Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0244(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0083/2014

Testi mressqa :

A7-0083/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/04/2014 - 8.30
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0370

Testi adottati
PDF 284kWORD 51k
It-Tlieta, 15 ta' April 2014 - Strasburgu
L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 *
P7_TA(2014)0370A7-0083/2014
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (COM(2013)0505 – C7-0255/2013 – 2013/0244(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0505),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 187 u l-ewwel paragrafu ta' 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0255/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0083/2014),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../2014 dwar l-Impriża Konġunta Clean Sky 2
P7_TC1-NLE(2013)0244

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza