Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/2218(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0196/2014

Testi mressqa :

A7-0196/2014

Dibattiti :

PV 02/04/2014 - 24
CRE 02/04/2014 - 24

Votazzjonijiet :

PV 03/04/2014 - 7.42
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0318

Testi adottati
PDF 465kWORD 127k
Il-Ħamis, 3 ta' April 2014 - Brussell
Kwittanza 2012: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima
P7_TA(2014)0318A7-0196/2014
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2014 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2012 (C7-0296/2013 – 2013/2218(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2012,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7-0054/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0196/2014),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2012;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 365, 13.12.2013, p. 165.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2014 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2012 (C7‑0296/2013 – 2013/2218(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2012,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7-0054/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0196/2014),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2012;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 365, 13.12.2013, p. 165.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2014 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2012 (C7‑0296/2013 – 2013/2218(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2012,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 – C7-0054/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u r-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0196/2014),

A.  billi, skont l-istqarrijiet finanzjarji tagħha, il-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2012 kien ta' EUR 55 127 505, li jirrapreżenta tnaqqis ta' 2,33 % meta mqabbel mal-2011; billi l-baġit sħiħ tal-Aġenzija jinsilet mill-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2012 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

1.  Jenfasizza r-rwol essenzjali tal-Aġenzija bħala garanti tas-sikurezza marittima fl-Ewropa, bil-kompetenzi tagħha li ġew estiżi b'segwitu għall-adozzjoni tar-regolament bażiku l-ġdid tagħha fi Frar 2013; jisħaq f'dan ir-rigward fuq il-ħtieġa li l-Aġenzija tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani li jippermettulha twettaq sew il-kompiti tagħha;

Segwitu għall-kwittanza għall-2011

2.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li l-istatus ta' azzjoni korrettiva waħda li ttieħdet b'reazzjoni għall-kummenti tas-sena preċedenti qiegħda mmarkata bħala "għadha għaddejja", waħda qiegħda mmarkata bħala "kkompletata", u waħda qiegħda mmarkata bħala parzjalment "ikkompletata" u parzjalment "pendenti";

3.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li:

—   il-proċeduri ta' tmiem is-sena implimentati għall-analiżi tal-impenji baġitarji pendenti ġew mirquma fl-2012, peress li rriżultaw fit-tħassir tal-bilanċi pendenti fuq impenji mhux relatati ma' obbligi ġuridiċi eżistenti;

—   tħejja sett ikkonsolidat ta' linji gwida dwar il-kunflitti ta' interessi, li jikkomplementa r-regoli tar-Regolamenti tal-Persunal u li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persunal tal-Aġenzija u, barra minn hekk, qed jiġi pprovdut taħriġ intern dwar l-etika u l-integrità li hu obbligatorju għall-persunal kollu;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

4.  Jinnota bi tħassib li l-eżerċizzju ta' awditjar annwali tal-Qorti tal-Awdituri sab impenn baġitarju li jammonta għal EUR 800 000 li ma kellux x'jaqsam ma' impenn ġuridiku eżistenti u li għaldaqstant kien irregolari; jieħu nota tat-tweġiba tal-Aġenzija li spjegat li din l-irregolarità rriżultat minħabba dewmien biex jiġi ffirmat kuntratt; ifakkar madankollu lill-Aġenzija li hu dmirha li kull sena tiżgura r-regolarità tal-kontijiet tagħha u jilqa' pożittivament f'dan ir-rigward id-deċiżjoni tagħha li tintroduċi proċeduri ta' analiżi baġitarja annwali biex tevita li terġa' sseħħ sitwazzjoni ta' dan it-tip;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.  Jinnota li l-isforzi għall-monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2012 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 94 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 89 %;

6.  Ifakkar lill-Aġenzija li għandha dmir tiżgura kull iffrankar effiċjenti possibbli u użu intelliġenti tal-istrutturi amministrattivi eżistenti sabiex tkun tista' twettaq il-kompetenzi li għadhom kif ġew assenjati lilha mingħajr żieda baġitarja mhux dovuta, waqt li tibqa' konxja tal-fatt li trid tevita d-duplikazzjoni bla bżonn tal-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali;

Impenji u riporti

7.  Jirrikonoxxi li l-eżerċizzju ta' awditjar annwali tal-Qorti tal-Awdituri ma sab l-ebda kwistjonijiet notevoli fir-rigward tal-livell ta' riporti fl-2012; ifaħħar lill-Aġenzija talli mxiet mal-prinċipju tal-annwalità u għall-eżekuzzjoni puntwali tal-baġit tagħha;

Trasferimenti

8.  Jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-rapport annwali tal-attività, kif ukoll skont ir-riżultati tal-eżerċizzju ta' awditjar li għamlet il-Qorti tal-Awdituri, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2012 baqgħu fil-limiti tar-regoli finanzjarji; ifaħħar lill-Aġenzija għall-ippjanar baġitarju tajjeb tagħha;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

9.  Jinnota li, għas-sena 2012, la t-tranżazzjonijiet li ttieħed kampjun tagħhom u lanqas is-sejbiet l-oħra tal-eżerċizzju ta' awditjar ma wasslu għal xi kumment dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija fir-rapport tal-awditjar annwali tal-Qorti tal-Awdituri;

10.  Jinnota bi tħassib li l-Qorti tal-Awdituri identifikat nuqqasijiet fit-trasparenza ta' żewġ proċeduri ta' reklutaġġ imwettqa matul l-ewwel nofs tal-2012, li għalihom il-mistoqsijiet għat-testijiet bil-miktub u l-intervisti, kif ukoll il-koeffiċjenti ta' ponderazzjoni tagħhom, ma tħejjewx qabel ġew eżaminati l-applikazzjonijiet u li l-punteġġi minimi biex dak li jkun jiġi inkluż f'lista ta' kandidati xierqa ma tħejjewx qabel ġew eżaminati l-applikazzjonijiet; jirrikonoxxi, madankollu, il-fatt li, b'segwitu għall-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri mis-sena l-oħra, l-Aġenzija implimentat miżuri korrettivi u ma nstabu l-ebda dgħufijiet ta' dan it-tip għaż-żewġ proċeduri ta' reklutaġġ awditjati li twettqu fit-tieni nofs tal-2012;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u t-trasparenza

11.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija adottat politika biex tevita l-kunflitti ta' interessi fl-attivitajiet ta' valutazzjoni u ta' spezzjoni tas-sikurezza f'April 2012, kif ukoll politika dwar il-kunflitti ta' interessi għall-membri tal-Bord Amministrattiv f'Novembru 2013

12.  Josserva li s-CVs u d-Dikjarazzjonijiet ta' Interessi tal-membri tal-Bord Amministrattiv, id-Direttur Eżekuttiv u l-maniġment superjuri mhumiex disponibbli pubblikament; jappella lill-Aġenzija biex tirrimedja din is-sitwazzjoni b'mod urġenti;

Kummenti dwar il-kontrolli interni

13.  Jinnota bi tħassib li l-proċeduri kontabilistiċi u l-informazzjoni fir-rigward tal-ispejjeż għall-assi intanġibbli ġenerati internament mhumiex kompletament affidabbli; jistenna li l-Aġenzija timplimenta miżuri korrettivi u tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar ir-riżultati;

Awditjar intern

14.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li, fl-2012, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni wettaq eżerċizzju ta' awditjar biex jivvaluta u jipprovdi assigurazzjoni dwar l-adegwatezza u l-applikazzjoni effikaċi tas-sistemi ta' kontroll intern relatati mal-ġestjoni tal-kontinwità tal-attività tal-Aġenzija, li wassal għal tliet rakkomandazzjonijiet importanti u li l-Aġenzija ħejjiet pjan ta' azzjoni dettaljat approvat mis-Servizz tal-Awditjar Intern; jinnota li s- Servizz tal-Awditjar Intern wettaq ukoll segwitu tal-eżerċizzji ta' awditjar preċedenti, li kkonkluda li, minn 20 rakkomandazzjoni, 17 ġew implimentati b'mod xieraq;

Prestazzjoni

15.  Jitlob li l-Aġenzija tikkomunika r-riżultati u l-impatt li l-ħidma tagħha għandha fuq iċ-ċittadini Ewropej b'mod aċċessibbli, prinċipalment permezz tas-sit tal-internet tagħha;

o
o   o

16.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' April 2014(7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 365, 13.12.2013, p. 165.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(7) Testi adottati, P7_TA(2014)0299.

Avviż legali - Politika tal-privatezza