Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0278(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0457/2013

Testi mressqa :

A7-0457/2013

Dibattiti :

PV 14/01/2014 - 14
CRE 14/01/2014 - 14

Votazzjonijiet :

PV 15/01/2014 - 10.14
CRE 15/01/2014 - 10.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 15/04/2014 - 17.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0030
P7_TA(2014)0387

Testi adottati
PDF 289kWORD 41k
It-Tlieta, 15 ta' April 2014 - Strasburgu
L-istatistiċi rigward il-kummerċ ***I
P7_TA(2014)0387A7-0457/2013
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 638/2004 fuq l-istatistiċi Komunitarji rigward il-kummerċ ta' merkanzija bejn Stati Membri rigward l-għoti ta’ setgħat iddelegati u implimentattivi lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri, il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-amministrazzjoni tad-dwana, l-iskambju ta’ dejta kunfidenzjali bejn l-Istati Membri, kif ukoll id-definizzjoni tal-valur statistiku (COM(2013)0578 – C7-0242/2013 – 2013/0278(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0578),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0242/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0457/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(1);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fil-15 ta' Jannar 2014 (Testi adottati, P7_TA(2014)0030).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 638/2004 fuq l-istatistiċi Komunitarji rigward il-kummerċ ta' merkanzija bejn Stati Membri rigward l-għoti ta’ setgħat delegati u ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri, il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-amministrazzjoni tad-dwana, l-iskambju ta’ data kunfidenzjali bejn l-Istati Membri, kif ukoll id-definizzjoni tal-valur statistiku
P7_TC1-COD(2013)0278

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 659/2014.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza