Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0169(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0368/2013

Testi mressqa :

A7-0368/2013

Dibattiti :

PV 19/11/2013 - 18
CRE 19/11/2013 - 18

Votazzjonijiet :

PV 20/11/2013 - 8.18
CRE 20/11/2013 - 8.18
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 15/04/2014 - 8.17
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0489
P7_TA(2014)0357

Testi adottati
PDF 291kWORD 75k
It-Tlieta, 15 ta' April 2014 - Strasburgu
Id-dokumenti bit-tagħrif ewlieni għall-prodotti ta' investiment ***I
P7_TA(2014)0357A7-0368/2013
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti bit-tagħrif ewlieni għall-prodotti ta' investiment (COM(2012)0352 – C7-0179/2012 – 2012/0169(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0352),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0179/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tal-14 ta' Novembru 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' April 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0368/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 70, 9.3.2013, p. 2
(2) ĠU C 11, 15.1.2013, p. 59.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emenda adottata fl-20 ta' Novembru 2013 (P7_TA (2013)0489).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs)
P7_TC1-COD(2012)0169

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1286/2014.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza