Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0388(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0177/2014

Testi mressqa :

A7-0177/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2014 - 7.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0399

Testi adottati
PDF 205kWORD 38k
L-Erbgħa, 16 ta' April 2014 - Strasburgu
Opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd UE-Komoros ***
P7_TA(2014)0399A7-0177/2014

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ partijiet (16130/2013 – C7-0011/2014 – 2013/0388(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (16130/2013),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd li hemm fis-seħħ bħalissa bejn iż-żewġ partijiet (16127/2013),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), u (7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0011/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 81(2) u l-Artikolu 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0177/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq lill-Parlament il-minuti u l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt biex jimmonitorja l-implimentazzjoni, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim, kif previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-programm settorjali pluriennali previst fl-Artikolu 3 tal-protokoll; jistieden lill-Kummissjoni taġevola l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt; jistieden lill-Kummissjoni tressaq lill-Parlament u lill-Kunsill, fl-aħħar sena ta' applikazzjoni tal-protokoll fis-seħħ u qabel il-ftuħ tan-negozjati għat-tiġdid tiegħu, rapport sħiħ dwar l-implimentazzjoni tiegħu, mingħajr restrizzjonijiet bla ħtieġa tal-aċċess għalih;

3.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, filwaqt li jaġixxu fil-limiti tal-poteri rispettivi tagħhom, iżommu lill-Parlament mgħarraf immedjatament u b’kollox fl-istadji kollha tal-proċeduri relatati mal-protokoll il-ġdid u t-tiġdid tiegħu, skont it-termini tal-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Unjoni tal-Komoros.

Avviż legali - Politika tal-privatezza