Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/2250(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0203/2014

Testi mressqa :

A7-0203/2014

Dibattiti :

PV 02/04/2014 - 24
CRE 02/04/2014 - 24

Votazzjonijiet :

PV 03/04/2014 - 7.55
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0331

Testi adottati
PDF 412kWORD 163k
Il-Ħamis, 3 ta' April 2014 - Brussell
Kwittanza 2012: L-Impriża Konġunta Artemis
P7_TA(2014)0331A7-0203/2014
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2014 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2012 (C7-0338/2013 – 2013/2250(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2012,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05851/2014 – C7‑0053/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-"Impriża Konġunta ARTEMIS" għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f'Sistemi tal-Kompjuter(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0203/2014),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2012;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ARTEMIS, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 369, 17.12.2013, p. 1.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2014 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2012 (C7‑0338/2013 – 2013/2250(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2012,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05851/2014 – C7‑0053/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-"Impriża Konġunta ARTEMIS" għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f'Sistemi tal-Kompjuter(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0203/2014),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2012;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ARTEMIS, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 369, 17.12.2013, p. 1.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2014 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2012 (C7‑0338/2013 – 2013/2250(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2012,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2014 (05851/2014 – C7‑0053/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-"Impriża Konġunta ARTEMIS" għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f'Sistemi tal-Kompjuter(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u r-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0203/2014),

A.  billi l-Impriża Konġunta ARTEMIS (l-"Impriża Konġunta") twaqqfet f'Diċembru 2007 għal perjodu ta' 10 snin biex tiddefinixxi u timplimenta "Aġenda ta' Riċerka" għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ewlenin għal sistemi informatiċi inkorporati f'oqsma differenti ta' applikazzjoni bil-għan li ssaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-Ewropa, u tippermetti swieq u applikazzjonijiet soċjetali ġodda;

B.  billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu f'Ottubru 2009,

C.  billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għall-Impriża Konġunta għall-perjodu ta' 10 snin hija EUR 420 000 000, somma li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li l-kontijiet annwali tal-2012 tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2012 u r-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet f'dik id-data, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regoli Finanzjarji;

2.  Huwa mħasseb li, għat-tieni sena konsekuttiva, l-Impriża Konġunta rċeviet mill-Qorti tal-Awdituri opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali, fuq il-bażi li l-Impriża Konġunta ma kinitx f'pożizzjoni li tivvaluta jekk l-istrateġija tal-awditjar ex post tipprovdix assigurazzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti;

3.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri tqis li l-informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-awditjar ex post tal-Impriża Konġunta mhijiex suffiċjenti għall-Qorti biex tikkonkludi jekk din l-għodda ta' kontroll ewlieni hijiex qed tiffunzjona b'mod effikaċi jew le; itenni t-talba tiegħu lill-Qorti tal-Awdituri sabiex, permezz tal-awditjar indipendenti tagħha, tipprovdi lill-awtorità tal-kwittanza l-opinjoni tagħha stess dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta;

4.  Ifakkar li l-Impriża Konġunta adottat strateġija ta' awditjar ex post fl-2010 u li l-implimentazzjoni tagħha bdiet fl-2011; jinnota li l-awditjar ta' talbiet għal rimborż tal-ispejjeż ta' proġetti ġie delegat lill-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Finanzjament tal-Istati Membri u li l-ftehimiet amministrattivi konklużi mal-awtoritajiet inkwistjoni ma jinkludux l-arranġamenti prattiċi għall-awditi ex post;

5.  Ifakkar li, skont ir-rapport ta' awditjar tal-Qorti tal-Awdituri, il-pagamenti li saru fl-2012 b'relazzjoni ma' ċertifikati ta' aċċettazzjoni tal-ispejjeż maħruġa mill-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Finanzjament tal-Istati Membri kienu jammontaw għal EUR 7,3 miljun u jirrappreżentaw 43 % tal-pagamenti operattivi totali; ifakkar li, skont l-istess rapport ta' awditjar tal-Qorti tal-Awdituri, l-Impriża Konġunta rċeviet rapporti ta' awditjar mill-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Finanzjament li jkopru madwar 45 % tal-ispejjeż relatati ma' proġetti lesti, li l-Impriża Konġunta ma evalwatx il-kwalità ta' dawk l-awditi, li, sa tmiem April 2013, l-Impriża Konġunta ma kinitx irċeviet informazzjoni dwar l-istrateġiji tal-awditjar tal-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Finanzjament kollha u li, għaldaqstant, l-Impriża Konġunta ma kinitx f'pożizzjoni li tiġġudika jekk l-awditi ex post jipprovdux assigurazzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti;

6.  Jistieden lill-Impriża Konġunta biex tippreżenta rapport lill-Parlament dwar l-aspetti negattivi reġistrati mill-Qorti tal-Awdituri; jitlob li dak ir-rapport jiġi ppreżentat lill-Parlament flimkien ma' valutazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri;

7.  Itenni li l-Impriża Konġunta għandha ssaħħaħ mingħajr dewmien il-kwalità tal-kontrolli tagħha ex ante u ex post; jitlob li l-awtorità tal-kwittanza tkun informata bir-riżultati tal-proċessi li jmiss tal-awditjar ex post; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta hija involuta fi proċess li għaddej bħalissa biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet flimkien mal-Qorti tal-Awdituri, u tantiċipa eżitu pożittiv fis-snin li ġejjin;

8.  Jinnota li l-baġit inizjali tal-Impriża Konġunta kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn operattivi li jammontaw għal EUR 55,1 miljun u li fl-aħħar tas-sena, il-Bord ta' Tmexxija ddeċieda li jnaqqas il-baġit tal-approprjazzjonijiet operattivi għal EUR 39,5 miljun; jiddispjaċih, minkejja dan, għall-fatt li r-rata tal-użu għal approprjazzjonijiet ta' pagament operattivi laħaq il-livell ta' 62 % biss; jinnota li dan huwa f'kunflitt mal-prinċipju baġitarju tal-ekwilibriju; ifakkar lill-Impriża Konġunta dwar il-ħtieġa li timplimenta miżuri konkreti biex tikseb ekwilibriju baġitarju, b'mod konsistenti mal-proċeduri operattivi rilevanti tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw;

9.  Huwa mħasseb dwar ir-rata baxxa ta' implimentazzjoni tal-baġit u, barra minn hekk, dwar l-attivitajiet sottostanti tal-Impriża Konġunta; jenfasizza li d-depożiti f'kontijiet tal-bank fl-aħħar tal-2012 kienu jammontaw għal EUR 17 230 100, u jirrappreżentaw 57 % tal-approprjazzjonijiet ta' pagament awtorizzati (EUR 30 132 752);

10.  Jaċċerta mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li għalkemm ir-Regolament tal-Kunsill li jwaqqaf l-Impriża Konġunta jipprevedi baġit totali massimu ta' EUR 410 miljun biex ikopri n-nefqa operattiva, ir-rata ta' implimentazzjoni attwali u l-valur antiċipat ta' talbiet għal proposti flimkien jirrappreżentaw EUR 206 miljun, jew 50,2 % biss tal-baġit totali; jinnota li dan jindika rata baxxa ta' implimentazzjoni tal-baġit, l-aktar minħabba proċess finanzjarju kumpless għall-ikkompletar tal-proġetti; jieħu nota tal-fatt li r-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit hija marbuta, b'mod komplementari għalkollox, mal-impenji nazzjonali tal-Istati Membri;

Sistemi ta' kontroll intern

11.  Jieħu nota tal-fatt li l-Qorti tal-Awdituri tqis li l-Impriża Konġunta intensifikat l-impenji tagħha biex fl-2012 tistabbilixxi u timplimenta proċeduri effikaċi fil-qasam tal-kontroll finanzjarju, tal-awditjar u tal-ġestjoni; jirrimarka li hija meħtieġa ħidma ulterjuri, b'mod partikolari rigward il-verifikazzjoni finanzjarja tat-talbiet għal rimborż tal-ispejjeż u tal-istandards ta' kontroll intern;

12.  Jieħu debitament nota tal-fatt li d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-2012 tad-Direttur Eżekuttiv tesprimi riżerva rigward l-istrateġija tal-awditjar ex post iżda l-informazzjoni inkluża fir-riżerva mhijiex suffiċjenti fir-rigward tal-implimentazzjoni tagħha; jitlob lill-Impriża Konġunta tikseb l-assigurazzjoni meħtieġa pprovduta miċ-ċertifikati tal-awtoritajiet nazzjonali u tal-istrateġija tal-awditjar ex post;

13.  Jiddispjaċih li s-CVs tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija u d-Direttur Eżekuttiv mhumiex disponibbli pubblikament; jitlob lill-Impriża Konġunta tirrimedja din is-sitwazzjoni b'mod urġenti; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta biex, fil-qafas tal-Impriża Konġunta ECSEL futura, tiżviluppa u tadotta politika komprensiva dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi;

14.  Jemmen li livell għoli ta' trasparenza hu element ewlieni għall-mitigazzjoni tar-riskji ta' kunflitti ta' interessi; jappella, għalhekk, lill-Impriża Konġunta biex tagħmel disponibbli fuq is-sit tal-internet tagħha l-politika u/jew l-arranġamenti tagħha dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha, kif ukoll il-lista tal-membri tal-bordijiet ta' tmexxija u s-CVs;

15.  Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tissorvelja l-politiki tal-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interessi billi tabbozza Rapport Speċjali dwar is-suġġett sal-proċedura ta' kwittanza li jmiss;

Impriża Konġunta "Komponenti u Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea" (ECSEL)

16.  Ifakkar li l-Impriżi Konġunti ARTEMIS u ENIAC twaqqfu f'Diċembru 2007, skont is-Seba' Programm Kwadru għal perjodu ta' 10 snin għall-iżvilupp ta' kompetenzi ewlenin għan-nanoelettronika u għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ewlenin għal sistemi informatiċi inkorporati, rispettivament; jinnota li ARTEMIS bdiet taħdem b'mod awtonomu f'Ottubru 2009 u ENIAC ingħatat l-awtonomija finanzjarja f'Lulju 2010;

17.  Ifakkar il-preokkupazzjoni kontinwa tal-awtorità tal-kwittanza rigward ir-rati baxxi ta' implimentazzjoni tal-baġit tagħhom u, barra minn hekk, l-attivitajiet sottostanti tal-Impriżi Konġunti assoċjati ma' bilanċi għoljin ta' flus kontanti; ifakkar li ppruvaw ifittxu li jżidu u jingranaw l-investimenti privati u pubbliċi fir-riċerka u l-innovazzjoni f'żewġ oqsma komplementari ta' importanza għolja għan-nisġa industrijali fl-Ewropa;

18.  Jinnota li l-Kummissjoni għamlet proposta (COM(2013)0501), fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020, biex tgħaqqad is-sistemi informatiċi inkorporati (ARTEMIS) u n-nanoelettronika (ENIAC) f'inizjattiva unika u biex b'hekk l-Impriżi Konġunti ARTEMIS u ENIAC jintemmu qabel it-tmiem previst tagħhom fil-31 ta' Diċembru 2017; jinnota li l-Impriża Konġunta ġdida fil-qasam ta' komponenti u sistemi elettroniċi bl-isem ECSEL ("Komponenti u Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea") se tieħu l-forma ta' Sħubija Pubblika-Privata (PPP) bejn tliet partijiet li tikkostitwixxi entità legali dedikata li tinvolvi s-settur privat, l-awtoritajiet nazzjonali u l-awtoritajiet Ewropej;

19.  Jinnota li din l-entità legali l-ġdida skont l-Artikolu 187 TFUE se ssegwi r-regolament finanzjarju mudell għall-korpi ta' PPP kif imsemmi fl-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju, inkarigata bil-ġestjoni indiretta, u se tieħu f'idejha d-drittijiet u l-obbligi kollha tal-Impriżi Konġunti ARTEMIS u ENIAC attwali; jistenna li l-Qorti tal-Awdituri twettaq valutazzjonijiet finanzjarji kompluti u xierqa tad-drittijiet u l-obbligi ta' kull entità; ifakkar, f'dan il-kuntest, fid-dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kwittanza separata għall-Impriżi Konġunti skont l-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju;

20.  Huwa sorpriż li f'dan il-perjodu ta' żmien imnaqqas u mingħajr valutazzjoni konklużiva finali ta' dawk il-kisbiet tal-Impriżi Konġunti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tadatta b'mod sostanzjali l-istrateġija ta' implimentazzjoni tal-Unjoni għall-iżvilupp ta' kompetenzi ewlenin għan-nanoelettronika u għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ewlenin għal sistemi informatiċi inkorporati; ifakkar fit-talba tal-Parlament għal analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' fużjoni li tenfasizza l-vantaġġi u l-iżvantaġġi possibbli tagħha;

21.  Jinnota li l-evalwazzjonijiet interim irrakkomandaw l-implimentazzjoni tal-ITK futura fuq bażi legali li hija aktar adatta għall-ispeċifiċitajiet ta' Sħubijiet Pubbliċi-Privati b'inqas spejjeż amministrattivi u aktar flessibbiltà, u b'inqas piż amministrattiv sabiex tiġi attirata l-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tal-industrija ta' livell għoli;

22.  Jinnota, barra minn hekk, li sabiex tikseb l-objettivi tagħha, l-Impriża Konġunta ECSEL għandha tipprovdi għajnuna finanzjarja primarjament fil-forma ta' għotjiet lill-parteċipanti wara talbiet miftuħa u kompetittivi għal proposti mmirati lejn fallimenti tas-suq li jkunu ġew ikkonfermati;

23.  Jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni teskludi l-eżami tal-kontijiet kif ukoll id-dħul u n-nefqa tal-Impriża Konġunta ECSEL mill-Qorti tal-Awdituri u tindika li l-kontijiet ta' dik l-Impriża Konġunta se jiġu eżaminati darba fis-sena minn korp tal-awditjar indipendenti; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara x'inhu l-valur miżjud ta' tali proposta; jenfasizza li mill-2002, l-Qorti tal-Awdituri kienet l-awditur esklużiv għall-Impriżi Konġunti mwaqqfin skont l-Artikolu 187 TFUE u għalhekk ma għandux jintrema l-għarfien estensiv li hija bniet fil-konfront ta' dawn il-korpi bnew;

Aspetti orizzontali tal-Impriżi Konġunti ta' Riċerka Ewropea

24.  Jieħu nota tal-fatt li l-approċċ ta' awditjar meħud mill-Qorti tal-Awdituri jinkludi proċeduri ta' awditjar analitiku, il-valutazzjoni ta' kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' superviżjoni u ta' kontroll u l-ittestjar ta' tranżazzjonijiet fil-livell tal-Impriża Konġunta iżda mhux fil-livell tal-membri jew benefiċjarji finali tal-Impriża Konġunta;

25.  Jinnota li l-ittestjar ta' awditjar fil-livell tal-membri jew benefiċjarji finali jitwettaq jew mill-Impriża Konġunta jew minn kumpaniji ta' awditjar estern ikkuntrattati u ssorveljati mill-Impriża Konġunta;

26.  Jilqa' r-Rapport Speċjali Nru 2/2013 tal-Qorti tal-Awdituri: "Il-Kummissjoni żgurat l-implimentazzjoni effiċjenti tas-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka?" fejn il-Qorti eżaminat jekk il-Kummissjoni żguratx implimentazzjoni effiċjenti tas-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (FP7);

27.  Jieħu nota tal-fatt li l-awditjar ikopri wkoll it-twaqqif ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (ITK);

28.  Jaqbel mal-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-ITK ġew stabbiliti biex jappoġġaw investiment industrijali fit-tul f'oqsma partikolari ta' riċerka; jinnota, madankollu, li fil-medja ttieħdu sentejn sabiex ITK tingħata awtonomija finanzjarja, filwaqt li l-Kummissjoni normalment tibqa' responsabbli għal terz tal-ħajja operattiva mistennija tal-ITK.

29.  Jinnota, barra minn hekk, li skont il-Qorti tal-Awdituri xi ITK irnexxielhom b'mod partikolari jinvolvu intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fil-proġetti tagħhom u li madwar 21 % tal-finanzjament ipprovdut mill-ITK mar għall-SMEs;

30.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-riżorsi totali indikattivi meqjusa neċessarji għas-seba' Impriżi Konġunti ta' Riċerka Ewropea li s'issa ġew stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea – bl-eċċezzjoni notevoli tal-Impriża Konġunta Galileo – għal kemm idumu jeżistu jammontaw għal EUR 21 793 000 000;

31.  Jinnota li d-dħul totali baġitarju previst tal-Impriżi Konġunti fl-2012 jammonta għal xi EUR 2,5 biljun jew madwar 1,8 % tal-baġit ġenerali tal-2012 filwaqt li madwar EUR 618 miljun ġew mill-baġit ġenerali (kontribuzzjoni fi flus kontanti mill-Kummissjoni) u madwar EUR 134 miljun ġew mis-sħab industrijali u membri tal-Impriżi Konġunti;

32.  Jinnota li l-Impriżi Konġunti jimpjegaw 409 membru tal-persunal permanenti u temporanju jew inqas minn 1 % tal-uffiċjali kollha tal-Unjoni awtorizzati skont il-baġit ġenerali tal-Unjoni (organigramma tal-persunal);

33.  Ifakkar li l-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni meqjusa neċessarja għall-Impriżi Konġunti għal kemm idumu jeżistu tammonta għal EUR 11 489 000 000;

34.  Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tanalizza b'mod komprensiv l-ITK u l-impriżi konġunti l-oħra f'rapport separat fid-dawl tal-ammonti sostanzjali involuti u r-riskji – b'mod partikolari dawk ta' reputazzjoni – li ġew ippreżentati; ifakkar li l-Parlament preċedentement talab li l-Qorti tal-Awdituri tfassal rapport speċjali dwar il-kapaċità tal-impriżi konġunti, flimkien mas-sħab privati tagħhom, sabiex tiżgura l-valur miżjud u l-eżekuzzjoni effiċjenti tal-programmi ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni tal-Unjoni; jenfasizza li din il-valutazzjoni hija ta' natura urġenti fir-rigward tal-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS.

(1) ĠU C 369, 17.12.2013, p. 1.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(4) ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

Avviż legali - Politika tal-privatezza