinkolanti fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali; jew

(b)  il-kontrollur jew il-proċessur jevalwa ċ-ċirkustanzi kollha li jkollhom x'jaqsmu mat-trasferiment tad-dejta personali u jikkonkludi li jeżistu asalvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali.

2.  Id-deċiżjoni għat-trasferimenti skont il-paragrafu 1 (b) għandha titteħed minn persunal debitament awtorizzat. Dawk it-trasferimenti jridu jiġu dokumentati u d-dokumentazzjoni trid issir disponibbli għall-awtorità ta’ superviżjoni meta titlobhaawtorizzati mill-awtorità ta' superviżjoni qabel it-trasferiment. [Em. 98]

Artikolu 36

Derogi

1.  Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi skont l-Artikolu 34(5) li ma jeżistix livell adegwat ta’ protezzjoni, it-trasferiment ta' dejta personali lejn il-pajjiż terz jew lejn l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata ma jistax isir, sakemm, anki fil-każ ikkonċernat, l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta fl-esklużjoni tat-trasferiment jippredominaw l-interess pubbliku partikolari għat-trasferiment.

2.  B’deroga għall-Artikoli 34 u 35, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jista’ jsir biss bil-kundizzjoni li:

(a)  it-trasferiment ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra; jew

(b)  it-trasferiment ikun meħtieġ sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta meta l-liġi tal-Istat Membru li jkun qiegħed jittrasferixxi d-dejta personali tipprovdi dan; jew

(c)  it-trasferiment tad-dejta jkun essenzjali għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz; jew

(d)  it-trasferiment ikun meħtieġ f’każijiet individwali għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali; jew

(e)  it-trasferiment ikun meħtieġ f’każijiet individwali għat-twaqqif, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali relatati mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reat kriminali speċifiku jew l-eżekuzzjoni ta’ piena kriminali speċifika.

2a.  L-ipproċessar ibbażat fuq il-paragrafu 2 għandu jkollu bażi legali fil-liġi tal-Unjoni, jew il-liġi tal-Istat Membru li jkun soġġett għaliha l-kontrollur; dik il-liġi għandha tissodisfa l-objettiv ta’ interess pubbliku jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, tirrispetta l-essenza tad-dritt tal-prtoezzjoni tad-dejta u tkun proporzjonali mal-għan leġittimu mfittex.

2b.  It-trasferimenti kollha ta' dejta personali deċiżi abbażi tad-derogi għandhom jiġu debitament ġustifikati u għandhom ikunu limitati għal dak li hu strettament neċessarju, u trasferimenti qawwija frekwenti ta' dejta mhux se jkunu permessi.

2c.  Id-deċiżjoni għat-trasferimenti skont il-paragrafu 2 għandha titteħed minn persunal debitament awtorizzat. It-trasferimenti għandhom ikunu dokumentati u d-dokumentazzjoni trid issir disponibbli għall-awtorità ta’ superviżjoni meta titlobha, inklużi d-data u l-ħin tat-trasferiment, l-informazzjoni dwar l-awtorità li tirċeviha, il-ġustifikazzjoni għat-trasferiment u d-dejta trasferita. [Em. 99]

Artikolu 37

Kundizzjonijiet speċifiċi għat-trasferiment ta’ dejta personali

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma lir-riċevitur tad-dejta personali bi kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-ipproċessar u jieħu l-passi kollha raġonevoli biex jassigura li dawn ir-restrizzjonijiet jiġu rrispettati. Il-kontrollur għandu jinnotifika wkoll lir-riċevitur tad-dejta personali dwar kwalunkwe aġġornament, rettifika jew tħassir ta' dejta, u r-riċevitur għandu min-naħa tiegħu jagħmel l-istess notifika f'każ li d-dejta tkun trasferita sussegwentement. [Em. 100]

Artikolu 38

Kooperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta personali

1.  Fir-rigward ta’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu passi xierqa biex:

(a)  jiżviluppaw mekkaniżmi effettivi ta’ kooperazzjoni internazzjonali li jiffaċilitaw jassiguraw l-infurzar tal-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta’ dejta personali; [Em. 101]

(b)  jipprovdu assistenza reċiproka internazzjonali fl-infurzar ta’ leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta’ dejta personali, fosthom permezz ta’ notifika, riferiment għal ilmenti, għajnuna investigattiva u skambju tal-informazzjoni, soġġetti għal salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-dejta personali u drittijiet u libertajiet fundamentali oħra ;

(c)  jinvolvu lill-partijiet interessati rilevanti f’diskussjonijiet u attivitajiet immirati lejn it-tkabbir tal-kooperazzjoni internazzjonali fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta’ dejta personali;

(d)  jippromwovu l-iskambju u d-dokumentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni u prattiki dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali.

(da)  jiċċaraw u jikkonsultaw dwar konflitti ta’ ġurisdizzjoni ma' pajjiżi terzi. [Em. 102]

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex ittejjeb ir-relazzjoni ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, u b’mod partikolari l-awtoritajiet ta’ superviżjoni tagħhom, meta l-Kummissjoni tkun iddeċidiet li dawn jassiguraw livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-Artikolu 34(3).

Artikolu 38a

Rapport mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 33 sa 38 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’intervalli regolari. L-ewwel rapport għandu jitressaq mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Għal dak il-fini, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni, u dawn għandhom jipprovdu din l-informazzjoni mingħajr dewmien bla bżonn. Ir-rapport għandu jsir pubbliku. [Em. 103]

KAPITOLU VI

AWTORITAJIET TA’ SUPERVIŻJONI INDIPENDENTI

TAQSIMA 1

STATUS INDIPENDENTI

Artikolu 39

Awtorità ta’ superviżjoni

1.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi li awtorità pubblika waħda jew aktar ikunu responsabbli għas-sorveljanza tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u għall-kontribuzzjoni għall-applikazzjoni konsistenti tagħha madwar l-Unjoni, bil-għan li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom u biex jiġi ffaċilitat il-fluss liberu ta’ dejta personali fl-Unjoni. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni.

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet ta’ superviżjoni stabbiliti fl-Istati Membri skont ir-Regolament (UE)…./2014 jassumu r-responsabbiltà għall-kompiti tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni li għandhom jiġu stabbiliti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.  Meta jkun hemm aktar minn awtorità ta’ superviżjoni waħda stabbilita fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jagħżel l-awtorità ta’ superviżjoni li tiffunzjona bħala punt ta’ kuntatt uniku għall-parteċipazzjoni effettiva ta’ dak l-awtoritajiet fil-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Artikolu 40

Indipendenza

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità ta’ superviżjoni taġixxi b’indipendenza sħiħa fl-eżerċizzju tal-kompiti u s-setgħat fdati lilha, minkejja l-arranġamenti ta' kooperazzjoni skont il-Kapitolu VII ta' din id-Direttiva. [Em. 104]

2.  Kull Stat Membru għandu jipprovdi li, fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, Il-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom, fil-qadi ta’ dmirijiethom, la jfittxu li jieħdu kompiti u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi ħadd, u jżommu indipendenza u imparzjalità sħiħa. [Em. 105]

3.  Il-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom iżommu lura minn xi azzjoni inkompatibbli mad-dmirijiet tagħhom u m’għandhomx, matul it-terminu tal-ħatra tagħhom, jagħmlu xi xogħol inkompatibbli ieħor, sew jekk bi qligħ sew jekk le.

4.  Il-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom, matul it-terminu tal-ħatra tagħhom, jikkomportaw ruħhom b’integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ħatriet u benefiċċji.

5.  Kull Stat Membru għandu jassigura li l-awtorità ta’ superviżjoni tiġi pprovduta riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji adegwati, il-bini u l-infrastruttura neċessarja għat-twettiq effettiv tad-dmirijiet u s-setgħat tagħha, inklużi dawk li jridu jitwettqu fil-kuntest ta’ assistenza reċiproka, kooperazzjoni u parteċipazzjoni attiva fil-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

6.  Kull Stat Membru għandu jassigura li l-awtorità ta’ superviżjoni jrid ikollha l-persunal tagħha stess li għandu jinħatar minn u soġġett għad-diskrezzjoni tal-kap tal-awtorità ta’ superviżjoni.

7.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità ta’ superviżjoni tkun soġġetta għal kontroll finanzjarju li m’għandux jaffettwa l-indipendenza tagħha. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità ta’ superviżjoni jkollha baġits annwali separati. Il-baġits għandhom isiru pubbliċi.

Artikolu 41

Kundizzjonijiet ġenerali għall-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni jridu jinħatru mill-parlament jew mill-gvern tal-Istat Membru kkonċernat.

2.  Il-membri għandhom jintgħażlu minn fost persuni li ma jkun hemm ebda dubju dwar l-indipendenza tagħhom u li juru li jkollhom l-esperjenza u l-kapaċitajiet meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom.

3.  Id-dmirijiet ta’ membru għandhom jintemmu fl-eventwalità ta’ skadenza tat-terminu tal-ħatra, riżenja jew irtirar obbligatorju skont il-paragrafu 5.

4.  Membru jista’ jitkeċċa jew jitneħħielu d-dritt għal pensjoni jew benefiċċji oħra flokha mill-qorti nazzjonali kompetenti, jekk il-membru ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu jew ikun ħati ta’ mġiba ħażina serja.

5.  Meta jiskadi t-terminu tal-ħatra jew il-membru jirriżenja, il-membru għandu jkompli jeżerċita d-dmirijiet tagħhom tiegħu jew tagħha sakemm jinħatar membru ġdid.

Artikolu 42

Regoli dwar l-istabbiliment tal-awtorità ta’ superviżjoni

Kull Stat Membru għandu jipprovdi bil-liġi:

(a)  it-twaqqif u l-istatus tal-awtorità ta’ superviżjoni skont l-Artikoli 39 u 40;

(b)  il-kwalifiki, l-esperjenza u l-ħiliet meħtieġa sabiex jeżerċitaw id-dmirijiet tal-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(c)  ir-regoli u l-proċeduri għall-ħatra tal-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni, kif ukoll ir-regoli dwar azzjonijiet jew impjiegi inkompatibbli mad-dmirijiet tal-uffiċċju;

(d)  it-tul tat-terminu tal-ħatra tal-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni, li m’għandux ikun ta’ inqas minn erba’ snin, ħlief għall-ewwel ħatra wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, li parti minnha tista’ sseħħ għal perjodu iqsar;

(e)  jekk il-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhomx ikunu eliġibbli għal ħatra mill-ġdid;

(f)  ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet komuni li jirregolaw id-dmirijiet tal-membri u l-persunal tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(g)  ir-regoli u l-proċeduri dwar it-terminazzjoni tad-dmirijiet tal-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni, inkluż fejn ma jkunux jissodisfaw aktar il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom jew jekk ikunu ħatja ta’ mġiba ħażina serja.

Artikolu 43

Segretezza professjonali

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-membri u l-persunal tal-awtorità ta’ superviżjoni jkunu soġġetti, kemm waqt kif ukoll wara t-terminu tal-ħatra tagħhom u b'konformità mal-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali, għal dmir ta’ segretezza professjonali fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li jsiru jafu biha fil-kors tal-eżerċizzju tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom, filwaqt li jwettqu d-doveri tagħhom b'indipendenza u trasparenza kif stabbilit f'din id-Direttiva. [Em. 106]

TAQSIMA 2

DMIRIJIET U SETGĦAT

Artikolu 44

Kompetenza

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull awtorità ta’ superviżjoni tkun kompetetenti li twettaq id-doveri tagħha u li teżerċita, fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess, is-setgħat mogħtija lilha skont din id-Direttiva. [Em. 107]

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtorità ta’ superviżjoni ma tkunx kompetenti biex tissorvelja l-operazzjonijiet tal-qrati meta jkunu qegħdin jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom.

Artikolu 45

Dmirijiet

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtorità ta’ superviżjoni:

(a)  tissorvelja u tassigura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħha;

(b)  tisma’ l-ilmenti mressqa minn kwalunkwe suġġett tad-dejta, jew minn assoċjazzjoni li tirrappreżenta lil dak is-suġġett u li għandha mandat xieraq mingħandhom skont l-Artikolu 50, tinvestiga, safejn ikun xieraq, il-kwistjoni u tinforma lis-suġġett tad-dejta jew lill-assoċjazzjoni dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment fi żmien raġonevoli, b’mod partikolari meta tkun meħtieġa aktar investigazzjoni jew koordinazzjoni ma’xi awtorità ta’ superviżjoni oħra;

(c)  tiċċekkja l-legalità tal-ipproċessar tad-dejta skont l-Artikolu 14, u tinforma lis-suġġett tad-dejta fi żmien raġonevoli dwar l-eżitu tal-iċċekkjar jew dwar ir-raġunijiet għaliex l-iċċekkjar ma jkunx sar;

(d)  tipprovdi assistenza reċiproka lil awtoritajiet oħra ta’ superviżjoni u tassigura l-konsistenza tal-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva;

(e)  twettaq investigazzjonijiet, spezzjonijiet u awditjar, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta’ lment, jew fuq talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra, u tinforma lis-suġġett tad-dejta kkonċernat, jekk is-suġġett tad-dejta jkun indirizza lment, dwar l-eżitu tal-investigazzjonijiet fi żmien raġonevoli;

(f)  tissorvelja żviluppi rilevanti, safejn ikollhom impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta personali, b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

(g)  tiġi kkonsultata minn istituzzjonijiet u korpi tal-Istati Membri dwar miżuri leġiżlattivi u amministrattivi relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali;

(h)  tiġi kkonsultata dwar operazzjonijiet ta’ pproċessar skont l-Artikolu 26;

(i)  tipparteċipa fl-attivitajiet tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

2.  Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tippromwovi s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar ir-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet b’rabta mal-ipproċessar ta’ dejta personali. L-attivitajiet indirizzati speċifikament lejn it-tfal għandhom jirċievu attenzjoni speċifika.

3.  L-awtorità ta’ superviżjoni għandha, meta tintalab tagħmel dan, tagħti parir lil kwalunkwe suġġett tad-dejta fl-eżerċizzju tad-drittijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, u, jekk ikun xieraq, tikkoopera mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni fi Stati Membri oħra għal dan il-għan.

4.  Għall-ilmenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tipprovdi formola għas-sottomissjoni tal-ilmenti, li tista’ timtela b’mod elettroniku, mingħajr ma jiġu esklużi mezzi oħra ta’ komunikazzjoni.

5.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-eżerċizzju tad-dmirijiet tal-awtorità ta’ superviżjoni għandu jkun bla ħlas għas-suġġett tad-dejta.

6.  F’każ li t-talbiet ikunu vessatorjimanifestament eċċessivi, b’mod partikolari minħabba n-natura ripetittiva tagħhom, l-awtorità ta’ superviżjoni tista’ titlob tariffa jew ma tiħux l-azzjoni mitluba mis-suġġett tad-dejta raġjonevoli. Din it-tariffa m'għandhiex taqbeż l-ispejjeż tat-teħid tal-azzjoni mitluba. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha terfa’ r-responsabbiltà li tipprova l-karattru vessatorju manifestament eċċessiv tat-talba. [Em. 108]

Artikolu 46

Setgħat

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull awtorità ta’ superviżjoni għandha b’mod partikolari tingħatajkollha s-setgħa:

(a)  setgħat investigattivi, bħal ma huma setgħat ta’ aċċess għal dejta li hija s-suġġett tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar u setgħat ta’ ġbir tal-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha ta’ superviżjoni;li tinnotifika lill-kontrollur jew lill-proċessur dwar ksur allegat tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali, u, fejn xieraq, tordna lill-kontrollur jew lill-proċessur li jirrimedja dak il-ksur, b’mod speċifiku, sabiex ittejjeb il-protezzjoni tas-suġġett tad-dejta;

(b)  setgħat effettivi ta’ intervent, bħal li tagħti opinjonijiet qabel ma jitwettqu operazzjonijiet ta’ pproċessar, u li tassigura li dawn l-opinjonijiet ikollhom pubblikazzjoni xierqa, li tordna r-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda tad-dejta, li timponi projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-ipproċessar, li twissi jew twiddeb lill-kontrollur, jew li tirreferi l-kwistjoni lill-parlamenti nazzjonali jew istituzzjonijiet politiċi oħrajn;li tordna lill-kontrollur jikkonforma mar-rikjesti tas-suġġett tad-dejta biex jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont din id-Direttiva, inklużi dawk provduti mill-Artikoli 12 sa 17 meta rikjesti bħal dawn ikunu ġew rifjutati bi ksur ta' dawn id-dispożizzjonijiet;

(c)  is-setgħa li tidħol fi proċedimenti legali meta d-dispożizzjonijiet adottati bis-saħħa ta’ din id-Direttiva ikunu nkisru jew li tressaq dan il-ksur għall-attenzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji.li tordna lill-kontrollur jew lill-proċessur biex jipprovdi informazzjoni skont l-Artikolu 10(1) u (2) u l-Artikoli 11, 28 u 29;

(d)  li tassigura l-konformità mal-opinjonijiet u l-konsultazzjonijiet minn qabel imsemmija fl-Artikolu 26;

(e)  li twissi jew twiddeb lill-kontrollur jew lill-proċessur;

(f)  li tordna r-rettifika, it-tħassir jew il-qerda tad-dejta kollha meta din tkun ipproċessata bi ksur tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u n-notifika ta’ dawn l-azzjonijiet lil partijiet terzi li lilhom tkun ġiet żvelata d-dejta;

(g)  li timponi projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-ipproċessar;

(h)  li tissospendi flussi ta’ dejta lil riċevitur f’pajjiż terz jew lil xi organizzazzjoni internazzjonali;

(i)  li tinforma lill-parlamenti nazzjonali, lill-gvern jew istituzzjonijiet pubbliċi oħrajn kif ukoll lill-pubbliku dwar il-kwistjoni.

2.  Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa investigattiva li tikseb mingħand il-kontrollur jew il-proċessur:

(a)  aċċess għad-dejta personali kollha u għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet ta’ superviżjoni tagħha;

(b)  aċċess għal kwalunkwe bini tiegħu, inkluż għal kull tagħmir u mezz tal-ipproċessar tad-dejta, skont il-liġi nazzjonali, fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli għalfejn wieħed jissupponi li attività li tikser id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva tkun qed titwettaq hemmhekk, mingħajr preġudizzju għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja jekk meħtieġ mil-liġi nazzjonali.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 43, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li ma jinħarġu l-ebda rekwiżiti ta' segretezza addizzjonali fuq talba mill-awtoritajiet ta' superviżjoni.

4.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li jkunu jenħtieġu verifiki ta' sigurtà addizzjonali li jkunu allinjati mal-liġi nazzjonali biex ikun hemm aċċess għall-informazzjoni kklassifikata f'livell simili għal dak ta' EU CONFIDENTIAL jew ogħla. Jekk ma jkunx meħtieġ kontroll ta' sigurtà addizzjonali skont il-liġi tal-Istat Membru tal-awtorità ta' superviżjoni rilevanti, dan għandu jkun rikonoxxut mill-Istati Membri l-oħra kollha.

5.  Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa li tiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet ġudizzarji għall-ksur tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u li tinvolvi ruħha fi proċedimenti legali u tressaq azzjoni quddiem il-qorti kompetenti skont l-Artikolu 53(2).

6.  Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa li timponi pieni fir-rigward ta’ reati amministrattivi. [Em. 109]

Artikolu 46a

Ir-rappurtar tal-ksur

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet superviżorji jqisu l-gwida mogħtija mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta skont l-Artikolu 66(4b) tar-Regolament (UE) .../2014 u għandhom jistabbilixxu mekkaniżi effikaċi biex jinkoraġġixxu rappurtaġġ kunfidenzjali tal-ksur ta' din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu mekkaniżi effikaċi biex jinkoraġġixxu rappurtaġġ kunfidenzjali tal-ksur ta' din id-Direttiva. [Em. 110]

Artikolu 47

Rapport tal-attivitajiet

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull awtorità ta’ superviżjoni tħejji rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha, minn tal-inqas kull sentejn. Ir-rapport għandu jsir disponibbli lill-Kummissjoni u lill-Bord ewropew għall-pubbliku, għall-parlament nazzjonali, għall-Kummissjoni u għall-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar sa liema punt l-awtoritajiet kompetenti fil-ġurisdizzjoni tagħhom kisbu aċċess għal dejta miżmuma minn partijiet privati biex jinvestigaw jew jipproċedu kontra reati kriminali. [Em. 111]

KAPITOLU VII

KOOPERAZZJONI

Artikolu 48

Assistenza reċiproka

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet ta’ superviżjoni jipprovdu lil xulxin assistenza reċiproka biex jimplimentaw u japplikaw id-dispożizzjonijiet skont din id-Direttiva b’mod konsistenti, u għandhom idaħħlu miżuri għal kooperazzjoni effettiva ma’ xulxin. L-assistenza reċiproka għandha tkopri, b’mod partikolari, it-talbiet għall-informazzjoni u l-miżuri ta’ superviżjoni, bħat-talbiet biex jitwettqu konsultazzjonijiet, spezzjonijiet u investigazzjonijiet minn qabel.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull awtorità ta’ superviżjoni tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex twieġeb għat-talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, it-trażmissjoni ta’ informazzjoni rilevanti jew miżuri ta’ infurzar biex iwasslu għat-tmiem jew il-projbizzjoni tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar kontra din id-Direttiva mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn xahar wara li tkun ġiet irċevuta t-talba.

2a.  It-talba għall-assistenza għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż l-għan tat-talba u r-raġunijiet għat-talba. L-informazzjoni skambjata għandha tintuża biss fir-rigward tal-kwistjoni li għaliha tkun intalbet.

2b.  Awtorità ta’ superviżjoni li tkun waslitilha talba għall-assistenza ma tistax tirrifjuta li tikkonforma magħha sakemm:

(a)  ma tkunx inkompetenti biex tittratta t-talba; jew

(b)  il-konformità mat-talba ma tkunx kompatibbli mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva.

3.  L-awtorità ta’ superviżjoni li ssirilha t-talba għandha tinforma lill-awtorità ta’ superviżjoni li tagħmel it-talba dwar ir-riżultati jew, skont kif ikun il-każ, dwar il-progress jew il-miżuri meħuda sabiex titwieġeb it-talba mill-awtorità ta’ superviżjoni li tagħmel it-talba.

3a.  L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba minn awtoritajiet ta’ superviżjoni oħrajn b’mezzi elettroniċi u fl-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli, permezz ta’ format standardizzat.

3b.  Ma għandu jintalab l-ebda ħlas għal kwalunkwe azzjoni meħuda wara talba għal assistenza reċiproka. [Em. 112]

Artikolu 48a

Operazzjonijiet konġunti

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li, sabiex jiżdiedu l-kooperazzjoni u l-assistenza reċiproka, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni jistgħu jwettqu miżuri ta’ infurzar konġunti u operazzjonijiet oħrajn li fihom il-membri jew il-persunal maħtur mill-awtoritajiet ta' superviżjoni ta' Stati Membri oħra jipparteċipaw f'operazzjonijiet fi ħdan it-territorju ta' Stat Membru.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li f’każijiet fejn is-suġġetti tad-dejta fi Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħrajn x’aktarx li jkunu affettwati mill-operazzjonijiet tal-ipproċessar, l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti tista’ tiġi mistiedna tipparteċipa f’operazzjonijiet konġunti. L-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti tista’ tistieden lill-awtorità ta’ superviżjoni ta’ kull wieħed minn dawk l-Istati Membri sabiex tipparteċipa fl-operazzjoni rispettiva u meta tiġi mistiedna, biex twieġeb għat-talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni sabiex tipparteċipa fl-operazzjonijiet mingħajr dewmien.

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-aspetti prattiċi ta’ azzjonijiet ta’ kooperazzjoni speċifiċi. [Em. 113]

Artikolu 49

Kompiti tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

1.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta li ġie stabbilit bir-Regolament (UE)…./20122014 għandu jeżerċita l-kompiti li ġejjin b’rabta ma’ pproċessar fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva:

(a)  jagħti parir lill-Kummissjoni lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni ta’ dejta personali fl-Unjoni, inkluż dwar kwalunkwe emenda proposta għal din id-Direttiva;

(b)  jeżamina, fuq għat-talba tal-Kummissjoni tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew ta’ xi wieħed mill-membri tiegħu, kwalunkwe kwistjoni li tkopri l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki indirizzati lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni biex jinkoraġġixxi l-applikazzjoni konsistenti ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, inkluż dwar l-użu tas-setgħat ta’ infurzar;

(c)  jirrevedi l-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki msemmija fil-punt (b) u jirrapporta b’mod regolari lill-Kummissjoni dwarhom;

(d)  jagħti lill-Kummissjoni opinjoni dwar il-livell ta’ protezzjoni f’pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

(e)  jippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju bilaterali u multilaterali effettiv ta’ informazzjoni u prattiki bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni inkluża l-koordinazzjoni ta’ operazzjonijiet konġunti u attivitajiet konġunti oħrajn meta jiddeċiedi hekk fuq talba ta’ awtorità ta' superviżjoni waħda jew aktar;

(f)  jippromwovi programmi komuni ta’ taħriġ u jiffaċilita skambji ta’ persunal bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, kif ukoll, fejn ikun xieraq, mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni ta’ pajjiżi terzi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(g)  jippromwovi l-iskambju ta’ għarfien u dokumentazzjoni mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta mad-dinja kollha, fosthom leġiżlazzjoni u prattiki dwar il-protezzjoni tad-dejta.;

(ga)  jesprimi l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' atti delegati u ta' implimentazzjoni skont din id-Direttiva.

2.  Meta l-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew l-Kummissjoni titlob parir mingħand il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, hija tista’ tistabbilixxi limitu taż-żmien sa meta l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jagħti dak il-parir, billi tiġi kkunsidrata l-urġenza tal-kwistjoni.

3.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jippreżenta l-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet, u l-aħjar prattiki tiegħu lill-Kummissjoni u lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 57(1) u jagħmilhom pubbliċi.

4.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta bl-azzjoni li hija tkun ħadet wara l-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki maħruġa mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta. [Em. 114]

KAPITOLU VIII

RIMEDJI, RESPONSABBILTÀ U SANZJONIJIET

Artikolu 50

Dritt li jitressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni

1.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt ta’ kull suġġett tad-dejta li jressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru, jekk huwa jħoss li l-ipproċessar ta’ dejta personali dwaru ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt ta’ kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li jkollha l-għan li tipproteġi d-drittijiet u l-interessi tas-suġġetti tad-dejta fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom u li tkun qiegħda tiġi taġixxi fl-interess pubbliku u li tkun ġiet kostitwita sewwa skont il-liġi ta’ Stat Membru, li tagħmel ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru f’isem suġġett tad-dejta wieħed jew aktar, jekk hija tħoss li d-drittijiet tas-suġġett tad-dejta skont din id-Direttiva jkunu ġew miksura b’riżultat tal-ipproċessar tad-dejta personali. L-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni irid ikollha mandat xieraq mis-suġġett(i) tad-dejta. [Em. 115]

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt ta’ kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, indipendentement mill-ilment ta’ suġġett tad-dejta, li jressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru, jekk huwa jħoss li jkun seħħ ksur tad-dejta personali.

Artikolu 51

Dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra awtorità ta’ superviżjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt, għal kull persuna fiżika jew ġuridika, għal rimedju ġudizzjarju kontra deċiżjonijiet ta' awtorità ta' superviżjoni li jikkonċernawhom.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju biex jobbliga lill-awtorità ta’ superviżjoni taġixxi dwar ilment, fin-nuqqas ta’ deċiżjoni li tkun neċessarja biex tipproteġi d-drittijiet tagħhom, jew meta l-awtorità ta’ superviżjoni ma tinfurmax lis-suġġett tad-dejta fi żmien tliet xhur dwar il-progress jew l-eżitu tal-ilment skont il-punt (b) tal-Artikolu 45(1).

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-proċeduri kontra awtorità ta’ superviżjoni għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità ta’ superviżjoni.

3a.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-deċiżjoni finali mill-Qorti msemmija f'dan l-Artikolu tkun infurzata. [Em. 116]

Artikolu 52

Dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra kontrollur jew proċessur

1.  Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv disponibbli, inkluż id-dritt li jitressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt ta’ kull persuna fiżika għal rimedju ġudizzjarju jekk din tħoss li d-drittijiet tagħha stabbiliti fid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva ġew miksura b’riżultat tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħha f’nuqqas ta’ konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet.

1a.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-deċiżjoni finali mill-Qorti msemmija f'dan l-Artikolu tkun infurzata. [Em. 117]

Artikolu 53

Regoli komuni għall-proċeduri fil-qorti

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt ta’ kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni msemmija fl-Artikolu 50(2) li jeżerċita d-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 51fl-Artikoli 51 u, 52 f’isem u 54 meta mandat minn suġġett tad-dejta wieħed jew aktar. [Em. 118]

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha d-dritt li tipparteċipa fi proċeduri legali u tressaq azzjoni quddiem il-qorti, biex tinforza d-drittijiet adottati skont din id-Direttiva jew biex tassigura l-konsistenza tal-protezzjoni ta’ dejta personali fi ħdan l-Unjoni. [Em. 119]

3.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li azzjonijiet ġudizzjarji disponibbli permezz ta’ liġi nazzjonali jippermettu l-adozzjoni rapida ta’ miżuri interim, intiżi biex iwaqqfu l-ksur allegat u ma jħallux aktar xkiel għall-interessi involuti.

Artikolu 54

Responsabbiltà u d-dritt għal kumpens

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li persuna li tkun sofriet ħsara, inkluż telf mhux finanzjarju, minħabba operazzjoni ta’ pproċessar illegali jew azzjoni li ma tkunx kompatibbli mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, għandu jkollha d-dritt li tirċievi kumpens titlob għall-kumpens mill-kontrollur jew il-mill-proċessur għall-ħsara li tkun sofriet. [Em. 120]

2.  Meta fl-ipproċessar ikun hemm involuti aktar minn kontrollur jew proċessur wieħed, kull kontrollur jew proċessur għandu jkun responsabbli in solidum għall-ammont totali tal-ħsara.

3.  Il-kontrollur jew il-proċessur jistga’ jkun eżenti minn din ir-responsabbiltà, b’mod sħiħ jew parzjali, jekk il-kontrollur jew il-proċessur jagħti prova li hu jew hi ma jkunux responsabbli għall-avveniment li jwassal għall-ħsara.

Artikolu 55

Pieni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Kapitolu VIIIa

Trażmissjoni ta’ dejta personali lil partijiet oħra

Artikolu 55a

It-trażmissjoni ta’ dejta personali lil awtoritajiet oħra jew partijiet privati fl-Unjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kontrollur ma jittrażmettix jew ma jagħtix struzzjonijiet lill-proċessur biex jittrażmetti dejta personali lil persuna fiżika jew ġudizzjarja li ma tkunx soġġetta għad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, sakemm:

(a)  it-trażmissjoni tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri; u

(b)  ir-riċevitur ikun stabbilit fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea; u

(c)  l-ebda interess leġittimu speċifiku tas-suġġett tad-dejta ma jipprevjeni t-trażmissjoni; u

(d)  it-trażmissjoni tkun meħtieġa f’każ speċifiku għall-kontrollur li jittrażmetti d-dejta personali għar-raġunijiet li ġejjin:

(i)  għat-twettiq ta’ kompitu assenjat lilha leġittimament; jew

(ii)  il-prevenzjoni ta' periklu serju u immedjat għas-sigurtà pubblika; jew

(iii)  għall-prevenzjoni ta’ ħsara serja għad-drittijiet ta’ individwi.

2.  Il-kontrollur għandu jinforma lir-riċevitur dwar il-fini li għalih id-dejta personali tista' tiġi pproċessata esklużivament.

3.  Il-kontrollur għandu jinforma lill-awtorità ta’ superviżjoni b'dawn it-trasferimenti.

4.  Il-kontrollur għandu jinforma wkoll lir-riċevitur dwar ir-restrizzjonijiet tal-ipproċessar u jassigura li dawn jiġu sodisfatti. [Em. 121]

KAPITOLU IX

ATTI DELEGATI U ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 56

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.  Id-delega tas-setgħa Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 25a(7), l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 34(3) u l-Artikolu 34(5) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 25a(7), l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 34(3) u l-Artikolu 34(5) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni.

5.  Att iddelegat delegat adottat skont l-Artikolu 25a(7), l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 34(3) u l-Artikolu 34(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn sitt xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b’sitt xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 122]

Artikolu 56a

Data ta’ skadenza għall-adozzjoni ta' atti delegati

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 25a(7) u fl-Artikolu 28(5) sa [sitt xhur qabel id-data msemmija fl-Artikolu 62(1)]. Il-Kummissjoni tista’ testendi d-data ta’ skadenza msemmija f’dan il-paragrafu b’sitt xhur. [Em. 123]

Artikolu 57

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu. [Em. 124]

KAPITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 58

Revoki

1.  Id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI hija revokata.

2.  Ir-referenzi għad-Deċiżjoni Qafas revokata li saret referenza għaliha fil-paragrafu 1 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 59

Relazzjoni ma’ atti adottati qabel tal-Unjoni għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni ta’ dejta personali fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali f’atti tal-Unjoni adottati qabel id-dejta tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, li jirregolaw l-ipproċessar ta’ dejta personali bejn l-Istati Membri u l-aċċess ta’ awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri għas-sistemi ta’ informazzjoni stabbiliti skont it-Trattati fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, jibqgħu mhux affettwati.

Artikolu 60

Relazzjoni ma’ ftehimiet internazzjonali konklużi qabel fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija

Il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu emendati, fejn ikun meħtieġ, fi żmien ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 61

Evalwazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha, wara li titlob opinjoni mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, tevalwa l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva Għandha tikkoordina f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u għandha tinkludi żjarat imħabbra u mhux imħabbra. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jinżammu informati tul il-proċess u għandu jkollhom aċċess għad-dokumenti rilevanti.

2.  Fi żmien tliet snin sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tirrevedi atti oħra adottati mill-Unjoni Ewropea li jirregolaw l-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, b’mod partikolari dawk l-atti adottati mill-Unjoni li saret referenza għalihom fl-Artikolu 59, sabiex tevalwa l-ħtieġa li tallinjahom ma’ din id-Direttiva u, fejn ikun xieraq, tagħmel il-proposti neċessarji sabiex temenda dawn l-atti biex tassigura approċċ konsistenti dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali u għandha tagħmel proposti xierqa bl-għan li jkunu assigurati regoli legali konsistenti u omoġenji relatati mal-ipproċessar ta' dejta personali minn awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2a.  Il-Kummissjoni, fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, għandha tippreżenta proposti xierqa għar-reviżjoni tal-qafas legali applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċji u l-aġenziji tal-Unjoni, għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali bl-għan li jiġu assigurati regoli legali konsistenti u omoġenji relatati mad-dritt fundamentali għall-protezzjoni ta’ dejta personali fl-Unjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapporti dwar l-evalwazzjoni u r-reviżjoni ta’ din id-Direttiva skont il-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’intervalli regolari. L-ewwel rapporti għandhom jiġu sottomessi mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Ir-rapporti sussegwenti mbagħad għandhom jiġu sottomessi kull erba’ snin. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti xierqa bil-għan li temenda din id-Direttiva u tallinja strumenti legali oħra. Ir-rapport għandu jsir pubbliku. [Em. 125]

Artikolu 62

Implimentazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn ...(13), il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn ...*.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif issir din ir-referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali li huma fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 63

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 64

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 192, 30.6.2012, p. 7.
(2) ĠU C 192, 30.6.2012, p. 7.
(3)Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014.
(4)Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(5)Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60).
(6) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(7)Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(8)Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pornografija tat-tfal, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L335, 17.12.2011, p. 1).
(9)ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(10)ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(11)ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19.
(12) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(13) Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


L-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew ***I
PDF 793kWORD 445k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (riformulazzjoni) (COM(2013)0410 – C7-0171/2013 – 2013/0186(COD))
P7_TA(2014)0220A7-0095/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja - riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0410),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0171/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mill-Kamra tar-Rappreżentanti Maltija fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta’ kitba mill-ġdid tal-atti legali(2),

–  Wara li kkunsidra l-ittra tat-28 ta' Novembru 2013 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-trasport u t-Turiżmu skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0095/2014),

A.  billi, skont il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta’ sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta’ qabel flimkien ma’ dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal -Ajru Uniku Ewropew (Riformulazzjoni)

P7_TC1-COD(2013)0186


(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat  dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li bagħtu l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(4),

Billi:

(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas)(5), ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta' servizz)(6), ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja)(7) u r-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (Ir-Regolament ta' interoperabilità)(8) ġew sostanzjalment emendati Billi għandhom isiru iżjed emendi, għandhom jiġu rriformulati fl-interess taċ-ċarezza.

(2)  L-implimentazzjoni tal-politika komuni tat-trasport tirrekjedi sistema ta' trasport tal-ajru effiċjenti li tippermetti operat  sikur  u regolari ta' servizzi ta' trasport tal-ajru,  biex b'  hekk tiffaċilita l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni u servizzi. [Em. 1]

(3)  L-adozzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-ewwel pakkett tal-leġiżlazzjoni dwar l-Ajru Uniku Ewropew, b' mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 549/2004, ir-Regolament (KE) Nru 550/2004, ir-Regolament (KE) Nru 551/2004, u r-Regolament (KE) Nru 552/2004 stabbilixxa bażi legali soda għal sistema ta’ amministrazzjoni tat-traffiku uniformi, interoperabbli u sikura (ATM). L-adozzjoni tat-tieni pakkett, partikolarment, ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009, saħħaħ aktar l-inizjattiva tal-Ajru Uniku Ewropew billi introduċa l-iskema tal-prestazzjoni u l-kunċetti tal-Maniġers tan-Netwerk sabiex ikompli jtejjeb il-prestazzjoni tas-sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru .

(4)  L-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili tal-1944, l-Istati Kontraenti jirrikonoxxu li “kull Stat għandu sovranità kompluta u esklussiva fuq l-ispazju tal-ajru fuq it-territorju tiegħu”. Huwa fil-qafas ta' sovranità tali li l-Istati Membri tal-  Unjoni  , suġġetti għal konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli, jeżerċitaw is-setgħat ta' awtorità pubblika meta jikkontrollaw it-traffiku tal-ajru.

(5)  L-implimentazzjoni tal-politika komuni tat-trasport tirrekjedi sistema ta' trasport tal ajru effiċjenti li tippermetti operat sikur, operat sostenibbli u regolari ta' servizzi ta' trasport tal ajru, li tottimizza l-kapaċità u tiffaċilita l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni u servizzi.

(5a)  Biex jiġi evitat li ż-żieda mistennija fit-traffiku tal-ajru tiġġenera jew iżżid il-konġestjoni tal-ispazju tal-ajru Ewropew, flimkien mal-ispejjeż kollha involuti f’termini ekonomiċi, ambjentali u ta’ sikurezza, għandha tintemm il- frammentazzjoni ta’ dan l-ispazju tal-ajru u għalhekk għandu jiġi implimentat dan ir-Regolament malajr kemm jista’ jkun. [Em. 2]

(5b)  L-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew għandu jkollha rwol pożittiv għat-tkabbir, l-impjieg u l-kompetittività fl-Ewropa, b’mod partikolari billi tistimola d-domanda għal impjiegi bi kwalifiki għoljin. [Em. 3]

(6)  It-tfittxija simultanja tal-ilħiq tal-għanijiet tat-tkattir tal-istandards tas-sikurezza tat-traffiku tal-ajru u t-titjib tal-prestazzjoni ġenerali tal-ATM u l-ANS għat-traffiku tal-ajru ġenerali fl-Ewropa teħtieġ li jitqies il-fattur uman. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom iqisu minbarra l-introduzzjoni tal-prinċipji ta' ‘kultura ġusta’, għandhom jinbnew indikaturi relevanti ta’ prestazzjoni fl-iskema tal-prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew. [Em. 4]

(7)  L-Istati Membri addottaw dikjarazzjoni ġenerali dwar kwistjonijiet militari konnessi mal-Ajru Uniku Ewropew(9). Skont din id-dikjarazzjoni, l-Istati Membri għandhom, b'mod partikulari, itejbu l-kooperazzjoni l-koperazzjoni ċivili-militari u, jekk u sal-punt meqjus meħtieġ mill-Istati Membri kollha kkonċernati, jiffaċilitaw il-kooperazzjoni il-koperazzjoni bejn il-forzi armati tagħhom fil-materji kollha ta' amministrazzjoni tat-traffiku tal-ajru sabiex jiġi ffaċilitat l-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru. [Em. 5]

(8)  Deċiżjonijiet konnessi mal-kontenut, ambitu jew twettiq ta' operazzjonijiet militari u taħriġ ma jaqgħux ġewwa l-isfera ta' kompetenza tal-Unjoni skont l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(9)  L-Istati Membri rristrutturaw, fi gradi varji, il-fornituri tas-servizz nazzjonali tagħhom tan-navigazzjoni bl-ajru billi żiedu l-livell ta' awtonomija u libertà tagħhom biex jipprovdu servizzi.  Huwa  meħtieġ li jkun żgurat  li jeżisti suq komuni li jiffunzjona sew għal dawk is-servizzi li jistgħu jiġu pprovduti taħt kundizzjonijiet tas-suq u  li  r-  rekwiżiti minimi ta' interess pubbliku jkunu sodisfatti  għal dawk is-servizzi meqjusa bħala monopolji naturali taħt il-kundizzjonaijiet teknoloġiċi kurrenti.

(10)  Biex tiġi żgurata sorveljanza konsistenti u, soda u indipendenti tal-forniment tas-servizzi madwar l-Ewropa, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-avjazzjoni għandu jkollhom garanzija ta’ indipendenza u riżorsi suffiċjenti, kemm f’termini finanzjarji kif ukoll f’termini ta’ persunal. Din l-indipendenza m’għandhiex iżżomm lil dawk l-awtoritajiet milli jeżerċitaw il-kompiti tagħhom fi ħdan qafas amministrattiv. [Em. 6]

(11)  L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tal-avjazzjoni għandhom rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew. Il-Kummissjoni u l-Kummissjoni għandha l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Avjazzjoni (EAA) għandhom, għalhekk, taġevola l-kooperazzjoni jaġevolaw il-kooperazzjoni ta’ bejniethom sabiex tagħmel jagħmlu possibbli li jiġu skambjati l-aħjar prattiki u li jkun żviluppat approċċ komuni, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib fil-livell reġjonalii, bil-provvista ta’ pjattaforma għal dawn l-iskambji. Din il-kooperazzjoni għandha sseħħ fuq bażi regolari. [Em. 7]

(12)  Għall-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew, is-sħab soċjali għandhom ikunu informati u kkonsultati aħjar dwar il-miżuri kollha li jkollhom implikazzjonijiet soċjali sinifikanti. Fil-livell tal-Unjoni, il-Kumitat dwar id-Djalogu Settorjali mwaqqaf skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE(10) għandhom ukoll ikunu kkonsultati. [Em. 8]

(13)  Il-forniment ta' servizzi ta' komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza, kif ukoll servizzi  meteoroloġiċi, ta’ tfassil tal-ispazju tal-ajru u  ta' informazzjoni aeronawtika, għandu flimkien ma’ servizzi li jifformattjaw u jikkonsenjaw dejta lit-traffiku tal-ajru ġenerali, jista' jkun organizzat taħt kundizzjonijiet tas-suq filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċjali  ta' servizzi tali u jinżamm, billi jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza u jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent. [Em. 9]

(14)  M'għandu jkun hemm ebda diskriminazzjoni bejn utenti tal ispazju tal ajru fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ekwivalenti ta' navigazzjoni tal ajru.

(15)  Il-kunċett ta’ proġetti komuni, immirati biex jassistu lill-utenti tal-ispazju tal-ajru u/jew lill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru biex itejbu l-infrastruttura kollettiva tan-navigazzjoni tal-ajru, il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru u l-użu tal-ispazju tal-ajru, b'mod partikulari dawk li jistgħu jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Pjan  Komprensiv  tal-ATM  kif approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/320/KE(11), skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007,  m’għandux jippreġudika proġetti li diġà jeżistu, li huma deċiżi minn Stat Membru wieħed jew minn diversi Stati Membri b’objettivi simili. Id-dispożizzjonijiet dwar il-finanzjament tal-applikazzjoni ta' proġetti komuni m'għandhomx jippreġudikaw il-mod li bih jiġu stabbiliti dawn il-proġetti komuni. Il-Kummissjoni tista' tipproponi li l-finanzjament, bħal m’huwa l-finanzjament min-Netwerk Trans-Ewropew mill-Faċilita Nikkollegaw l-Ewropa, minn Orizzont 2020 jew mill-Bank Ewropew għall-Investiment jistgħu jintużaw bħala appoġġ għal proġetti komuni, b'mod partikulari biex titħaffef l-applikazzjoni tal-programm SESAR, fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali. Mingħajr ħsara għall-aċċess għal dak il-finanzjament, l-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jiddeċiedu kif għandu jintuża d-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-konċessjonijiet tas-settur tal-avjazzjoni taħt l-Iskema ta’ Negozjar tal-Emissjonijiet u li jqisu f’dan il-kuntest jekk sehem minn dan id-dħul jistax jintuża biex jiffinanzja proġetti komuni fil-livell tal-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru. Fejn applikabbli, proġetti komuni għandhom jimmiraw li jippermettu sett ta’ kapaċitajiet interoperabbli bażiċi li jeżistu fl-Istati Membri kollha. [Em. 10]

(15a)  Sakemm ma jiġux implimentati mekkaniżmi speċifiċi, il-proġetti ta’ investiment ibbażati fuq l-ajru u fuq l-art marbuta mal-Pjan Komprensiv tal-ATM jistgħu jsiru b’mod mhux koordinat, li jista’ jdewwem l-applikazzjoni effettiva tat-teknoloġiji tal-SESAR. [Em. 11]

(16)  Il-kunċett ta' entità ta' Maniġer tan-Netwerk huwa ċentrali għat-titjib tal-prestazzjoni tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru fuq livell ta' netwerk, billi jiċċentralizza l-forniment ta' ċerti servizzi, li jitwettqu l-aħjar fuq livell ta' netwerk. Sabiex jiġi ffaċilitat it-trattment ta' kriżi tal-avjazzjoni, il-koordinazzjoni ta' kriżi bħal din tal-miżuri li għandhom ikunu adottati sabiex dawn jiġu evitati u biex jiġu indirizzati, għandha tkun assigurata mill-Maniġer tan-Netwerk. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli mill-iżgurar li ma jqum ebda kunflitt ta’ interess bejn il-forniment ta’ servizzi ċentralizzati u r-rwol tal-korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni. [Em. 12]

(17)  Il-Kummissjoni konvinta li l-użu effiċjenti u sikur tal-ispazju tal-ajru jista' jintlaħaq biss bis-saħħa ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-utenti ċivili u militari tal-ispazju tal-ajru, bbażata prinċipalment fuq il-kunċett tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru u koordinazzjoni ċivili-militari effettiva kif stabbilit mill-ICAO, u ssostni; issostni l-importanza tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni ċivili-militari bejn l-utenti ċivili u militari tal-ispazju tal-ajru bl-għan li jiġi faċilitat użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru. [Em. 13]

(18)  Il-preċiżjoni tal-informazzjoni dwar il-qagħda tal-ispazju tal-ajru u dwar sitwazzjonijiet speċifiċi tat-traffiku tal-ajru u t-tixrid f’waqtu ta’ din l-informazzjoni lill-kontrolluri ċivili u militari għandha impatt dirett fuq is-sikurezza u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet u għandha ttejjeb il-prevedibbiltà tagħhom. L-aċċess f'waqtu għal informazzjoni aġġornata dwar il-qagħda tal-ispazju tal-ajru hija essenzjali għall-partijiet kollha li jixtiequ jisfruttaw l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru li jsiru disponibbli meta jkunu qed jimlew jew jimlew bil-ġdid il-pjani tat-titjir tagħhom. [Em. 14]

(19)  Il-forniment ta’ informazzjoni aerounawtika moderna, kompluta, ta’ kwalità għolja u f’waqtha għandha impatt sinifikanti fuq is-sikurezza u fuq l-iffaċilitar tal-aċċess għall-ispazju tal-ajru  tal-Unjoni  u l-moviment ħieles fih. Filwaqt li tqis il-Pjan Komprensiv tal-ATM,  l-Unjoni  għandha tieħu l-inizjattiva biex timmodernizza dan is-settur b’kooperazzjoni mal- Maniġer tan-Netwerk  u tiżgura li l-utenti jkunu jistgħu jikkonsultaw din id-data permezz ta’ punt uniku ta’ aċċess pubbliku li jipprovdi informazzjoni integrata moderna, validata u li tista' tintuża faċilment.

(20)  Sabiex jitqiesu l-bidliet introdotti fir-Regolamenti (KE) Nru 1108/2009 u (KE) Nru 1070/2009, jeħtieġ li, skont l-Artikolu 65a tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni(12), jiġi allinjat il-kontenut ta' dan ir-Regolament ma' dak tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(21)  Barra minn hekk, id-dettalji tekniċi tar-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004, maqbula fl-2004 u l-2009, għandhom jiġu aġġornati kif ukoll għandhom isiru korrezzjonijiet tekniċi sabiex jitqies il-progress.

(22)  L-ambitu ġeografiku ta' dan ir-Regolament għar-reġjun ICAO NAT għandu jiġi emendat biex iqis l-arranġamenti eżistenti u ppjanati tal-forniment tas-servizzi u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-konsistenza fl-applikazzjoni tar-regoli għall-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u l-utenti tal-ispazju tal-ajru li joperaw f'dik iż-żona. [Em. 15]

(23)  Konformi mar-rwoli tiegħu bħala organizzazzjoni operazzjonali u r-riforma għaddejja tal-Eurocontrol, il-funzjoni tal-Maniġer tan-Netwerk għandha tiġi żviluppata aktar lejn sħubija mmexxija mill-industrija.

(24)  Il-kunċett ta' blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru mfassla biex itejbu l-kooeprazzjoni bejn fornituri ta' servizzi ta' traffiku tal-ajru, huwa għodda importanti għat-titjib tal-prestazzjoni tas-sistema ATM Ewropea. Sabiex tittejjeb jikkumplimentaw din l-għodda, il-blokok il-fornituri ta’ servizz tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom ikunu jistgħu jidħlu liberament fi sħubijiet industrijali bbażati fuq il-prestazzjoni li jistgħu jirkbu l-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru għandhom isiru aktar iffukati fuq il-prestazzjoni u bbażati fuq sħubijiet industrijali, u l-industrija għandha tingħata aktar ħelsien biex timmodifikahom sabiex tilħaq u, fejn possibbli tisboq, il-miri tal-prestazzjoni stabbiliti. [Em. 16]

(25)  Il-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru għandhom joperaw b'mod flessibbli billi jġibu flimkien il-fornituri tas-servizz ta' madwar l-Ewropa biex jikkapitalizzaw mis-saħħa ta' xulxin. Din il-flessibbiltà għandha tippermetti li jinstabu sinerġiji bejn il-fornituri ikun liema jkunu l-pożizzjoni ġeografika jew in-nazzjonalità tagħhom u li jinbtu formati varjabbli ta' forniment tas-servizz tul it-tiftixa għat-titjib fil-prestazzjoni.

(26)  Sabiex tittejjeb l-enfażi fuq il-klijent min-naħa tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u sabiex tikber il-possibbiltà għall-utenti tal-ispazju tal-ajru li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet li jolqtuhom, għandhom isiru aktar effettivi l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati f'deċiżjonijiet maġġuri dwar l-operat tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. [Em. 17]

(27)  L-iskema tal-prestazzjoni hija għodda ċentrali għar-regolamentazzjoni ekonomika tal-ATM u l-kwalità u l-indipendenza tad-deċijonijiet tagħha jridu jinżammu u fejn possibbli jittejbu.

(28)  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi jew tal-operat, partikolarment bl-emendar tal-annessi jew billi jiġu ssupplimentati d-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tan-netwerk, l-iskema tal-prestazzjoni, tintgħażel l-entità responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv tal-ATM (maniġer tal-applikazzjoni) u jiġu definiti r-responsabbiltajiet tagħha, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. Il-kontenut u l-ambitu ta' kull delega huma stipulati fid-dettall fl-Artikoli rilevanti. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 18]

(29)  Meta żżid mal-lista tas-servizzi tal-ġestjoni tan-netwerk, il-Kummissjoni għandha tmexxi konsultazzjoni xierqa tal-partijiet interessati tal-industrija u l-imsieħba soċjali. [Em. 19]

(30)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment fir-rigward tal-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza tal-avjazzjoni, il-forniment ta' servizzi ta' appoġġ fuq bażi esklussiva minn fornitur ta' servizz jew gruppi tagħhom, miżuri korrettivi biex tiġi rriveduta l-konformità mal-miri tal-prestazzjoni ta' madwar l-Unjoni u dawk lokali assoċjati, ir-reviżjoni tal-konformità b'rabta mal-iskema tat-talbiet għall-ħlas, il-governanza u l-adozzjoni ta' proġetti komuni għal funzjonijiet marbutin man-netwerks, blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru, modalitajiet ta' parteċipazzjoni tal-partijiet interessati f'deċiżjonijiet operazzjonali ewlenin tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, aċċess għal u protezzjoni ta' dejta, informazjoni aeronawtika elettronika u żvilupp teknoloġiku u interoperabilità tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni(13). [Em. 20]

(31)  Konformi mar-Regolament (UE) Nru 182/2011, għall-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, il-proċedura tal-eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni in ġenerali.

(32)  Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni ta' kamp ta' applikazzjoni individwali.

(33)  Is-sanzjonijiet ipprovduti rigward ksur ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, mingħajr tnaqqis fis-sikurezza.

(34)  Fejn rilevanti, l-akkwist ta' servizzi ta' appoġġ għandu jitwettaq, kif applikabbli, skont i d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi(14) u d-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u servizzi postali(15). Għandu jittieħed kont ukoll tal-linji gwida stipulati mill-komunikazzjoni ta' interpretazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-liġi Komunitarja applikabbli għal għoti ta' kuntratti li m'humiex jew m'humiex soġġetti b'mod sħiħ għad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku(16), kif xieraq. [Em. 21]

(35)  Id-Dikjarazzjoni Ministerjali dwar l-Ajruport ta' Ġibiltà, miftiehma f'Kordoba fit-18 ta' Settembru 2006 (“id-Dikjarazzjoni Ministerjali), matul l-ewwel laqgħa Ministerjali tal-Forum ta' Djalogu dwar Ġibiltà, ser tissostitwixxi d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Ajruport ta' Ġibiltà magħmula f'Londra fit-2 ta' Diċembru 1987, u l-konformità sħiħa ma’ dik id-Dikjarazzjoni se titqies li tikkostitwixxi konformità mad-Dikjarazzjoni tal-1987.Arranġamenti għal koperazzjoni iktar mill-qrib dwar l-użu ta' l-ajruport ta' Ġibiltà kienu ġew miftiehma f'Londra fit-2 ta' Diċembru 1987 mir-Renju ta' Spanja u r-Renju Unit f'dikjarazzjoni konġunta li saret mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin ta' dawn iż-żewġ pajjiżi. L-arranġamenti għadhom ma ġewx applikati. [Em. 22]

(36)  Dan ir-Regolament japplika bis-sħiħ għall-Ajruport ta’ Ġibiltà fil-kuntest u permezz tad-Dikjarazzjoni Ministerjali. Mingħajr ħsara għad Dikjarazzjoni Ministerjali, l-applikazzjoni għall-Ajruport ta’ Ġibilità u l-miżuri relatati mal-implimentazzjoni tagħha għandhom jikkonformaw bis-sħiħ ma’ dik id-Dikjarazzjoni u l-arranġamenti kollha li hemm ġewwa fiha. [Em. 23]

(37)  Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-  implimentazzjoni  ta' Ajru Uniku Ewropew, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba l-iskala trasnazzjonali tal-azzjoni, u għalhekk jista' jinkiseb aħjar fuq livell  tal-Unjoni  ,  l-Unjoni  tista' taddotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjareta kif miġjub fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif miġjub f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lilhinn milli hu meħtieġ biex jinkiseb dan il-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

 Suġġett  u ambitu

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal-holqien u l-funzjonament xieraq tal -Ajru Uniku Ewropew sabiex jiġu żgurati l-istandards attwali tat-traffiku tal-ajru, biex jkkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli tas-sistema tat-trasport bl-ajru, bħat-tnaqqis fl-impatt fuq l-ambjent u biex itejjeb il-prestazzjoni ġenerali tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u s-sistema ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru (ANS) għat-traffiku tal-ajru ġenerali fl-Ewropa, bil-ħsieb li jinqdew il-ħtiġijiet ta’ dawk kollha li jużaw l-ispazju tal-ajru. L-Ajru Uniku Ewropew se jkun jikkonsisti minn netwerk pan-Ewropew u, soġġett għal arranġamenti speċifiċi mal-pajjiżi tal-viċinat, tal-pajjiżi terzi koerenti ta' rotot,  spazju tal-ajru operazzjonali integrat,  ġestjoni tan-netwerk u sistemi tal-ġestjoni ġestjoni tat-traffiku tal-ajru bbażati bbażata biss fuq is-sikurezza, l-effiċjenza u l-  interoperabilità  , għall-benefiċċju tal-utenti kollha tal-ispazju tal-ajru. [Em. 24]

2.  L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu bla ħsara għas-sovranità tal-Istati Membri fuq l-ispazju tal-ajru tagħhom u għar-rekwiżiti tal-Istati Membri marbuta mal-ordni pubbliku, mas-sigurtà pubblika u ma’ kwistjonijiet ta’ difiża, kif stabbilit fl-Artikolu 35 .. Dan ir-Regolament ma  jkoprix  operazzjojijiet u taħriġ militari.

3.  L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr ħsara għad-drittijiet u d-doveri tal-Istati Membri taħt il-Konvenzjoni ta’ Chicago tal-1944 dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“il-Konvenzjoni ta’ Chicago”). F’dan il-kuntest, ir-Regolament  ifittex li jgħin,  fl-oqsma li jkopri, lill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago, billi jipprovdi bażi għall-interpretazzjoni komuni u l-implimentazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tiegħu, filwaqt li jkun żgurat li dawn id-dispożizzjonijiet jitqiesu kif jixraq f’dan ir-Regolament u fir-regoli mfassla għall-implimentazzjoni tiegħu.

4.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ispazju tal-ajru fir-reġjuni tal-  ICAO  EUR u AFI  u NAT  fejn l-Istati Membri huma responsabbli għall-  forniment  ta' servizzi ta' traffiku tal-ajru skont  dan  ir-Regolament . Stati Membri jistgħu wkoll japplikaw dan ir-Regolament għal spazju tal-ajru taħt ir-responsabbilta tagħhom f'reġjuni oħra tal-OIAĊ, bil-kondizzjoni li jinformaw b'dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. [Em. 25]

5.  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ajruport ta' Ġibiltà hi mifhuma li hi mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit tal-Gran Brittannja u tal-Irlanda ta' Fuq għar-rigward il-kwistjoni il-kontroversja dwar is-sovranità fuq it-territorju ta' fejn jinstab l-ajruport. [Em. 26]

5a.  L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ajruport ta’ Ġibiltà għandha tiġi sospiża sakemm l-arranġamenti stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Konġunta magħmula mill-Ministri Barranin tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit fit-2 ta’ Diċembru 1987 jibdew joperaw. Il-Gvernijiet ta’ Spanja u tar-Renju Unit għandhom jinformaw f’dan is-sens lill-Kunsill dwar din id-data. [Em. 27]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

1.  “servizz ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru (ATC)” tfisser servizz ipprovdut għall-għan:

(a)  li jimpedixxi kolliżjonijiet:

–  bejn ajruplani, u

–  fiż-żona ta' mmanuvrar bejn ajruplani u ingombri; u wkoll

(b)  li jħaffef u jżomm fluss bl-ordni ta' traffiku ta' l-ajru;

2.  “servizz ta' kontroll fl-ajrudrom” tfisser servizz ta' ATC għal traffiku fl-ajrudrom;

3.  “servizz ta' informazzjoni aeronawtika” tfisser servizz stabbilit ġewwa ż-żona ddefinita ta' kopertura responsabbli għall-forniment ta' informazzjoni aeronawtika u data meħtieġa għas-sikurezza, regolarita, u effiċjenza tan-navigazzjoni tal-ajru;

4.  “servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru” tfisser servizzi ta' traffiku tal-ajru; servizzi ta' komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza; servizzi meteoroloġiċi għal navigazzjoni tal-ajru; servizzi meteoroloġiċi għal navigazzjoni tal-ajru;

5.  “fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru” tfisser kull entità pubblika jew privata li tipprovdi servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru għal traffiku tal-ajru ġenerali;

6.  “blokk ta' spazju tal-ajru” tfisser spazju tal-ajru ta' dimensjonijiet iddefiniti, fi spazju u żmien (ħin), li fihom servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru jkunu ipprovduti;

7.  “amministrazzjoni ta' spazju tal-ajru” tfisser  servizz  ta' ppjanar bl-għan primarju li jisfrutta bl-aħjar mod possibbli l-utilizzazzjoni ta' spazju tal-ajru disponibbli permezz ta' parteċipazzjoni dinamika fil-ħin u, xi minn daqqiet, is-segregazzjoni ta' spazju tal-ajru fost il-kategoriji varji ta' utenti ta' spazju tal-ajru fuq il-bażi ta'  rekwiżiti  ta' terminu qasir u funzjoni strateġika assoċjata ma’ tfassil tal-ispazju tal-ajru; [Em. 28]

8.  “utenti tal-ispazju tal-ajru” tfisser l-inġenji tal-ajru kollha operati bħala traffiku tal-ajru ġenerali;

9.  “amministrazzjoni tal-fluss ta' traffiku tal-ajru” tfisser  servizz  stabbilit bil-għan li jikkontribwixxi fluss  sikur  , bl-ordni u prontezza ta' traffiku tal-ajru billi jiżgura li l-kapaċità tal-  ATC  tkun utilizzata bl-aħjar mod possibbli, u li l-volum tat-traffiku jkun kompatibbli mal-kapaċitajiet iddikjarati mill-fornituri tas-servizz proprju tat-traffiku tal-ajru;

10.  “ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM)” tfisser l-aggregazzjoni tas-servizzi fl-ajru u dawk ibbażati fl-art (servizzi ta’ traffiku tal-ajru, ġestjoni tal-ispazju tal-ajru u ġestjoni tal-fluss ta’ traffiku tal-ajru) rekwiżita biex ikun żgurat il-moviment sikur u effiċjenti tal-inġenju tal-ajru matul il-fażijiet kollha tal-operazzjonijiet;

11.  “servizzi ta' traffiku tal-ajru” tfisser is-servizzi varji ta' informazzjoni ta' titjir, servizzi ta' allarm, servizzi ta' avviżi għal traffiku tal-ajru u servizzi ta' ATC (servizzi taż-żona, avviċinament u kontroll ajrudrom);

12.  “servizz ta' kontroll taż-żona” tfisser servizz ta' ATC għal titjiriet ikkontrollati fi blokk ta' spazju tal-ajru f’żoni ta’ kontroll; [Em. 29]

13.  “servizz ta' kontroll tal-avviċinament” tfisser servizz ta' ATC għall-titjiriet ikkontrollati li ser jaslu jew jitilqu;

14.  “Pjan Komprensiv tal-ATM” tfisser il-pjan approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/320/KE(17), skont l- Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(18);

15.  ‘kriżi tal-avjazzjoni’ tfisser ċirkostanzi li fihom il-kapaċità tal-ispazju tal-ajru tkun imnaqqsa b'mod anormali bħala riżultat ta' maltemp kbir jew in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' partijiet kbar tal-ispazju tal-ajru minħabba raġunijiet naturali, mediċi, ta’ sikurezza, militari jew politiċi; [Em. 30]

16.  “ġabra ta' servizzi” tfisser żewġ servizzi jew aktar ta' navigazzjoni tal-ajru ipprovduti mill-istess entità; [Em. 31]

17.  “ċertifikat” tfisser dokument maħruġ mill-Aġenzija Ewropea tal-Avjazzjoni (EAA) jew minn awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza tal-avjazzjoni f’kull għamla li jikkonforma mal-liġi nazzjonali rilevanti, li jikkonferma li l-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru jissodisfa r-rekwiżiti biex jipprovdi servizz speċifiku twettaq attività speċifika; [Em. 32]

18.  “servizzi ta' komunikazzjoni” tfisser servizzi aeronawtiċi fissi jew mobbli li jagħmlu possibbli l-komunikazzjonijiet mill-art għall-art, mill-ajru għall-art u mill-ajru għall-ajru għall-finijiet tal-ATC;

18a.  “Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru” (EATMN) tfisser netwerk pan-Ewropew ta’ sistemi u kostitwenti, kif ukoll il-pjanijiet direzzjonali għat-tibdil operattiv u teknoloġiku essenzjali deskritt fil-Pjan Komprensiv tal-ATM, li jagħmilha possibbli li jiġu pprovduti servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru interoperabbli bis-sħiħ fl-Unjoni, inklużi l-interfaċċji fil-konfini mal-pajjiżi terzi, bil-għan li jintlaħqu l-objettivi ta’ prestazzjoni stabbiliti minn dan ir-Regolament; [Em. 33]

19.  “kostitwenti” tfisser oġġetti tanġibbli bħal hardware u oġġetti intanġibbli bħal software li fuqhom tiddependi l-interoperabilita tax-XEATA tal-EATMN; [Em. 34]

19a.  “Maniġer tal-Applikazzjoni” tfisser grupp ta’ partijiet interessati operazzjonali magħżula mill-Kummissjoni permezz ta’ sejħa għal proposti responsabbli għal-livell ta’ ġestjoni tal-governanza tal-applikazzjoni tal-Pjan Komprensiv tal-ATM. [Em. 35]

20.  "dikjarazzjoni" tfisser, għall-għanijiet ta' ATM/ANS, kull dikjarazzjoni bil-miktub:

—  dwar il-konformità jew l-idoneità għall-użu f'sistemi u kostitwenti maħruġa minn organiżazzjoni involuta fid-disinn, il-manifattura jew il-manutenzjoni ta' sistemi u kostitwenti....

—  dwar il-konformità ma' rekwiżiti applikabbli ta' servizz jew sistema li se jiġu operati, maħruġa minn fornitur ta' servizz";

—  dwar il-kapaċità u l-mezzi għall-eżekuzzjoni tar-responsabbiltajiet assoċjati ma' ċerti servizzi ta' informazzjoni dwar it-titjriet.

21.  “użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru” tfisser kunċett ta’ ġestjoni tal-ispazju tal-ajru applikat fiż-żona tal-Konferenza Ewropea dwar Avjazzjoni Ċivili, fuq il-bażi tal  ‘Airspace management handbook for the application of the concept of the flexible use of airspace’ maħruġ mill-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru  (Eurocontrol)(19);

22.  “servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjira” tfisser servizz provdut sabiex jingħataw pariri u informazzjoni utli għat-tmexxija sikura u effiċjenti tat-titjiriet;

23.  “servizz ta’ twissija ta’ allarm” tfisser servizz provdut biex javża lill-organizzazzjonijiet xierqa dwar ajruplani fi bżonn ta’ għajnuna ta’ tiftix u salvataġġ, u biex jgħin tali organizzazzjonijiet skont il-ħtieġa;

24.  “blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru” tfisser blokk tal-ajru bbażat fuq ir-rekwiżiti operattivi u stabbiliti irrispettivament mill-fruntieri tal-Istat, fejn il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjon tal-ajru u l-funzjonijiet relatati huma misjuqa mill-prestazzjoni u msaħħa bil-ħsieb li tidħol, f’kull blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru, il-kooperazzjoni permezz ta’ kooperazzjoni mtejba fost il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jew, fejn jixraq, fornitur integrat; [Em. 36]

25.  “traffiku tal-ajru ġenerali” tfisser il-movimenti kollha ta' ajruplani ċivili, kif ukoll il-movimenti kollha ta' ajruplani  tal-Istat  (inklużi ajruplani militari, doganali u tal-pulizija) meta dawn il-movimenti jitwettqu b'konformità mal-proċeduri  tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO), kif stabbilita mill-Konvenzjoni ta' Chicago tal-1944 dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

25a.  “fattur uman” tfisser il-kundizzjonijiet soċjali, kulturali u tal-persunal fis-settur tal-ATM; [Em. 37]

26.  “interoperabilità” tfisser sett ta' proprjetajiet funzjonali, tekniċi u operazzjonali rekwiżiti mis-sistemi u kostitwenti - tal-EATMN u tal-proċeduri għall-operat tiegħu, biex jintgħamel possibbli l-operat sikur, bla intoppi u effiċjenti tiegħu. Interoperabilità tinkiseb billi s-sistemi u kostitwenti jintgħamlu konformi mar-rekwiżiti essenzjali;

27.  “servizzi meteoroloġiċi” tfisser dawk il-faċilitajiet u servizzi li jipprovdu lill-ajruplani bi tbassir meteoroloġiku, istruzzjonijiet u osservazzjonijiet kif ukoll kull informazzjoni u data meteoroloġika oħra pprovduta minn Stati għal użu aeronawtiku;

28.  “servizzi ta' navigazzjoni” tfisser dawk il-faċilitajiet u servizzi li jipprovdu lill-ajruplani b'informazzjoni dwar pożizzjoni u  timing;

29.  dejta operazzjonali” tfisser informazzjoni dwar il-fażijiet kollha ta' titjir li huma rekwiżiti biex jittieħdu deċiżjonijiet operazzjonali minn fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru, utenti ta' spazju tal -ajru, operaturi ta' ajruporti u atturi oħra involuti;

30.  “tqegħid fis-servizz” tfisser l-ewwel użu operazzjonali wara l-istallazzjoni inizjali jew titjib fil-kwalità ta' sistema;

31.  “ netwerk” tfisser xibka  (netwerk)  ta' rotot speċifiċi biex ikun iggwidat il-fluss tat-traffiku tal-ajru ġenerali kif ikun meħtieġ għall-forniment ta' tal-iktar servizzi effiċjenti ta' ATC; [Em. 38]

32.  servizzi ta' sorveljanza” tfisser dawk il-faċilitajiet u servizzi użati biex jiddeterminaw il-posizzjonijiet rispettivi ta' ajruplani biex jippermettu separazzjoni sikura;

33.  “sistema” tfisser l-aggregazzjoni ta' kostitwenti fl-ajru u/jew dawk ibbażati fl-art, kif ukoll u/jew tagħmir ibbażat fl-ispazju, li tipprovdi appoġġ għal servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru għal fażijiet kollha ta' titjir; [Em. 39]

34.  “titjib fil-kwalità” tfisser kull modifikazzjoni li tbiddel il-karatteristiċi operazzjonali ta' sistema;

35.  “servizzi transkonfinali” tfisser kull sitwazzjoni fejn is-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru jingħataw fi Stat Membru minn fornitur tas-servizzi li jkun iċċertifikat fi Stat Membru ieħor. ;

36.  'awtorità nazzjonali ta' sorveljanza' tal-avjazzjoni” tfisser il-korp jew il-korpi korp nazzjonali inkarigati inkarigat minn Stat Membru u akkreditat mill-EAA bil-kompiti tas-sorveljanza skont pprovduti f’dan ir-Regolament u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti inkarigati bil-kompiti pprovduti fl-Artikolu 8b tar-Regolament r-Regolament (KE) Nru 216/2008; [Em. 40]

37.  “servizzi ta' appoġġ”" tfisser servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għajr servizzi tat-traffiku tal-ajru CNS (komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza), MET (meteoroloġiċi) u AIS (informazzjoni ajrunawtika) kif ukoll servizzi u attivitajiet oħra, li huma marbuta mal-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru, u li jappoġġawhom; [Em. 41]

38.  “miri lokali tal-prestazzjoni” tfisser miri tal-prestazzjoni stabbiliti fuq livell lokali, partikolarment livell ta' blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru, nazzjonali, taż-żona tat-talba għall-ħlas jew tal-ajruport.

38a.  “sħubija industrijali” tfisser arranġamenti kooperattivi taħt kuntratt stabbilit għall-fini li tittejjeb il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru bejn fornituri varji tas-servizz tan-navigazzjoni tal-ajru, inkluż il-Maniġer tan-Netwerk, l-utenti tal-ispazju tal-ajru, l-ajruporti jew atturi ekonomiċi komparabbli oħra; [Em. 42]

38b.  “spazju tal-ajru operattiv integrat” tfisser l-ispazju tal-ajru kkontrollat b’dimensjonijiet iddefiniti li jinkludi l-ispazju tal-ajru Ewropew u, soġġett għal arranġamenti xierqa, tal-pajjiżi terzi tal-viċinat fejn jintużaw struttura ta’ allokazzjoni dinamika u parteċipazzjoni fil-ħin, riżorsi tal-kontrolluri bi prestazzjoni mtejba, servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru interoperabbli bis-sħiħ u soluzzjonijiet ikkombinati sabiex jiġi indirizzat l-użu ottimu, prevedibbli u sikur tal-ispazju tal-ajru għat-twettiq tal-Ajru Uniku Ewropew; [Em. 43]

38c.  “pjanijiet lokali ta’ prestazzjoni” tfisser pjanijiet stabbiliti minn awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni waħda jew aktar fil-livell lokali, prinċipalment fil-blokk tal-ispazju tal-ajru funzjonali, jew fil-livell reġjonali jew nazzjonali; [Em. 44]

38d.  “entità kkwalifikata” tfisser korp li jista’ jiġi assenjat kompiti ta’ ċertifikazzjoni jew sorveljanza speċifiċi mill-Aġenzija jew minn awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni, u taħt il-kontroll u r-responsabbiltà tagħhom. [Em. 45]

KAPITOLU II

 Awtoritajiet nazzjonali

Artikolu 3

Awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-avjazzjoni [Em. 46]

1.  L-Istati Membri, b’mod konġunt jew b’mod individwali, għandhom jew jaħtru jew jistabbilixxu korp jew korpi bħala awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza tal-avjazzjoni biex tidħol għax-xogħlijiet assenjat lil din l-awtorità skont dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 216/2008. [Em. 47]

2.  L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tal-avjazzjoni għandhom ikunu  legalment distiniti u  indipendenti  partikolarment   f'termini organizzattivi, ġerarkiċi u ta' teħid ta' deċiżjonijiet, inkluż l-allokazzjoni separata tal-baġit annwali, minn kull fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jew kull kumpanija, organizzazzjoni, entità pubblika jew privata jew pubblika li għandha persunal li jaqgħu fl-ambitu tal-attività tal-awtorità kif previst f'dan ir-Regolament u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew li għandhom interess fl-attivitajiet ta' dawn il-fornituri l-entitajiet. [Em. 48]

3.  Bla preġudizzju għall-paragrafu 2, l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza tal-avjazzjoni jistgħu jingħaqdu f'termini organizzattivi ma' korpi regolatorji u/jew awtoritajiet tas-sikurezza oħrajn. [Em. 49]

4.  L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza li mhumiex legalment distinti minn kwalunkwe fornitur ta' servizz tan-navigazzjoni bl-ajru jew entità privata jew pubblika li għandha interess fl-attivitajiet ta' dawn il-fornituri, kif ipprovdut fil-paragrafu 2, fid-tal-avjazzjoni għandhom jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 2017. [Em. 50]

5.  L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tal-avjazzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod imparzjali, indipendenti u trasparenti.  B'mod partikolari, għandhom ikollhom organizzazzjoni, persunal, ġestjoni u finanzjament tali li jippermettilhom jeżerċitaw setgħathom b'dak il-mod. [Em. 51]

6.  Il-persunal tal-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza tal-avjazzjoni għandu: [Em. 52]

(a)  jiġi rreklutat skont regoli u kriterji ċari u trasparenti li jiggarantixxu l-indipendenza tagħhom u fir-rigwars tal-persuni inkarigati minn deċiżjonijiet strateġiċi, jinħatar mill-kabinett nazzjonali jew mill-kunsill tal-ministri jew awtorità pubblika oħra li ma tikkontrollax direttament lill-fornituri tas-servizzi tal-ajru jew tibbenefika minnhom; [Em. 53]

(b)  jingħażel bi proċedura trasparenti abbażi tal-kwalifiki speċifiċi tiegħu, fotshom kompetenza fosthom kompetenzi xierqa u esperjenza rilevanti, fost l-oħrajn fil-qasam tal-awditjar u s-servizzi u s-sistemi tan-navigazzjoni bl-ajru; [Em. 54]

(ba)  m’għandux jiġi ssekondat mil-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru (ANSPs) jew kumpaniji taħt il-kontroll tal-ANSPs; [Em. 55]

(c)  jaġixxi indipendentament, partikolarment minn kull interess marbut mal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u m'għandux ifittex jew jieħu struzzjonijiet minn ebda gvern jew entità pubblika jew privata waqt it-twettiq tal-funzjonijiet tal-awtorità superviżorja nazzjonali tal-avjazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-kooperazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra; [Em. 56]

(d)  fir-rigward ta' persuni inkarigati minn deċiżjonijiet strateġiċi, jagħmlu dikjarazzjoni annwali ta' impenn u dikjarazzjoni tal-interessi li jindikaw jindikaw kull interess dirett jew indirett li jista’ jiġi kkunsidrat ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom u li jista' jinfluwenzahom fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom. u

(e)  ir-rigward ta persuni li jkun ilhom inkarigati minn deċiżjonijiet strateġiċi, awditi u funzjonijiet oħra marbuta direttament mas-sorveljanza jew mal-miri tal-prestazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għal iżjed minn sitt xhur, ma jkollhomx jkollhom pożizzjoni jew responsabbiltà professjonali ma' ebda mill-fornituri tas-servizi tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru wara t-terminu tagħhom fl-awtorità nazzjonali ta' sorveljenza tal-avjazzjoni, għal perjodu ta' mill-inqas sena. [Em. 57]

(i)  mill-inqas 12-il xahar għall-persunal f’pożizzjonijiet maniġerjali; [Em. 58]

(ii)  mill-inqas 6 xhur għall-persunal f’pożizzjonijiet mhux maniġerjali. [Em. 59]

(ea)  il-maniġment superjuri tal-awtorità se jinħatar għal terminu fiss ta’ tlieta sa seba’ snin, li jiġġedded darba, u jista’ jitneħħa mill-inkarigu matul it-terminu tiegħu biss jekk ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu jew ikun ħati ta’ kondotta ħażina skont il-liġi nazzjonali. [Em. 60]

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tal-avjazzjoni ikollhom ir-riżorsi u l-kapaċitajiet meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet l-kompiti li jingħatawlhom bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament b’mod effiċjenti u fil-ħin. L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza tal-avjazzjoni għandhom ikollhom awtorità sħiħa fuq ir-reklutaġġ u l-ġestjoni tal-persunal tagħhom ibbażata fuq l-approprjazzjonijiet tagħhom stess li jirriżultaw inter alia minn imposti tar-rotta li għandhom jiġu stabbiliti bi proporzjon mal-kompiti li għandhom jitwettqu mill-awtorità skond l-Artikolu 4. [Em. 61]

8.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tal-avjazzjoni, kif ukoll bil-bidliet li jsirulhom, u bil-miżuri meħuda biex tkun żgurata l-konformità  ma' dan l-Artikolu. [Em. 62]

9.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli dettaljati li jistipulaw il-modlaitajiet tal-proċeduri tar-reklutaġġ u l-għażla għall-applikazzjoni tal-paragrafi 6(a) u (b). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3), u għandhom jispeċifikaw: [Em. 63]

(a)  il-livell ta’ separazzjoni meħtieġ mill-awtorità tal-ħatra minn kwalunkwe kumpanija, organizzazzjoni, entità pubblika jew privata jew persunal li jaqgħu fl-ambitu tal-attività tal-awtorità kif previst fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew li jkollhom interess fl-attivitajiet ta’ dawn l-entitajiet, bil-għan li jinżamm bilanċ bejn l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess u l-effiċjenza amministrattiva; [Em. 64]

(b)  kwalifiki tekniċi rilevanti meħtieġa tal-persunal involut fl-awditi. [Em. 65]

Artikolu 4

Kompiti għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tal-avjazzjoni [Em. 66]

1.  L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza imsemmija fl-Artikolu 3 tal-avjazzjoni għandhom  ikunu inkarigati partikolarment bil-kompiti li ġejjin: [Em. 67]

(a)  jiżguraw is-sorveljanza tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 216/2008, b’mod partikulari rigward l-operat sikur u effiċjenti tal-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni bl-ajru li jipprovdu servizzi konnessi mal-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li ħatru jew stabbilew l-awtorità relevanti; [Em. 68]

(b)  l-għoti ta' ċertifikati lill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru skont l-Artikolu 8b it-twettiq jew id-delega, bis-sħiħ jew parzjalment, tal-kompiti elenkati fl-Artikoli 8b, 8c u 10 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, u t-twettiq tal-kompitu li tiġi żgurata s-sorveljanza tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħta jkunu ngħataw ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-operat sikur u effiċjenti tal-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru relatati mal-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri; [Em. 69]

(c)  il-ħruġ ta' liċenzji, klassifikazzjonijiet, approvazzjonijiet u ċertifikati lill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont l-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u s-sorveljanza tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħtha jkunu ngħataw; [Em. 70]

(d)  it-tfassil ta' pjanijiet tal-prestazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom skont l–Artikolu 11;

(e)  il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-iskema tal-ħlasijiet f’konformità mal-Artikoli 12 u 13, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar sussidjar reċiproku msemmija fl-Artikolu 13(7); [Em. 71]

(f)  l-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-aċċess għad-dejta operazzjonali skont l-Artikolu 22; u wkoll

(g)  is-superviżjoni tad-dikjarazzjonijiet u t-tqegħid fis-servizz tas-sistemi.

(ga)  ir-rappurtar kull sena lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, lill-EAA u lill-Kummissjoni dwar l-attività tagħhom u l-qadi ta’ dmirijiethom. Dawn ir-rapporti għandhom ikopru l-passi li ttieħdu u r-riżultati li nkisbu fir-rigward ta’ kull wieħed mill-kompiti elenkati f’dan l-Artikolu. [Em. 72]

2.  Kull awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza tal-avjazzjoni għandha torganizza spezzjonijiet u stħarriġ xierqa biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Il-fornitur ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru konċernat għandu jiffaċilita tali xogħol u l-Istat Membru rilevanti għandu joffri l-assistenza kollha meħtieġa biex tiġi żgurata l-effettività tal-monitoraġġ tal-konformità. [Em. 73]

Artikolu 5

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza tal-avjazzjoni [Em. 74]

1.  L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza tal-avjazzjoni għandhom ipartu t-tagħrif dwar ħidmiethom u dwar il-prinċipji, prattiki u proċeduri tagħhom għat-teħid tad-deċiżjonijiet, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Għandhom jikkooperaw għall-għan tal-koordinazzjoni tat-teħid tagħhom tad-deċiżjonijiet mal-Unjoni kollha. L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza tal-avjazzjoni għandhom jipparteċipaw u jaħdmu flimkien f'netwerk li jiltaqa' regolarment. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Avjazzjoni (minn hawn 'il quddiem "EAA") għandhom ikunu membri, jikkoordinaw u japoġġaw ix-xogħol tan-netwerk u jagħmlu rakkomandazzjonijiet lin-netwerk, kif xieraq u tal-inqas darba fis-sena. Il-Kummissjoni u l-EEA għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni attiva tal-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza tal-avjazzjoni u l-iskambji u l-użu tal-persunal bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza bbażati fuq grupp ta' esperti li għandu jitwaqqaf mill-EAA skont l-Artikolu 17(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-avjazzjoni.

Dak in-netwerk jista', inter alia:

(a)  jipproduċi u jxerred metodoloġiji u linji gwida ssimplifikati għall-implimentazzjoni tal-kompiti tal-awtorità elenkati fl-Artikolu 4;

(b)  jipprovdi assistenza lil awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni individwali dwar kwistjonijiet regolatorji;

(c)  jipprovdi opinjonijiet lill-Kummissjoni u lill-EAA dwar it-tfassil ta’ regoli u ċ-ċertifikazzjoni;

(d)  jipprovdi opinjonijiet, linji gwida u rakkomandazzjonijiet maħsuba għall-iffaċilitar ta’ forniment transkonfinali tas-servizz;

(e)  jiżviluppa soluzzjonijiet komuni li għandhom jiġu implimentati f'żewġ Stati jew iktar biex jintlaħqu l-objettivi tal-Pjan Komprensiv tal-ATM jew il-Konvenzjoni ta' Chicago. [Em. 75]

Soġġett għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta pprovduti fl-Artikolu 22 ta' fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 Nru 45/2001, il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-iskambju tipprovdi pjattaforma għall-iskambju tal-informazzjoni msemmi fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu fost bejn il-membri tan-netwerk, possibbilmennt possibbilment permezz ta' għododa għodod elettroniċi, fir-rispett tal-kunfidenzjalità tas-sigrieti tan-negozju tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru tal-kumpaniji, l-organizzazzjonijiet jew l-entitajiet involuti. [Em. 76]

2.  L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza tal-avjazzjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib, inkluż permezz ta' arranġamenti ta' xogħol, għall-iskopijiet ta' assistenza reċiproka fl-inkarigi tagħhom ta' monitoraġġ u t-trattament ta' investigazzjonijiet u stħarriġiet. [Em. 77]

3.  Fir-rigward ta' blokok funzjonali ta' spazju tal-ajru li jestendu min-naħa għall-oħra tal-ispazju tal-ajru li jaqa' taħt ir-responsabbilta ta' aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri konċernati għandhom jikkonkludu ftehim dwar is-sorveljanza li jipprovdi għalih dan l-Artikolu fl-Artikolu 4 rigward il-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru li jipprovdu servizzi konnessi ma' dawk il-blokok. L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza tal-avjazzjoni kkonċernati għandhom jistabbilixxu pjan li jispeċifika l-modalitajiet tal-kooperazzjoni tagħhom bil-għan li jagħti seħħ lil dan il-ftehim. [Em. 78]

4.  L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tal-avjazzjoni għandhom jikkoperaw mill-qrib biex jiżguraw sorveljanza adegwata fuq il-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru li jkollhom ċertifikat validu minn Stat Membru li wkoll jipprovdi servizzi konnessi mal-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ Stat Membru ieħor. Kooperazzjoni tali għandha tinkludi arranġamenti għat-trattament ta’ każijiet li jinvolvu non-konformità  ma' dan ir-Regolament u  mar-rekwiżiti komuni applikabbli  adottati konformi mal-  Artikolu  8b(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. [Em. 79]

5.  Fil-każ tal-provvista ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru  fi spazju tal-ajru li jaqa' taħt ir-responsabbiltà ta' Stat Membru ieħor , l-arranġamenti  msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4  għandhom jinkludu ftehim dwar l-għarfien reċiproku tal-ħidma ta’ sorveljanza stipulat  fl-Artikolu 4(1) u (2)  u tar-riżultati ta’ din il-ħidma. Dan l-għarfien reċiproku japplika wkoll meta l-arranġamenti għall-għarfien bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jitwettqu għall-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-fornituri tas-servizz. [Em. 80]

6.  Meta jkun permess mil-liġi u bil-għan li jkun hemm kooperazzjoni reġjonali, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tal-avjazzjoni jistgħu jikkonkludu wkoll ftehim li dwar il-qsim tar-responsabilitajiet fir-rigward tal-kompiti ta’ sorveljanza. [Em. 81]

Artikolu 6

Entitajiet kwalifikati

1.  L-EAA u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tal-avjazzjoni jistgħu jiddeċiedu li jiddelegaw, b’mod sħiħ jew b’mod parzjali, l-ispezzjonijiet u l-istħarriġ imsemmija fl-Artikolu 4(2), l-istħarriġ u kompiti oħra previsti minn dan ir-Regolament lil entitajiet kwalifikati li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness I. [Em. 82]

2.  Delega tali mogħtija minn awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza għandha tkun valida ġewwa l-Unjoni l-Unjoni għal perjodu ta’ tliet snin li jista’ jiġġedded. L-EAA u l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tal-avjazzjoni jistgħu jagħtu struzzjonijiet lil kull waħda mill-entitajiet kwalifikati li qegħdin fl-Unjoni biex jidħlu għal dawn l-ispezzjonijiet u stħarriġ. [Em. 83]

3.  L-Istati Membri L-EAA u l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, l-EAA u lill-Istati Membri l-oħra bl-entitajjiet l-oħra u, jekk applikabbli, lill-EAA, bl-entitajiet kwalifikati li jkunu ddelegawlhom kompiti skont il-paragrafu 1 filwaqt li jindikaw il-qasam ta' responsabbilita ta' kull entità u n -numru ta' identifikazzjoni tiegħu u kull bidla f'dan ir-rigward . Il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali -tal-Unjoni Ewropea l-lista tal- entitajiet kwalifikati korpi, in-numru ta' identifikazzjoni u l-oqsma ta' responsabbiltà tagħhom, u għandha żżomm il-lista aġġornata. [Em. 84]

4.  L-Istati Membri L-EAA u l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni għandhom jiritiraw  id-delega ta' entità kkwalfikata li m'għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti stipulati  l fl-Anness I. Għandhom mill-ewwel jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni,  l-EAA  u lill-Istati Membri l-oħra. [Em. 85]

5.  Korpi nominati qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament bħal korpi notifikati skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, għandhom jitqiesu li huma entitajiet kwlifikati għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Konsultazzjoni tal-partijiet interessati

1.  L-awtoritajiet nazzjoni ta' sorveljanza tal-avjazzjoni, filwaqt li jaġixxu skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' konsultazzjoni għall-involviment xieraq tal-partijiet interessati, inklużi l-korpi rappreżentattivi tal-istaff professjonali  għall-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom , fl-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew. [Em. 86]

2.  Il-partijiet interessati jistgħu jinkludu:

–  il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru,

–  l-operaturi tal-ajruporti,

–  l-utenti tal-ispazju tal-ajru relevanti jew il-gruppi relevanti li jirrappreżentaw l-utenti tal-ispazju tal-ajru,

–  l-awtoritajiet militari,

–  l-industrija tal-manifattura

–  il-korpi rappreżentattivi tal-istaff professjonali.

KAPITOLU III

FORNIMENT TA' SERVIZZI

Artikolu 8

Ċertifikazzjoni tal-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru

1.  Il-forniment tas-servizzi kollha ta' navigazzjoni tal-ajru fl-Unjoni għandu jkun suġġett għal ċertifikazzjoni  minn, jew dikjarazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza tal-avjazzjoni jew l-EEA skont l-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. [Em. 87]

2.  Il-proċess ta'ċertifikazzjoni għandu wkoll jiżgura li l-applikanti jkunu jistgħu jagħtu prova ta' biżżejjed saħħa finanzjarja u li jkunu kisbu kopertura ta' responsabbiltà u ta' assigurazzjoni, meta din ma tkunx garantita mill-Istat Membru kkonċernat.

3.  Iċ-ċertifikat għandu jipprovdi għall-aċċess non-diskriminatorju ta' servizzi għal utenti tal-ispazju tal-ajru, b'mod partikulari fir-rigward ta' sikurezza. Iċ-ċertifikazzjoni għandha tkun sugġetta għall-kondizzjonijiet miġjuba fl-Anness II.

4.  Il-ħruġ ta' ċertifikati għandu jikkonferixxi fuq il-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru l-possibbiltà li joffru s-servizzi tagħhom lill-fornituri lil kwalunkwe Stat Membru, lil fornituri oħra ta' navigazzjoni tal-ajru, utenti ta' spazju tal-ajru u ajruporti fl-Unjoni . Fir-rigward tas-servizz ta'a poġġ, din il-possibbilità hija soġġetta għall-konformità mal-Artikolu 10(2) ajruporti fl-Unjoni u pajjiżi terzi tal-viċinat, jekk ikun xieraq, fi blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru, soġġetti għal ftehim reċiproku bejn il-partijiet rilevanti. [Em. 88]

Artikolu 9

Nominazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-forniment ta' servizzi ta' traffiku tal-ajru fuq bażi esklusiva ġewwa blokki speċifiċi ta' spazju tal-ajru rigward l-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jinnominaw fornitur ta' servizz tat-traffiku tal-ajru li jkollu ċertifikat jew dikjarazzjoni  validi fl-Unjoni.

2.  Għall-provvista ta’ servizzi transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Artikolu 18 (3) ma tkunx imxekkla mis-sistema legali nazzjonali tagħhom li tkun tirrikjedi li l-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru li jipprovdu s-servizzi fi spazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà ta’ dak l-Istat Membru  jwettqu waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ikunu proprjetà diretta jew permezz ta’ ishma maġġoritarji ta’ dak l-Istat Membru jew taċ-ċittadini tiegħu;

(b)  ikollhom il-post prinċipali tal-operazzjoni jew uffiċju reġistrat fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

(c)  jużaw biss il-faċilitajiet f’dak l-Istat Membru.

3.  L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu d-drittijiet u obbligi li l-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru nominati għandhom jissodisfaw. L-obbligi jistgħu jinkludu kundizzjonijiet għall-provvista f’waqtha ta’ informazzjoni relevanti li tagħmel possibbli li l-movimenti kollha ta’ ajruplani fl-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom ikunu identifikati.

4.  L-Istati Membri għandu jkollhom setgħa diskrezzjonali fil-għażla ta' fornitur ta' servizz tat-traffiku tal-ajru, bil-kundizzjoni li dan ta' l-aħħar j  ikun ċertifikat jew dikjarat skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008.

5.  Rigward il-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 16 li jestendu ruħhom min-naħa għall-oħra tal-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà responsabbiltà ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri kkonċernati għandhom b’mod konġunt jinnominaw, skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fornitur ta’ servizz tal-ispazju tal-ajru jew aktar minn wieħed, talanqas tal-anqas xahar qabel l-implimentazzjoni tal-blokk tal-ispazju tal-ajru. [Em. 89]

6.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra immedjatament bi kwalunkwe deċiżjoni fi ħdan il-qafas ta’ dan l-Artikolu rigward in-nominazzjoni ta’ fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru fi ħdan blokok ta’ spazju tal-ajru fir-rigward tal-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

Artikolu 10

Forniment ta' servizzi ta’ appoġġ

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li, skont dan l-Artikolu, il-fornituri ma jkunx hemm impedimenti statutorji għall-fornituri tas-servizzi ta' appoġġ ikunu jistgħu li jipprevjenu l-abilità tagħhom li jikkompetu fi ħdan l-Unjoni abbażi ta' kundizzjonijiet ekwitabbli, non-diskriminatorji u trasparneti nondiskriminatorji u trasparenti għall-għan tal-forniment ta' dawn is-servizzi.

Ir-rekwiżit stipulat f'dan l-Artikolu għandu jintlaħaq sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li l-forniment ta' servizzi ta' traffiku tal-ajru jkun separat mill-forniment ta' servizzi ta' appoġġ. Din is-separazzjoni għandha tinkludi r-rekwiżit li s-servizzi tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi ta' appoġġ ikunu pprovduti minn impriżi separati. l-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni, meta jfasslu l-pjanijiet tan-negozju tagħhom, isejħu għal offerti minn fornituri differenti ta’ appoġġ għas-servizzi, bl-għan li jagħżlu l-aktar fornitur ta’ benefiċċju mil-lat finanzjarju u kwalitattiv. Il-korp tal-analiżi tal-prestazzjoni previst fl-Artikolu 11(2) għandu, meta jevalwa l-pjanijiet tal-prestazzjoni, jissorvelja l-livell ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

3.  Fl-għażla tal-fornitur tas-servizzi ta' fornitur estern ta' servizzi ta’ appoġġ, għandhom jitqiesu, mill-entità japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE. B'mod partikolari, il-kosteffikaċja u l-effiċjenza tal-enerġija, il-kwalità kumplessiva tas-servizzi, l-interoperabilità u s-sikurezza tas-servizzi, kif ukoll it-trasparenza tal-proċess tal-akkwist għandhom ikunu kriterji vinkolanti ta' għażla għall-entità li tkun qed takkwista dawn is-servizzi, partikolarment il-kosteffikaċija, il-kwalità u s-sikurezza kumplessiva tas-servizzi.

4.  Fornitur ta' servizzi ta' apoġġ jista' jingħażel biss biex jipprovdi servizzi fl-ispazju tal-ajru ta' Stat Membru, meta

(a)  ikun ċertifikat skont skont l-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(b)  il-post prinċipali tan-negozju tiegħu ikun jinsab fit-territorju ta' Stat Membru;

(c)  Stati Membri u/jew ċittadini ta’ Stati Membri ikollhom id-dritt ta' proprjetà fuq aktar minn 50 % tal-impriża u effettivament jikkontrollawha, sew direttament jew indirettament permezz ta’ impriza intermedja waħda jew aktar, ħlief kif previst fi ftehim ma' pajjiż terz li għalih l-Unjoni tkun parti, u

(d)  il-fornitur tas-servizz iwettaq ir-rekwiżiti nazzjonali għas-sigurtà u d-difiża.

5.  Servizzi ta' appoġġ marbuta mal-operazzjonijiet tal-EATMN jistgħu jiġu pprovduti b'mod ċentralizzata mill-Maniġer tan-Netwerk billi jiżdiedu dawn is-servizzi mas-servizzi msemmija fl-Artikolu 17(2), skont l-Artikolu 17(3). Jistgħu wkoll jiġu pprovduti fuq bażi esklussiva minn fornitur ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru jew gruppi ta' dawn il-fornituri, partikolarment dawk relatati mal-forniment ta' infrastrutturi ATM. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-modalitajiet għall-għażla tal-fornituri jew il-gruppi tagħhom, abbażi tal-kapaċità u l-ħila professjonali tagħhom biex jipprovdu servizzi b'mod imparzjali u kosteffikaċi, u tistabbilixxi valutazzjoni kumplessiva tal-kosti u l-benefiċċji stmati għall-forniment tas-servizzi tal-appoġġ b'mod ċentralizzata. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3). Il-Kummissjoni għandha tinnomina fornituri jew gruppi tagħhom skont dawn l-atti ta' implimentazzjoni.

5a.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli ddettaljati li jistabbilixxu l-modalitajiet għall-għażla ta’ servizzi koperti minn dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3).

5b.  Il-Kummissjoni se twettaq studju komprensiv dwar l-impatti operazzjonali, ekonomiċi, ta' sikurezza u soċjali tal-introduzzjoni tal-prinċipji tas-suq fuq il-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta’ Jannar 2016. L-istudju se jqis l-implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv tal-ATM u l-impatt tat-teknoloġiji tal-SESAR fuq is-settur tas-servizzi ta’ appoġġ. [Em. 90]

Artikolu 11

Skema ta’ prestazzjoni

1.  Biex jitjiebu l-prestazzjoni tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru u s-servizzi tan-netwerks fl-Ajru Uniku Ewropew, għandha titwaqqaf skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u  għas-servizzi  tan-netwerk. Din għandha tinkludi:

(a)  miri ta’ prestazzjoni fl-Unjoni u miri ta' prestazzjoni lokali assoċjati dwar l-oqsma ta’ prestazzjoni ewlenin tas-sikurezza, l-ambjent, il-kapaċità u l-effiċjenza tan-nefqa l-kosteffiċjenza f’konformità mal-għanijiet ta’ livell għoli ta’ Pjan Komprensiv tal-ATM fiss għal perjodu ta’ referenza sħiħ; [Em. 91]

(b)  il-pjani nazzjonali jew il-pjani għal blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali tal-prestazzjoni lokali, fosthom il-miri ta’ prestazzjoni, l-iżgurar ta' konformità mal-miri ta’ prestazzjoni fl-Unjoni kollha u lokali assoċjati; u [Em. 92]

(c)  reviżjoni perjodika, monitoraġġ u kejl tal-prestazzjoni tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u tas-servizzi ta' netwerk.

2.  Il-Kummissjoni għandha tinnomina korp indipendenti, imparzjali u kompetenti biex jaġixxi bħala ‘korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni’(PRB). Il-PRB għandu jiġi stabbilit bħala regolatur ekonomiku Ewropew taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni, b'effett mill-1 ta' Lulju 2015. Ir-rwol tal-korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni għandu jkun li jassisti lill-Kummissjoni fkoordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza tal-avjazzjoni, u biex jassisti u jissorvelja lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza, meta jiġi mitlub, fl-implimentazzjoni tal-iskema tal-avjazzjoni fl-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta' prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-PRB għandu jiġi separat funzjonalment u legalment minn kwalunkwe fornitur tas-servizz, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell pan-Ewropew. Assistenza teknika lill-korp tal-analiżi tal-prestazzjoni jista' jiġi pprovdut lill-PRB tista’ tiġi pprovduta mill-EAA, mill-Maniġer tan-Netwerk, l-Eurocontrol jew minn entità kompetenti oħra. [Em. 93]

3.  Il-pjanijiet nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali tal-prestazzjoni lokali msemmija fil-paragrafu 1 fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jitfasslu mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza tal-avjazzjoni u jiġu adottati mill-Istat Membru/mill-Istati Membri. Dawn il-pjani għandhom jinkludu miri lokali vinkolanti u skema ta’ inċentivi xierqa kif adottata mill-Istat Membru/mill-Istati Membri. L-abbozzar tal-pjani għandu jkun suġġett għal konsultazzjoni mal-Kummissjoni, mal-PRB, mal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, mar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u, fejn relevanti, mal-operaturi tal-ajruporti u l-koordinaturi tal-ajruporti. [Em. 94]

4.  Il-konformità tal-miri nazzjonali jew tal-pjani tal-pjanijiet u l-miri lokali tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali tal-prestazzjoni mal-miri ta’ prestazzjoni fl-Unjoni kollha għandha tiġi evalwata evalwata mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-korp tal-analiżi tal-prestazzjoni mal-PRB. [Em. 95]

Fil-każ li l-Kummissjoni tiskopri tiddetermina li l-pjani għall-blokk nazzjonali tal-prestazzjoni lokali jew funzjonali tal-ispazju tal-ajru jew il-miri lokali ma jikkonformawx mal- kriterji għall-Unjoni kollha, tista’ teħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(2). [Em. 96]

5.  Il-perjodu ta' referenza għall-iskema ta’ prestazzjoni  , imsemmi fil-paragrufu 1,  għandu jkopri minimu ta' tliet snin u massimu ta' ħames snin. Tul dan il-perjodu, fil-każ li l-miri  lokali  ma jintlaħqux, l-Istati Membri  kkonċernati  għandhom  jiddefinixxu u  japplikaw miżuri  mfassla biex jirrettifikaw is-sitwazzjoni  . Meta l-Kummissjoni ssib li dawn il-miżuri mhumiex suffiċjenti biex jirrettifikaw is-sitwazzjoni, tista' tiddeċiedi li l-Istati Membri kkonċernati jieħdun l-miżuri korrettivi jew is-sanzjonijiet neċessarji.  Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' konsultazzjoni imsemmija fl-Artikolu 27 (2).

6.  Il-Kummissjoni u l-EAA, flimkien mal-PRB, għandha twettaq valutazzjonijiet regolari fir-rigward tal-kisba tal-miri ta prestazzjoni tal-Unjoni u lokali assoċjati. [Em. 97]

7.  L-iskema ta' prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 1  għandha tkun ibbażata fuq  :

(a)  il-ġbir, il-validazzjoni, l-eżami, l-evalwazzjoni u t-tixrid tad-  dejta  relevanti marbuta mal-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u  mas-servizzi  tan-netwerk mill-partijiet rilevanti kollha, inklużi l-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, l-utenti tal-ispazju tal-ajru, l-operaturi tal-ajruporti, l-EAA, l-awtoritajiet tal-avjazzjoni nazzjonali, l-Istati Membri u l-Eurocontrol;

(b)  l-għażla ta’ oqsma elwenin ta’ prestazzjoni xierqa fuq il-bażi tad-Dokument ICAO Nru 985 ‘Global air traffic management operational concept’, u f’konsistenza mal-Qafas ta’ Rendiment tal-Pjan Komprensiv tal-ATM, inklużi l-oqsma tas-sikurezza, l-ambjent, il-kapaċità, l-effettivita' tal-ispiża u l-fattur uman, u l-effiċjenza fl-ispiża, adattati, fejn xieraq, sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-Ajru Uniku Ewropew u l-objettivi relevanti għal dawn l-oqsma u d-definizzjoni ta’ sett limitat ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni ewlenin għall-kejl tal-prestazzjoni; Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza; [Em. 99]

(c)  l-iffissar u r-reviżjoni ta’ miri ta’ prestazzjoni tal-Unjoni u lokali assoċjati, li japplikaw , li għandhom jiġu definiti filwaqt li jitqiesu l-inputs identifikati fil-livell nazzjonali jew fil-livell ta’ blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali miri ta’ prestazzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti bil-għan li jiżguraw li kull blokka tal-ispazju tal-ajru funzjonali żżomm biżżejjed flessibbiltà biex tikseb l-aħjar riżultati; [Em. 100]

(d)  il-kriterji għall-iffissar, mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-avjazzjoni, ta’ pjani tal-prestazzjoni nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali lokali, li jkun fihom il-miri ta’ prestazzjoni lokali u l-iskema ta’ inċentivi. Il-pjani tal-prestazzjoni għandhom: [Em. 101]

(i)  ikunu bbażati fuq pjani kummerċjali tal-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, li min-naħa tagħhom għandhom jikkunsidraw l-implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv tal-ATM; [Em. 102]

(ii)  jindirizzaw l-elementi kollha tal-ispiża bażi tan-nefqa nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali;

(iii)  jinkludu miri vinkolanti  lokali ta’ prestazzjoni  konformi mal-miri ta’ prestazzjoni li japplikaw għall-Unjoni kollha;

(e)  il-valutazzjoni tal-miri lokali fuq il-bażi tal-pjan nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali tal-prestazzjoni lokali; [Em. 103]

(f)  il-monitoraġġ tal-pjani ta’ prestazzjoni nazzjonali jew tal-blokk tal-ispazju tal-ajru funzjonali lokali, inklużi mekkaniżmi ta’ twissija xierqa. [Em. 104]

(g)  kriterji biex jimponu sanzjonijiet u mekkaniżmi ta' kumpens għan-non-konformità mal-miri ta’ prestazzjoni li japplikaw għall-Unjoni kollha u lokali assoċjati matul il-perjodu ta’ referenza u biex jiġu appoġġjati l-mekkaniżmi ta’ twissija; [Em. 105]

(h)  prinċipji ġenerali għat-twaqqif ta’ skema ta’ inċentivi mill-Istati Membri;

(i)  prinċipji għall-applikazzjoni ta’ mekkaniżmu tranżitorju neċessarju għall-adattazzjoni għat-tħaddim tal-iskema ta’ prestazzjoni ta’ mhux aktar minn 12-il xahar minn wara l-adozzjoni  tal-att ta' delega msemmi f'dan il-paragrafu  ;

(j)  perjodi xierqa  ta’ referenza u intervalli għall-evalwazzjoni tal-kisba tal-miri ta’ prestazzjoni u l-iffissar ta’ miri ġodda;

(k)  l-iskedi  relatati meħtieġa  ;

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ta delega skont l-Artikolu 26 sabiex tadotta l-miri ta’ prestazzjoni li japplikaw għall-Unjoni kollha u tistipula r-regoli dettaljati għall-finanzjament xieraq tal-iskema tal-prestazzjoni skont il-punti elenkati f’dan il-paragrafu. [Em. 106]

8.  L-istabbiliment tal-iskema ta’ prestazzjoni għandu jieħu kont tas-servizzi en route, is-servizzi fit-terminal u  s-servizzi  ta’ netwerks huma differenti u għandhom jiġu ttrattati bħala tali anke, jekk ikun neċessarju, għal skopijiet ta’ kejl tal-prestazzjoni.

8a.  Il-Kummissjoni għandha twettaq studju dwar l-impatt li l-imġiba ta’ atturi mhux ANSP fis-sistema tal-ATM, pereżempju operaturi tal-ajruport, koordinaturi tal-ajruport u operaturi tat-trasport bl-ajru, jista’ jkollha fuq il-funzjonament effiċjenti tan-netwerk Ewropew tal-ATM.

L-ambitu tal-istudju għandu jkopri iżda, ma jkunx limitat fl-ambitu għal:

(a)  l-identifikazzjoni ta’ atturi mhux ANSP fis-sistema tal-ATM, li kapaċi tinfluwenza l-prestazzjoni tan-netwerk;

(b)  l-effett li tali imġiba tal-atturi għandha fuq il-prestazzjoni tal-ANS fir-rigward tal-oqsma elwenin ta’ prestazzjoni (KPAs) dwar is-sikurezza, l-ambjent u l-kapaċità;

(c)  il-fattibbiltà tal-iżvilupp ta’ indikaturi tal-prestazzjoni u indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin għal dawn l-atturi;

(d)  kwalunkwe benefiċċju għan-netwerk Ewropew tal-ATM li jista’ jinkiseb mill-implimentazzjoni ta’ indikaturi tal-prestazzjoni addizzjonali u indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin; u kwalunkwe ostaklu għall-kisba tal-aqwa prestazzjoni.

L-istudju għandu jibda mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għandu jitlesta mhux aktar tard minn 12-il xahar wara; l-output tiegħu għandu mbagħad jitqies mill-Kummissjoni u l-Istati Membri bil-għan li jiġi estiż l-ambitu tal-iskema tal-prestazzjoni biex jinkludi kwalunkwe indikatur tal-prestazzjoni addizzjonali u kwalunkwe indikatur tal-prestazzjoni ewlieni għall-perjodi ta’ referenza futuri, f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu. [Em. 107]

Artikolu 12

 Dispożizzjonijiet  ġenerali  għall-iskema tat-talbiet għall-ħlas

F’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikoli 13 u 14, l-iskema tat-talbiet għall-ħlas għas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru għandha tikkontribwixxi għal aktar trasparenza fid-determinazzjoni, l-impożizzjoni u l-infurzar tal-ħlasijiet lill-utenti tal-ispazju tal-ajru u għandha tikkontribwixxi mal-effiċjenza tan-nefqa għal forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru u għall-effiċjenza tat-titjiriet, filwaqt li jinżamm livell tajjeb ta’ sikurezza.  L  -iskema għandha wkoll tkun konsistenti mal-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago tal-1944 dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u mas-sistema ta’ ħlas tal-Eurcontrol għal ħlasijiet ta’ waqt ir-rotta.

Artikolu 13

Prinċipji  għall-iskema tat-talbiet għall-ħlas

1.  L-iskema ta' tariffi ghandha tkun ibbażata fuq il-kont ta' spejjeż ghas-servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru minfuqa minn fornituri ta' servizz ghall-beneficcju tal-utenti tal-ispazju tal-ajru. L-iskema ghandha talloka dawn l-ispejjeż fost il-kategoriji tal-utenti.

2.  Il-principji stipulati  fil-paragrafi 3 sa 8  ghandhom ikunu applikati meta l-bażi ta’ spejjeż ghall-hlasijiet tkun se tigi stabbilita.

3.  L-ispejjeż li għandhom jitqassmu bejn l-utenti tal-ispazju tal-ajru għandhom ikunu l-ispejjeż determinati tal-forniment tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, inklużi ammonti xierqa għal imgħax fuq kapital investit u deprezzar ta’ assi, kif ukoll l-ispejjeż ta’ manutenzjoni, operazzjoni, ġestjoni u amministrazzjoni, inklużi l-ispejjeż imġarrba mill-EAA għal kompiti rilevanti ta' awtorità. L-ispejjeż iddeterminati għandhom ikunu l-ispejjez iddeterminati mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru fil-bidu tal-perjodu ta' referenza għal kull sena kalendarja tal-perjodu ta' referenza imsemmija fl-Artikolu 11(5), jew matul il-perjodu ta' referenza, wara li jsiru l-aġġustamenti neċessarji billi jiġu applikati l-mekkaniżmi ta' twissija stabbiliti f'Artikolu.

4.  L-ispejjeż li għandom jitqiesu f'dan il-kuntest għandhom ikunu dawk stmati f'konnessjoni mal-faċilitajiet u servizzi provduti għal u implimentati taħt il-Pjan Reġjonali ta' Navigazzjoni tal-Ajru tal-ICAO, Reġjun Ewropew.  Għandhom  ukoll jinkludu spejjeż minfuqa mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza u/jew entitajiet kwalifikati, kif ukoll spejjeż oħra minfuqa mill-Istati Membri u l-fornituri ta' servizz relevanti f'konnessjoni mal-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru; Huma ma għandhomx jinkludu l-ispejjeż tal-  penali  imposti mill-Istati Membri  msemmija fl-  Artikolu 33 u lanqas jew l-ispejjeż ta’ kwalunkwe miżura korrettiva  jew sanzjoni   msemmija fl-Artikolu 11(5). [Em. 108]

5.  Fir-rigward tal-blokok funzjonali tal-Ispazju tal-ajru u bħala parti mill-ftehim qafas rispettivi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jaqblu fuq il-prinċipji komuni għall-politika ta’ ħlasijiet, bil-għan li jintlaħaq ħlas wieħed, skont il-pjanijiet tal-prestazzjoni rispettivi tagħhom. [Em. 109]

6.  L-ispiża ta’ servizzi differenti ta’ navigazzjoni tal-ajru ghandha tkun identifikata b’mod separat, kif jipprovdi l-Artikolu 21(3).

7.  Ma għandux ikun permess sussidju trażversali bejn servizzi ta’ waqt ir-rotta u servizzi fit-terminal. L-ispejjeż li huma relatati kemm mas-servizzi li jingħataw fit-terminals u s-servizzi en-route għandhom jiġu allokati b’mod proporzjonali bejn is-servizzi en-route u s-servizzi fit-terminals fuq il-bażi ta’ metodoloġija trasparenti. Sussidju trasversali għandu jitħalla jsir bejn servizzi ta’  traffiku  tal-ajru fi kwalunkwe waħda miż-żewġ kategoriji biss meta dan ikun iġġustifikat għal raġunijiet oġġettivi, suġġett għal identifikazzjoni ċara; Ma għandux ikun permess sussidju trasversali bejn servizzi tat-traffiku tal-ajru u servizzi ta' appoġġ.

8.  Trasparenza tal-bażi ta’ spiża għal hlasijiet għandha tkun iggarantita. Regoli ta’ implimentazzjoni għall-forniment ta’ informazzjoni minn fornituri ta’ servizz għandhom ikunu addottati biex jippermettu reviżjonijiet tal-previżjonijiet tal-fornitur, spejjeż attwali u dħul (introjtu). Għandu jkun hemm skambju regolari ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza, fornituri ta’ servizz, utenti tal-ispazju tal-ajru, il-Kummissjoni u Eurocontrol.

9.  L-Istati Membri għandhom ikunu konformi mal-prinċipji li ġejjin meta jiġu stabbiliti t-tariffi skont il-paragrafi  3 to 8  :

(a)  it-tariffi għandhom ikunu stabbiliti għas-servizzi disponibbli tan-navigazzjoni tal-ajru taħt kundizzjonijiet non-diskriminatorji Meta jkunu imposti ħlasijiet fuq utenti differenti tal-ispazju tal-ajru għall-użu tal-istess servizzi, ebda distinzjoni m’għandha ssir f’konnessjoni ma’ nazzjonalità jew kategorija tal-utent;

(b)  eżenzjoni ta’ certi utenti, ċspecjalment ta’ operaturi ta’ speċjalment ajruplani ħfief u ajruplani tal-Istat, tista’ tkun permessa, sakemm l-ispiża ta’ tali eżenzjoni ma tintefax fuq utenti ohra;

(c)  it-tariffi għandhom jiġu stabbiliti għal kull sena kalendarja fuq il-bażi ta’ spejjeż iddeterminati

(d)  is-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru għandhom jirrendu dħul suffiċjenti biex jiġġenera akkwist raġonevoli mill-assi biex tkun tista’ ssir kontribuzzjoni għaż-żidiet inkrimentali meħtieġa tal-kapital;

(e)  it-tariffi għandhom jirriflettu l-ispejjeż tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u l-faċilitajiet disponibbli għall-utenti tal-i  ispazju tal-ajru  ,  inklużi spejjeż imġarrba mill-EAA għal kompiti rilevanti ta' awtorità  b’kont meħud tal-kapaċitajiet produttivi tat-tipi differenti ta’  inġenji tal-ajru  konċernati;

(f)   it-tariffi għandhom jinkoraġġixxu l-forniment sikur, effiċjenti u effettiv u sostenibbli ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru bil-ħsieb tal-kisba ta’ livell għoli ta’ sikurezza u ta’ effiċjenza mqabbla mal-ispiża u li jilħqu l-miri ta’ prestazzjoni u huma għandhom jistimulaw il-forniment ta’ servizz integrat filwaqt li jnaqqsu l-impatt ambjentali tal-avjazzjoni. Għall-għanijiet tal-punt (f) ta’ dan il-punt u b’rabta mal-pjani ta’ prestazzjoni jew blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru, l-awtoritajiet lokali, l-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza jistgħu jwaqqfu tal-avjazzjoni tista’ twaqqaf mekkaniżmi, inklużi inċentivi li jikkonsistu f’vantaġġi u żvantaġġi finanzjarji , biex jinkoraġġixxu l-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru u/jew utenti tal-ajru ħalli jsostnu t-titjib fil-forniment tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru bħalma hi l-kapaċità miżjuda, dewmien imnaqqas u żvilupp sostenibbli, filwaqt li jinżamm livell tajjeb ta’ sikurezza. [Em. 110]

10.  Il-Kummissjoni għandha tadotta  miżuri li jistipulaw id-dettalji tal-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 9. Il-Kummissjoni tista’ tipproponi mekkaniżmi finanzjarji biex ittejjeb is-sinkronizzazzjoni ta’ nfiq kapitali bbażat fl-ajru u bbażat fuq l-art marbut mal-applikazzjoni tat-teknoloġiji tal-SESAR. Dawk ta’ implimentazzjoni l-atti għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami  msemmija fl-Artikolu 27(3). [Em. 111]

Artikolu 14

Reviżjoni tal-konformità  mal-Artikoli 12 u 13

1.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għar-reviżjoni dejjem għaddejja ta' konformità mal-prinċipji u regoli li jirreferi għalihom l-Artikli 12 u 13, filwaqt li taġixxi f'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tistabbilixxi l-mekkaniżmi neċessarji biex isir użu mill-esperti tal-Eurocontrol u għandhom jaqsmu r-riżultati tar-reviżjoni mal-Istati Membri, il-Eurocontrol u r-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru.

2.  Fuq talba ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri , jew fuq inizjattiva tagħha proprja, il-Kummissjoni għandha  teżamina miżuri speċifiċi adottati mill-awtoritajiet nazzjonali b'relazzjoni mal-applikazzjoni tal-Artikoli 12 u 13, li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-ispejjeż u t-talbiet għall-ħlas . Mingħajr preġudizzju tal-Artikolu 32(1), il-Kummissjoni għandha taqsam ir-riżultati tal-investigazzjoni mal-Istati Membri, l-Eurocontrol u r-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru. Fi żmien xahrejn minn meta tkun waslet it-talba talba, wara li tkun semgħet lilll-Istat Membru kkonċernat  , il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk kienx hemm konformità mal-Artikoli 12 u 13 u l-miżura tista' għalhekk tkompli tiġi applikata. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati  skond il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(2)

Artikolu 14a

Implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv tal-ATM

L-implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv tal-ATM għandha tiġi kkoordinata mill-Kummissjoni. Il-Maniġer tan-Netwerk, il-PRB u l-Maniġer tal-Applikazzjoni għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv tal-ATM f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. [Em. 112]

Artikolu 14b

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistabbilixxu l-governanza tal-implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv tal-ATM, inklużi d-definizzjoni u l-għażla tal-korp responsabbli mil-livell ta’ ġestjoni (il-Maniġer tal-Applikazzjoni). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3). [Em. 113]

Artikolu 14c

Il-Maniġer tal-Applikazzjoni għandu jirrakkomanda lill-Kummissjoni skadenzi vinkolanti għall-applikazzjoni u l-azzjonijiet korrettivi xierqa li jikkonċernaw id-dewmien ta’ implimentazzjoni. [Em. 114]

Artikolu 15

Proġetti komuni

1.  L-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM tista' tiġi appoġġata minn proġetti komuni. Dawn il- proġetti għandhom jappoġġaw l-objettivi ta' dan ir-Regolament sabiex tiġi mtejba l-prestazzjoni tas-sistema tal-avjazzjoni tal-Ewropa f'oqsma prinċipali bħalma huma l-kapaċità, it-titjiriet u l-effiċjenza f'termini ta' spejjeż kif ukoll is-sostenibbiltà ambjentali, fi ħdan objettivi dominanti ta' sikurezza. Il-proġetti komuni għandu jkollhom l-għan li jwettqu l-funzjonalitajiet tal-ATM b'mod f'waqtu, koordinat u sinkronizzat il-funzjonalitajiet ATM sabiex jiksbu, bil-għan li jitwettqu l-bidliet operattivi essenzjali identifikati fil-Pjan Regolatorju Komprensiv tal-ATM, inkluż l-identifikazzjoni tad-dimensjoni ġeografika, tal-arkitettura ta’ proġetti mmexxija mill-prestazzjoni u tal-approċċ ta’ twettiq ta’ servizzi l-iżjed xierqa li għandhom jiġu applikati mill-Maniġer tal-Applikazzjoni. Fejn applikabbli, it-tfassil u l-eżekuzzjoni ta’ proġetti komuni għandu jkollhom l-għan li jippermettu l-eżistenza ta’ sett ta’ kapaċitajiet interoperabbli bażiċi fl-Istati Membri kollha. [Em. 115]

2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jistabbilixxu l-governanza ta' proġetti komuni u li jidentifikaw l-inċentivi għat-twettiq tagħhom. Il-korp li jirregola l-iskjerament tal-proġetti komuni għandu jkun l-istess korp li jkun inkarigat mill-implimentazzjoni tal-linja bażi tal-Pjan Komprensiv tal-ATM. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3). Dawn il-miżuri għandhom jikkumplimentaw il-mekkaniżmi għall-iskjerament ta’ tali proġetti rigward blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru kif ġie miftiehem mill-partijiet ta’ dawk il-blokok. [Em. 116]

3.  Il-Kummissjoni tista'  tadotta proġetti komuni għal funzjonijiet relatati man-netwerk li huma ta' importanza partikolari għat-titjib tal-prestazzjoni kumplessiva tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fl-Ewropa li jidentifikaw funzjonalitajiet ATM li huma maturi għall-implimentazzjoni, flimkien mal-kalendarju u l-ambitu ġeografiku ta' dik l-implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġi adottati skont il-proċedura  tal-eżami  msemmija fl-Artikolu 27(3)  Il-  proġetti komuni jistgħu jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli għall-finanzjament  tal-Unjoni  fi ħdan il-qafas finanzjarju multiannwali. Għal dan il-għan, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri biex jiddeċiedu fuq l-użu tar-riżorsi finanzjarji tagħhom, il-Kummissjoni għandha tagħmel analiżi indipendenti fuq il-benefiċċji f’temini ta’ nfiq u konsultazzjonijiet kif xieraq mal-Istati Membri u l-partijiet kollha relevanti skont l-Artikolu 28 , filwaqt li jiġu eżaminati bir-reqqa -mezzi xierqa biex jiffinanzjaw l-iskjerament. L-ispejjeż eliġibbli ta’ skjerament ta’ proġetti komuni għandhom jiġu koperti skont il-prinċipji tat-trasparenza u tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni.

3a.  Proġetti konġunti huma l-mezz li bih jiġi implimentat il-proġett SESAR dwar it-titjib operattiv żviluppat kemm b’mod ikkoordinat kif ukoll f’waqtu. B’hekk huma jikkontribwixxu, b’mod deċiżiv, għall-kisba tal-miri fl-Unjoni kollha. [Em. 117]

Artikolu 16

Blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw  l-istabbiliment  u l-implimentazzjoni ta’ blokok funzjonali operattivi tal-ispazju tal-ajru  bbażati fuq il-forniment integrat ta' servizzi tat-traffiku tal-ajru ta' navigazzjoni bl-ajru bil-ħsieb li tiġi akkwistata l-kapaċità u l-effikaċja meħtieġa tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew u li jinżamm livell għoli ta’ effiċjenza u li jingħata kontribut għall-prestazzjoni ġenerali tas-sistema ta’ trasport bl-ajru u impatt ambjentali mnaqqqas. [Em. 118]

2.  Il-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru għandhom, kul fejn ikun possibbli, jiġu ffurmati skont sħubijiet industrijali kooperattivi bejn fornituri ta' servizz tan-navigazzjoni tal-ajru, partikolarment b'rabta mal-forniment ta' servizzi ta' appoġġ skont l-Artikolu 10. Is-sħubijiet industrijali jistgħu jappoġġaw blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru wieħed jew aktar, jew parti minnu biex jimmassimizzaw il-prestazzjoni. [Em. 119]

3.  L-Istati Membri, kif ukoll il-fornituri l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni u l-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jikkooperaw ma’ xulxin sakemm hu possibbli sabiex jiżguraw li jkunu konformi ma’ dan l-Artikolu . Fejn ikun rilevanti, il-kooperazzjoni tista’ tinkludi wkoll fornituri wkoll awtoritajiet nazzjonali ta' servizzi tat-traffiku Sorveljanza u fornituri ta’ servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru minn pajjiżi terzi li jieħdu sehem fil-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru. [Em. 120]

4.  Il-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali għandhom, b’mod partikolari:

(a)  ikunu sostnuti minn spazju ta’ sikurezza;

(b)  ikunu mfassla sabiex ifittxu l-akbar sineġiji mas-sħubijiet industrijali sabiex jilħqu u fejn possibbli jaqbżu l-miri tal-prestazzjoni stipulati skont l-Artikolu 11; [Em. 121]

(c)  jagħmlu possibbli l-aħjar użu, u l-użu flessibbli, tal-ispazju tal-ajru, filwaqt li jieħdu kont tal-flussi tat-traffiku tal-ajru; [Em. 122]

(d)  jiżguraw konsistenza man-netwerk Ewropew tar-rotot stabbilit skont l-Artikolu 17  tar-Regolament ;

(e)  ikunu ġġustifikati mill-valur miżjud ġenerali tagħhom, inkluż l-aħjar użu ta’ riżorsi umani u tekniċi, fuq il-bażi ta’ analiżi tar-relazzjoni bejn in-nefqa u l-benefiċċju;

(f)  fejn applikabbli,  jiżguraw trasferiment bla skossi u flessibbli ta’ responsabbiltajiet għal kontroll ta’ traffiku tal-ajru bejn unitajiet ta’ servizz ta’ traffiku tal-ajru;

(g)  jiżguraw il-kompatibilità bejn il-konfigurazzjoniiet differenti tal-ispazju tal-ajru;

(h)  ikunu konformi ma’ kundizzjonijiet li joħorġu minn ftehimiet reġjonali konklużi ġewwa l-ICAO;

(i)  jirrrispettaw ftehimiet reġjonali eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikulari dawk li jinvolvu pajjiżi terzi Ewropej;

(ia)  jikkonsolidaw l-akkwist ta’ infrastruttura tal-ATM u jkollhom l-għan li jżidu l-interoperabilità ta’ tagħmir eżistenti; [Em. 123]

(ib)  jiffaċilitaw il-konsistenza mal-miri ta’ prestazzjoni madwar l-Unjoni. [Em. 124]

Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 4(c), (d) u (g) għandhom jintlaħqu skont l-ottimizzazzjoni tat-tfassil tal-ispazju tal-ajru mwettaq mill-Maniġer tan-Netwerk kif speċifikat fl-Artikolu 17.

5.  Ir-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu jistgħu jintlaħaqu permezz tal-parteċipazzjoni tal-fornituri ta' servizzi tan-nvigazzjoni tal-ajru fi blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru wieħed jew aktar.

6.  Blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru li jestendi tul l-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà ta' aktar minn Stat Membru operattiv għandu jkun stabbilit b'nomina konġunta bi ftehim reċiproku bejn l-Istati Membri kollha , kif ukoll jekk ikun il-każ, ma’ pajjiżi terzi li jkollhom responsabbiltà għal xi parti mill-ispazju tal-ajru inkluż fil-blokk.

In-nomina konġunta li biha l-blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru huwa stabbilit għandu jkollha d-dispożizzjonijiet meħtieġa li jikkonċernaw il-mod li bih il-blokk jista' jiġi modifikat u l-mod li bih Stat Membru jew, fejn xieraq, pajjiż terz, jista' jirtira mill-blokk, inkluż ftehimiet tranżitorji. [Em. 126]

7.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lil-Kummissjoni bl-istabbiliment ta' blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru Qabel ma jgħarraf/jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-istabbiliment ta’ blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru l-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i) għandu/hom jipprovdi/u lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lill-partijiet interessati l-oħra bl-informazzjoni adegwata u jagħtihom l-opportunità biex jissottomettu l-kummenti tagħhom.

8.  Fejn iqumu diffikulatjiet bejn żewġ Stati Membri jew aktar rigward blokk funzjonali ta' spazju tal-ajru min-naħa għall-oħra tal-konfini li jikkonċerna spazju tal-ajru taħt ir-responsabbilta tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jressqu b'mod konġunt il-materja quddiem il-Kumitat tal-Ajru Uniku għal opinjoni. L-opinjoni għandha tintbagħat lill-Istati Membri kkonċernati. Bla ħsara għall-paragrafu 6l-Istati Membri għandhom jieħdu kont ta’ dik l-opinjoni biex isibu soluzzjoni.

9.  Wara li tkun irċeviet in-notifiki mingħand l-Istati Membri imsemmija fil-paragrafi 6u  7, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk kull blokka funzjonali tal-ispazju tal-ajru tissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 4 u tippreżenta r-riżultati lill-  Istati Membri  sabiex dawn jiġu diskussi. Jekk il-Kummissjoni ssib li waħda jew aktar mill-blokok funzjonali ma jissodisfawx ir-rekwiżiti hija għandha tiddiskuti mal-Istati Membri kkonċernati bil-għan li tilħaq konsensus dwar il-miżuri meħtieġa biex tiġi rranġata s-sitwazzjoni.

10.  Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri dettaljati dwar in-nomina konġunta għall-fornitur(i) tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru msemmija fil-paragrafu 6, billi tispeċifika l-modalitajiet għall-għażla tal-fornitur(i) tas-servizz, il-perjodu tan-nomina, l-arranġamenti ta' sorveljanza, id-disponibbltà tas-servizzi li se jiġu pprovduti u arranġamenti dwar responsabbiltà. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati  skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3).

11.  Il-Kummissjoni  tista' tadotta miżuri rigward l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istat (i) Membru(i) msemmija fil-paragrafu 6. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati  skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(3). .Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe arranġament ta’ FAB li jkun jeżisti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sakemm dawk l-arranġamenti jilħqu u, fejn ikun possibbli, jeċċedu l-miri ta’ prestazzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 11. [Em. 127]

Artikolu 16a

Sħubijiet industrijali

1.  Fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru jistgħu jikkooperaw biex jistabbilixxu sħubijiet industrijali, b’mod partikolari dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ appoġġ skont l-Artikolu 10. Is-sħubijiet industrijali jistgħu jappoġġaw blokkijiet funzjonali tal-ispazju tal-ajru wieħed jew aktar, jew kwalunkwe parti minnu biex jimmassimizzaw il-prestazzjoni.

2.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li kwalunkwe ostaklu għal sħubijiet bejn ANSPs jitneħħa, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari kwistjonijiet dwar responsabbiltà, mudelli ta’ ħlasijiet u ostakli għall-interoperabilità. [Em. 128]

Artikolu 17

Il-ġestjoni u t-tfassil tan-netwerk

1.  Is-servizzi  tan-netwerk ta' ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) għandhom jippermettu l-aqwa użu ottimali u flessibbli tal-ispazju tal-ajru u jiżguraw li l-utenti tal-ispazju tal-ajru jkunu jistgħu joperaw fuq it-trajettorji ppreferuti, filwaqt li jippermettu aċċess massimu għall-ispazju tal-ajru u għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. Dawn is-servizzi tan-netwerk għandhom ikunu mmirati biex jiġu appoġġati l-inizjattivi fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali u għandhom jitwettqu b’mod li jirrispetta s-separazzjoni tal-ħidmiet regolatorji u operattivi. [Em. 129]

2.  Sabiex jintlaħqu l-għanijiet msemmija fil-paragrafu 1, u bla ħsara għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tar-rotot nazzjonali u l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jitwettqu  s-servizzi  li  ġejjin taħt ir-responsabbiltà ta' l-funzjonijiet u s-servizzi li ġejjin ikunu kkoordinati minn Maniġer tan-Netwerk: [Em. 130]

(a)  it-tfassil tan-netwerk Ewropew tar-rotot;

(b)  il-koordinazzjoni tar-riżorsi skarsi, ġewwa l-faxex ta’ frekwenza tal-avjazzjoni użati mit-traffiku tal-ajru, b’mod partikolari il-frekwenzi tar-radju u l-kodiċi tar-radar transponder;

(c)  funzjoni ċentrali għall-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru;

(d)  il-forniment ta' portal ta' informazzjoni aeronawtika skont l-Artikolu 23;

(e)  l-ottimizzazzjoni tat-tfassil tal-ispazju tal-ajru, inklużi s-setturi tal-ispazju tal-ajru u l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru f’żoni en-route u fit-terminal, f’kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni tal-ajru u l-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru msemmija fl-Artikolu 16; [Em. 131]

(f)  funzjoni ċentrali għall-koordinazzjoni tal-kriijiet tal-avjazzjoni.

Il-funzjonijiet u is-servizzi  elenkati f'dan is-subparagrafu m’għandhomx jinvolvu l-adozzjoni ta’ miżuri vinkolanti ta’ ambitu ġenerali jew l-eżerċizzju ta’ diskrezzjoni politika. Huma għandhom iqisu l-proposti stabbiliti fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali. Dawn għandhom jitwettqu f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet militari skont il-proċeduri miftiehma li jikkonċernaw l-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru. [Em. 132]

Il-Kummissjoni tista’, u f’konformità mar-regoli implimentattivi msemmija fil-paragrafu 4, taħtar lill-Eurocontrol jew lil korp ieħor kompetenti u imparzjali biex iwettaq il- kompiti neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-Maniġer tan-Netwerk Dawn il-kompiti għandom jitwettaqu b’mod imparzjali, ekonomikament effettiv; Dawn il-kompiti għandom jitwettqu b’mod imparzjali, ekonomikament effettiv u għandhom jitwettqu f’isem l-Unjoni, l-Istati Membri u l-partijiet interessati. Huma għandhom ikunu soġġetti għal governanza xierqa, li tirrikonoxxi r-responsabilitajiet separati għall-provvediment tas-servizzi u għar-regolamentazzjoni, filwaqt li jiġu kkunsidrati il-ħtiġijiet tan-netwerk sħiħ tal-ATM u bl-involviment sħiħ tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru. Sal-1 ta' Jannar 2020 2016, il-Kummissjoni għandha taħtar Maniġer tan-Netwerk bħala fornitur awtonomu tas-servizzi, fejn possibbli bħal sħubija industrijali. [Em. 133]

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 26 biex  iżżid mal-lista ta’ servizzi stipulati fil-paragrafu 2  sabiex tadattaha għall-progress tekniku u operazzjonali fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' appoġġ b'mod ċentralizzat.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati  dwar  :

(a)  il-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċessi u l-proċeduri biex titjieb l-effiċjenza tal-ġestjoni tal-frekwenza ajrunawtika inkluż l-iżvilupp ta’ prinċipji u kriterji;

(b)  il-funzjoni ċentrali biex jiġu kkoordinati l-identifikazzjoni bikrija u r-riżoluzzjoni tal-ħtiġijiet ta’ frekwenza fil-faxex allokati għat-traffiku tal-ajru ġenerali Ewropew biex jiġu appoġġjati d-disinn u l-operat tan-netwerk Ewropew tal-avjazzjoni;

(c)  is-servizzi  addizzjonali tan-netwerk kif definit fil-Pjan  Komprensiv  tal-ATM;

(d)  l-arranġamenti dettaljati għat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod koperattiv bejn l-Istati Membri, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u l-funzjoni tal-ġestjoni tan-netwerk għall-ħidmiet imsemmija fil-paragrafu 2;

(e)  l-arranġamenti dettaljati għall-governanza tal-Maniġer tan-Netwerk li jinvolvu l-partijiet interessati operattivi kollha kkonċernati;

(f)  l-arranġamenti għall-konsultazzjoni tal-partijiet interessati relevanti fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell Ewropew; u

(g)  fi ħdan l-ispektrum tar-radju allokat għat-traffiku tal-ajru ġenerali mill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni, qsim tal-ħidmiet u r-responsabbilitajiet bejn il-funzjoni tal-ġestjoni tan-netwerk u l-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali, filwaqt li jiġi żgurat li  s-servizzi  tal-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali jkomplu jwettqu dawk il-kompiti ta’ frekwenza li m’għandhom l-ebda impatt fuq in-netwerk. Fir-rigward ta’ dawk il-każijiet li għandhom impatt fuq in-netwerk, il-maniġers tal-frekwenzi nazzjonali għandhom jikkooperaw ma’ dawk responsabbli għall-funzjoni tal-ġestjoni tan-netwerk biex jiġi ottimizzat l-użu tal-frekwenzi.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3).

5.  Aspetti ta’ tfassil tal-ispazju tal-ajru minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi fil-paragrafu 2 u fil-punt (c) tal-paragrafu 4 (c) għandhom jiġu kkunsidrati fuq livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali. Dan il-proċess tat-tfassil għandu jikkunsidra t-talbiet u l-kumplessità tat-traffiku, il-pjani tal-prestazzjoni tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali jew nazzjonali u l-pjani tal-prestazzjoni lokali, u għandu jinkludi konsultazzjoni sħiħa mal-utenti tal-ispazju tal-ajru rilevanti jew mal-gruppi rilevanti li jirrappreżentaw l-utenti tal-ispazju tal-ajru u mal-awtoritajiet militari skont kif ikun xieraq. [Em. 134]

Artikolu 18

Relazzjonijiet bejn fornituri ta' servizzi

1.  Fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru jistgħu japprofittaw ruħhom mis-servizzi ta' fornituri ta' servizz oħra li kienu ċertifikati jew dikjarati fl-Unjoni  .

2.  Fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru għandhom jifformalizzaw ir-relazzjonijiet tax-xogħol tagħhom permezz ta' ftehim bil-miktub jew arranġamenti legali ekwivalenti, li jkun fihom id-doveri u funzjonijiet speċifiċi assunti minn kull fornitur u li jippermettu għall-iskambju ta'  dejta  operazzjonali bejn il-fornituri tas-servizzi kollha safejn għandu x'jaqsam it-traffiku tal-ajru ġenerali. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu notifikati lill-awtorità nazzjonali ta' sorveljanza konċernati.

3.  F'każijiet li jinvolvu l-forniment ta' servizzi ta' traffiku tal-ajru, l-approvazzjoni tal-Istati Membri konċernati għandha tkun rekwiżita.

Artikolu 19

Relazzjonijiet mal-partijiet interessati

Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta' konsultazzjoni biex jikkonsultaw mal-gruppi rilevanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-operaturi tal-ajrudromi dwar kull kwistjoni ewlenija marbuta mas-servizzi pprovduti u pjanijiet ta’ investiment strateġiku, speċjalment fir-rigward ta' aspetti li jirrikjedu sinkronizzazzjoni bejn l-użu ta' tagħmir bl-ajru u bl-art jew bidliet rilevanti lill-konfigurazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru. L-utenti tal-ispazju tal-ajru għandhom ukoll ikunu involuti fil-proċess tal-approvazzjoni ta' pjani ta' investiment strateġiku. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jiddettaljaw il-modalitajiet tal-konsultazzjoni u tal-involviment tal-utenti tal-ispazju tal-ajru fl-abbozzar tal-pjanijiet ta’ fl-approvazzjoni tal-pjani ta' investiment strateġiċi biex tiżgura l-konsistenza tagħhom mal-Pjan Komprensiv tal-ATM u l-proġetti komuni msemmija fl-Artikolu 15. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3). [Em. 135]

Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kumitat tal-Ajru Uniku, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp konsultattiv espert dwar il-fattur uman, li s-sħab soċjali Ewropej tal-ATM u esperti oħra minn korpi rappreżentattivi ta’ persunal professjonali għandhom jappartjenu għalih. Ir-rwol ta’ dan il-grupp għandu jkun li jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-azzjoni reċiproka bejn l-operazzjonijiet u l-fattur uman fis-settur tal-ATM. [Em. 136]

Artikolu 20

Relazzjonijiet ma’ awtoritajiet militari

L-Istati Membri, fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport, għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ftehim bil-miktub bejn l-awtoritajiet kompetenti ċivili u militari jew l-arranġamenti legali ekwivalenti jkunu stabbiliti fir-rigward tal-immaniggjar ta' blokki speċifiċi tal-ispazju tal-ajru.

Artikolu 21

Trasparenza ta' kontijiet

1.  Fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru, tkun xi tkun is-sistema ta'  sjieda  tagħhom jew forma legali, għandhom jiktbu, jissottomettu lill-verifika u jippubblikaw il-kontijiet finanzjarji tagħhom. Dawn il-kontijiet għandhom jikkonformaw  mal-  istandards internazzjonali  tal-kontabilità  addottati mill-  Unjoni  . Fejn, minħabba l-istatus legali tal-fornitur ta' servizz, konformita sħiħa mal-istandards internazzjonali  tal-kontabilità  ma tkunx possibbli, l-fornitur għandu jagħmel sforz biex jikseb konformita tali sal-punt massimu possibbli.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex l-ANSPs jikkonformaw ma' dan l-Artikolu sal-1 ta' Lulju 2017. [Em. 137]

2.  Fil-każijiet kollha, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jippubblikaw rapport annwali u jgħaddu regolarment minn verifika indipendenti.

3.  Meta jipprovdu għadd ta’ servizzi, il-fornituri tas-servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru għandhom jidentifikaw u jniżżlu l-ispejjeż u d-dħul li ġej mis-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, elenkati skont l-iskema għat-talbiet ta’ ħlas għas-servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru msemmi fl-Artikolu 12 u, fejn ikun xieraq, għandhom jinżammu l-kontijiet konsolidati għal sevizzi oħra mhux ta’ navigazzjoni tal-ajru, kif ikunu meħtieġa jagħmlu jekk is-servizzi kkonċernati jkunu pprovduti minn impriżi separati.

4.  L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti li għandu jkollhom aċċess għall-kontijiet tal-fornituri ta' servizz li jipprovdu servizzi ġewwa l-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

5.  Stati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet transizzjonali ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002  rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (20) għall-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru li jaqgħu taħt l-ambitu ta' dan ir-Regolament. [Em. 138]

Artikolu 22

Aċċess għal u protezzjoni ta' dejta

1.  Safejn għandu x'jaqsam it-traffiku tal-ajru ġenerali, dejta operazzjonali rilevanti għandha tkun skambjata f'ħin reali bejn il-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru, utenti ta' spazju tal-ajru u l-ajruporti kollha, biex ikunu faċilitati l-ħtiġiet operazzjonali tagħhom. Id- dejta għandha tkun użata biss għal għanijiet ta' operazzjoni. Id-  dejta  għandha tkun użata biss għal għanijiet ta' operazzjoni.

2.  L-aċċess għal dejta operazzjonali relevanti għandu jingħata lill-awtoritajiet proprji, fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru ċertifikati jew dikjarati, utenti tal-ispazju tal-ajru u ajruporti fuq bażi non-diskriminatorja.

3.  Fornituri ta' servizz iċċertifikati jew iddikjarati, utenti ta' spazju tal-ajru u ajruporti għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet standard ta' aċċess għad-dejta operazzjonali relevanti tagħhom barra minn dik (dawk) li jirreferi għaliha l-paragrafu 1. L-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza għandhom japprovaw it-tali kundizzjonijiet standard. Il-Kummissjoni tista' tistipula miżuri dwar il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-iskambju tad-dejta u t-tip ta' dejta kkonċernata b'rabta mal-kundizzjonijiet tal-aċċess u l-approvazzjoni tagħhom. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati  fejn xieraq, skond il-proċedura  ta' eżami  li jirreferi għaliha l-Artikolu 27(3).

KAPITOLU  IV

L-ISPAZJU TAL-AJRU

Artikolu 23

Informazzjoni ajrunawtika elettronika

1.  Bla ħsara għall-pubblikazzjoni mill-Istati Membri tal-informazzjoni aeronawtika, u b’mod konsistenti ma’ din il-pubblikazzjoni il-Kummissjoni, f'ħidma b'kooperazzjoni mal-Eurocontrol  Maniġer tan-Netwerk  , għandha tiżgura d-disponibbiltà tal-informazzjoni ajrunawtika ta' kwalitá għolja, ippreżentata b'mod armoniżzat u li sservi  r-rekwiżiti  tal-utenti rilevanti kollha f'termini tal-kwalità tad-data u fiż-żamma tal-ħin.

2.  Għall-għan ta' paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-iżvilupp ta’ infrastruttura ta’ informazzjoni ajrunawtika fuq livell tal-Unjoni taħt forma ta’ portal elettroniku ta’ informazzjoni integrata b’aċċess għall-partijiet interessati. L-infrastruttura għandha tintegra l-aċċess u l-forniment tal-elementi meħtieġa għad-data, iżda mhux limitati għall-informazzjoni ajrunawtika, informazzjoni tal-uffiċjal tar-  rappurtar  tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ARO), informazzjoni meterjoloġika u informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-fluss.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' portal informattiv integrat elettroniku. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura  tal-eżami  msemmija fl-Artikolu 27(3).

Artikolu 24

Żvilupp teknoloġiku u interoperabilità tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp teknoloġiku u l-interoperabilità tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru relatata mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Pjan Komprensiv ATM. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(3).

2.  Fir-rigward tar-regoli msemmija fil-paragrafu 1, l-Artikolu 17(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandu japplika. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha titlob lill-EAA tinkludi dawn ir-regoli fil-programm annwali ta' ħdima msemmi fl-Artikolu 56 ta' dak ir-Regolament.

KAPITOLU  V

dispożizzjonijiet finali

Artikolu 25

 Addattament tal-  Annessi

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ta' delega konformi mal-Artikolu 26 sabiex jissuplimentaw jew jemendaw ir-rekwiżiti għall-entitajiet kwalifikati elenkati fl-Anness I u l-kundizzjonijiet li għandhom jinhemżu maċ-ċertifikati li jingħataw lill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru elenkati fl-Anness II sabiex titiqes l-esperjenza miksuba minn awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza fl-applikazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti u kundizzjonijiet jew tal-evoluzzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru f'termini ta' interoperabilità u forniment integrat ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru.

Artikolu 26

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 11(7), 17(3) u 25 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat ta' seba' snin.

Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport f’dak li għandu x’jaqsam mas-setgħa ddelegata sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ seba’ snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perijodi ta’ dewmien identiku, sakemm ma jkunx hemm oppożizzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. [Em. 139]

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11(7), l-Artikolu 17(3) u l-Artikolu 25 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwax il-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

4.  Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 11(7), l-Artikolu 17(3) u l-Artikolu 25 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn (2) min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 27

Proċedura tal-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ajru Uniku, hawn iżjed 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat” Il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu  4   tar-Regolament (UE) Nru 182/2011

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5  tar-Regolament (UE) Nru 182/2011,

Artikolu 28

Konsultazzjoni tal-partijiet interessati mill-Kummissjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni fil-livell tal-  Unjoni   biex tikkonsulta dwar kwistjonijiet marbuta mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, fejn xieraq  . Il-Kumitat dwar id-Djalogu Settorjali speċifiku mwaqqaf skont id-Deċiżjoni  tal-Kummissjoni  98/500/KE għandu jkun involut fil-konsultazzjoni.

2.  Il-partijiet interessati jistgħu jinkludu:

–  il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru,

–  l-operaturi tal-ajruporti,

–  l-utenti tal-ispazju tal-ajru relevanti jew il-gruppi relevanti li jirrappreżentaw l-utenti tal-ispazju tal-ajru,

–  l-awtoritajiet militari,

–  l-industrija tal-manifattura, u

–  il-korpi rappreżentattivi tal-istaff professjonali.

Artikolu 29

Korp Konsultattiv tal-Industrija

Bla ħsara għall-funzjoni tal-Kumitat u ta’ Eurocontrol, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi “korp konsultattiv tal-industrija”, li għalih għandhom jappartjenu fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru, assoċjazzjonijiet ta’ utenti tal-ispazju tal-ajru, operaturi tal-ajruporti, l-industrija tal-manifattura u korpi rappreżentattivi tal-persunal professjonali. Il-funzjoni ta' dan il-korp għandha tkun biss li tagħti parir lill-Kummissjoni dwar aspetti tekniċi tal-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew.

Artikolu 30

Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi

L-Unjoni  u l-Istati Membri tagħha għandhom jimmiraw għal u jappoġġjaw l-estensjoni tal-Ajru Uniku Ewropew għal pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea. Għal dak il-għan, huma għandhom jagħmlu sforz, jew fil-qafas tal-ftehim konklużi ma’ pajjiżi terzi, jew fil-kuntest  ta' nomini konġunti ta' blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru  jew ftehimiet dwar funzjonijiet ta' netwerk  , biex  imexxu l-għanijiet  ta’ dan ir-Regolament għal dawk il-pajjiżi.

Artikolu 31

Appoġġ minn korpi esterni

Il-Kummissjoni tista’  titlob appoġġ minn  korp  estern   għat-twettiq tal-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament

Artikolu 32

Kunfidenzjalità

1.  La l-awtoritjiet superviżorji nazzjonali tal-avjazzjoni, li jkunu qed jaġixxu skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali, u lanqas il-Kummissjoni ma għandhom jiżvelaw l-informazzjoni ta' natura kunfidenzjali, b'mod partikulari informazzjoni dwar il-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru l-ANSPs, ir-relazzjonijiet ta' negozju jew il-komponenti tal-ispejjeż tagħhom. [Em. 140]

2.  Il-paragrafu 1 għandu jkun bla ħsara għad-dritt ta’ żvelar mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni sorveljanza jew mill-Kummissjoni fejn ikun essenzali għall-għanijiet biex jissodisfaw dmirijiethom, f’liema każ dan l-iżvelar għandu jkun proporzjonat u għandu jirrispetta l-interessi leġittimi tal-fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru tal-ANSPs, l-utenti tal-ispazju tal-ajru, l-ajruporti jew il-partijiet interessati rilevanti l-oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. [Em. 141]

3.  L-informazzjoni u d-data pprovduti skont l-iskema ta’ tariffi msemmija fl-Artikolu 12 għandhom jiġu żvelati pubblikament.

Artikolu 33

Penali

L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli dwar il-penali u mekkaniżmi ta' kumpens applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikulari mill-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-fornituri ta’ servizzi , u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u disważivi. [Em. 142]

Artikolu 34

 Reviżjoni  u metodi ta' stima -tal-impatt

1.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi perjodikament l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fit-tmiem ta’ kull perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 11(5)(d). Meta dan ikun iġġustifikat għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista’ titlob mill-Istati Membri informazzjoni  rilevanti għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament  .

2.  Ir-rapporti għandu jkun fihom stima tar-riżultati miksuba mill-azzjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament inkluża informazzjoni xierqa dwar żviluppi fis-settur, b’mod partikulari dwar aspetti ekonomiċi, soċjali, ta’ impjiegi u teknoloġiċi, kif ukoll dwar il-kwalità ta’ servizz, fid-dawl tal-għanijiet oriġinali u bil-ħsieb ta’  rekwiżiti  futuri.

Artikolu 35

Salvagwardji

Dan ir-Regolament m'għandux jimpedixxi l-applikazzjoni ta' miżuri minn Stat Membru sal-punt li  dawn  ikunu meħtieġa biex jissalvagwardjaw sigurezza essenzali jew interessi ta' politika ta' difiża. It-tali miżuri huma b'mod partikulari dawk li huma importanti ħafna:

(a)  għas-sorveljanza tal-ispazju tal-ajru li huwa taħt ir-responsabbilta tiegħu skond ftehim tan-Navigazzjoni tal Ajru Reġjonali tal-  ICAO  , inkluża l-kapaċità li josserva (jiskopri), jidentifika u jistima l-ajruplani kollha li jużaw spazju tal-ajru tali, bil-ħsieb li jfittex li jissalvagwardja s-sigurezza ta' titjiriet u jieħu azzjoni biex jiżgura  r-rekwiżiti ta' sigurtà  u difiża,

(b)  fil-każ ta' disturbi serji interni li jolqtu (jaffettwaw) ż-żamma tal-liġi u l-ordni

(c)  fil-każ ta' gwerra jew tensjoni serja internazzjonali li tikkostitwixxi theddida ta' gwerra,

(d)  għas-sodifazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Istat Membru in konnessjoni maż-żamma tal-paċi u sigurtà internazzjonali,

(e)  biex jitwettqu operazzjonijiet u taħriġ militari, inklużi l-possibbiltajiet meħtieġa għall-eżerċizzji.

Artikolu 36

L-Aġenzija  tal-Unjoni Ewropea għall-  Avjazzjoni  (EAA)

Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament l-Istati Membri u l-Kummissjoni, f’konformità mal-irwoli rispettivi tagħhom kif stipulat f’dan ir-Regolament, għandhom jikkoordinaw kif xieraq mal-EAA.

Artikolu 37

Revoka

Ir-Regolamenti (KE) Nri  549/2004, 550/2004, 551/2004  u  552/2004   huma  rrevokati .

 Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 38

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl- għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

 REKWIŻITI  GĦALL-ENTITAJIET KWALIFIKATI

1.  L-entitajiet kwalifikati għandhom:

–  ikunu kapaċi jiddokumentaw  l-esperjenza intensiva fl-istima ta' entitajiet pubbliċi u privati fis-setturi tat-trasport tal-ajru, b'mod partikulari fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal ajru, u f'setturi oħra simili f'qasam jew oqsma koperti minn dan ir-Regolament,

–  ikollhom regoli u regolamenti komprensivi għall-istħarriġ perjodiku tal entitajiet imsemmija aktar 'il fuq, ippubblikati u kontinwament ta' kwalità aħjar u mtejba permezz ta' programmi ta' riċerka u żvilupp,

–  ma  jkunux ikkontrollati  minn fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal ajru, minn awtoritajiet ta'  ġestjoni  ta' ajruporti jew oħrajn impenjati kummerċjalment fil-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru jew servizzi ta' trasport tal-ajru,

–  ikunu stabbiliti  bi staff tekniku, maniġerjali, ta' appoġġ u riċerka sinifikanti proporzjonat max-xogħlijiet li għandhom jitwettqu,

–  jixtru assigurazzjoni ta' responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà  tagħhom  ma tkunx ittieħdet mill-Istat Membru skont il-liġi nazzjonali, jew l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-ispezzjonijiet.

L-entità kwalifikata,  id-Direttur tiegħu u l-istaff responsabbli li jwettaq il-kontrolli  ma jistax ikun  involut, kemm direttament kif ukoll bħala rappreżentanti awtorizzati, fid-disinn, manifattura, marketing jew manutenzjoni tal-kostitwenti jew sistemi jew fl-użu tagħhom. Dan ma jeskludix il-possibbilta ta' skambju ta' informazzjoni teknika bejn il-manifattur jew kostruttur .

L-entità kwalifikata għandha twettaq  il-kontrolli bl-akbar integrità professjonali possibbli u bl-akbar kompetenza teknika possibbli u  għandha tkun ħielsa  minn kull pressjoni u inċentiv, b'mod partikulari ta' tip finanzjarju, li  jistgħu  jaffettwaw il-ġudizzju  tagħha  jew ir-riżultati tal-ispezzjonijiet  tagħha  , b'mod partikulari minn persuni jew grupp ta' persuni milquta bir-riżultati tal-kontrolli.

2.  Il-persunal   tal-entità kkwalifikata  għandu jkollu:

–  taħriġ tekniku u professjonali tajjeb,

–  għarfien  sodisfaċenti  tar-rekwiżiti  tal-ispezzjonijiet li huma jwettqu u esperjenza adegwata fuq tali testijiet,

–  il-ħila meħtieġa  biex  jifformula  dikjarazzjonijiet, reġistrazzjonijiet u rapporti biex juru li l-ispezzjonijiet ikunu twettqu.

–  imparzjalità  garantita. Ir-remunerazzjoni  tal-persunal  m'għandhiex tiddependi fuq in-numru ta' spezzjonijiet imwettqa jew ir-riżultati ta' spezzjonijiet tali.

ANNESS II

KUNDIZZJONIJIET LI GHANDHOM JINHEMŻU MA' ĊERTIFIKATI

1.  Iċ-ċertifikati għandhom jispeċifikaw:

(a)  l-awtorità nazzjonali ta' sorveljanza tal-avjazzjoni li toħroġ iċ-ċertifikat; [Em. 143]

(b)  l-applikant (isem u indirizz);

(c)  is-servizzi li huma ċertifikati;

(d)  dikjarazzjoni tal-konformità tal-applikant mar-rekwiżiti komuni, kif iddefiniti fl-Artiklu   8b  ta' dan ir-Regolament  (KE) Nru 216/2008  ;

(e)  id-data tal-ħruġ u l-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat.

2.  Kundizzjonijiet addizzjonali mehmuża maċ-ċertifikati jistgħu, kif ikun meħtieġ, ikollhom x’jaqsmu ma’:

(a)  aċċess non-diskriminatorju ta' servizzi għal utenti tal-ispazju tal-ajru u l-livell rekwiżit tat-twettiq ta' servizzi tali, inklużi livelli ta' sikurezza u interoperabilità;

(b)  l-ispeċifikazzjonijiet operazzjonali għas-servizzi partikulari;

(c)  iż-żmien li sa fih is-servizzi għandhom ikunu provduti;

(d)  it-tagħmir varju ta' operat li għandu jintuża ġewwa servizzi partikulari;

(e)  limitazzjoni jew restrizzjoni ta' operazzjonijiet ta' servizzi barra dawk konnessi ma' forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru;

(f)  kuntratti, ftehim jew arranġamenti oħra bejn il-fornitur ta' servizz u parti terza u li jikkonċernaw is-servizz(i);

(g)  forniment ta' informazzjoni raġonevolment rekwiżita għall-verifika ta' konformità tas-servizzi mar-rekwiżiti komuni, inklużi pjanti, data finanzjarja u operazzjonali, u tibdil kbir fit-tip u/jew ambitu tas-servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru provduti;

(h)  kull kundizzjonijiet legali oħra li m'humiex speċifiċi għas-servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru, bħalma huma kundizzjonijiet konnessi mas-sospensjoni jew revoka taċ-ċertifikat.

ANNESS III

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1) sa (3)

 

 

 

Artikolu 1(1) sa (3)

 

 

Artikolu 1(3)

 

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(4)

 

 

 

Artikolu 1(5)

 

Artikolu 1

 

 

--------------

 

 

l-Artikolu 1(1), (2) u (4)

 

--------------

 

 

 

Artikolu 1

--------------

Article 2 Nri (1) sa (35)

 

 

 

Article 2 Nri (1) sa (35)

 

 

 

 

Article 2 Nri (36) sa (38)

Article 2 Nri 17, 18, 23, 24, 32, 35, 36

 

 

 

---------------

Artikolu 3

 

 

 

---------------

Artikolu 4(1) u (2)

 

 

 

Artikolu 3(1) u (2)

 

 

 

 

Artikolu 3(3) u (4)

Artikolu 4(3)

 

 

 

Artikolu 3(5)

 

 

 

 

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(4) sa (5)

 

 

 

Artikolu 3(7) u (8)

 

 

 

 

Artikolu 3(9)

 

Artikolu 2(1)

 

 

Artikolu 4(1a)

 

 

 

 

Article 4(1b) sa (1g)

 

Artikolu 2(2)

 

 

Artikolu 4(2)

 

 

 

 

Artikolu 5(1) u (2)

 

Article 2(3) sa (6)

 

 

Article 5(3) sa (6)

 

Artikolu 3(1) u (2)

 

 

Artikolu 6(1) u (2)

 

 

 

Artikolu 8(1) u (3)

Artikolu 6(3) u (4)

 

 

 

 

Artikolu 6(5)

 

 

 

Article 8(2) u (4)

-------------

 

Artikolu 6

 

 

----------- -

Artikolu 10(1)