Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/2241(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0206/2014

Testi mressqa :

A7-0206/2014

Dibattiti :

PV 02/04/2014 - 24
CRE 02/04/2014 - 24

Votazzjonijiet :

PV 03/04/2014 - 7.25
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0301

Testi adottati
PDF 460kWORD 119k
Il-Ħamis, 3 ta' April 2014 - Brussell
Kwittanza 2012: Il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi
P7_TA(2014)0301A7-0206/2014
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2014 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012 (C7-0329/2013 – 2013/2241(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Korp(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7-0054/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0206/2014),

1.  Jipposponi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lill-Maniġer Amministrattiv tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Korp għas-sena finanzjarja 2012;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Maniġer Amministrattiv tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 365, 13.12.2013, p. 9.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2014 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012 (C7‑0329/2013 – 2013/2241(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Korp(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7-0054/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0206/2014),

1.  Jipposponi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012;

2.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Maniġer Amministrattiv tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 365, 13.12.2013, p. 9.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2014 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012 (C7‑0329/2013 – 2013/2241(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Korp(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7-0054/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u r-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0206/2014),

A.  billi, skont l-istqarrijiet finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ("il-Korp") għas-sena finanzjarja 2012 kien ta' EUR 3 190 000, u dan jirrappreżenta żieda ta' 170,60 % meta mqabbel mal-2011; billi din iż-żieda hi dovuta għall-fatt li l-Korp ġie stabbilit dan l-aħħar; billi l-baġit sħiħ tal-Korp jinsilet mill-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Korp għas-sena finanzjarja 2012 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

Kummenti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

1.  Jinnota li s-sistema kontabilistika tal-Korp ġiet ivvalidata fl-2013;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

2.  Jiddispjaċih li l-approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati, li kienu jammontaw għal EUR 61 500 (10 % tat-total tal-approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati), ma kinux jikkorrispondu għal impenji ġuridiċi u għaldaqstant kienu irregolari; jappella lill-Korp biex jieħu passi sabiex, fil-ġejjieni, jevita sitwazzjonijiet ta' dan it-tip, u biex jirrapporta dwar il-passi li jkunu ttieħdu sal-1 ta' Settembru 2014;

3.  Jinnota li l-esperjenzi li ttieħdu kemm fl-2011 u kemm fl-2012 ġew indirizzati fl-2013 billi ġew speċifikati l-proċeduri finanzjarji u billi ngħataw korsijiet għal taħriġ ta' tiġdid lill-atturi finanzjarji kollha; jinnota li matul l-2013 ingħatat attenzjoni addizzjonali għat-tiftiħ korrett tal-impenji finanzjarji u ġuridiċi;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jinnota bi tħassib li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2012 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 63,4 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 66,16 %; jappella lill-Korp biex itejjeb sostanzjalment l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju u r-rati ta' implimentazzjoni u eżekuzzjoni baġitarji msemmijin hawn fuq; jistenna li l-Korp jirrapporta dwar il-passi meħuda biex jirrimedja s-sitwazzjoni sal-1 ta' Settembru 2014;

Impenji u riporti

5.  Jiddispjaċih li ġew ikkanċellati madwar EUR 101 000 (45 % tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati mill-2011); jesprimi tħassib dwar il-fatt li EUR 545 000 f'approprjazzjonijiet (17 % mill-approprjazzjonijiet kollha għall-2012) ma ntużawx u kellhom jiġu kkanċellati; jiddispjaċih li l-livell tar-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati għall-2013 kien għoli peress li kien EUR 611 000 (19 % tat-total); jemmen li dan jindika diffikultajiet fl-ippjanar u/jew fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Korp, peress li r-riporti għall-2012 fil-biċċa l-kbira kellhom x'jaqsmu ma' dewmien fir-reklutaġġi u n-nuqqas ta' politika effikaċi biex jiġi żgurat li l-ispejjeż għall-missjonijiet li jiddikjaraw l-esperti jiġu ppreżentati u rimborżati b'mod puntwali; jappella lill-Korp biex jindirizza din is-sitwazzjoni u biex jirrapporta lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-passi li jkunu ttieħdu sal-1 ta' Settembru 2014;

Trasferimenti

6.  Jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-rapport annwali tal-attività, kif ukoll skont ir-riżultati tal-eżerċizzji ta' awditjar li għamlet il-Qorti tal-Awdituri, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2012 baqgħu fil-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

7.  Jinnota bi tħassib li hemm marġini konsiderevoli għal titjib fir-rigward tat-tħejjija, l-eżekuzzjoni u d-dokumentazzjoni tal-proċeduri ta' akkwist; jinnota b'mod partikolari li l-proċeduri tal-għoti ma tawx biżżejjed kas ir-rapport bejn il-prezz u l-kwalità u li l-kriterji tal-għoti ġenerali ma komplewx jitqassmu f'subkriterji biex jippermettu evalwazzjoni ċara u paragunabbli tal-offerti;

8.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-proċeduri ta' reklutaġġ li ġew eżaminati wrew nuqqasijiet sinifikanti li jolqtu t-trasparenza, speċifikament li l-mistoqsijiet għat-testijiet bil-miktub u l-intervisti ġew stabbiliti wara li l-applikazzjonijiet kienu ġew eżaminati mill-bord tal-għażla, li ma ġie stabbilit l-ebda punteġġ minimu għal ammissjoni għat-testijiet bil-miktub u l-intervisti u għal inklużjoni fil-lista ta' kandidati xierqa, u li n-nomini u l-bidliet fil-kompożizzjoni tal-bord tal-għażla ma kinux approvati mill-awtorità tal-ħatra;

9.  Jinnota bi tħassib li, waqt li l-biċċa l-kbira mill-persunal tal-Korp għandha funzjoni amministrattiva jew ta' appoġġ u ma tivvjaġġax, kollha kemm huma ngħataw mowbajl b'limitu massimu ta' EUR 50 għal kull xahar; jesprimi tħassib li m'hemm l-ebda kontroll għall-monitoraġġ tal-użu privat;

10.  Jiddispjaċih li l-Korp m'għandux politika dwar it-teżor; jinnota li, b'riżultat ta' dan, fi tmiem l-2012, il-flus likwidi kollha tal-Korp (EUR 1 600 000) kienu miżmuma f'bank wieħed, li għandu klassifikazzjoni ta' kreditu ta' BBB;

11.  Jappella lill-Korp biex jirrapporta dwar l-azzjonijiet li jkun ħa biex jirrimedja l-kwistjonijiet pendenti ġa msemmijin rigward il-proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ sal-1 ta' Settembru 2014;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u t-trasparenza

12.  Jiddispjaċih li l-Korp ipprovda informazzjoni limitata rigward il-politika dwar il-kunflitti ta' interessi, li tirreferi biss għall-fatt li huma rikjesti dikjarazzjonijiet dwar kunflitti ta' interessi u f'ebda ħin ma ssemmi l-eżistenza ta' xi kodiċi ta' kondotta jew ta' xi politika; jinnota li m'hemm xejn dwar il-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet, dwar l-eżistenza ta' taħriġ ta' sensibilizzazzjoni jew dwar miżuri biex il-Korp isir konformi mal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE; jappella lill-Korp biex jirrimedja din is-sitwazzjoni qabel l-1 ta' Settembru 2014; jappella lill-Korp biex jipprovdi dettalji lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-miżuri li qed jittieħdu f'dan il-qasam, b'mod partikolari peress li l-organizzazzjoni hija magħmula minn rappreżentanti tar-regolaturi nazzjonali tal-komunikazzjoni elettronika, u trid tagħti parir lil dawn l-istess regolaturi, kif ukoll lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u din is-sitwazzjoni tirrikjedi li jkun hemm fis-seħħ politika dwar il-kunflitti ta' interessi b'saħħitha u trasparenti;

13.  Jinnota li dikjarazzjonijiet dwar kunflitti ta’ interessi personali huma rikjesti mill-membri tal-Kumitat ta' Tmexxija tal-Korp u tal-Bord tar-Regolaturi, kif ukoll miil-membri tal-persunal tagħhom; jinnota li d-dikjarazzjonijiet dwar kunflitti ta’ interessi tal-membri tal-kumitati tal-għażla għar-reklutaġġ ġew aġġornati abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri; jappella lill-Korp biex jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar jekk hux qed jippjana li jeżamina mill-ġdid l-arranġamenti tiegħu dwar il-kunflitti ta’ interessi abbażi tal-linji gwida tal-Kummissjoni msemmijin hawn fuq;

14.  Josserva li s-CVs u d-Dikjarazzjonijiet ta' Interessi tal-membri tal-Kumitat ta' Tmexxija, il-Maniġer Amministrattiv Maniġerjali, id-Direttur Eżekuttiv u l-maniġment superjuri mhumiex disponibbli pubblikament; jappella lill-Korp biex jirrimedja din is-sitwazzjoni b'mod urġenti;

Awditjar intern

15.  Jiddeplora l-fatt li hemm għadd ta' kwistjonijiet pendenti rigward il-kontrolli interni, speċifikament li:

—  il-Korp għadu ma implimentax l-Istandards ta' Kontroll Intern (ICS) dwar "Objettivi u indikaturi ta' prestazzjoni" (ICS 5), "Proċess u proċeduri" (ICS 8), "Ġestjoni tad-dokumenti" (ICS 11) u "Informazzjoni u komunikazzjoni" (ICS 12),

—  m'hemm l-ebda proċedura relatata mar-reġistrazzjoni u l-eliminazzjoni tal-assi fissi u ma sar l-ebda inventarju fiżiku,

—  il-proċeduri dwar l-istabbiliment, l-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-eċċezzjonijiet u d-devjazzjonijiet mill-politiki u l-proċeduri ma ġewx implimentati;

16.  Jappella lill-Korp biex jirrimedja din is-sitwazzjoni u jirrapporta dwar il-progress tiegħu sal-1 ta' Settembru 2014;

Prestazzjoni

17.  Jitlob li l-Korp jikkomunika r-riżultati u l-impatt li l-ħidma tiegħu għandha fuq iċ-ċittadini Ewropej b'mod aċċessibbli, prinċipalment permezz tas-sit tal-internet tiegħu;

o
o   o

18.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' April 2014(7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 365, 13.12.2013, p. 9.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) Testi adottati, P7_TA(2014)0299.

Avviż legali - Politika tal-privatezza