Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea billi jżid in-numru ta' Mħallfin fil-Qorti Ġenerali (02074/2011 – C7-0126/2012 – 2011/0901B(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja ppreżentata lill-Parlament u lill-Kunsill (02074/2011),
– wara li kkunsidra l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 254 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 281 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skont it-termini tagħhom ġie ppreżentat l-abbozz tal-att lill-Parlament (C7-0126/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u (15) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2011) 0596),
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Mejju 2012,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2012,
– wara li kkunsidra l-paragrafi 2 u 3 tar-Riżoluzzjoni Leġiżlattiva tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2012 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Anness I tiegħu(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0252/2013),
1. Jadotta bħalha l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari t-testi adottati fit-12 ta' Diċembru 2013(2);
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea billi jżid in-numru tal-Imħallfin tal-Qorti Ġenerali [Emenda 1]
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkonsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 19(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 254 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 281 tiegħu,
Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Eneġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja,
Wara li kkonsidraw l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(1),
Billi:
▌
(5) Wara ż-żieda gradwali tal-kompetenzi tagħha minn mindu ġiet ikkostitwita, in-numru ta’ kawżi li qed jitressqu quddiem il-Qorti Ġenerali qed jikber b’mod kostanti.
(6) In-numru ta’ kawżi mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali qed ikompli jiżdied matul is-snin, liema fatt fuq perjodu twil għandu bħala konsegwenza żieda ▌fin-numru ta’ kawżi pendenti quddiemha u żieda fit-tul tal-proċeduri.
(7) Din iż-żieda fit-tul tal-proċeduri tidher li hija diffiċilment aċċettabbli fil-kontront tal-partijiet fil-kawża, b’mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti kemm fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.
(8) Is-sitwazzjoni li fiha tinsab il-Qorti Ġenerali għandha kawżi strutturali li jirrigwardaw kemm l-intensifikazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet leġiżlattivi u regolamentari tal-istituzzjonijiet, organi u korpi tal-Unjoni kif ukoll il-volum u l-kumplessità tal-proċessi li jintbagħtu lill-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari fl-oqsma tal-kompetizzjoni u tal-għajnuna mill-Istat.
(9) Konsegwentement, għandhom jiġu adottati miżuri sabiex din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata, u l-possibilità, prevista fit-Trattati, li jiżdied in-numru ta’ Mħallfin tal-Qorti Ġenerali, hija ta’ natura li tippermetti li jitnaqqas, fi żmien qasir, kemm il-volum tal-kawżi pendenti kif ukoll it-tul eċċessiv tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.
(9a) Dawn il-miżuri għandhom jinkludu wkoll regolamentazzjoni li tipprovdi soluzzjoni permanenti għall-kwistjoni dwar l-Istati Membri ta’ oriġini tal-Imħallfin, peress li l-arranġament attwali fejn Imħallef huwa maħtur għal kull Stat Membru ma jistax japplika għal sitwazzjoni fejn hemm iżjed Imħallfin milli Stati Membri.
(9b) Skont l-Artikolu 19(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Qorti Ġenerali tinkludi mill-inqas Imħallef wieħed għal kull Stat Membru. Peress li dan jiżgura diġà bilanċ ġeografiku xieraq u rappreżentazzzjoni tas-sistemi legali nazzjonali, il-ħatra ta' Mħallfin addizzjonali għandha sseħħ esklussivament abbażi tal-kompetenza professjonali u personali tagħhom, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-għarfien tagħhom tas-sistemi legali tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri. Madankollu, ma jistax ikun hemm aktar minn żewġ Imħallfin għal Stat Membru wieħed,
▌
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti ta' Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea qiegħed jiġi emendat kif ġej:
▌
(6a) L-Artikolu 47(1) jinbidel b’dan li ġej:"
‘L-Artikolu 9a, l-Artikoli 14 u 15, l-Artikolu 17(1), (2), (4) u (5) u l-Artikolu 18 japplikaw għall-Qorti Ġenerali u għall-Membri tagħha.’
"
(7) ▌L-Artikolu 48 ▌huwa sostitwit b'dan li ġej:"
‘Fil-Qorti Ġenerali, għandu jkun hemm Imħallef wieħed għal kull Stat Membru u 12-il Imħallfin addizzjonali. Ma jistax ikun hemm aktar minn żewġ Imħallfin għal Stat Membru wieħed,
L-Imħallfin kollha għandhom l-istess status u l-istess drittijiet u obbligi.
Meta, kull tliet snin, l-Imħallfin jiġu parzjalment sostitwiti, nofshom jiġu sostitwiti, alternattivament, jekk hemm numru tal-Imħallfin ikun biż-żewġ; u, f'każ li n-numru ta’ Mħallfin ikun bil-fard, fuq bażi alternata, numru biż-żewġ ta’ Mħallfin u numru bil-fard ta’ Mħallfin, jiġifieri dak in-numru nieqes wieħed, ikunu sostitwiti.’
"
(7a) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"
'Artikolu 48a
Fir-rigward tal-Imħallfin li se jinħatru għal kull Stat Membru, huwa l-gvern tal-Istat Membru kkonċernat li jiddisponi mid-dritt tal-ħatra.’
"
(7b) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"
‘Artikolu 48b
1. L-Imħallfin addizzjonali jinħatru irrispettivament mill-Istat Membru ta' oriġini tal-kandidati.
2. Fil-qafas ta’ proċedura għall-ħatra ta' wieħed jew aktar mit-12-il Imħallef addizzjonali, il-Gvernijiet tal-Istati Membri kollha jistgħu jipproponu kandidati. Barra minn hekk, l-Imħallfin irtirati tal-Qorti Ġenerali jistgħu jippreżentaw il-kandidatura tagħhom huma stess bil-miktub lill-President tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
3. Fil-kuntest ta’ proċedura għall-ħatra ta' wieħed jew aktar mit-12-il Imħallef addizzjonali, il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati sabiex jaqdu d-dmirijiet ta' Imħallef tal-Qorti Ġenerali. Il-kumitat għandu jehmeż mal-opinjoni tiegħu dwar l-idoneità tal-kandidati, lista ta’ kandidati li għandhom l-aktar esperjenza ta’ livell għoli xierqa, ikklassifikati skont il-mertu. Din il-lista għandu jkun fiha numru ta’ kandidati li jikkorrispondi tal-anqas għad-doppju tan-numru ta’ Mħallfin li se jinħatru permezz ta’ ftehim komuni tal-gvernijiet tal-Istati Membri, sakemm hemm numru suffiċjenti ta’ kandidati adattati.’
"
▌
▌
Artikolu 3
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. It-tnax-il Imħallef maħtura bħala Mħallfin addizzjonali abbażi u wara d-dħul ta’ dan ir-Regolament, għandhom jidħlu fil-kariga immedjatament wara li jieħdu l-ġurament.
Il-mandat ta’ sitta minn dawn l-Imħallfin magħżula bil-polza, jintemm sitt snin wara l-ewwel sostituzzjoni parzjali tal-Qorti Ġenerali wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-mandat tas-sitt Imħallfin l-oħra jintemm sitt snin wara t-tieni sostituzzjoni parzjali tal-Qorti Ġenerali wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.