Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 15 ta' April 2014 - Strasburgu
Deċiżjoni li ma' ssirx oġġezzjoni għal att iddelegat: Il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn
 Riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek ***I
 Protezzjoni tal-konsumaturi fis-servizzi ta' utilità
 Rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni ***I
 L-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli ***I
 Informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika ***I
 L-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja *
 L-Impriża Konġunta Shift2Rail *
 Talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Alexander Mirsky
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - applikazzjoni EGF/2012/007 IT/VDC Technologies
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - applikazzjoni EGF/2012/004 ES/Grupo Santana
 Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti ***II
 L-implimentazzjoni ta' infrastruttura tal-fjuwils alternattivi ***I
 Id-dimensjonijiet u l-piżijiet għal vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità ***I
 Qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment ***I
 Impriżi ta' investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS V) ***I
 Kontijiet tal-pagamenti ***I
 Id-dokumenti bit-tagħrif ewlieni għall-prodotti ta' investiment ***I
 Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea: in-numru ta' mħallfin fil-Qorti Ġenerali ***I
 Il-varar ta' eCall interoperabbli fl-UE kollha ***I
 Miżuri biex titnaqqasl-ispiża biex isiru netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b'veloċità għolja ***I
 It-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni ***I
 Prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi ***I
 Il-Programm ta' Riċerka u Żvilupp għall-Għixien Attiv u Megħjun ***I
 Intrapriżi żgħar u medji li jwettqu riċerka ***I
 Il-Programm Ewropew tal-Metroloġija għall-Innovazzjoni u r-Riċerka ***I
 Il-Programm tas-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw ***I
 Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet ***I
 Id-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti kumpaniji u gruppi kbar ***I
 Kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-qafas ta' trasferiment intrazjendali ***I
 L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 *
 L-Impriża Konġunta tal-Industriji b'Bażi Bijoloġika *
 L-Impriża Konġunta SESAR *
 L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 *
 L-Impriża Konġunta ECSEL*
 L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 *
 Il-Ftehim Interistituzzjonali dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza
 Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi
 Negozjati dwar il-QFP 2014-2020: it-tagħlimiet li għandhom jittieħdu u t-triq 'il quddiem
 Żieda fil-mobbiltà tal-ħaddiema permezz ta’ titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari ***II
 Kontrolli u attivitajiet imwettqa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf u ta' regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti, dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti, u dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti ***I
 Is-Saħħa tal-Annimali ***I
 Miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti ***I
 Is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur ***I
 Is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti ***I
 Swieq ta' strumenti finanzjarji u emenda tar-Regolament EMIR dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet ***I
 Is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, u revoka tad-Direttiva 2004/039/KE ***I
 L-istatistiċi rigward il-kummerċ ***I
 Is-saldu tat-titoli u depożitorji ċentrali tat-titoli ***I
 It-tagħmir tal-baħar ***I
 Apparat ta' pressjoni ***I
 Sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali ***I
 Stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol ***I
 L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u r-reazzjoni għat-tniġġis ***I
 "L-Unjoni Ewropea kif tista’ tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ambjent ospitabbli biex l-intrapriżi, in-negozji u n-negozji ġodda joħolqu l-impjiegi?"
 Teknoloġiji ġodda u riżorsi edukattivi miftuħa
 Votazzjoni fi proċedimenti relatati mal-immunità ta' Membru (Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura)

Deċiżjoni li ma' ssirx oġġezzjoni għal att iddelegat: Il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn
PDF 203kWORD 36k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) tat-13 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (C(2014)1627 – 2014/2676(DEA))
P7_TA(2014)0340B7-0273/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2014)1627),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-13 ta' Marzu 2014, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-regolament delegat,

–  wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati 18 ta' Marzu 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 223/2014(1), u b’mod partikolari l-Artikoli 32(8), 32(9), 34(7), 34(8), 55(4) u 62(4) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 87a(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-fatt li ebda oġġezzjoni ma tqajmet fil-perjodu stipulat fit-tielet u r-rabà inċiż tal-Artikolu 87a (6) tar-Regoli tal-Proċedura, li skada fit-3 April 2014 tiegħu,

A.  billi ġie enfasizzat repetutament li huwa essenzjali li l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn isir operattiv mingħajr dewmien;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1.


Riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek ***I
PDF 299kWORD 76k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2013)0520 – C7-0223/2013 – 2013/0253(COD))
P7_TA(2014)0341A7-0478/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0520),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0223/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara/jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Novembru 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7‑0478/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kunsill mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

P7_TC1-COD(2013)0253


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 806/2014.)

ANNESS MAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Kunsill

Il-firmatarji għall-Ftehim Intergovernattiv dwar it-trasferiment u l-mutwalizzazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni jiddikjaraw li ser jaħdmu bla heda biex ilestu l-proċess ta' ratifika tiegħu f'konformità mar-rekwiżiti legali nazzjonali rispettivi fiż-żmien debitu sabiex il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni jkun qed jopera għalkollox sal-1 ta' Jannar 2016.

(1) (Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 67, 6.3.2014, p. 58.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fis-6 ta' Frar 2014 (Testi adottati P7_TA(2014)0095).


Protezzjoni tal-konsumaturi fis-servizzi ta' utilità
PDF 300kWORD 69k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi – protezzjoni tal-konsumaturi fis-servizzi ta' utilità (2013/2153(INI)) ,
P7_TA(2014)0342A7-0163/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar strateġija għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumaturi vulnerabbli(1),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-mobilità u l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità u l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020(2),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Ġunju 2013 dwar aġenda ġdida għall-Politika Ewropea tal-Konsumatur(3),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwar ir-riforma tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat għal Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (Direttiva dwar prattiki kummerċjali żleali),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi(5),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2013 li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012 (COM(2013)0627),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta’ Novembru 2012 “Lejn suq intern tal-enerġija effiċjenti” (COM(2012)0663),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 li temenda d-Direttiva 97/67/KE rigward it-twettiq sħiħ tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern ("Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku"),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn l-adozzjoni ta' Karta Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Konsumaturi tal-Enerġija” (COM(2007)0386),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif inkorporata fit-Trattati permezz tal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 (il-protezzjoni tad-dejta personali), l-Artikolu 11 (il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni), l-Artikolu 21 (in-nondiskriminazzjoni), l-Artikolu 23 (l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel), l-Artikolu 25 (id-drittijiet tal-anzjani), l-Artikolu 26 (l-integrazzjoni tal-persuni diżabbli), l-Artikolu 34 (is-sigurtà soċjali u l-assistenza soċjali), l-Artikolu 36 (l-aċċess għal servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali), l-Artikolu 37 (il-protezzjoni tal-ambjent) u l-Artikolu 38 (il-protezzjoni tal-konsumatur) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 12 tat-TUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 14 tat-TUE kif ukoll il-Protokoll Nru 26 mehmuż mat-Trattat,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0163/2014),

A.  billi t-titjib fl-informazzjoni għall-konsumaturi rigward is-servizzi ta' utilità għandu importanza partikolari u billi hemm il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-konsumaturi jkollhom aċċess għal tali servizzi filwaqt li l-Istati Membri jkollhom il-flessibilità meħtieġa biex jikkunsidraw il-konsumaturi vulnerabbli;

B.  billi hemm leġiżlazzjoni settorjali fis-seħħ u din diġà tejbet il-ħarsien tal-konsumaturi, iżda billi l-Istati Membri huma mfakkra li, għal dan il-għan, għad hemm il-ħtieġa ta' implimentazzjoni korretta u infurzar;

C.  billi, fil-każ tas-servizzi ta' utilità, is-setgħat nazzjonali u d-dritt għal awtonomija amministrattiva fil-livell tal-gvern lokali għandhom jiġu rispettati u billi r-regolamenti settorjali jikkostitwixxu qafas legali suffiċjenti għas-servizzi ta' utilità;

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.  Jinnota li xi aspetti tad-drittijiet bażiċi tal-konsumatur huma koperti mid-Direttiva 2011/83/UE u li l-karatteristiċi komuni tas-servizzi ta' utilità huma deskritti fil-qasir fil-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti;

2.   Ifakkar lill-Istati Membri li kien hemm il-ħtieġa li d-Direttiva dwar id-drittijiet tal-konsumatur tiġi trasposta sa nofs Diċembru 2013 u li din tkun applikabbli għall-kuntratti kollha konklużi wara t-13 ta' Ġunju 2014;

3.  Jinnota li l-ħarsien tal-konsumatur ikun effettiv biss jekk id-drittijiet tal-konsumatur ikunu jistgħu jiġu infurzati; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali (2005/29/KE), id-Direttiva dwar Reklamar Qarrieqi u Komparattiv (2006/114/KE) u d-Direttiva dwar Drittijiet tal-Konsumatur (2011/83/UE); jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza ta' sistemi ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) bħala mekkaniżmi effiċjenti u ekonomiċi biex jissolvew il-kunflitti bejn il-konsumaturi u l-fornituri ta' servizzi ta' utilità; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva dwar l-ADR (2013/11/UE) li kien hemm qbil dwarha reċentement u r-Regolament (UE) Nru 524/2013 dwar is-soluzzjoni online għat-tilwim (ODR);

4.  Jenfasizza li s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom għandha rwol ewlieni fil-kisba ta’ livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur, iżda jenfasizza wkoll ir-rwol fundamentali tas-servizz għall-konsumaturi f’isem il-fornituri tas-servizzi ta' utilità; jenfasizza li l-individwi responsabbli għall-kuntatti mal-klijentela għandhom ikunu mħarrġa u konxji tad-drittijiet tal-konsumaturi; iħeġġeġ għalhekk lill-fornituri tas-servizzi ta' utilità biex iħarrġu lill-impjegati tagħhom u jiżguraw li l-klijenti kollha jkollhom aċċess faċli għal assistenza personalizzata f’kull ħin;

5.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-konsumaturi jkollhom aċċess għal provvista tas-servizzi affordjabbli u ta’ kwalità għolja fl-UE, peress li tali servizzi huma essenzjali biex jiżguraw il-koeżjoni soċjali u territorjali filwaqt li jikkontribwixxu għall-kompetittività ekonomika Ewropea;

6.  Jappoġġja l-eżistenza ta' organizzazzjonijiet tal-konsumaturi b'saħħithom u indipendenti biex jiffaċilitaw il-ħarsien komprensiv tal-konsumaturi, madankollu jenfasizza l-importanza li jinstab bilanċ xieraq bejn il-ħtiġijiet tal-konsumaturi u dawk tal-fornituri;

7.  Jenfasizza li l-aċċess għas-servizzi ta' utilità għandu jkun iffaċilitat għall-konsumaturi kollha, irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom; jissuġġerixxi li, f'ċirkostanzi speċifiċi, l-Istati Membri jistgħu jqisu li l-'konsumaturi vulnerabbli' jistgħu jirrikjedu arranġamenti adegwati;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-kuntest ta' servizzi ta' utilità, jagħtu iktar attenzjoni u jinvestu aktar fl-informazzjoni għall-konsumaturi u f'kampanji edukattivi li jindirizzaw messaġġi adatti għal kull settur ta' konsumaturi speċifiku;

L-enerġija

9.  Jemmen li jeħtieġ ikun hemm suq intern tal-enerġija miftuħ, trasparenti u integrat biex jinkisbu prezzijiet tal-enerġija kompetittivi, sigurtà tal-provvista, sostenibilità u użu effiċjenti fuq skala kbira tal-enerġija rinovabbli, u jistieden lill-Istati Membri jittrasponu, japplikaw u jissorveljaw aħjar u b'mod xieraq il-pakkett tas-suq intern tal-enerġija; jinnota l-ħtieġa għal titjib fl-informazzjoni għall-konsumaturi, partikolarment bil-ħsieb li jitjiebu s-servizzi offruti, u biex ikunu permessi l-komparabilità u t-trasparenza tat-tariffi, u b'hekk jinkiseb ipprezzar nondiskriminatorju;

10.  Jenfasizza l-importanza kruċjali tal-implimentazzjoni f’waqtha, korretta u sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti, inkluż tax-xogħol regolatorju mitlub mit-tielet pakkett tas-suq intern tal-enerġija, sabiex sal-2014 jinkiseb suq intern tal-enerġija Ewropew integrat u kompetittiv;

11.  Jilqa' x-xogħol tal-grupp ta' ħidma dwar il-Konsumaturi Vulnerabbli fil-qafas tal-Forum taċ-Ċittadini dwar l-Enerġija, u jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 2014 dwar il-prezzijiet u l-kostijiet tal-enerġija fl-Ewropa (COM(2014)0021) u r-rapport anness magħha, li janalizzaw l-impatt u r-relazzjoni tal-prezzijiet u l-kostijiet tal-enerġija fl-Istati Membri; ifakkar li huwa wkoll kompitu tal-Istati Membri li jindirizzaw id-diversi fatturi u sitwazzjonijiet konnessi mal-enerġija u l-konsumaturi vulnerabbli;

12.  Jinnota li t-terminizzjoni tal-kuntratti tal-enerġija spiss tinvolvi kundizzjonijiet restrittivi u proċeduri kumplessi, li jagħmilha diffiċli li wieħed ibiddel il-fornitur; jitlob biex il-proċeduri għall-bidla tal-fornituri jkunu mħaffa u simplifikati; jinnota li l-kriterji ta' evalwazzjoni eżistenti tal-pakkett tas-suq intern tal-enerġija huma kkompletati fid-Direttivi rispettivi dwar l-Elettriku u dwar il-Gass tat-tielet pakkett tas-suq intern tal-enerġija; jenfasizza l-importanza ta' rapporti regolari tal-Kummissjoni dwar l-infurzar tas-Suq Intern tal-Enerġija;

13.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tippreżenta l-konklużjoni tagħha dwar il-fatturar elettroniku peress li dan jagħmel parti mill-ġestjoni onlajn tal-kontijiet tal-enerġija tal-konsumaturi;

14.  Jiddispjaċih li l-prezzijiet tal-enerġija attwali ma jqisux neċessarjament l-ispejjeż esterni, bħall-ħsarat ambjentali assoċjati ma’ sors ta’ enerġija jew ma' metodu ta’ produzzjoni partikolari, li jistgħu madankollu jiġu trażmessi lis-soċjetà sħiħa fuq perjodu fit-tul; jitlob miżuri li jinkoraġġixxu trasparenza akbar fil-prezzijiet għall-konsumaturi f’dan ir-rigward;

15.  Huwa tal-fehma li l-impriżi għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar il-prezzijiet, it-tibdil fil-prezzijiet u t-tibdil fil-kuntratti b’mod li jinftiehem faċilment; ifakkar lill-Istati Membri dwar il-fatt li t-tielet pakkett tas-suq intern tal-enerġija diġà jobbligahom li jiżguraw dan; jistieden lill-Istati Membri u n-negozji kkonċernati jieħdu miżuri adegwati biex jiżguraw li l-konsumaturi jkollhom aċċess għal informazzjoni ċara, komprensibbli u komparabbli dwar tariffi, kundizzjonijiet u mezzi ta' rikors;

16.  Ifakkar li t-tielet pakkett tas-suq intern tal-enerġija jissuġġerixxi lill-Istati Membri jwettqu analiżi kostijiet-benefiċċji qabel jibdew iniedu l-arloġġi intelliġenti; jenfasizza li n-netwerks intelliġenti tal-enerġija jippermettu lill-konsumaturi josservaw u jadattaw il-konsum tal-enerġija tagħhom, iżda jinnota li xi wħud mill-analiżijiet kostijiet-benefiċċji li twettqu mill-Istati Membri ma jagħtux indikazzjoni ta' ffrankar sostanzjali ta' spejjeż għall-konsumaturi; jenfasizza li kemm il-klijenti kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta għandhom ikunu rispettati, u jenfasizza li l-użu ta' arloġġi intelliġenti għandha tibqa' l-għażla tal-konsumatur;

It-telekomunikazzjoni

17.  Jenfasizza li l-aspett tal-konsumatur tas-suq uniku diġitali u tas-settur tal-komunikazzjoni elettronika huwa ta' importanza kbira u jinnota t-titjib sinifikanti fil-ħarsien tal-konsumatur li ġie introdott wara l-implimentazzjoni tal-Pakkett tat-Telekomunikazzjoni tal-2009 (id-Direttivi 2009/136/KE u 2009/140/KE); jenfasizza l-aġġornamenti u t-titjib importanti fil-ħarsien tal-konsumatur u l-għoti tas-setgħa li qed jiġi propost attwalment mill-Parlament; jenfasizza l-importanza tal-aċċess għall-konsumaturi kollha ta' servizzi ta' komunikazzjoni ta' kwalità għolja, u l-importanza tal-użu ta' infrastrutturi ġodda sabiex jitnaqqas id-distakk diġitali;

18.  Itenni l-proposti tiegħu biex tkun aktar faċli għall-konsumaturi li jibdlu l-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika mingħajr ħlasijiet addizzjonijiet apparti l-kost tal-bidla attwali, mingħajr telf ta' dejta u b'ammont minimu ta' formalitajiet, u biex jinkoraġġihom jagħmlu dan; jappoġġja wkoll il-proposti biex jippromwovu informazzjoni indipendenti fuq l-ipprezzar, il-fatturar u l-kwalità tas-servizz, inklużi l-veloċitajiet tad-dejta;

Is-servizzi postali

19.  Jinnota li l-konsumaturi jibbenefikaw minn servizz aktar iffokat fuq il-kwalità fis-settur postali u minn iffrankar li jiġi mgħoddi lilhom permezz ta' tnaqqis fil-kostijiet; jenfasizza li aktar għażliet ta’ konsenja u aktar trasparenza, informazzjoni u prezzijiet aħjar huma prekundizzjonijiet biex tiżdied il-fiduċja tal-konsumaturi fis-suq tal-konsenja; jinnota li d-Direttiva 97/67/KE, kif emendata mid-Direttivi 2002/39/KE u 2008/6/KE, tiżgura li s-servizzi postali jipprovdu servizz universali; ifakkar lill-Kummissjoni teżamina, fir-rapport ta' implimentazzjoni tagħha, jekk din il-garanzija hijiex issodisfata mill-Istati Membri; jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-operaturi tas-servizzi postali jtejbu l-interoperabbiltà u jħaffu t-tnedija tal-proċessi ssimplifikati li għandhom l-għan li jnaqqsu l-kostijiet u jżidu d-disponibbiltà u l-kwalità tas-servizzi ta’ konsenja;

20.  Jenfasizza l-importanza ta' servizz ta' konsenja ta' pakketti komprensiv fl-Unjoni kollha; jenfasizza li huwa kruċjali li servizzi ta' pakketti pprovduti minn servizzi postali u minn operaturi privati jkunu veloċi u affidabbli, mhux l-anqas sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumaturi li jordnaw onlajn; itenni s-suġġerimenti li saru fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2014 dwar il-konsenja tal-pakketti(6) dwar il-ħtieġa li jiġi megħjun it-titjib fis-servizzi u li jitnaqqsu l-kostijiet;

21.  Jilqa’ l-isforzi kollha li diġà saru mill-operaturi tas-suq tal-konsenji biex jintlaqgħu aħjar il-ħtiġijiet tal-konsumaturi u l-bejjiegħa bl-imnut onlajn bħall-introduzzjoni tal-konsenja flessibbli u l-alternattivi għar-ritorn; jenfasizza, fl-istess waqt, li jintlaqgħu inċentivi addizzjonali biex itejbu l-interoperabbiltà u l-kwalità tas-servizzi;

It-trasport pubbliku

22.  Jinnota li, f'dawn l-aħħar snin, id-drittijiet tal-konsumaturi li jagħmlu użu minn servizzi tat-trasport ġew imsaħħa permezz ta' miżuri settorjali;

23.  Jenfasizza li għandhom ikunu mmirati l-konsumaturi b'aċċess għal trasport pubbliku lokali effiċjenti, indipendentement mill-fatt jekk joqogħdux f'inħawi fejn tali servizz iħalli inqas qligħ; jirrikonoxxi r-responsabbiltà tal-Istati Membri f'dan ir-rigward, u jistedinhom jieħdu azzjoni adegwata;

24.  Ifakkar li servizzi ta' trasport pubbliku effiċjenti se jkomplu jżidu fl-importanza tagħhom fil-futur, minħabba l-popolazzjoni li qed tixjieħ, u huma meħtieġa wkoll biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-istrateġija Ewropa 2020; jitlob l-iżvilupp ta’ għodod komuni biex jiżguraw il-multimodalità ottimizzata f’servizzi tat-trasport pubbliku effiċjenti u ta’ kwalità għolja, bil-għan li jiżġuraw kemm il-moviment liberu tal-persuni, kif ukoll il-kompetittività ta’ dawn is-servizzi;

25.  Jitlob approċċ olistiku fir-rigward tal-persuni anzjani u l-persuni b’mobilità limitata; jemmen li għandha tiġi kkunsidrata l-katina kollha tat-trasport pubbliku, inkluż l-aċċess għan-nodi tat-trasport pubbliku; jixtieq li jindirizza l-ħtieġa għal sistema koerenti ta’ punti fokali biex jiġu megħjuna l-persuni b’mobilità limitata;

o
o   o

26.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 11.
(2) ĠU C 131 E, 8.5.2013, p. 9.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0239.
(4) ĠU C 153 E, 31.5.2013, p. 51.
(5) ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.
(6) Testi adottati, P7_TA(2014)0067.


Rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni ***I
PDF 610kWORD 168k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2013)0622 – C7-0266/2013 – 2013/0302(COD))
P7_TA(2014)0343A7-0145/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0622),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0266/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Jannar 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta' Jannar 2014(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0145/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE

P7_TC1-COD(2013)0302


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) tistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-ħruġ ta' ċertifikati tekniċi għal bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni permezz tan-netwerk tal-Unjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni.

(2)  Ir-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti li jkunu qed jinnavigaw fuq ix-xmara Renu huma stabbiliti mill-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu(CCNR).

(3)  Ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Annessi tad-Direttiva 2006/87/KE fil-biċċa l-kbira jiġbru fihom id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti dwar l-Ispezzjoni tal-Bastimenti fuq ir-Renu, fil-verżjoni approvata fl-2004 mis-CCNR. Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi applikabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati għan-navigazzjoni interna skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu huma aġġornati regolarment u huma magħrufa bħala li jirriflettu l-iżviluppi tekniċi attwali.

(4)  Iż-żamma ta' żewġ settijietMinħabba l-oqfsa legali u l-iskedi taż-żmien differenti ta’ regoli, dawk għalgħall-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet, huwa diffiċli li tinżamm l-ekwivalenza bejn iċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna maħruġa skont id-Direttiva 2006/87/KE u ċertifikati maħruġa skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta dwar in-Navigazzjonigħan-Navigazzjoni fuq ir-Renu u dawk għal ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, ma tiżguraxGħalhekk, iċ-ċertezza legali mhix żgurata, u s-sikurezzadan għandu impatt potenzjalment negattiv fuq is-sikurezza tan-navigazzjoni. [Em. 1]

(5)  Sabiex tinkiseb armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni u biex ikun hemm il-prevenzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u livelli varjati ta’ sikurezza għandhom jiġu applikati, u aġġornati regolarment, l-istess rekwiżiti tekniċi għan-netwerk sħiħ tal-Unjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni.

(6)  Peress li s-CCNR bniet esperjenza vasta fl-iżvilupp u fl-aġġornament ta' rekwiżiti tekniċi għal bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, dandak l-għarfien espert għandu jkun użat bis-sħiħ għall-passaġġi tal-ilma interni fl-Unjoni. Is-servizzi tal-Kummissjoni u s-CCNR iffirmaw Arranġament Amministrattiv fl-2013 biex jirrinfurzaw il-kooperazzjoni bejniethom, partikolarment fir-rigward tal-iżvilupp tar-rekwiżiti tekniċi li jikkonċernaw il-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni. F’dan il-qafas, ġie maqbul li għandu jiġi stabbilit Kumitat (il-Kumitat għall-Ħolqien ta' Standards Tekniċi Ewropej (CESTE)) biex ifassal l-istandards tekniċi fil-qasam tan-navigazzjoni interna li tkun tista’ issir referenza għalihom mill-Unjoni u mis-CCNR fir-regolamenti rispettivi tagħhom. [Em. 2]

(7)  Iċ-ċertifikati tal-Unjoni li jiċċertifikaw il-konformità sħiħa tal-inġenji mar-rekwiżiti tekniċi għandhom ikunu validi għall-passaġġi fuq l-ilma interni kollha tal-Unjoni.

(8)  Il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ ċertifikati supplimentari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna mill-Istati Membri għal operazzjonijiet fil-passaġġi fuq l-ilma taż-Żoni 1 u 2 (l-estwarji) u għal operazzjonijiet fuq passaġġi fuq l-ilma taż-Żona 4 għandhom ikunu armonizzati aktar mill-qrib.

(9)  Fl-interessi tas-sikurezza, l-istandards għandhom ikunu armonizzati f’livell għoli u b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda tnaqqis tal-istandards ta' sikurezza fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw rekwiżiti tekniċi addizzjonali jew imnaqqsa għal ċerti żoni sakemm tali miżuri huma limitati għas-suġġetti speċifiċi stipulati fl-Annessi III u IV.

(10)  L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jkollhom deroga għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva f’ċerti każijiet relatati ma’ passaġġi fuq l-ilma navigabbli li mhumiex konnessi mal-passaġġi fuq l-ilma ta’ Stati Membri oħra jew għal ċerti inġenji li joperaw esklussivament fuq passaġġ fuq l-ilma nazzjonali.

(11)  L-Istati Membri, wara awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, għandhom ukoll jitħallew jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal inġenji speċifiċi biex jakkomodaw approċċi alternattivi, jippromwovu l-innovazzjoni jew għall-prevenzjoni ta’ kosti irraġonevoli.

(12)  Iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinħareġ lil inġenju li jgħaddi spezzjoni teknika mwettqa qabel ma l-inġenju jitqiegħed fis-servizz. Din l-ispezzjoni teknika għandha tintuża biex tikkontrolla jekk l-inġenju jikkonformax mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti f’din id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhomse ikunu intitolati li jwettqu spezzjonijiet addizzjonali fi kwalunkwe ħin sabiex jivverifikaw li l-istat fiżiku tal-inġenju jaqbel maċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. [Em. 3]

(13)  Huwa xieraq, fi ħdan ċertu limitu ta' żmien u skont il-kategorija tal-inġenju kkonċernat, li jiġi ddeterminat il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna f'kull każ speċifiku.

(14)  Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-sostituzzjoni, it-tiġdid, l-estensjoni tal-validità u l-ħruġ ta’ ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna ġodda, f’ċerti limiti, sabiex jinżamm livell għoli ta’ sikurezza fin-navigazzjoni interna.

(15)  Il-miżuri stabbiliti fid-Direttiva 2009/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) jeħtieġ li jibqgħu fis-seħħ għal bastimenti mhux koperti minn din id-Direttiva.

(16)  Għandha tiġi applikata sistema tranżitorja għall-inġenji li jkunu qed joperaw iżda li għad m'għandhomx ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna meta jiġu soġġettati għall-ewwel spezzjoni teknika skont ir-rekwiżiti tekniċi riveduti stabbiliti minn din id-Direttiva.

(17)  Għandhom jinħarġu struzzjonijiet vinkolanti sabiex jipprovdu regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi b'mod armonizzat.

(18)  Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza u effiċjenza għan-navigazzjoni interna u sabiex tinżamm l-ekwivalenza taċ-ċertifikati għan-navigazzjoni interna , ir-rekwiżiti tekniċi ddefiniti fl-Annessi għal din id-Direttiva għandhom jitqiesu bidliet fir-rekwiżitijinżammu aġġornati sabiex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku, u l-istandards tekniċi għal raġunijiet ta' sikurezza fil-qasam tan-navigazzjoni interna u l-ekwivalenza taċ-ċertifikati. Meta jsir dan is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni biex tadatta l-Annessifir-rigward tal-adattament tal-Annessi ta' din id-Direttiva skont il-progressgħall-progress xjentifiku u tekniku jew l-iżviluppi f’dan il-qasamgħall-iżviluppi u l-aġġornamenti tal-istandards tekniċi li jirriżultaw minn xogħlijiet ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari dawk tas-CCNR. Huwa ta’ importanza partikolari li l-KummissjoniIl-Kummissjoni għandha, b'mod miftuħ u trasparenti twettaq konsultazzjonijiet xierqa mal-partijiet interessati rilevanti kollha matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-preżentazzjoni t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 4]

(18a)  Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tadotta atti delegati biex tintroduċi rekwiżiti tekniċi għal bastimenti li jitħaddmu bil-gass naturali likwifikat (LNG), sabiex tkun permessa ċ-ċirkolazzjoni effikaċi u sigura ta' dawn il-bastimenti fil-passaġġi fuq l-ilma interni. [Em. 5]

(19)  Il-Kummissjoni għandu tingħatalha s-setgħa fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għal ċerti derogi għar-rekwiżiti tekniċi għal inġenji speċifiċi, biex tapprova soċjetajiet ta' klassifikazzjoni u biex tapprova rekwiżiti tekniċi addizzjonali jew imnaqqsa għal bastimenti li joperaw f'ċerti żoni li mhumiex konnessi mal-passaġġi fuq l-ilma interni navigabbli ta' Stat Membru ieħor, għall-adattament għal approċċi alternattivi, il-promozzjoni tal-innovazzjoni, il-prevenzjoni ta' kosti mhux raġonevoli, il-provvediment ta' proċess effikaċi għall-ħruġ taċ-ċertifikati jew biex jitqiesu ċ-ċirkustanzi reġjonali. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (KE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8).

(19a)  Sabiex ikun żgurat qafas xieraq għall-koordinament u kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti għan-navigazzjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni, partikolarment is-CCNR, u l-iżvilupp ta' standards tekniċi komuni għan-navigazzjoni interna li għalihom jistgħu jirreferu l-Unjoni u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, din id-Direttiva għandha tkun soġġetta għal reviżjoni, partikolarment fir-rigward tal-effikaċja tal-miżuri introdotti minnha, kif ukoll il-mekkaniżmi għal kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali li huma kompetenti għan-navigazzjoni interna, bil-għan li tinkiseb damma uniku u uniformi ta' standards tekniċi. [Em. 6]

(20)  Għalhekk, id-Direttiva 2006/87/KE għandha titħassar,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-klassifikazzjoni tal-passaġġi fuq l-ilma

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni għandhom jiġu klassifikati kif ġej:

(a)  Iż-żoni 1, 2, 3 u 4

(i)  Iż-żoni 1 u 2: il-passaġġi fuq l-ilma elenkati fil-Kapitolu 1 tal-Anness I;

(ii)  Iż-żona 3: il-passaġġi fuq l-ilma elenkati fil-Kapitolu 2 tal-Anness I;

(iii)  Iż-żona 4: il-passaġġi fuq l-ilma elenkati fil-Kapitolu 3 tal-Anness I.

(b)  Iż-Żona R: dawk il-passaġġi fuq l-ilma msemmija fil-punt (a) li għalihom iridu jinħarġu ċertifikati skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu peress li dak l-Artikolu jiġi fformulat meta d-Direttiva tidħol fis-seħħ.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet u l-ambitu tal-applikazzjoni

1.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)  "inġenju": tfisser bastiment jew oġġett ta' tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma;

(b)  “bastiment”: tfisser bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni jew bastiment tat-tbaħħir;

(c)  “rimonkjatur”: tfisser bastiment mibni apposta biex iwettaq ħidmiet ta' rmonk;

(d)  "rimonkjatur li jimbotta": tfisser bastiment mibni apposta biex jimbotta konvoj 'il quddiem;

(e)  "bastiment tal-passiġġieri": tfisser bastiment ta' vjaġġi ta' ġurnata jew bil-kabini, mibni u mgħammar biex iġorr iktar minn 12-il passiġġier;

(f)  "tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma": tfisser installazzjoni li żżomm f'wiċċ l-ilma li ġġorr tagħmir tax-xogħol bħal krejnijiet, tagħmir għat-tħammil, tagħmir li jwaħħal il-puntali jew elevaturi;

(g)  "inġenju rikreattiv": tfisser bastiment għajr bastiment tal-passiġġieri, maħsub għall-isport jew għad-divertiment;

(h)  "spostament tal-ilma": tfisser il-volum mgħarraq tal-bastiment, f'm³;

(i)  "tul (L)": tfisser it-tul massimu tal-buq f'm, minbarra t-tmun u l-pupress;

(j)  "wisa' (B)": tfisser il-wisa' massimu tal-buq f'm, imkejjel sat-tarf ta' barra tal-pjanċi tal-qoxra (minbarra r-roti tal-palella, il-parabordi, u affarijiet simili);

(k)  "fundar (T)" : tfisser id-distanza vertikali f’m bejn il-punt l-iktar baxx tal-buq mingħajr ma jkun ikkunsidrat il-prim jew annessi oħra fissi u l-linja ta’ fundar massima;

(l)  "Soċjetà ta' klassifikazzjoni": tfisser soċjetà ta' klassifikazzjoni li tkun ġiet approvata skont il-kriterji u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 9;

(m)  "ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna": tfisser ċertifikat maħruġ lil bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni mill-awtorità kompetenti, li jikkonferma l-konformità mar-rekwiżiti tekniċi ta' din id-Direttiva.

2.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal dawn l-inġenji:

(a)  bastimenti li għandhom tul (L) ta' 20 metru jew aktar;

(b)  bastimenti li għalihom il-prodott tat-tul (L), il-wisa' (B) u l-fundar (T) huwa volum ta' 100 m3 jew aktar.

3.  Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal dawn l-inġenji:

(a)  rimonkjaturi u rimonkjaturi li jimbuttaw, maħsuba biex jirmunkaw jew jimbuttaw l-inġenji msemmija fil-paragrafu 1 jew tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma jew biex imexxi tali inġenji jew tali tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma ma' ġenbhom;

(b)  bastimenti maħsuba għall-ġarr ta' passiġġieri li jgħabbu aktar minn 12-il passiġġier minbarra l-ekwipaġġ;

(c)  tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma.

4.  Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal dawn l-inġenji:

(a)  mezzi ta' trasport tul korp tal-ilma ('ferries');

(b)  bastimenti navali;

(c)  bastimenti tat-tbaħħir, inklużi rimonkjaturi u rimonkjaturi li jimbuttaw tat-tbaħħir, li:

(i)  joperaw jew qegħdin f'ilmijiet ta' marea;

(ii)  joperaw b'mod temporanju f'passaġġi fuq l-ilma interni, dment li jkollhom:

–  ċertifikat li juri l-konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar tal-1974 (SOLAS), jew l-ekwivalenti, ċertifikat li juri konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija tal-1966, jew l-ekwivalenti, u ċertifikat internazzjonali għall-prevenzjoni tat-tniġġiż miż-żejt (IOPP) li juri l-konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri (MARPOL) tal-1973; jew

–  fil-każ ta' bastimenti tal-passiġġieri mhux koperti minn dawn il-Konvenzjonijiet kollha msemmija fl-ewwel inċiż, ċertifikat dwar ir-regoli u l-istandards ta' sikurezza għall-bastimenti tal-passiġġieri maħruġa skont id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9); jew

–  fil-każ ta' inġenji rikreattivi li mhumiex koperti mill-Konvenzjonijiet kollha msemmija fl-ewwel inċiż, ċertifikat tal-pajjiż tal-bandiera tiegħu.

Artikolu 3

L-obbligu tal-ġarr ta’ ċertifikat

1.  L-inġenji li joperaw fil-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandhom iġorru:

(a)  meta jkunu qed joperaw fil-passaġġ fuq l-ilma taż-Żona R:

–  jew ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu; jew

–  ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jiċċertifika l-konformità sħiħa tal-inġenju, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Anness II, mar-rekwiżiti tekniċi kif imsemmija fl-Anness II li dwarhom ġiet stabbilita l-ekwivalenza mar-rekwiżiti tekniċi applikati tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli;

(b)  meta jkunu qed joperaw fuq passaġġi fuq l-ilma oħrajn, ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, inklużi, fejn applikabbli, l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5.

2.  Iċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandhom jitfasslu skont il-mudell stipulat fil-Parti I tal-Anness V u għandhom jinħarġu skont din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 24 biex temenda dak il-mudell jekk dan ikun meħtieġ sabiex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku, biex jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti amministrattivi jew biex jitqiesu l-iżviluppi f’dan il-qasam li jkunu r-riżultat tal-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari dawk tas-CCNR.

Artikolu 4

Iċ-ċertifikati supplementari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.  L-inġenji kollha li jkollhom ċertifikat validu maħruġ skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu jistgħu, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(5) ta' din id-Direttiva, jinnavigaw f'passaġġi fuq l-ilma tal-Unjoni b'dak iċ-ċertifikat biss.

2.  Madankollu l-inġenji kollha li jkunu qed iġorru ċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ukoll ikunu pprovduti b'ċertifikat supplimentari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna:

(a)  meta jkunu qed joperaw f'passaġġi fuq l-ilma taż-Żoni 3 u 4, jekk jixtiequ jieħdu vantaġġ mit-tnaqqis fir-rekwiżiti tekniċi f'dawk il-passaġġi fuq l-ilma;

(b)  meta jkunu qed joperaw f'passaġġi fuq l-ilma taż-Żoni 1 u 2, jew, fir-rigward ta' bastimenti tal-passiġġieri, meta jkunu qed joperaw f'passaġġi fuq l-ilma taż-Żona 3 li mhumiex konnessi mal-passaġġi navigabbli tal-ilma interni ta' Stat Membru ieħor, jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta rekwiżiti tekniċi addizzjonali għal dawk il-passaġġi fuq l-ilma, skont l-Artikolu 5(1), (2) u (3).

3.  Iċ-ċertifikat supplimentari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jiġi mfassal fuq il-mudell li hemm fil-Parti II tal-Anness V u għandu jinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti meta jiġi ppreżentat iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti għall-passaġġi fuq l-ilma kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti biex temenda dak il-mudell jekk dan ikun meħtieġ sabiex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku, biex jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti amministrattivi jew biex jitqiesu l-iżviluppi f’dan il-qasam li jkunu r-riżultat tal-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari dawk tas-CCNR.

Artikolu 5

Ir-rekwiżiti tekniċi addizzjonali jew imnaqqsa għal ċerti żoni

1.  L-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni u fejn applikabbli suġġett għar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu, jadottaw rekwiżiti tekniċi addizzjonali ma' dawk li hemm fl-Anness II għal inġenji li joperaw f'passaġġi fuq l-ilma taż-Żoni 1 u 2 fit-territorju tagħhom.

2.  Fir-rigward ta' bastimenti tal-passiġġieri li joperaw f'passaġġi fuq l-ilma taż-Żona 3 fit-territorju tiegħu li mhumiex konnessi mal-passaġġi navigabbli tal-ilma interni ta' Stat Membru ieħor, kull Stat Membru jista' jżomm rekwiżiti tekniċi addizzjonali ma' dawk fl-Anness II. L-Istati Membri jistgħu jadottaw rekwiżiti tekniċi addizzjonali bħal dawn wara l-proċedura msemmija fil-paragrafu 3. Ir-rekwiżiti addizzjonali jistgħu jkopru biss is-suġġetti elenkati fl-Anness III.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawn ir-rekwiżiti addizzjonali proposti tal-inqas sitt xhur qabel id-data prevista tad-dħul fis-seħħ tagħhom u għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħrajn.

Il-Kummissjoni għandha tapprova r-rekwiżiti tekniċi addizzjonali permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(2).

4.  Il-konformità mar-rekwiżiti addizzjonali għandha tiġi speċifikata fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna msemmi fl-Artikolu 3 jew, fejn japplika l-Artikolu 4(2), fiċ-ċertifikat supplimentari għan-navigazzjoni interna tal-Unjoni. Evidenza bħal din dwar il-konformità għandha tiġi rikonoxxuta fil-passaġġi fuq l-ilma tal-Unjoni taż-żona korrispondenti.

5.  Fejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji stipulati fil-Kapitolu 24a tal-Anness II tkun tirriżulta fi tnaqqis tal-istandards eżistenti nazzjonali ta' sikurezza, Stat Membru jista' ma japplikax dawk id-dispożizzjonijiet tranżitorji fir-rigward ta' bastimenti tal-passiġġieri tal-passaġġi fuq l-ilma interni li joperaw fil-passaġġi fuq l-ilma interni tiegħu li mhumiex konnessi mal-passaġġi navigabbli tal-ilma interni ta' Stat Membru ieħor. F'tali ċirkostanzi l-Istat Membru jista' jeħtieġ li tali bastimenti li joperaw fil-passaġġi fuq l-ilma interni mhux konnessi tiegħu jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness II mit-30 ta' Diċembru 2008.

Stat Membru li jagħmel użu mill-possibbiltà msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tiegħu u jipprovdi lill-Kummissjoni bid-dettalji tal-istandards nazzjonali rilevanti li japplikaw għall-bastimenti tal-passiġġieri li joperaw fil-passaġġi fuq l-ilma interni tiegħu.

Il-konformità mar-rekwiżiti ta' Stat Membru biex jopera fil-passaġġi fuq l-ilma mhux konnessi tiegħu għandha tiġi speċifikata fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna msemmi fl-Artikolu 3 jew, fejn japplika l-Artikolu 4(2), fiċ-ċertifikat supplimentari għan-navigazzjoni interna tal-Unjoni.

6.  L-inġenji li joperaw biss fil-passaġġi fuq l-ilma taż-Żona 4 għandhom jikkwalifikaw għar-rekwiżiti mnaqqsa stipulati fl-Anness II tal-passaġġi fuq l-ilma kollha f'dik iż-żona. Il-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti mnaqqsa għandha tiġi speċifikata fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna msemmi fl-Artikolu 3.

7.  L-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, jippermettu l-applikazzjoni parzjali tar-rekwiżiti tekniċi jew jistabbilixxu rekwiżiti tekniċi li jkunu inqas stretti minn dawk fl-Anness II għal inġenji li joperaw esklussivament fil-passaġġi fuq l-ilma taż-Żoni 3 u 4 fit-territorju tagħhom.

L-applikazzjoni inqas stretta jew parzjali tar-rekwiżiti tekniċi tista' tkopri biss l-elementi elenkati fl-Anness IV. Fejn il-karatteristiċi tekniċi ta' inġenju jkunu jikkorrispondu mal-applikazzjoni inqas stretta jew parzjali tar-rekwiżiti tekniċi, dan għandu jiġi speċifikat fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jew, fejn ikun japplika l-Artikolu 4(2), fiċ-ċertifikat supplimentari għan-navigazzjoni interna tal-Unjoni.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni inqas stretta jew parzjali tar-rekwiżiti tekniċi tal-Anness II tal-inqas sitt xhur qabel ma jidħlu fis-seħħ u għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħrajn.

Artikolu 6

Id-derogi

1.  L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw derogi minn din id-Direttiva kollha jew parti minnha għal:

(a)  bastimenti, rimonkjaturi, rimonkjaturi li jimbuttaw u tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma li joperaw f'passaġġi navigabbli li mhumiex konnessi permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni, mal-passaġġi ta' Stati Membri oħrajn;

(b)  inġenji li għandhom piż li ma jaqbiżx it-350 tunnellata jew inġenji mhux maħsuba għat-trasport ta' merkanzija u li għandhom spostament tal-ilma ta' inqas minn 100 m3, li kienu varati qabel l-1 ta' Jannar 1950 u li joperaw biss fuq passaġġi fuq l-ilma nazzjonali.

2.  Fir-rigward ta' navigazzjoni fil-passaġġi fuq l-ilma nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw derogi minn dispożizzjoni waħda jew aktar ta' din id-Direttiva għal vjaġġi limitati ta' interess lokali jew f'żoni portwali. Id-derogi u l-vjaġġi jew iż-żona li għalihom ikunu validi dawn id-derogi għandhom jiġu speċifikati fiċ-ċertifikat tal-inġenju.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-derogi awtorizzati skont il-paragrafi 1 u 2 u għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra bihom.

4.  Kwalunkwe Stat Membru li, minħabba derogi awtorizzati skont il-paragrafi 1 u 2, ma jkollu l-ebda inġenju suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jkun qed jopera fuq il-passaġġ fuq l-ilma tiegħu, ma għandux ikun meħtieġ jikkonforma mal-Artikoli 8, 9 u 11.

Artikolu 7

Il-ħruġ ta' ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.  Iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinħareġ għal inġenji varati minn [id-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva] wara spezzjoni teknika mwettqa qabel ma l-inġenju jibda jopera u mwettqa bil-ħsieb li jkun hemm kontroll dwar jekk l-inġenju jikkonformax mar-rekwiżiti tekniċi tal-Anness II.

2.  Iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinħareġ għal inġenji li kienu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE(10), iżda koperti minn din id-Direttiva skont l-Artikolu 2(2) u (3), wara spezzjoni teknika li għandha titwettaq hekk kif jiskadi ċ-ċertifikat attwali tal-inġenju, iżda f'kull każ mhux iżjed tard mit-30 ta' Diċembru 2018, biex jikkontrolla jekk l-inġenju jikkonformax mar-rekwiżiti tekniċi tal-Anness II.

Kwalunkwe nuqqas biex jintlaħqu r-rekwiżiti tekniċi tal-Anness II għandu jiġi speċifikat fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. Sakemm l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li dawn in-nuqqasijiet ma jikkostitwixxux periklu evidenti, l-inġenji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu jistgħu jkomplu joperaw sa meta dawk il-komponenti jew partijiet tal-inġenju li kienu ġew iċċertifikati bħala mhux konformi ma' dawk ir-rekwiżiti jiġu sostitwiti jew isirilhom xi tibdil, fejn imbagħad dawk il-komponenti jew partijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi tal-Anness II.

3.  Fi ħdan is-sens ta' dan l-Artikolu, periklu evidenti għandu jkun preżunt b'mod partikolari meta jiġu affettwati r-rekwiżiti rigward is-solidità tal-istruttura fiżika fil-bini tal-bastiment, in-navigazzjoni jew il-manuvrabbiltà jew il-karatteristiċi speċjali tal-inġenju skont ir-rekwiżiti tekniċi tal-Anness II. Id-derogi kif permessi fir-rekwiżiti tekniċi tal-Anness II ma għandhomx jiġu identifikati bħala nuqqasijiet li jikkostitwixxu periklu evidenti.

Il-bdil ta' partijiet eżistenti ma' partijiet identiċi jew partijiet ta' teknoloġija u disinn ekwivalenti waqt tiswijiet u manutenzjoni ta' rutina ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala bdil fis-sens ta' dan l-Artikolu.

4.  Il-konformità ta' inġenju mar-rekwiżiti addizzjonali msemmija fl-Artikolu 5(1), (2) u (3) għandha, fejn xieraq, tiġi kkontrollata waqt spezzjonijiet tekniċi previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, jew matul spezzjoni teknika mwettqa fuq talba ta' sid l-inġenju.

Artikolu 8

L-awtoritajiet kompetenti

1.  Iċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jistgħugħandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. [Em. 7]

2.  Kull Stat Membru għandu jfassal lista li tindika l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ ta' ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u għandu jinnotifikaha lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu reġistru taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna kollha li huma joħorġu skont il-mudell stabbilit fl-Anness VI. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 biex temenda dak il-mudell sabiex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku, jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti amministrattivi jew biex jitqiesu l-iżviluppi f’dan il-qasam li jkunu r-riżultat tal-ħidma ta’ organizzazzjonijiet oħra internazzjonali, b’mod partikolari dawk tas-CCNR.

Artikolu 9

It-twettiq ta' spezzjonijiet tekniċi

1.  L-ispezzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 7 għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti. Dawk l-awtoritajiet jistgħu ma jissottomettux l-inġenju kollu kemm hu jew partijiet minnu, għal spezzjoni teknika fejn jidher ċar minn attestazzjoni valida, maħruġa minn soċjetà ta' klassifikazzjoni rikonoxxuta, li l-inġenju jissodisfa bis-sħiħ jew parti mir-rekwiżiti tekniċi tal-Anness II.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tapprova soċjetà ta’ klassifikazzjoni li tissodisfa l-kriterji elenkati fl-Anness VII, jew li tirtira l-approvazzjoni, skont il-proċedura pprovduta fil-paragrafi 3 u 4. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(2).

3.  Għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni għall-approvazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istat Membru fejn is-soċjetà ta’ klassifikazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha jew sussidjarja awtorizzata tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni biex toħroġ l-attestazzjonijiet li l-inġenju jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II skont din id-Direttiva. Din l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi vverifikat li l-kriterji għall-approvazzjoni jiġu milħuqa.

Kull Stat Membru jista’ jitlob li tinżamm seduta għas-sottomissjonijiet orali jew li għandha tiġi pprovduta aktar informazzjoni jew dokumentazzjoni.

4.  Kull Stat Membru jista’ jippreżenta talba lill-Kummissjoni biex jirtira l-approvazzjoni jekk iqis li soċjetà ta' klassifikazzjoni ma tkunx għada tissodisfa l-kriterji pprovduti fl-Anness VII. It-talba għall-irtirar għandha tkun akkumpanjata minn evidenza dokumentata.

5.  Sakemm jiġu approvati skont din id-Direttiva, is-soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni li huma rikonoxxuti u approvati u awtorizzati minn Stat Membru skont id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE(11) għandhom jitqiesu approvati biss fir-rigward ta’ bastimenti li joperaw esklussivament fuq passaġġi tal-ilma ta’ dak l-Istat Membru.

6.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika għall-ewwel darba sa ...(12), u żżomm aġġornata lista ta’ soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni approvati skont dan l-Artikolu. [Em. 8]

7.  Kull Stat Membru għandu jfassal lista li tindika l-awtoritajiet kompetenti tiegħu biex iwettqu l-ispezzjonijiet tekniċi u għandu jinnotifikaha lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

8.  Kull Stat Membru għandu jkun konformi mar-rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-korpi ta' spezzjoni u t-talba għal spezzjoni kif previst fl-Anness II.

Artikolu 10

Il-validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.  Il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jinħarġu lil bastimenti mibnijin ġodda skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandu jiġi determinat mill-awtorità kompetenti sa massimu ta':

(a)  ħames snin fil-każ ta' bastimenti tal-passiġġieri;

(b)  10 snin fil-każ tal-inġenji l-oħra kollha.

Il-perjodu ta' validità għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

2.  Fil-każ ta' bastimenti li jkunu diġà joperaw qabel l-ispezzjoni teknika, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna abbażi ta' każ b'każ, fid-dawl tar-riżultati tal-ispezzjoni. Madankollu, il-validità ma tistax tkun iżjed mill-perjodi speċifikati fil-paragrafu 1.

3.  Kull Stat Membru jista', fil-każijiet speċifikati fl-Anness II, joħroġ ċertifikati provviżorji tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. Iċ-ċertifikati provviżorji tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandhom jitfasslu fuq il-mudell stabbilit fil-Parti III tal-Anness V. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 biex temenda dak il-mudell sabiex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku, jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti amministrattivi jew biex jitqiesu l-iżviluppi f’dan il-qasam li jkunu r-riżultat tal-ħidma ta’ organizzazzjonijiet oħra internazzjonali, b’mod partikolari dawk tas-CCNR.

Artikolu 11

Il-bdil taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom jista' jsir il-bdil ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna validu li jkun intilef jew li tkun saritlu xi ħsara.

Artikolu 12

It-tiġdid taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.  Iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jiġġedded malli jiskadi l-perjodu ta' validità tiegħu, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7.

2.  Għat-tiġdid ta' ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, id-dispożizzjonijiet tranżitorji pprovduti fil-Kapitoli 24 u 24a tal-Anness II għandhom japplikaw għall-inġenju u skont il-kundizzjonijiet speċifikati hemmhekk.

Artikolu 13

L-estensjoni tal-validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

Il-validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tista' tiġi estiża eċċezzjonalment mingħajr spezzjoni teknika skont l-Anness II mill-awtorità li ħarġet jew ġeddet iċ-ċertifikat. L-estensjoni għandha tiġi indikata fiċ-ċertifikat.

Artikolu 14

Il-ħruġ ta' ċertifikati ġodda tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

Fil-każ ta' modifiki jew tiswijiet kbar li jaffettwaw is-solidità strutturali tal-bastiment, in-navigazzjoni jew il-manuvrabbiltà jew il-karatteristiċi speċjali tal-inġenju skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Anness II, dak l-inġenju għandu jerġa' jgħaddi mill-ispezzjoni teknika prevista fl-Artikolu 7 qabel kwalunkwe vjaġġ ieħor. Wara din l-ispezzjoni, għandu jinħareġ ċertifikat ġdid tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jniżżel il-karatteristiċi tekniċi tal-inġenju jew għandu jiġi emendat iċ-ċertifikat attwali skont dan. Jekk iċ-ċertifikat jinħareġ minn Stat Membru differenti minn dak li ħareġ jew ġedded iċ-ċertifikat inizjali, l-awtorità kompetenti li ħarġet jew ġeddet iċ-ċertifikat għandha tiġi informata skont dan fi żmien xahar.

Artikolu 15

Ir-rifjut ta' ħruġ jew ta' tiġdid, u l-irtirar ta', ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.  Kull deċiżjoni ta' rifjut ta' ħruġ jew tiġdid ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jkollha motivazzjoni. Is-sid tal-inġenju għandu jiġi nnotifikat u għandu jiġi infurmat dwar il-proċedura ta' appell u l-limiti ta' żmien tagħha fl-Istat Membru kkonċernat.

2.  Kull ċertifikat validu tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jista' jiġi irtirat mill-awtorità kompetenti li ħarġitu jew ġedditu jekk l-inġenju ma jibqax konformi mar-rekwiżiti tekniċi speċifikati fiċ-ċertifikat tiegħu.

Artikolu 16

L-ispezzjonijiet addizzjonali

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu fi kwalunkwe ħin jikkontrollaw jekk inġenju hux qed iġorr ċertifikat validu skont it-termini ta' din id-Direttiva u jekk jissodisfax ir-rekwiżiti imniżżla f'tali ċertifikat jew jikkostitwixxix periklu evidenti għall-persuni abbord, l-ambjent jew is-sikurezza tan-navigazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa skont il-paragrafi 2 sa 5.

2.  Jekk waqt spezzjoni bħal din l-awtoritajiet isibu li ċ-ċertifikat mhuwiex abbord jew li ċ-ċertifikat fuq il-bastiment huwa invalidu, jew li l-inġenju ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fiċ-ċertifikat, iżda li tali invalidità jew nuqqas li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ma jikkostitwixxix periklu ċar, sid l-inġenju jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirrimedja is-sitwazzjoni. L-awtorità li ħarġet iċ-ċertifikat jew li ġedditu l-aħħar għandha tiġi informata fi żmien sebat ijiem.

3.  Jekk, waqt l-ispezzjoni, l-awtoritajiet isibu li l-inġenju jirrappreżenta periklu għall-persuni abbord, l-ambjent jew is-sikurezza tan-navigazzjoni, jistgħu jipprojbixxu lill-inġenju milli jkompli l-vjaġġ tiegħu sakemm jittieħdu l-passi meħtieġa biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni.

Jistgħu wkoll jippreskrivu miżuri li jippermettu lill-inġenju jipproċedi bla periklu, meta jkun xieraq fit-tmiem tal-operazzjonijiet ta' trasport tiegħu, għal post fejn ikun se jiġi spezzjonat jew imsewwi. L-awtorità li ħarġet iċ-ċertifikat jew li ġedditu l-aħħar għandha tiġi informata fi żmien sebat ijiem.

4.  Stat membru li impedixxa inġenju milli jipproċedi bil-vjaġġ tiegħu, jew li nnotifika lis-sid bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel dan jekk id-difetti li nstabu ma jiġux ikkoreġuti, għandu jinforma lill-awtorità fl-Istat Membru li ħarġet jew ġeddet l-aħħar iċ-ċertifikat, fi żmien sebat ijiem, bid-deċiżjoni li ħa jew li beħsiebu jieħu.

5.  Kwalunkwe deċiżjoni li jiġi interrott il-passaġġ ta' inġenju meħuda fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tiddikjara fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni. Din għandha tiġi nnotifikata mingħajr dewmien lill-parti kkonċernata, li għandha fl-istess ħin tiġi informata bil-proċeduri ta' appell disponibbli għaliha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru u bil-limiti ta' żmien tagħhom.

Artikolu 17

Numru Uniku ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej

L-awtorità kompetenti wara li tkun ħarġet ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandha tinkludi Numru Uniku ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont il-Kapitolu 2 tal-Anness II.

Artikolu 18

L-ekwivalenzi u d-derogi

1.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jippermettu derogi jew li jirrikonoxxu l-ekwivalenza ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi għal inġenji speċifiċi fir-rigward ta':

(a)  l-użu, jew il-preżenza, abbord ta’ inġenju ta’ materjali oħrajn, installazzjonijiet jew oġġetti ta’ tagħmir, jew l-adozzjoni ta’ aspetti oħra fid-disinn jew arranġamenti oħra minbarra dawk inklużi fl-Anness II;

(b)  il-ħruġ ta’ ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għal skopijiet ta’ prova għal perjodu limitat li jinkorpora speċifikazzjonijiet tekniċi ġodda li jidderogaw mir-rekwiżiti tal-Parti II tal-Anness II sakemm dawk l-ispeċifikazzjonijiet joffru l-istess sikurezza;

(c)  l-applikazzjoni, mill-korpi ta’ spezzjoni, ta’ derogi, fuq bastiment tal-passiġġieri, rigward iż-żoni pprovduti għall-użu minn persuni b’mobilità nieqsa, fejn l-applikazzjoni tar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fil-Kapitolu 15 tal-Anness II tkun meqjusa diffiċli fil-prattika jew timplika kosti irraġonevoli;

(d)  l-użu ta’ aġenti oħra għat-tifi tan-nar minbarra dawk imsemmija fil-Kapitolu 10 tal-Anness II;

(e)  l-użu ta' sistemi tat-tifi tan-nar installati b'mod permanenti għall-protezzjoni ta' oġġetti;

(f)  l-applikazzjoni tal-Kapitolu 24 tal-Anness II għal inġenji konvertiti għal tul ta’ aktar minn 110 m;

(g)  derogi mir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu 24 u l-Kapitolu 24a tal-Anness II wara l-iskadenza tad-dispożizzjonijiet tranżitorji, fejn dawk ir-rekwiżiti huma teknikament diffiċli li jiġu applikati jew fejn l-applikazzjoni tagħhom taf teħtieġ kosti sproporzjonati;

(h)  ir-rikonoxximent ta’ standards li jikkonċernaw sistemi li jitfgħu kwantità anqas ta’ ilma minbarra dawk imsemmija fil-Kapitolu 10 tal-Anness II.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(2).

2.  L-ekwivalenzi u d-derogi msemmija fil-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1 għandhom jiddaħħlu fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu infurmati.

3.  Sakemm jiġu adottati l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna provviżorju skont l-Artikolu 10(2).

F’dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi żmien xahar mill-ħruġ taċ-ċertifikat provviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-isem u n-Numru ta’ Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej tal-inġenju, in-natura tad-deroga u l-Istat fejn il-bastiment ikun irreġistrat l-inġenju jew fejn ikollu l-port tar-ritorn tiegħu.

4.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika reġistru tat-tagħmir għan-navigazzjoni bir-radar u tal-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar approvati skont l-Anness II.

Artikolu 19

Ir-rikonoxximent ta' ċertifikati ta' navigabbiltà ta' inġenji minn pajjiżi terzi

L-Unjoni għandha tidħol f'negozjati ma' pajjiżi terzi sabiex tiżgura r-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikat ta' navigabbiltà bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi.

Fl-istennija għall-konklużi ta' ftehimiet bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jirrikonoxxu ċ-ċertifikati ta' navigabbiltà ta' inġenji minn pajjiżi terzi għan-navigazzjoni fil-passaġġi fuq l-ilma ta' dak l-Istat Membru.

Il-ħruġ ta' ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għal inġenji minn pajjiżi terzi għandu jsir skont l-Artikolu 7(1).

Artikolu 20

Il-kontinwità tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/100/KE

Għal dawk l-inġenji li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 2(2) u (3) ta' din id-Direttiva, iżda li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 2009/100/KE, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 21

Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar l-użu ta’ dokumenti

Id-dokumenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u li jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2006/87/KE qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva jibqgħu validi sakemm jiskadu.

Artikolu 22

L-adattament tal-Annessi

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 dwar l-adattamenti tal-Annessi I, II, III, IV u VII għall-progress xjentifiku u tekniku jew għall-iżviluppi f'dan il-qasam bħala riżultat tal-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari dik tas-CCNR biex tiżgura li ż-żewġ ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3(1)(a) jinħarġu abbażi ta' rekwiżiti tekniċi li jiggarantixxu livell ekwivalenti ta' sikurezza, jew biex jitqiesu l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 5.

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2017, tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 24 rigward l-introduzzjoni ta' rekwiżiti speċifiċi għall-bastimenti li jitħaddmu bil-gass naturali likwifikat (LNG), skont il-Kapitolu 19ba tal-Anness II. [Em. 9]

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 fir-rigward ta' struzzjonijiet amministrattivi vinkolanti li jikkonċernaw l-applikazzjoni dettaljata tar-rekwiżiti tekniċi pprovduti fl-Anness I, sabiex tiżgura interpretazzjoni armonizzata ta' dawk ir-rekwiżiti jew sabiex tqis l-aqwa prassi żviluppata fil-livell tal-Unjoni jew misluta mill-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari dak tas-CCNR.

Meta l-Kummissjoni tadotta atti delegati bħal dawn għandha tiżgura li r-rekwiżiti tekniċi li hemm bżonn li jiġu ssodisfati għall-ħruġ taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna rikonoxxuti għan-navigazzjoni fuq ir-Renu jkunu konformi mal-livell ta' sikurezza ekwivalenti għal dak meħtieġ għall-ħruġ taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta dwar Navigazzjoni fuq ir-Renu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 sabiex taġġorna r-referenzi f'din id-Direttiva għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness II bil-ħsieb li jitqiesu l-emendi li jkunu saru għal dan l-Anness.

Artikolu 23

Ir-rekwiżiti temporanji

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 biex jipprovdu għal rekwiżiti tekniċi temporanji għall-inġenji biex jippermettu t-testijiet sabiex ikunu ta' inċentiv għall-innovazzjoni u l-progress tekniku. Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu validi għal perjodu massimu ta' tliet snin.

Artikolu 24

Id-delega

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Id-delega tas-setgħat imsemmijaIs-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 3, 4, 8, 10, 22 u 23 tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva] ...(13). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. [Em. 10]

3.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jirrevoka d-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3, 4, 8, 10, 22 u 23 fi kwalunkwe żmien. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew minn data aktar 'il quddiem kif speċifikat fid-Deċiżjoni. Din ma taffettwax il-validità tal-atti delegati li jkun hemm diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif il-Kummissjoni tadotta att delegat għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin dwar dan.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 3, 4, 8, 10, 22 u 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw fi żmien xahrejn minn meta l-Kummissjoni tinnotifikahom bl-att.jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jestendi dan il-perjodu b'xahrejn.tal-Kunsill. [Em. 12]

Artikolu 25

Il-proċedura tal-kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit mill-Artiklu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE(14) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat"). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Jekk l-opinjoni tal-Kumitat tkun trid tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, il-president tiegħu jista' jiddeċiedi li jtemm il-proċedura mingħajr riżultat fil-limitu ta' żmien għat-twassil tal-opinjoni.

Artikolu 26

Il-penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 26a

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, qabel ...(15)u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih tirrevedi l-effettività tal-miżuri introdotti b’din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u l-iżvilupp ta’ standards tekniċi għan-navigazzjoni interna. Ir-rapport għandu jirrevedi wkoll il-mekkaniżmi għall-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fin-navigazzjoni interna. Ir-rapport għandu, jekk xieraq, jiġi akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva sabiex jissimplifika iżjed il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni biex jiġu elaborati l-istandards li tkun tista’ ssir referenza għalihom fl-atti legali tal-Unjoni. [Em. 13]

Artikolu 27

It-traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri b'passaġġi fuq l-ilma interni imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva b'effett mill-1 ta' Jannar 2015. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw tali dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 28

Ir-revoka

Id-Direttiva 2006/87/KE hija mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2015.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 29

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 30

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri li għandhom passaġġi fuq l-ilma interni msemmija fl-Artikolu 1.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

LISTA TAL-ANNESSI

Anness I Lista ta' passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni maqsuma b'mod ġeografiku f'Żoni 1, 2, 3 u 4

Anness II Rekwiżiti tekniċi minimi applikabbli għal inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni taż-Żoni 1, 2, 3 u 4

Fl-Anness II, jiżdied il-Kapitolu li ġej:

"KAPITOLU 19ba

REKWIŻITI SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI MĦADDMA MINN GASS NATURALI LIKWIFIKAT (LNG) (mħalli vojt) [Em. 14]

Anness III Suġġetti għal rekwiżiti tekniċi addizzjonali possibbli applikabbli għal inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni taż-Żoni 1 u 2

Anness IV Suġġetti għal tnaqqis possibbli tar-rekwiżiti tekniċi addizzjonali applikabbli għal inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni taż-Żoni 3 u 4

Anness V Mudell taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

Anness VI Reġistru mudell għaċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

Anness VII Soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni

L-annessi mhumiex riprodotti b'mod sħiħ f'dan it-test konsolidat. Jekk jogħġbok ikkonsulta l-proposta tal-Kummissjoni COM(2013)0622, Partijiet 2 u 3.

(1) ĠU C 177,11.6.2014, p. 58.
(2) ĠU C 126, 26.4.2014, p. 48.
(3)ĠU C 177, 11.6.2014, p. 58.
(4)ĠU C 126, 26.4.2014, p. 48.
(5)Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014.
(6)Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE, (ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1)
(7)Id-Direttiva 2009/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji ta’ navigabbiltà għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 259, 2.10.2009, p. 8).
(8)Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(9)Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għall-vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1).
(10) Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE tal-4 ta' Ottubru 1982 li tistabbilixxi ħtiġijiet tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq, (ĠU L 301, 28.10.1982, p.1), (​​Direttiva mħassra mid-Direttiva 2006/87/KE).
(11)Id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20).
(12) Sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(13) Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(14) Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati ta' boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta' merkanzija u passiġġieri bil-kanali interni (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29).
(15) Tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


L-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli ***I
PDF 539kWORD 184k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (COM(2013)0796 – C7-0421/2013 – 2013/0410(COD))
P7_TA(2014)0344A7-0241/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0796),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 33 u 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0421/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-25 ta' Frar 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0241/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli

P7_TC1-COD(2013)0410


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 33 u 325 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Sabiex jiġi żgurat li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97(4) ikopri l-movimenti kollha possibbli ta’ oġġetti fir-rigward tat-territorju doganali tal-Unjoni, huwa xieraq li tiġi ċċarata d-definizzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali fir-rigward tal-kunċett tad-dħul u l-ħruġ ta’ oġġetti.

(2)  Bl-għan li jissaħħu l-proċeduri amministrattivi u kriminali għall-indirizzar tal-irregolaritajiet, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-evidenza miksuba permezz tal-assistenza reċiproka tista’ tiġi kkunsidrata bħala ammissibbli fil-proċeduri quddiem l-awtoritajiet ammininistrattivi u ġudizzjarji tal-Istat Membru tal-awtorità applikanti.

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Jannar 2013 dwar il-Ġestjoni tar-Riskju Doganali u s-Sigurtà tal-Katina tal-Provvista tirrikonoxxi ħtieġa urġenti li tittejjeb il-kwalità u d-disponibbiltà tad-dejta għall-użu fl-analiżi tar-riskju qabel il-wasla, b’mod partikolari għall-identifikazzjoni effettiva u l-mitigazzjoni tar-riskji ta’ sigurtà u sikurezza fuq livelli nazzjonali u tal-Unjoni, fi ħdan il-Qafas ta’ Ġestjoni tar-Riskju Komuni stabbilit skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92(5). L-integrazzjoni tad-dejta dwar il-movimenti tal-kontejner fil-ġestjoni tar-riskju ta’ qabel il-wasla, ser ittejjeb ħafna l-viżibbiltà tal-katina tal-provvista u ser issaħħaħ b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-Unjoni u l-Istati Membri biex jimmiraw il-konsinji b’riskju akbar għall-kontrolli, filwaqt li jiffaċilitaw il-fluss tal-kummerċ leġittimu.

(4)  Bl-għan li tiġi miżjuda jiżdiedu ċ-ċarezza, il-konsistenza, l-effettività, il-koerenza u t-trasparenza, huwa meħtieġ li jiġi ddefinit jiġu definiti f’termini aktar konkreti, l-awtoritajiet li għandu jkollhom aċċess għad-direttorji stabbiliti abbażi tar-Regolament (KE) Nru 515/97; għal dan l-għan ser tiġi stabbilita referenza uniformi għall-awtoritajiet kompetenti. [Em. 1]

(5)  Id-dejta li tikkonċerna l-movimenti tal-kontenituri, tagħmilha possibbli li jiġu identifikati x-xejriet ta’ riskju u frodi fir-rigward tal-oġġetti li jidħlu ġewwa u joħorġu barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Tali dejta sservi biex tassisiti fl-operazzjonijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni u prosekuzzjoni li huma jew jidhru li jikkostitwixxu ksur tal-leġiżlazzjoni doganali, u biex tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fil-ġestjoni tar-riskji doganali ddefiniti fil-punt 25 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Sabiex jinġabar u jintuża sett ta’ dejta li jkun komplut kemm jista’ jkun, filwaqt li jiġu evitati l-impatti negattivi potenzjali fuq l-impriżi żgħar u medji fis-settur tat-twassil tal-merkanzija, huwa neċessarju li l-fornituri tas-settur pubbliku jew privat attivi fil-katina tal-provvista internazzjonali jissottomettu lill-Kummissjoni, dejta li tikkonċerna l-movimenti tal-kontejners sakemm u sa fejn jiġbru tali dejta b’formati elettroniċi permezz tas-sistemi ta’ intraċċar tat-tagħmir tagħhom jew ikollhom aċċess għal tali dejta.

(5a)  L-informazzjoni miksuba mill-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 515/97 b’rabta mal-iskala tal-problema turi li l-frodi li tirriżulta minn dikjarazzjoni tal-oriġini falza biss tista’ twassal għal telf annwali li jammonta għal EUR 100 miljun għall-UE27. Fl-2011, l-Istati Membri rrappurtaw 1 905 każ ta’ frodi u irregolaritajiet oħrajn identifikati relatati ma’ deskrizzjoni ħażina ta’ oġġetti li jammontaw għal ħsara ta’ EUR 107,7 miljun. Dik iċ-ċifra tkopri biss il-ħsara identifikata mill-Istati Membri u l-Kummissjoni. L-iskala proprja tal-problema hija sostanzjalment ogħla, peress li mhi disponibbli l-ebda informazzjoni dwar l-istima ta’ 30 000 każ ta’ frodi potenzjali. [Em. 2]

(5b)  Sabiex tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi, l-Unjoni għandha dmir li tiġġieled il-frodi doganali u b’hekk tikkontribwixxi għall-objettiv tas-suq intern li jkollu prodotti sikuri b’ċertifikati tal-oriġini ġenwini. [Em. 3]

(6)  Fid-dawl taż-żieda fl-iskala ta’ frodi doganali, huwa kruċjali li l-identifikazzjoni u l-prevenzjoni jiżdiedu b’mod simultanju fil-livell nazzjonali u f’dak tal-Unjoni. Il-kxif ta’ frodi, l-identifikazzjoni tax-xejriet tar-riskju u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju effettivi, jiddependu fuq l-identifikazzjoni u l-kontroanaliżi tas-settijiet ta’ dejta operattivi rilevanti. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit fil-livell tal-Unjoni Ewropea, direttorju li jkun fih dejta dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu ta’ oġġetti inkluż it-tranżitu ta’ oġġetti fi ħdan l-Istati Membri u l-esportazzjoni diretta. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jippermettu r-replikazzjoni sistematika tad-dejta dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu tal-oġġetti mis-sistemi operati mill-Kummissjoni u għandhom ifornu lill-Kummissjoni, dejta relatata mat-tranżitu ta’ oġġetti fi ħdan Stat Membru u l-esportazzjoni diretta fl-aktar data kmieni possibbli. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-riżultati miksuba minn dak id-direttorju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Sa ...(6), il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjonijiet sabiex tevalwa l-fattibilità tal-estensjoni tad-dejta li tinsab fid-direttorju billi tinkludi dejta dwar l-importazzjoni u t-tranżitu ta' oġġetti fuq l-art jew bl-ajru, u n-neċessità li tiġi estiża d-dejta li tinsab fid-direttorju billi tinkludi dejta dwar l-esportazzjoni. [Em. 4]

(7)  Għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 18b, tar-regolament (KE) Nru 515/97, il-Kummissjoni ħolqot għadd ta’ sistemi tekniċi li jippermettu t-twassil ta’ assistenza teknika, it-taħriġ jew l-attività ta’ komunikazzjoni u attività operattiva oħra lill-Istati Membri. Dawk is-sistemi tekniċi jeħtieġ li jissemmew b’mod espliċitu f'dak ir-Regolament u koperti mir-rekwiżiti ta’ protezzjoni tad-dejta.

(8)  L-introduzzjoni fl-2011 tal-e-Customs (Dwana elettronika), li permezz tagħha d-dokumenti li jappoġġjaw l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ma għadhomx jinżammu mill-amministrazzjonijiet doganali iżda mill-operaturi tekniċi, wasslet għal dewmien fit-twettiq tal-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fiż-żona doganali, peress li l-OLAF jeħtieġ l-intermedjazzjoni ta’ dawn l-amministrazzjonijiet biex jikseb dawn id-dokumenti. Barra minn hekk, il-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ tliet snin applikabbli għad-dokumenti doganali miżmuma mill-amministrazzjoni, joħloq restrizzjonijiet addizzjonali għat-twettiq b’suċċess tal-investigazzjonijiet. Għalhekk, sabiex jitħaffef it-twettiq tal-investigazzjonijiet fil-qasam tad-dwana, il-Kummissjoni, f’ċerti ċirkostanzi u wara notifika minn qabel lill-Istati Membri, għandu jkollha d-dritt li titlob dokumenti li jsostnu d-dikjarazzjonijiet tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet direttament mill-operaturi ekonomiċi kkonċernati. L-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom ikunu infurmati dwar liema tip ta’ proċedura tapplika. Dawn l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu obbligati li jipprovdu lill-Kummissjoni bid-dokumenti mitluba fil-ħin, wara notifika minn qabel mill-Kummissjoni lill-Istati Membri. [Em. 5]

(9)  Sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalitàjiġu żgurati kunfidenzjalità u sigurtà akbar tad-dejta mdaħħla, għandha ssir dispożizzjoni biex l-aċċess għad-dejta mdaħħla jiġi limitat għal utenti speċifiċi u għal skopijiet definiti biss. [Em. 6]

(10)  Sabiex tiġi żgurata informazzjoni aġġornata u jiġu assigurati t-trasparenza u d-dritt ta’ informazzjoni tas-suġġetti tad-dejta kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), għandha tiġi introdotta l-possibbiltà li jiġu ppubblikati aġġornamenti fuq l-internet tal-listi ta’ awtoritajiet kompetenti magħżula mill-Istati Membri u d-dipartimenti tal-Kummissjoni biex ikollhom aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali (CIS).

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni.

(12)  Sabiex tittejjeb il-konsistenza tas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jeħtieġ li jikkoopera mill-qrib mal-Awtorità ta’ Sorveljanza Konġunta stabbilita skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI(9), bl-għan li tintlaħaq koordinazzjoni tal-awditjar tas-CIS.

(13)  Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħażna tad-dejta fis-CIS, frekwentament jirriżultaw f’telf mhux ġustifikabbli ta’ informazzjoni, dan għaliex minħabba li l-Istati Membri ma jwettqux sistematikament ir-reviżjonijiet annwali minħabba l-piż amministrattiv involut u n-nuqqas ta’ riżorsi xierqa, b’mod partikolari r-riżorsi umani. Għalhekk huwa neċessarju li tiġi ssimplifikata l-proċedura li tirregola l-ħażna ż-żamma tad-dejta fis-CIS billi jitneħħa l-obbligu li tiġi riveduta d-dejta kull sena u billi jiġi stabbilit perjodu massimu ta’ żamma ta’ 10 snin, li jikkorispondi għall-perjodi previsti għad-direttorji stabbiliti abbażi ta’ dan ir-Regolament. Madankollu dan ma għandux japplika għall-perjodu ta’ limitazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 221(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Dan il-perjodu huwa neċessarju minħabba l-proċeduri twal għall-ipproċessar tal-irregolaritajiet u peress li din id-dejta hija meħtieġa għat-twettiq tal-operazzjonijiet doganali konġunti u tal-investigazzjonijiet. Barra minn hekk, biex jiġu salvagwardjati r-regoli li jirregolaw il-protezzjoni tad-dejta, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi infurmat dwar il-każijiet fejn id-dejta personali hija maħżuna f’CIS għal perjodu li jaqbeż il-ħames snin. [Em. 7]

(14)  Sabiex jissaħħu aktar il-possibbiltajiet għall-analiżi tal-frodi u jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-investigazzjonijiet, id-dejta li tikkonċerna l-fajls ta’ investigazzjoni attwali fil-Bażi tad-Data għall-Identifikazzjoni ta’ Fajls (FIDE) għandha tkun anonima, wara sena mill-aħħar osservazzjoni, u miżmuma b’forma fejn ma tkunx aktar possibbli l-identifikazzjoni tas-suġġett tad-dejta.

(15)  Peress li l-għanijiet tat-tisħiħ tal-ġestjoni tar-riskju doganali kif iddefiniti fil-punti 25 u 26 tal-Artikolu 4, u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jkunu jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(16)  Il-fornituri tas-servizz pubbliku jew privat attivi fil-katina tal-provvista internazzjonali li, meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, huma marbuta b’obbligi ta’ kuntratt privat fir-rigward tal-forniment ta’ dejta dwar il-movimenti tal-kontenitur, għandu jkollhom id-dritt li jibbenefikaw mill-applikazzjoni differita tal-Artikolu 18c sabiex jerġgħu jinnegozjaw il-kuntratti tagħhom u jiżguraw li l-kuntratti futuri tagħhom huma kompatibbli mal-obbligu li jipprovdu dejta lill-Kummissjoni.

(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 515/97 jagħti s-setgħat lill-Kummissjoni biex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament; bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jeħtieġ li jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(18)  Sabiex jiġu ssupplimentati ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 515/97 u b’mod partikolari biex jinħoloq direttorju ssimplifikat u strutturat tas-CSMs, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-avvenimenti li għalihom għandhom jiġu rrapportati s-CSMs, l-elementi ta’ dejta minimi li għandhom jiġu rrapportati fis-CSMs u l-frekwenza ta’ rrapportar.

(19)  Sabiex jiġu ssupplimentati ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 515/97 u b’mod partikolari biex tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha tiddaħħal fis-CIS, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-determinazzjoni tal-operazzjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni agrikola li għandha tiġi introdotta informazzjoni għaliha fid-database ċentrali tas-CIS.

(20)  Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja, inkluż fil-livell espert. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(21)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 515/97, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-format tad-dejta u l-metodu ta’ trażmissjoni tas-CSMs. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10). Il-proċedura ta’ eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

(22)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 515/97, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-elementi speċifiċi li għandhom jiġu inklużi fis-CIS taħt waħda mill-kategoriji msemmija taħt il-punti (a) sa (h) fl-Artikolu 24. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-proċedura ta’ eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni. L-elementi speċifiċi li għandhom jiġu inklużi fis-CIS iridu jkunu bbażati fuq dawk elenkati fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 696/98(11),

(23)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat u ħareġ opinjoni 11 ta' Marzu 2014,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 515/97 huwa emendat kif ġej:

1.  Fl-Artikolu 2 paragrafu 1, huwa emendat kif ġej:

(a)  L-ewwel inċiż hu sostitwit minn dak li ġej:"

‘― ‘leġiżlazzjoni doganali’ tfisser il-korp tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni u l-atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni assoċjati li jirregolaw id-dħul, il-ħruġ, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tranżitu u l-preżenza ta’ oġġetti negozjati bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, u bejn l-Istati Membri fil-każ ta’ oġġetti li ma għandhomx status tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 28(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jew l-oġġetti soġġetti għal kontrolli jew investigazzjonijiet addizzjonali għall-finijiet tal-istabbilment tal-istatus tagħhom fl-Unjoni,’

"

(b)  Huwa miżjud l-inċiż li ġej:"

‘― 'fornituri tas-servizzi pubbliċi jew privati attivi fil-katina tal-provvista internazzjonali' tfisser il-proprjetarji, il-baħħara l-ispedituri, id-destinatarji, il-burdnara, it-trasportaturi, il-produtturi u intermedjarji involuti jew persuni oħra involuti fil-katina tal-provvista internazzjonali.’ [Em. 8]

"

2.  L-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘Id-dokumenti, il-kopji ċċertifikati awtentiċi ta’ dokumenti, l-attestazzjonijiet, l-istrumenti l-atti uffiċjali jew id-deċiżjonijiet kollha li joħorġu mill-awtoritajiet amministrattivi, ir-rapporti, u kwalunkwe intelligence oħra miksuba mill-persunal tal-awtorità mitluba u kkomunikati lill-awtorità applikanti matul l-assistenza prevista fl-Artikoli 4 sa 11 jistgħu jikkostitwixxu prova fil-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji tal-Istat Membru applikant bl-istess mod bħallikieku kienu akkwistati fi Stat Membru fejn iseħħu l-proċedimenti.’ [Em. 9]

"

2a.  L-Artikolu li ġej huwa miżjud:"

"Artikolu 16a

Dokumenti, kopji ċċertifikati awtentiċi ta’ dokumenti, attestazzjonijiet, l-istrumenti jew id-deċiżjonijiet kollha li joħorġu mill-awtoritajiet amministrattivi, rapporti, u kwalunkwe intelligence oħra miksuba mill-persunal ta’ Stat Membru wieħed u kkomunikati lil Stat Membru ieħor waqt l-għajnuna prevista fl-Artikoli 13 sa 15 jistgħu jikkostitwixxu evidenza ammissibbli fil-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji tal-Istat Membru li jirċievi l-informazzjoni bl-istess mod bħallikieku nkisbu fl-Istat Membru fejn iseħħu l-proċeduri." [Em. 10]

"

2b.  Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1), għandu jiddaħħal l-inċiż li ġej:"

'- ksur ta’ leġiżlazzjoni doganali ogħla mil-livell limitu stabbilit mill-Kummissjoni.' [Em. 11]

"

2c.  Il-frażi konkludenti tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) hija sostitwita b'dan li ġej:"

'huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni malajr kemm jista’ jkun, iżda fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard minn fi żmien tliet ġimgħat, fuq l-inizjattiva tagħhom jew b’rispons għal talba motivata mill-Kummissjoni, kull informazzjoni relevanti, ukoll jekk tkun fil-għamla ta’ dokumenti jew kopji jew estratti minnhom, meħtieġa biex ikunu ddeterminati l-fatti sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tikkoordina l-passi meħuda mill-Istati Membri.' [Em. 12]

"

2d.  L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(4) huwa ssostitwit b’dan li ġej:"

"4. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li jkunu seħħew xi rregolaritajiet fi Stat Membru wieħed jew aktar, hi għandha tinforma lill-Istat jew Stati Membri kkonċernati b'dan u dak l-Istat Membru jew dawk l-Istati Membri għandhom fl-ewwel opportunità iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tliet ġimgħat minn meta tkun waslet l-informazzjoni jwettqu inkjesta, li fiha uffiċjali tal-Kummissjoni jistgħu jkunu preżenti skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 9(2) u 11 ta' dan ir-Regolament." [Em. 13]

"

3.  L-Artikolu 18a, huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘1. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri, għall-finijiet tal-ġestjoni tar-riskju kif stabbilit fl-Artikolu 4, punti 25 u 26, u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, u bl-għan li jiġu assistiti l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 29 biex jiġu skoperti l-movimenti tal-oġġett li huma oġġett ta’ operazzjonijiet li jistgħu potenzjalment jiksru l-leġiżlazzjoni doganali u amministrattiva u l-mezzi ta’ trasport, inkluż il-kontenituri, użati għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u timmaniġġja direttorju tad-dejta rċevuta mill-fornituri tas-servizzi pubbliċi u privati attivi fil-katina tal-provvista internazzjonali. Dan id-direttorju għandu jkun aċċessibbli direttament għal dawk l-awtoritajiet.Huma għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rigward l-interessi tal-fornituri tas-servizz tal-Istati Membri li tkun tinsab f’dak id-direttorju għandha tintuża biss għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.' [Em. 14]

"

(b)  Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘2. Fil-ġestjoni ta’ dan id-direttorju, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa:

   (a) li taċċessa jew tagħmel estrazzjoni u taħżen l-kontenuti tad-dejta, b’kwalunkwe mezz jew f’kwalunkwe forma, u li tuża d-dejta għall-finijiet ta’ proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli għad-drittijiet tal-propjetà intellettwali. Il-Kummissjoni għandha timplimenta salvagwardji xierqa kontra l-interferenza arbitrarja mill-awtoritajiet pubbliċi inkluż il-miżuri tekniċi u organizzattivi u r-rekwiziti tat-trasparenza lejn is-suġġetti tad-dejta. Is-suġġetti tad-dejta għandu jingħatalhom id-dritt ta’ aċċess u korrezzjoni fir-rigward tad-dejta pproċessata għal dan l-għan; [Em. 15]
   (b) li tqabbel u tikkontrasta d-dejta li hija aċċessibbli fid-direttorju jew li ġiet estratta minnu, biex tagħmilha f’indiċi, biex tarrikkiha minn sorsi oħra ta’ dejta u tanalizzaha f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill*;
   (c) li tqiegħed id-dejta f’dan id-direttorju għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 29, permezz ta’ tekniki elettroniċi ta’ pproċessar tad-dejta.’

"

____________________

* Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(c)  Huma miżjuda l-paragrafi 5 u 6Huwa miżjud il-paragrafu li ġejjinġej:"

‘5. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jissorvelja l-konformità ta’ dan id-direttorju mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Il-Kummissjoni għandha timplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex tħares id-dejta personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali, it-telf aċċidentali jew l-iżvelar mhux awtorizzat, il-modifika u l-aċċess jew kwalunkwe forma oħra mhux awtorizzata ta’ pproċessar. [Em. 16]

6.  Mingħajr preġudizzju għar-Regolament 45/2001, Il-Kummissjoni tista’ tittrasferixxi, soġġett għall-ftehim tal-fornituri tas-servizzi pubbliċi jew privati attivi fil-katina tal-provvista internazzjonali, id-dejta msemmija fl-Artikolu 18a(3) lil organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru kif ukoll l-Europol, u/jew istituzzjonijiet/aġenziji tal-UE li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali b’liema l-Kummissjoni kkonkludiet arranġament rilevanti jew memorandum ta’ fehim. [Em. 17]

Id-dejta skont dan il-paragrafu għandha tiġi ttrasferita biss għal għanijiet ġenerali ta’ dan ir-Regolament, inkluż ukoll il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u/jew għall-finijiet tal-ġestjoni tar-riskju kif stabbilit fil-punti 25 u 26 tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92*. [Em. 18]

L-arranġament jew il-memorandum ta’ fehim li fuq il-bażi tiegħu jista’ jsir It-trasferiment ta’ dejta skont dan il-paragrafu, fost l-oħrajn, jirrispetta l-prinċipji għandu jinkludi prinċipji ta’ protezzjoni tad-dejta bħall-possibbiltà, il-possibbiltà għas-suġġetti tad-dejta li jeżerċitaw id-drittijiet ta’ aċċess u korrezzjoni tagħhom u li jfittxu rimedju amministrattiv u ġudizzjarju, kif ukoll mekkaniżmu ta’ sorveljanza indipendenti biex tiġi żgurata konformità mas-salvagwardji ta’ protezzjoni tad-dejta. [Em. 19]

Id-dejta rċevuta mill-fornituri tas-servizzi pubbliċi u privati attivi fil-katina tal-provvista internazzjonali għandhom jinżammu biss għaż-żmien neċessarju biex jintlaħaq l-għan li kienu introdotti għalih u ma tistax tinħażen għal aktar minn għaxar snin. Jekk id-dejta personali tinħażen għal perjodu li jaqbeż il-ħames snin, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi infurmat kif xieraq.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 biex temenda l-lista ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u/jew istituzzjonijiet/aġenziji tal-UE li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali. [Em. 20]

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mar-rappreżentanti kummerċjali fir-rigward tal-iżvilupp tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 18a(6) [Em. 21]

___________

* Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1)."

"

4.  L-Artikolu 18b huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘2. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel attività ta’ assistenza, taħriġ jew komunikazzjoni teknika, loġistika jew ta’ għarfien espert għandha tiżgura li l-kompetenza, l-assistenza teknika jew loġistika, it-taħriġ jew l-attività ta' komunikazzjoni teknika jew kwalunkwe appoġġ operattiv ieħor ikunu disponibbli għall-Istati Membri kemm biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament kif ukoll fit-twettiq tad-dmirijiet tal-Istati Membri fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni doganali tal-kooperazzjoni doganali prevista mill-Artikolu 87 tat-TFUE. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistemi tekniċi xierqa.’ [Em. 22]

"

(b)  Huwa miżjud il-paragrafu 3 li ġej:"

‘3. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jissorvelja l-konformità tas-sistemi tekniċi kollha previsti skont dan l-Artikolu mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.’ [Em. 23]

"

5.  Huma mdaħħla l-Artikoli li ġejjin:"

‘Artikolu 18c

1.  Il-fornituri tas-servizz pubbliku jew privat attivi fil-katina tal-provvista internazzjonali msemmija fl-Artikolu 18a(1) It-trasportaturi marittimi li jaħżnu dejta dwar il-moviment u l-istatus tal-kontejners jew għandhom aċċess għal tali dejta, għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni Messaġġi dwar l-Istatus tal-Kontejner (‘CSMs’). [Em. 24]

2.  Is-CSMs meħtieġa għandhom jiġu rrapportatati f’waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin: għall-kontejners maħsuba li jiddaħħlu minn bastimenti fit-territorju doganali tal-Unjoni minn pajjiż terz.

   (a) kontejners maħsuba li jitwasslu minn bastimenti fit-territorju doganali tal-Unjoni minn pajjiż terz; [Em. 25]
   (b) il-kontejners maħsuba li jitilqu t-territorju doganali tal-Unjoni minn pajjiż terz b’bastiment.

3.  Is-CSMs mitluba għandhom jirrapportaw l-avvenimenti msemmija fl-Artikolu 18f sa fejn dawn huma magħrufa mill-fornitur tas-servizz privat jew pubbliku li jagħmel ir-rapport, attiv fil-katina tal-provvista internazzjonali u li għalih tkun ġiet iġġenerata jew miġbura d-dejta fl-apparat elettroniku għat-traċċar tal-kontejners. [Em. 27]

4.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u timmaniġġja direttorju ta’ CSMs irrapportati, id-‘Direttorju CSM’. Id-direttorju CSM għandu jkun parti mid-direttorju msemmi fl-Artikolu 18a u m’għandux ikun fih dejta personali. [Em. 28]

Artikolu 18d

1.  Fejn kontenitur, inkluż kontejners li mhux ser jitħallew jiġu skarikati fl-Unjoni, huwa maħsub li jiddaħħal minn bastimenti fit-territorji doganali tal-Unjoni minn pajjiż terz, il-fornituri tas-servizzi pubbliċi jew privati li huma soġġett għall-obbligu tal-Artikolu 18c(1) għandhom jirrapportaw lis-CSMs għall-avvenimenti kollha li jseħħu minn dak il-punt fejn il-kontejner huwa rrapportat vojt qabel ma jiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni sakemm il-kontejner jerġa’ jiġi rrapportat vojt.

2.  F’każijiet fejn is-CSMs meħtieġa biex jiġu identifikati l-avvenimenti ta’ kontejners vojta rilevanti, ma jkunux disponibbli fir-rekords elettroniċi tal-fornituri f’kwalunkwe każ partikolari, għal avvenimenti li jseħħu tal-anqas tliet xhur qabel il-wasla fiżika fit-territorju doganali tal-Unjoni sa xahar wara d-dħul fit-territorju doganali tal-Unjoni jew sal-wasla f’destinazzjoni barra t-territorju doganali tal-Unjoni, liema minnhom tiġi qabel.

Artikolu 18e

1.  Fejn kontenitur, ikun qiegħed iħalli t-territorju doganali tal-Unjoni lejn pajjiż terz b’bastiment, il-fornituri tas-servizzi pubbliċi jew privati li huma soġġett għall-obbligu tal-Artikolu 18c(1) għandhom jirrapportaw lis-CSMs għall-avvenimenti kollha li jseħħu minn dak il-punt fejn il-kontejner huwa rrapportat vojt qabel ma jiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni sakemm il-kontejner jerġa’ jiġi rrapportat vojt.

2.  F’każijiet fejn is-CSMs speċifiċi meħtieġa biex jiġu identifikati l-avvenimenti ta’ kontejners vojta rilevanti, ma jkunux disponibbli fir-rekords elettroniċi tal-fornituri f’kwalunkwe każ partikolari, il-fornitur jista’ jirrapporta s-CSMs għal avvenimenti li jseħħu tal-anqas tliet xhur wara l-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni.

Artikolu 18f

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 43 li jistabbilixxi l-avvenimenti tal-istatus tal-kontejner li għalihom għandhom jiġu rrapportati s-CSMs skont l-Artikolu 18c, l-elementi ta’ dejta minimi li għandhom jiġu rrapportati fis-CSMs u l-frekwenza ta’ rrapportar.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dispożizzjonijiet dwar il-format tad-dejta fis-CSMs u l-metodu tat-trażmissjoni tas-CSMs, u dwar obbligi li jistgħu japplikaw għall-kontejners li jiddaħħlu fl-Unjoni minħabba devjazzjonijiet. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjonieżami msemmija fl-Artikolu 43a(2). [Em. 29]

2a.  Skont l-Artikolu 18a(1), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-mezzi li bihom il-ftehim tal-fornituri tas-servizzi għandu jinkiseb qabel it-trasferiment tas-CSMs reġistrati tagħhom lil organizzazzjonijiet jew korpi oħrajn. [Em. 30]

2b.  Il-Kummissjoni hija mħeġġa tikkonsulta mill-qrib mar-rappreżentanti kummerċjali tal-industrija tat-trasport marittimu tal-kontejners dwar it-tħejjija tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu. Dawn jistgħu jkunu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat rilevanti tal-kumitat u l-gruppi ta’ esperti li għandhom jintużaw biex jiżviluppaw dawn l-atti. [Em. 31]

Artikolu 18g

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u timmaniġġja direttorju li jkun fih dejta dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu tal-oġġetti, inkluż it-tranżitu fi ħdan Stat Membru, stabbiliti fl-Annessi 37 u 38 tar-Regolament tal-Kummisjsoni (KEE) Nru 2454/93* (Id-direttorju tal-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tranżitu”). L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex sistematikament tirreplika dejta dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu mis-sorsi operati mill-Kummissjoni abbażi tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. L-Istati Membri għandhom , fl-aktar data kmieni possibbli, ifornu lill-Kummissjoni, dejta dwar it-tranżitu tal-oġġetti fi ħdan Stat Membru u l-esportazzjoni diretta L-informazzjoni pprovduta dwar persuni fiżiċi u ġuridiċi għandha tintuża biss għall-finijiet ta' dan ir-regolament.2

2.  Id-direttorju għandu jintuża biex jassisti fl-operazzjonijiet ta’ prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni li huma, jew jidhru li jikkostitwixxu, ksur tal-leġiżlazzjoni doganali u għall-finijiet ta’ ġestjoni tar-riskju inkluż kontrolli doganali bbażati fuq ir-riskju kif definit fil-punti 25 u 26 tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

3.  Id-direttorju għandu jkun aċċessibbli esklussivament għad-dipartimenti tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 29. Fi ħdan il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali, huma biss l-analisti maħtura li għandhom jingħataw is-setgħa biex jipproċessaw id-dejta personali li hija inkluża f’dak id-direttorju.

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 45/2001, Il-Kummissjoni tista’ tittrasferixxi, soġġett għall-ftehim tal-Istat Membru fornitur, id-dejta magħżula li tinkiseb skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 1 lil-organizzazzjonijiet internazzjonali u/jew l-istituzzjonijiet/aġenzija tal-UE , inklużi l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru, kif ukoll l-Europol, li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali u b’liema l-Kummissjoni kkonkludiet arranġament rilevanti jew memorandum ta’ fehim. [Em. 33]

Id-dejta skont dan il-paragrafu għandha tiġi ttrasferita biss għal għanijiet ġenerali ta’ dan ir-Regolament, inkluż ukoll il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u/jew għall-finijiet tal-ġestjoni tar-riskju kif stabbilit fil-punti 25 u 26 tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

L-arranġament jew il-memorandum ta’ fehim li fuq il-bażi tiegħu jista’ jsir it-trasferiment ta’ dejta skont dan il-paragrafu, fost l-oħrajn, għandu jinkludi prinċipji ta’ protezzjoni tad-dejta bħall-possibbiltà għas-suġġetti tad-dejta li jeżerċitaw id-drittijiet ta’ aċċess u korrezzjoni tagħhom u li jfittxu rimedju amministrattiv u ġudizzjarju, kif ukoll mekkaniżmu ta’ sorveljanza indipendenti biex tiġi żgurata konformità mas-salvagwardji ta’ protezzjoni tad-dejta.

3a.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, fuq bażi annwali, ir-riżultati pprovduti mid-direttorju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, b’konformità mal-Artikolu 51a. [Em. 34]

4.  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar tad-dejta mill-Kummissjoni fil-kuntest tad-dejta inkluża f’dan id-direttorju. [Em. 35]

Il-Kummissjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala l-kontrollur tad-dejta skont it-tifsira tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Id-direttorju tal-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tranżitu għandu jkun soġġett għal verifika minn qabel mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. [Em. 36]

Id-dejta li hija inkluża fid-direttorju tal-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tranżitu għandha tinżamm biss għaż-żmien neċessarju biex jintlaħaq l-għan li kienet introdotta għalih u ma tistax tinħażen għal aktar minn għaxar snin. Jekk id-dejta personali tinħażen għal perjodu li jaqbeż l-għaxar snin, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi infurmat kif xieraq.

5.  Id-direttorju tal-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tranżitu għandu jinkludi l-kategoriji speċjali ta’ dejta skont it-tifsira tal-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Il-Kummissjoni għandha timplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex tħares id-dejta personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali, it-telf aċċidentali jew l-iżvelar mhux awtorizzat, il-modifika u l-aċċess jew kwalunkwe forma oħra mhux awtorizzata ta’ pproċessar. [Em. 37]

Artikolu 18h

1.  Il-Kummissjoni tista’, fuq talba lil Stat Membru kif imsemmi fil-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu u b'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, tikseb direttament mill-operaturi ekonomiċi dokumenti li jappoġġjaw id-dikjarazzjonijiet ta’ importazzjoni u esportazzjonitranżitu u li għalihom ġew iġġenerati jew miġbura dokumenti ta’ appoġġ mill-operaturi ekonomiċi, fir-rigward tal-investigazzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali kif definit fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament bl-awtorizzazzjoni espliċita ta' Stat Membru jew bl-awtorizzazzjoni taċità speċifikata fl-Artikolu 18h(1b) ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri kollha li x'aktarx ikunu involuti f’inkjesta sussegwenti dwar it-talba b’mod parallel mat-talba li tkun qed issir. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-operatur ekonomiku b’kopja tat-talba b’mod parallel mat-talba li tkun qed issir. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kopji tat-tweġiba u tad-dokumenti ta' sostenn mill-operatur ekonomiku lill-Istat Membru fejn l-operatur ekonomiku ikun stabbilit fi żmien ġimgħa minn meta tkun waslet it-tweġiba. [Em. 38]

1a.  Wara talba mill-Kummissjoni lil Stat Membru għal dokumenti li jappoġġjaw id-dikjarazzjonijiet ta’ importazzjoni jew tranżitu, l-Istat Membru għandu jkollu, b'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, erba’ ġimgħat biex:

   iwieġeb it-talba u jipprovdi d-dokumentazzjoni mitluba;
   jinnotifika lill-Kummissjoni li l-Istat Membru talab id-dokumentazzjoni mill-operatur ekonomiku;
   jitlob, għal raġunijiet operattivi, ġimgħatejn oħra biex jissodisfa t-talba; jew
   jiċħad it-talba u jinnotifika lill-Kummissjoni li kien impossibbli li t-talba tiġi ssodisfata bid-diliġenza dovuta, pereżempju minħabba li l-operatur ekonimiku ikun naqas milli jipprovdi l-informazzjoni mitluba jew minħabba deċiżjoni ta' ċaħda meħuda minn awtorità ġudizzjarja ta' Stat Membru b'konformità mal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. [Em. 39]

1b.  Jekk l-Istat Membru:

   ma jweġibx bid-dokumenti mitluba;
   ma jinnotifikax lill-Kummissjoni li l-Istat Membru talab id-dokumenti mill-operatur ekonomiku;
   ma jitlobx, għal raġunijiet operattivi, ġimgħatejn oħra biex jissodisfa t-talba; jew
   ma jiċħadx it-talba fi żmien dan il-perjodu inizjali ta’ tliet ġimgħat, għandu jiġi meqjus li jkun ta l-awtorizzazzjoni taċita tiegħu biex il-Kummissjoni titlob dokumenti li jappoġġjaw dikjarazzjoni ta’ importazzjoni jew tranżitu direttament mill-operatur ekonomiku. [Em. 40]

2.  Sal-limiti ta’ żmien li jobbligaw l-operaturi ekonomiċi jżommu d-dokumentazzjoni rilevanti, l-operaturi ekonomiċi għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni meta jkunu mitluba, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien tliet ġimgħat. [Em. 41]

_________________

* Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jippreskrivi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).'

"

5a.  L-Artikolu 21(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:"

'1. Is-sejbiet u l-informazzjoni akkwistata matul il-missjonijiet tal-Komunità riferuti fl-Artikolu 20 ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari dokumenti mwassla mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, kif ukoll l-informazzjoni miksuba matul inkjesta amministrattiva, inkluż mis-servizzi tal-Kummissjoni, għandhom ikunu ttrattati skont l-Artikolu 45 ta' dan ir-Regolament.' [Em. 42]

"

6.  Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

'4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 43 li jistabbilixxu dawk l-operazzjonijiet b’rabta mal-applikazzjoni tar-regolamenti agrikoli li jeħtieġu l-introduzzjoni tal-informazzjoni fis-CIS.’

"

7.  Fl-Artikolu 25, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

'1. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, disposizzjonijiet dwar affarijiet li għandhom ikunu inklużi fil-CIS li huma relatati ma’ kull waħda mill-kategoriji imsemmija fl-Artikolu 24 (a) sa (h) sa fejn dan ikun meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tas-Sistema. Dejta personali ma tistax tidher fil-kategorija imsemmija fl-Artikolu 24 (e). Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 43a(2).'

"

8.  L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘1. L-aċċess għad-dejta inkluża fis-CIS għandu jiġi riservat esklussivament għall-awtoritajiet nazzjonali nominati minn kull Stat Membru u d-dipartimenti nominati mill-Kummissjoni. Dawk l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu amministrazzjonijiet doganali iżda jistgħu jinkludu wkoll awtoritajiet kompetenti, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri tal-Istat Membru inkwistjoni, biex jaġixxu sabiex jintlaħaq l-għan iddikjarat fl-Artikolu 23(2). [Em. 43]

L-imsieħeb fis-CIS fornitur għandu jkollu d-dritt li jistabbilixxi liema fost dawn l-awtoritajiet nazzjonali msemmija hawn fuq jista’ jkollhom aċċess għad-dejta li ġiet inkluża fis-CIS.’

"

(b)  Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘2. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, lista tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti nominati li għandhom aċċess għas-CIS li tiddikjara, għal kull awtorità, għal liema dejta din jista’ jkollha aċċess u għal liema finijiet.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn kif xieraq. Għandha wkoll tivverifika l-lista tal-awtoritajiet nazzjonali nominati kontra nominazzjonijiet mhux proporzjonati u tinforma lill-Istati Membri dwar id-dettalji korrispondenti li jikkonċernaw id-dipartimenti tal-Kummissjoni biex ikollhom aċċess għas-CIS.

Il-lista ta’ awtoritajiet nazzjonali u dipartimenti tal-Kummissjoni li għalhekk ġew magħżula għandha tiġi ppubblikata għall-informazzjoni mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-aġġornamenti sussegwenti fil-lista għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mill-Kummissjoni fuq l-internet.’

"

9.  Fl-Artikolu 30(3), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘Il-lista tal-awtoritajiet jew awtoritajiet hekk nominati għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mill-Kummissjoni fuq l-internet.’

"

9a.  Fl-Artikolu 30, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

4. Data akkwistata mill-CIS tista', b'awtorizzazzjoni minn qabel, u suġġetta għal kull kondizzjoni imposta mill-Istat Membru li jkun inkludieha fis-Sistema, tkun ikkomunikata għall-użu minn awtoritajiet nazzjonali apparti minn dawk riferuti fil-paragrafu 2, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jew reġjonali u/jew aġenziji tal-Unjoni li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali. Kull Stat Membru għandu jieħu miżuri speċjali biex jassigura s-sigurtà ta' dik id-data waqt li tkun trasmessa jew fornuta lill-dipartimenti li jkunu jinsabu barra mit-territorju tiegħu.

Id-disposizzjonijiet riferuti fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-Kummissjoni meta din tkun daħħlet id-data fis-Sistema. [Em. 44]

"

10.  It-titolu tal-Kapitolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘Kapitolu 4

Ħżin ta’ dejta’.

"

11.  L-Artikolu 33 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

‘Artikolu 33

Id-dejta li hija inkluża fis-CIS għandha tinżamm biss għaż-żmien neċessarju biex jintlaħaq l-għan li kienet introdotta għalih u ma tistax tinħażen għal aktar minn għaxar snin. Jekk id-dejta personali tinħażen għal perjodu li jaqbeż il-ħames snin, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi infurmat kif xieraq. [Em. 45]

"

12.  L-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 3a huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘3a. Dan ir-Regolament jippartikolarizza u jikkumplimenta r-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jissorvelja l-konformità tas-CIS mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.’

"

(b)  Huwa miżjud il-paragrafu li ġej:"

‘5. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkoordina mal-Awtorità ta’ Sorveljanza Konġunta, stabbilita skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI*, li kull waħda minnhom taġixxi taħt il-limiti tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenza rispettiva tagħhom, bl-għan li tintlaħaq koordinazzjoni tal-awditjar tas-CIS.

_________________

* Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-użu tat-teknoloġija informazzjoni għal finijiet doganali (ĠU L 323, 10.12.2009, p. 20). ’

"

13.  L-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:

(a)  F’paragrafu 1, punt b huwa mħassar.

(b)  Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘2. B’mod partikolari, kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni għandhom jieħdu miżuri:

   (a) biex jevitaw li xi persuna mhux awtorizzata jkollha aċċess għall-installazzjonijiet użati għall-ipproċessar tad-dejta;
   (b) biex jevitaw li d-dejta u l-midja tad-dejta jinqraw, jiġu kkupjati, immodifikati jew imħassra minn persuni mhux awtorizzati;
   (c) biex jevitaw d-dħul mhux awtorizzat ta’ dejta u kwalunkwe konsultazzjoni, modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta’ dejta;
   (d) biex jevitaw li d-dejta fis-CIS tiġi aċċessata minn persuni mhux awtorizzati permezz ta’ tagħmir ta’ trażmissjoni tad-dejta;
   (e) biex jiġi ggarantit li, fir-rigward tal-użu tas-CIS, il-persuni mhux awtorizzati jkollhom dritt ta’ aċċess biss għad-dejta li jkollhom kompetenza għaliha;
   (f) biex jiggarantixxu li huwa possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema awtoritajiet tista’ tiġi ttrasferita d-dejta permezz ta’ tagħmir ta’ trażmissjoni tad-dejta;
   (g) biex jiggarantixxu li huwa possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit ex post facto liema dejta ġiet introdotta fis-CIS, meta u minn min, u biex tiġi sorveljata l-interrogazzjoni;
   (h) biex jiġi evitat il-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ dejta matul it-trażmissjoni ta’ dejta u t-trasport tal-midja tad-dejta.’

"

(c)  Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘3. Il-Kummissjoni għandha tivverifika li t-tfittxijiet imwettqa kienu awtorizzati u twettqu mill-utenti awtorizzati. Tal-anqas 1 % tat-tfittxijiet kollha li jsiru għandhom jiġu vverifikati.Il-livell ta’ verifika għandu jiddependi fuq l-iskala taż-żona li tkun ser tiġi vverifikata, is-severità tal-ksur u l-ammont mistenni ta’ dħul milqut, iżda dejjem għandu jkun ugwali għal 1 % jew aktar tat-tfittxijiet li jkunu saru. Għandu jinżamm rendikont ta’ tali tfittxijiet u verifiki fis-sistema u dan għandu jintuża biss għat-tali verifiki. Għandu jitħassar wara sitt xhur.’ [Em. 46]

"

14.  L-Artikolu 41d huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘1. Il-perjodu fejn tista’ tinżamm id-dejta għandu jiddependi fuq il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri tal-Istat Membru li jfornihom. Il-ħtieġa għaż-żamma tad-dejta għandha tiġi eżaminata mill-Istati Membru fornitur. Il-perjodi massimi u mhux kumulattivi, ikkalkolati mid-data tad-dħul tad-dejta fil-fajl ta’ investigazzjoni, li ma jistgħux jinqabżu huma dawn li ġejjin: [Em. 47]

   (a) id-dejta dwar il-fajls ta’ investigazzjoni ma tistax tinħażen għal aktar minn tliet snin mingħajr ebda operazzjoni li ma tkunx tmur kontra l-leġiżlazzjoni doganali u agrikola; id-dejta trid tiġi anonimizzata qabel dak il-limitu ta’ żmien jekk tkun għaddiet sena mill-aħħar osservazzjoni;
   (b) id-dejta dwar it-talbiet amministrattivi jew l-investigazzjonijiet kriminali fejn ikun ġie stabbilit ksur tal-leġiżlazzjoni doganali u agrikola li iżda ma wasslux għal deċiżjoni amministrattiva, kundanna jew ordni ta’ ħlas ta’ multa kriminali jew penali amministrattiva ma tistax tinħażen għal aktar minn sitt snin;
   (c) id-dejta dwar it-talbiet amministrattivi jew l-investigazzjonijiet kriminali li wasslu għal deċiżjoni amministrattiva, kundanna jew ordni ta’ ħlas ta’ multa kriminali jew piena amministrattiva, ma jistgħux jinħażnu għal aktar minn għaxar snin.’

"

(b)  Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘3. Il-Kummissjoni għandha tanonimizza d-dejta jew tħassar id-dejta malli jkun għadda l-perjodu massimu għall-ħżin previst f’paragrafu fil-paragrafu 1.’ [Em. 48]

"

15.  L-Artikolu 43 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

‘1. Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 18a(6), l-Artikolu 18f(1), l-Artikolu 18g(3) u l-Artikolu u 23(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu mhux determinat ta’ żmien minn [jj/xx/ssss] [daħħal id-dejta ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]...(12). [Em. 49]

3.  Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati msemmija fl-Artikoli fl-Artikolu 18a(6), l-Artikolu 18f(1), l-Artikolu 18g(3) u l-Article u 23(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha twassal fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ. [Em. 50]

4.  Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikoli l-Artikolu 18a(6), l-Artikolu 18f(1), l-Artikolu 18g(3) u l-Artikolu  u 23(4) għandu jidħol fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joggezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.’ [Em. 51]

"

16.  Wara l-Artikolu 43 huwa mdaħħal l-Artikolu li ġej:"

‘Artikolu 43a

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

_____________________

* Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011. p. 13). ’

"

Artikolu 1a

Sa …(13), il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ta':

—  in-neċessità li tiġi estiża d-dejta li tkun tinsab fid-direttorju msemmi fl-Artikolu 18a tar-Regolament (KE) Nru 515/97 billi tiġi inkluża dejta dwar l-esportazzjoni, u,

—  il-fattibilità li tiġi estiża d-dejta li tkun tinsab fid-direttorju msemmi fl-Artikolu 18a tar-Regolament (KE) Nru 515/97 billi tiġi inkluża dejta dwar l-importazzjoni u t-tranżitu ta' oġġetti fuq l-art jew bl-ajru. [Em. 52]

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għall-fornituri tas-servizzi pubbliċi jew privati li, meta jkun ser jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, huma marbuta minn kuntratti privati li ma jippermettulhomx jissodisfaw l-obbligu tagħhom stipulat fl-Artikolu 18c(1) tar-Regolament (KE) Nru 515/97, dan għandu jidħol fis-seħħ mhux aktar kmieni minn sena wara li jkun daħal fis-seħħ ir-Regolament atti delegati u ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 18f(1) u 18f(2) tar-Regolament (KE) Nru 515/97.[Em. 53]

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 94, 31.3.2014, p. 1.
(2) ĠU C 94, 31.3.2014, p. 1.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014.
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex jassiguraw l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji agrikoli (ĠU L 82 dwana u, 22.3.1997, p. 1).
(5) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
(6) Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta'data personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(8) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 281, 23.11. 1995, p. 31).
(9) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-użu tat-teknoloġija informazzjoni għal finijiet doganali (ĠU L 323, 10.12.2009, p. 20).
(10)Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011. p. 13).
(11) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 696/98 tas-27 ta' Marzu 1998 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 96, 28.3.1998, p. 22).
(12) Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
(13) Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


Informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika ***I
PDF 433kWORD 196k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (kodifikazzjoni) (COM(2013)0932 – C7-0006/2014 – 2010/0095(COD))
P7_TA(2014)0345A7-0247/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0179) u l-proposta emendata (COM(2013)0932),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114, 337 u 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0006/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7‑0247/2014),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika  (kodifikazzjoni)

P7_TC1-COD(2010)0095


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l‑Artikoli  114,  337  u 43 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-proposta intbagħtet lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (4),

Billi:

(1)  Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) ġiet emendata kemm-il darba(6) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)  Is-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri li fiha jiġi żgurat il-moviment tal‑merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Għalhekk, il-projbizzjoni ta’ restrizzjonijiet kwantitattivi fuq il-moviment tal-merkanzija u ta’ miżuri li għandhom effett ekwivalenti hija waħda mill-prinċipji bażiċi tal-Unjoni.

(3)  Sabiex ikun imħeġġeġ it-tħaddim bla xkiel tas-suq intern għandha tiġi żgurata trasparenza kemm jista’ jkun fir-rigward tal-inizjattivi nazzjonali sabiex jiġu stabbiliti regolamenti tekniċi.

(4)  L-ostakoli għall-kummerċ li jirriżultaw minn regolamenti tekniċi li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti jistgħu jitħallew biss fejn huma meħtieġa sabiex jissodisfaw il‑ħtiġiet essenzjali u għandhom għan fl-interess pubbliku li tiegħu huma jikkostitwixxu l-garanzija ewlenija.

(5)  Huwa essenzjali għall-Kummissjoni li jkollha l-informazzjoni meħtieġa għad‑dispożizzjoni tagħha qabel tadotta d-dispożizzjonijiet tekniċi. B’konsegwenza ta’ dan, l-Istati Membri li huma meħtieġa li jiffaċilitaw il-kisba tax-xogħol tagħha skond il-paragrafu 3 l-Artikolu 4 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), għandhom jinnotifikawha bil-proġetti tagħhom fil-qasam tar-regolamenti tekniċi.

(6)  L-Istati Membri kollha għandhom ukoll ikunu mgħarrfa bir-regolamenti tekniċi kkontemplati minn xi wieħed mill-Istati Membri.

(7)  L-għan tas-suq intern huwa li joħloq ambjent li jwassal għall-kompetittività tal‑intrapriżi. Żieda fil-proviżjoni ta’ informazzjoni hija mod wieħed li jgħin lill‑intrapriżi jiksbu iktar mill-vantaġġi inerenti f’dan is-suq. Huwa għalhekk meħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jiġu megħjuna biex jagħtu l-istima tagħhom dwar l-impatt tar‑regolamenti tekniċi nazzjonali proposti mill-Istati Membri l-oħra, billi tkun provduta l-pubblikazzjoni regolari tat-titoli tal-abbozzi nnotifikati u permezz tad‑dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kunfidenzjalità ta’ dawn l-abbozzi.

(8)  Huwa xieraq, fl-interess taċ-ċarezza legali, illi l-Istati Membri jħabbru b’mod pubbliku illi jkun ġie adottat regolament tekniku b’mod konformi mal-formalitajiet stabbiliti f’din id-Direttiva.

(9)  Safejn u sakemm ikollhom x’jaqsmu r-regolamenti tekniċi dwar il-prodotti, il-miżuri mfassla biex jiżguraw it-tħaddim xieraq jew l-iżvilupp kontinwu jinkludu iktar ċarezza dwar l-intenzjonijiet nazzjonali u dwar it-twessigħ tal-kriterji u tal-kondizzjonijiet biex jiġi stmat l-effett potenzjali fuq is-suq tar-regolamenti proposti.

(10)  Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stmati l-ħtiġiet kollha stabbiliti fir-rigward ta’ prodott u li jitqiesu l-iżviluppi fil-prattiki nazzjonali għar-regolament tal-prodotti.

(11)  Il-ħtiġiet, għajr l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, li jirreferu għaċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott wara li jkun inħareġ fis-suq x’aktarx li jaffettwaw il-moviment liberu ta’ dak il-prodott jew li joħolqu ostakoli għat-tħaddim xieraq tas-suq intern.

(12)  Huwa meħtieġ li jiġi kjarifikat il-kunċett ta’ regolament tekniku de facto. B’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet li bihom l-awtorità pubblika tirreferi għall‑ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew ħtiġiet oħra, jew li bihom tinkoraġġixxi l‑osservanza tagħhom, u d-dispożizzjonijiet li jirreferu għall-prodotti li magħhom tiġi assoċjata l-awtorità pubblika, fl-interess pubbliku, ikollhom l-effett li jsawbu fuq dawn il-ħtiġiet jew speċifikazzjonijiet valur li jorbot iktar milli kieku jkollhom bis-saħħa tal‑oriġini privata tagħhom.

(13)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ukoll jingħataw żmien biżżejjed li fih jipproponu emendi għal miżura kkontemplata, sabiex ineħħu jew inaqqsu kull ostakolu li tista’ toħloq għall-moviment liberu tal-oġġetti.

(14)  L-Istati Membri interessati għandhom iqisu dawn l-emendi meta jiġu biex jifformolaw it‑test definittiv tal-miżura prevista.

(15)  Huwa inerenti fis-suq intern li, b’mod partikolari fejn ma jistax jiġi implimentat il‑prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tadotta jew tipproponi l-adozzjoni ta’ atti li jorbtu. Ġie stabbilit perijodu ta’ żmien ta’ waqfien temporanju speċifiku biex jimpedixxi li d-dħul ta’ miżuri nazzjonali jikkomprometti l‑adozzjoni fl-istess qasam mill- Parlament Ewropew u  l-Kunsill jew mill‑Kummissjoni ta’ atti li jorbtu.

(16)  L-Istati Membri involuti fil-kwistjoni għandhom, skond l-obbligi ġenerali stabbiliti fil‑paragrafu 3 fl-Artikolu 4 tat-Trattat, iħallu għal iktar tard l-implimentazzjoni tal‑miżura kkontemplata għal perijodu biżżejjed taż-żmien biex jagħtu permess jew għal eżami konġunt tal-emendi proposti jew għat-tħejjija ta’ proposta għall-att  leġiżlattiv  jew l-adozzjoni ta’ att li jorbot mill-Kummissjoni.

(17)  Bil-ħsieb li titħaffef l-adozzjoni ta’ miżuri  mill-Parlament Ewropew u l‑Kunsill , l-Istati Membri għandhom jieqfu milli jadottaw regolamenti tekniċi jekk il-Kunsill ikun adotta pożizzjoni fuq proposta mill-Kummissjoni dwar dak is-settur.

(18)  Huwa meħtieġ li jiġi  previst  Kumitat Permanenti, li l-membri tiegħu jiġu maħtura mill-Istati Membri u li xogħlu jkun li jikkoopera fl-isforzi  tal-Kummissjoni  biex jitnaqqas il-potenzjal ta' kull effett ħażin fuq il-moviment liberu tal-oġġetti.

(19)  Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-obbligi tal-Istati Membri fejn għandhom x’jaqsmu d-dati ta’ għeluq għat-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness III,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.  Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw it-tifsriet li ġejjin:

(a)  “prodott”, kull prodott fabbrikat b’mod industrijali u kull prodott agrikolu, inklużi prodotti mill-ħut;

(b)  “servizz”, kull servizz tas-Soċjetà tal-Informatika, jiġifieri kull servizz normalment ipprovdut għal rimunerazzjoni, mill-bogħod, b'mezzi elettroniċi u fuq it-talba individwali ta' riċevitur ta' servizzi;

għall-għanijiet ta' din id-definizzjoni:

i.  “mill-bogħod” tfisser illi servizz jiġi pprovdut mingħajr ma l-partijiet ikunu preżenti simultanjament,

ii.  “b'mezzi elettroniċi” tfisser illi fil-bidu s-servizz jintbagħat u jiġi rċevut fid‑destinazzjoni tiegħu permezz ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża kompressjoni diġitali) u l-ħażna ta' data, u dan jiġi trasmess, imwassal u rċevut għal kollox permezz ta' wajers, bir-radju, b'mezzi ottiċi jew b'mezzi oħra elettro-manjetiċi,

iii.  “fuq it-talba individwali ta' riċevitur tas-servizzi” tfisser illi s-servizz jiġi pprovdut permezz tat-trasmissjoni ta' data fuq talba individwali;

Lista indikattiva tas-servizzi mhux koperti b'din id-definizzjoni hija mogħtija fl‑Anness I;

(c)  “speċifikazzjoni teknika”, speċifikazzjoni li tinsab f’dokument li jistabbilixxi l‑karatteristiċi meħtieġa ta’ prodott bħalma huma l-livelli ta’ kwalità, ir-riżultat tal‑ħidma, is-sigurtà jew id-dimensjonijiet, inklużi l-ħtiġiet li japplikaw għall-prodott rigward l-isem li bih il-prodott jinbiegħ, it-terminoloġija, is-simboli, l-eżaminazzjoni u l-metodi tal-eżaminazzjoni, l-imballaġġ, l-immarkar jew l-ittikkettjar u l‑proċeduri ta’ stima tal-konformità;

It-terminu “speċifikazzjoni teknika” jkopri wkoll il-metodi u l-proċessi tal‑produzzjoni użati rigward il-prodotti agrikoli li hemm referenza għalihom fit-tieni subparagrafu tal‑paragrafu 1 tal-Artikolu 38 tat-TFUE, il-prodotti maħsuba għall‑konsum mill‑bniedem jew mill-annimali, u l-prodotti mediċinali ddefiniti fl‑Artikolu 1 tad-Direttiva  2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill(7)  , kif ukoll il-metodi u l‑proċessi tal-produzzjoni li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti oħra, fejn dawn ikolhom effett fuq il-karatteristiċi tagħhom;

(d)  “ħtiġiet oħra”, ħtieġa, għajr speċifikazzjoni teknika, imposta fuq prodott bil‑għan li tipproteġi, b’mod partikolari, il-konsumatur jew l-ambjent, u li taffettwa ċ‑ċiklu tal-ħajja tiegħu wara li jkun inħareġ fis-suq, bħalma huma l-kondizzjonijiet dwar l-użu, ir-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid jew ir-rimi, fejn dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-kompożizzjoni jew in-natura tal-prodott jew il-bejgħ tiegħu fis-suq;

(e)  “regola dwar is-servizzi”, ħtieġa ta' natura ġenerali li għandha x'taqsam mal-bidu u l‑eżerċizzju ta' attivitajiet ta' servizzi fit-tifsira tal-punt (b), b'mod partikolari id‑dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-fornitur tas-servizz, is-servizzi u r‑riċevitur tas-servizzi, għajr kull regola li mhijiex speċifikament immirata lejn is‑servizzi definiti f'dak il-punt;

għall-għanijiet ta' din id-definizzjoni:

i.  regola għandha tiġi kkunsidrata li tkun speċifikament immirata lejn is‑servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika fejn, filwaqt li tqis id-dikjarazzjoni tar‑raġunijiet tagħha u tal-parti operattiva tagħha, il-mira speċifika u l-għan tad‑dispożizzjonijiet kollha jew ta' xi wħud minnhom individwali tagħha huma dawk li jirregolaw dawn is-servizzi b'mod espliċitu u mmirat,

ii.  regola m'għandhiex tiġi kkunsidrata li tkun speċifikament immirata lejn is‑servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika jekk din taffettwa dawn is-servizzi biss b'mod impliċitu jew aċċidentali;

(f)  “regolament tekniku”, speċifikazzjonijiet tekniċi u ħtiġiet oħra jew regoli dwar servizzi, inklużi d-dispożizzjonijiet amministrattivi relevanti, li l-osservanza tagħhom hija obbligatorja, de jure jew de facto, fil-każ tat-tqegħid fis-suq, il‑forniment ta' servizz, l-istabbiliment ta' operatur tas-servizz jew l-użu fi Stat Membru jew f'parti l‑kbira minnu, kif ukoll il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri, għajr dawk ipprovduti fl-Artikolu 7, li jipprojbixxu l-fabbrikazzjoni, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta' prodott, jew li jipprojbixxu l-forniment jew l-użu ta' servizz, jew l-istabbiliment ta' fornitur tas-servizz;

Ir-regolamenti tekniċi de facto jinkludu:

i.  il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' Stat Membru li jirreferu jew għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew għal ħtiġiet oħra jew għal regoli dwar is-servizzi, jew għall-kodiċijiet professjonali jew il‑kodiċijiet ta' prattika li, min-naħa tagħhom, jirreferu għall‑ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew għal ħtiġiet oħra jew għal regoli dwar is‑servizzi, li l-ħarsien tagħhom jagħti preżunzjoni ta' konformità ma' l‑obbligi imposti mil-liġijiet, mir-regolamenti jew mid-dispożizzjonijiet amministrattivi msemmija iktar 'il fuq,

ii.  ftehim volontarji li awtorità pubblika tkun parti kontrattanti għalihom u li jipprovdu, fl-interess ġenerali, għal konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew ħtiġiet oħra jew regoli dwar servizzi, għajr speċifikazzjonijiet dwar l‑offerti tal-akkwist pubbliku,

iii.  speċifikazzjonijiet tekniċi jew ħtiġiet oħra jew regoli dwar servizzi li huma marbutin ma' miżuri fiskali jew finanzjarji li jaffettwaw il-konsum ta' prodotti jew ta' servizzi billi jinkoraġġixxu l-konformità ma' dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew il-ħtiġiet l-oħra jew ir-regoli dwar servizzi; speċifikazzjonijiet tekniċi jew ħtiġiet oħra jew regoli dwar servizzi marbutin mas-sistemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali mhumiex inklużi.

Dan jinkludi r-regolamenti tekniċi imposti mill-awtoritajiet innominati mill-Istati Membri u li jidhru f'lista  stabbilita u aġġornata, jekk meħtieġ,  mill‑Kummissjoni fil-qafas tal-Kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 2.

Għandha tiġi użata l-istess proċedura biex tiġi emendata din il-lista;

(g)  “abbozz ta' regolament tekniku”, it-test ta' speċifikazzjoni teknika jew ħtieġa oħra jew ta' regola dwar is-servizzi, inklużi d-dispożizzjonijiet amministrattivi, ifformulat bil-għan li jsir liġi bħala regolament tekniku, bit-test ikun fi stadju ta' tħejjija fejn ikun għad jistgħu isiru emendi sostanzjali.

2.  Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal:

(a)  servizzi tax-xandir bir-radju;

(b)  servizzi tax-xandir bit-televiżjoni imsemmija fil-punt (e) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2010/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (8) .

3.  Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għar-regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ materji koperti bil-leġislazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni, kif  kif imsemmija fid-  Direttiva  2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill(9) .

4.  Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għar-regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ materji koperti bil-leġislazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, kif elenkati b’mod mhux eżawrenti fl-Anness II ta' din id-Direttiva.

5.  Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5(3), din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għar-regoli promulgati minn jew għal swieq regolati fit-tifsira tad-Direttiva  2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10)  jew minn jew għal swieq oħra jew korpi li jwettqu operazzjonijiet ta’ kumpens jew pagament għal dawk is-swieq.

6.  Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal dawk il-miżuri li l-Istati Membri jqisu meħtieġa skond it-  Trattati  għall-protezzjoni tal-persuni, b’mod partikolari il-ħaddiema, meta jiġu użati prodotti, sakemm dawn il-miżuri ma jaffettwawx il-prodotti.

Artikolu 2

Għandu jitwaqqaf Kumitat Permanenti li jkun magħmul minn rappreżentanti maħtura mill‑Istati Membri li jistgħu jitolbu l-għajnuna ta’ esperti jew konsulenti; il-President tiegħu għandu jkun rappreżentant tal-Kummissjoni.

Il-Kumitat għandu jfassal ir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artikolu 3

1.  Il-Kumitat għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena.

Il-Kumitat għandu jiltaqa' f'kompożizzjoni speċifika sabiex jeżamina kwistjonijiet li jkollhom x'jaqsmu mas-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika.

2.  Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kumitat rapport dwar l-implimentazzjoni u l‑applikazzjoni tal-proċeduri stabbiliti f’din id-Direttiva, u għandha tressaq proposti mmirati għall-eliminazzjoni ta’ ostakoli eżistenti jew previsti għall-kummerċ.

3.  Il-Kumitat għandu jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar il-komunikazzjonijiet u l-proposti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 u jista’ f’konnessjoni ma’ dawn, b’mod partikolari, jipproponi illi l-Kummissjoni:

(a)  tiżgura fejn meħtieġ, sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ ostakoli għall-kummerċ, illi fil‑bidu, l-Istati Membri interessati jiddeċiedu bejniethom dwar miżuri xierqa;

(b)  tieħu l-miżuri xierqa kollha;

(c)  tidentifika l-oqsma fejn tidher meħtieġa l-armonizzazzjoni, u, jekk jinqala’ l-każ, tindaħal għall-armonizzazzjoni xierqa f’settur partikolari.

4.  Il-Kumitat għandu jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni:

(a)  meta tkun qed tiddeċiedi dwar is-sistema attwali li biha jrid jiġi effetwat l-iskambju ta’ informazzjoni previst f’din id-Direttiva u dwar kull bdil għalih;

(b)  meta tkun qed tirrevedi kif taħdem is-sistema  prevista  f’din id-Direttiva.

5.  Il-Kumitat jista’ jiġi kkonsultat mill-Kummisjoni dwar kull abbozz preliminari ta’ regolament tekniku rċevut minn din tal-aħħar.

6.  Kull kwistjoni li tirrigwarda l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tista’ tiġi sottomessa lill‑Kumitat fuq it-talba tal-President tiegħu jew tal-Istat Membru.

7.  Il-proċeduri tal-Kumitat u l-informazzjoni li trid tiġi sottomessa għandhom ikunu kunfidenzjali.

Madankollu, il-Kumitat u l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu, sakemm jittieħdu l‑prekawzjonijiet meħtieġa, jikkonsultaw, għal opinjoni esperta, lil persuni naturali jew legali, inklużi persuni fis‑settur privat.

8.  Fir-rigward tar-regoli dwar servizzi, il-Kummissjoni u l-Kumitat jistgħu jikkonsultaw lil persuni naturali jew legali mill-industrija jew mid-dinja akkademika, u fejn possibbli korpi rappreżentattivi, kapaċi li jagħtu opinjoni esperta dwar il-miri soċjali u tas-soċjetà u l‑konsegwenzi ta' kull abbozz ta' regola dwar is-servizzi, u jqisu l-parir tagħhom kull meta jiġu mitluba li jagħmlu dan.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 5(1), it‑talbiet kollha li jsiru lill-korpi tal-istandardizzazzjoni biex ifasslu speċifikazzjonijiet tekniċi jew standard għal prodotti speċifiċi bil-għan li jkun hemm regolament tekniku għal prodotti ta' dak it-tip, fil-forma ta' abbozz ta' regolamenti tekniċi, u għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet għal dak ir-regolament tekniku.

Artikolu 5

1.  Soġġetti għall-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw fil-pront lill‑Kummissjoni kull abbozz ta’ regolament tekniku, għajr fejn dan sempliċiment jittrasponi t‑test ta’ standard internazzjonali jew Ewropew, f’liema każ l-informazzjoni li jkollha x’taqsam ma’ l-istandard relevanti tkun biżżejjed; għandhom ukoll iħallu lill-Kummissjoni tagħmel dikjarazzjoni dwar ir-raġunijiet li jagħmlu meħtieġa l-leġislazzjoni ta’ dan ir‑regolament tekniku, fejn dawn ma jkunux diġà ġew magħmula ċari fl-abbozz.

Fejn ikun xieraq, u għajr jekk ma jkunux diġà bagħtuh b’komunika minn qabel, l‑Istati Membri għandhom simultanjament jikkomunikaw it-test tad-dispożizzjonijiet bażiċi leġislattivi jew regolatorji interessati prinċipalment u direttament, jekk it-tagħrif ta’ dan it-test ikun meħtieġ biex jistma l-implikazzjonijiet tal-abozz ta’ regolament tekniku.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-abbozz mill-ġdid skond il-kondizzjonijiet  fl‑ewwel u fit-tieni subparagrafi ta` dan il-paragrafu  jekk jagħmlu tibdil lill-abbozz li jkollu l-effett li jibdel b’mod sinifikanti l-iskop tiegħu, iqassru l-iskeda imfassla oriġinarjament għall-implimentazzjoni, iżidu l-ispeċifikazzjonijiet jew il-ħtiġiet jew jagħmlu lil dawn tal-aħħar iktar stretti.

  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta` Titolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11),  fejn, b’mod partikolari, l-abbozz ifittex li jillimita l-bejgħ fis-suq jew l-użu ta’ sustanza kimika, it-tħejjija jew il-prodott għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika jew għall-protezzjoni tal-konsumaturi jew tal-ambjent, l‑Istati Membri għandhom jibagħtu wkoll jew sommarju jew ir-referenzi tad-data kollha relevanti li għandhom x’jaqsmu mas-sustanza, mat-tħejjija jew mal-prodott involut u dwar sostituti magħrufa u disponibbli, fejn din l-informazzjoni tkun disponibbli, u jikkomunikaw l‑effetti antiċipati tal-miżura dwar is-saħħa pubblika u l-protezzjoni tal-konsumatur u tal‑ambjent, flimkien ma’ analiżi dwar ir-riskju imwettaq kif xieraq b’mod konformi mal‑prinċipji  previsti fil-parti relevanti tat-Taqsima II.3 tal-Anness XV tar‑Regolament (KE) Nru 1907/2006 .

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika mill-ewwel lill-Istati Membri l-oħra bl-abbozz u d‑dokumenti kollha li jkunu ntbagħtulha; tista’ wkoll tirreferi dan l-abbozz, għal opinjoni, lill‑Kumitat imsemmi fl-Artikolu 2 u, fejn xieraq, lill-kumitat responsabbli mill-qasam involut inkwistjoni.

Rigward l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew ħtiġiet oħra jew ir-regoli dwar servizzi li hemm referenza għalihom fil-punt iii) tat-tieni subparagrafu tal-punt (f), tal-Artikolu 1(1), il‑kummenti jew l-opinjonijiet dettaljati tal-Kummissjoni jew tal-Istati Membri jista' jkollhom x'jaqsmu biss ma' l-aspetti li jistgħu jfixklu l-kummerċ jew, rigward ir-regoli dwar servizzi, il‑moviment liberu tas-servizzi jew il-libertà ta' stabbiliment ta' operaturi tas-servizz u mhux l‑aspetti fiskali jew finanzjarji tal-miżura.

2.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jagħmlu kummenti lill-Istat Membru li jkun bagħat l-abbozz tar-regolament tekniku; dan l-Istat Membru għandu jqis dawn il-kummenti kemm jista’ jkun possibbli fit-tħejjija sussegwenti tar-regolament tekniku.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-test definittiv tar-regolament tekniku lill‑Kummissjoni mingħajr dewmien.

4.  L-informazzjoni fornuta skond dan l-Artikolu ma għandhiex tkun kunfidenzjali għajr fuq it‑talba espressa tal-Istat Membru li jinnotifika. Kull talba bħal din għandha tiġi appoġġjata b’raġunijiet.

F’każijiet ta’ din ix-xorta, jekk jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa, il-Kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 2 u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ifittxu l-parir espert mingħand persuni naturali jew legali fis-settur privat.

5.  Meta r-regolamenti tekniċi abbozzati jagħmlu parti minn miżuri li jkunu meħtieġa li jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni fl-istadju ta’ abbozz skond att Komunitarju ieħor, l-Istati Membri jistgħu jibagħtu komunika fit-tifsira tal-paragrafu 1 skond dan l-att l-ieħor, sakemm jindikaw formalment illi l-komunika msemmija tikkostitwixxi wkoll komunika skond il‑għanijiet ta’ din id-Direttiva.

In-nuqqas ta’ reazzjoni mill-Kummissjoni skond din id-Direttiva għall-abbozz ta’ regolament tekniku ma għandux jippreġudika xi deċiżjoni li tista’ tittieħed skond atti oħra tal-Komunità.

Artikolu 6

1.  L-Istati Membri għandhom jipposponu l-adozzjoni ta’ abozz ta’ regolament tekniku għal tliet xhur mid-data ta’ meta l-Kummissjoni tirċievi l-komunika li hemm referenza għaliha fl‑Artikolu 5(1).

2.  L-Istati Membri għandhom jipposponu:

—  għal erba' xhur l-adozzjoni ta' abbozz ta' regolament tekniku fil-għamla ta' ftehim volontarju fit-tifsira tat-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu tal-punt (f) tal-Artikolu 1(1),

—  mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3, 4 u 5, għal sitt xhur l-adozzjoni ta' kull abbozz ta' regolament tekniku ieħor (għajr l-abbozzi tar-regoli dwar servizzi),

mid-data ta' meta l-Kummissjoni tkun irċeviet il-komunikazzjoni li hemm riferenza għaliha fl‑Artikolu 5(1) jekk il-Kummissjoni jew Stat Membru ieħor jagħtu opinjoni dettaljata, fi żmien tliet xhur minn dik id-data, b'effett li l-miżura prevista tista' toħloq xkiel għall‑moviment liberu tal-merkanzija ġewwa s-suq intern;

—  mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 5, għal erba' xhur l-adozzjoni ta' kull abbozz ta' regola dwar servizzi, mid-data li fiha l-Kummissjoni tkun irċeviet il‑komunikazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 5(1) jekk il‑Kummissjoni jew xi Stat Membru ieħor jagħti opinjoni dettaljata, fi żmien tliet xhur minn dik id‑data, illi l-miżura prevista tista' toħloq xkiel għall-moviment liberu tas-servizzi jew għall-libertà ta' stabbiliment ta' operaturi tas-servizzi ġewwa s-suq intern.

Fir-rigward ta' abbozzi ta' regoli dwar is-servizzi, l-opinjonijiet dettaljati mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri ma jistgħux jaffettwaw miżuri tal-politika kulturali, b'mod partikolari fl-isfera awdjo-viżiva, li l-Istati Membri jistgħu jadottaw b'mod konformi mal-liġijiet tal‑Unjoni, filwaqt li jqisu d-diversità lingwistika, il-karatteristiċi speċifiċi nazzjonali u reġjonali u l-wirt kulturali tagħhom.

L-Istat Membru konċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-azzjoni li jipproponi li jieħu fuq dawn l-opinjonijiet dettaljati. Il-Kummissjoni għandha tikkummenta fuq din ir‑reazzjoni.

Fir-rigward tar-regoli dwar servizzi, l-Istat Membru konċernat għandu jindika, fejn xieraq, ir‑raġunijiet għaliex ma jistgħux jitqiesu l-opinjonijiet dettaljati.

3.  Bl-esklużjoni tal-abbozzi tar-regoli li għandhom x'jaqsmu ma' servizzi, l-Istati Membri għandhom jipposponu l-adozzjoni ta' abbozz ta' regolament tekniku għal tnax-il xahar mid‑data li fiha l-Kummissjoni tkun irċeviet il-komunikazzjoni li hemm riferenza għaliha fArtikolu 8(1) jekk, fi żmien tliet xhur minn din id-data, il-Kummissjoni tħabbar l‑intenzjoni tagħha li tipproponi jew li tadotta direttiva, regolament jew deċiżjoni dwar il‑materja b'mod konformi ma' l-Artikolu 288 tat-TFUE.

4.  L-Istati Membri għandhom jipposponu l-adozzjoni ta’ abozz ta’ regolament tekniku bi12-il xahar mid-data meta l-Kummissjoni tkun irċeviet il-komunika li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 5(1) jekk, fi żmien tliet xhur wara din id-data, il-Kummissjoni tħabbar l‑intenzjoni tagħha li tipproponi jew tadotta direttiva, regolament jew deċiżjoni dwar il‑materja b’mod konformi ma’ l-Artikolu 288 tat-TFUE.

5.  Jekk il-Kunsill  jadotta pożizzjoni fl-ewwel qari  matul il-perijodu taż-żmien tal‑waqfien (standstill) li hemm referenza għalih fil-paragrafi 3 u 4, dan il-perijodu taż-żmien għandu, soġġett għall-paragrafu 6, jittawwal għal 18-il xahar.

6.  L-obbligi li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom jaqgħu:

(a)  meta l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri li ma tkunx iktar bi ħsiebha tipproponi jew tadotta att li jorbot;

(b)  meta l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri bl-irtirar tal-abbozz jew tal-proposta tagħha;

(c)  meta  Parlament Ewropew u l-Kunsill  jew il-Kummissjoni ikunu adottaw att li jorbot.

7.  Il-paragrafi 1 sa 5 m'għandhomx japplikaw fil-każijiet fejn:

(a)  għal raġunijiet urġenti, mqajma minn ċirkostanzi serji u imprevisti li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni tas-saħħa pubblika jew is-sigurtà, il-protezzjoni tal‑annimali jew il-preżervazzjoni tal-pjanti, u għar-regoli dwar servizzi, u wkoll għall-politika pubblika, b'mod speċjali l-protezzjoni tal-minuri, Stat Membru huwa obbligat li jħejji regolamenti tekniċi fi spazju qasir ħafna ta' żmien sabiex jippromulgahom u jdaħħalhom fil-pront mingħajr ma jkunu possibbli konsultazzjonijiet jew

(b)  għal raġunijiet urġenti mqajjma minn ċirkostanzi serji li għandhom x'jaqsmu mal‑protezzjoni tas-sigurtà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, speċjalment il‑protezzjoni tad-depożituri, tal-investituri u ta' persuni assigurati, Stat Membru huwa obbligat li jippromulga u li jimplimenta fil-pront regoli dwar is-servizzi finanzjarji.

Fil-komunikazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 5, l-Istat Membru għandu jagħti r‑raġunijiet għall-urġenza tal-miżuri meħuda. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-veduti tagħha dwar il-komunikazzjoni malajr kemm jista jkun. Għandha tieħu azzjoni xierqa fil‑każijiet fejn din il-proċedura ma tintużax kif suppost. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm imgħarraf mill-Kummissjoni.

Artikolu 7

1.  L-Artikoli 5 u 6 ma għandhomx japplikaw għal dawk il-liġijiet, ir-regolament u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri jew għal ftehim volontarju li permezz tiegħu l-Istati Membri:

(a)  jikkonformaw ma' atti tal-Unjoni li jorbtu li jirriżultaw fl-adozzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi jew ir-regoli dwar servizzi;

(b)  jissodisfaw l-obbligi li joħorġu minn ftehim internazzjonali li jirriżultaw fl-adozzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni jew regoli dwar servizzi fl-Unjoni;

(c)  jagħmlu użu mill-klawsoli ta’ salvagwardja li jipprovdu għalihom atti tal-Unjoni li jorbtu;

(d)  japplikaw l- Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) ;

(e)  jillimitaw lilhom infushom għal li jimplimentaw sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑ Unjoni  Ewropea;

(f)  jillimitaw lilhom infushom għal li jemendaw regolament tekniku fi ħdan it-tifsira tal‑punt (f) tal-Artikolu 1(1), b'mod konformi ma' talba tal-Kummissjoni bil-ħsieb li jitneħħa xi ostakolu għall-kummerċ jew, fil-każ tar-regoli dwar servizzi, għall‑moviment liberu tas-servizzi jew tal-libertà ta' stabbiliment ta' operaturi tas‑servizzi.

2.  L-Artikolu 6 ma għandux japplika għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jipprojbixxu l-manifattura sakemm u safejn dawn ma jostakolawx il-moviment liberu tal-prodotti.

3.  Il-paragrafi 3 sa 6 tal-Artikolu 6 m'għandhomx japplikaw għall-ftehim volontarji li hemm referenza għalihom fil-punt (ii) tat-tieni subparagrafu tal-punt (f) tal-Artikolu 1(1).

4.  L-Artikolu 6 m'għandux japplika għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew ħtiġiet oħra jew għar-regoli dwar is-servizzi li hemm referenza għalihom fil-punt (iii) tat-tieni subparagrafu tal‑punt (f) tal-Artikolu 1(1).

Artikolu 8

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill‑Kumitat Ekonomiku u Soċjali  Ewropew  dwar ir-riżultati tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni tippubblika l-istatistiċi annwali dwar in-notifiki li tirċievi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Meta Stat Membru jadotta regolament tekniku, dan għandu jkun fih referenza għal din id‑Direttiva jew għandu jkun akkumpanjat b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tiegħu. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 10

Id-Direttiva 98/34/KE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness III, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B tad-Direttiva mħassra u fl‑Anness III Parti B, ta' din id-Direttiva.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 11

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 12

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

Lista indikattiva tas-servizzi mhux koperti bit-tieni subparagrafu tal-punt (b) tal‑Artikolu 1(1)

1.  Servizzi mhux ipprovduti “mill-bogħod”

Servizzi pprovduti fil-preżenza fiżika tal-fornitur u tar-riċevitur, anke jekk jinvolvu l‑użu ta' mezzi elettroniċi:

(a)  eżamijiet mediċi jew kura medika fi klinika ta' tabib bl-użu ta' tagħmir elettroniku fejn il-pazjent ikun fiżikament preżenti;

(b)  konsultazzjoni ta' katalgu elettroniku f'ħanut bil-klijent fuq il-post;

(c)  riservazzjoni ta' biljetti tal-ajru f'aġenzija tal-vjaġġi fil-preżenza fiżika tal‑klijent permezz ta' network ta' kompjuters;

(d)  logħob elettroniku magħmul disponibbli f'video-arcade fejn il-klijent ikun fiżikament preżenti.

2.  Servizzi mhux ipprovduti permezz ta' “mezzi elettroniċi”

—  Servizzi li jkollhom kontenut ta' materjal anke jekk ipprovdut permezz ta' mezzi elettroniċi:

(a)  distributuri awtomatiċi ta' flus jew biljetti (bankonoti, biljetti tat-tren);

(b)  aċċess għal networks ta' toroq, parkeġġi tal-karozzi, eċċ, li jieħdu l-flus għall-użu, anke jekk ikun hemm mezzi elettroniċi fid-dħul/ħruġ li jikkontrollaw l-aċċess u/jew li jiżguraw li jsir il-pagament eżatt.

—  Servizzi off-line: tqassim ta' CD roms jew software fuq id-disketti.

—  Servizzi li ma jiġux ipprovduti permezz ta' sistemi ta' proċessar/inventarji elettroniċi:

(a)  servizzi tat-telefonija bil-vuċi;

(b)  servizzi tat-telefax/telex;

(c)  servizzi pprovduti permezz tat-telefonija bil-vuċi jew bil-fax;

(d)  konsulta ta' tabib bit-telefon/telefax;

(e)  konsulta ta' avukat bit-telefon/telefax;

(f)  marketing dirett bit-telefon/telefax.

3.  Servizzi mhux ipprovduti “fuq it-talba individwali ta' riċevitur tas‑servizzi”

Servizzi pprovduti bit-trasmissjoni ta` data mingħajr it-talba individwali li tiġi riċevuta simultanjament minn numru bla limitu ta` riċevituri individwali (trasmissjoni minn punti għal diversi punti):

(a)  servizzi tax-xandir bit-televiżjoni (inklużi servizzi ta' near-video on-demand koperti bil-punt  (e)  tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2010/13/UE;

(b)  servizzi tax-xandir bir-radju;

(c)  teletext (bit-televiżjoni).

____________

ANNESS II

Lista indikattiva tas-servizzi finanzjarji koperti b'Artikolu 1(4)

—  Servizzi ta' investiment

—  Operazzjonijiet tal-assigurazzjoni jew ta' assigurazzjoni mill-ġdid

—  Servizzi bankarji

—  Operazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-fondi tal-pensjonijiet

—  Servizzi li għandhom x'jaqsmu ma' operazzjonijet fi futures jew options.

Dawn is-servizzi jinkludu b'mod partikolari:

(a)  is-servizzi ta' investiment li hemm referenza għalihom fl-Anness għad-Direttiva 2004/39/KE ; is-servizzi ta' intrapriżi ta' investiment kollettiv;

(b)  is-servizzi koperti bl-attivitajiet soġġetti għar-rikonoxximent reċiproku imsemmija fl- Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13);

(c)  l-operazzjonijiet koperti bl-attivitajiet tal-assigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni mill‑ġdid imsemmija  fid-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14).

_____________

ANNESS III

Parti A

Id-Direttiva mħassra flimkien mal-lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 10)

Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37)

 

 

 

Id-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill

(ĠU L 217, 5.8.1998, p. 18)

 

 

L-Anness II, Parti 1, Titolu H, ta` l-Att ta` Adeżjoni 2004

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 68)

Fir-rigward tar-referenzi magħmulin fil-punt 2 biss, tad‑Direttiva 98/34/KE

 

Id-Direttiva 2006/96/KE tal-Kunsill

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81)

Fir-rigward tar-referenzi magħmulin fl-Artikolu 1 biss, tad‑Direttiva 98/34/KE

 

Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12)

L-Artikolu 26(2) biss

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmijin fl-Artikolu 10)

Id-Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

98/34/KE

-

98/48/KE

Il-5 ta’ Awissu 1999

2006/96/KE

L-1 ta` Jannar 2007

_____________

ANNESS IV

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Id-Direttiva 98/34/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, l‑ewwel sentenza

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (1)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (a)

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (b), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 1(1), il-punt (b), it‑tieni subparagrafu, il- punt (i)

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (2), it-tieni paragrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 1, paragrafu 1, il-punt (b), it-tieni paragrafu, punt (ii)

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (2), it-tieni paragrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 1, paragrafu 1, il-punt (b), it-tieni subparagrafu, il-punt (iii)

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 1, paragrafu 1, il-punt (b), it‑tielet subparagrafu

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (2), ir-raba` subparagrafu, il-punt (2), l‑ewwel sentenza

Artikolu 1, it-tieni paragrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (2), ir-raba` subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 1, it-tieni paragrafu, il-punt (a)

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (2), ir-raba` subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 1, it-tieni paragrafu, il-punt (b)

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (3)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (ċ)

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (4)

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (d)

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (5), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (e), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 1, it-tielet paragrafu

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (5), it-tielet subparagrafu

Artikolu 1, ir-raba` paragrafu

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (5), ir-raba` subparagrafu

Artikolu 1, il-ħames paragrafu

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (5), il-ħames subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (e), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (5), il-ħames subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (e), it-tieni subparagrafu, punt (i)

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (5), il-ħames subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (e), it-tieni subparagrafu, il-punt (ii)

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (11), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(1), il-punt (f), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (11), it-tieni inċiż, l-ewwel sentenza

Artikolu 1(1), il-punt (f), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (11), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 1(1), il-punt (f), it-tieni subparagrafu, il-punt (i)

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (11), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 1(1), il-punt (f), it-tieni subparagrafu, il-punt (ii)

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (11), it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 1(1), punt (f), it‑tieni  paragrafu, il-punt (iii)

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (11), it-tielet subparagrafu

Artikolu 1(1), il-punt (f), it-tielet subparagrafu

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu punt (11), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, punt (f), ir-raba' subparagrafu

Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (12)

Artikolu 1(1), il-punt (g)

Artikolu 1, it-tieni subparagrafu

Artikolu 1, is-sitt paragrafu

Artikolu 5

Artikolu 2

Artikolu 6, l-ewwel u t-tieni paragrafi

Artikolu 3, l-ewwel u t-tieni paragrafi

Artikolu 6, it-tielet paragrafu, l‑ewwel sentenza

Artikolu 3, it-tielet paragrafu, l‑ewwel sentenza

Artikolu 6, it-tielet paragrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 3, it-tielet paragrafu,il-punt (a)

Artikolu 6, it-tielet paragrafu , it‑tielet inċiż

Artikolu 3, it-tielet paragrafu, il-punt (b)

Artikolu 6, it-tielet paragrafu, ir‑raba` subparagrafu

Artikolu 3, it-tielet paragrafu, il-punt (ċ)

Artikolu 6, ir-raba' paragrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 3, ir-raba' paragrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 6, ir-raba' paragrufu, il-punt (ċ)

Artikolu 3, ir-raba' paragrafu, il-punt (a)

Artikolu 6, ir-raba' paragrufu, il-punt (d)

Artikolu 3, ir-raba' paragrafu, il-punt (b)

Artikolu 6, mill-ħamessat-tmien paragrafu

Artikolu 3, mill-ħames sat-tmien paragrafu

Artikolu 7

Artikolu 4

Artikolu 8

Artikolu 5

Artikolu 9, mill-ewwel sal‑ħames paragrafu

Artikolu 6, mill-ewwel sal-ħames paragrafu

Artikolu 9, is-sitt paragrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 6, is-sitt paragrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 9, is-sitt paragrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 6, is-sitt paragrafu, il-punt (a)

Artikolu 9, is-sitt paragrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 6, is-sitt paragrafu, il-punt (b)

Artikolu 9, is-sitt paragrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 6, is-sitt paragrafu, il-punt (c)

Artikolu 9, is-seba` paragrafu, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 6, is-seba` paragrafu, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 9, is-seba` paragrafu, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 6, is-seba` paragrafu, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a)

Artikolu 9, is-seba` paragrafu, l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 6, is-seba` paragrafu, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b)

Artikolu 9, is-seba` paragrafu, it-tieni subparagrafu

Artikolu 6, is-seba` paragrafu, it-tieni subparagrafu

Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, l‑ewwel sentenza

Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, il-punt (a)

Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, il-punt (b)

Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, il-punt (c)

Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, ir-raba` inċiż

Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, il-punt (d)

Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, il-ħames inċiż

Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, il-punt (e)

Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, is-sitt inċiż

Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, il-punt (f)

Artikolu 10, it-tieni, it-tielet u ir-raba` paragrafi

Artikolu 7, it-tieni, it-tielet u ir-raba` paragrafi

Artikolu 11, l-ewwel sentenza

Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11, it-tieni sentenza

Artikolu 8, it-tieni subparagrafu

Artikolu 12

Artikolu 9

Artikolu 13

-

-

Artikolu 10

Artikolu 14

Artikolu 11

Artikolu 15

Artikolu 12

Anness III

-

Anness IV

-

Anness V

Anness I

Anness VI

Anness II

-

Anness III

-

Anness IV

_____________

(1) Opinjonijiet tal-14 ta' Lulju 2010 (ĠU C 44, 11.2.2011, p. 142) u tas-26 ta' Frar 2014 (għadhom mhux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.
(3)Opinjoni tal-14 ta' Lulju 2010 (ĠU C 44, 11.2.2011, p. 142) u l-opinjoni tas-26 ta' Frar 2014 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4)Pożizzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014.
(5)Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 204, 217.1998, p. 37).
(6)Ara l-Anness III, il-Parti A.
(7)Id-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(8)Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il- koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p.1).
(9)Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).
(10)Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl‑istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).
(11)Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir‑Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(12)Id-Direttiva Nru 2001/95/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).
(13) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(14)Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).


L-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja *
PDF 294kWORD 44k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja f'konnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (COM(2013)0586 – C7-0381/2013 – 2013/0308(CNS))
P7_TA(2014)0346A7-0214/2014

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0586),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3(4) u (5) tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill ikkonsulta(C7‑0381/2013),

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7‑0214/2014),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex meta jiddeċiedi dwar id-data ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja relatata mal-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati, iqis it-tħassib tal-Parlament rigward il-bżonn li jitnaqqas il-piż ta’ taxxa minn fuq min iħallas it-taxxa;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti nazzjonali tal-Kroazja u tal-Istati Membri l-oħra.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3
Il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ, kif emendata mill-Protokoll tal-25 ta’ Mejju 1999, mill-Konvenzjonijiet tal-21 ta’ Diċembru 1995 u tat-8 ta’ Diċembru 2004, mid-Deċiżjoni 2008/492/KE, kif ukoll minn din id-Deċiżjoni, tidħol fis-seħħ fi XXX[data] bejn il-Kroazja u kull Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea.
Il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ, kif emendata mill-Protokoll tal-25 ta’ Mejju 1999, mill-Konvenzjonijiet tal-21 ta’ Diċembru 1995 u tat-8 ta’ Diċembru 2004, mid-Deċiżjoni 2008/492/KE, kif ukoll minn din id-Deċiżjoni, tidħol fis-seħħ fi...* bejn il-Kroazja u kull Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea.
______________
* Il-jum wara dak tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Impriża Konġunta Shift2Rail *
PDF 557kWORD 275k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail (COM(2013)0922 – C7-0034/2014 – 2013/0445(NLE))
P7_TA(2014)0347A7-0259/2014

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0922,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 187 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0034/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7‑0259/2014),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3
__________________(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 ("Programm Qafas Orizzont 2020") għandu l-għan li jkollu impatt ikbar fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni billi jikkombina l-Programm Qafas Orizzont 2020 u l-fondi tas-settur privat fi sħubijiet pubbliċi-privati f'oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għal għanijiet usa' fil-kompetittività tal-Unjoni, jistimolaw l-investiment privat, u jgħinu biex jingħelbu l-isfidi soċjetali. Dawn is-sħubijiet għandhom ikunu bbażati fuq impenn fit-tul, inkluża kontribuzzjoni bilanċjata mill-imsieħba kollha, ikunu responsabbli għall-ilħuq tal-miri tagħhom u jkunu allinjati mal-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Il-governanza u l-funzjonament ta' dawk is-sħubijiet għandhom ikunu miftuħa, trasparenti, effettivi u effiċjenti u għandhom jagħtu l-opportunità li tipparteċipa medda wiesgħa ta' partijiet interessati fl-oqsma speċifiċi tagħhom abbażi ta' impenn fit-tul. L-involviment tal-Unjoni f'dawn is-sħubijiet jista' jieħu l-forma ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji għal impriżi konġunti stabbiliti abbażi tal-Artikolu  87 tat-Trattat skont id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12a ("is-Seba' Programm Kwadru").
(3)  Ir-Regolament (UE) Nru /2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- … 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għall-perjodu 2014-2020 ("Programm ta' Qafas Orizzont 2020")12 għandu l-għan li jkollu impatt ikbar fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni billi jikkombina l-fondi tas-settur privat fi sħubijiet pubbliċi-privati f'oqsma fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għal għanijiet usa' fil-kompetittività tal-Unjoni u jgħinu biex jingħelbu l-isfidi soċjetali. L-involviment tal-Unjoni f'dawn is-sħubijiet jistgħu jieħdu l-forma ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji għal impriżi konġunti stabbiliti abbażi tal-Artikolu 187 tat-Trattat.
__________________
12 ĠU … [H2020 FP]
12 Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104)
12a Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4
__________________(4) Skont ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE13 jista' jingħata appoġġ lill-impriżi konġunti stabbiliti fil-Programm Qafas Orizzont 2020 taħt il-kondizzjonijiet speċifikati f'dik id-Deċiżjoni.
(4)  Skont id-Deċiżjoni (UE) Nru /2013 tal-Kunsill ta' … 2013 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 (2014-2020)13, għandu jingħata iktar appoġġ lill-impriżi konġunti kif stabbilit fil-Programm Qafas Orizzont 2020 taħt il-kundizzjonijiet speċifikati f'dik id-Deċiżjoni.
__________________
13 ĠU … [H2020 SP]
13 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2013/743/UE tat-3 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  L-Impriża Konġunta Shift2Rail (minn hawn 'il quddiem l-"Impriża Konġunta S2R) għandha tkun PPP bl-għan li tistimula u tikkoordina aħjar l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni fis-settur tal-ferroviji bil-għan li titħaffef u tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar integrata, effiċjenti, sostenibbli u attraenti tas-suq ferrovjarju tal-UE, skont il-bżonnijiet kummerċjali fis-settur ferrovjarju u bil-għan ġenerali li tinkiseb Żona Ferrovjarja Unika Ewropea. B'mod partikolari, l-Impriża Konġunta S2R għandha tikkontribwixxi għal objettivi speċifiċi ddefiniti fil-White Paper tal-2011 u r-Raba' Pakkett Ferrovjarju, inklużi l-effiċjenza mtejba fis-settur ferrovjarju għall-benefiċċju tal-fondi pubbliċi; espansjoni konsiderevoli jew immodernizzar tal-kapaċità tan-netwerk ferrovjarju, sabiex tippermetti lill-ferrovija tikkompeti effettivament u tieħu proporzjon bil-wisq akbar ta' trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija; titjib fil-kwalità tas-servizzi bil-ferrovija billi jitwieġbu l-ħtiġijiet tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-burdnara; it-tneħħija ta' ostakli tekniċi li qed iżommu lura s-settur f'termini ta' interoperabbiltà; u t-tnaqqis ta' esternalitajiet negattivi marbuta mat-trasport ferrovjarju. Il-progress tal-Impriża Konġunta S2R biex jintlaħqu dawn l-għanijiet għandha titkejjel kontra indikaturi ta' rendiment ewlenin.
(7)  L-Impriża Konġunta Shift2Rail (minn hawn 'il quddiem l-"Impriża Konġunta S2R") għandha tkun PPP bl-għan li tistimula u tikkoordina aħjar l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni fis-settur tal-ferroviji filwaqt li toħloq opportunitajiet ġodda ta' impjieg, bil-għan li titħaffef u tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar integrata, favur l-utent, effiċjenti, sostenibbli u attraenti tas-suq ferrovjarju tal-UE, skont il-bżonnijiet kummerċjali fis-settur ferrovjarju u bil-għan ġenerali li tinkiseb Żona Ferrovjarja Unika Ewropea. B'mod partikolari, l-Impriża Konġunta S2R għandha tikkontribwixxi għal objettivi speċifiċi ddefiniti fil-White Paper tal-2011 u r-Raba' Pakkett Ferrovjarju, inklużi l-effiċjenza mtejba fis-settur ferrovjarju għall-benefiċċju tal-fondi pubbliċi; espansjoni konsiderevoli jew immodernizzar tal-kapaċità tan-netwerk ferrovjarju, sabiex tippermetti lill-ferrovija tikkompeti effettivament u tieħu proporzjon bil-wisq akbar ta' trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija; titjib fil-kwalità tas-servizzi bil-ferrovija billi jitwieġbu l-ħtiġijiet tal-passiġġieri bil-ferrovija u l-burdnara; it-tneħħija ta' ostakli tekniċi li qed iżommu lura s-settur f'termini ta' interoperabbiltà; u t-tnaqqis ta' esternalitajiet negattivi marbuta mat-trasport ferrovjarju. Il-progress tal-Impriża Konġunta S2R biex jintlaħqu dawn l-għanijiet għandha titkejjel bis-saħħa ta' indikaturi ta' rendiment ewlenin.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
(7a)  L-Impriża Konġunta S2R għandha topera b'mod miftuħ u trasparenti billi tipprovdi fil-ħin l-informazzjoni rilevanti kollha lill-korpi xierqa tagħha, filwaqt li tippromwovi l-attivitajiet tagħha, inklużi l-attivitajiet ta' informazzjoni u ta' tixrid lill-pubbliku ġenerali. Ir-regoli ta' proċedura tal-korpi tal-Impriża Konġunta S2R għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
Il-Programm Qafas-Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-għeluq tad-distakk fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Unjoni permezz tal-promozzjoni tas-sinerġiji mal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (ESIF). Għalhekk l-Impriża Konġunta S2R għandha tfittex li tiżviluppa interazzjonijiet mill-qrib mal-ESIF, li jistgħu jgħinu speċifikament sabiex isaħħu l-kapaċijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni lokali, reġjonali u nazzjonali fil-qasam tal-Impriża Konġunta S2R u jappoġġaw sforzi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Sabiex jinkisbu l-għanijiet tagħha, l-Impriża Konġunta S2R għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju, prinċipalment fil-forma ta' għotjiet lill-membri u permezz tal-aktar miżuri xierqa, bħall-akkwist jew l-għoti ta' għotjiet wara sejħiet għal proposti.
(12)  Sabiex tikseb l-għanijiet tagħha, tiggarantixxi l-parteċipazzjoni ġusta ta' impriżi oħrajn, b'mod partikolari l-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u ta' investituri oħrajn u tappoġġa l-modernizzazzjoni ta' settur ferrovjaru Ewopew integrat, l-Impriża Konġunta S2R għandha tipprovdi l-kontribuzzjoni tal-UE għall-azzjonijiet permezz ta' proċeduri miftuħin u trasparenti, prinċipalment fil-forma ta' għotjiet lill-membri, bħall-akkwist jew l-għoti ta' għotjiet wara sejħiet miftuħin u trasparenti għal proposti.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
(12a)  Sabiex jintlaħaq l-għan globali tal-Programm Qafas Orizzont 2020 li jinkisbu simplifikazzjoni u armonizzazzjoni akbar fix-xena tal-finanzjament Ewropew għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-Impriżi Konġunti għandhom jistabbilixxu mudelli ta' governanza sempliċi u jevitaw ġabriet ta' regoli li huma differenti minn dawk tal-Programm Qafas Orizzont 2020.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  L-Impriża Konġunta S2R għandha topera b'mod trasparenti u tipprovdi kull informazzjoni disponibbli rilevanti lill-korpi xierqa tagħha kif ukoll tippromwovi l-attivitajiet tagħha skont dan.
(13)  L-Impriża Konġunta S2R għandha topera b'mod miftuħ u trasparenti u għandha timplimenta mekkaniżmu ta' konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha li jużaw il-prodotti u s-servizzi tas-settur ferrovjarju, filwaqt li tipprovdi kull informazzjoni disponibbli rilevanti lill-korpi xierqa tagħha kif ukoll tippromwovi l-attivitajiet tagħha skont dan.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
L-Impriża Konġunta S2R għandha tuża wkoll mezzi elettroniċi ġestiti mill-Kummissjoni biex tiżgura l-ftuħ u t-trasparenza u tiffaċilita l-parteċipazzjoni. Għalhekk, is-sejħiet għal proposti mnedija mill-Impriża Konġunta S2R għandhom jiġu ppubblikati wkoll fuq il-portal waħdieni għall-parteċipanti kif ukoll permezz ta' mezzi elettroniċi ta' disseminazzjoni ta' Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, dejta rilevanti, inter alia dwar proposti, applikanti, għotjiet u parteċipanti għandha tkun disponibbli mill-Impriża Konġunta S2R biex tiddaħħal fis-sistemi elettroniċi ta' rappurtar u disseminazzjoni ta' Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni, f'format xieraq u bil-perjodiċità li tikkorrispondi mal-obbligi ta' rappurtar tal-Kummissjoni.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
Mingħajr preġudizzju għall-evalwazzjoni interim imsemmija fl-Artikolu 11 u f'konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 u bħala parti mill-evalwazzjoni interim tal-Programm Qafas Orizzont 2020, l-Impriżi Konġunti, bħala strument partikolari ta' finanzjament tal-Programm Qafas Orizzont 2020, għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni dettaljata, li għandha tinkludi, inter alia, analiżi tal-ftuħ, it-trasparenza u l-effiċjenza tas-sħubijiiet pubbliċi-privati abbażi tal-Artikolu 187 tat-TFUE.  
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta S2R għandha tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru  /2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'"Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)16.
(16)  Il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta S2R għandha tkun konformi mar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16. L-Impriża Konġunta S2R għandha, barra minn hekk, tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta' dawn ir-regoli bbażata fuq miżuri rilevanti adottati mill-Kummissjoni.
__________________
__________________
16 ĠU … [PQ ta' Orizzont 2020]
16 Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'"Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)" u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
(16a)  L-Impriża Konġunta S2R għandha tqis id-definizzjonijiet tal-OECD dwar il-Livell ta' Preparazzjoni tat-Teknoloġija (TRL) fil-klassifikazzjoni tar-riċerka teknoloġika, l-iżvilupp tal-prodotti u attivitajiet ta' dimostrazzjoni.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Skont l-Artikolu 287(1) tat-Trattat, l-istrument kostitwenti ta' korpi, uffiċċji jew aġenziji stabbiliti mill-Unjoni jista' jipprekludi l-eżami tal-kontijiet tad-dħul u tan-nefqa kollha ta' dawk il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji mill-Qorti tal-Awdituri. Skont l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-kontijiet tal-korpi skont l-Artikolu 209 Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom jiġu eżaminati minn korp tal-awditu indipendenti li għandu jagħti opinjoni, fost l-oħrajn, dwar il-kredibbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet imniżżlin fihom. L-evitar ta' duplikazzjoni tal-eżami tal-kontijiet jiġġustifika li l-kontijiet tal-Impriża Konġunta S2R ma għandhomx ikunu soġġetti għal eżami mill-Qorti tal-Awdituri.
(21)  Fid-dawl tan-natura speċifika u l-istatus attwali tal-Impriżi Konġunti, u sabiex tiġi żgurata l-kontinwità mas-Seba' Programm Kwadru, l-Impriżi Konġunti għandhom ikomplu jkunu soġġetti għal kwittanza separata. B'deroga mill-Artikoli 60(7) u 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Parlament Ewropew għalhekk għandu, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, jagħti l-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta S2R. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 ma għandhomx japplikaw għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta S2R iżda għandhom jiġu allinjati sa fejn possibbli għal dawk previsti għall-korpi skont l-Artikolu 208 ta' dak ir-Regolament. L-awditjar tal-kontijiet u tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti għandu jsir mill-Qorti tal-Awdituri.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 23a (ġdida)
(23a)  Minħabba l-importanza tal-innovazzjoni kontinwa għall-kompetittività tas-settur tat-trasport tal-Unjoni u l-għadd ta' Impriżi Konġunti f'dan il-qasam, għandu jkun hemm analiżi fi żmien debitu, b'mod partikolari fid-dawl tal-evalwazzjoni interim tal-Programm Qafas Orizzont 2020, fir-rigward tax-xerqien tal-isforzi fir-riċerka kollaborattiva fil-qasam tat-trasport.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1

1.  Sabiex tikkoordina u timmaniġġja investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni fis-settur ferrovjarju Ewropew, Impriża Komuni fit-tifsira tal-Artikolu 187 tat-Trattat (l-"Impriża Konġunta Shift2Rail” jew l-"Impriża Konġunta S2R”) hija b'dan stabbilita sal-31 ta' Diċembru 2024.Emenda

Test propost mill-Kummissjoni

1.  Sabiex tikkoordina u timmaniġġja investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni fis-settur ferrovjarju Ewropew, Impriża Komuni fit-tifsira tal-Artikolu 187 tat-Trattat (l-"Impriża Konġunta Shift2Rail” jew l-"Impriża Konġunta S2R”) hija b'dan stabbilita sal-31 ta' Diċembru 2024. Sabiex jitqies it-tul ta' żmien tal-Programm Qafas Orizzont 2020, is-sejħiet għal proposti fil-qafas tal-Impriża Konġunta S2R għandhom jitnedew mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020. F'każijiet debitament ġustifikati jistgħu jsiru sejħiet għal proposti sal-31 ta' Diċembru 2021.

Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b
(b)  li tikkontribwixxi għall-ilħuq ta' Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, għal tranżizzjoni aktar rapida u irħas għal sistema ferrovjarja Ewropea aktar attraenti, kompetittiva, effiċjenti u sostenibbli, u ta' bidla modali mit-trasport bit-triq u l-ajru għall-ferrovija, permezz ta' approċċ komprensiv u koordinat li jindirizza l-ħtiġijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tas-sistema ferrovjarja u l-utenti tagħha. Dan l-approċċ għandu jkopri il-vetturi ferrovjarji, l-infrastruttura u l-immaniġġjar tat-traffiku għal segmenti tas-suq u tal-merkanzija fuq distanzi twal, it-traffiku tal-passiġġieri reġonali, lokali u urban, kif ukoll konnessjonijiet intermodali bejn il-binarji u modalitajiet oħra, li jipprovdu lill-utenti b'soluzzjoni minn tarf sa tarf integrata għall-ħtiġijiet tal-ivjaġġar u t-trasport ferrovjarju tagħhom – minn appoġġ tranżazzjonali għal assistenza tul ir-rotta;
(b)  li tikkontribwixxi għall-ilħuq ta' Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, għal tranżizzjoni aktar rapida u irħas għal sistema ferrovjarja Ewropea aktar attraenti, favur l-utent (inkluż għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa), kompetittiva, effiċjenti u sostenibbli, għal bidla modali mit-trasport bit-triq u l-ajru għall-ferrovija, u għall-iżvilupp ta' settur tal-industrija ferrovjarja Ewropea qawwi u kompetittiv, permezz ta' approċċ komprensiv u koordinat li jindirizza l-ħtiġijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tas-sistema ferrovjarja u l-utenti tagħha. Dan l-approċċ għandu jkopri l-vetturi ferrovjarji, l-infrastruttura u l-immaniġġjar tat-traffiku għal segmenti tas-suq u tal-merkanzija fuq distanzi twal, it-traffiku tal-passiġġieri reġonali, lokali u urban, kif ukoll konnessjonijiet intermodali bejn il-binarji u modalitajiet oħra, li jipprovdu lill-utenti b'soluzzjoni minn tarf sa tarf integrata għall-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar u t-trasport ferrovjarju tagħhom – minn appoġġ tranżazzjonali għal assistenza tul ir-rotta;
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d
(d)  li taġixxi bħala punt uniku ta' referenza relatat mal-ferroviji fuq proġetti tar-riċerka u l-innovazzjoni ffinanzjati fil-livell tal-Unjoni, u tiżgura l-koordinament fost il-proġetti u tipprovdi lill-partijiet interessati b'kull informazzjoni rilevanti;
(d)  li jkollha rwol ċentrali f'azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni relatati mal-ferroviji u ffinanzjati fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li tiżgura l-koordinament fost il-proġetti u tipprovdi lill-partijiet interessati kollha b'kull informazzjoni rilevanti.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e
__________________
(e)  li tippromwovi b'mod attiv il-parteċipazzjoni u l-involviment mill-qrib tal-partijiet interessati rilevanti kollha fil-katina tal-valur ferrovjarja sħiħa u minn barra l-industrija tal-ferroviji tradizzjonali: b'mod partikolari l-manifatturi ta' tagħmir tal-ferroviji (kemm il-vetturi ferrovjarji u kemm is-sistemi tal-kontroll tal-ferrovija) u l-katina ta' provvista tagħhom, l-amministraturi tal-infrastruttura, l-operaturi ferrovjarji (kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija), il-vetturi ferrovjarja, il-kumpaniji tal-kiri, l-aġenziji taċ-ċertifikazzjoni, l-assoċjazzjonijiet professjonali tal-persunal, l-assoċjazzjonijiet tal-utenti (kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija), kif ukoll l-istituzzjonijiet xjentifiċi rilevanti jew il-komunità xjentifika rilevanti. L-involviment ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), kif iddefinit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE20, għandu jkun żgurat.
(e)  li tippromwovi b'mod attiv il-parteċipazzjoni u l-involviment mill-qrib tal-partijiet interessati rilevanti kollha fil-katina tal-valur ferrovjarja sħiħa u minn barra l-industrija tal-ferroviji tradizzjonali: b'mod partikolari l-manifatturi ta' tagħmir tal-ferroviji (kemm il-vetturi ferrovjarji u kemm is-sistemi għall-kontroll tal-ferroviji u għall-ġestjoni tat-traffiku) u l-katina ta' provvista tagħhom, l-amministraturi tal-infrastruttura, l-operaturi ferrovjarji (kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija), il-vetturi ferrovjarji, il-kumpaniji tal-kiri, l-aġenziji taċ-ċertifikazzjoni, l-assoċjazzjonijiet professjonali tal-persunal, l-assoċjazzjonijiet tal-utenti (kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija), kif ukoll l-istituzzjonijiet xjentifiċi rilevanti jew il-komunità xjentifika rilevanti. L-involviment ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), kif iddefinit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE20, għandu jitħeġġeġ.
__________________
20 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
20 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
(ea)  li timplimenta miżuri li jippromwovu l-parteċipazzjoni tal-SMEs, tal-universitajiet u taċ-Ċentri ta' Riċerka. F'dan il-kuntest għandhom jiġu identifikati u indirizzati l-ostakli li jipprevjenu l-parteċipazzjoni ta' atturi ġodda fl-Impriża Konġunta S2R.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)
(eb)  li jiġu mfittxija l-komplementarjetà u sinerġiji mill-qrib mal-Fondi Strutturali bil-għan li jingħalaq id-distakk bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa. Fejn possibbli, għandha tiġi promossa l-interoperabbiltà bejn il-Programm Qafas Orizzont 2020 u għandu jitħeġġeġ il-finanzjament kumulattiv jew ikkombinat. F'dan il-kuntest, il-miżuri se jimmiraw lejn l-isfruttament totali tal-potenzjal tar-riżorsi tat-talent Ewropew biex b'hekk jiġi ottimizzat l-impatt ekonomiku u soċjali tar-riċerka u tal-innovazzjoni, u se jkunu distinti mill-politiki u l-azzjonijiet tal-ESIF iżda fl-istess ħin komplementari magħhom.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni għall-inizjattiva Shift2Rail għandha tkun ta' EUR 450 miljun, inklużi l-kontribuzzjonijiet tal-EFTA, u titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokat lill-Programm Speċifiku Orizzont 2020 li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020 skont id-dispożizzjonijiet relavanti fl-Artikolu 58(1)(c)(iv) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għal korpi msemmija fl-Artikolu 209 ta' dak ir-Regolament. Dan l-ammont jinkludi:
1.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni għall-inizjattiva Shift2Rail għandha tkun ta' EUR 450 miljun, inklużi l-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), u titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokat lill-Programm Speċifiku Orizzont 2020 li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020 skont id-dispożizzjonijiet rilevanti fl-Artikolu 58(1)(c)(iv) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għal korpi msemmija fl-Artikolu 209 ta' dak ir-Regolament. Dan l-ammont jinkludi:
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2
2.  Fondi addizzjonali li jikkumplimentaw il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu allokati minn strumenti oħra tal-Unjoni b'appoġġ għal azzjonijiet għall-varar ta' riżultati maturi tal-Impriża Konġunta S2R.
2.  Fondi addizzjonali li jikkomplementaw il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu allokati minn strumenti oħra tal-Unjoni b'appoġġ għal azzjonijiet għall-varar ta' riżultati maturi innovattivi tal-Impriża Konġunta S2R.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 3 - paragrafu 4 - punt d u punt da (ġdid)
(d)  l-arranġamenti rigward il-forniment tad-dejta meħtieġa biex tiżgura li l-Kummissjoni tkun kapaċi tabbozza l-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni tagħha u tissodisfa t-tixrid tagħha u l-obligazzjonijiet ta' rappurtar;
(d)  l-arranġamenti rigward il-forniment tad-dejta meħtieġa biex tiżgura li l-Kummissjoni tkun kapaċi tissodisfa l-obbligi tagħha ta' disseminazzjoni u rappurtar; inkluż fil-portal waħdieni għall-parteċipanti kif ukoll permezz ta' mezzi elettroniċi oħra ta' disseminazzjoni ta' Orizzont 2020, ġestiti mill-Kummissjoni;
(da)  dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta' sejħiet għal proposti tal-Impriża Konġunta S2R anke dwar il-portal waħdieni għall-parteċipanti kif ukoll permezz ta' mezzi elettroniċi oħra ta' disseminazzjoni ta' Orizzont 2020, ġestiti mill-Kummissjoni;
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4
4.  Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet in natura msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 u l-klawżola 15(3)(b) tal-Istatuti stabbiliti fl-Anness I, l-ispejjeż għandhom jiġu stabbiliti skont il-prattika normali tal-kontabbiltà tal-ispejjeż tal-entitajiet ikkonċernati, skont l-istandards tal-kontabbiltà applikabbli tal-pajjiż fejn kull waħda mill-entitajiet hija stabbilita, u l-istandards tal-kontabbiltà internazzjonali applikabbli / l-istandards ta' rappurtar finanzjarju internazzjonali. L-ispejjeż għandhom jiġu ċċertifikati minn awditur estern indipendenti maħtur mill-entità konċernata. L-ivvalutar tal-kontribuzzjonijiet għandha tivverifikah l-Impriża Konġunta tal-S2R. F'każ ta' inċertezzi li fadal, il-valutazzjoni tista' tkun ivverifikata mill-Impriża Konġunta S2R, kif imsemmi fil-klawżola 20 tal-Istatuti.
4.  Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 u l-klawsola 15(3)(b) tal-Istatuti stabbiliti fl-Anness I, l-ispejjeż għandhom jiġu stabbiliti skont il-prattika normali tal-kontabbiltà tal-ispejjeż tal-entitajiet ikkonċernati, skont l-istandards tal-kontabbiltà applikabbli tal-pajjiż fejn kull waħda mill-entitajiet hija stabbilita, u l-istandards tal-kontabbiltà internazzjonali applikabbli / l-istandards ta' rappurtar finanzjarju internazzjonali. L-ispejjeż għandhom jiġu ċċertifikati minn awditur estern indipendenti maħtur mill-entità konċernata. Il-metodu tal-valutazzjoni jista' jiġi vverifikat mill-Impriża Konġunta S2R jekk ikun hemm inċertezza li tirriżulta miċ-ċertifikazzjoni. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż imġarrba f'attivitajiet addizzjonali ma għandhomx jiġu awditjati mill-Impriża Konġunta S2R, jew kwalunkwe korp ieħor tal-Unjoni.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 6
6.  Addizzjonalment għall-paragarafu 5, il-Kummissjoni tista' ttemm, tnaqqas proporzjonalment jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta S2R jew tibda l-proċedura tal-istralċ imsemmija fil-klawżola 23(2) tal-Istatuti stabbiliti fl-Anness I jekk dawk il-membri jew entitajiet affiljati tagħhom ma jikkontribwixxux, jikkontribwixxu biss parzjalment jew jikkontribwixxu tard fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.
6.  Addizzjonalment għall-paragarafu 5, il-Kummissjoni tista' ttemm, tnaqqas proporzjonalment jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta S2R jew tibda l-proċedura tal-istralċ imsemmija fil-klawsola 23(2) tal-Istatuti stabbiliti fl-Anness I jekk dawk il-membri jew entitajiet affiljati tagħhom ma jikkontribwixxux, jikkontribwixxu biss parzjalment jew jikkontribwixxu tard fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex tostakola r-rimborż ta' spejjeż eliġibbli li jkunu diġà ġġarrbu jew ġew impenjati mill-Membri jew mill-Impriża Konġunta S2R sa meta ssir in-notifika tad-deċiżjoni msemmija hawn fuq lill-Impriża Konġunta S2R.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
L-Impriża Konġunta S2R għandha tadotta r-regoli finanzjarji speċifiċi tagħha skont l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament (UE) Nru … [Regolament Delegat dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju].
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12, l-Impriża Konġunta S2R għandha tadotta r-regoli finanzjarji speċifiċi tagħha skont l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament (UE) Nru … [Regolament Delegat dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għall-PPPs].
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta Deċiżjoni, abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra, li tiddelega s-setgħat rilevanti ta' awtorità li taħtar lid-Direttur Eżekuttiv, u li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li skonthom din il-delega ta' setgħat tista' tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lill-Bord ta' Tmexxija dwar is-setgħat delegati u għandu jkun awtorizzat li jissottodelega dawn is-setgħat.
Skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta Deċiżjoni, abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra, li tiddelega s-setgħat rilevanti ta' awtorità li taħtar lid-Direttur Eżekuttiv, u li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li skonthom din il-delega ta' setgħat tista' tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv huwa awtorizzat li jissottodelega dawn is-setgħat.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Impriża Konġunta S2R, b'konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta' l-Istati Membri, għandha tagħmel tajjeb għad-danni kollha kkawżati mill-persunal tagħha fil-qadi ta' dmirijiethom.
2.  Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Impriża Konġunta S2R, b'konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, għandha tagħmel tajjeb għad-danni kollha kkawżati mill-persunal tagħha jew mill-membri tal-Bord ta' Tmexxija fil-qadi ta' dmirijiethom.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1
1.  Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta S2R. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni, u l-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Ġunju 2018.
1.  Sat-30 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-assistenza ta' esperti indipendenti, evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta S2R, inkluża valutazzjoni tal-involviment u l-ftuħ għal impriżi żgħar u medji, kif ukoll il-funzjonament amministrattiv tal-Impriża Konġunta S2R b'attenzjoni partikolari fuq l-indirizzar ta' kwalunkwe sfida jew piż amministrattiv. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jinkludi l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u l-osservazzjonijiet mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2017. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni interim ta' S2R għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni dettaljata u fl-evalwazzjoni interim imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
1.  Ir-rilaxx tal-implimentazzjoni tal-baġit fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta S2R għandu jkun parti mir-rilaxx li jagħti l-Parlament Ewropew, skont rakkomandazzjoni tal-Kunsill, lill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 319 tat-Trattat.
1.  B'deroga mill-Artikoli 60(7) u 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta S2R għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skont il-proċedura stabbilita fir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta S2R.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
2.  L-Impriża Konġunta S2R għandha tikkoopera bis-sħiħ mal-istituzzjonijiet involuti fil-proċedura tar-rilaxx, u għandha tipprovdi, kif xieraq, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa. F'dan il-kuntest, l-Impriża Konġunta tista' tintalab li tiġi rrappreżentata waqt il-laqgħat mal-istituzzjonijiet jew il-korpi rilevanti, u li tgħin lill-uffiċjal awtoritattiv tal-Kummissjoni b'delega.
imħassar
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
1.  Mingħajr preġudizzju għall-klawżola 19(4) tal-Istatuti stabbiliti fl-Anness I, l-Impriża Konġunta S2R għandha tagħti lill-persunal tal-Kummissjoni u persuni oħra awtorizzati mill-Impriża Konġunta S2R jew il-Kummissjoni, kif ukoll il-Qorti tal-Awdituri, aċċess għall-postijiet tagħha u għall-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f'format elettroniku, kif meħtieġ sabiex isiru dawn l-awditi.
1.  L-Impriża Konġunta S2R għandha tagħti lill-persunal tal-Kummissjoni u persuni oħra awtorizzati mill-Impriża Konġunta S2R jew il-Kummissjoni, kif ukoll il-Qorti tal-Awdituri, aċċess għall-postijiet tagħha u għall-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f'format elettroniku, kif meħtieġ sabiex isiru dawn l-awditi
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Il-membri tal-persunal tal-Impriża Konġunta, id-Direttur Eżekuttiv u l-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-OLAF bi kwalukwe każ ta' frodi li jkunu ndunaw bih fl-eżerċizzju ta' dmirijiethom jew tal-mandat tagħhom, mingħajr ma jinżammu bl-ebda mod responsabbli għalihom b'riżultat ta' dan.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)
Fid-dawl tal-għan globali tal-Programm Qafas Orizzont 2020 li jinkisbu simplifikazzjoni u armonizzazzjoni akbar fix-xena tal-finanzjament Ewropew għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-Impriżi Konġunti għandhom jistabbilixxu mudelli ta' governanza sempliċi u jevitaw ġabriet ta' regoli li huma differenti minn dawk tal-Programm Qafas Orizzont 2020.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 1 – paragrafu 1
1.  "Membru Assoċjat" ifisser entità ġuridika jew grupp jew konsorzju ta' entitajiet ġuridiċi, stabbilit fi Stat Membru jew f'xi pajjiż assoċjat mal-Programm ta' Qafas Orizzont 2020, li ntgħażel skont il-proċedura stipulata fil-klawżola 4(2), li jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-klawżoli 4(3) u 4(4), u li aċċetta l-Istatuti preżenti billi ffirma ittra ta' approvazzjoni;
1.  "Membru Assoċjat" tfisser entità ġuridika jew grupp jew konsorzju ta' entitajiet ġuridiċi, stabbilit fi Stat Membru jew f'xi pajjiż assoċjat mal-Programm Qafas Orizzont 2020, li ntgħażel skont il-proċedura stipulata fil-klawsola 4(2), li jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-klawżoli 4(3) u 4(4), u li aċċetta l-Istatuti preżenti billi ffirma ittra ta' approvazzjoni wara deċiżjoni mill-korp responsabbli għall-governanza tagħha;
Emenda 37
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 1 – paragrafu 2
2.  "Membru Fundatur għajr l-Unjoni" jirreferi għall-kontributuri elenkati fl-Anness II, li impenjaw irwieħhom b'mod individwali fir-rigward tal-kontribuzzjoni tagħha ta' talanqasEUR 30 miljun għat-tul ta' żmien tal-Impriża Konġunta S2R u aċċettaw l-Istatuti preżenti billi ffirmaw ittra ta' approvazzjoni;
2.  "Membru Fundatur għajr l-Unjoni" tirreferi għal entitajiet ġuridiċi individwali, li impenjaw ruħhom b'mod individwali fir-rigward tal-kontribuzzjoni tagħhom ta' mill-anqasEUR 30 miljun għat-tul ta' żmien tal-Impriża Konġunta S2R, abbażi ta' viżjoni kondiviża, u aċċettaw l-Istatuti preżenti billi ffirmaw ittra ta' approvazzjoni wara deċiżjoni mill-korp responsabbli għall-governanza tagħhom. Il-Membri Fundaturi huma elenkati fl-Anness II;
Emenda 38
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 1 – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  "Programmi ta' innovazzjoni" jew "IPs" jirreferu għall-oqsma tematiċi li fuqhom għandu jiġi struttura il-Master Plan tax-S2R, u li huma msemmija fil-paragrafu 4. L-IPs għandhom jintgħażlu għall-kapaċità tagħhom li jagħtu l-aħjar benefiċċji ta' prestazzjoni għal wieħed jew aktar mill-ambjenti operattivi u jkunu jirriflettu l-approċċ tas-sistema ferrovjarja. Minkejja Deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija li jimmodifika din l-istruttura, il-Master Plan tax-S2R għandu jipprevedi l-ħolqien ta' mill-inqas dawn il-ħames IPs li ġejjin:
3.  "Programmi ta' innovazzjoni" jew "IPs" jirreferu għall-oqsma tematiċi li fuqhom għandu jiġi strutturat il-Master Plan tal-S2R, u li huma msemmija fil-paragrafu 4. L-IPs għandhom jintgħażlu għall-kapaċità tagħhom li jagħtu l-aħjar benefiċċji ta' prestazzjoni għal wieħed jew aktar mill-ambjenti operattivi u jkunu jirriflettu l-approċċ tas-sistema ferrovjarja orjentat lejn il-klijent. Id-definizzjoni tagħhom għandha tippermetti wkoll li jiġu żviluppati u ttestjati ideat innovattivi pijunieri. Minkejja Deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija li jimmodifika din l-istruttura, il-Master Plan tal-S2R għandu jipprevedi l-ħolqien ta' mill-inqas dawn il-ħames IPs li ġejjin:
Emenda 39
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 1 – paragrafu 3 – punt a
(a)  Ferroviji ta' Kapaċità Għolja, Affidabbli u Kosteffiċjenti;
(a)  Ferroviji Affidabbli u Kosteffiċjenti, inklużi Ferroviji ta' Kapaċità Għolja u Ferroviji ta' Veloċità Għolja;
Emenda 40
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 1 – paragrafu 3 – punt c
(c)  Infrastruttura ta' Kapaċità Għolja, Affidabbli u Kosteffiċjenti;
(c)  Infrastruttura ta' Kapaċità Għolja, Affidabbli, Sostenibbli u Kosteffiċjenti;
Emenda 41
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 2 – punt h
(h)  jiġbor flimkien ir-rekwiżiti u jiddefinixxi l-istandards tal-interoperabbiltà biex jiggwida l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjonmi lejn soluzzjonijiet operazzjonali u kummerċjalizzabbli;
(h)  tiġbor flimkien ir-rekwiżiti tal-utenti u tiddefenixxi speċifikazzjonijiet u standards tekniċi tal-interoperabbiltà biex l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni jiġi ggwidat lejn soluzzjonijiet operazzjonali u li kapaċi jiġu kummerċjalizzati;
Emenda 42
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 2 – punt j
(j)  jistabbilixxi u jiżviluppa kooperazzjoni mill-qrib u fit-tul bejn l-Unjoni, l-industrija tal-manifattura ferrovjarja u partijiet interessati oħra meħtieġa sabiex jiżviluppaw l-innovazzjonijiet pijunieri u jiżgura suq qawwi għall-adozzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi, inklużi l-komunità operattiva ferrovjarja u partijiet interessati oħrajn fil-qasam ferrovjarju, kif ukoll atturi lil hinn mis-settur ferrovjarju tradizzjonali;
(j)  tistabbilixxi u tiżviluppa kooperazzjoni mill-qrib u fit-tul bejn l-Unjoni, l-industrija tal-manifattura ferrovjarja u partijiet interessati oħra meħtieġa sabiex jiġu żviluppati innovazzjonijiet pijunieri u jiġi żgurat suq qawwi għall-adozzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi, inklużi organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-konsumaturi, il-komunità operattiva ferrovjarja u partijiet interessati oħrajn pubbliċi u privati fil-qasam ferrovjarju, inkluż fl-livell reġjonali, kif ukoll atturi lil hinn mis-settur ferrovjarju tradizzjonali;
Emenda 44
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 2 – punt ka (ġdid)
(ka)  iżżomm kollegament ma' firxa wiesgħa ta' partijiet interessati inklużi organizzazzjonijiet ta' riċerka u universitajiet;
Emenda 45
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 3 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Jekk xi membru tal-Impriża Konġunta S2R jonqos mill-impenji tiegħu fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja miftiehma tiegħu, id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu nota ta' dan bil-miktub u jistabbilixxi perjodu raġonevoli li fih tali nuqqas għandu jiġi rrimedjat. Jekk is-sitwazzjoni ma tiġix rimedjata f'dak il-perjodu, id-Direttur Eżekuttiv għandu jorganizza laqgħa tal-Bord ta' Tmexxija biex jiddeċiedi jekk is-sħubija tal-membru għandhiex tiġi rtirata jew jekk għandhomx jittieħdu xi miżuri oħra sakemm ikun issodisfa l-obbligi tiegħu. Il-Bord ta' Tmexxija jista' fil-bidu jissospendi d-drittijiet tal-vot tal-membri kollha li jonqsu mill-obbligi tagħhom, ladarba dawn ikunu nstemgħu u jkunu ngħataw l-opportunità li jirregolarizzaw l-affarijiet.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 4 – paragrafu 2
2.  Il-membri assoċjati tal-Intrapriża Konġunta S2R għandhom jintgħażlu permezz ta' sejħa miftuħa, mhux diskriminatorja u li tkun kompetittiva. L-ewwel sejħa għal membri assoċjati għandha tiġi mnedija sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-twaqqif tal-Impriża Konġunta S2R. Kwalunkwe sejħiet oħra għandhom ikunu stigati mill-ħtieġa għal kapaċitajiet ewlenin fl-implimentazzjoni tal-Master Plan tax-S2R. Is-sejħiet kollha għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tax-S2R u kkomunikati permezz tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati u kanali oħra sabiex tiġi żgurat l-aktar parteċipazzjoni estensiva possibbli fl-interess li jintlaħqu l-għanijiet tal-Master Plan tax-S2R. L-Intrapriża Konġunta S2R għandha tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tal-SMEs, u tal-atturi tal-katina tal-valur ferrovjarju kollha, kif ukoll parteċipazzjoni minn barra s-settur ferrovjarju tradizzjonali.
2.  Il-membri assoċjati tal-Impriża Konġunta S2R għandhom jintgħażlu permezz ta' sejħa miftuħa, mhux diskriminatorja u li tkun kompetittiva mnedija mill-Kummissjoni u soġġetta għal evalwazzjoni trasparenti mill-Bord ta' Tmexxija. Din l-evalwzzjoni u għażla għandhom iqisu, inter alia, ir-rilevanza u l-valur miżjud potenzjali tal-applikant għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Impriża Konġunta S2R, is-sodezza finanzjarja tal-applikant, u kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali fir-rigward tal-għanijiet tal-Impriża Konġunta S2R.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 4 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  B'kunsiderazzjoni għar-riżultati tal-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni finali dwar l-għażla tal-membri assoċjati bil-ħsieb li tiżgura bilanċ ġeografiku, kif ukoll parteċipazzjoni bbilanċjata tal-SMEs, tal-komunità ta' riċerka u ta' atturi mill-katina tal-valur ferrovjarja kollha, inklużi dawk mhux involuti fis-settur ferrovjarju tradizzjonali.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 4 – paragrafu 5
5.  Kwalunkwe membru jista' jtemm is-sħubija tiegħu fl-Impriża Konġunta S2R. It-terminazzjoni ssir effettiva u rrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lill-Membri l-oħra. Minn dak il-punt 'il hinn, l-ex-membru għandu jinħeles minn kwalunkwe obbligu minbarra dawk approvati jew imġarrba mill-Impriża Konġunta S2R qabel it-terminazzjoni tas-sħubija.
5.  Kwalunkwe membru jista' jtemm is-sħubija tiegħu fl-Impriża Konġunta S2R. It-terminazzjoni ssir effettiva u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lill-Membri l-oħra. Minn dak il-punt 'il hinn, l-ex-membru għandu jinħeles minn kwalunkwe obbligu minbarra dawk approvati jew imġarrba mill-Impriża Konġunta S2R qabel it-terminazzjoni tas-sħubija. F'każi bħal dawn, għandu jinfetaħ kont għas-saldu tal-obbligi finanzjarji bejn il-membru li jkun qed jirtira s-sħubija tiegħu u l-Impriża Konġunta S2R .
Emenda 49
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 4 – paragrafu 6
6.  Is-sħubija fl-Impriża Konġunta S2R ma tistax tiġi ttrasferita lil parti terza mingħajr il-kunsens minn qabel u unanimu, tal-Bord tat-Tmexxija.
6.  Is-sħubija fl-Impriża Konġunta S2R ma tistax tiġi ttrasferita lil parti terza mingħajr il-kunsens minn qabel u unanimu, tal-Bord ta' Tmexxija. Il-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata b'tali ftehim u għandu jkollha d-dritt li toġġezzjona.
+
Emenda 50
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 6 – punt c
(c)  mill-inqas rappreżentant wieħed tal-Membri Assoċjati għal kull Programm ta' Innovazzjoni, imsemmi fil-klawżola 1(3). Dawn ir-rappreżentanti għandhom jinħatru mill-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta S2R, bil-ħsieb li tiġi żgurata rappreżentazzjoni bbilanċjata ta' atturi mill-katina tal-valur ferrovjarja kollha, kif ukoll minn barra s-settur ferrovjarju tradizzjonali.
(c)  mill-inqas rappreżentant wieħed tal-Membri Assoċjati għal kull Programm ta' Innovazzjoni, imsemmi fil-klawsola 1(3). Membru assoċjat li, bħala entità ġuridika individwali, ikun qed jissodisfa l-kriterji elenkati fil-klawsola 1(2), [jiġifieri kontribuzzjoni proprja ta' mill-anqas EUR 30 miljun] u li jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 2(2), għandu jiġi rappreżentat fil-Bord ta' Tmexxija. Ir-rappreżentanti l-oħra għandhom jinħatru mill-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta S2R, bil-ħsieb li tiġi żgurata rappreżentazzjoni bbilanċjata ta' atturi, f'termini tar-rappreżentazzjoni territorjali, u li tiġi żgurata r-rappreżentazzjoni tal-katina tal-valur ferrovjarja kollha, inklużi atturi mhux involuti fis-settur ferrovjarju tradizzjonali. Mill-inqas tnejn minn dawn għandhom ikunu rappreżentanti tal-impriżi ferrovjarji.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 7 – paragrafu 5 – subparagrafu 5
Rappreżentant tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji u l-president jew viċipresident tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandhom jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi.
Rappreżentant tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija bħala osservatur.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 7 – paragrafu 5 – subparagrafu 5a (ġdid)
Il-president jew il-viċi president tal-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jkollu d-dritt li jattendi għal-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija bħala osservatur u jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet tiegħu, iżda ma għandux ikollu drittijiet tal-vot.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 7 – paragrafu 5 – subparagrafu 5b (ġdid)
Il-president tal-Kumitat Xjentifiku għandu jkollu d-dritt, kull meta tiġi diskussa kwistjoni li taqa' fil-kompiti tiegħu, li jattendi għal-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija bħala osservatur u jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet tiegħu, iżda ma għandux ikollu drittijiet tal-vot.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 8 – paragrafu -1 (ġdid)
Il-Kummissjoni, fir-rwol tagħha fil-Bord ta' Tmexxija, għandha tipprova tiżgura koordinament bejn l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta S2R u l-attivitajiet rilevanti tal-Programm Qafas Orizzont 2020 bl-għan li jiġu promossi sinerġiji fl-identifikazzjoni tal-prijoritajiet koperti mir-riċerka kollaborattiva.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 8 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid)
(ca)  jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni finali tal-Bord ta' Tmexxija, b'mod partikolari billi jagħżel ir-rappreżentanti tal-membri assoċjati, ħlief dawk li jissodisfaw il-kriterji tal-klawsola 1(2). L-għażla finali għandha tiżgura parteċipazzjoni bilanċjata tal-SMEs u tal-atturi mill-katina tal-valur ferrovjarja kollha, inkluż minn dawk mhux involuti fis-settur ferrovjarju tradizzjonali;
Emenda 56
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 8 – paragrafu 1 – punt na (ġdid)
(na)  jiżgura t-trasparenza tal-għażla ta' kwalunkwe ftehim ta' sottokuntrattar li jista' jiġi stabbilit fil-qafas ta' dan ir-Regolament;
Emenda 57
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 9 – paragrafu 1
1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija minn lista ta' kandidati proposta mill-Kummissjoni, wara proċedura ta' għażla miftuħa u trasparenti.
1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord ta' Tmexxija abbażi tal-mertu tiegħu u tal-ħiliet iċċertifikati tiegħu fil-qasam tal-amministrazzjoni u l-ġestjoni, kif ukoll tal-kompetenzi u l-esperjenza rilevanti tiegħu, minn lista ta' kandidati proposta mill-Kummissjoni, wara kompetizzjoni miftuħa u trasparenti, insegwitu tal-pubblikazzjoni ta' sejħa għall-espressjoni ta' interess f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u f'pubblikazzjonijiet oħra. Il-Parlament Ewropew għandu d-dritt li joġġezzjona.
Qabel ma jinħatar, il-kandidat li jkun intgħażel mill-Bord ta' Tmexxija għandu jwieġeb il-mistoqsijiet mill-membri tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 10 – paragrafu 4 – punt ga (ġdid)
(ga)  jinforma lill-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati u l-Kumitat Xjentifiku regolarment dwar il-kwistjonijiet rilevanti kollha għar-rwol konsultattiv tagħhom;
Emenda 59
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 11 – parti introduttorja
L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandu jkollhom status ta' osservatur fuq il-Bord tat-Tmexxija u tikkontribwixxi għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-Master Plan tax-S2R, b'mod partikolari billi twettaq il-kompiti konsultattivi li ġejjin:
L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tikkontribwixxi għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-Master Plan tal-S2R, b'mod partikolari billi twettaq il-kompiti konsultattivi li ġejjin:
Emenda 60
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 11 – punt a
(a)  tipproponi emendi possibbli għall-Master Plan tax-S2R u l-pjanijiet ta' ħidma annwali, b'mod partikolari biex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet tar-riċerka li għandha x'taqsam mal-ħolqien ta' żona ferrovjarja unika Ewropea jkunu koperti;
(a)  tipproponi emendi possibbli għall-Master Plan tal-S2R u l-pjanijiet ta' ħidma annwali, b'mod partikolari biex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet tar-riċerka li għandha x'taqsam mal-ħolqien ta' żona ferrovjarja unika Ewropea jkunu koperti, u tiżgura r-rilevanza tagħhom għall-għanijiet identifikati fl-Artikolu 2(2);
Emenda 61
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 11 – punt b
(b)  tipproponi, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati msemmija fl- Artikolu 2(1)(e) ta' dan ir-Regolament, standards tekniċi għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp u validazzjoni bil-ħsieb li tiġi ggarantita l-interoperabbiltà u s-sikurezza tar-riżultati;
(b)  tipproponi, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 2(1)(e) ta' dan ir-Regolament, linji gwida għal attivitajiet ta' riċerka u żvilupp li jwasslu għal standards tekniċi bil-ħsieb li tiġi ggarantita l-interoperabbiltà u s-sikurezza tar-riżultati;
Emenda 62
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 13 – paragrafu 5 – punt a
(a)  l-istatus ta' programmi ta' riċerka u innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali u l-identifikazzjoni ta' oqsma potenzjali ta' kooperazzjoni, inkluż l-użu effettiv tagħhom;
(a)  l-istatus ta' programmi ta' riċerka u innovazzjoni nazzjonali jew reġjonali u l-identifikazzjoni ta' oqsma potenzjali ta' kooperazzjoni, inkluż l-użu effettiv tagħhom sabiex jittieħed vantaġġ minn sinerġiji;
Emenda 63
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 13 – paragrafu 5a (ġdid)
5a.  Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati għandu jirċievi informazzjoni b'mod regolari, fost affarijiet oħra, dwar il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet iffinanzjati mill-Impriża Konġunta S2R, dwar l-eżitu ta' kull sejħa u l-implimentazzjoni tal-proġetti, dwar sinerġiji ma' programmi oħrajn rilevanti tal-Unjoni, u dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta S2R.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 13 – paragrafu 6
6.  Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati jista' joħroġ, fuq inizjattiva tiegħu stess, rakkomandazzjonijiet lill-Impriża Konġunta S2R rigward kwistjonijiet tekniċi, maniġerjali u finanzjarji, b'mod partikolari meta dawk il-kwistjonijiet jaffettwaw interessi nazzjonali jew reġjonali. L-Impriża Konġunta S2R għandha tinforma lill-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati bis-segwitu li tat lil tali rakkomandazzjonijiet.
6.  Il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati jista' joħroġ, fuq inizjattiva tiegħu stess, rakkomandazzjonijiet lill-Bord ta' Tmexxija rigward kwistjonijiet tekniċi, maniġerjali u finanzjarji, b'mod partikolari meta dawk il-kwistjonijiet jaffettwaw interessi nazzjonali jew reġjonali. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jinforma lill-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati bis-segwitu li jkun ta lil tali rakkomandazzjonijiet.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 14 – paragrafu 1
1.  Sabiex jitwettqu l-kompiti previsti fil-klawżola 2, il-Bord tat-Tmexxija tal-Impriża Konġunta S2R jista' jistabbilixxi numru limitat ta' gruppi ta' ħidma sabiex iwettqu attivitajiet li jkunu delegati lilu mill-Bord tat-Tmexxija. Dawn il-gruppi għandhom ikunu magħmula minn professjonisti u għandhom jaħdmu b'mod trasparenti.
1.  Sabiex jitwettqu l-kompiti previsti fil-klawsola 2, il-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta S2R jista' jistabbilixxi numru limitat ta' gruppi ta' ħidma sabiex iwettqu attivitajiet li jkunu delegati lilu mill-Bord ta' Tmexxija. Dawn il-gruppi għandhom ikunu magħmula minn professjonisti b'kompetenza rilevanti, inkluż minn organizzazzjonijiet ta' riċerka, SMEs u operaturi ferrovjarji, u għandhom jaħdmu b'mod trasparenti.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Anness I – klawsola 15 – paragrafu 3 – punt b
(b)  kontribuzzjonijiet in natura mill-Membri għajr l-Unjoni permezz tal-entitajiet affiljati li jikkonsistu mill-ispejjeż imġarrba minnhom fl-implimentazzjonijiet ta' azzjonijiet indiretti li minnhom titnaqqas il-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta S2R u kwalunkwe kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni għal dawk l-ispejjeż.
(b)  kontribuzzjonijiet in natura jew fi flus mill-Membri għajr l-Unjoni permezz tal-entitajiet affiljati li jikkonsistu mill-ispejjeż imġarrba minnhom fl-implimentazzjonijiet ta' azzjonijiet indiretti li minnhom titnaqqas il-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta S2R u kwalunkwe kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni għal dawk l-ispejjeż.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Anness 1 – klawsola 19
1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta annwalment lill-Bord ta' Tmexxija dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu skont ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta S2R.
1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta annwalment lill-Bord ta' Tmexxija dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu skont ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta S2R.
2.  Sal-15 ta' Frar kull sena d-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Bord ta' Tmexxija għall-approvazzjoni rapport ta' ħidma annwali dwar il-progress li sar mill-Impriża Konġunta S2R fis-sena kalendarja preċedenti, b'mod partikolari b'rabta mal-pjan ta' ħidma annwali għal dik is-sena. Dak ir-rapport għandu jinkludi, inter alia, informazzjoni dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
2.  Fi żmien xahrejn mill-għeluq ta' kull sena finanzjarja, id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Bord ta' Tmexxija għall-approvazzjoni rapport ta' ħidma annwali dwar il-progress li jkun sar mill-Impriża Konġunta S2R fis-sena kalendarja preċedenti, b'mod partikolari b'rabta mal-pjan ta' ħidma annwali għal dik is-sena. Dak ir-rapport għandu jinkludi, inter alia, informazzjoni dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
(a)  riċerka, innovazzjoni u azzjonijiet oħra mwettqa u l-ispiża relatata;
(a)  riċerka, innovazzjoni u azzjonijiet oħra mwettqa u n-nefqa relatata;
(b)  l-azzjonijiet sottomessi, inkluż analiżi statistika skont it-tip ta' parteċipant, inkluż SMEs, u bil-pajjiż;
(b)  l-azzjonijiet sottomessi, inkluża analiżi statistika skont it-tip ta' parteċipant, inklużi l-SMEs, u skont il-pajjiż;
(c)  l-azzjonijiet magħżula għall-iffinanzjar inkluż analiżi statistika skont it-tip ta' parteċipant, inkluż SMEs, u bil-pajjiż u li tindika l-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta S2R lill-parteċipanti u l-azzjonijiet individwali.
(c)  l-azzjonijiet magħżula għall-iffinanzjar inkluża analiżi statistika skont it-tip ta' parteċipant, inklużi l-SMEs, u skont il-pajjiż u li tindika l-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta S2R lill-parteċipanti u l-azzjonijiet individwali.
Meta jkun approvat mill-Bord tat-Tmexxija, ir-rapport ta' attività annwali għandu jiġi trażmess lill-Grupp Rappreżentattiv tal-Istati u jkun disponibbli pubblikament.
Meta jkun approvat mill-Bord ta' Tmexxija, ir-rapport ta' attività annwali għandu jiġi trażmess lill-Grupp Rappreżentattiv tal-Istati u jkun disponibbli pubblikament.
3.  L-Impriża Konġunta S2R għandha tirrapporta annwalment lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
3.   Sal-1 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Impriża Konġunta S2R għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
4.  Il-kontijiet tal-Impriża Konġunta S2R għandhom jiġu eżaminati minn korp indipendenti ta' verifika kif stipulat fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
Il-kontijiet tal-Impriża Konġunta S2R ma għandhomx ikunu soġġetti għal eżami mill-Qorti tal-Awdituri.
Sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara, l-Impriża Konġunta S2R għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.
Kif jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Impriża Konġunta S2R, skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Impriża Konġunta u d-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħathom lill-Bord ta' Tmexxija għal opinjoni.
Il-Bord ta' Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Impriża Konġunta S2R.
Sal-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord ta' Tmexxija.
Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena ta' wara.
Sat-30 ta' Settembru, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri dwar l-osservazzjonijiet li tkun għamlet fir-rapport annwali tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat ukoll dik it-tweġiba lill-Bord ta' Tmexxija.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta quddiem il-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata f'konformità mal-Artikolu 165(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Alexander Mirsky
PDF 242kWORD 46k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Alexander Mirsky (2014/2026(IMM))
P7_TA(2014)0348A7-0273/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba ta' Alexander Mirsky tal-14 ta' Frar 2014, imħabbra fis-seduta plenarja fl-24 ta' Frar 2014, fid-dawl tal-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi tiegħu fil-qafas tal-proċediment ċivili pendenti quddiem is-Sezzjoni Ċivili tas-Senat tal-Qorti Suprema tar-Repubblika ta' Latvja (iktar 'il quddiem il-"Qorti Suprema") (ref. C17129611),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, tad-19 ta' Marzu 2010 u tas-6 ta' Settembru 2011(1),

–  wara li kkunsidra r-rapport verbatim tal-proċedimenti tas-seduta plenarja tal-4 ta' April 2011;

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 7 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0273/2014),

A.  billi Membru tal-Parlament Ewropew, Alexander Mirsky, talab il-ħarsien tal-immunità parlamentari fil-qafas ta' proċedimenti ċivili quddiem il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Latvja; billi l-proċedimenti inkwistjoni huma konnessi mad-deċiżjoni tas-Sezzjoni Ċivili tal-Qorti Distrettwali ta' Riga (iktar 'il quddiem il-"Qorti Distrettwali ta' Riga") li titlob lil Alexander Mirsky jirritratta dikjarazzjoni magħmula matul intervent fil-Parlament Ewropew fl-4 ta' April 2011 u jħallas LVL 1000 ta' kumpens għal dannu morali lir-rikorrenti allegatament leżi;

B.  billi, skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew ma jistgħux ikunu suġġetti għal kwalunkwe inkjesta, detenzjoni jew prosekuzzjoni legali minħabba l-opinjonijiet espressi jew il-voti mixħuta minnhom waqt li jkunu qed jaqdu dmirhom;

C.  billi fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam ma' privileġġi u immunitajiet, il-Parlament jaġixxi biex iħares l-integrità tiegħu bħala assemblea leġislattiva demokratika u jiżgura l-indipendenza tal-Membri tiegħu fil-qadi ta' dmirijiethom

D.  billi l-Qorti tal-Ġustizzja kkjarifikat li l-Artikolu 8 tal-Protokoll, fid-dawl tal-għan tiegħu li jipproteġi l-espressjoni libera u l-indipendenza tal-Membri Parlamentari Ewropej, u tal-kliem tiegħu, li jirreferi espressament, minbarra għall-opinjonijiet, għall-voti mitfugħa mill-Membri Parlamentari Ewropej, huwa essenzjalment intiż sabiex japplika għad-dikjarazzjonijiet magħmula minn dawn tal-aħħar fil-konfini stess tal-Parlament Ewropew(2);

E.  billi l-immunità taħt l-Artikolu 8 tal-Protokoll, sal-punt li tfittex li tipproteġi l-libertà tal-espressjoni u l-indipendenza tal-Membri tal-Parlament Ewropew, trid titqies bħala immunità assoluta li tipprekludi kwalunkwe proċediment ġudizzjarju fir-rigward ta' opinjoni espressa jew vot mitfugħ fil-qadi ta' dmirijiet parlamentari(3).

F.  billi l-immunità mill-proċedimenti ġudizzjarji li jgawdu l-Membri tal-Parlament Ewropew testendi wkoll għall-proċedimenti ċivili;

G.  billi t-talba minn Alexander Mirsky hija konnessa ma' proċediment ġudizzjarju mressaq kontrih fir-rigward ta' dikjarazzjonijiet magħmula matul intervent ta' minuta fis-seduta plenarja tal-4 ta' April 2011; billi mhux qed jiġi kkontestat li Alexander Mirsky kien Membru tal-Parlament Ewropew fiż-żmien id-dikjarazzjonijiet inkwistjoni;

H.  billi l-Qorti Muniċipali ta' Jūrmala rrikonoxxiet b'mod korrett li Alexander Mirsky kien igawdi mill-immunità mogħtija lill-Membri tal-Parlament Ewropew bis-saħħa tal-Artikolu 8 tal-Protokoll u b'hekk ċaħad it-talba tar-rikorrenti; billi, għall-kuntrarju ta' dan, il-Qorti Distrettwali ta' Riga injorat kompletament l-applikabbiltà ta' dik id-dispożizzjoni; billi qorti nazzjonali għandha d-dmir li tapplika d-dritt primarju tal-UE;

I.  billi l-proċediment ġudizzjarju mressaq kontra Alexander Mirsky għadu pendenti quddiem il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Latvja u s-sentenza finali tista' tinqata' favur tiegħu; billi, madankollu, jekk is-sentenza tal-Qorti Distrettwali ta' Riga tkun ikkonfermata mill-Qorti Suprema, dan ikun jikkostitwixxi ksur tad-dritt primarju tal-UE mill-awtoritajiet Latvjani.

J.  billi, insegwitu tas-sentenza tal-Qorti Distrettwali ta' Riga, kien hemm, fil-fatt, ksur tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Alexander Mirsky; billi, b'mod partikolari, iċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni jikkostitwixxu restrizzjoni ta' opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari tiegħu;

1.  Jiddeċiedi li jħares il-privileġġi u l-immunitajiet ta' Alexander Mirsky;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tintervjeni mal-awtoritajiet Latvjani sabiex jinforzaw id-dritt primarju tal-UE – jiġifieri, l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea – u jekk neċessarju, tistitwixxi proċediment ta' ksur skont l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet rilevanti tar-Repubblika tal-Latvja u lil Alexander Mirsky.

(1) Kawża 101/63 Wagner vs Fohrmann u Krier (Ġabra tal-Ġurisprudenza 1964, p. 381), Kawża 149/85 Wybot vs Faure et . (Ġabra tal-Ġurisprudenza 1986, p. 2391), Kawża T-345/05 Mote vs Il-Parlament (Ġabra tal-Ġurisprudenza 2008, p. II–2849), Kawżi Magħquda C-200/07 u C-201/07 Marra vs De Gregorio u Clemente [2008] (Ġabra tal-Ġurisprudenza 2008, p. I–7929), u Kawża T-42/06 Gollnisch vs Il-Parlament (Ġabra tal-Ġurisprudenza 2010, p. II–1135) u Kawza C–163/10, Patricello (Ġabra tal-Ġurisprudenza 2011, p. I–7565).
(2) Kawża C-163/10, Patriciello, ċitata hawn fuq, paragrafu 29.
(3) Kawżi MagħqudaC-200/07 u C-201/07, Marra vs De Gregorio u Clemente, iċċitati hawn fuq, paragrafu 27.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - applikazzjoni EGF/2012/007 IT/VDC Technologies
PDF 384kWORD 57k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2012/007 IT/VDC Technologies mill-Italja) (COM(2014)0119 – C7-0089/2014 – 2014/2025(BUD))
P7_TA(2014)0349A7-0261/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0119 – C7‑0089/2014),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(1) (Regolament tal-FEG),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar amministrazzjoni finanzjarja tajba(3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0261/2014),

A.  billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol,

B.  billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG,

C.  billi l-Italja ressqet l-applikazzjoni EGF/2012/007 IT/VDC Technologies għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għall-1 164 sensja fil-VDC Technologies SpA u fornitur wieħed b'1 146 ħaddiem fil-mira għal miżuri kofinanzjati mill-FEG, matul il-perjodu ta' referenza mis-26 ta’ Frar 2012 sal-25 ta’ Ġunju 2012,

D.  billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti mir-Regolament tal-FEG,

1.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament FEG huma sodisfatti u li, għalhekk, l-Italja għandha dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dak ir-Regolament;

2.  Jinnota li l-awtoritajiet Taljani ppreżentaw l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fil-31 ta' Awwissu 2012 u jiddispjaċih li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni Ewropea biss fil-5 ta' Marzu 2014; jiddeplora l-perjodu ta' evalwazzjoni daqstant twil ta' 19-il xahar, u jemmen li dan id-dewmien imur kontra l-għan tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, jiġifieri li tingħata għajnuna rapida lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja;

3.  Iqis li s-sensji fl-intrapriża VDC Technologies SpA u fornitur wieħed (manifattura tas-settijiet tat-televixin, monitors tat-televixin u skrins kif ukoll apparat tal-arja kundizzjonata) huma marbuta ma' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni, li jirreferu għal tfixkil ekonomiku serju għas-settur tal-manifattura ta' tagħmir elettriku minħabba l-kompetizzjoni intensa minn pajjiżi terzi, partikolarment miċ-Ċina;

4.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jinsiltu tagħlimiet mill-bosta applikazzjonijiet għall-FEG ibbażati fuq il-kriterju tal-globalizzazzjoni f'settur partikolari, bil-ħsieb li ssir riforma fil-politika kummerċjali tal-Unjoni, kemm fir-rigward tal-liberalizzazzjoni u kemm tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ;

5.  Jinnota li l-1 164 sensja inkwistjoni flimkien mal-54 sensja minħabba l-istess kawża qabel u wara l-perjodu ta' referenza ta' erba' xhur għandhom impatt negattiv qawwi fuq is-suq tax-xogħol u fuq is-sitwazzjoni ekonomika fiż-żona affettwata li tinsab fir-reġjun tan-NUTS 3 ta' ITI45 Frosinone u fir-reġjun tan-NUTS 2 ta' ITI4 Lazio;

6.  Jilqa’ l-fatt li, sabiex il-ħaddiema jkunu pprovduti b’assistenza rapida, l-awtoritajiet Taljani ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati fit-30 ta' Novembru 2012, disa' xhur qabel ma tressqet l-applikazzjoni għall-FEG u ferm qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost;

7.  Jinnota li l-pakkett koordinat tas-servizzi personalizzati li għandhom jiġu kofinanzjati jinkludi miżuri għar-riintegrazzjoni fl-impjieg ta' 1 146 ħaddiem li ngħataw is-sensja, bħal gwida dwar ix-xogħol/valutazzjoni tal-ħiliet, taħriġ, servizz għall-individwi, appoġġ għall-intraprenditorija, bonus għar-reklutaġġ u kumpens għall-parteċipazzjoni;

8.  Jinnota li kważi 40 % tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandhom aktar minn 55 sena; jiddispjaċih li l-pakkett m'għandux miżuri speċifiċi għal ħaddiema akbar fl-età;

9.  Jinnota li l-pakkett fih diversi tipi ta' kumpens finanzjarju: kumpens għal ħaddiema li jgħixu ma' persuni li għandhom bżonn il-kura, kumpens għall-mobilità u kumpens għall-parteċipazzjoni; jindika l-livell relattivament għoli tal-inċentiv għar-reklutaġġ (EUR 6 000 għal kull ħaddiem), madankollu jilqa' l-fatt li din il-miżura hija bbażata fuq il-kundizzjoni li l-ħaddiema jiġu offruti kuntratt permanenti jew kuntratt ta' perjodu fiss ta' 24 xahar;

10.  Jilqa' l-fatt li kien hemm konsultazzjoni mas-sħab soċjali (it-trejdjunijins CGIL USB, CISAL, CISL, UIL, UGL) dwar il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati, u li n-netwerk lokali ta' appoġġ kien attivat permezz tal-involviment ta' bosta sħab lokali; jilqa' wkoll b'sodisfazzjon li se tiġi applikata l-politika tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni matul id-diversi stadji tal-implimentazzjoni tal-FEG u l-aċċess għalih;

11.  Ifakkar fl-importanza li l-impjegabbiltà tal-ħaddiema kollha titjieb permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-ħtiġijiet tal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, iżda anke għall-ambjent kummerċjali nnifsu;

12.  Jilqa' l-fatt li l-pakkett tal-FEG jipprevedi taħriġ għal kull ħaddiem fil-mira; jiddispjaċih madankollu li l-proposta tal-Kummissjoni ma tiddeskrivix l-oqsma u s-setturi li se jkunu koperti minn dan it-taħriġ;

13.  Jinnota li l-informazzjoni provduta dwar il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jenfasizza li l-awtoritajiet Taljani kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva dwar dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex tiżgura r-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma tkun tista' sseħħ l-ebda duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

14.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-FEG, għandu jiġi żgurat li l-FEG jappoġġja r-riintegrazzjoni f'impjieg stabbli tal-ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; jenfasizza, barra minn hekk, li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg dewwiemi u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandha tissostitwixxi la l-azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

15.  Jilqa' l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rigward ir-Regolament il-ġdid tal-FEG, għall-perjodu 2014-2020, li jintroduċi mill-ġdid il-kriterju tal-mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, iżid il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal 60 % tal-ispejjeż stmati totali tal-miżuri proposti, iżid l-effiċjenza għat-trattament ta' applikazzjonijiet għall-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni, jiżdiedu l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli billi jintroduċu persuni li jaħdmu għal rashom u żgħażagħ, u jiffinanzja inċentivi għat-twaqqif ta' negozji proprji;

16.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2012/007 IT/VDC Technologies mill-Italja)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2014/254/UE.)

(1) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni - applikazzjoni EGF/2012/004 ES/Grupo Santana
PDF 386kWORD 59k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2012/004 ES/Grupo Santana minn Spanja) (COM(2014)0116 – C7-0101/2014 – 2014/2027(BUD))
P7_TA(2014)0350A7-0260/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0116 – C7‑0101/2014),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(1) (ir-Regolament tal-FEG),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba(3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0260/2014),

A.  billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji u biex jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol,

B.  billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-FEG,

C.  billi Spanja ressqet l-applikazzjoni EGF/2012/004 ES/Grupo Santana(4) għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, b'segwitu għat-330 sensja fl-intrapriża Grupo Santana u 15-il fornitur u produttur aktar 'l isfel fil-katina ta' produzzjoni, b'285 ħaddiem fil-mira għal miżuri kofinanzjati mill-FEG, matul il-perjodu ta' referenza mill-15 ta' Novembru 2011 sal-15 ta' Marzu 2012,

D.  billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti mir-Regolament tal-FEG,

1.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament tal-FEG huma sodisfatti u li, għalhekk, Spanja hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament;

2.  Jinnota l-ispjegazzjonijiet tal-Kummissjoni li t-330 sensja fi ħdan il-perjodu ta' referenza u s-689 sensja addizzjonali huma relatati mal-istess proċedura ta' sensji kollettivi u li s-sensji flimkien mas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fraġli ħafna tar-reġjun jissodisfaw il-kundizzjoni ta' eċċezzjonalità tal-każ f'konformità mal-Artikolu 2(c) tar-Regolament tal-FEG;

3.  Jinnota li l-awtoritajiet Spanjoli ppreżentaw l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fis-16 ta' Mejju 2012 u jiddispjaċih li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni Ewropea biss fil-5 ta' Marzu 2014; jiddeplora l-perjodu twil tal-evalwazzjoni ta' 22 xahar u jemmen li dan id-dewmien jikkontradixxi l-għan tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni li jipprovdi għajnuna malajr lil ħaddiema li ngħataw is-sensja;

4.  Iqis li s-sensji fil-Grupo Santana u 15-il fornitur u produtturi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni huma marbuta ma' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni, li jirreferu għal tnaqqis tas-sehem tal-UE fil-produzzjoni dinjija tal-vetturi bil-mutur u t-tkabbir mgħaġġel fis-swieq Asjatiċi fejn il-produtturi tal-UE huma inqas kapaċi li jibbenefikaw minnhom;

5.  Jinnota li t-330 sensja kkonċernati flimkien mas-689 sensja minħabba l-istess kawża qabel u wara l-perjodu ta' referenza ta' erba' xhur għandhom impatt negattiv sinifikanti fuq l-impjiegi u l-ekonomija fil-livell lokali u fil-livell tan-NUTS III, u jiggravaw is-sitwazzjoni ekonomika diġà fraġli tat-territorju affettwat;

6.  Jinnota li għal darb’oħra din hija applikazzjoni tal-FEG li tindirizza s-sensji fis-settur tal-karozzi u li bi 17-il applikazzjoni dan is-settur kien suġġett għall-aktar applikazzjonijiet numerużi tal-FEG imressqa kemm fir-rigward tal-kriżi kif ukoll tal-kriterji tal-globalizzazzjoni; jirrimarka li dan il-każ ieħor li jikkonċerna l-industrija tal-karozzi juri l-ħtieġa għal strateġija industrijali tal-Unjoni u li juri kif il-FEG jgħin lill-ħaddiema fil-proċess ta' ristrutturar;

7.  Jilqa' l-fatt li r-reġjun tal-Andalucia, fejn ir-rata tal-qgħad hija ħafna ogħla mill-medja nazzjonali u tal-Unjoni, għal darb'oħra qed jagħmel użu mill-FEG; jindika l-fatt li l-FEG diġà appoġġa ħaddiema ta' Delphi li tinsab fl-Andalucia (EGF/2008/002 ES/Delphi);

8.  Jilqa' l-fatt li, sabiex jagħtu assistenza rapida lill-ħaddiema, l-awtoritajiet Spanjoli ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fl-1 ta' Awwissu 2011, għaxar xhur qabel ma tressqet l-applikazzjoni tal-FEG u ferm qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-appoġġ tal-FEG għall-pakkett koordinat propost;

9.  Jinnota li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandhom jiġu kofinanzjati jinkludi miżuri għar-riintegrazzjoni fl-impjieg ta' 285 ħaddiem li ngħataw is-sensja, bħat-taħriġ vokazzjonali fuq il-lant tax-xogħol, il-konsulenza għal proġetti kummerċjali, l-għajnuna attiva għat-tiftix ta' impjieg u t-tqabbil tal-offerta mad-domanda għall-impjiegi;

10.  Jilqa' l-fatt li t-taħriġ offrut huwa ta' tul ta' żmien konsiderevoli u li se jkun kkumplimentat b'attivitajiet fuq ix-xogħol; jilqa' l-fatt li t-taħriġ se jkun imqabbel mal-ħtiġijiet tal-ħiliet u l-kwalifiki tal-intrapriżi li qed jistabbilixxu fil-park ta' negozju, li jagħmel parti mill-miżuri pprovduti b'żieda mal-pakkett iffinanzjat tal-FEG;

11.  F'dan il-kuntest, jilqa' l-fatt li l-belt ta' Linares, affettwata ferm sew mill-għeluq ta' Santana (u tal-fornituri tagħha) li kien l-impjegatur ewlieni tal-muniċipalità, ħadet approċċ globali u komprensiv rifless fl-istrateġija tar-rijabilitazzjoni tal-park tan-negozju Grupo Santana biex jattira investituri ġodda; huwa tal-fehma li l-fatt li l-belt ta' Linares iddeċidiet li ttejjeb l-ambjent għan-negozji se jsaħħaħ l-effett tal-miżuri tal-FEG immirati lejn il-ħaddiema;

12.  Jilqa' l-fatt li l-belt ta' Linares ikkonsultat il-pakkett mas-sħab soċjali (trade unions MCA-UGT Andalucía u Federación de la industria de CCOO-Andalucía) u li s-sħab soċjali qed jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-miżuri, u li politika tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni se jiġi applikat matul l-istadji differenti tal-implimentazzjoni tal-FEG u fl-aċċess għall-FEG;

13.  Ifakkar fl-importanza li l-impjegabbiltà tal-ħaddiema kollha titjieb permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għall-ħtiġijiet tal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, iżda anke għall-ambjent kummerċjali effettiv;

14.  Jindika l-fatt li l-FEG se jipprovdi allowances ta' "salarju tat-taħriġ" li jammonta għal 150% tas-salarju minimu Spanjol; jilqa' madankollu l-konferma tal-Kummissjoni li dawk l-allowances ma jissostitwixxux il-benefiċċji tal-qgħad u se jkunu pprovduti flimkien mal-benefiċċji tal-qgħad imħallsa taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali; jenfasizza f'dan il-kuntest il-fatt li r-Regolament il-ġdid tal-FEG għall-2014-2020 se jillimita l-inklużjoni tal-allowances finanzjarji fil-pakkett għal mhux aktar minn 35 % ta' kemm jiswew il-miżuri u li, bl-istess mod, ir-rata tal-allowances fi ħdan il-pakkett koordinat għal din id-domanda mhux se tiġi ripetuta taħt dan ir-regolament il-ġdid;

15.  Jilqa' l-inizjattiva tal-awtoritajiet reġjonali Spanjoli u lokali ta' Linares biex jinvestu fil-faċilitajiet industrijali u l-promozzjoni ta' qasam industrijali rinnovat sabiex jattiraw kumpaniji ġodda u jiddiversifikaw l-istruttura industrijali tiegħu aktar milli jiffukaw fuq is-settur awtomobilistiku; jenfasizza li dawn l-isforzi ma tressqux għall-kofinanzjament tal-FEG u huma ffinanzjati mill-baġits reġjonali u lokali taħt restrizzjonijiet stretti wara t-telf tal-introjtu mit-taxxa minħabba l-għeluq tal-impjant;

16.  Jinnota li l-informazzjoni provduta dwar il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; jenfasizza li l-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva dwar dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex tiżgura r-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma tkun tista' sseħħ l-ebda duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni;

17.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-FEG, għandu jiġi żgurat li l-FEG jappoġġja r-riintegrazzjoni f'impjieg stabbli tal-ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; jenfasizza, barra minn hekk, li l-assistenza mill-FEG tista' tikkofinanzja biss il-miżuri attivi fis-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg dewwiemi u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandha tissostitwixxi la l-azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji bis-saħħa tad-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas il-miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

18.  Jilqa' l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rigward ir-Regolament il-ġdid tal-FEG, għall-perjodu 2014-2020, li jintroduċi mill-ġdid il-kriterju tal-mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, iżid il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal 60 % tal-ispejjeż stmati totali tal-miżuri proposti, iżid l-effiċjenza għat-trattament ta' applikazzjoni tal-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni, jiżdiedu l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli billi jiġu inklużi persuni li jaħdmu għal rashom u żgħażagħ, u jiffinanzja inċentivi għat-twaqqif ta' negozji proprji;

19.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

20.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2012/004 ES/Grupo Santana minn Spanja)

(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2014/253/UE.)

(1) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4)Santana Motor S.A.U.; Santana Motor Andalucía S.L.U. u Santana Militar S.L.U.


Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti ***II
PDF 277kWORD 37k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti (tfassil mill-ġdid) (05199/1/2014– C7-0094/2014 – 2010/0207(COD))
P7_TA(2014)0351A7-0216/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05199/1/2014 – C7‑0094/2014),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Daniż, il-Bundestag Ġermaniż, il-Budesrat Ġermaniż u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Frar 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0368),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0216/2014),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 99, 31.3.2011, p.1.
(2) ĠU C 249 E, 30.8.2013, p. 81.


L-implimentazzjoni ta' infrastruttura tal-fjuwils alternattivi ***I
PDF 287kWORD 48k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi (COM(2013)0018 – C7-0022/2013 – 2013/0012(COD))
P7_TA(2014)0352A7-0444/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0022/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta’ Mejju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-4 ta’ Lulju 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0444/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi

P7_TC1-COD(2013)0012


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2014/94/UE.)

(1) ĠU C 271, 19.9.2013, p. 111.
(2) ĠU C 280, 27.9.2013, p. 66.


Id-dimensjonijiet u l-piżijiet għal vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità ***I
PDF 545kWORD 170k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996, li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (COM(2013)0195– C7-0102/2013 – 2013/0105(COD))
P7_TA(2014)0353A7-0256/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0195 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0102/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2013(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0256/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE, li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali

P7_TC1-COD(2013)0105


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti Nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2)

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Il-White Paper "Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport - Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti” ppubblikata fl-2011, tenfasizza l-ħtieġa li sal-2050 jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u b'mod partikolari dawk tad-diossidu tal-karbonju (CO2), b'60 % meta mqabbel mal-livell tal-1990, kif ukoll b’20 % sal-2020. [Em. 1]

(1a)  Billi attwalment ma hemm l-ebda politika stabbilita li tittratta l-emissjonijiet li qed jiżdiedu tas-CO2 mit-trakkijiet, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-introduzzjoni ta’ standards ta’ effiċjenza fl-użu tal-fjuwil għat-trakkijiet, billi tkompli testendi l-approċċ leġiżlattiv tagħha b'rabta mal-karozzi u l-vannijiet. [Em. 2]

(2)  F'dan il-qafas, il-White Paper tipprevedi li tadatta d-Direttiva 96/53/KE(4), sabiex tnaqqas il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-gass serra, b'mod li tadatta l-liġi għall-evoluzzjoni tat-teknoloġiji u għall-bżonnijiet ġodda tas-suq, u sabiex tiffaċilita t-trasport intermodali.

(3)  L-evoluzzjonijiet teknoloġiċi jinkludu l-possibbiltà li jiżdied tagħmir ajrudinamiku li jkun jista' jidħol 'il ġewwa jew jintewa fuq wara tal-vetturi, l-aktar trejlers jew semitrejlers, iżda li jaqbżu t-tul massimu permess mid-Direttiva 96/53/KE. L-istallazzjoni ta' dan it-tagħmir tista' ssir immedjatament, mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, minħabba li l-prodotti huma disponibbli fis-suq u diġà jintużaw f'kontinenti oħrajn. L-istess japplika għall-flaps ajrudinamiċi li jassorbu l-enerġija u t-tagħmir li jservi għall-protezzjoni tal-qiegħ u li huwa mmuntat fil-ġenb qrib ir-roti u fil-parti ta’ wara taħt is-semitrejlers, trejlers u vetturi oħrajn. Dan jista’ mhux biss itejjeb b’mod sinifikanti l-effiċjenza tal-enerġija tal-vettura, iżda wkoll il-ħarsien tas-saħħa tal-utenti l-oħra tat-triq. Din id-Direttiva għandha tħeġġeġ u tiffaċilita wkoll l-innovazzjoni fid-disinn tal-vetturi u tal-unitajiet tat-trasport. [Em. 3]

(3a)  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa approċċ bl-għan li jitnaqqsu l-vjaġġi ta’ kontejners vojta fit-trasport tat-triq tal-merkanzija fi ħdan il-qafas tal-miżuri li jikkonċernaw ‘il-piżijiet u d-dimensjonijiet’ kif ukoll regoli ta’ armonizzazzjoni minima għall-kabotaġġ tat-triq sabiex jiġu evitati prattiki ta’ dumping. Barra minn hekk, ir-reviżjoni tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) (Direttiva tal-Eurovignette) għandha tintuża wkoll biex tirrifletti l-progress fl-istima tal-kostijiet esterni u għall-awtorizzazzjoni tal-internalizzazzjoni tal-kostijiet esterni għall-vetturi tqal tal-merkanzija. Qabel l-1 ta' Jannar 2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta biex temenda d-Direttiva tal-Eurovignette. [Em. 4]

(4)  Il-vetturi tqal tal-merkanzija huma responsabbli għal madwar 26 % tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-trasport tat-triq fl-Ewropa waqt li l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil tagħhom bilkemm tjiebet tul dawn l-aħħar 20 sena. It-titjib tal-ajrudinamika tal-kabina tal-vetturi bil-mutur għandha tippermetti wkoll titjib vantaġġjuż fuq il-prestazzjonijiet enerġetiċi tal-vetturi, flimkien mat-tagħmir imsemmi fil-premessa 3 iktar 'il fuq u huma meħtieġa b’mod urġenti sabiex is-settur tat-trasport tat-triq tal-merkanzija jnaqqas b’mod sinifikanti l-emissjonijiet tal-vetturi. Madankollu, dan it-titjib huwa impossibbli bil-limiti attwali fuq it-tul stabbiliti mid-Direttiva 96/53/KE, mingħajr ma titnaqqas il-kapaċità tal-vetturi, li jqiegħed fil-periklu l-bilanċ ekonomiku tal-qasam. Għalhekk għandha tiġi pprovduta deroga fuq it-tul massimu. Kwalunkwe deroga bħal din m’għandhiex tintuża biex iżżid it-tagħbija utli tal-vettura. [Em. 5]

(5)  Fil-linji gwida tagħha dwar is-sikurezza tat-triq 2011-2020, il-Kummissjoni tipprevedi azzjonijiet bil-għan li l-vetturi jsiru aktar sikuri u li titjieb il-protezzjoni tal-utenti vulnerabbli. Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6). Forma ġdida tal-kabini għandha tikkontribwixxi wkoll għat-titjib fis-sikurezza tat-triq billi jonqos il-parti mhux viżibbli fil-viżjoni tas-sewwieqa, b'mod partikolari taħt il-windskrin u fil-ġenb tal-vettura, u b'hekk issalva għadd ta' ħajjiet ta' utenti vulnerabbli bħall-persuni għaddejjin bil-mixi jew ċiklisti. Il-forma ġdida tal-kabini għandha għalhekk, wara perjodu tranżitorju adattat, issir obbligatorja. B’din il-forma l-ġdida se tippermetti wkoll li għandhom ukoll jiġu previsti l-istrutturi tal-assorbiment tal-enerġija f'każ ta' ħabta. Iż-żieda potenzjali fil-volum tal-kabina għandha tippermetti wkoll li jitjiebu l-livelli ta' kumdità u ta' sikurezza għas-sewwieq. [Em. 6]

(6)  Għandhom isiru testijiet fuq it-tagħmir ajrudinamiku u l-installazzjoni tiegħu fil-vetturi, skont il-proċedura tal-ittestjar għall-kejl tal-prestazzjoni ajrudinamika li qed tiġi żviluppata mill-Kummissjoni, qabel dan it-tagħmir jitqiegħed fis-suq. Għal dan il-għan, l-Istati Membri se jagħtu ċertifikati li għandhom ikunu rikonoxxuti mill-Istati Membri l-oħrajn. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida tekniċi dwar l-applikazzjoni u r-rekwiżiti għaċ-ċertifikati. [Em. 7]

(6a)  Il-White Paper tal-2011 dwar it-Trasport tipprevedi li 30 % tat-trasport tal-merkanzija fuq it-triq trasportata għal distanzi ta' 'l fuq minn 300 km għandu jaqleb għal mezzi oħra bħall-ferrovija jew it-trasport fuq l-ilma sal-2030, u aktar minn 50 % sal-2050, iffaċilitat minn kurituri effiċjenti u tat-trasport ekoloġiku tal-merkanzija. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, jeħtieġ li tiġi żviluppata infrastruttura adattata. Dan l-għan ġie approvat mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport - Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti(7). [Em. 8]

(6b)  Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-White Paper dwar it-Trasport tal-2011 ir-reviżjoni tad-Direttiva 96/53/KE se tkun opportunità biex jittejbu s-sikurezza u l-kumdità tas-sewwieqa billi jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE(8) ("Direttiva Qafas dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol"). [Em. 9]

(7)  L-aktar vetturi twal jistgħu jintużaw fit-trasport transfruntier jekk iż-żewġ Stati Membri kkonċernati jkunu jippermettu dan diġà u jekk il-kundizzjonijiet tad-deroga skont l-Artikoli 4, il-paragrafi 3, 4 jew 5 tad-Direttiva jkunu ssodisfati. Il-Kummissjoni Ewropea diġà pprovdiet linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva. L-attivitajiet tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 4(4), ma jaffettwawx ħafna l-kompetizzjoni internazzjonali jekk l-użu transfruntier jibqa' limitat għal żewġ Stati Membri fejn l-infrastruttura eżistenti u r-rekwiżiti tas-sikurezza tat-triq jippermettu dan. B'dan il-mod jintlaħaq bilanċ bejn, min-naħa l-waħda, id-dritt tal-Istati Membri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà, li jiddeċiedu x'inhuma s-soluzzjonijiet xierqa għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li politiki tali ma jagħmlux ħsara lis-suq intern. Għalhekk id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(4) qed jiġu kkjarifikati. [Em. 10]

(8)  L-użu ta' motorizzazzjoni alternattiva li ma baqgħux jużaw biss l-enerġija mill-fjuwils fossili, u li għalhekk ma jkunux iniġġsu jew iniġġsu anqas, bħall-motorizzazzjoni elettrika jew ibrida għal piżijiet tqal jew għall-karozzi tal-linja (essenzjalment f'ambjent urban jew periurban), iwassal għal piż żejjed li ma għandux jiġi kontabilizzat għad-detriment tal-piż utli tal-vettura, sabiex is-settur tat-trasport tat-triq ma jiġix ippenalizzat f'termini ekonomiċi. Il-vetturi mgħammra b'teknoloġiji b'livell baxx ta' karbonju għandhom jitħallew jeċċedu l-piż massimu b'mhux iktar minn tunnellata, skont il-piż meħtieġ għat-teknoloġija. Madankollu, dan il-piż żejjed ma għandux jgħolli l-volum tal-ħażna tal-vettura. Il-prinċipju ta’ newtralità f’termini teknoloġiċi għandu jinżamm. [Em. 11]

(9)  Il-White Paper dwar it-trasport tinsisti wkoll fuq il-ħtieġa li wieħed jadatta għall-evoluzzjonijiet tat-trasport intermodali, b'mod partikolari fil-każ tat-trasport bil-kontejners, fejn qed jintużaw dejjem aktar kontejners ta' 45 pied. Dawn jiġu trasportati bil-ferrovija jew permezz tal-passaġġi tal-ilma. Iżda l-parti tat-triq fit-trasport intermodali tista' tintuża biss, illum il-ġurnata, jekk l-Istati Membri u t-trasportaturi jsegwu proċeduri amministrattivi limitati jew jekk dawn il-kontenituri jkollhom irkejjen maqtugħin iċċertifikati li l-ispiża tagħhom hija waħda projbittiva. Żieda ta' 15-il ċentimetru fil-vetturi li jkunu qed iġorruhom tista' tevita l-proċeduri amministrattivi lit-trasportatur, u tiffaċilita t-trasport intermodali, mingħajr riskju jew preġudizzju għall-utenti l-oħra tat-triq jew għall-infrastruttura. Fil-fatt, l-estensjoni żgħira ta' dawn il-15-il ċentimetru b'rabta mat-tul tal-piżijiet tqal artikulati (16,50 m) ma tikkostitwixxix riskju addizzjonali għas-sikurezza tat-triq. Skont il-linja politika tal-White Paper dwar it-trasport, din iż-żieda, madankollu, hija biss awtorizzata għat-trasport intermodali, li fih il-parti tat-triq ma taqbiżx it-300 km għall-operazzjonijiet li jimplikaw parti ferrovjarja, fix-xmara jew parti marittima. Din id-distanza tidher waħda suffiċjenti biex tgħaqqad flimkien sit industrijali jew kummerċjali ma' stazzjon għat-trasbord jew port fix-xmara. Sabiex jiġi konness port marittimu u jkun hemm appoġġ għall-iżvilupp ta' awtostradi tal-baħar, huwa possibbli li jkun hemm distanza itwal għal operazzjoni tat-trasport marittimu fuq distanza qasira fl-Ewropa. [Em. 12]

(10)  Sabiex tissokta l-promozzjoni tat-trasport intermodali u sabiex jiġi kkunsidrat il-piż ta' kontejners vojta ta' 45 pied, jeħtieġ li tiġi estiża d-dispożizzjoni li tawtorizza ċ-ċirkulazzjoni ta' vetturi b'5 sa 6 fusijiet b'piż ta' 44 tunnellata li jittrasportaw, fi trasport intermodali, kontejners ta' 40 pied għal dawk li jitrasportaw kontejners ta' 45 pied.

(11)  Sa mill-adozzjoni tad-Direttiva 96/53/KE, il-piż medju tal-passiġġieri tal-kowċis kif ukoll tal-bagalji tagħhom, żdied b'mod sostanzjali u dan wassal għal tnaqqis progressiv fl-għadd ta' passiġġieri trasportati, meta jitqiesu l-limiti tal-piżijiet imposti mid-Direttiva. Il-ħtieġa li jkun iffavorit it-trasport kollettiv fil-konfront ta' dak individwali sabiex ikun hemm effiċjenza enerġetika aħjar, twassal sabiex jerġa' jiġi stabbilit mill-ġdid l-għadd ta' passiġġieri ta' qabel għal kull kowċ filwaqt li tiġi kkunsidrata din iż-żieda fil-piżijiet tagħhom u tal-bagalji tagħhom. Dan jista' jsir permezz ta' żieda fil-piż ammissibbli tal-kowċis b'żewġ fusijiet, fil-limiti li, madankollu, jippermettu li ma ssirx ħsara lill-infrastrutturi minħabba brix aktar rapidu.

(12)  L-awtoritajiet responsabbli għar-rispett tal-preskrizzjonijiet marbuta mat-trasport tat-triq jiddikjaraw għadd għoli ta' ksur, xi drabi gravi, b'mod partikolari fir-rigward tal-piżijiet tal-vetturi tat-trasport. Din is-sitwazzjoni tirriżulta mill-għadd insuffiċjenti ta' kontrolli mwettqa skont id-Direttiva 96/53/KE, jew mill-effikaċja dgħajfa ta' dawn il-kontrolli. Minbarra dan, il-proċeduri u r-regoli ta' kontroll huma differenti fl-Istati Membri, u dan joħloq sitwazzjonijiet ta' insikurezza ġuridika għas-sewwieqa ta' vetturi li jiċċirkulaw f'bosta Stati Membri tal-Unjoni. Ukoll, dawk it-trasportaturi li ma jirrispettawx ir-regoli marbuta ma' dan il-qasam, jibbenefikaw minn vantaġġ kompetittiv sinifikanti meta mqabbel mal-kompetituri tagħhom li jimxu mar-regoli, u meta mqabbel ma' modi oħra ta' trasport. Din is-sitwazzjoni hija ta' ostaklu għall-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern u ta’ riskju għas-sikurezza tat-triq. Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri jżidu r-ritmu u l-effiċjenza tal-kontrolli mwettqa, kemm dawk manwali kif ukoll il-preselezzjonijiet fid-dawl ta' tali kontroll, abbażi ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni tar-riskji. [Em. 13]

(13)  Fil-fatt, diġà huma disponibbli soluzzjonijiet tekniċi sempliċi, fissi jew mobbli li jippermettu l-preselezzjoni, mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa li l-vetturi jitwaqqfu, tal-vetturi suspettati bi ksur; dan huwa mod li jxekkel anqas il-fluss tat-traffiku, huwa anqas oneruż u jippermetti kundizzjonijiet ottimi ta' sikurezza. Ċertu tagħmir jista' jittella' abbord piżijiet tqal u jipprovdi lis-sewwieq b'mezz ta' awtokontroll li jippermettilu jkun jaf jekk huwiex konformi mal-liġi. Dan it-tagħmir abbord jista' wkoll jikkomunika d-dettalji dwar il-vetturi, mingħajr ma jkun hemm għalfejn titwaqqaf il-vettura, lill-pulizija jew lis-sistemi awtomatiċi ta' kontroll li jitqiegħdu fit-triq, billi juża interfaċċja ta' komunikazzjoni li taħdem bil-microwaves. Fil-preselezzjoni, limitu minimu ta' piż ta' 2000 vetturi-kilometru jiggarantixxi l-effikaċja tal-kontroll fit-triq fit-territorju tal-Unjoni, għaliex jippermetti l-kontroll ta' kull vettura permezz ta' medja statistika kull tlett ijiem.

(14)  Għadd kbir ta' ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/53/KE ġeneralment jirriżulta mil-livell mhux dissważiv tas-sanzjonijiet previsti mil-liġi tal-Istati Membri f'każ ta' ksur ta' dawn ir-regoli, inkluż in-nuqqas ta' tali sanzjonijiet. Din id-dgħufija tiggrava aktar minħabba d-diversità kbira tal-livelli ta' sanzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istati Membri differenti. Sabiex ikun hemm rimedju għal dawn id-dgħufijiet, jeħtieġ li, fil-livell tal-Unjoni, jiġu armonizzati l-livelli u l-kategoriji ta' sanzjonijiet amministrattivi għall-ksur tad-Direttiva 96/53/KE. Dawn is-sanzjonijiet amministrattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u, dissważivi u mhux diskriminatorji. [Em. 14]

(15)  L-awtoritajiet tal-kontroll fl-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni sabiex il-kontrolli tal-piżijiet tal-vetturi jew tal-kombinazzjoni tal-vetturi jsiru aktar effikaċi fil-livell internazzjonali, u sabiex il-kontrolli jitwettqu kif xieraq b'mod aktar faċli, b'mod partikolari l-identifikazzjoni ta' min ikun qed iwettaq il-ksur, id-deskrizzjoni tal-ksur u tas-sanzjonijiet applikati, u l-istat ta' rispettabbiltà tal-intrapriżi kkonċernati. Il-punt ta' kuntatt magħżul skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill(9), jista' jservi ta' punt ta' konverġenza għal dan l-iskambju ta' informazzjoni.

(16)  Xieraq li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiġu infurmati b'mod regolari dwar il-kontrolli li jsiru mill-Istati Membri fit-toroq. Din l-informazzjoni, mogħtija mill-Istati Membri mill-punti ta’ kuntatt rispettivi tagħhom, se tippermetti lill-Kummissjoni li tiżgura r-rispett ta' din id-Direttiva min-naħa tat-trasportaturi u li teżamina jekk il-miżuri sfurzati għandhomx jiġu elaborati jew le. [Em. 15]

(16a)  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Anness I mad-Direttiva 96/53/KE u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tagħha, billi inter alia tqis l-impatti fuq il-kompetizzjoni internazzjonali, id-diviżjoni modali, l-ispiża tal-adattament tal-infrastruttura u l-objettivi ambjentali u ta' sikurezza tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fil-White Paper tal-2011 dwar it-Trasport. [Em. 16]

(17)  Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sabiex tiddefinixxi l-eżiġenzi applikabbli għat-tagħmir ajrudinamiku ġdid u t-tagħmir il-ġdid li jservi għall-protezzjoni tal-qiegħ li jitqiegħed fuq wara u fil-ġnub tal-vetturi jew għall-kunċett ta' vetturi bil-mutur ġodda, bil-għan li jiġu riveduti l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip kif imsemmi fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) fi ħdan il-qafas tar-regolamenti tan-NU/KEE, kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jippermettu li tiġi żgurata l-interoperabilità sħiħa tat-tagħmir abbord tal-piż, u l-gwidi dwar il-proċeduri ta' kontroll tal-piż tal-vetturi fit-triq. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Matul it-tħejjija u l-elaborazzjoni tal-atti ddelegati, Il-konsultazzjonijiet għandhom jinkludu l-partijiet interessati bħall-produtturi, is-sewwieqa, l-assoċjazzjonijiet tas-sigurtà fit-toroq, l-awtoritajiet tat-traffiku u ċ-ċentri ta' taħriġ. Il-Kummissjoni tieħu ħsieb li d-dokumenti rilevanti jiġu trażmessi simultanjament, fi żmien xieraq u b'mod approprjat, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.għandha tippubblika rapport dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni. Il-partijiet interessati għandu jkollhom ħin biżżejjed biex jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti.[Em. 17]

(18)  Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva ma jistgħux jitwettqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba d-dimensjoni u l-effetti ta' din id-Direttiva, jitwettqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, dawn jistgħu jieħdu l-miżuri neċessarji skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà ddedikati fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif imniżżel f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex tilħaq dan l-għan.

(19)  Jeħtieġ għalhekk li d-Direttiva 96/53/KE tiġi emendata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 96/53/KE hija emendata kif ġej:

(1)  Ir-referenzi għad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE huma mibdula b'referenza għad-Direttiva 2007/46/KE

(2)  L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2 huwa kkompletat bid-definizzjonijiet li ġejjin:

—  "vettura bi propulsjoni ibrida": vettura skont it-tifsira tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ‘teknoloġija b'livell baxx ta' karbonju’ tfisser teknoloġija li ma tiddependix bis-sħiħ minn sorsi ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi(11) , li jkollha mutur wieħed jew aktar ta' trazzjoni li jaħdem bl-elettrikużejt fossili fil-provvista tal-enerġija għat-trasport u li mhuwiex imqabbad tikkontribwixxi b'mod permanenti man-netwerk jew ikollha mutur wieħed jew aktar ta' trazzjoni ta' kombustjoni interna;sinifikanti għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport. Is-sorsi jinkludu:

–  l-elettriku,

–  l-idroġenu,

–  il-fjuwils sintetiċi,

–  bijokarburanti avanzati,

–  il-gass naturali, inkluż il-bijometan, f’forma gassuża (gass naturali kkompressat – CNG) u f’forma likwifikata (gass naturali likwifikat – LNG), u

–  sħana mitlufa. [Em. 18]

—  "vettura elettrika": vettura skont it-tifsira tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi(12), li jkollha mutur wieħed jew aktar ta' trazzjoni li jaħdem bl-elettriku u li mhuwiex imqabbad b'mod permanenti man-netwerk; [Em. 19]

—  "unità tat-trasport ta' tagħbija intermodali" : unità li tista' tidħol fil-kategoriji li ġejjin: kontejner, kaxxa skambjabbli, semitrejlers; [Em. 20 Din l-emenda tapplika fit-test kollu]

2)  L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-kelma "nazzjonali" titneħħa fil-punti a) u b) tal-paragrafu 1. [Em. 21]

(b)  L-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tinbidel bis-sentenza li ġejja:"

"L-operazzjonijiet tat-trasport jitqiesu li ma jaffettwawx ħafna l-kompetizzjoni internazzjonali fil-qasam tat-trasport, jekk jitwettqu fit-territorju ta' Stat Membru, jew fil-każ ta' operazzjoni transfruntiera, bejn żewġ Stati Membri li l-fruntieri tagħhom imissu ma' xulxin biss u li kull wieħed minnhom ikun adotta miżuri li ttieħdu b'applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, jekk tkun issodisfata kundizzjoni waħda jew oħra previsti fil-punti a) u b):" [Em. 22]

"

3)  L-artikoli: 4(6), 4(5)(b), 4(8)(a), jitħassru.

4)  L-Artikolu 5 jinbidel kif ġej:

(a)  il-kliem "mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(6) " jitħassru.

(b)  Punt (b) jitħassar.

(5)  L-Artikolu 8 huwa sostitwit bit-test li ġej:"

Artikolu 8

1.  Bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni ajrudinamika tal-vetturi jew tal-kombinazzjoni ta' vetturi, it-tul massimu previst fil-punt 1.1 tal-Anness I sa massimu ta' 500 mm, jista’ jinqabeż għall-vetturi jew għall-kombinazzjoni ta' vetturi mgħammra bit-tagħmir li jwieġeb għall-ħtiġijiet ippreċiżati hawn taħt. L-uniku għan ta' dan il-qbiż fit-tul hija ż-żieda, fuq wara tal-vetturi jew tal-kombinazzjoni ta' vetturi, ta' tagħmir li jtejjeb il-karatteristiċi ajrudinamiċi tiegħu. [Em. 23]

2.  Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni u tas-sikurezza li t-tagħmir imsemmi fl-ewwel paragrafu jrid jissodisfa, huma dawn li ġejjin:

   it-titjib sinifikanti fil-prestazzjonijiet ajrudinamiċi tal-vetturi,
   f'termini ta' sikurezza tat-triq u ta' sikurezza tat-trasport intermodali, b'mod partikolari:
   (i) l-iffissar u ż-żamma maż-żmien tat-tagħmir sabiex jiġi limitat garantit li ma jeżistix ir-riskju li jinqala', [Em. 24]
   (ii) sinjalazzjoni matul il-jum u l-lejl skont il-kondizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-installazzjoni ta’ tagħmir tad-dawl u tas-sinjalazzjoni bid-dawl, li tkun effikaċi f'kundizzjonijiet meteoroloġiċi ħżiena u li tippermetti li l-parti esterna tal-vettura tkun viżibbli għall-utenti l-oħra tat-triq, [Em. 25]
   (iii) disinn li jillimita r-riskji li jkollhom il-vetturi l-oħra u l-passiġġieri tagħhom f'każ ta' ħabta,
   (iv) it-tagħmir ma jżidx b'mod sinifikanti r-riskji li l-vettura tinqaleb minħabba rjieħ laterali;
   (iva) disinn li ma jnaqqasx il-viżibbiltà tas-sewwieq tal-vettura ta’ wara, [Em. 26]
   id-dħul fin-netwerks eżistenti, b'mod partikolari
   (i) iż-żamma tal-immaniġġjar tal-vetturi jew tal-kombinazzjoni ta' vetturi fuq l-infrastrutturi tat-toroq, urbani u interurbani,
   (ii) għat-trejlers u semitrejlers ikkonċernati, id-dħul fl-unitajiet ferrovjarji, marittimi u tax-xmajjar matul l-operazzjonijiet tat-trasport intermodali,
   (iii) dan it-tagħmir ikun jitgħawweġ, jiddaħħal 'il ġewwa jew jinqala' faċilment mis-sewwieq. [Em. 27]

Il-qbiż tat-tul massimu ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità ta' tagħbija tal-vetturi jew tal-kombinazzjoni tal-vetturi. [Em. 28]

3.  Qabel il-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, it-tagħmir ajrudinamiku miżjud u l-istallazzjoni tiegħu fuq il-vetturi jridu jiġu awtorizzati mill-Istati Membri li fil-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill*. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jagħtu ċertifikat. Dan li jiċċertifika r-rispett tar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 ta' hawn fuq u jindika li t-tagħmir jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-titjib tal-prestazzjonijiet ajrudinamiċi. Iċ-ċertifikati tal-awtorizzazzjoni mogħtija fi Stat Membru huma rikonoxxuti mill-Istati Membri l-oħrajn. [Em. 29]

4.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 16, sabiex tikkompleta r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2. Dawn jieħdu l-forma ta' karatteristiċi tekniċi, tal-livelli minimi ta' prestazzjonijiet, ta' limiti tad-disinn u ta' proċeduri maħsuba għall-għoti ta' ċertifikat tat-test imsemmi fil-paragrafu 3. L-atti ddelegati, għall-ewwel darba, għandhom jiġu adottati sa mhux iktar tard minn sentejn wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva. [Em. 30]

Fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tiżgura koerenza mal-atti legali tal-Unjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip. [Em. 31]

5.  Sakemm jiġu adottati l-atti ddelegati, il-vetturi jew il-kombinazzjoni ta' vetturi mgħammra bit-tagħmir ajrudinamiku fuq wara tal-vetturi u li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 u eżaminati skont il-paragrafu 3, jistgħu jiċċirkulaw jekk it-tul tagħhom ikun jaqbeż, sa massimu ta' żewġ metri, it-tul stabbilit fil-punt 1.1 tal-Anness I. Din il-miżura tranżitorja tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. [Em. 32]

___________________

* Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10 0.2007, p. 1)."

"

6.  Jitħassar l-Artikolu 8a.

(7)  L-Artikolu 9 huwa sostitwit bit-test li ġej:"

"Artikolu 9

1.  Bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni ajrudinamika u s-sikurezza fit-triq tal-vetturi jew tal-kombinazzjoni ta' vetturi, it-tul massimu previst fil-punt 1.1 tal-Anness I, jista' jinqabeż għall-vetturi jew għall-kombinazzjoni ta' vetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ppreċiżati fil-paragrafu 2 ta' hawn taħt. L-għan prinċipali ta' dan il-qbiż huwa li jippermetti l-bini ta' kabini ta' tratturi filwaqt li jittejbu l-karatteristiċi ajrudinamiċi tal-vetturi jew tal-kombinazzjoni tal-vetturi, u li jtejjeb is-sikurezza fit-triq għal utenti tat-triq dgħajfin kif ukoll għal vetturi waqt kolliżjonijiet fuq in-naħa ta’ wara. [Em. 33]

2.  Ir-rekwiżiti ta' prestazzjoni u sikurezza li l-kabini msemmija fl-ewwel paragrafu jridu jissodisfaw, huma dawn li ġejjin:

   it-titjib fil-prestazzjonijiet ajrudinamiċi tal-vetturi,
   it-tisħiħ tas-sikurezza tat-triq u tas-sikurezza fit-trasport intermodali, b'mod partikolari sabiex jiġi żgurat li l-forma ta' quddiem tal-kabina:
   (i) ittejjeb il-viżibbiltà għas-sewwieq tal-utenti il-viżjoni diretta biex l-utenti vulnerabbli, jkunu iktar viżibbli għas-sewwieqa b'mod partikolari billi tnaqqas il-parti il-partijiet mhux viżibbli li tkun taħt il-windskrin ta' quddiem, u madwar il-kabina u, fejn meħtieġ, billi jitqiegħed tagħmir addizzjonali, bħal mirjat u sistemi ta' kameras, [Em. 34]
   (ii) tnaqqas il-ħsarat f'każ ta' ħabta ma' vetturi oħra u ttejjeb il-prestazzjoni tal-assorbiment tal-enerġija billi titwaħħal sistema tal-immaniġġjar tal-ħbit li tassorbi l-enerġija; [Em. 35]
   (iia) it-titjib tal-protezzjoni tal-persuni mexjin bl-aġġustament tad-disinn ta’ quddiem sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ overruns f’każ ta’ kolliżjonijiet ma’ utenti vulnerabbli tat-triq billi titħeġġeġ id-diverżjoni lejn il-ġenb tal-utenti vulnerabbli [Em. 36]
   l-immaniġġjar tal-vetturi jew tal-kombinazzjoni ta' vetturi fuq l-infrastrutturi u mingħajr ma jiġu imposti l-limiti fuq l-użu tal-vetturi fit-terminali intermodali,
   il-kumdità u s-sikurezza tas-sewwieqa fir-rigward tat-titjib tal-kwalità tal-post tax-xogħol. [Em. 37]

Il-fatt li jinqabeż it-tul massimu ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità tal-vetturi jew tal-kombinazzjoni tal-vetturi.

2a.   Bil-għan li jittejbu s-sikurezza u l-kumdità tas-sewwieq, u fl-aħħar nett li jiġi żgurat it-titjib tas-sikurezza fit-toroq tal-vetturi fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, ir-rekwiżiti ta’ sikurezza u kumdità msemmija fl-Artikolu 9(2) li għandhom jintlaħqu mill-kabini tas-sewwieqa huma dawn li ġejjin:

   konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE*("id-Direttiva Qafas tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol"), bil-ġerarkija tagħha ta’ miżuri ta’ prevenzjoni għall-eliminazzjoni ta’ sorsi tal-vibrazzjoni tal-ġisem kollu u ta’ diżordni muskoluskeletali;
   il-kabina tas-sewwieq tiġi mgħammra b’karatteristiċi ta’ sikurezza, l-ewwel u fuq kollox b’punt ta’ ħruġ sigur mill-kabina f’każ ta’ nar;
   iż-żieda fid-daqs tal-kabina tas-sewwieq biex tadatta għar-rekwiżiti ta’ kumdità u sikurezza għas-sedili u l-couchettes tas-sewwieq waqt li jiġu kkunsidrati sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. [Em. 38]

3.  Qabel il-kummerċjalizzazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jeżaminaw il-prestazzjonijiet ajrudinamiċi u ta' sikurezza tad-disinji l-ġodda tal-vetturi bil-mutur fil-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE u għalhekk jagħtu ċertifikat. Dan jiċċertifika l-konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2 ta' hawn fuq. It-test tal-prestazzjoni ajrudinamika ta dawn il-vetturi għandu jkun konformi mar-regoli rilevanti għall-kejl tal-prestazzjoni ajrudinamika żviluppat mill-Kummissjoni. Iċ-ċertifikati tat-test mogħtija fi Stat Membru huma rikonoxxuti mill-Istati Membri l-oħrajn. [Em. 39]

3a.  Vetturi ġodda N2 u N3 u taħlita ta' vetturi għandhom jużaw kabini li huma konformi mar-rekwiżiti tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 9(2) minn [seba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. [Em. 40]

4.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 16 u bi qbil mar-regolamenti eżistenti tal-NU/KEE, sabiex tikkompleta r-rekwiżiti li l-kabini l-ġodda tat-trattur iridu jissodisfaw, u li huma msemmija fil-paragrafu 2. Dawn jieħdu l-forma ta' karatteristiċi tekniċi, ta' livelli minimi ta' prestazzjonijiet fis-sigurtà u s-settur ajrudinamiku, ta' limiti tad-disinn u ta' proċeduri maħsuba għall-għoti ta' ċertifikat tat-test imsemmi fil-paragrafu 3. L-atti ddelegati, għall-ewwel darba, għandhom jiġu adottati sa mhux iktar tard minn sentejn wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva. [Em. 41]

____________________

* Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1)."

"

(8)  Fl-Artikolu 10, il-frażi "id-data indikata fl-Artikolu 11" jinbidlu bi "17 ta' Settembru 1997".

(9)  L-Artikolu 10a huwa sostitwit bit-test li ġej:"

Artikolu 10a

Il-piżijiet massimi tal-vetturi bi propulsjoni ibrida jew bi propulsjoni kompletament elettrika mgħammra b’teknoloġija b’livell baxx tal-karbonju huma dawk indikati fil-punt 2.3.12.3.4 tal-Anness I. [Em. 42]

Il-vetturi bi propulsjoni ibrida jew elettrika mgħammra b’teknoloġija b’livell baxx tal-karbonju għandhom, madankollu, jirrispettaw il-limiti indikati fil-punt 3 tal-Anness I: piżijiet massimi awtorizzati għal kull fus. [Em. 43]

"

(10)  L-Artikolu 11 huwa sostitwit bit-test li ġej:"

Artikolu 11

Id-dimensjonijiet massimi stabbiliti fil-punti 1.1 u 1.6 tal-Anness I jistgħu jinqabżu bi 15-il ċentimetru għall-vetturi jew għall-kombinazzjoni ta' vetturi li jittrasportaw kontenituri jew kaxex skambjabbli ta' 45 pied, fil-każ fejn it-trasport fit-triq tal-kontejner jew tal-iswap body ikun jagħmel parti mit-parti minn operazzjoni ta' trasport intermodali. [Em. 44]

Minħabba dan l-Artikolu u l-punt 2.2.2 c) tal-Anness I, l-operazzjoni tat-trasport intermodali tuża, tal-inqas, il-ferrovija, it-trasport bix-xmara jew it-trasport marittimu. Tkun tikkonsisti wkoll minn parti li tinvolvi t-triq fil-bidu jew lejn it-tmiem tal-vjaġġ tagħha. Kull parti li tinvolvi t-triq ma tistax tkopri aktar minn 300 km tat-territorju tal-Unjoni Ewropea, jew sal-eqreb terminali li bejniethom ikun hemm servizz regolari. Operazzjoni tat-trasport titqies ukoll bħala trasport intermodali jekk tuża t-trasport marittimu fuq distanza qasira fl-Ewropa, ikun xi jkun it-tul tal-vjaġġi fit-triq inizjali u dawk finali. Il-vjaġġ inizjali u l-vjaġġ finali fit-triq f'operazzjoni li tuża t-trasport marittimu fuq distanza qasira fl-Ewropa, jibdew mill-punt tat-tagħbija tal-merkanzija sal-eqreb port marittimu xieraq għall-vjaġġ inizjali u/jew f'dak il-każ bejn l-eqreb port marittimu xieraq u l-punt ta' żbark tal-merkanzija għall-vjaġġ finaliSal-2017, il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, għandha tagħmel proposta leġiżlattiva biex tememnda d-Direttiva 92/106/KEE* u, b'mod partikolari, id-definizzjoni eżistenti ta' trasport kombinat, sabiex jitqies l-iżvilupp fit-trasport bil-kontejners u biex jiġi faċilitat l-iżvilupp ta' trasport intermodali effiċjenti. [Em. 45]

_____________________

* Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta' Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport kombinat ta' merkanzija bejn Stati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38)."

"

(11)  L-Artikolu 12 huwa sostitwit bit-test li ġej:"

Artikolu 12

1.  L-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta' preselezzjoni u ta' kontroll li għandha fil-mira l-vetturi u twettaq kontrolli fuq il-vetturi jew il-kombinazzjoni ta' vetturi fiċ-ċirkolazzjoni, sabiex jassiguraw ir-rispett tal-obbligi ta' din id-Direttiva. [Em. 46]

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-għadd u s-severità ta' kwalunkwe ksur ta' din id-Direttiva li tkun wettqet impriża individwali tiġi introdotta fis-sistema ta' stabbiliment tar-riskju li twaqqfet bl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE*. [Em. 47]

Meta jkunu qed jiġu identifikati l-vetturi suġġetti għal spezzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jagħżlu, bħala prijorità, il-vetturi mħaddma minn impriżi bi profil ta’ riskju għoli kif imsemmi fid-Direttiva 2006/22/KE. Il-vetturi jistgħu wkoll jintgħażlu għal spezzjonijiet b'mod arbitrarju. [Em. 48]

2.  Wara li tgħaddi l-iskadenza ta' sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jagħmlu miżuri ta' piż fuq il-vetturi jew fuq il-kombinazzjoni ta' vetturi fiċ-ċirkolazzjoni. Dawn il-miżuri ta' preselezzjoni għandhom l-għan li jżidu l-effiċjenza tal-ispezzjonijiet u jidentifikaw il-vetturi li dwarhom hemm suspett ta' ksur u li għandhom jiġu kkontrollati manwalment. Dawn jistgħu jsiru bl-għajnuna ta' sistemi awtomatiċi mqiegħda fuq l-infrastrutturi, jew ta' sistemi abbord il-vetturi skont il-paragrafu 6 ta' hawn taħt. Is-sistemi awtomatiċi għandhom jippermettu l-identifikazzjoni tal-vetturi li dwarhom hemm suspett ta' eċċess fil-piż massimu awtorizzat. Iċ-ċertifikazzjoni ta' dawn is-sistemi awtomatiċi min-naħa tal-Istati Membri, li ma jkunux intużaw ħlief għal preselezzjoni u mhux biex jikkaratterizzaw il-ksur, mhijiex obbligatorja. Is-sistemi abbord jistgħu jiġu integrati ma' takografi diġitali installati fil-vetturi bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**. [Em. 49]

3.  L-Istati Membri jipproċedu għal għadd ta' miżuri ta' preselezzjoni li jirrappreżentaw tal-anqas piż għal 2000 vettura-kilometru f'medja annwali.

4.  L-Istati Membri jaraw li l-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw l-informazzjoni neċessarja sabiex il-kontrolli jsiru aktar effikaċi fil-livell tal-Unjoni u sabiex dawn jiġu ffaċilitati, b'mod partikolari permezz tal-punt ta' kuntatt nazzjonali responsabbli għall-iskambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri l-oħrajn. Din l-informazzjoni neċessarja tinkludi, b'mod partikolari, l-identifikazzjoni ta' min iwettaq il-ksur, id-deskrizzjoni tal-ksur imwettaq u s-sanzjonijiet applikati flimkien mal-istat ta' rispettabbiltà tal-intrapriża kkonċernata. Il-punt ta' kuntatt huwa magħżul skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***.

5.  Il-vetturi li dwarhom hemm suspett ta' eċċess fil-piż wara li tkun twettqet il-preselezzjoni skont il-paragrafu 2, huma s-suġġett ta' miżura waħda jew aktar minn fost dawn li ġejjin:

   (i) kontroll fit-triq permezz ta' tagħmir ta' kejl approvat wara l-interċettazzjoni tal-vettura,
   (ii) notifika li tintbagħat lill-intrapriża tat-trasport bl-informazzjoni li tikkonċerna s-suspett fil-konfront tal-eċċess fil-piż tal-vettura,
   (iii) kontroll tal-intrapriża tat-trasport fil-postijiet tagħha, b'mod partikolari f'każ ta' reċividità wara li tintbagħat l-informazzjoni msemmija f'(ii).

6.  Skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-fatt li l-vetturi u l-kombinazzjoni ta' vetturi jiġu mgħammra b'tagħmirvetturi ġodda N2 u N3 u taħlitiet ta' vetturi għandhom jiġu mgħammra b’sistemi ta' ppeżar abbord (piż totali u piż għal kull fus) li jippermetti li f'kull mument ikunu jistgħu jiġu kkomunikati d-dettalji tal-ippeżar; mill-vettura li tkun qed tiċċirkola lejn l-awtorità li tkun qed twettaq il-kontrolli fit-triq jew li tkun responsabbli għar-regoli tat-trasport tal-merkanzija minn [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-komunikazzjoni ssir permezz ta' interfaċċja ddefinita bl-istandards CEN DSRC**** EN 12253, EN 12795, EN 12834, EN 13372 u ISO 14906. L-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli wkoll għas-sewwieq. [Em. 50]

7.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 16 fir-rigward ta'

   l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kumplimentari li jippermettu li tiġi żgurata l-interoperabilità sħiħa fil-livell tal-Unjoni, it-tagħmir abbord ta' ppeżar imsemmi fil-paragrafu 6 hawn fuq, sabiex l-awtoritajiet ta' kull Stat Membru jkunu jistgħu jikkomunikaw bl-istess mod mal-vetturi u mal-kombinazzjoni ta' vetturi rreġistrati fl-Istat Membru kollha u f'dak il-każ, tiġi skambjata informazzjoni li tkun waslet mal-awtoritajiet ta' Stati Membri oħrajn.
   il-proċeduri ta' kontroll tal-preselezzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-mezzi materjali użati għall-kontrolli tal-preselezzjoni, ir-rekwiżiti tal-preċiżjoni u r-regoli tal-użu ta' dawn il-mezzi materjali. Dawn il-proċeduri, l-ispeċifikazzjonijiet u r-regoli tal-użu għandhom l-għan li jiżguraw li l-kontrolli jsiru bl-istess mod fl-Istati Membri kollha filwaqt li b'dan il-mod jiġi garantit trattament ugwali għat-trasportaturi kollha fit-territorju kollu tal-Unjoni.
   il-proċeduri u speċifikazzjonijiet komuni għall-ilħiq ta' livell suffiċjenti ta' affidabilità li jippermetti li s-sistemi abbord jintużaw għall-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari l-Artikolu 13. [Em. 51]

7a.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk is-sistemi abbord, meta interkonness mat-takografu diġitali, jistax ikun utli għall-infurzar ta’ leġiżlazzjoni oħra dwar it-trasport tat-triq. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-proposti leġiżlattivi. [Em. 52]

_____________

* Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35).

** Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 ta' Frar 2014 takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni fit-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġislazzjoni soċjali relatata mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

*** Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport stradali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).

**** DSRC: Dedikata Komunikazzjonijiet ta' Medda Qasira."

"

(12)  L-Artikolu 13 huwa sostitwit bit-test li ġej:"

"Artikolu 13

1.  Il-ksur fid-Direttiva preżenti huwa kklassifikat f'kategoriji differenti skont il-livell ta' serjetà tagħhom.

2.  Piż żejjed li jkun inqas minn 52% tal-piż massimu awtorizzat fil-punti 2, 3, 4.1 u 4.3 tal-Anness 1 jippermetti avviż bil-miktub lill-intrapriża tat-trasport, li jista' jwassal għal sanzjoni, jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi dan it-tip ta' sanzjoni; [Em. 53]

3.  Piż żejjed ta' bejn 52 u 15 % tal-piż massimu awtorizzat fil-punti 2, 3, 4.1 u 4.3 tal-Anness 1 huwa meqjus bħala ksur minuri skont it-tifsira ta' din id-Direttiva u jwassal għal sanzjoni finanzjarja. L-awtoritajiet tal-kontroll jistgħu wkoll iwaqqfu l-vettura sabiex tinħatt sakemm din tilħaq il-piż massimu awtorizzat; [Em. 54]

4.  Piż żejjed ta' bejn 10 u 2015 % tal-piż massimu awtorizzat fil-punti 2, 3, 4.1 u 4.3 tal-Anness 1 huwa meqjus bħala ksur gravi skont it-tifsira ta' din id-Direttiva. Dan iwassal għal sanzjoni finanzjarja u għaż-żamma immedjata tal-vettura sabiex din tinħatt sakemm tilħaq il-piż massimu awtorizzat. [Em. 55]

5.  Piż żejjed ta' 2015 % tal-piż massimu awtorizzat fil-punti 2, 3, 4.1 u 4.3 tal-Anness 1 huwa meqjus bħala ksur serju ħafna skont it-tifsira ta' din id-Direttiva, minħabba r-riskji kbar għall-utenti l-oħra tat-triq. Dan iwassal għal żamma immedjata tal-vettura sabiex din tinħatt sakemm tilħaq il-piż massimu awtorizzat flimkien ma' sanzjoni finanzjarja. Għandha tiġi implimentata l-proċedura tat-telf ta' rispettabbiltà tal-intrapriża tat-trasport skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, [Em. 56]

6.  Tul żejjed, għoli jew wisa' żejda ta' anqas minn 21 % tad-dimensjonijiet massimi indikati fil-punt 1 tal-Anness 1 tippermetti avviż bil-miktub lill-intrapriża tat-trasport, li jista' jwassal għal sanzjoni, jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi dan it-tip ta' sanzjoni. [Em. 57]

7.  Tul żejjed, għoli jew wisa' żejda ta' bejn 21 sa 2010 % tad-dimensjonijiet massimi indikati fil-punt 1 tal-Anness 1, kemm jekk tal-piż imbarkat jew tal-vettura innifisha, iwasslu għal sanzjoni finanzjarja għall-intrapriża tat-trasport. L-awtoritajiet tal-kontroll iwaqqfu l-vettura sakemm tinħatt jekk it-tul żejjed jew il-wisa' żejda jkunu minħabba t-tagħbija, jew sakemm jinkiseb permess speċjali mill-intrapriża tat-trasport, skont l-Artikolu 4(3); [Em. 58]

8.  Tul żejjed, għoli jew wisa' żejda tat-tagħbija jew tal-vettura ta' aktar minn 2010 % tad-dimensjonijiet massimi indikati fil-punt 1 tal-Anness 1 huma meqjusa bħala ksur serju ħafna skont it-tifsira ta' din id-Direttiva, minħabba r-riskji kbar għall-utenti l-oħra tat-triq. Dan iwassal għal sanzjonijiet finanzjarji u għaż-żamma immedjata tal-vettura min-naħa tal-awtoritajiet tal-kontroll, sakemm tinħatt il-vettura jew sakemm jinkiseb permess speċjali mill-intrapriża tat-trasport skont l-Artikolu 4(3) jekk it-tul żejjed jew il-wisa' żejda jkunu minħabba t-tagħbija. Għandha tiġi implimentata l-proċedura tat-telf ta' rispettabbiltà tal-intrapriża tat-trasport skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009. [Em. 59]

9.  Is-sanzjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafi 3, 4, 5, 7 u 8 huma effettivi, proporzjonali u dissważivi."

"

(13)  Jiżdied l-Artikolu 14 li ġej:"

Artikolu 14

Għat-trasport tal-kontejners, il-burdnar jagħti lit-trasportatur tat-triq, fdat bit-trasport tal-kontejner min-naħa tal-burdnar qabel it-tagħbija, dikjarazzjoni bil-miktub li tindika l-piż gross tal-kontejner ittrasportat. Din id-dikjarazzjoni tista’ tiġi ppreżentata b’mezzi elettroniċi. Irrispettivament mill-forma tagħha, id-dokument li jiddikjara l-piż gross tal-kontejner għandu jiġi ffirmat minn persuna awtorizzata kif suppost mill-burdnar. Il-burdnar ikun responsabbli f'każ li din l-informazzjoni dwar il-piż gross tal-kontejner tkun nieqsa jew żbaljata, u t-trasportatur huwa responsabbli f'każ ta' tagħbija żejda tal-vettura. [Em. 60]

Fl-attivitajiet tat-trasport intermodali, l-informazzjoni dwar il-piż gross ta' kontejner ippakkjat għandha tingħata lill-parti li jmiss li se tieħu l-kustodja tal-kontejner. [Em. 61]

"

(14)  Jiżdied l-Artikolu li ġej"

"Artikolu 15

Kull sentejn, fl-ewwel trimestru tas-sena kalendarja, l-Istati Membri jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar il-kontrolli li jkunu twettqu matul is-sentejn kalendarji ta' qabel, ir-riżultati ta' dawn il-kontrolli, u s-sanzjonijiet applikati fuq min ikun wettaq il-ksur. Il-Kummissjoni tistabbilixxi analiżi ta' dawn ir-rapporti u tibgħatha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fit-tieni trimestru tas-sena kalendarju."

"

15)  Jiżdied l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 16

1.  Is-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni li tadotta l-atti ddelegati hija sottomessa għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 8(4), fl-Artikolu 9(5) u fl-Artikolu 12(7) tingħata lill-Kummissjoni għal tul indeterminat ta' żmien ħames snin li jibda mill-[data[mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. [Em. 62]

3.  L-għoti tas-setgħa msemmi fl-Artikolu 8(4) u fl-Artikolu 9(5) u fl-Artikolu 12(7), jista' jiġi rrevokat f'kull ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka ttemm l-għoti tas-setgħat ippreċiżati. Hi tibda tapplika mill-ewwel jum wara dak tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data oħra li tippreċiża. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandi tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat, adottat skont l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 9(5) u l-Artikolu 12(7), jidħol biss fis-seħħ jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux oġġezzjonaw fi żmien xahrejn min-notifika ta' dan l-att liż-żewġ istituzzjonijiet jew jekk, qabel ma tkun għaddiet id-data ta' skadenza, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx. Din l-iskadenza tista' titwal b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

"

(15a)  Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 16a

Sal-2016, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Anness I mad-Direttiva 96/53/KE u tressaq rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fuq il-bażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta leġiżlattiva akkumpanjata kif xieraq mill-valutazzjoni tal-impatt. Ir-rapport għandu jsir disponibbli mill-inqas 6 xhur qabel kwalunkwe proposta leġiżlattiva." [Em. 63]

"

(15b)  Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 16b

Sal-1 ta' Jannar 2016 il-Kummissjoni għandha tlesti reviżjoni ta’ din id-Direttiva u, jekk ikun xieraq, fuq bażi ta’ din ir-reviżjoni u l-valutazzjoni tal-impatt tagħha, għandha tissottometti proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-01.01.2017, għall-awtorizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ sikurezza stabbiliti bl-Artikolu 9(2) għall-vetturi M2 u M3 ġodda kollha." [Em. 64]

"

(16)  L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(-a)  L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1.1: "

- 'trasportaturi ta’ vetturi b’tagħbija: 20,75m’ [Em. 65]

"

(a)  Il-punt 1.2(b) jinbidel bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:"

'(b) superstrutturi ta' vetturi kundizzjonati jew li jkunu qed iġorru unitajiet ta' trasporttagħbija intermodali kundizzjonati: 2,60 m"

"

(aa)  Il-Punt 1.4 jinbidel b'dan li ġej:"

"1.4 Superstrutturi u oġġetti tal-merkanzija standardizzati li jistgħu jitneħħew bħal kontejners huma inklużi fid-dimensjonijiet speċifikati fil-punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.6, 1.7, 1.8 u 4.4. Minħabba n-natura indiviżibbli tal-vetturi rfinuti bħal karozzi ġodda mgħobbija fuq trasportaturi speċjalizzati, dawn it-trasportaturi b’tagħbija jistgħu jaqbżu d-dimensjonijiet fil-punt 1.1 sal-punt permess mir-regolamenti u l-kundizzjonijiet tal-infrastruttura u sakemm dawn it-trasportaturi ta’ vetturi, meta jkunu vojta, jikkonformaw bis-sħiħ mal-punti msemmija hawn fuq." [Em. 66]

"

(b)  Il-punt 2.2.2 c) jinbidel bit-test li ġej:"

'(c) vettura bil-mutur bib’2 jew 3 fusijiet b'semitrejler li jkollu 2 jew 3 fusijiet u li jkun qed jitrasportajittrasporta, fi trasport intermodali, unità waħda jew aktar ta' trasport intermodali, għal tul massimu totali ta' 40 jew 45 pied: 44 tunnellata." [Em. 70]

"

(c)  Il-punt 2.3.1 jinbidel bit-test li ġej:"

'(a) vetturi bil-mutur b'żewġ fusijiet li mhumiex karozzi tal-linja:18-il tunnellata."

"Vetturi bil-mutur b'żewġ fusijiet li mhumiex xarabank u bi propulsjoni ibrida jew elettrika: 19-il tunnellata."[Em. 67]

'(b) xarabank b'żewġ fusijiet: 19-il tunnellata.5 tunnellati." [Em. 68]

"

(ca)  Għandu jiżdied il-punt li ġej:"

"2.3.4 Vetturi mgħammra b’teknoloġija b’livell baxx tal-karbonju:

Il-piż massimu huwa dak imsemmi fil-punt 2.3.1, 2.3.2, 2.3.3 jew 2.4 miżjud bil-piż addizzjonali meħtieġ għat-teknoloġija b’livell baxx tal-karbonju, b’massimu ta’ tunnellata waħda. Dak il-piż addizzjonali għandu jiġi indikat fid-dokumenti ta’ reġistrazzjoni uffiċjali tal-vettura bil-mutur maħruġa mill-Istat Membru fejn il-vettura hija rreġistrata. F’każijiet fejn din l-informazzjoni hija nieqsa, iċ-ċifri msemmija fil-punti 2.3.1., 2.3.2, 2.3.3 jew 2.4 għandhom japplikaw. [Em. 69]

"

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament it-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-modalitajiet ta' din ir-referenza huma stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet essenzjali tal-liġi interna li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ....,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 133
(2)ĠU C 327, 12.11.2013, p. 133.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014.
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59 ).
(5) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/62/KE tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas għall-vetturi għat-trasport ta' merkanzija tqila għall-użu għal xi infrastrutturi (ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42).
(6) Id-Direttiva 2007/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 11 ta' Lulju 2007 fuq l-retrofitting ta' mirja fuq vetturi tqal tal-merkanzija reġistrati fil-Komunità (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 25).
(7) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 72.
(8) Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).
(9)Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta 'operatur tat-trasport stradali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).
(10) Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta 'vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.)
(11)ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(12)ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.


Qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment ***I
PDF 292kWORD 76k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KE, id-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (COM(2012)0280 – C7-0136/2012 – 2012/0150(COD))
P7_TA(2014)0354A7-0196/2013

(Proċedura Leġislattiva ordinarja - l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0280),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0136/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0196/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

P7_TC1-COD(2012)0150


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2014/59/UE.)

(1) ĠU C 39, 12.2.2013, p. 1.
(2) ĠU C 44, 15.2.2013, p. 68.


Impriżi ta' investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS V) ***I
PDF 289kWORD 44k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet depożitarji, il-politiki ta’ remunerazzjoni u s-sanzjonijiet (COM(2012)0350 – C7-0178/2012 – 2012/0168(COD))
P7_TA(2014)0355A7-0125/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0350),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0178/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0125/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet

P7_TC1-COD(2012)0168


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2014/91/UE.)

(1)ĠU C 96, 4.4.2013, p. 18.
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-3 Lulju, 2013 (Testi adottati P7_TA (2013)0309).


Kontijiet tal-pagamenti ***I
PDF 302kWORD 94k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (COM(2013)0266 – C7-0125/2013 – 2013/0139(COD))
P7_TA(2014)0356A7-0398/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0266),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0125/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Novembru 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Settembru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' April 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7‑0398/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi

P7_TC1-COD(2013)0139


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2014/92/UE.)

(1) ĠU C 51, 22.2.2014, p. 3.
(2) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-12 ta' Diċembru, 2013 (Testi adottati P7_TA (2013) 0587).


Id-dokumenti bit-tagħrif ewlieni għall-prodotti ta' investiment ***I
PDF 291kWORD 75k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti bit-tagħrif ewlieni għall-prodotti ta' investiment (COM(2012)0352 – C7-0179/2012 – 2012/0169(COD))
P7_TA(2014)0357A7-0368/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0352),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0179/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tal-14 ta' Novembru 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' April 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0368/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs)

P7_TC1-COD(2012)0169


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1286/2014.)

(1) ĠU C 70, 9.3.2013, p. 2
(2) ĠU C 11, 15.1.2013, p. 59.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emenda adottata fl-20 ta' Novembru 2013 (P7_TA (2013)0489).


Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea: in-numru ta' mħallfin fil-Qorti Ġenerali ***I
PDF 399kWORD 56k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea billi jżid in-numru ta' Mħallfin fil-Qorti Ġenerali (02074/2011 – C7-0126/2012 – 2011/0901B(COD))
P7_TA(2014)0358A7-0252/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja ppreżentata lill-Parlament u lill-Kunsill (02074/2011),

–  wara li kkunsidra l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 254 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 281 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skont it-termini tagħhom ġie ppreżentat l-abbozz tal-att lill-Parlament (C7-0126/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u (15) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2011) 0596),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Mejju 2012,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2012,

–  wara li kkunsidra l-paragrafi 2 u 3 tar-Riżoluzzjoni Leġiżlattiva tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2012 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Anness I tiegħu(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0252/2013),

1.  Jadotta bħalha l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari t-testi adottati fit-12 ta' Diċembru 2013(2);

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea billi jżid in-numru tal-Imħallfin tal-Qorti Ġenerali [Emenda 1]

P7_TC1-COD(2011)0901B


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 19(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 254 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 281 tiegħu,

Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Eneġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja,

Wara li kkonsidraw l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(5)  Wara ż-żieda gradwali tal-kompetenzi tagħha minn mindu ġiet ikkostitwita, in-numru ta’ kawżi li qed jitressqu quddiem il-Qorti Ġenerali qed jikber b’mod kostanti.

(6)  In-numru ta’ kawżi mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali qed ikompli jiżdied matul is-snin, liema fatt fuq perjodu twil għandu bħala konsegwenza żieda ▌fin-numru ta’ kawżi pendenti quddiemha u żieda fit-tul tal-proċeduri.

(7)  Din iż-żieda fit-tul tal-proċeduri tidher li hija diffiċilment aċċettabbli fil-kontront tal-partijiet fil-kawża, b’mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti kemm fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

(8)  Is-sitwazzjoni li fiha tinsab il-Qorti Ġenerali għandha kawżi strutturali li jirrigwardaw kemm l-intensifikazzjoni u d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet leġiżlattivi u regolamentari tal-istituzzjonijiet, organi u korpi tal-Unjoni kif ukoll il-volum u l-kumplessità tal-proċessi li jintbagħtu lill-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari fl-oqsma tal-kompetizzjoni u tal-għajnuna mill-Istat.

(9)  Konsegwentement, għandhom jiġu adottati miżuri sabiex din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata, u l-possibilità, prevista fit-Trattati, li jiżdied in-numru ta’ Mħallfin tal-Qorti Ġenerali, hija ta’ natura li tippermetti li jitnaqqas, fi żmien qasir, kemm il-volum tal-kawżi pendenti kif ukoll it-tul eċċessiv tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

(9a)  Dawn il-miżuri għandhom jinkludu wkoll regolamentazzjoni li tipprovdi soluzzjoni permanenti għall-kwistjoni dwar l-Istati Membri ta’ oriġini tal-Imħallfin, peress li l-arranġament attwali fejn Imħallef huwa maħtur għal kull Stat Membru ma jistax japplika għal sitwazzjoni fejn hemm iżjed Imħallfin milli Stati Membri.

(9b)  Skont l-Artikolu 19(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Qorti Ġenerali tinkludi mill-inqas Imħallef wieħed għal kull Stat Membru. Peress li dan jiżgura diġà bilanċ ġeografiku xieraq u rappreżentazzzjoni tas-sistemi legali nazzjonali, il-ħatra ta' Mħallfin addizzjonali għandha sseħħ esklussivament abbażi tal-kompetenza professjonali u personali tagħhom, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-għarfien tagħhom tas-sistemi legali tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri. Madankollu, ma jistax ikun hemm aktar minn żewġ Imħallfin għal Stat Membru wieħed,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti ta' Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(6a)  L-Artikolu 47(1) jinbidel b’dan li ġej:"

‘L-Artikolu 9a, l-Artikoli 14 u 15, l-Artikolu 17(1), (2), (4) u (5) u l-Artikolu 18 japplikaw għall-Qorti Ġenerali u għall-Membri tagħha.’

"

(7)  ▌L-Artikolu 48 ▌huwa sostitwit b'dan li ġej:"

‘Fil-Qorti Ġenerali, għandu jkun hemm Imħallef wieħed għal kull Stat Membru u 12-il Imħallfin addizzjonali. Ma jistax ikun hemm aktar minn żewġ Imħallfin għal Stat Membru wieħed,

L-Imħallfin kollha għandhom l-istess status u l-istess drittijiet u obbligi.

Meta, kull tliet snin, l-Imħallfin jiġu parzjalment sostitwiti, nofshom jiġu sostitwiti, alternattivament, jekk hemm numru tal-Imħallfin ikun biż-żewġ; u, f'każ li n-numru ta’ Mħallfin ikun bil-fard, fuq bażi alternata, numru biż-żewġ ta’ Mħallfin u numru bil-fard ta’ Mħallfin, jiġifieri dak in-numru nieqes wieħed, ikunu sostitwiti.’

"

(7a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

'Artikolu 48a

Fir-rigward tal-Imħallfin li se jinħatru għal kull Stat Membru, huwa l-gvern tal-Istat Membru kkonċernat li jiddisponi mid-dritt tal-ħatra.’

"

(7b)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

‘Artikolu 48b

1.  L-Imħallfin addizzjonali jinħatru irrispettivament mill-Istat Membru ta' oriġini tal-kandidati.

2.  Fil-qafas ta’ proċedura għall-ħatra ta' wieħed jew aktar mit-12-il Imħallef addizzjonali, il-Gvernijiet tal-Istati Membri kollha jistgħu jipproponu kandidati. Barra minn hekk, l-Imħallfin irtirati tal-Qorti Ġenerali jistgħu jippreżentaw il-kandidatura tagħhom huma stess bil-miktub lill-President tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3.  Fil-kuntest ta’ proċedura għall-ħatra ta' wieħed jew aktar mit-12-il Imħallef addizzjonali, il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati sabiex jaqdu d-dmirijiet ta' Imħallef tal-Qorti Ġenerali. Il-kumitat għandu jehmeż mal-opinjoni tiegħu dwar l-idoneità tal-kandidati, lista ta’ kandidati li għandhom l-aktar esperjenza ta’ livell għoli xierqa, ikklassifikati skont il-mertu. Din il-lista għandu jkun fiha numru ta’ kandidati li jikkorrispondi tal-anqas għad-doppju tan-numru ta’ Mħallfin li se jinħatru permezz ta’ ftehim komuni tal-gvernijiet tal-Istati Membri, sakemm hemm numru suffiċjenti ta’ kandidati adattati.’

"

Artikolu 3

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  It-tnax-il Imħallef maħtura bħala Mħallfin addizzjonali abbażi u wara d-dħul ta’ dan ir-Regolament, għandhom jidħlu fil-kariga immedjatament wara li jieħdu l-ġurament.

Il-mandat ta’ sitta minn dawn l-Imħallfin magħżula bil-polza, jintemm sitt snin wara l-ewwel sostituzzjoni parzjali tal-Qorti Ġenerali wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-mandat tas-sitt Imħallfin l-oħra jintemm sitt snin wara t-tieni sostituzzjoni parzjali tal-Qorti Ġenerali wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 349 E, 29.11.2013, p. 555.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0581.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014.


Il-varar ta' eCall interoperabbli fl-UE kollha ***I
PDF 302kWORD 40k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' eCall interoperabbli fl-UE kollha (COM(2013)0315 – C7-0173/2013 – 2013/0166(COD))
P7_TA(2014)0359A7-0482/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0315),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skonthom il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0173/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2013(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumaturi (A7-0482/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta' eCall interoperabbli madwar l-UE kollha

P7_TC1-COD(2013)0166


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni Nru 585/2014/UE.)

(1) ĠU C 341, 21.11.2013, p. 47.


Miżuri biex titnaqqasl-ispiża biex isiru netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b'veloċità għolja ***I
PDF 292kWORD 48k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri biex tonqos l-ispiża biex isiru netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b'veloċità għolja (COM(2013)0147 – C7-0082/2013 – 2013/0080(COD))
P7_TA(2014)0360A7-0455/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0147),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0082/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kamra tar-Rappreżentanti Olandiża, il-Kamra tad-Deputati Rumena, il-Parlament Svediż u l-House of Commons tar-Renju Unit, li sostna li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Lulju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' Lulju 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0455/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta' netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja

P7_TC1-COD(2013)0080


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2014/61/UE.)

(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 102.
(2) ĠU C 280, 27.9.2013, p. 50.


It-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni ***I
PDF 290kWORD 39k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 dwar il-politika ta’ kapaċità tal-flotta tal-Komunità biex tippromwovi t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni (COM(2013)0621 – C7-0265/2013 – 2013/0303(COD))
P7_TA(2014)0361A7-0142/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0621),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0265/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta’ Jannar 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta' Jannar 2014(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0142/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 dwar il-politika ta' kapaċità tal-flotta tal-Komunità biex jiġi ppromwovut it-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni

P7_TC1-COD(2013)0303


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 546/2014.)

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi ***I
PDF 300kWORD 48k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terz (COM(2013)0812 – C7-0416/2013 – 2013/0398(COD))
P7_TA(2014)0362A7-0217/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

—  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0812),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha lill-Parlament (C7–0416/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-2 ta' April 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7–0217/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi

P7_TC1-COD(2013)0398


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1144/2014.)


Il-Programm ta' Riċerka u Żvilupp għall-Għixien Attiv u Megħjun ***I
PDF 291kWORD 39k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-programm ta' Riċerka u Żvilupp għall-Għixien Attiv u Megħjun tal-Unjoni li qed isir b'mod konġunt minn diversi Stati Membri (COM(2013)0500 – C7-0219/2013 – 2013/0233(COD))
P7_TA(2014)0363A7-0076/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0500,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 185 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0219/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0076/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm ta’ Riċerka u Żvilupp għall-Għajxien Attiv u Megħjun li qed isir b’mod konġunt minn diversi Stati Membri

P7_TC1-COD(2013)0233


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni Nru 554/2014/UE.)

(1) Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Intrapriżi żgħar u medji li jwettqu riċerka ***I
PDF 290kWORD 39k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi Programm ta’ Riċerka u Żvilupp imwettaq b’mod konġunt minn diversi Stati Membri li għandu l-għan li jappoġġja intrapriżi żgħar u medji li jwettqu riċerka (COM(2013)0493 – C7-0220/2013 – 2013/0232(COD))
P7_TA(2014)0364A7-0077/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0493),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 185 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0220/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0077/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi Programm ta' Riċerka u Żvilupp imwettaq b'mod konġunt minn diversi Stati Membri li għandu l-għan li jappoġġa intrapriżi żgħar u medji li jwettqu riċerka u żvilupp

P7_TC1-COD(2013)0232


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni Nru 553/2014/UE.)

(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Il-Programm Ewropew tal-Metroloġija għall-Innovazzjoni u r-Riċerka ***I
PDF 287kWORD 40k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm Ewropew tal-Metroloġija għall-Innovazzjoni u r-Riċerka li bosta Stati Membri jwettqu b'mod konġunt (COM(2013)0497 – C7-0221/2013 – 2013/0242(COD))
P7_TA(2014)0365A7-0063/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0497),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 185 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0221/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0063/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm Ewropew tal-Metroloġija għall-Innovazzjoni u r-Riċerka (EMPIR) li bosta Stati Membri jwettqu b'mod konġunt

P7_TC1-COD(2013)0242


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni Nru 555/2014/UE.)

(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Il-Programm tas-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw ***I
PDF 289kWORD 51k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fit-tieni Programm tas-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw li jwettqu bosta Stati Membri b'mod konġunt (COM(2013)0498 – C7-0222/2013 – 2013/0243(COD))
P7_TA(2014)0366A7-0064/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0498),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 185 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0222/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-26 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0064/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fit-tieni Programm tas-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw (EDCTP2) li qed isir b'mod konġunt minn diversi Stati Membri

P7_TC1-COD(2013)0243


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni Nru 556/2014/UE.)

(1) Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċċjali.


Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet ***I
PDF 289kWORD 93k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li joħloq Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f'materji ċivili u kummerċjali (COM(2011)0445 – C7-0211/2011 – 2011/0204(COD))
P7_TA(2014)0367A7-0227/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0445),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-punti (a), (e) u (f) tal-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0211/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' April 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0227/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbixxi proċedura ta' Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f'materji ċivili u kummerċjali

P7_TC1-COD(2011)0204


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 655/2014.)

(1) ĠU C 191, 29.6.2012, p. 57..


Id-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti kumpaniji u gruppi kbar ***I
PDF 363kWORD 57k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċertu kumpaniji u gruppi kbar (COM(2013)0207 – C7-0103/2013 – 2013/0110(COD))
P7_TA(2014)0368A7-0006/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0207),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 50(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0103/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Parlament Estonjan, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-11 ta’ Lulju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0006/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar

P7_TC1-COD(2013)0110


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2014/95/UE.)

(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 47.


Kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-qafas ta' trasferiment intrazjendali ***I
PDF 300kWORD 92k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-qafas ta' trasferiment intrazjendali (COM(2010)0378 – C7-0179/2010 – 2010/0209(COD))
P7_TA(2014)0369A7-0170/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0378),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 79(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropew, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0179/2010),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta' Mejju 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-31 ta' Marzu 2011(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Frar 2014, li approva l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7‑0170/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmużin ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u l-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiż terz fil-qafas ta' trasferiment intra-azjendali

P7_TC1-COD(2010)0209


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2014/66/UE.)

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARLAMENT, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

Din id-Direttiva tistabbilixxi skema awtonoma ta' mobilità li tipprevedi regoli speċifiċi, adottati abbażi tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 79(2) TFUE, fir-rigward tal-kondizzjonijiet ta' dħul, soġġorn u libertà ta' moviment ta' ċittadin ta' pajjiż terz għall-fini ta' xogħol bħala ħaddiem bi trasferiment intra-ażjendali fi Stati Membri għajr dak li ħareġ il-permess ta' ħaddiem bi trasferiment intra-ażjendali, li għandhom jitqiesu bħala lex specialis fir-rigward tal-acquis ta' Schengen.

Il-Parlament u l-Kunsill ħadu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li teżamina jekk għandhiex tittieħed xi azzjoni sabiex issaħħaħ iċ-ċertezza legali fir-rigward tal-interazzjoni bejn iż-żewġ reġimi legali, u b'mod partikolari teżamina l-ħtieġa għall-aġġornament tal-Manwal Prattiku ta' Schengen.

DIKJARAZZJONIJIET TAL-KUMMISSJONI

1)  Dikjarazzjoni dwar id-definizzjoni ta' speċjalista:

Il-Kummissjoni tqis li d-definizzjoni ta' "speċjalista" fl-Artikolu 3(f) ta' din id-Direttiva hija skont id-definizzjoni ekwivalenti ("persuna li għandha għarfien mhux komuni") li tintuża fl-iskeda tal-UE ta' impenji speċifiċi tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) tad-WTO. L-użu tal-kelma "speċjalizzat" minflok ta' dik "mhux komuni" ma tinkludiex tibdil jew estensjoni tad-definizzjoni tal-GATS u hija adattata biss għall-kliem li qed jintuża issa.

2)  Dikjarazzjoni dwar il-ftehimiet bilaterali msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 18(2):

Il-Kummissjoni se tagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-punti (c) u (d) tal-Artikolu 18(2) ta' din id-Direttiva biex tivvaluta l-impatt possibbli tal-ftehimiet bilaterali msemmija f'dak l-Artikolu dwar it-trattament tad-destinatarji tat-trasferiment intra-korporattiv u dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1231/2010 u fejn ikun meħtieġ tieħu kwalunkwe miżura xierqa.

(1) ĠU C 218, 23.7.2011, p. 101.
(2) ĠU C 166, 7.6.2011, p. 59.


L-Impriża Konġunta Clean Sky 2 *
PDF 284kWORD 51k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (COM(2013)0505 – C7-0255/2013 – 2013/0244(NLE))
P7_TA(2014)0370A7-0083/2014

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0505),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 187 u l-ewwel paragrafu ta' 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0255/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0083/2014),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../2014 dwar l-Impriża Konġunta Clean Sky 2

P7_TC1-NLE(2013)0244


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014.)


L-Impriża Konġunta tal-Industriji b'Bażi Bijoloġika *
PDF 285kWORD 48k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-Impriża Konġunta tal-Industriji b'Bażi Bijoloġika (COM(2013)0496 – C7-0257/2013 – 2013/0241(NLE))
P7_TA(2014)0371A7-0092/2014

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2013)0496),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 187 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0257/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0092/2014),

1.  Japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru ...2014 dwar l-Impriża Konġunta dwar l-Industriji b'Bażi Bijoloġika

P7_TC1-NLE(2013)0241


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 560/2014.)


L-Impriża Konġunta SESAR *
PDF 284kWORD 41k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) fir-rigward tal-estensjoni tal-Impriża Konġunta sal-2024 (COM(2013)0503 – C7-0254/2013 – 2013/0237(NLE))
P7_TA(2014)0372A7-0062/2014

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2013)0503),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 187 u 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7–0254/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7–0062/2014),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) fir-rigward tal-estensjoni tal-Impriża Konġunta sal-2024

P7_TC1-NLE(2013)0237


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014.)


L-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 *
PDF 282kWORD 45k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2 (COM(2013)0495 – C7-0259/2013 – 2013/0240(NLE))
P7_TA(2014)0373A7-0105/2014

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0495),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 187 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0259/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0105/2014),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottati tal-15 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../2014 li jisbabbilixxi l-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi 2

P7_TC1-NLE(2013)0240


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 557/2014.)


L-Impriża Konġunta ECSEL*
PDF 284kWORD 48k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-Impriża Konġunta ECSEL (COM(2013)0501 – C7-0258/2013 – 2013/0234(NLE))
P7_TA(2014)0374A7-0074/2014

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0501),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 187 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0258/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0074/2014),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../2014 dwar l-Impriża Konġunta ECSEL

P7_TC1-NLE(2013)0234


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014.)


L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 *
PDF 284kWORD 54k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (COM(2013)0506 – C7-0256/2013 – 2013/0245(NLE))
P7_TA(2014)0375A7-0094/2014

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0506),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 187 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0256/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0094/2014),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../2014 dwar l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2

P7_TC1-NLE(2013)0245


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014.)


Il-Ftehim Interistituzzjonali dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza
PDF 637kWORD 233k
Deċiżjoni
Anness
Anness
Anness
Anness
Anness
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-modifika tal-ftehim interistituzzjonali dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza (2014/2010(ACI))
P7_TA(2014)0376A7-0258/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Bureau tiegħu tat-13 ta’ Jannar 2014, li fiha dan tal-aħħar approva r-rakkomandazzjonijiet adottati fit-12 ta’ Diċembru 2013 mill-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali ta’ Livell Għoli għar-reviżjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom li huma involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE (minn hawn ’il quddiem “il-ftehim modifikat”),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11(1) u (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 295 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunisdra d-deċiżjoni tiegħu tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar Reġistru tat-Trasparenza komuni(1),

–  wara li kkunsidra l-ftehim interistituzzjonali tat-23 ta’ Ġunju 2011 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-twaqqif ta’ Reġistru tat-Trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom li huma involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim tat-23 ta’ Ġunju 2011”)(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 127(1) tar-Regoli ta’ Proċeduri tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0258/2014),

A.  billi l-Artikolu 11(2) tat-TUE jiddikkajra li: “L-istituzzjonijiet għandhom iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili”,

B.  billi t-trasparenza ta’ dak id-djalogu teħtieġ il-funzjonament tajjeb ta’ reġistru komuni tal-organizzazzjonijiet u l-persuni li jikkontribwixxu għall-proċessi tal-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE;

C.  billi r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2008 dwar l-iżvilupp tal-qafas għall-attivitajiet ta’ rappreżentanti ta’ interess (lobbyists) fl-istituzzjonijiet Ewropej(3) stabbiliet il-prinċipji li abbażi tagħhom il-Parlament Ewropew daħal f’negozjati mal-Kummissjoni dwar reġistru komuni tat-trasparenza;

D.  billi d-deċiżjoni tiegħu tal-11 ta’ Mejju 2011 imsemmija hawn fuq approvat ir-regoli u l-qafas tar-Reġistru tat-Trasparenza għall-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE;

E.  billi lobbying mhux regolat u mhux trasparenti jippreżenta theddida sinifikanti għall-formulazzjoni tal-politika u l-interess pubbliku;

1.  Jiddispjaċih għall-fatt li l-proposta għal bidla fil-Ftehim tat-23 ta' Ġunju 2011 ma wasslitx għat-twaqqif ta' reġistru tat-trasparenza obbligatorju; itenni għaldaqstant it-talba tiegħu għar-reġistrazzjoni obbligatorja fir-rigward tat-twettiq tal-attivitajiet ta' lobbying fl-istituzzjonijiet tal-UE, kif diġà ddikjarat fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2008 u fid-deċiżjoni tal-11 ta’ Mejju 2011, it-tnejn imsemmijin hawn fuq;

2.  Iqis il-modifika proposta tal-Ftehim tat-23 ta’ Ġunju 2011 bħala pass parzjali ’il quddiem fil-fażi attwali;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tissottometti, sat-tmiem tal-2016, proposta leġiżlattiva għat-twaqqif ta’ reġistru obbligatorju abbażi tal-Artikolu 352 tat-TFUE;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni tinkludi, fil-kuntest ta’ kwalunkwe proposta prevista għal riforma komprensiva tat-Trattati, proposta għal emenda tal-Artikolu 298 tat-TFUE jew għal bażi legali speċifika xierqa li tippermetti t-twaqqif ta’ reġistru obbligatorju skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

5.  Iqis li reviżjonijiet futuri tar-Reġistru tat-Trasparenza għandhom ikunu trasparenti u inklużivi kemm jista’ jkun u għandhom jinvolvu bis-sħiħ lill-kumitat kompetenti tiegħu u jippermettu l-parteċipazzjoni qawwija tas-soċjetà ċivili;

6.  Jinsisti li r-reviżjoni li jmiss tar-Reġistru tat-Trasparenza tkun akkumpanjata minn konsultazzjoni pubblika;

7.  Iqis li fi kwalunkwe każ, għandha titlesta evalwazzjoni ulterjuri tar-Reġistru tat-Trasparenza tal-inqas qabel it-tmiem tal-2017;

8.  Jirrikonoxxi r-rwol tal-Kunsill sa mit-twaqqif tar-Reġistru tat-Trasparenza, u jilqa’ l-fatt li l-Kunsill involva ruħu, bħala osservatur, fil-proċess ta' reviżjoni kontinwa tal-Ftehim tat-23 ta’ Ġunju 2011; madankollu, itenni mill-ġdid l-istedina tiegħu lill-Kunsill biex jingħaqad mar-Reġistru tat-Trasparenza mill-aktar fis possibbli, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza fl-istadji kollha tal-proċess leġiżlattiv fil-livell tal-Unjoni;

9.  Jilqa’ t-titjib fl-ispeċifikazzjoni tal-informazzjoni li trid tingħata skont il-ftehim modifikat, li għandu jiġi implimentat billi ssir insistenza fuq id-divulgazzjoni tal-identità tal-klijenti kollha rappreżentati mill-organizzazzjonijiet u l-individwi li jaħdmu għal rashom involuti fil-proċessi tal-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika, u billi l-attivitajiet kollha koperti mir-Reġistru jiġu konnessi b’mod ċar mal-klijenti konċernati;

10.  Iqis li, meta tiġi interpretata “mġiba mhux xierqa”, skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Kodiċi ta’ Kondotta anness mal-ftehim modifikat flimkien mal-prinċipji aċċettati b’mod ġenerali kif deskritti fil-Kodiċi, b’mod partikolari fil-punti (c), (f) jew (g) tiegħu, din l-espressjoni tinkludi:

11.  Jemmen li l-Kodiċi ta’ Kondotta mehmuż mal-Ftehim tat-23 ta' Ġunju 2011 u l-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-interessi finanzjarji u tal-kunflitti tal-interess għandhom ikunu emendati sabiex jiżguraw li l-Membri ma jidħlu f’ebda tip ta’ ftehim jew relazzjoni kuntrattwali ma’ korp estern biex jiffinanzjaw jew jimpjegaw direttament individwi fi ħdan il-persunal ta’ Membru;

12.  Jilqa’ d-definizzjonijiet aktar ċari li jiddeskrivu eċċezzjonijiet għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-kopertura tal-attivitajiet tad-ditti legali;

13.  Jistenna li dawn id-definizzjonijiet aktar ċari se jgħinu biex jiġu mħeġġa aktar reġistrazzjonijiet u jirriżultaw f’fehim aħjar dwar liema huma l-attivitajiet koperti mid-ditti legali, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-inċentivi offruti mir-Reġistru tat-Trasparenza u jieħdu sehem b’mod trasparenti fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet;

14.  Jinsisti li ditti legali reġistrati għandhom jiddikjaraw fir-Reġistru tat-Trasparenza l-klijenti kollha li f'isimhom iwettqu l-attivitajiet;

15.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkun ugwalment ambizzjuża, fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ inċentivi għar-reġistranti sabiex tittejjeb il-parteċipazzjoni fir-Reġistru tat-Trasparenza; iqis li dawn l-inċentivi jistgħu jinkludu:

16.  Jilqa’ d-deċiżjonijiet riċenti meħuda mill-Kumitat nazzjonali tal-Avukati ta’ Brussell u dik ta’ Pariġi li jirrikonoxxu d-differenzi bejn l-attivitajiet tal-avukati relatati mal-qorti u attivitajiet oħra li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza; barra minn hekk, jistieden lill-Kunsill tal-Kumitat nazzjonali tal-Avukati u s-Soċjetajiet tal-Liġi tal-Ewropa biex iħeġġu lill-membri tagħhom jadottaw miżuri simili;

17.  Jinnota li f’ċerti Stati Membri jeżistu dispożizzjonijiet statutorji dwar ir-regoli tal-eżerċizzju tal-professjonijiet, li oġġettivament jimpedixxu, b’mod speċjali lid-ditti tal-avukati, li jniżżlu lilhom infushom fir-Reġistru tat-Trasparenza u fil-proċess jiżvelaw l-informazzjoni dwar il-klijenti tagħhom kif mitlub mir-Reġistru; jara madankollu riskju konsiderevoli fejn il-tali d-dispożizzjonijiet statutorji jistgħu jintużaw ukoll b'mod qarrieq biex jevitaw li jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa biex tiddaħħal b'mod korrett fir-Reġistru; jilqa’ b’rabta ma’ dan il-fatt li l-organizzazzjonijiet professjonali huma mid-dehra lesti li jaħdmu fi sħubija biex jiżguraw li, fl-interess tal-professjoni, dan l-irtirar ta' informazzjoni jkun limitat esklużivament għal dak li tippermetti l-leġiżlazzjoni b'mod oġġettiv; jistieden lill-Kummissjoni u lill-President tal-Parlament Ewropew jiżguraw li din id-disponibbiltà twassal għal riżultat prattiku fil-ftehim modifikat malajr kemm jista' jkun;

18.  Jilqa’ l-intenzjoni tal-Bureau tiegħu li jintroduċi għadd sinifikanti ta’ miżuri ta’ inċentivi sabiex isaħħaħ il-parteċipazzjoni fir-Reġistru tat-Trasparenza;

19.  Bil-għan li jiġu implimentati bis-sħiħ dawk il-miżuri, jistieden lill-Bureau tiegħu iqis il-proposti konkreti li ġejjin biex jiġu inklużi fid-deċiżjonijiet rilevanti tal-Bureau:

20.  Jitlob lill-Bureau jiżviluppa formola standardizzata li tippermetti lir-rapporteurs jippubblikaw ‘impronta leġiżlattiva’ fuq bażi volontarja. Impronta leġiżlattiva hija formola annessa mar-rapporti mħejjija mill-Membri li telenka l-lobbyists kollha li jkunu ltaqgħu magħhom ir-rapporteurs inkarigati minn fajl partikolari fil-proċess tat-tħejjija tar-rapport, meta dan ikun wassal għal impatt sostanzjali fuq ir-rapport.

21.  Jitlob lill-ex Membri tal-Parlament Ewropew jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti(4) meta jwettqu attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza; jemmen li fit-twettiq ta' dawn l-attivitajiet, ex Membri m'għandhomx jużaw il-badge tagħhom ta’ Membri biex ikollhom aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew; jitlob lill-Bureau jippreżenta proposta lill-Konferenza tal-Presidenti dwar miżuri xierqa biex jiġi evitat l-użu ħażin tal-privileġġi li huma intitolati għalihom l-ex Membri;

22.  Jitlob lis-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru tat-Trasparenza jipprovdi, f’intervalli regolari, rapport dwar il-funzjonament tas-sistema ta’ inċentivi, bil-għan li, fl-aħħar mill-aħħar, jiġi mwaqqaf reġistru obbligatorju;

23.  Jenfasizza li organizzazzjonijiet jew individwi li mhumiex reġistrati, li huma eliġibbli għar-reġistrazzjoni u mistennija jirreġistraw, anke jekk in-nuqqas ta’ reġistrazzjoni tagħhom hija biss temporanja, ma jkollhomx aċċess għall-inċentivi u l-vantaġġi l-ġodda marbuta mar-reġistrazzjoni;

24.  Jilqa’ u jħeġġeġ ir-rwol ta' organizzazzjonijiet ta' sorveljanza mhux istituzzjonali fil-monitoraġġ tat-trasparenza tal-istituzzjonijiet tal-UE;

25.  Iqis li l-istruttura u l-persunal tas-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru tat-Trasparenza jeħtieġ li jissaħħu sabiex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet il-ġodda fil-ftehim modifikat, jiġu trattati l-proċeduri ta' twissijiet u tal-investigazzjoni u tat-trattament tal-ilmenti, u jittejbu l-proċeduri għall-verifika tal-affidabbiltà ta' informazzjoni mogħtija mir-reġistranti;

26.  Jistenna li r-rapport annwali dwar il-funzjonament tar-Reġistru tat-Trasparenza Konġunt se jinkludi analiżi tal-progress li sar f’termini ta’ kopertura u kwalità tar-reġistrazzjonijiet;

27.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fit-twettiq tal-funzjoni tagħha ta’ koordinazzjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza, biex tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni xierqa tal-ftehim modifikat;

28.  Japprova l-ftehim modifikat kif stipulat hawn taħt u jiddeċiedi li jehmżu mar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu;

29.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-ftehim modifikat flimkien mal-President tal-Kummissjoni Ewropea u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

30.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u l-anness tagħha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

ANNESS

Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġistru tat-trasparenza għal organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE

Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (il-“partijiet”),

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) u (2) tiegħu, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 295 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn issa 'l quddiem flimkien imsejħa t-“Trattati”),

Billi dawk li jfasslu l-politika Ewropea ma joperawx b'mod iżolat mis-soċjetà ċivili, imma jżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili;

Billi l-partijiet eżaminaw mill-ġdid ir-Reġistru tat-Trasparenza (minn issa 'l quddiem "ir-reġistru") stabbilit mill-ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea fit-23 ta' Ġunju 2011 dwar it-twaqqif ta’ Reġistru tat-Trasparenza għal organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom li huma involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika(5) tal-UE skont il-paragrafu 30 ta' dak il-ftehim,

JIFTIEHMU KIF ĠEJ:

I.  Il-prinċipji tar-reġistru

1.  It-twaqqif u l-funzjonament tar-reġistru m'għandhomx jaffettwaw jew jippreġudikaw l-objettivi tal-Parlament Ewropew kif espressi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Mejju 2008 dwar l-iżvilupp tal-qafas għall-attivitajiet ta' rappreżentanti ta' gruppi ta' interess ('lobbyists') fl-istituzzjonijiet Ewropej(6) u fid-deċiżjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar il-konklużjoni ta' ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar Reġistru ta' Trasparenza komuni(7).

2.  Il-funzjonament tar-reġistru għandu josserva l-prinċipji ġenerali tad-Dritt tal-Unjoni, inklużi l-prinċipji tal-proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni.

3.  Il-funzjonament tar-reġistru għandu jirrispetta d-drittijiet tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jeżerċitaw il-mandat parlamentari tagħhom mingħajr restrizzjoni.

4.  Il-funzjonament tar-reġistru ma għandux jinfluwenza l-kompetenzi jew il-prerogattivi tal-partijiet u lanqas ma għandu jaffettwalhom il-poteri organizzattivi rispettivi tagħhom.

5.  Il-partijiet għandhom jistinkaw biex jittrattaw l-operaturi kollha involuti f’attivitajiet simili b’mod simili, u biex ikun hemm kundizzjonijiet ugwali fir-reġistrazzjoni tal-organizzazzjonijiet u tal-individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE.

II.  L-istruttura tar-reġistru

6.  L-istruttura tar-reġistru għandha tkun kif ġej:

(a)  id-dispożizzjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru, l-attivitajiet koperti mir-reġistru, id-definizzjonijiet, l-inċentivi u l-eżenzjonijiet;

(b)  it-taqsimiet għar-reġistrazzjoni (Anness 1);

(c)  l-informazzjoni mitluba lir-reġistranti, inklużi r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni finanzjarja (Anness 2);

(d)  il-kodiċi ta’ kondotta (Anness 3);

(e)  mekkaniżmi ta’ twissija u ta' lmenti u miżuri li għandhom jiġu applikati f’każ ta’ nuqqas ta' konformita' mal-kodiċi ta’ kondotta, inkluża l-proċedura għat-twissijiet u għall-investigazzjoni u t-trattament tal-ilmenti (Anness 4).

(f)  linji gwida ta’ implimentazzjoni b’informazzjoni prattika għar-reġistranti.

III.  Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru

Attivitajiet koperti

7.  Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru jkopri l-attivitajiet kollha, għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 10 sa 12, imwettqa bl-għan li jinfluwenzaw direttament jew indirettament it-tfassil jew l-implimentazzjoni tal-politika u l-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE, irrispettivament minn fejn jitwettqu u mill-kanal jew mezz ta' komunikazzjoni użat, pereżempju peremzz ta' outsourcing, il-midja, il-kuntratti ma’ intermedjarji professjonisti, think-tanks, pjattaformi, fora, kampanji jew inizjattivi fil-livell lokali.

Għall-fini ta' dan il-ftehim, "jinfluwenzaw direttament" tfisser li jinfluwenzaw permezz ta' kuntatt dirett jew komunikazzjoni mal-istituzzjonijiet tal-UE jew permezz ta' azzjoni oħra li ssegwi tali attivitajiet u "jinfluwenzaw indirettament" tfisser jinfluwenzaw permezz tal-użu ta' vetturi intermedji bħall-midja, l-opinjoni pubblika, konferenzi jew avvenimenti soċjali li jkunu immirati lejn l-istituzzjonijiet tal-UE.

B'mod partikolari, dawk l-attivitajiet jinkludu:

–  il-kuntatt mal-Membri u l-assistenti tagħhom, mal-uffiċjali jew ma' persunal ieħor tal-istituzzjonijiet tal-UE;

–  it-tħejjija, it-tqassim u l-komunikazzjoni ta' ittri, materjal informattiv jew dokumenti ta' diskussjoni u dokumenti fejn tittieħed pożizzjoni;

–  l-organizzazzjoni ta' avvenimenti, laqgħat, attivitajiet promozzjonali, konferenzi jew avvenimenti soċjali, stediniet li jkunu ntbagħtu lill-Membri u lill-assistenti tagħhom, lill-uffiċjali jew lil persunal ieħor tal-istituzzjonijiet tal-UE; kif ukoll

–  il-kontribuzzjonijiet volontarji u l-parteċipazzjoni f’konsultazzjonijiet jew smigħ formali dwar proposti leġiżlattivi ppjanati tal-UE jew atti ġuridiċi oħrajn u konsultazzjonijiet miftuħin oħrajn.

8.  L-organizzazzjonijiet kollha u individwi li jaħdmu għal rashom, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom, li jkunu involuti f’attivitajiet, kemm jekk attwali kif ukoll jekk ikunu qed jitħejjew u li jkunu koperti mir-reġistru huma mistennija li jirreġistraw.

Kwalunkwe attività koperta mir-reġistru u li tiġi żviluppata fuq il-bażi ta' kuntratt minn intermedjarju li jagħti konsulenza legali u professjonali oħra, hija eliġibbli biex tiġi rreġistrata kemm għall-intermedjarju kif ukoll għall-klijent tiegħu. Tali intermedjarji għandhom jiddikjaraw il-klijenti kollha li jkollhom dak it-tip ta' kuntratti, kif ukoll id-dħul ta' kull klijent minn attivitajiet ta' rappreżentanza kif stipulat fl-Anness 2 fil-punt II.C.2.B. Dan ir-rekwiżit ma jeżentax lill-klijenti milli jirreġistraw u jinkludu fl-istimi tal-ispejjeż tagħhom kwalunkwe attività li tkun ġiet subkuntrattata lil xi intermedjarju.

Attivitajiet mhux koperti

9.  Organizzazzjoni għandha tkun eliġibbli biex tirreġistra biss jekk twettaq attivitajiet, koperti mir-reġistru, li jkunu rriżultaw f'komunikazzjoni diretta jew indiretta mal-istituzzjonijiet tal-UE. Organizzazzjoni meqjusa mhux eliġibbli tista’ titneħħa mir-reġistru.

10.  Attivitajiet li jikkonċernawl-għoti ta' konsulenza ġuridika jew konsulenza professjonali oħra mhumiex koperti mir-reġistru sakemm dawn:

–  jikkonsistu f'attivitajiet ta’ konsulenza u ta' kuntatti ma’ korpi pubbliċi sabiex jinfurmaw lill-klijenti aħjar dwar sitwazzjoni ġuridika ġenerali jew dwar il-pożizzjoni ġuridika speċifika tagħhom, jew biex jagħtuhom parir dwar jekk pass legali jew amministrattiv partikolari jkunx xieraq jew ammissibbli skont l-ambjent ġuridiku u regolatorju eżistenti;

–  jikkonsistu f'konsulenza mogħtija lil klijenti biex dawn jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom jikkonformaw mal-liġi rilevanti;

–  jikkonsistu f'analiżijiet u studji mħejjija għall-klijenti dwar l-impatt potenzjali ta' kwalunkwe bidla leġiżlattiva jew regolatorja rigward il-pożizzjoni ġuridika tagħhom jew il-qasam ta' attività tagħhom;

–  jikkonsistu f'rappreżentanza fil-kuntest ta’ proċedura ta’ konċiljazzjoni jew medjazzjoni li jkollha l-għan li tevita t-tressiq ta’ tilwima quddiem korp ġudizzjarju jew amministrattiv; jew

–  jirrigwardaw l-eżerċizzju tad-dritt fundamentali ta’ klijent għal proċess ġust , inkluż id-dritt għad-difiża fi proċedimenti amministrattivi, bħal attivitajiet imwettqa mill-avukati jew minn kwalunque professjonist ieħor involut fihom.

Jekk kumpanija u l-konsulenti tagħha jkunu involuti bħala parti f'każ jew fi proċedura speċifika ġuridika jew amministrattiva, kwalunkwe attività marbuta direttament magħhom li ma tippruvax tbiddel il-qafas legali eżistenti mhijiex koperta mir-reġistru. Dan is-subparagrafu japplika għas-setturi tan-negozju kollha fl-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-attivitajiet li ġejjin rigward l-għoti ta' konsulenza legali jew professjonali oħra huma koperti mir-reġistru sakemm ikollhom l-għan li jinfluwenzaw l-istituzzjonijiet tal-UE, il-Membri u l-assistenti tagħhom jew l-uffiċjali jew il-persunal tagħhom:

–  l-għoti ta' appoġġ, permezz ta' rappreżentanza jew medjazzjoni, jew il-forniment ta' materjal promozzjonali, inkluż argumentazzjoni u abbozzar; ; u

–  l-għoti ta' konsulenza tattika jew strateġika, inkluż li jitqajmu kwistjonijiet li l-iskop u ż-żmien ta' komunikazzjoni tagħhom ikollhom l-għan li jinfluwenzaw l-istituzzjonijiet tal-UE, il-Membri u l-assistenti jew l-uffiċjali tagħhom jew persunal ieħor.

11.  Attivitajiet tal-imsieħba soċjali bħala parteċipanti fid-djalogu soċjali (trade unions, assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem, eċċ.) mhumiex koperti mir-reġistru meta dawk il-imsieħba soċjali jwettqu r-rwol assenjat lilhom mit-Trattati. Dan il-paragrafu japplika mutatis mutandis għal kull entità li fit-Trattati hija speċifikament indikata biex tiżvolġi rwol istituzzjonali;

12.  Attivitajiet b’risposta għal talbiet diretti u individwali minn istituzzjonijiet tal-UE jew minn Membri tal-Parlament Ewropew, bħalma huma talbiet ad hoc jew regolari għal informazzjoni fattwali, data jew għarfien espert, mhumiex koperti mir-reġistru.

Dispożizzjonijiet speċifiċi

13.  Ir-reġistru ma japplikax għal knejjes u komunitajiet reliġjużi. Madankollu, l-uffiċċji rappreżentattivi jew entitajiet ġuridiċi, l-uffiċċji u n-netwerks maħluqa biex jirrappreżentaw il-knejjes u l-komunitajiet reliġjużi fir-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tagħhom, huma mistennija jirreġistraw.

14.  Ir-reġistru ma japplikax għal partiti politiċi. Madankollu, kwalunkwe organizzazzjoni maħluqa jew appoġġata minnhom li hija involuta f'attivitajiet li huma koperti mir-reġistru hija mistennija tirreġistra.

15.  Ir-reġistru ma japplikax għas-servizzi governattivi tal-Istati Membri, għall-gvernijiet ta' pajjiżi terzi, għall-organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali u l-missjonijiet diplomatiċi tagħhom.

16.  L-awtoritajiet pubbliċi reġjonali u l-uffiċċji rappreżentattivi tagħhom mhumiex mistennija jirreġistraw, iżda jistgħu jirreġistraw jekk ikun jixtiequ. Kwalunkwe assoċjazzjoni jew netwerk maħluqa biex tirrappreżenta r-reġjuni b’mod kollettiv hi mistennija tirreġistra.

17.  L-awtoritajiet pubbliċi subnazzjonali kollha minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 16, bħal awtoritajiet lokali u muniċipali jew bliet jew l-uffiċċji ta' rappreżentanza tagħhom, l-assoċjazzjonijiet jew in-netwerks tagħhom, huma mistennija jirreġistraw.

18.  Netwerks, pjattaformi jew forom oħrajn ta’ attività kollettiva mingħajr status legali jew personalità ġuridika imma li de facto huma għajn ta’ influwenza organizzata u li huma impenjati f’attivitajiet li huma koperti mir-reġistru, huma mistennija jirreġistraw. Il-membri ta' taliforom ta' attività kollettiva għandhom jaħtru rappreżentant biex jaġixxi bħala l-persuna ta' kuntatt tagħhom responsabbli mir-relazzjonijiet mas-"Segretarjat Konġunt tar-Reġistru tat-Trasparenza" (JTRS).

19.  L-attivitajiet li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-eliġibbiltà għar-reġistrazzjoni huma dawk immirati (direttament jew indirettament) lejn l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi kollha tal-UE, kif ukoll lejn il-membri u l-assistenti, l-uffiċjali u persunal ieħor tagħhom. Tali attivitajiet ma jinkludux l-attivitajiet diretti lejn l-Istati Membri, b’mod partikolari dawk diretti lejn ir-rappreżentanzi permanenti tagħhom għall-Unjoni Ewropea.

20.  In-netwerks, federazzjonijiet, assoċjazzjonijiet jew pjattaformi Ewropej huma mħeġġin jipproduċu linji gwida komuni u trasparenti biex il-membri tagħhom jidentifikaw l-attivitajiet li huma koperti mir-reġistru. Huma mistennija jagħmlu dawk il-linji gwida pubbliċi.

IV.  Regoli applikabbli għar-reġistranti

20140415-P7_TA(2014)0376_MT-p0000001.png

21.  Meta jirreġistraw, l-organizzazzjonijiet u l-individwi kkonċernati:

—  jaqblu li l-informazzjoni li huma jipprovdu biex tkun inkluża fir-reġistru għandha tkun fid-dominju pubbliku;

—  jaqblu li jaġixxu f’konformita' mal-kodiċi ta’ kondotta stipulat fl-Anness 3 u, fejn rilevanti, li jipprovdu t-test ta' kwalunkwe kodiċi ta' kondotta professjonali li jkunu marbutin bih(8);

—  jiggarantixxu li l-informazzjoni mogħtija biex tiġi inkluża fir-reġistru tkun korretta u jaqblu li jikkooperaw mat-talbiet amministrattivi għal informazzjoni kumplementari u aġġornamenti;

—  jaċċettaw li kull twissija jew ilment li jikkonċernawhom jiġu ttrattati abbażi tar-regoli tal-kodiċi ta’ kondotta stipulat fl-Anness 3;

—  jaqblu li jkunu soġġetti għal kwalunkwe miżura applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta' konformita' mal-kodiċi ta' kondotta stipulat fl-Anness 3 u jirrikonoxxu li l-miżuri previsti fl-Anness 4 jistgħu jiġu applikati lilhom f'każ ta' nuqqas ta' konformita' mal-kodiċi;

—  jinnotaw li l-partijiet jistgħu, fuq talba, u soġġett għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9), jiżvelaw il-korrispondenza u dokumenti oħrajn li jikkonċernaw l-attivitajiet tar-reġistranti.

V.  Implimentazzjoni

22.  Is-Segretarji Ġenerali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea għandhom ikunu responsabbli għas-superviżjoni tas-sistema u għall-aspetti operattivi kollha ewlenin, u għandhom bi qbil komuni jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġi implimentat dan il-ftehim.

23.  Għalkemm is-sistema tiġi operata b’mod konġunt, il-partijiet jibqgħu ħielsa li jużaw ir-reġistru b’mod indipendenti għall-finijiet speċifiċi proprji tagħhom.

24.  Sabiex jimplimentaw is-sistema, is-servizzi tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea jżommu struttura operattiva konġunta magħrufa bħala JTRS. Il-JTRS hu magħmul minn grupp ta’ uffiċjali mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni Ewropea skont arranġament miftiehem mis-servizzi kompetenti. Il-JTRS jopera taħtil-koordinazzjoni ta’ Kap ta’ Unità fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-kompiti tal-JTRS jinkludu t-tfassil ta’ linji gwida dwar l-implimentazzjoni, fi ħdan il-limiti ta' dan il-ftehim, biex tiġi ffaċilitata interpretazzjoni konsistenti tar-regoli mir-reġistranti kif ukoll biex isir monitoraġġ tal-kwalità tal-kontenut tar-reġistru. Il-JTRS għandu juża r-riżorsi amministrattivi disponibbli biex iwettaq verifiki tal-kwalità tal-kontenut tar-reġistru, bil-fehim, madankollu, li r-reġistranti huma fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-informazzjoni li jkunu pprovdew.

25.  Il-partijiet għandhom jorganizzaw taħriġ u proġetti ta’ komunikazzjoni interna xierqa biex titqajjem kuxjenza dwar ir-reġistru u l-proċeduri ta’ twissija u ta' lment fost il-Membri u l-persunal tagħhom.

26.  Il-partijiet għandhom jieħdu miżuri xierqa biex esternament titqajjem kuxjenza dwar ir-reġistru u jiġi promoss l-użu tiegħu.

27.  Fuq il-websajt tar-Reġistru ta' Trasparenza Europa għandha tiġi ppubblikata b'mod regolari sensiela ta' statistika bażika meħuda mill-bażi ta' data tar-reġistru, u għandha tkun aċċessibbli permezz ta' għodda għat-tiftix li hija faċli biex tintuża mill-utent. Il-kontenut pubbliku ta’ dik il-bażi ta' data għandu jkun disponibbli f’formati elettroniċi li jinqraw b'mod elettroniku.

28.  Is-Segretarjati Ġenerali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jippreżentaw rapport annwali dwar il-ħidma tar-reġistru rispettivament lill-Viċi President rilevanti tal-Parlament Ewropew u lill-Viċi President rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea. Ir-rapport annwali għandu jipprovdi informazzjoni fattwali dwar ir-reġistru, il-kontenut u l-evoluzzjoni tiegħu u għandu jiġi ppubblikat kull sena għas-sena kalendarja preċedenti.

VI.  Miżuri applikabbli għal reġistranti li jkunu konformi

29.  Il-permessi ta' aċċess għall-bini tal-Parlament jinħarġu biss lil individwi li jirrappreżentaw, jew li jaħdmu għal, organizzazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru, sakemm dawk l-organizzazzjonijiet jew individwi jkunu rreġistraw. Madankollu, ir-reġistrazzjoni ma tagħtix dritt awtomatiku għal tali permess ta’ aċċess. Il-ħruġ u l-kontroll ta' permessi li jippermettu aċċess għal perjodu fit-tul għall-bini tal-Parlament Ewropew għandhom jibqgħu proċedura interna tal-Parlament taħt ir-responsabilità tiegħu stess.

20140415-P7_TA(2014)0376_MT-p0000002.png

30.  Il-partijiet għandhom joffru inċentivi, fil-qafas tal-awtorità amministrattiva tagħhom, sabiex iħeġġu biex issir ir-reġistrazzjoni fi ħdan il-qafas maħluq minn dan il-ftehim.

L-inċentivi offruti mill-Parlament Ewropew lir-reġistranti jistgħu jinkludu:

—  aċċess aktar aġevolat għall-bini tal-Parlament Ewropew, għall-Membri tiegħu u għall-assistenti tagħhom, għall-uffiċjali u persunal ieħor tiegħu;

—  awtorizzazzjoni biex jiġu organizzati jew ospitati b'mod konġunt avvenimenti fil-bini tiegħu;

—  trażmissjoni faċilitatata ta’ informazzjoni, inklużi listi ta’ indirizzi speċifiċi;

—  parteċipazzjoni bħala kelliema fis-seduti tal-kumitat;

—  il-patroċinju tal-Parlament Ewropew.

L-inċentivi offruti mill-Kummissjoni Ewropea lir-reġistranti jistgħu jinkludu:

—  miżuri rigward it-trażmissjoni ta’ informazzjoni lir-reġistranti meta jitniedu konsultazzjonijiet pubbliċi;

—  miżuri rigward gruppi esperti u korpi konsultattivi oħra;

—  listi tal-indirizzi speċifiċi;

—  il-patroċinju tal-Kummissjoni Ewropea.

L-inċentivi speċifiċi disponibbli għar-reġistranti għandhom jiġu kkomunikati lilhom mill-partijiet.

VII.  Miżuri f’każ ta’ nuqqas ta' konformita' mal-kodiċi ta’ kondotta

31.  Kwalunkwe persuna tista' tressaq twissijiet u ilmenti, bl-użu tal-formola ta' kuntatt standard disponibbli fuq il-websajt tar-reġistru, rigward il-possibilità ta' nuqqas ta' konformita' mal-kodiċi ta' kondotta stipulat fl-Anness 3. It-twissijiet u l-ilmenti għandhom jiġu mmaniġġjati skont il-proċeduri stipulati fl-Anness 4.

32.  Mekkaniżmu ta' twissija huwa għodda li tikkomplementa l-verifiki tal-kwalità mwettqa mill-JTRS skont il-paragrafu 24. Kwalunkwe persuna tista’ tressaq twissija rigward żbalji fattwali li jikkonċernaw l-informazzjoni pprovduta mir-reġistranti. It-twissijiet jistgħu jitressqu wkoll rigward reġistrazzjonijiet mhux eliġibbli.

33.  Kwalunkwe persuna tista' tressaq ilment formali fejn ikun hemm suspett ta' nuqqas ta' konformita' mal-kodiċi ta' kondotta mir-reġistrant, minbarra żbalji fattwali. L-ilmenti għandhom jiġu ssostanzjati minn fatti materjali fir-rigward tas-suspett ta' nuqqas ta' konformita' mal-kodiċi.

Il-JTRS għandu jinvestiga dwar is-suspett ta' nuqqas ta' konformita' filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-prinċipji tal-proporzjonalità u l-amministrazzjoni tajba. In-nuqqas ta' konformita' intenzjonali mal-kodiċi ta' kondotta mir-reġistranti jew mir-rappreżentanti tagħhom għandha twassal biex jiġu applikati l-miżuri stipulati fl-Anness 4.

34.  Fejn nuqqas ta' kooperazzjoni ripetuta, imġiba inadegwata ripetuta jew nuqqas ta' konformita' serja mal-kodiċi ta' kondotta jkunu ġew identifikati mill-JTRS taħt il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 31 sa 33, ir-reġistrant ikkonċernat għandu jitneħħa mir-reġistru għal perjodu ta' żmien ta' sena jew sentejn u l-miżura tissemma pubblikament fir-reġistru, kif stipulat fl-Anness 4.

VIII.  Involviment ta’ istituzzjonijiet u korpi oħrajn

35.  Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill huma mistednin jissieħbu f’dan ir-reġistru. Istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħrajn tal-UE huma mħeġġa sabiex huma wkoll jużaw il-qafas maħluq minn dan il-ftehim bħala strument ta' riferenza għall-interazzjonijiet tagħhom mal-organizzazzjonijiet u ma' individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE.

IX.  Dispożizzjonijiet finali

36.  Dan il-ftehim għandu jissostitwixxi l-ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea tat-23 ta' Ġunju 2011 li l-effetti tiegħu ma jibqgħux japplikaw wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan il-ftehim.

37.  Ir-reġistru għandu jiġi eżaminat mill-ġdid fl-2017.

38.  Dan il-ftehim għandujidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika minn ....(10) jew mill-1 ta' Jannar 2015 skont liema data tiġi l-ewwel.

Entitajiet li jkunu diġà rreġistrati fid-data ta' applikazzjoni ta' dan il-ftehim għandhom jemendaw ir-reġistrazzjoni tagħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw minn dan il-ftehim fi żmien tliet xhur minn dik id-data.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kummissjoni Ewropea

Il-President Il-Viċi President

Anness 1

"Ir-Reġistru tat-Trasparenza"

Organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE

Taqsimiet

Karatteristiċi /rimarki

I – Konsulenzi professjonali / ditti legali / konsulenti indipendenti

Subtaqsima

Konsulenzi professjonali

Ditti li jwettqu, f'isem il-klijenti, attivitajiet li jinvolvu appoġġ, lobbying, promozzjoni, interessi pubbliċi u relazzjonijiet ma’ awtoritajiet pubbliċi.

Subtaqsima

Ditti legali

Ditti legali li jwettqu, f'isem il-klijenti, attivitajiet li jinvolvu appoġġ, lobbying, promozzjoni, interessi pubbliċi u relazzjonijiet ma’ awtoritajiet pubbliċi.

Subtaqsima

Konsulenti li jaħdmu għal rashom

Konsulenti li jaħdmu għal rashom li jwettqu, f'isem il-klijenti, attivitajiet li jinvolvu appoġġ, lobbying, promozzjoni, interessi pubbliċi u relazzjonijiet ma’ awtoritajiet pubbliċi. Din is-subtaqsima hija għar-reġistrazzjoni tal-entitajiet li jinvolvu biss persuna waħda.

II – Lobbyists interni u assoċjazzjonijiet tal-kummerċ / tan-negozju / professjonali

Subtaqsima

Kumpaniji u gruppi

Kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji (bi status ġuridiku jew mingħajru) li jwettqu internament, f’isimhom stess, attivitajiet li jinvolvu appoġġ, lobbying, promozzjoni, interessi pubbliċi u relazzjonijiet ma’ awtoritajiet pubbliċi.

Subtaqsima

Assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u tan-negozju

Organizzazzjonijiet (bi skop jew mingħajr skop ta’ profitt) li jirrappreżentaw kumpaniji li jagħmlu profitt jew gruppi u pjattaformi mħalltin.

Subtaqsima

Trade unions u assoċjazzjonijiet professjonali

Rappreżentanza ta’ gruppi ta' interess ta’ ħaddiema, impjegati, negozji jew professjonijiet.

Subtaqsima

Organizzazzjonijiet oħrajn inklużi:

—  entitajiet li jorganizzaw avvenimenti (li jagħmlu jew ma jagħmlux profitt);

—  midja relatata mal-interessi jew entitajiet orjentati lejn ir-riċerka marbuta ma' interessi privati li jagħmlu profitt;

—  koalizzjonijiet ad hoc u strutturi temporanji (bi sħubija għall-profitt).

III - Organizzazzjonijiet mhux governattivi

Subtaqsima

Organizzazzjonijiet mhux governattivi, pjattaformi, netwerks, koalizzjonijiet ad hoc, strutturi temporanji u organizzazzjonijiet oħrajn simili.

Organizzazzjoni mingħajr skop ta’ profitt (bi status ġuridiku jew mingħajru), li huma indipendenti minn awtoritajiet pubbliċijew organizzazzjonijiet kummerċjali. Inklużi l-fondazzjonijiet, l-entijiet tal-karità, eċċ.

Kwalunkwe tip ta' entità li tinkludi elementi bi skop ta’ profitt fis-sħubija tagħha għandha tirreġistra fit-Taqsima II.

IV – Think tanks, istituzzjonijiet ta’ riċerka u akkademiċi

Subtaqsima

Think tanks u istituzzjonijiet ta’ riċerka

Think tanks u istituzzjonijiet ta’ riċerka speċjalizzati li huma involuti fl-attivitajiet u l-politiki tal-Unjoni Ewropea.

Subtaqsima

Istituzzjonijiet akkademiċi

Istituzzjonijiet li l-iskop primarju tagħhom huwa l-edukazzjoni imma li huma involuti fl-attivitajiet u l-politiki tal-Unjoni Ewropea

V – Organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw knejjes u komunitajiet reliġjużi

Subtaqsima

Organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw knejjes u komunitajiet reliġjużi

Entitajiet ġuridiċi, uffiċċji, netwerks jew assoċjazzjonijiet imwaqqfin għal attivitajiet ta’ rappreżentanza.

VI - Organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw awtoritajiet lokali, reġjonali u muniċipali, entitajiet pubbliċi jew imħalltin oħrajn, eċċ.

Subtaqsima

Strutturi reġjonali

Ir-reġjuni infushom u l-uffiċċji rappreżentattivi tagħhom mhumiex mistennija jirreġistraw, iżda jistgħu jirreġistraw jekk ikunu jixtiequ. Assoċjazzjonijiet jew netwerks nazzjonali maħluqa biex jirrappreżentaw ir-reġjuni b’mod kollettiv huma mistennija jirreġistraw.

Subtaqsima

Awtoritajiet pubbliċi subnazzjonali oħrajn

L-awtoritajiet pubbliċi subnazzjonali oħrajn kollha, bħal bliet, awtoritajiet lokali u muniċipali, jew l-uffiċċji ta' rappreżentanza tagħhom, u l-assoċjazzjonijiet jew in-netwerks nazzjonali, huma mistennija jirreġistraw.

Subtaqsima

Assoċjazzjonijiet transnazzjonali u netwerks ta' awtoritajiet pubbliċi reġjonali jew subnazzjonali oħrajn

Subtaqsima

Entitajiet pubbliċi jew imħalltin oħrajn, maħluqa mil-liġi li l-għan tagħhom huwa li jaġixxu fl-interess pubbliku

Inklużi organizzazzjonijiet oħrajn bi status pubbliku jew imħallat (pubbliċi/privati).

Anness 2

Informazzjoni li għandha tingħata mir-reġistranti

I.  INFORMAZZJONI ĠENERALI U BAŻIKA

a)  l-isem jew l-ismijiet tal-organizzazzjoni, l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali u l-indirizz ta’ Brussell, il-Lussemburgu jew Strasburgu meta rilevanti, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-posta elettronika, il-websajt tal-organizzazzjoni;

b)  id-dettalji tal-persuna legalment responsabbli mill-organizzazzjoni u l-isem tad-direttur jew soċju responsabbli għall-ġestjoni tal-organizzazzjoni jew, jekk applikabbli, il-punt ta' kuntatt prinċipali tal-organizzazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet koperti mir-reġistru (jiġifieri l-kap tal-affarijiet tal-UE); l-ismijiet tal-persuni b’awtorizzazzjoni ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew(11);

c)  l-għadd ta' persuni (membri, persunal, eċċ.) involuti fl-attivitajiet koperti mir-reġistru u ta' persuni li jibbenefikaw minn permess ta' aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew u l-ammont ta' ħin li tqatta' kull persuna f' dawk l-attivitajiet skont il-perċentwali li ġejjin ta' attività full-time: 25 %, 50 %, 75 % jew 100 %;

d)  l-objettivi/il-mandat – l-oqsma ta’ interess – l-attivitajiet – il-pajjiżi fejn issir il-ħidma – l-affiljazzjonijiet ma' netwerks – it-tagħrif ġenerali li jaqa' fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru;

e)  is-sħubija u, jekk applikabbli, l-għadd ta’ membri (individwi u organizzazzjonijiet).

II.  INFORMAZZJONI SPEĊIFIKA

A.  ATTIVITAJIET KOPERTI MIR-REĠISTRU

Għandhom jiġu pprovduti dettalji speċifiċi dwar il-proposti leġiżlattivi jew il-politiki ewlenin li jkunu fil-mira tal-attivitajiet tar-reġistrant, u li huma koperti mir-reġistru. Tista' ssir referenza għal attivitajiet speċifiċi oħrajn, bħal avvenimenti jew pubblikazzjonijiet.

B.  KONNESSJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET TAL-UE

a)  Sħubija fi gruppi ta' livell għoli, kumitati konsultattivi, gruppi ta' esperti, strutturi u pjattaformi oħrajn appoġġjati mill-UE, eċċ.

b)  Sħubija jew parteċipazzjoni f’intergruppi tal-Parlament Ewropew jew f'fora tal-industrija, eċċ.

C.  INFORMAZZJONI FINANZJARJA RELATATA MAL-ATTIVITAJIET KOPERTI MIR-REĠISTRU

1.  Ir-reġistranti kollha għandhom jipprovdu:

a)  Stima tal-ispejjeż annwali marbuta mal-attivitajiet koperti mir-reġistru. Iċ-ċifri finanzjarji għandhom ikopru sena sħiħa ta’ ħidma u jirreferu għall-aħħar sena finanzjarja magħluqa, mid-data tar-reġistrazzjoni jew tal-aġġornament annwali tar-reġistrazzjoni.

b)  L-ammont u s-sors ta’ finanzjament riċevut mill-istituzzjonijiet tal-UE fl-iktarsena finanzjarja riċenti magħluqa, mid-data tar-reġistrazzjoni jew tal-aġġornament annwali tad-dettalji ta' reġistrazzjoni. Dik l-informazzjoni għandha tikkorrispondi mal-informazzjoni pprovduta mis-Sistema ta' Trasparenza Finanzjarja Ewropea(12).

2.  Konsulenzi professjonali/ditti legali/konsulenti li jaħdmu għal rashom (Taqsima I tal-Anness 1) għandhom addizzjonalmentjipprovdu:

a)  Il-fatturat attribwit għall-attivitajiet koperti mir-reġistru skont it-tabella li ġejja:

Il-fatturat annwali għall-attivitajiet ta’ rappreżentanza f’euro

0 – 99 999

100 000– 499 999

500 000 – 1 000 000

> 1 000 000

b)  Lista tal-klijenti kollha, li f'isimhom twettqu l-attivitajiet koperti mir-reġistru. Id-dħul mill-klijenti għal attivitajiet ta' rappreżentanza għandhom jitniżżlu skont it-tabella li ġejja:

Id-daqs tal-kategorija ta' attivitajiet ta' rappreżentanza għal kull klijent fis-sena f'euro

0 – 9 999

10 000 – 24 999

25 000 – 49 999

50 000 – 99 999

100 000 – 199 999

200 000 – 299 999

300 000 – 399 999

400 000 – 499 999

500 000 – 599 999

600 000 – 699 999

700 000 – 799 999

800 000 – 899 999

900 000 – 1 000 000

> 1 000 000

c)  Il-klijenti huma wkoll mistennija jirreġistraw. Id-dikjarazzjoni finanzjarja magħmula minn ditti ta' konsulenza professjonali / ditti legali / konsulenti li jaħdmu għal rashom dwar klijenti tagħhom (lista u tabella) ma teżentax lil dawk il-klijenti mill-obbligu tagħhom li jinkludu dawk l-attivitajiet kuntrattwali fid-dikjarazzjonijiet tagħhom stess, sabiex jevitaw sottovalutazzjoni tan-nefqa finanzjarja ddikjarata tagħhom.

3.  Lobbyists interni u assoċjazzjonijiet tan-negozju / tal-kummerċ / professjonali (Taqsima II tal-Anness 1) għandhom addizzjonalmentjipprovdu:

il-fatturat attribwibbli għall-attivitajiet koperti mir-reġistru, inkluż għal ammonti inqas minn EUR 10 000.

4.  Organizzazzjonijiet mhux governattivi, think tanks, istituzzjonijiet ta' riċerka u akkademiċi - organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw knejjes u komunitajiet reliġjużi - organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw awtoritajiet lokali, reġjonali u muniċipali, entitajiet pubbliċi jew imħalltin oħrajn, eċċ (Taqsimiet III sa VI tal-Anness 1) għandhom addizzjonalmentjipprovdu:

a)  il-baġit totali tal-organizzazzjoni

b)  rendikont dettaljat tal-ammonti u tas-sorsi ewlenin ta’ finanzjament.

Anness 3

Kodiċi ta’ kondotta

Il-partijiet jikkunsidraw li r-rappreżentanti kollha ta' gruppi ta' interess li jinteraġġixxu magħhom, kemm f'okkażjoni waħda jew b'mod aktar frekwenti, irreġistrati jew mhumiex, għandhom jaġixxu f'konformita' ma' dan il-kodiċi ta' kondotta.

Fir-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE u mal-Membri, mal-uffiċjali u persunal ieħor tagħhom, ir-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess:

(a)  għandhom dejjem jidentifikaw ruħhom bl-isem u bin-numru ta' reġistrazzjoni, jekk applikabbli, u bl-isem tal-entità jew entitajiet li jaħdmu għalihom jew li jkunu qed jirrappreżentaw; jiddikjaraw l-interessi, l-objettivi jew l-għanijiet li jippromwovu u, fejn applikabbli, jispeċifikaw il-klijenti jew il-membri li jirrappreżentaw;

(b)  m'għandhomx jiksbu jew jipprovaw jiksbu informazzjoni jew deċiżjonijiet b’mod diżonest jew bl-użu ta’ pressjoni indebita jew imġiba mhux xierqa;

(c)  m'għandhomx jippretendu li għandhom relazzjoni formali mal-Unjoni Ewropea jew ma’ xi waħda mill-istituzzjonijiet tagħha fit-tranżazzjonijiet tagħhom ma’ terzi, jew jirrappreżentaw b'mod qarrieqi l-effett tar-reġistrazzjoni b'mod li jiżgwida lill-partijiet terzi jew lill-uffiċjali jew persunal ieħor tal-Unjoni Ewropea, jew jużaw il-logos tal-istituzzjonijiet tal-UE mingħajr awtorizzazzjoni espressa;

(d)  għandhom jiżguraw li, sa fejn jafu huma, it-tagħrif li jagħtu meta jirreġistraw u sussegwentement fil-qafas tal-attivitajiet tagħhom koperti mir-reġistru, ikun komplet, aġġornat u ma jiżgwidax; jaċċettaw li t-tagħrif kollu provdut ikun soġġett għal eżami mill-ġdid u jaqblu li jikkooperaw mat-talbiet amministrattivi għal informazzjoni u aġġornamenti kumplementari;

(e)  m'għandhomx ibiegħu lil terzi kopji ta’ dokumenti miksuba minn istituzzjonijiet tal-UE;

(f)  b’mod ġenerali għandhom jirrispettaw u jevitaw kwalunkwe xkiel għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli, il-kodiċijiet u l-prattiki ta’ governanza tajba kollha stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-UE;

(g)  m'għandhomx iwasslu biex Membri tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, uffiċjali jew persunal ieħor tal-Unjoni Ewropea, jew assistenti jew apprendisti ta’ dawk il-Membri, jiksru r-regoli jew l-istandards ta’ kondotta applikabbli għalihom;

(h)  għandhom, jekk jimpjegaw persuni li qabel kienu uffiċjali jew persunal ieħor tal-Unjoni Ewropea jew assistenti jew apprendisti tal-Membri tal-istituzzjonijiet tal-UE, jirrispettaw l-obbligu ta' dawk il-persuni li jirrispettaw ir-regoli u r-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità applikabbli għalihom;

(i)  għandhom jiksbu l-kunsens minn qabel tal-Membru jew tal-Membri tal-Parlament Ewropew ikkonċernat rigward kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali ma', jew impjieg ta', kwalunkwe individwu fi ħdan l-entourage maħtur ta’ Membru;

(j)  għandhom josservaw kwalunkwe regola dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta' Membri preċedenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea;

(k)  għandhom jinfurmaw lil kulmin jirrappreżentaw dwar l-obbligi tagħhom lejn l-istituzzjonijiet tal-UE.

L-individwi li jkunu rreġistraw mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb li jinħarġilhom permess personali u mhux trasferibbli li jagħti aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew għandhom:

(l)  jiżguraw li jġorru fuqhom b’mod viżibbli l-permess ta’ aċċess f’kull ħin fil-bini tal-Parlament Ewropew;

(m)  josservaw strettament ir-Regoli ta’ Proċedura relevanti tal-Parlament Ewropew ;

(n)  jaċċettaw li kwalunkwe deċiżjoni dwar talba għal aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew tkun il-prerogativa esklużiva tal-Parlament u li r-reġistrazzjoni ma tagħtix dritt awtomatiku għal permess ta' aċċess.

Anness 4

Proċedura għat-twissijiet u għall-investigazzjoni u t-trattament tal-ilmenti

I.  TWISSIJIET

Kwalunkwe persuna tista’ tressaq twissija quddiem il-JTRS, billi timla l-formola ta’ kuntatt standard disponibbli fuq il-websajt tar-reġistru, fir-rigward ta’ tagħrif inkluż fir-reġistru u reġistrazzjonijiet mhux eliġibbli.

Fejn isiru twissijiet dwar it-tagħrif li jinsab fir-reġistru, dawn jiġu ttrattati bħala allegazzjonijiet ta’ nuqqas ta' konformita' mal-punt (d) tal-kodiċi ta’ kondotta stabbilit fl-Anness 3(13). Ir-reġistrant ikkonċernat jintalab jaġġorna l-informazzjoni jew jispjega lill-JTRS ir-raġuni li minħabba fiha l-informazzjoni ma għandhiex bżonn tiġi aġġornata. Meta r-reġistrant ikkonċernat ma jikkooperax, jistgħu jiġu applikati l-miżuri mniżżla fit-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt (ringieli 2 sa 4).

II.  ILMENTI

Stadju 1: Il-preżentazzjoni ta’ lment

1.  Kwalunkwe persuna tista’ tippreżenta lment lill-JTRS billi timla formola standard disponibbli fuq il-websajt tar-reġistru. Dik il-formola għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)  ir-reġistrant li hu s-suġġett tal-ilment;

(b)  l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ta' min jagħmel l-ilment;

(c)  id-dettalji tan-nuqqas ta' konformita' allegata mal-kodiċi ta' kondotta, inkluż dokumenti possibbli jew materjal ieħor li jappoġġa l-ilment, indikazzjoni dwar jekk kenitx ikkawżata xi ħsara lil min jagħmel l-ilment u r-raġunijiet li jwasslu biex ikun hemm suspett ta' nuqqas ta' konformita' intenzjonata.

L-ilmenti anonimi m'għandhomx jiġu kkunsidrati.

2.  L-ilment għandu jispeċifika l-klawsoli tal-kodiċi ta’ kondotta li fir-rigward tagħhom min jagħmel l-ilment jallega li kien hemm nuqqas ta' konformita'. Kull ilment, fejn, mill-bidu nett, il-JTRS tqis b'mod ċar li jkun każ ta' nuqqas ta' konformita' mhux intenzjonata, jista' jiġi meqjus mill-ġdid bħala "twissija" mill-JTRS.

3.  Il-Kodiċi ta' kondotta japplika b’mod esklużiv għar-relazzjonijiet bejn ir-rappreżentanti ta’ gruppi ta' interess u l-istituzzjonijiet tal-UE u ma jistax jintuża biex jirregola relazzjonijiet bejn partijiet terzi jew bejn reġistranti.

Stadju 2: Ammissibiltà

4.  Mal-wasla tal-ilment il-JTRS għandu:

(a)  jagħti konferma li rċieva l-ilment lil min jagħmel l-ilment fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol;

(b)  jiddetermina jekk l-ilment jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġistru, kif deskritt fil-kodiċi ta’ kondotta stabbilit fl-Anness 3 u fl-istadju 1 imsemmi hawn fuq;

(c)  jivverifika kwalunkwe prova mressqa bħala appoġġ tal-ilment, sew jekk din tieħu l-forma ta’ dokumenti, materjal ieħor jew dikjarazzjonijiet personali; fil-prinċipju, kwalunkwe prova konkreta għandha tittieħed mir-reġistrant ikkonċernat, minn dokument maħruġ minn parti terza jew minn sorsi disponibbli għall-pubbliku. Sempliċi valutazzjonijiet ta' ġudizzju ippreżentati minn min jagħmel l-ilment m'għandhomx jitqiesu bħala prova;

(d)  abbażi tal-analiżi msemmija fil-punti (b) u (c), jiddeċiedi dwar l-ammissibilità tal-ilment.

5.  Jekk l-ilment jitqies inammissibli, il-JTRS għandu jgħarraf bil-miktub lil min ikun għamel l-ilment, filwaqt li jiddikjara r-raġunijiet għad-deċiżjoni.

6.   Jekk l-ilment jitqies ammissibbli, kemm min jagħmel l-ilment kif ukoll ir-reġistrant ikkonċernat għandhomjiġu infurmati mill-JTRS dwar id-deċiżjoni u l-proċedura li għandha tiġi segwita, kif stabbilit hawn taħt.

Stadju 3: L-immaniġġjar ta’ lment ammissibbli - eżaminar u miżuri proviżorji

7.  Ir-reġistrant ikkonċernat għandu jiġi notifikat mill-JTRS dwar il-kontenut tal-ilment u tal-klawsola jew klawsoli li allegatament inkisru u fl-istess ħin għandujiġi mistieden jippreżenta pożizzjoni b'risposta għal dak l-ilment fi żmien 20 jum tax-xogħol. Bħala appoġġ għal dik il-pożizzjoni, u fl-istess skadenza, ir-reġistrant jista’ jippreżenta ukoll memorandum magħmul minn organizzazzjoni professjonali rappreżentattiva, b’mod partikolari għall-professjonijiet jew l-organizzazzjonijiet regolati soġġetti għal kodiċi ta’ kondotta professjonali.

8.  In-nuqqas ta' konformita' mal-iskadenza indikata fil-paragrafu 7 għandhatwassal għal sospensjoni temporanja tar-reġistrant ikkonċernat mir-reġistru sakemm jerġa' jkun hemm kooperazzjoni.

9.  L-informazzjoni kollha miġbura waqt l-investigazzjoni għandha tiġi eżaminata mill-JTRS, li jista’ jiddeċiedi li jisma’ lir-reġistrant ikkonċernat jew lil min ikun għamel l-ilment, jew lit-tnejn li huma.

10.  Jekk wara li jiġi eżaminat il-materjal ipprovdut jidher li l-ilment ikun infondat, il-JTRS għandujinforma kemm lir-reġistrant kif ukoll lil min ikun għamel l-ilment bid-deċiżjoni dwar dan, u jiddikjara r-raġunijiet għad-deċiżjoni.

11.  Jekk l-ilment jintlaqa', ir-reġistrant ikkonċernat jiġi sospiż b’mod temporanju mir-reġistru sakemm jittieħdu l-passi biex tiġi indirizzata l-problema (ara l-Istadju 4 hawn taħt) u jista’ jkun soġġett għal għadd ta’ miżuri addizzjonali inkluż it-tneħħija mir-reġistru u l-irtirar, fejn applikabbli, ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew skont il-proċeduri interni ta' dik l-istituzzjoni (ara l-Istadju 5 u r-ringieli 2-4 fit-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt), prinċipalment f’każijiet ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni.

Stadju 4: L-immaniġġjar ta’ lment ammissibbli - risoluzzjoni

12.  Meta ilment jiġi milqugħ u jiġu identifikati kwistjonijiet problematiċi, il-JTRS jieħu l-passi kollha meħtieġa f'kooperazzjoni mar-reġistrant ikkonċernat biex tiġi indirizzata l-kwistjoni u tinstab risoluzzjoni.

13.  Jekk ir-reġistrant ikkonċernat jikkoopera il-JTRS għandu jiġi alloka perjodu raġjonevoli ta’ żmien, fuq il-bażi ta’ każ b’każ, biex tinsab risoluzzjoni.

14.  Fejn tiġi identifikata risoluzzjoni possibbli għall-kwistjoni, u r-reġistrant ikkonċernat jikkoopera biex tiġi applikata dik ir-risoluzzjoni, terġa' tiġi riattivata r-reġistrazzjoni ta' dak ir-reġistrant u l-ilment jingħalaq. Il-JTRS għandu jinforma kemm lir-reġistrant ikkonċernat kif ukoll lil min ikun għamel l-ilment bid-deċiżjoni kkonċernata, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.

15.  Fejn tiġi identifikata risoluzzjoni possibbli għall-kwistjoni, u r-reġistrant ikkonċernat ma jikkooperax biex dik ir-risoluzzjoni tingħata effett, ir-reġistrazzjoni tar-reġistrant ikkonċernat għandha titħassar (ara r-ringieli 2 u 3 tat-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt). Il-JTRS għandu jinforma kemm lir-reġistrant ikkonċernat kif ukoll lil min jagħmel l-ilment bid-deċiżjoni kkonċernata, filwaqt li jagħti r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.

16.  Fejn il-possibilità ta' risoluzzjoni tal-kwistjoni titlob deċiżjoni minn parti terza, inkluża awtorità fi Stat Membru, id-deċiżjoni finali tal-JTRS għandhatkun sospiża sakemm tittieħed dik id-deċiżjoni.

17.  Jekk ir-reġistrant ma jikkooperax fi żmien 40 jum tax-xogħol min-notifika tal-ilment skont il-paragrafu 7, għandhom japplikaw il-miżuri ta' nuqqas ta' konformita' (ara l-paragrafi 19 sa 22 tal-Istadju 5 u r-ringieli 2 sa 4 tat-tabella tal-miżuri li tinsab iktar 'l isfel).

Stadju 5: L-immaniġġjar ta’ lment ammissibbli – il-miżuri li għandhom jiġu applikati fl-eventwalità ta’ nuqqas ta' konformita' mal-Kodiċi ta’ Kondotta

18.  Fejn ir-reġistrant ikkonċernat iwettaq korrezzjonijiet immedjati, kemm min jagħmel l-ilment kif ukoll ir-reġistrant ikkonċernat jirċievu konferma bil-miktub tal-fatti u l-korrezzjonijiet tagħhom mill-JTRS (ara r-ringiela 1 tat-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt).

19.  Jekk ir-reġistrant ikkonċernat ma jiħux azzjoni fl-iskadenza ta' 40 jum stabbiliti fil-paragrafu 17, għandu jitneħħa mir-reġistru (ara r-ringiela 2 tat-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt) u jitlef l-aċċess għal kwalunkwe inċentiv marbut mar-reġistrazzjoni.

20.  Fejn tiġi identifikata imġiba mhux xierqa, ir-reġistrant ikkonċernat għandu jitneħħa mir-reġistru (ara r-ringiela 3 tat-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt) u jitlef kwalunkwe inċentiv marbut mar-reġistrazzjoni.

21.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 19 u 20, ir-reġistrant ikkonċernat jista' jerġa' jirreġistra, jekk ikun instab rimedju għar-raġunijiet li jkunu wasslu biex jitneħħa.

22.  Fejn jidher li jkun hemm nuqqas ta’ kooperazzjoni jew imġiba mhux xierqa b’mod repetut u deliberat, jew fejn tiġi identifikata nuqqas ta' konformita' serja (ara r-ringiela 4 tat-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt), il-JTRS għandu jadottata deċiżjoni li tipprojbixxi reġistrazzjoni mill-ġdid għal perjodu ta' sena jew sentejn (skont il-gravità tal-każ).

23.  Il-JTRS għandu jinnotika lir-reġistrant ikkonċernat u lil min jagħmel l-ilment bi kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafi 18 sa 22 jew ir-ringieli 1 sa 4 fit-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt.

24.  Fil-każijiet fejn miżura adottata mill-JTRS tirriżulta fit-tneħħija mir-reġistru għal perjodu fit-tul (ara r-ringiela 4 tat-tabella tal-miżuri ta' hawn taħt), ir-reġistrant ikkonċernat jista’, fi żmien 20 jum tax-xogħol min-notifika tal-miżura, iressaq talba motivata lis-Segretarji Ġenerali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea biex dik il-miżura tkun eżaminata mill-ġdid.

25.  Malli tiskadi l-iskadenza ta' 20 jum jew wara li s-Segretarji Ġenerali jkunu ħadu d-deċiżjoni finali, il-Viċi President rilevanti tal-Parlament Ewropew u l-Viċi President rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jiġu infurmati u l-miżura tiġi ppubblikata fir-reġistru.

26.  Meta deċiżjoni dwar il-projbizzjoni ta’ reġistrazzjoni mill-ġdid għal ċertu perjodu ta’ żmien timplika l-irtirar tal-possibbiltà li tintalab awtorizzazzjoni għal aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew bħala rappreżentant ta’ grupp ta' interess, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew għandu jippreżenta proposta lill-Kulleġġ tal-Kwesturi, li għandu jiġi mistieden jawtorizza l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għal aċċess relatata tal-individwu jew individwi kkonċernati għal dak il-perjodu ta’ żmien.

27.  Fid-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-miżuri applikabbli skont dan l-Anness, il-JTRS għandu jikkunsidra kif xieraq il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta' amministrazzjoni tajba. Il-JTRS għandu jopera taħt il-koordinazzjoni tal-Kap ta’ Unità fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, u taħt l-awtorità tas-Segretarji Ġenerali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea, li għandhom jinżammu dejjem infurmati kif xieraq.

Tabella ta’ miżuri disponibbli f'każ ta’ nuqqas ta' konformita' mal-Kodiċi ta’ Kondotta

Tip ta’ nuqqas ta' konformita' (in-numri jirreferu għall-paragrafi ta’ hawn fuq)

Miżura

Pubblikazzjoni tal-miżura fir-reġistru

Deċiżjoni formali biex ikun irtirat l-aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew

1

Nuqqas ta' konformita', li tiġi korretta minnufih (18)

Notifika bil-miktub li tirrikonoxxi l-fatti u l-korrezzjoni tagħhom.

Le

Le

2

Nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-JTRS (19 u 21)

Tneħħija mir-reġistru, deattivazzjoni tal-awtorizzazzjoni għal aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew u telf ta' inċentivi oħrajn.

Le

Le

3

Imġiba mhux xierqa (20 u 21)

Tneħħija mir-reġistru, deattivazzjoni tal-awtorizzazzjoni għal aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew u telf ta' inċentivi oħrajn.

Le

Le

4

Nuqqas ta’ kooperazzjoni ripetuta u deliberata jew imġiba mhux xierqa ripetuta (22) u/jew nuqqas ta' konformita' serja.

a)  Tneħħija mir-reġistru għal sena, u rtirar formali tal-awtorizzazzjoni għal aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew (bħala rappreżentant akkreditat ta’ grupp ta’ interess);

b)  Tneħħija mir-reġistru għal sentejn, u rtirar formali tal-awtorizzazzjoni għal aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew (bħala rappreżentant akkreditat ta’ grupp ta’ interess);

Iva, b'deċiżjoni tas-Segretarji Ġenerali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea.

Iva, b’deċiżjoni tal-Kulleġġ tal-Kwesturi

(1) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 176.
(2) ĠU L 191, 22.7.2011, p. 29.
(3) ĠU C 271 E, 12.11.2009, p. 48.
(4) Kif stabbilit mill-Kwesturi fil-laqgħa ordinarja tagħhom li saret fid-19 ta' April 2012, PV QUAEST.
(5) ĠU L 191, 22.7.2011, p. 29.
(6) ĠU C 271 E, 12.11.2009, p. 48.
(7) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 176.
(8) Il-kodiċi ta' kondotta professjonali li reġistrant huwa marbut bih jista' jimponi obbligi li huma aktar stretti mir-rekwiżiti tal-kodiċi ta' kondotta stipulat fl-Anness 3.
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(10) ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: 3 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim.
(11) Ir-reġistranti jistgħu jitolbu awtorizzazzjoni ta' access għall-bini tal-Parlament Ewropew fi tmiem il-proċess ta' reġistrazzjoni. L-ismijiet tal-individwi li jirċievu l-permessi ta' aċċess għall-bini tal-Parlament għandhom jiddaħħlu fir-reġistru. Ir-reġistrazzjoni ma tagħtix dritt awtomatiku għal talipermess ta’ aċċess.
(12) http://ec.europa.eu/budget/fts/index_en.htm
(13) Il-punt (d) jirrikjedi li r-rappreżentanti ta' gruppi ta' interess, fir-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE u mal-Membri, mal-uffiċjali u persunal ieħor tagħhom, "jiżguraw li, sa fejn jafu huma, it-tagħrif li jagħtu meta jirreġistraw u sussegwentement fil-qafas tal-attivitajiet tagħhom koperti mir-reġistru, ikun komplet, aġġornat u ma jiżgwidax" u "jaċċettaw li t-tagħrif kollu provdut ikun soġġett għal eżami mill-ġdid u jaqblu li jikkooperaw mat-talbiet amministrattivi għal informazzjoni u aġġornamenti kumplementari;".


Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi
PDF 380kWORD 69k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi (COM(2013)07402013/0361(APP))
P7_TA(2014)0377A7-0136/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2013)0740),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0136/2014),

1.  Jitlob lill-Kunsill biex iqis il-modifiki li ġejjin:

Il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill għandha tiġi modifikata kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni   Modifika
Modifika 1
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Premessa 8
(8)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-28 ta’ Ġunju 2013, il-Kunsill Ewropew innota li d-dimensjoni soċjali tal-UEM għandha tissaħħaħ, u f’dan il-kuntest enfasizza r-rwol ewlieni tal-imsieħba soċjali u tad-djalogu soċjali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha (COM (2013) 690) tat-2 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dimensjoni soċjali tal-UEM, indirizzat il-kwistjoni li jiġi promoss id-djalogu soċjali fil-livelli nazzjonali u tal-UE u ħabbret proposta biex issir reviżjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-2003.
(8)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-28 ta’ Ġunju 2013, il-Kunsill Ewropew innota li d-dimensjoni soċjali tal-UEM għandha tissaħħaħ, u f’dan il-kuntest enfasizza r-rwol ewlieni tal-imsieħba soċjali u tad-djalogu soċjali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha (COM(2013) 690) tat-2 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dimensjoni soċjali tal-UEM, indirizzat il-kwistjoni li jiġi promoss id-djalogu soċjali fil-livelli nazzjonali u tal-UE u ħabbret proposta biex issir reviżjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-2003, filwaqt li rreferiet għas-Summit Soċjali Tripartitiku bħala opportunità ewlenija biex jiġu involuti l-imsieħba soċjali fil-proċess tas-Semestru Ewropew.
Modifika 2
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Premessa 9a (ġdid)

(9a)   Fid-Dikjarazzjoni mill-Imsieħba Soċjali Ewropej dwar l-Involviment tal-Imsieħeb Soċjali fil-Governanza Ekonomika Ewropea adottata fl-24 ta’ Ottubru 2013, l-imsieħba soċjali tal-UE kkonfermaw l-appoġġ tagħhom għas-Summit Soċjali Tripartitiku għat-tkabbir u l-impjiegi u talbu għal proċess koerenti ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.
Modifika 3
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Artikolu 1
Il-kompitu tas-Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi, b'konformità mat-Trattat u b'attenzjoni xierqa għall-poteri tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, għandu jkun li jiżgura li jkun hemm konkordanza kontinwa bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-imsieħba soċjali. Huwa se jippermetti lill-imsieħba soċjali li jikkontribwixxu, f'livell Ewropew, fil-kuntest tad-djalogu soċjali tagħhom, għall-komponenti diversi tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. Għal dak il-għan, għandu jħejji x-xogħol tal-bidu u d-diskussjonijiet bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-imsieħba soċjali fil-forums differenti tal-konċentrazzjoni dwar materji ekonomiċi, soċjali u ta' xogħol.
Il-kompitu tas-Summit Soċjali Tripartitiku għat-Tkabbir u l-Impjiegi, b’konformità mat-Trattat u b’attenzjoni xierqa għall-poteri tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, għandu jkun li jiżgura li jkun hemm konkordanza kontinwa bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-imsieħba soċjali, kif ukoll koordinazzjoni tal-istrateġiji tagħhom lejn impjieg ta' kwalità ta' livell għoli u sostenibbli. Huwa se jippermetti lill-imsieħba soċjali li jikkontribwixxu, f’livell Ewropew, fil-kuntest tad-djalogu soċjali tagħhom u l-kompetenza tagħhom, għall-komponenti diversi tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. Għal dak il-għan, għandu jħejji x-xogħol tal-bidu u d-diskussjonijiet bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-imsieħba soċjali fil-forums differenti tal-konċentrazzjoni dwar materji ekonomiċi, soċjali u ta' xogħol.
Modifika 4
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Artikolu 2 – paragrafu 1
1.  Is-Summit għandu jikkonsisti mill-President tal-Kunsill Ewropew, mill-Presidenza tal-Kunsill u ż-żewġ presidenzi sussegwenti, mill-Kummissjoni u mill-imsieħba soċjali, irrappreżentati fl-għola livell. Għandhom ikunu preżenti wkoll il-ministri minn dawk it-tliet presidenzi u l-Kummissarju responsabbli mill-impjiegi u l-affarijiet soċjali. Skont l-aġenda, jistgħu wkoll jiġu mistiedna biex jieħdu sehem ministri oħrajn minn dawn it-tliet presidenzi u Kummissarji oħrajn.
1.  Is-Summit għandu jikkonsisti mill-President tal-Kunsill Ewropew, mill-Presidenza tal-Kunsill u ż-żewġ presidenzi sussegwenti, mill-Kummissjoni u mill-imsieħba soċjali, irrappreżentati fl-ogħla livell. Għandhom ikunu preżenti wkoll il-ministri minn dawk it-tliet presidenzi u l-Kummissarju responsabbli mill-impjiegi u l-affarijiet soċjali. Skont l-aġenda, jistgħu wkoll jiġu mistiedna biex jieħdu sehem ministri oħrajn minn dawn it-tliet presidenzi, Kummissarji oħrajn u l-President tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Ewropew. .
Modifika 5
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
Kull delegazzjoni għandha tikkonsisti minn rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet transindustrijali Ewropej, jew li jirrappreżentaw l-interessi ġenerali jew l-interessi aktar speċifiċi tal-persunal ta' superviżjoni u maniġerjali u ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fil-livell Ewropew.
Kull delegazzjoni għandha tikkonsisti minn rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet transindustrijali Ewropej, jew li jirrappreżentaw l-interessi ġenerali jew l-interessi aktar speċifiċi tal-persunal ta’ superviżjoni u maniġerjali u ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fil-livell Ewropew.
Modifika 6
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Il-koordinazzjoni teknika għandha tingħata lid-delegazzjoni tal-ħaddiema mill-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trejd Unjins (ETUC) u lid-delegazzjoni ta' min iħaddem mill-Konfederazzjoni tan-Negozji Ewropej (BUSINESSEUROPE). L-ETUC u l-BUSINESSEUROPE għandhom jassiguraw li l-fehmiet espressi mill-organizzazzjonijiet speċifiċi u settorjali jkunu meqjusa bis-sħiħ fil-kontribuzzjonijiet tagħhom u għandhom, fejn jixraq, jinkludu r-rappreżentanti ta' wħud minn dawk l-organizzazzjonijiet fid-delegazzjonijiet tagħhom.
Il-koordinazzjoni teknika għandha tingħata lid-delegazzjoni tal-ħaddiema mill-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trejdunjins (ETUC) u lid-delegazzjoni ta' min iħaddem mill-Konfederazzjoni tan-Negozji Ewropej (BUSINESSEUROPE). L-ETUC u l-BUSINESSEUROPE għandhom jassiguraw li l-fehmiet espressi mill-organizzazzjonijiet speċifiċi u settorjali jkunu meqjusa bis-sħiħ fil-kontribuzzjonijiet tagħhom u għandhom, fejn jixraq, jinkludu r-rappreżentanti ta' wħud minn dawk l-organizzazzjonijiet awtorizzati li jitkellmu fid-delegazzjonijiet tagħhom.
Modifika 7
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  L-aġenda tas-Summit għandha tkun iddeterminata b'mod konġunt mill-Kunsill, mill-Kummissjoni u mill-organizzazzjonijiet transindustrijali li jirrapreżentaw lill-ħaddiema u lil min iħaddem li jkunu qed jieħdu sehem fix-xogħol tas-Summit. Għal dan il-għan, isiru għadd ta' laqgħat preparatorji bejn is-servizzi tal-Kunsill, il-Kummissjoni, l-ETUC u l-BUSINESSEUROPE.
1.  L-aġenda tas-Summit għandha tkun iddeterminata b'mod konġunt mill-Kunsill, mill-Kummissjoni u mill-organizzazzjonijiet transindustrijali li jirrapreżentaw lill-ħaddiema u lil min iħaddem li jkunu qed jieħdu sehem fix-xogħol tas-Summit u bbażata fuq sħubija ugwali bejniethom. Għal dan il-għan, isiru għadd ta' laqgħat preparatorji bejn is-servizzi tal-Kunsill, il-Kummissjoni, l-ETUC u l-BUSINESSEUROPE.
Modifika 8
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Artikolu 3 – paragrafu 2
2.  Is-suġġetti fl-aġenda għandhom ikunu diskussi mill-laqgħa tal-Kunsill fil-formazzjoni tiegħu ta' Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur.
2.  Il-materji fuq l-aġenda għandhom ikunu diskussi mil-laqgħa tal-Kunsill fil-formazzjoni tiegħu ta' Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur abbażi, jekk xieraq, ta' kontribuzzjoni tal-korpi preparatorji kollha tiegħu.
Modifika 9
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  Is-Summit għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena. Il-laqgħat għandhom isiru qabel is-seduti rispettivi tar-rebbiegħa u tal-ħarifa tal-Kunsill Ewropew.
1.  Is-Summit għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena. Il-laqgħat għandhom isiru qabel is-seduti rispettivi tar-rebbiegħa u tal-ħarifa tal-Kunsill Ewropew, u l-eżitu tas-Summit għandu jiġi ppreżentat fil-Kunsill Ewropew sussegwenti biex tittieħed deċiżjoni.
Modifika 10
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Artikolu 5
2.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Il-presidenti konġunti għandhom iħejju sommarju tad-diskussjonijiet tas-Summit biex jinfurmaw lill-formazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill u lill-pubbliku ġenerali.
Il-presidenti konġunti għandhom iħejju sommarju tad-diskussjonijiet tas-Summit biex jinfurmaw lill-formazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-pubbliku ġenerali.

Negozjati dwar il-QFP 2014-2020: it-tagħlimiet li għandhom jittieħdu u t-triq 'il quddiem
PDF 367kWORD 96k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar in-negozjati dwar il-QFP 2014-2020: it-tagħlimiet li għandhom jittieħdu u t-triq 'il quddiem (2014/2005(INI))
P7_TA(2014)0378A7-0254/2014

Il-Parlament Ewropew,

—  wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għas-snin 2014-2020 (COM(2011)0398), emendata fis-6 ta’ Lulju 2012 (COM(2012)0388), u għall-Abbozz tal-Ftehim Interistituzzjonali (FII) bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni f’materji marbuta mal-baġit fir-rigward ta’ ġestjoni finanzjarja soda (COM(2011)0403),

—  wara li kkunsidra l-kunsens tiegħu tad-19 ta’ Novembru 2013 għar-Regolament QFP(1), skont l-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-approvazzjoni tiegħu, fl-istess jum, għall-konklużjoni tal-FII(2),

—  wara li kkunsidra l-QFP u l-FII, kif finalment adottati fit-2 ta’ Diċembru 2013 u ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali fl-20 ta’ Diċembru 2013,

—  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar 'Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva'(3),

—  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2012 għall-fini li jinkiseb eżitu pożittiv għall-proċedura ta’ approvazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020(4),

—  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2013 dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta’ Frar 2013 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali(5),

—  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-ftehim politiku rigward il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020(6),

—  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2013 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali(7),

—  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0254/2014),

A.  billi l-ftehim dwar il-QFP 2014-2020 kien ir-riżultat ta’ negozjati twal u diffiċli li damu għaddejjin għal sentejn u nofs; billi l-ftehim politiku finali seta’ jintlaħaq biss fl-ogħla livell politiku bejn it-tliet Presidenti (il-Parlament, il-Presidenza tal-Kunsill u l-Kummissjoni) skont l-Artikolu 324 tat-TFUE;

B.  billi l-livell ġenerali tal-QFP li jmiss (EUR 960 biljun f’impenji, EUR 908 biljun f’pagamenti bi prezzijiet tal-2011), kif deċiż mill-Kunsill Ewropew u eventwalment approvat mill-Parlament, jirrappreżenta tnaqqis ta’ 3,5 % f’impenji u 3,7 % f’pagamenti meta mqabbel mal-qafas finanzjarju 2007-2013, minkejja l-kompetenzi li qed jikbru tal-UE wara t-Trattat ta’ Lisbona u t-tkabbir tal-Unjoni għal 28 Stat Membru; billi dan il-livell ma jilħaqx l-għanijiet u l-impenji politiċi tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-istrateġija Ewropa 2020;

C.  billi l-baġit annwali tal-UE se jkompli jirrappreżenta madwar 1 % tal-ING tal-UE fis-snin li ġejjin, livell li diġà ntlaħaq fil-bidu tad-disgħinijiet, u sew taħt il-limitu massimu tar-riżorsi proprji ta’ 1,29 % tal-ING tal-UE għall-impenji u ta’ 1,23 % tal-ING tal-UE għall-pagamenti, kif deċiż inizjalment fl-1992 u kkonfermat mill-ġdid fl-2010;

D.  billi, iffaċċjat bin-nuqqas tal-possibbiltà li jinbidlu ċ-ċifri ġenerali tal-QFP deċiżi mill-Kunsill Ewropew, il-Parlament iffoka fuq it-titjib tal-implimentazzjoni tal-QFP billi nnegozja b’suċċess l-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet ġodda li se jgħinu biex jagħmlu l-qafas finanzjarju ġdid u l-baġit annwali ġdid tal-UE aktar operattivi, konsistenti, trasparenti u jwieġbu għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini tal-UE u li jippermettu li l-limiti massimi tal-QFP jintużaw l-aktar possibbli; billi dawn id-dispożizzjonijiet jikkonċernaw, b’mod partikolari, l-arranġamenti l-ġodda marbuta mar-reviżjoni tal-QFP, il-flessibbiltà, l-unità u t-trasparenza tal-baġit tal-UE, flimkien ma' impenn ulterjuri dwar ir-riforma tal-finanzjament tal-baġit tal-UE (Dikjarazzjoni Konġunta dwar riżorsi proprji);

E.  billi, f’aderenza mal-prinċipju gwida li “xejn mhu maqbul sakemm kollox ikun maqbul”, il-Parlament ta l-kunsens tiegħu għar-Regolament QFP il-ġdid u approva l-Ftehim Interistituzzjonali ġdid fid-19 ta’ Novembru 2013, wara li l-Kunsill issodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-3 ta’ Lulju 2013, inkluża l-adozzjoni ta’ EUR 11.2 biljun addizzjonali f’pagamenti għall-2013;

F.  billi l-Kunsill naqas milli jagħmel kwalunkwe progress fir-riforma tant meħtieġa tas-sistema attwali għall-finanzjament tal-baġit tal-UE, minkejja l-proposti ambizzjużi mressqa mill-Kummissjoni mmirati mhux biss biex jingħeleb l-istaġnar ikkawżat min-nuqqas ta’ sistema reali għar-riżorsi proprji imma wkoll biex is-sistema tal-finanzjament tal-baġit tal-UE tkun iżjed sempliċi, iktar ġusta u trasparenti għaċ-ċittadini tal-UE;

G.  billi, wara l-ftehim dwar il-QFP 2014-2020, il-QFP għadu ma jaqbilx mal-mandati tal-Parlament u tal-Kummissjoni li l-mandati tagħhom jibdew fl-2014;

H.  billi ma ġewx sfruttati l-possibbiltajiet li saru disponibbli fit-Trattat ta' Lisbona biex jiġu modifikati l-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet għall-QFP u d-deċiżjonijiet dwar ir-riżorsi proprji;

1.  Jiddispjaċih bil-qawwa għall-fatt li kemm il-proċedura li twassal għall-ftehim dwar il-QFP 2014-2020 kif ukoll id-dibattitu politiku madwar dawn in-negozjati wrew nuqqas ċar ta’ viżjoni kondiviża fir-rigward tal-baġit u l-prijoritajiet politiċi tal-UE, urew li jeżistu approċċi diverġenti ħafna fost l-istituzzjonijiet tal-UE, u naqsu milli jissodisfaw ir-rwol u l-prerogattivi msaħħa tal-Parlament skont it-Trattat ta’ Lisbona; jikkunsidra li huwa tal-akbar importanza, għalhekk, li dan ir-rapport jislet it-tagħlimiet politiċi u istituzzjonali meħtieġa, li jistgħu jservu ta’ bażi għat-tħejjija ta’ negozjati futuri, speċjalment fir-rigward tar-reviżjoni postelettorali tal-QFP, li għandha titnieda mill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tmiem l-2016;

Kunsiderazzjonijiet politiċi

2.  Jirrikonoxxi li l-konsolidazzjoni fiskali li l-Istati Membri qed jiffaċċjaw attwalment waslet biex ftehim aktar ambizzjuż dwar il-QFP 2014-2020 ma jkunx fattibbli; madankollu, jiddispjaċih bil-qawwa, għall-fatt li r-rwol tal-baġit tal-UE bħala strument ta’ politika importanti u komuni sabiex tingħeleb il-kriżi ekonomika u soċjali attwali ma kienx rikonoxxut kif xieraq; jirrimarka li l-baġit tal-UE huwa primarjament baġit ta’ investiment li jipprovdi qafas uniku għall-koordinazzjoni u t-titjib tal-isforzi nazzjonali mwettqa bil-ħsieb li jerġa’ jiġi rkuprat it-tkabbir, tiġi stimulata l-kompetittività u jinħolqu l-impiegi fl-UE kollha;

3.  Jinsab mħasseb ħafna għall-fatt li dibattiti baġitarji fil-Kunsill kienu għal bosta snin ivvelenati bil-loġika ta’ ‘qligħ ġust’ minflok immexxija bil-loġika tal-valur miżjud Ewropew; iqis li, waqt li dan id-dibattitu diġà kien jeżisti qabel l-introduzzjoni ta’ ING ibbażat fuq ir-riżorsi, is-sitwazzjoni intensifikat serjament minħabba s-sistema attwali tal-finanzjament tal-UE, fejn xi 74 % tad-dħul jiġu minn kontribuzzjonjiet nazzjonali bbażati fuq l-ING flok fuq ir-riżorsi proprji reali, kif previst fit-Trattat ta’ Ruma u t-Trattati tal-UE kollha li ġew wara; iqis li din is-sistema tpoġġi enfasi sproporzjonata fuq il-bilanċi netti bejn l-Istati Membri u wasslet għall-introduzzjoni progressiva ta’ tnaqqis kumpless u mhux trasparenti u ta’ mekkaniżmi ta’ korrezzjoni oħra għall-finanzjament tal-baġit tal-UE;

4.  Jemmen li din il-loġika rebħet ukoll fil-mod kif ġie konkluż il-ftehim QFP mill-Kunsill Ewropew fit-8 ta’ Frar 2013; jikkunsidra li huwa ta’ dispjaċir li dan kien rifless fil-fatt li l-allokazzjonijiet nazzjonali, speċjalment mill-ikbar żewġ blokki tan-nefqa fil-baġit tal-UE, il-politiki tal-agrikoltura u tal-koeżjoni, ġew stabbiliti f’dak il-mument; jikkritika, b’mod partikolari, iż-żieda fl-għadd ta’ allokazzjonijiet speċjali u ta’ ‘rigali’ mogħtija matul in-negozjati bejn il-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern, li mhumiex ibbażati fuq kriterji oġġettivi u verifikabbli, iżda minflok jirriflettu s-saħħa ta’ negozjar tal-Istati Membri, li jippruvaw jiżguraw l-interessi nazzjonali tagħhom u jimmassimizzaw il-qligħ nett tagħhom; jikkundanna n-nuqqas ta’ trasparenza biex intlaħaq dan il-ftehim u n-nuqqas ta’ rieda min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni biex jipprovdu d-dokumenti rilevanti kollha lill-Parlament; jenfasizza li l-valur miżjud Ewropew għandu jerbaħ fuq l-interessi nazzjonali;

5.  Jopponi bil-qawwa din il-viżjoni purament ta’ kontabbiltà tal-baġit tal-UE, li tinjora l-valur miżjud Ewropew, tikkontradixxi l-prinċipju ta’ solidarjetà tal-UE u tissottovaluta r-rwol attwali u potenzjali tal-baġit tal-UE fit-tisħiħ tal-governanza ekonomika; jenfasizza, li fil-maġġoranza, il-baġit tal-UE huwa baġit ta’ investiment b’effett ta’ lieva qawwi li jagħmel għadd ta’ proġetti possibbli li inkella jkunu diffiċli jew impossibbli li jiġu implimentati kif ukoll katalist għat-tkabbir, il-kompetittività u l-impjiegi mal-Unjoni kollha u aġent b’saħħtu għar-riforma; għaldaqstant, jikkundanna bil-qawwa l-fatt li xi Stati Membri jidher li jqisu l-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-baġit tal-UE purament bħala spiża li trid tiġi minimizzata;

6.  Jiddispjaċih li l-Kunsill Ewropew ħa approċċ "minn fuq għal isfel" biex jiddeċiedi d-daqs globali tal-QFP 2014-2020, li jindika diskrepanza inkwetanti bejn l-impenji politiċi tal-UE li l-Kunsill Ewropew qed iwettaq u n-nuqqas ta' rieda tiegħu li jiffinanzjahom b’mod adegwat; jemmen, għall-kuntrarju, li din id-deċiżjoni għandha tkun ibbażata fuq proċess "minn isfel għal fuq", wara valutazzjoni bir-reqqa tal-ħtiġijiet finanzjarji tal-UE u l-għanijiet politiċi kif stabbiliti fil-programmi u l-politiki pluriennali tal-UE definiti mill-awtorità leġiżlattiva;

7.  Għalhekk, jinsab konvint li kull deċiżjoni dwar il-qafas finanzjarju għandha tkun preċeduta minn - u bbażata fuq - dibattitu politiku ġenwin dwar ir-rwol, il-funzjoni u l-valur miżjud tal-baġit tal-UE u dwar il-kompatibbiltà tiegħu mal-istrateġija politika adottata mill-Unjoni u mal-prijoritajiet u l-għanijiet operattivi assenjati lill-Unjoni; iqis li, sabiex jitnaqqas id-distakk bejn il-viżjonijiet diverġenti dwar x’jirrappreżenta l-baġit tal-UE u x’kapaċi jagħmel, dan id-dibattitu għandu jiġi organizzat f’waqtu u jinvolvi t-tliet istituzzjonijiet tal-UE u l-parlamenti nazzjonali kollha, iżda jinvolvi wkoll l-ogħla livell politiku fl-Istati Membri;

8.  Barra minn hekk, jinsab konvint li progress tanġibbli jista’ jintlaħaq biss wara riforma fil-fond tal-finanzjament tal-baġit tal-UE li għandu jirrispetta l-kelma u l-ispirtu tat-Trattat u jerġa’ lura għal sistema ta’ riżorsi proprji ġenwini, ċari, sempliċi u ġusti; jenfasizza li l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda jew ta’ diversi riżorsi proprji ġodda se tnaqqas għal minimu s-sehem tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING għall-baġit tal-UE u, għaldaqstant, jonqos il-piż fuq it-teżori nazzjonali; itenni l-impenn qawwi tal-Parlament għal kwalunkwe proċess li jwassal għar-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji, li attwalment hija kkaratterizzata mill-kumplessità, l-opaċità u l-ineffiċjenza tagħha; jiddispjaċih li l-ftehim finali tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji huwa iżjed kumpless minn dak ta' qablu, ladarba introduċa rifużjonijiet u eċċezzjonijiet ġodda.

Kunsiderazzjonijiet istituzzjonali

9.  Ifakkar li l-Parlament kien l-ewwel istituzzjoni tal-UE li ppreżenta l-viżjoni tiegħu dwar il-QFP 2014-2020 u l-ħtieġa li jiġi rriformat il-finanzjament tal-baġit tal-UE, permezz tar-rapport tal-Kumitat speċjalizzat tiegħu SURE, f’Ġunju 2011; jemmen li din il-preparazzjoni bikrija għenet lill-Parlament jistabbilixxi konsensus kbir dwar prijoritajiet politiċi u jibqa' magħqud matul il-proċess ta' negozjar ta' wara; iqis ukoll li dan ir-rapport ipprovda gwida għall-Kummissjoni fl-abbozzar tal-proposti tagħha stess dwar il-QFP u r-riżorsi proprji u japprezza d-djalogu politiku regolari li ġie stabbilit bejn iż-żewġ istituzzjonijiet fl-istadji kollha tal-preparazzjoni ta’ dan ir-rapport; iqis li din il-prattika għandha tiġi żviluppata ulterjorment fi djalogu aktar strutturat bejn iż-żewġ istituzzjonijiet qabel il-preparazzjoni ta' kwalunkwe proposta tal-QFP;

10.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 312 tat-TFUE, il-Kunsill unanimament jadotta r-Regolament QFP wara l-approvazzjoni tal-Parlament, filwaqt li t-tliet istituzzjonijiet tal-UE “għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tiegħu”; jinnota, għalhekk, li t-Trattat ma jistabbilixxix xi proċedura konkreta għall-involviment tal-Parlament fin-negozjati tal-QFP u li dawn il-modalitajiet kienu sussegwentement iddeterminati fil-prattika permezz ta’ għadd ta’ arranġamenti ad hoc miftiehma fil-livell politiku fuq l-inizjattiva tal-Parlament;

11.  Iqis li huwa ta’ dispjaċir li, qabel il-ftehim tal-Kunsill Ewropew dwar il-QFP tat-8 ta’ Frar 2013, ma saru l-ebda negozjati sinifikanti bejn il-Parlament u l-Kunsill; iqis li l-bosta laqgħat li saru bejn it-tim tan-negozjati tiegħu u l-presidenzi suċċessivi tal-Kunsill fuq il-marġini tal-laqgħat rilevanti tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali, u l-parteċipazzjoni tiegħu fil-laqgħat informali tal-Kunsill dwar il-QFP, iffaċilitaw biss il-kondiviżjoni ta’ ftit informazzjoni bejn il-Kunsill u l-Parlament; għaldaqstant, iħoss il-ħtieġa li l-Parlament jibni ulterjorment fuq l-esperjenza miksuba u juża l-mezzi kollha disponibbli biex isaħħaħ l-influwenza tiegħu fuq l-ispirtu, il-kalendarju u l-kontenut tan-negozjati mal-Kunsill, billi jagħmel mezz li l-Kunsill jirrikonoxxi aktar l-argumenti u l-pożizzjonjiet tal-Parlament;

12.  Jiddeplora l-fatt li, minkejja l-oġġezzjonijiet qawwija tal-Parlament, il-‘kaxxi tan-negozjar’ suċċessivi kollha ppreżentati mill-presidenzi differenti tal-Kunsill u, finalment, il-ftehim tal-Kunsill Ewropew dwar il-QFP tat-8 ta’ Frar 2013 kien fihom għadd sinifikanti ta’ elementi leġiżlattivi li suppost kienu ġew deċiżi skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja; jenfasizza li l-unanimità meħtieġa legalment fil-Kunsill dwar ir-Regolament QFP setgħet tintlaħaq biss billi jiġu antiċipati ċerti bidliet politiċi ewlenin fil-politiki settorjali tal-UE, biex b’hekk ġew imfixkla, f’kontradizzjoni ċara mat-Trattat, il-prerogattivi tal-Parlament taħt il-kodeċiżjoni u b'mod partikolari d-dritt tiegħu li jemenda fuq l-istess livell tal-Kunsill;

13.  Jinnota li negozjati ġenwini dwar ir-Regolament QFP u l-FII tnedew biss f’Mejju 2013, fejn in-negozjaturi tal-Kunsill ma kellhomx mandat formali għan-negozjati imma minflok ikkunsidraw il-ftehim QFP mill-Kunsill Ewropew bħala l-uniku punt ta’ referenza, bl-ebda marġini għal kwalunkwe diskussjoni; jenfasizza li din l-attitudni mhux biss wasslet għal telf ta’ żmien bla bżonn iżda wkoll għall-attentat inaċċettabbli mill-Kunsill li jiġu esklużi ċerti suġġetti min-negozjati, li ġiegħlet lill-Parlament jitħabat, anke fl-ogħla livell politiku, sabiex jidħol f’negozjati fuq kull Artikolu tar-Regolament QFP/FII;

14.  Ifakkar li, skont it-Trattat, il-Kunsill Ewropew ma għandux funzjonijiet leġiżlattivi; jinsisti, għalhekk, li l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew għandhom jiġu meqjusa bħala struzzjonijiet ta’ negozjar għall-Kunsill u li fl-ebda każ ma jikkostitwixxu linji ħomor li ma jistgħux jiġu nnegozjati mal-Parlament; jitlob għal formula standard li tfakkar fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(1) tat-TFUE li għandhom jiġu inklużi fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew;

15.  Jiddispjaċih bil-qawwi għall-fatt li l-istess problema ħalliet marka fuq in-negozjati dwar il-programmi pluriennali tal-UE, l-aktar fil-politika tal-agrikoltura u l-koeżjoni; jinnota li diversi drabi l-Kunsill irrifjuta anke li jirreferi għall-‘aspetti relatati mal-QFP’ ta’ dawk il-bażijiet legali; jenfasizza l-isforz konsiderevoli u l-ħin li kien meħtieġ mill-Parlament biex jiġi żgurat li l-punti kollha tal-bażijiet legali deċiżi b’kodeċiżjoni bejn il-Kunsill u l-Parlament jibqgħu fuq il-mejda tan-negozjati; jinnota b’sodisfazzjon li n-negozjaturi tal-Parlament eventwalment irnexxielhom jikkontestaw xi partijiet mill-ftehim tal-Kunsill Ewropew;

16.  Jinnota li ċ-ċifri tal-QFP (il-livell globali u d-distribuzzjoni għal kull intestatura), kif deċiż mill-Kunsill Ewropew, fl-aħħar ma kinux ikkontestati mill-Parlament, li rrikonoxxa l-kuntest ekonomiku u finanzjarju partikolarment diffiċli fil-mument ta’ din id-deċiżjoni; jenfasizza, madankollu, li dan m’għandu bl-ebda mod jiġi perċepit bħala preċedent u jtenni l-pożizzjoni tiegħu li ċ-ċifri tal-QFP, u kull parti oħra tal-ftehim politiku rilevanti tal-Kunsill Ewropew, huma suġġetti għal negozjati mal-Parlament;

17.  Jenfasizza l-ħtieġa li b’mod sinifikanti jitjiebu l-modalitajiet ta’ kwalunkwe negozjati tal-QFP futuri, sabiex jiġu evitati mblokki u jiġi ffrankat il-ħin prezzjuż u r-riżorsi matul in-negozjati; iqis li dawn il-modalitajiet għandhom jiġu formalizzati fi ftehim fl-ogħla livell politiku, li għandu jikkunsidra n-nuqqasijiet tan-negozjati riċenti u jissalvagwardja bis-sħiħ ir-rwol u l-prerogattivi tal-Parlament, kif stipulat fit-Trattat tal-UE; iqis li din il-proċedura għandha eventwalment titniżżel fl-FII nnifsu, kif huwa l-każ għall-proċedura baġitarja;

18.  Jindika l-ammont tremend ta’ skambju ta’ informazzjoni u koordinazzjoni meħtieġa fil-Parlament biex tiġi żgurata l-konsistenza fin-negozjati paralleli tal-QFP u l-bażijiet leġiżlattivi ta’ iżjed minn 60 programm pluriennali; jenfasizza li huwa ta' importanza kbira li ssir distinzjoni bejn il-kwistjonijiet li għandhom jiġu adottati b'kodeċiżjoni u jinżammu fil-mandat tal-kumitati rispettivi safejn ikun possibbli; jissuġġerixxi li fin-negozjati tal-QFP li jmiss, il-Parlament Ewropew għandu jittratta l-proposti leġiżlattivi b'mod parallel u finalment jadottahom bħala pakett u japplika l-prinċipju li “xejn mhu maqbul sakemm kollox ikun maqbul” safejn ikun possibbli;

19.  Huwa konvint li r-regola tal-unanimità fil-Kunsill tfisser li l-ftehim jirrappreżenta l-iżgħar denominatur komuni, abbażi tal-ħtieġa li jiġi evitat il-veto ta’ Stat Membru wieħed; jenfasizza li bidla lejn votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għar-Regolament QFP tkun konformi mhux biss mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, użata għall-adozzjoni ta’ kważi l-programmi pluriennali kollha tal-UE, iżda wkoll mal-proċedura annwali ta’ adozzjoni tal-baġit tal-UE;

20.  Jinnota li l-kawsola passerelle ġenerali (Artikolu 48(7) TUE) tista' tintuża mill-Kunsill Ewropew biex tagħmel bidla lejn votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata u l-proċedura leġiżlattiva ordinarja għar-riżorsi proprji u d-deċiżjonijiet tal-QFP; ifakkar, barra minn hekk, li l-Artikolu 312(2) TFUE xorta jippermetti l-adozzjoni tal-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata għall-QFP; iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew juża dawn iż-żewġ passerelles għall-finijiet intiżi sabiex it-teħid tad-deċiżjonijiet fil-Kunsill jiġu simplifikati u jiġi limitat sa fejn il-politika ta' 'juste retour' nazzjonali tirbaħ fuq l-artikulazzjoni tal-interess komuni tal-Unjoni bħala ħaġa waħda;

QFP 2014-2020: it-triq ’il quddiem

21.  Jiddikjara l-intenzjoni tiegħu li jiżgura li d-dispożizzjonijiet ġodda kollha li ġew inkorporati b’suċċess fir-Regolament QFP u l-FII huma utilizzati b’mod sħiħ fil-proċedura baġitarja annwali; jistenna li l-Kunsill ma jippruvax jimponi interpretazzjonijiet ristretti ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, speċjalment fuq in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-istrumenti speċjali kollha, iżda li minflok jaġixxi b’mod responsabbli u japprova l-approprjazzjonijiet neċessarji biex jissodisfa kemm l-impenji ta’ qabel tiegħu kif ukoll in-nefqa mhux prevista anke jekk, minħabba dan, ikun meħtieġ li jinqabżu l-limiti massimi tal-QFP annwali; ifakkar, f'dan il-kuntest, li l-limiti massimi tal-QFP 2014-2020 ġew stabbiliti ħafna inqas mil-limiti massimi tar-riżorsi proprji;

22.  Jagħmel enfasi partikolari fuq ir-regoli ġodda dwar il-flessibbiltà li għandhom jippermettu l-użu massimu tal-limiti massimi rispettivi tal-QFP għall-impenji u l-pagamenti; jenfasizza li l-prattika ta’ oqfsa finanzjarji preċedenti li biha l-baġit annwali tal-UE kien jibqa’ ferm taħt il-limiti massimi tal-QFP, partikolarment fl-approprjazzjonijiet ta’ pagamenti, ma tistax tiġi sostnuta aktar;

23.  Jenfasizza, f'dan il-kuntest, li r-RALs akkumulati laħqu livell kritiku li eventwalment jista' jwassal lill-baġit tal-UE f'defiċit strutturali u kontra d-dispożizzjonijiet tat-Trattat (Artikoli 310 u 323 tat-TFUE); jinsab imħasseb sew li l-ammont ta' kontijiet mhux imħallsa fi tmiem is-sena ilu jikber gradwalment mill-2011 (EUR 23,4 biljun fi tmiem l-2013 mill-politika ta' koeżjoni biss), li se tqiegħed pressjoni sinifikanti fuq il-limiti massimi tal-pagamenti tal-QFP 2014-2020; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti limiti massimi tal-pagamenti annwali tal-QFP b'mod preċiż billi jitqiesu, fost l-oħrajn, id-dinamiċi tal-politika ta' koeżjoni, inkluż iż-żmien ta' programmazzjoni, implimentazzjoni, għeluq finali tal-programmi u diżimpenji;

24.  Jenfasizza li l-għan tal-marġini globali għall-impenji huwa li jappoġġja l-investimenti għat-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa, u b’mod partikolari l-impjieg taż-żgħażagħ; ifakkar li dan l-istrument kien inizjattiva tal-Parlament Ewropew;

25.  Ifakkar li l-Kummissjoni li jmiss, li se tidħol fil-kariga wara l-elezzjonijiet Ewropej 2014, għandha tniedi evalwazzjoni u reviżjoni obbligatorja tal-QFP 2014-2020 sa tmiem l-2016; jenfasizza l-fatt li din il-klawsola postelettorali ta’ rieżami/reviżjoni tal-QFP kienet waħda mit-talbiet fundamentali tal-Parlament fin-negozjati tal-QFP, ibbażata fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni u l-Parlament li jmiss ikunu jistgħu jerġgħu jivvalutaw il-prijoritajiet politiċi tal-UE, b’hekk il-QFP jingħata leġittimità demokratika mġedda; jenfasizza li, wara l-kriżi ekonomika, il-livelli ta' investiment fl-Ewropa naqsu b'mod sinifikanti bejn l-2008 u l-2012 u jfakkar li skont xi estimi(8), sal-2020 se jiswa lill-kontinent EUR 540 biljun f’redditi mitlufa;

26.  Jenfasizza l-ħtieġa, fid-dawl tar-rieżami/reviżjoni postelettorali tal-QFP, li l-Parlament li jmiss jirrifletti f’waqtu fuq il-prijoritajiet politiċi, jiġifieri, biex jidentifika oqsma li għalihom aktar investimenti se jkunu meħtieġa fit-tieni nofs tal-QFP 2014-2020; jistieden, għal dan il-għan, lill-Kummissjoni u lill-Parlament li jmiss biex jevalwaw b’attenzjoni l-kisbiet tal-miri tal-istrateġija Ewropa 2020, partikolarment f’termini ta’ impjiegi u tal-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika, kif ukoll il-prestazzjoni ta’ programmi ewlenin tal-UE, bħall-Orizzont 2020, sabiex isir iffukar fuq oqsma ta’ valur miżjud pruvat tan-nefqa tal-UE u li għalihom se jkunu meħtieġa riżorsi finanzjarji addizzjonali;

27.  Jitlob li r-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP jiġi ppreparat għal tnaqqis eventwali fil-perjodu għal liema jiġi miftiehem il-QFP li jmiss, sabiex ikun żgurat in-negozjar mill-ġdid waqt il-mandat ta' kull Parlament u Kummissjoni, biex b'hekk tiġi żgurata l-leġittimità demokratika sħiħa għal deċiżjonijiet regolari dwar il-perspettivi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li jittieħdu passi biex tiġi sodisfatta l-ħtieġa għal stabbiltà ta' ċikli ta' programmazzjoni u għall-prevedibbiltà tal-investiment; jemmen bil-qawwa li ċiklu ta’ ħames snin għall-QFP isaħħaħ il-leġittimità demokratika, itejjeb il-prijoritizzazzjoni tal-mezzi baġitarji u jista’ jitqies bħala prekundizzjoni għal iżjed dibattitu politiku;

28.  Jenfasizza li l-proposti tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tal-QFP għandhom jikkunsidraw bis-sħiħ l-aħħar projezzjonijiet makroekonomiċi u jinkludu valutazzjoni bir-reqqa tal-operat tal-istrumenti speċjali kollha, b’mod partikolari l-marġini globali fl-impenji u l-pagamenti; ifakkar li dan il-proċess mhux se jkollu impatt ’l isfel fuq xi pakketti nazzjonali allokati minn qabel, inkluż is-sehem tal-FSE ta' dawn il-pakketti nazzjonali; f’dan il-kuntest, jistenna li l-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament u lill-Kunsill b’data identika u konsistenti dwar ċifri u stimi sabiex jiġi evitat kwalunkwe nuqqas ta’ ftehim fin-negozjati fir-rigward tal-bażi għad-diskussjoni;

29.  Jenfasizza l-ħtieġa li tkun stimolata diskussjoni wiesgħa u miftuħa dwar ir-riżultati miksuba bil-programmi ta’ finanzjament tal-UE, u b’mod partikolari valutazzjoni safejn dawn il-programmi jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tal-Ewropa 2020;

30.  Jenfasizza li l-istrumenti finanzjarji innovattivi bħall-bonds tal-proġetti Ewropej, jista’ jkollhom rwol importanti ħafna fl-istimolu tal-investimenti ferm meħtieġa jekk jiġu mfassla tajjeb; iħeġġeġ lill-Kummissjoni f’dan ir-rigward tagħmel l-aħjar użu mill-evalwazzjoni li jmiss tagħhom anke fil-kuntest tar-rieżami/reviżjoni tal-QFP 2014-2020;

31.  Jilqa’ d-Dikjarazzjoni Konġunta tat-tliet istituzzjonijiet miftiehma fil-kuntest tan-negozjati QFP li skontha l-proċeduri baġitarji annwali ser jintegraw, kif xieraq, elementi sensittivi għall-kwistjoni tal-ġeneru, b’kont meħud tal-modi li l-qafas finanzjarju ġenerali tal-Unjoni jikkontribwixxi għal iktar ugwaljanza bejn is-sessi (u jiżgura l-integrazzjoni tas-sessi); jenfasizza li dawn il-prinċipji għandhom ikunu integrati fil-proposti tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-QFP;

32.  Itenni l-intenzjoni tiegħu li jagħmel ir-reviżjoni obbligatorja tal-QFP bħala rekwiżit ewlieni fl-investitura tal-Kummissjoni li jmiss; jistieden, għalhekk, lill-Parlament Ewropew li jmiss biex l-elezzjoni tal-kandidat propost għall-President tal-Kummissjoni tiddependi fuq impenn qawwi u mhux ambigwu biex tiġi implimentata l-klawsola postelettorali ta’ rieżami/reviżjoni u l-involviment fi djalogu politiku ġenwin u profond dwar il-kontenut tagħha;

33.  Jinnota li l-Artikoli 70 u 70a l-ġodda (negozjati interistituzzjonali fi proċeduri leġiżlattivi) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament se japplikaw għaċ-ċiklu ta' negozjati li jmiss; jirrakkomanda li, fil-bidu tal-mandat li jmiss tal-Parlament, il-kumitat responsabbli mir-Regoli ta' Proċedura jintalab jipprova jirrazzjonalizza dawk ir-regoli mal-Artikolu 75 (QFP), l-Artikolu 75c (trilogu finanzjarju) u l-Artikolu 81(3) (proċedura ta' approvazzjoni) bil-ħsieb li jitfassal Artikolu koerenti uniku speċifiku għall-proċeduri leġiżlattivi speċjali stabbiliti fl-Artikoli 311 u 312 TFUE rigward id-determinazzjoni tal-mandat, it-twettiq tat-trilogi (inkluż ir-rwol tal-President), u l-iskrutinju mill-plenarja;

34.  Jikkunsidra li, meta ssir ir-reviżjoni li jmiss tat-Trattati, il-Konvenzjoni għandha tagħmel proposti għal sistema ta' kodeċiżjoni ġenwina bejn il-Kunsill u l-Parlament dwar l-adozzjoni tal-QFP u d-deċiżjonijiet tar-riżorsi proprji;

35.  Jemmen bis-sħiħ li l-Grupp ta’ Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji jirrappreżenta opportunità unika biex jingħeleb l-imblokk li rriżulta minħabba r-riforma tas-sistema attwali tar-riżorsi proprji; jistenna li dan jikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex ikun hemm għarfien tan-nuqqasijiet tas-sistema attwali u l-benefiċċji li jistgħu joħorġu minn riforma komprensiva u bir-reqqa u l-introduzzjoni tar-riżorsi proprji ġodda u ġenwini li jistgħu jnaqqsu b’mod sinifikanti s-sehem tal-kontribuzzjonijiet tal-ING għall-baġit tal-UE;

36.  Ifakkar li l-Grupp ta’ Livell Għoli għandu mandat li jeżamina l-aspetti kollha tar-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji; huwa impenjat bis-sħiħ li jaħdem b’mod intensiv, permezz tat-tliet rappreżentanti tiegħu, fl-istadji kollha ta’ dan il-proċess u li jwasslu għall-konklużjoni tiegħu b’suċċess; jistrieħ fuq ir-‘responsabbiltà’ u l-impenn ugwali tal-Kunsill lejn dan il-proċess; jenfasizza l-ħtieġa li jitqajjem l-għarfien anke fost il-parlamenti nazzjonali dwar il-kwistjonijiet involuti; jenfasizza li s-sejbiet u l-konklużjonijiet ta’ dan il-Grupp ta’ Livell Għoli għandhom ikunu lesti fil-ħin biex ikunu kkunsidrati matul ir-rieżami/reviżjoni tal-QFP 2016, sabiex titwitta t-triq għal riformi possibbli biex isiru operattivi sal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss;

37.  Jesprimi l-konvinzjoni soda tiegħu li kwalunkwe kapaċità fiskali ġdida jew baġit żviluppati speċifikament għall-Istati Membri taż-żona tal-euro li l-funzjonijiet fiskali tagħhom mhumiex koperti mill-QFP għandhom jiġu żviluppati fil-qafas tal-Unjoni u għandhom ikunu suġġetti għal skrutinju demokratiku xieraq u kontabilità permezz tal-istituzzjonijiet eżistenti;

o
o   o

38.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0455.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0456.
(3) ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 89.
(4) ĠU C 68 E, 7.3.2014, p. 1.
(5) Testi adottati, P7_TA(2013)0078.
(6) Testi adottati, P7_TA(2013)0304.
(7) Testi adottati, P7_TA(2013)0599.
(8) Preżentazzjoni mill-President tal-Bord ta’ Gvernaturi tal-BEI matul il-Ġimgħa Interparlamentari Ewropea 2014, tal-21 ta’ Jannar 2014.


Żieda fil-mobbiltà tal-ħaddiema permezz ta’ titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari ***II
PDF 203kWORD 37k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi sabiex tiżdied il-mobbiltà tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor permezz ta' titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari (17612/1/2013 – C7-0059/2014 – 2005/0214(COD))
P7_TA(2014)0379A7-0188/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (17612/1/2013 – C7‑0059/2014),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2005)0507),

–  wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2007)0603),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0188/2014),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 216.


Kontrolli u attivitajiet imwettqa biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf u ta' regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti, dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti, u dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti ***I
PDF 1861kWORD 1525k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti, dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti, u dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, 1829/2003, 1831/2003, 1/2005, 396/2005, 834/2007, 1099/2009, 1069/2009, 1107/2009, ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, [....] / 2013 u d-Direttivi 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE, 2008/120/KE u 2009/128/KE (Ir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali) (COM(2013)0265 – C7-0123/2013 – 2013/0140(COD))
P7_TA(2014)0380A7-0162/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0265),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 43(2), 114 u 168(4)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0123/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Kamra tad-Deputati tal-Lussemburgu, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Ottubru 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta' Novembru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0162/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti, dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti, u dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nri 999/2001, 1829/2003, 1831/2003, 1/2005, 396/2005, 834/2007, 1099/2009, 1069/2009, 1107/2009, ir-Regolamenti (UE) Nri 1151/2012, …(3)/2013 u d-Direttivi 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE, 2008/120/KE u 2009/128/KE (Ir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali) [Em. 1]

P7_TC1-COD(2013)0140


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43(2), l-Artikolu 114 u l-punt (b) tal-Artikolu 168(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(5),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(6),

Billi:

(1)  It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ('Trattat') jirrikjedi li livell għoli ta' ħarsien ta' saħħet il-bniedem jiġi żgurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. Il-ksib ta’ dan il-għan għandu jitfittex, fost l-oħrajn, b'miżuri fl-oqsma veterinarja u fitosanitarja, bil-mira diretta tagħhom tkun il-ħarsien ta’ saħħet il-bniedem.

(2)  It-Trattat jipprovdi wkoll li l-Unjoni tikkontribwixxi għall-ksib ta' livell għoli ta' ħarsien tal-konsumaturi mill-miżuri adottati minnha fil-kuntest tal-ikkompletar tas-suq intern.

(3)  Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tipprovdi għal sett ta’ regoli armonizzati li jiżguraw li l-ikel u l-għalf ikunu sikuri u bnien, u li l-attivitajiet li jista’ jkollhom impatt fuq is-sikurezza tal-katina tal-ikel jew fuq il-ħarsien tal-interessi tal-konsumaturi fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-ikel u l-għalf jitwettqu skont rekwiżiti speċifiċi. Jeżistu wkoll regoli tal-Unjoni li jiżguraw livell għoli ta’ saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, kif ukoll livell għoli ta' benessri tal-annimali, tul il-katina kollha tal-ikel, u f'dawk l-oqsma kollha ta' attività b'mira ewlenija li jiġġieldu t-tixrid possibbli tal-mard tal-annimali, li f'ċerti każijiet ikun jista' jittieħed mill-bniedem, u t-tixrid possibbli tal-pesti li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti; u regoli li jiżguraw il-ħarsien tal-ambjent minn riskji li jistgħu jinqalgħu mill-organiżmi ġenetikament modifikati (GMOs) u mill-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Ir-regoli tal-Unjoni jiggarantixxu wkoll l-identità u l-kwalità tal-materjal riproduttiv tal-pjanti. L-applikazzjoni korretta ta’ dawk ir-regoli, minn hawn ’il quddiem imsejħa kollettivament bħala "l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari", tikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern. [Em. 2]

(4)  Ir-regoli bażiċi tal-Unjoni fir-rigward tal-liġi tal-ikel u tal-għalf huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7). Minbarra dawk ir-regoli, liġi tal-ikel u l-għalf aktar speċifika tkopri oqsma differenti, bħall-alimentazzjoni tal-annimali, inklużi l-għalf immedikat, l-iġjene tal-ikel u tal-għalf, iż-żoonożi, il-prodotti sekondarji tal-annimali, ir-reżidwi tal-prodotti veterinarji mediċinali, il-kontaminanti, il-kontroll u l-qerda tal-mard tal-annimali b'impatt fuq saħħet il-bniedem, it-tikkettar tal-ikel u tal-għalf, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, l-addittivi tal-ikel u tal-għalf, il-vitamini, il-melħ minerali, il-mikronutrijenti u addittivi oħra, il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, rekwiżiti ta’ kwalità u ta’ kompożizzjoni, l-ilma tajjeb għax-xorb, il-jonizzazzjoni, alimenti ġodda, u GMOs.

(5)  Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali timmira li tiżgura standards għoljin ta’ saħħa tal-bniedem u tal-annimali fl-Unjoni, l-iżvilupp razzjonali tas-setturi tal-biedja u tal-akkwakultura, u ż-żieda fil-produttività. Tali leġiżlazzjoni hija meħtieġa biex tikkontribwixxi għall-ikkompletar tas-suq intern tal-annimali u l-prodotti tal-annimali, u biex jiġi evitat it-tixrid tal-mard li jista' jittieħed u li jikkonċerna l-Unjoni. Il-leġiżlazzjoni tkopri oqsma bħall-kummerċ intra-Unjoni, id-dħul fl-Unjoni, il-qerda tal-mard, il-kontrolli veterinarji u n-notifika tal-mard, u tikkontribwixxi wkoll għas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf.

(6)  L-Artikolu 13 tat-Trattat jirrikonoxxi li l-annimali huma esseri sensibbli. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-benessri tal-annimali tirrikjedi li s-sidien tal-annimali, dawk li jżommu l-annimali, u l-awtoritajiet kompetenti jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-benessri tal-annimali billi jiggarantixxu t-trattament etiku tagħhom, u billi jevitawlhom uġigħ u tbatija bla bżonn. Tali regoli huma msejsa fuq evidenza xjentifika, u jistgħu jtejbu indirettament il-kwalità u s-sikurezza tal-ikel u tal-għalf.

(7)  Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-pjanti tirregola d-dħul, l-identifikazzjoni u t-tixrid tal-pesti tal-pjanti li ma jeżistux, jew mhumiex mifruxa ħafna, fl-Unjoni. L-għan tagħha hija li tħares is-saħħa tal-uċuħ tal-Unjoni, kif ukoll is-saħħa tal-ispazju aħdar pubbliku u privat u l-foresti, filwaqt li tissalvagwardja l-bijodiversità u l-ambjent tal-Unjoni, u tiggarantixxi l-kwalità u s-sikurezza tal-ikel u tal-għalf magħmul mill-pjanti.

(8)  Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti tirregola l-produzzjoni bil-għan tat-tqegħid fis-suq tiegħu, u tirregola t-tqegħid fis-suq tal-materjal riproduttiv tal-pjanti ta' speċijiet agrikoli, ta' ħxejjex, tal-foresti, tal-frott u ornamentali, kif ukoll tal-vinji. L-għan ta’ dawk ir-regoli huwa li jiżguraw l-identità, is-saħħa u l-kwalità tal-materjal riproduttiv tal-pjanti għall-utenti tiegħu, kif ukoll il-produttività, id-diversità, is-saħħa u l-kwalità tal-katina agroalimentari, filwaqt li jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-bijodiversità u tal-ambjent. [Em. 3]

(9)  Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar tal-prodotti organiċi tipprovdi bażi għall-iżvilupp sostenibbli tal-produzzjoni organika, u timmira li tikkontribwixxi għall-ħarsien tar-riżorsi naturali, għall-bijodiversità u għall-benessri tal-annimali, kif ukoll għall-iżvilupp taż-żoni rurali.

(10)  Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar skemi tal-kwalità agrikoli għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel tidentifika l-prodotti u l-oġġetti tal-ikel imkabbra u prodotti skont speċifikazzonijiet preċiżi, filwaqt li jħeġġu produzzjoni agrikola mżewqa, iħarsu l-ismijiet tal-prodotti, u jinfurmaw liċ-ċittadini dwar il-karattru speċifiku tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel.

(11)  Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina agroalimentari tissejjes fuq il-prinċipju li l-operaturi, f'kull stadju tal-produzzjoni, ipproċessar u distribuzzjoni fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom, huma responsabbli li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina agroalimentari relevanti għall-attivitajiet tagħhom.

(12)  Ir-responsabbiltà għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina agroalimentari tinsab f'idejn l-Istati Membri, li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jimmonitorjaw u jivverifikaw, permezz tal-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali, li r-rekwiżiti relevanti tal-Unjoni jkunu rispettati u infurzati b'mod effiċjenti.

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) stabbilixxa qafas leġiżlattiv waħdani għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali. Dak il-qafas tejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza tal-kontrolli uffiċjali, l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina agroalimentari, u l-livell ta’ ħarsien mir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u għall-benessri tal-annimali fl-Unjoni, kif ukoll il-livell ta' ħarsien tal-ambjent minn riskji li jistgħu jinqalgħu mill-GMOs u mill-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti. Ir-Regolament imsemmi pprovda wkoll qafas legali kkonsolidat li jappoġġja approċċ integrat lejn it-twettiq tal-kontrolli uffiċjali tul il-katina agroalimentari.

(14)  Hemm għadd ta’ dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina agroalimentari li l-infurzar tagħhom ma ġiex iggvernat, jew ġie ggvernat biss parzjalment, mir-Regolament (KE) Nru 882/2004. B'mod partikulari, regoli speċifiċi għall-kontrolli uffiċjali nżammew fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti, kif ukoll fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002(9). Is-saħħa tal-pjanti taqa' wkoll, fil-biċċa l-kbira, barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, b'ċerti regoli dwar il-kontrolli uffiċjali stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità(10). [Em. 4]

(15)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE(11) tipprovdi wkoll għal sett iddettaljat ħafna ta’ regoli li jistabbilixxu, inter alia , frekwenzi minimi għall-kontrolli uffiċjali, u miżuri speċifiċi ta’ infurzar li għandhom jiġu adottati f'każijiet ta’ nonkonformità.

(16)  Biex il-qafas leġiżlattiv ġenerali jiġi razzjonalizzat u simplifikat, filwaqt li jitfittex fl-istess ħin l-għan ta' regolamentazzjoni aħjar, ir-regoli applikabbli għall-kontrolli uffiċjali f'oqsma speċifiċi għandhom jiġu integrati f'qafas leġiżlattiv waħdani għall-kontrolli uffiċjaligħandhom jiġu integrati aktar, sakemm dawn isegwu l-istess għanijiet fir-rigward tal-attivitajiet ta' kontroll. Għal dan il-għan, ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u atti oħra li bħalissa jiggvernaw il-kontrolli uffiċjali f'oqsma speċifiċi għandhom jiġu rrevokati, u ssostitwiti b'dan ir-Regolament. [Em. 5]

(17)  Dan ir-Regolament għandu jfittex li jistabblixxi qafas armonizzat tal-Unjoni għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali, kif ukoll attivitajiet uffiċjali oħra minbarra l-kontrolli uffiċjali, tul il-katina kollha agroalimentari, filwaqt li jitqiesu r-regoli dwar il-kontrolli uffiċjali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u f'leġiżlazzjoni settorjali relevanti, flimkien mal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli.

(18)  Għall-verifika tal-konformità mar-regoli dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti agrikoli bħal uċuħ li jistgħu jitkabbru, inbid, żejt taż-żebbuġa, frott u ħaxix, ħops, ħalib u prodotti tal-ħalib, ċanga u vitella, laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż, u għasel, sistema ta' kontroll stabbilit sew u speċifiku diġà tinsab implimentata. Għaldaqstant, ir-Regolament ma għandux japplika għall-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill (12), ħlief għall-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II ta' dak ir-Regolament. [Em. 6]

(19)  Ċerti definizzjonijiet bħalissa stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandhom jiġu adattati biex iqisu l-kamp ta’ applikazzjoni usa’ ta’ dan ir-Regolament, sabiex jiġu allinjati ma' dawk stipulati f'atti oħra tal-Unjoni, u sabiex tiġi ċċarata, jew fejn xieraq tiġi ssostitwita, terminoloġija li jkollha sens differenti f'setturi differenti.

(20)  Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina agroalimentari tħalli f'idejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ċerti kompiti speċjalizzati li għandhom isiru , mhux l-inqas għall-ħarsien tas-saħħa tal-annimali u l-pjanti u tal-benessri tal-annimali u għall-ħarsien tal-ambjent fir-rigward tal-GMOs u l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u għall-iżgurar tal-identità u tal-kwalità għolja tal-materjal riproduttiv tal-pjanti. Dawk il-kompiti huma l-attivitajiet ta’ interess pubbliku li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri huma meħtieġa li jwettqu sabiex jeqirdu, irażżnu jew inaqqsu r-riskji li jistgħu jinqalgħu għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għall-benessri tal-annimali, jew għall-ambjent. Dawk l-attivitajiet, li jinkludu l-approvazzjoni tal-prodotti, is-sorveljanza u l-monitoraġġ, inkluż għal għanijiet epidemoloġiċi, u l-qerda u t-trażżin tal-mard, kif ukoll kompiti oħra ta’ kontroll tal-mard, huma ggvernati mill-istess regoli settorjali li huma infurzati permezz tal-kontrolli uffiċjali. [Em. 7]

(21)  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinħatru mill-Istati Membri fl-oqsma kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Filwaqt li l-Istati Membri jinsabu fl-aqwa pożizzjoni biex jiddeċiedu liema awtorità jew awtoritajiet kompetenti għandhom jaħtru għal kull qasam, kif ukoll f'liema livell tal-amministrazzjoni, għandhom jintalbu wkoll li jaħtru awtorità waħdanija li tiżgura, f'kull qasam, komunikazzjoni kkoordinata xierqa mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra, kif ukoll mal-Kummissjoni.

(22)  L-Istati Membri għandu jkollhom il-permess li jikkonferixxu lill-awtoritajiet kompetenti maħturin ir-responsabbiltà għall-kontrolli uffiċjali fir-rigward tar-regoli tal-Unjoni, inklużi regoli li jirrigwardaw speċijiet barranin li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-produzzjoni agrikola jew għall-ambjent minħabba l-karattru invażiv tagħhom, għajr dawk li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(23)  Għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali mmirati għall-verifika tal-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari, u għat-twettiq tal-attivitajiet uffiċjali l-oħra kkonferiti f'idejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina agroalimentari, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet pubbliċi kompetenti li jaġixxu fl-interess pubbliku, li għandhom u jiżguraw il-kwalità, il-konsistenza u l-effettività tal-kontrolli uffiċjali. L-awtorità, jew l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandu jkollhom biżżejjed riżorsi u tagħmir, u li joffru garanziji ta' imparzjalità u professjonaliżmu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw il-kwalità, il-konsistenza u l-effettività tal-kontrolli uffiċjali.Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jiggarantixxu l-imparzjalità u l-professjonaliżmu tagħhom billi jiżguraw l-indipendenza tagħhom minn kwalunkwe operatur li jopera fi ħdan il-katina agroalimentari. [Em. 8]

(24)  L-applikazzjoni u l-infurzar korretti tar-regoli li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jirrikjedu għarfien xieraq kemm ta’ dawk ir-regoli, kif ukoll tar-regoli ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, huwa importanti li l-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra jirċievi taħriġ regolari dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli, skont il-qasam ta’ kompetenza ta’ kull membru tal-persunal, kif ukoll dwar l-obbligi li jitnisslu minn dan ir-Regolament.

(24a)  L-awditi li jsiru mill-awtoritajiet kompetenti, jew li jsiru fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, jistgħu jkunu bbażati fuq standards internazzjonali, meta r-rekwiżiti ta' dawn l-istandards jikkorrispondu mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. [Em. 9]

(25)  L-operaturi jrid ikollhom dritt għandu jkollhom id-dritt ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet kompetenti, u. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu infurmati jinfurmaw lill-operaturi dwar tali dritt dan id-dritt. [Em. 10]

(26)  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-persunal, ħlief għall-obbligi ta' rappurtar intern, il-persunal responsabbli għall-kontrolli uffiċjali ma jikxifx informazzjoni miksuba matul it-twettiq ta’ tali kontrolli u fejn dik l-informazzjoni koperta mis-segretezza professjonali. Sakemm ma jkunx hemm interess prevalenti li jiġġustifika l-kxif, is-segretezza professjonali għandhom tinkludi informazzjoni li tkun tipperikola l-għan tal-ispezzjonijiet, l-istħarriġ jew l-awditjar, il-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali, u l-protezzjoni tal-proċedimenti tal-qorti u l-konsulenza legali. Madankollu, is-segretezza professjonali ma għandhiex tipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jikxfu F’każ ta' suspett ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew ksur serju ieħor tal-liġi dwar l-ikel, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-passi xierqa sabiex jinfurmaw lill-pubbliku. Il-miżuri li jittieħdu għandhom ikunu proporzjonali mal-kobor tal-ksur, b'mod partikolari meta jissemmew l-ismijiet ta' prodotti speċifiċi jew tal-intrapriżi kkonċernati. Informazzjoni fattwali dwar ir-riżultat tal-kontrolli uffiċjali ta’ kontroll uffiċjali fir-rigward ta’ operaturi individwali, fejn l-operatur ikkonċernat tista’ tinxtered, ikun ingħata l-permess li jikkummenta dwar dan qabel il-iżvelar u tali kummenti jkunu tqiesu, jew u fl-istess ħin ikunu nkixfu flimkien mal-informazzjoni mixruda mxerrda mill-awtoritajiet kompetenti. Il-bżonn li tiġi rispettata s-segretezza professjonali huwa wkoll bla ħsara għall-obbligu li jiġi infurmat il-pubbliku ġenerali fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli ta’ suspett li l-ikel jew l-għalf jista' jippreżenta riskju għas-saħħa skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. L-obbligu li l-awtoritajiet kompetenti jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali f’każijiet fejn hemm raġunijiet raġonevoli ta’ suspett li ċertu ikel jew għalf jista’ jippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, u d-dritt tal-individwi għall-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom kif inhu pprovdut fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), ma għandux ikun affettwat minn dan ir-Regolament. [Em. 11]

(27)  L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kontrolli uffiċjali b'mod regolari, f'kull settur u fir-rigward ta’ kull operatur, attività, annimal u prodott iggvernati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina agroalimentari. Il-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali għandha tiġi stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti, li għandhom iqisu l-bżonn li jaġġustaw l-isforz tal-kontroll skont ir-riskju u l-livell ta' konformità mistennija f'kull sitwazzjoni individwali. Madankollu, f'ċerti każijiet, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina agroalimentari tirrikjedi li l-kontrolli uffiċjali jitwettqu irrispettivament mil-livell ta' riskju jew ta' nonkonformità mistennija, fid-dawl tal-ħruġ ta' ċertifikat jew attestat uffiċjali li huwa prerekwiżit għat-tqegħid fis-suq jew għall-moviment ta' annimali jew prodotti. F'tali każijiet, il-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali tiġi ddettata mill-bżonnijiet ta’ ċertifikazzjoni jew ta’ attestazzjoni.

(28)  Biex tinżamm l-effiċjenza tal-kontrolli uffiċjali fil-verifika tal-konformità, l-ebda twissija ma għandha tingħata qabel it-twettiq ta’ kontrolli, sakemm in-natura tal-attivitajiet ta’ kontroll uffiċjali ma tirrikjedix mod ieħor, kif ikun il-każ b'mod partikolari għall-attivitajiet ta’ awditjar).

(29)  Il-kontrolli uffiċjali għandhom ikunu eżawrjenti u effettivi, u għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni qiegħda tiġi applikata b'mod korrett. Billi l-kontrolli uffiċjali jistgħu jirrappreżentaw piż għall-operaturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-interessi tagħhom meta jorganizzaw u jwettqu l-attivitajiet ta’ kontroll uffiċjali, u għandhom jillimitaw tali piż għal dak li jkun meħtieġ għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali effiċjenti u effettivi.

(29a)  Il-kontrolli uffiċjali għandhom jitwettqu minn persunal li jkun ħieles minn kull kunflitt ta’ interess, u b’mod partikolari li ma jkunx involut, direttament jew permezz ta’ konjuġi, f’attività ekonomika li tkun soġġetta għall-kontrolli uffiċjali stabbiliti. [Em. 12]

(30)  Il-kontrolli uffiċjali għandhom isiru bl-istess livell ta’ attenzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, irrispettivament minn jekk ir-regoli infurzati japplikaw għal attivitajiet li huma relevanti biss fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew għal attivitajiet li se jolqtu l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tal-annimali u l-prodotti li se jiġu ttrasportati jew imqiegħda fis-suq fi Stat Membru ieħor, jew esportati barra mill-Unjoni. F'dan l-aħħar każ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jintalbu wkoll, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li jivverifikaw il-konformità tal-annimali u l-prodotti ma' rekwiżiti stabbiliti mill-pajjiż terz destinatarju ta' tali annimali jew prodotti.

(31)  Biex jiġi żgurat l-infurzar korrett tar-regoli tal-Unjoni għall-katina agroalimentari, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jwettqu kontrolli uffiċjali fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-annimali u l-prodotti kkonċernati minn tali regoli. Biex jiġi żgurat li l-kontrolli uffiċjali jitwettqu b'mod eżawrjenti u effettiv, l-awtoritjiaet kompetenti għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jwettqu kontrolli uffiċjali fl-istadji kollha tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni tal-prodotti, sustanzi, materjali jew oġġetti li mhumiex iggvernati mir-regoli għall-katina agroalimentari (ngħidu aħna, ta’ prodotti mediċinali veterinarji), safejn dan ikun meħtieġ għall-istħarriġ bis-sħiħ tal-ksur possibbli ta’ dawk ir-regoli, u għall-identifikazzjoni tal-kawża ta’ tali ksur.

(32)  L-awtoritajiet kompetenti jaġixxu fl-interess tal-operaturi u tal-pubbliku ġenerali, billi jiżguraw li l-istandards għoljin ta’ ħarsien stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina agroalimentari jiġu ppreżervati u protetti permezz ta’ azzjoni ta’ infurzar xierqa, u billi jiżguraw li l-konformità ma' tali regoli tiġi ddeterminata tul il-katina kollha agroalimentari bis-saħħa ta' kontrolli uffiċjali. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu responsabbli, quddiem l-operaturi u l-pubbliku ġenerali, għall-effiċjenza u l-effettività tal-kontrolli uffiċjali mwettqa minnhom. Għandhom jipprovdu aċċess għall-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni u t-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra, u għandhom jippublikaw b'mod regolari informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali u r-riżultati tagħhom. Barra minn hekk, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt li jippubblikaw, jew li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-operaturi individwali, abbażi tar-riżultat ta’ tali kontrolli uffiċjali.

(33)  Huwa tal-ikbar importanza li l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw u jivverifikaw l-effettività u l-konsistenza tal-kontrolli uffiċjali mwettqa minnhom. Għal dan il-għan, għandhom jaġixxu abbażi ta’ proċeduri ddokumentati bil-miktub, u għandhom jipprovdu informazzjoni u struzzjonijiet iddettaljati lill-persunal li jwettqu l-kontrolli uffiċjali. Għandu jkollhom implimentati wkoll proċeduri u mekkaniżmi adegwati biex jivverifikaw b'mod kontinwu li l-azzjoni tagħhom stess hija effettiva u konsistenti, u għandhom jieħdu azzjoni korrettiva fejn jidentifikaw nuqqasijiet.

(34)  Biex titħaffef l-identifikazzjoni tan-nonkonformità, u biex jiġi ssimplifikat it-teħid ta’ azzjoni korrettiva mill-operatur ikkonċernat, ir-riżultat ta’ dawk il-kontrolli uffiċjali li jidentifikaw nonkonformitajiet mar-regoli għandu jiġi rreġistrat f’rapport, b'kopja tiegħu. Kopja ta’ dak ir-rapport tingħadda wkoll lill-operatur. Fejn il-kontrolli uffiċjali jirrikjedu l-preżenza kontinwa u regolari tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-operatur, rapport ta’ kull spezzjoni individwali jew ta’ kull żjara għand l-operatur ikun sproporzjonat. F’tali każijiet, ir-rapporti tal-każijiet għandhom jitħejjew bi frekwenza li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u lill-operatur ikunu infurmati b’mod regolari tal-livell ta’ konformità, u jiġu nnotifikati minnufih b’kull nuqqas identifikat. Fl-interess tat-tnaqqis tal-piż amministrattiv, għandu jkun biżżejjed ukoll li r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali waqt spezzjonijiet fil-fruntiera jkunu rreġistrati fid-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul. [Em. 13]

(35)  L-operaturi għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet kompetenti u mal-korpi maħturin, sabiex jiżguraw it-twettiq bla xkiel tal-kontrolli uffiċjali, u sabiex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu attivitajiet uffiċjali oħra.

(36)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas leġiżlattiv waħdani għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità mar-regoli għall-katina agroalimentari fl-oqsma kollha koperti minn dawk ir-regoli. Fi wħud minn dawk l-oqsma, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tistipula rekwiżiti ddettaljati li għandhom jiġu rrispettati, li jitolbu ħiliet speċjali u mezzi speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali. Biex tiġi evitata d-diverġenza fil-prassi, li tkun twassal għal ħarsien żbilanċjat tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, kif ukoll tal-benessri tal-annimali u, fir-rigward tal-GMOs u l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, tal-ambjent; li tkun tfixkel il-funzjonament tas-suq intern għall-annimali u l-prodotti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; u li tkun tgħawweġ il-kompetizzjoni, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tissupplimenta r-regoli stipulati f'dan ir-Regolament permezz tal-adozzjoni ta' regoli speċifiċi ta' kontroll uffiċjali li jistgħu jindirizzaw il-bżonnijiet ta' kontrolli f'dawk l-oqsma.

B'mod partikulari, tali regoli għandhom jistabblixxu rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u frekwenzi minimi għal dawk il-kontrolli, miżuri speċifiċi jew addizjonali fuq dawk diġà pprovduti f'dan ir-Regolament, li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu fir-rigward ta’ każijiet ta’ nonkonformità; responsabbiltajiet u kompiti speċifiċi tal-awtoritajiet kompetenti fuq dawk ipprovduti f'dan ir-Regolament, u kriterji speċifiċi għar-rikors għall-mekkaniżmi ta' għajnuna amministrattiva pprovduti f'dan ir-Regolament. F'każijiet oħra, tali regoli addizzjonali jistgħu jsiru meħtieġa biex jipprovdu qafas aktar iddettaljat għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali b'rabta mal-ikel u l-għalf, fejn toħroġ informazzjoni ġdida dwar riskji għas-saħħa tal-bnedmin jew tal-annimali jew, fir-rigward tal-GMOs u l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, riskji għall-ambjent, b'indikazzjoni li fin-nuqqas ta’ speċifikazzjonijiet komuni għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali mal-Istati Membri kollha, il-kontrolli jkunu jonqsu milli jipprovdu l-livell mistenni ta' ħarsien minn dawk ir-riskji, kif inhu pprovdut mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari.

(37)  L-awtoritajiet kompetenti jridu jkunu kapaċi jaħtru wħud mill-kompiti tagħhom lil korpi oħra. Għandhom jiġu stipulati kundizzjonijiet xierqa li jiggarantixxu li jinżammu l-imparzjalità, il-kwalità u l-konsistenza tal-kontrolli uffiċjali, kif ukoll tal-attivitajiet uffiċjali l-oħra. B'mod partikulari, il-korp iddelegat għandu jkun akkreditat skont l-istandard ISO għat-twettiq tal-ispezzjonijiet.

(38)  Biex jiġu żgurati l-affidabbiltà u l-konsistenza tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mal-Unjoni kollha, il-metodi użati għall-kampjunar u għall-analiżi, ittestjar u dijanjożi tal-laboratorju, għandhom jilħqu standards xjentifiċi mill-aktar moderni, jissodisfaw il-bżonn speċifiku analitiku, ta’ ttestjar u dijanjożi tal-laboratorju kkonċertnat, u joffru riżultati analitiċi, ta’ ttestjar u dijanjożi sodi u affidabbli. Għandhom jiġu stabbiliti regoli ċari għall-għażla tal-metodu li għandu jintuża fejn hemm aktar minn wieħed disponibbli minn sorsi differenti, bħall-Organizazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO), l-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Ħarsien tal-Pjanti (EPPO), il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (IPPC), l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), il-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali, jew regoli nazzjonali.

(39)  L-operaturi li l-annimali jew il-prodotti tagħhom huma soġġetti għall-kampjunar, analiżi, ittestjar jew dijanjożi fil-kuntest ta’ kontrolli uffiċjali għandu jkollhom id-dritt li japplikaw għal opinjoni esperta sekondarja, li għandha tinkludi t-teħid tat-tieni kampjun għall-finijiet tal-kontroanaliżi, kontrottestjar jew kontradijanjożi, sakemm tali tieni kampjunar ma jkunx teknikament impossibbli jew irrelevanti. Dan ikun il-każ, b'mod partikulari, fejn il-prevalenza tal-periklu tkun partikularment baxxa fl-annimal jew fil-prodott, jew fejn id-distribuzzjoni tiegħu tkun partikularment skarsa jew irregolari. Għal din ir-raġuni, l-IPPC tirrofta l-użu ta’ kontrokampjuni għall-verifika tal-preżenza ta’ organiżmi tal-kwarantina fil-pjanti jew fil-prodotti tal-pjanti.

(40)  Għall-finijiet tat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali f'kummerċ li jsir bl-internet jew b'mezz remot ieħor, l-awtoritajiet kompetenti jridu jkunu kapaċi jiksbu kampjuni permezz ta' ordnijiet mibgħuta b'mod anonimu, magħrufa wkoll għala 'xiri bil-moħbi,, li mbagħad ikunu jistgħu jiġu analizzati, ittestjati, jew soġġetti għal verifika tal-konformità. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jippreżervaw id-drittijiet tal-operaturi għal opinjoni esperta sekondarja.

(41)  Il-laboratorji maħtura mill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-analiżi, l-ittestjar u d-dijanjożi fuq kampjuni meħudin fil-kuntest ta’ kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra għandu jkollhom l-għarfien espert, it-tagħmir, l-infrastruttura u l-persunal biex iwettqu tali kompiti bl-ogħla standards possibbli. Biex jiżguraw riżultati sodi u affidabbli, dawk il-laboratorji għandhom ikunu akkreditati għall-użu ta' dawn il-metodi skont l-istandard EN ISO/IEC 17025 dwar "Rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza tal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni". L-akkreditazzjoni għandha tinħareġ minn korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni li jopera skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14).

(42)  Filwaqt li l-akkreditament huwa l-ewwel għażla ta’ strument biex jiżgura l-prestazzjoni tal-ogħla livell mill-laboratorji uffiċjali, huwa wkoll proċess kumpless u għali, li jkun jirriżulta f'piż sproporzjonat għall-laboratorju f'każijiet fejn il-metodu ta’ analiżi, ittestjar jew dijanjożi fil-laboratorju jkun ta’ tħaddim partikularment faċli, u ma jirrekjedix proċeduri jew tagħmir speċjalizzat, bħalma hu l-każ tad-detenzjoni tat-Trinchinella fil-kuntest tal-ispezzjoni, f'każijiet fejn l-analiżi jew it-testijiet imwettqa jikkonċernaw biss aspetti kwalitattivi tal-materjali riproduttiv tal-pjanti, u, skont ċerti kundizzjonijiet, f'każijiet fejn il-laboratorju jwettaq biss analiżi, ittestjar jew dijanjożi fil-kuntest ta’ attivitajiet uffiċjali oħra għajr il-kontrolli uffiċjali.

(43)  Biex jiġi żgurat approċċ flessibbli u proporzjonali, b'mod partikulari għall-laboratorji tas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, għandha tiġi pprovduta l-adozzjoni ta' derogi mmirati li jippermettu lil ċerti laboratorji jaġixxu mingħajr ma jkollhom akkreditament għal kull metodu li jużaw. Barra minn hekk, l-akkreditament ta' laboratorju għall-metodi kollha li għandu juża bħala laboratorju uffiċċjali mhux bilfors ikun disponibbli minnufih f'ċerti każijiet fejn ikollhom jintużaw metodi ġodda jew reċentement modifikati, kif ukoll f'każijiet ta’ riskji emerġenti jew f'sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Għaldaqstant, f’ċerti kundizzjonijiet, il-laboratorji uffiċjali għandu jkollhom il-permess li jwettqu analiżi, ittestjar u dijanjożi f'isem l-awtoritajiet kompetenti qabel ma jiksbu l-akkreditament relevanti.

(44)  Il-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-annimali u l-prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi huma ta’ importanza ewlenija biex jiżguraw li l-annimali u l-prodotti huma konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli fi ħdan l-Unjoni, u b'mod partikulari mar-regoli stabbiliti biex iħarsu, mal-Unjoni kollha, is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, il-benessri tal-annimali, u fejn jidħlu l-GMOs u l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, l-ambjent. Tali kontrolli uffiċċjali għandhom isiru, kif xieraq, qabel jew wara r-rilaxx tal-annimali jew il-prodotti għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa mal-Unjoni. Il-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali għandha tindirizza b'mod adegwat ir-riskji għas-saħħa, għall-benessri tal-annimali u għall-ambjent li jistgħu jinqalgħu mid-dħul ta' annimali jew prodotti fl-Unjoni, filwaqt li jitqies ir-rekord tal-konformità mar-rekwiżiti pprovduti fir-regoli tal-Unjoni għall-katina agroalimentari, il-kontrolli diġà mwettqa fuq dawk l-istess annimali u prodotti fil-pajjiż terz ikkonċernat, u l-garanziji mogħtija minn dak il-pajjiż terz li l-annimali u l-prodotti esportati lejn l-Unjoni jilħqu r-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(45)  Fid-dawl tar-riskji għal saħħet il-bniedem, għas-saħħa tal-annimalijew tal-pjanti, għall-benessri tal-annimali jew għall-ambjent, li jistgħu jinqalgħu minn ċerti annimali jew prodotti, dawk l-annimali jew prodotti għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali speċifiċi li għandhom isiru mad-dħul tagħhom fl-Unjoni. Regoli attwali tal-Unjoni jirrikjedu t-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-fruntiera tal-Unjoni biex jiżguraw li jintlaħqu l-istandards ta’ saħħa tal-bniedem, ta’ saħħa tal-annimali u ta’ benessri tal-annimali, applikabbli għall-annimali, għall-prodotti ta' oriġini mill-annimali, il-prodotti ġerminali u l-prodotti sekondarji mill-annimali; għandhom jiżguraw ukoll li l-pjanti u l-prodotti tal-pjanti jikkonformaw mar-rekwiżiti fitosanitarji. Kontrolli miżjuda mad-dħul fl-Unjoni jsiru wkoll fuq ċerti prodotti oħra, fejn riskji emerġenti jew magħrufin jitolbu dan. Għandhom jiġu pprovduti f'dan ir-Regolament il-karatteristiċi speċifiċi ta’ tali kontrolli, bħalissa ggvernati mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE(15), id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE (16), id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE(17), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (18).

(46)  Biex issaħħaħ l-effiċjenza tas-sistema tal-kontrolli uffiċjali tal-Unjoni, tiżgura l-allokazzjoni ottima tar-riżorsi tal-kontrolli uffiċjali ddedikati għall-kontrolli uffiċjali, u tħaffef l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina tal-ikel, għandha tiġi stabbilita sistema integrata komuni ta' kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tieħu post l-oqfsa attwali frammentati tal-kontrolli, sabiex tittratta l-kunsinni kollha li, fid-dawl tar-riskju li jistgħu jiġu magħhom, għandhom jiġu kkontrollati mad-dħul tagħhom fl-Unjoni.

(47)  Il-kontrolli uffiċjali mwettqa fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera għandhom jinkludu verifiki tad-dokumentazzjoni u tal-identità fuq il-kunsinni kollha, u verifiki fiżiċi li jsiru bi frekwenza li tiddependi mir-riskju muri minn kull kunsinna ta’ annimali jew prodotti.

(48)  Il-frekwenza tal-verifiki fiżiċi għandha tiġi ddeterminata u mmodifikata abbażi tar-riskji għal saħħet il-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti, għall-benessri tal-annimali, jew fir-rigward tal-GMOs u l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, għall-ambjent. Dan l-approċċ għandu jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jallokaw ir-riżorsi għall-kontrolli fejn ikun hemm l-akbar riskji. Il-frekwenza tal-verifiki tal-identità għandha tkun soġġetta wkoll għal tnaqqis, jew limitata għall-verifika tas-siġill uffiċjali ta’ kunsinna fejn dan huwa ġġustifikat minn riskju ridott li l-kunsinni jidħlu fl-Unjoni. L-approċċ imsejjes fuq ir-riskji għall-verifiki tal-identità u dawk fiżiċi għandu jiġi ssegwit billi jintużaw bis-sħiħ is-settijiet tad-dejta u l-informazzjoni disponibbli, kif ukoll il-ġbir kompjuterizzat tad-dejta u s-sistemi ta’ ġestjoni tagħhom.

(49)  F'ċerti każijiet, u sakemm jiġu ggarantiti livelli għoljin ta’ saħħet il-bniedem, tas-saħħa tal-annimali u l-pjanti, tal-benessri tal-annimali, u tal-ħarsien tal-ambjent fir-rigward tal-GMOs u l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, il-kontrolli uffiċjali li s-soltu jsiru mill-awtoritajiet kompetenti fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera jistgħu jsiru f'punti oħra ta’ kontroll, jew minn awtoritajiet oħrajn.

(50)  Bil-għan li tiġi organizzata sistema effiċjenti ta’ kontrolli uffiċjali, il-kunsinni li jaslu minn pajjiżi terzi u li jirrikjedu kontrolli mad-dħul tagħhom fl-Unjoni, għandhom jiġu akkumpanjati minn dokument komuni tad-dħul għas-saħħa (CHED), li għandu jintużaw għan-notifika minn qabel tal-wasla ta’ kunsinni fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, u biex jiġi rrekordjat ir-riżultat tal-kontrolli uffiċjali mwettqa u d-deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mal-kunsinna li jakkumpanja. L-istess dokument għandu jintuża mill-operatur biex jikseb l-approvazzjoni mill-awtoritajiet doganali ladarba jkun saru l-kontrolli uffiċjali kollha.

(51)  Il-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi għandhom isiru fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera maħturin mill-Istati Membri skont sett ta’ rekwiżiti minimi. Il-ħatra ta’ tali entitajiet għandha tiġi rtirata jew sospiża meta ma jibqgħux jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija, jew meta l-attivitajiet tagħhom jistgħu jkunu ta’ riskju għal saħħet il-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti, il-benessri tal-annimali, jew fil-każ tal-GMOs u l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, l-ambjent.

(52)  Biex tiġi garantita l-applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni li jaslu minn pajjiżi terzi, għandhom jiġu stabbiliti regoli komuni għall-iggvernaw tal-azzjonijiet li għandhom jieħdu l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi fil-każ ta' suspett ta' nonkonformità, u b'rabta ma' kunsinni mhux konformi u ma' kunsinni li jistgħu jinvolvu riskju għal saħħet il-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti, għall-benessri tal-annimali, jew fil-każ tal-GMOs u l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, għall-ambjent.

(53)  Biex jiġu evitati inkonsistenzi u duplikazzjonijiet tal-isforzi għall-kontrolli uffiċjali, biex il-kunsinni li huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera jkunu jistgħu jiġu identifikati mingħajr dewmien, u biex jiġi ggarantit li l-kontrolli jsiru b'mod effiċjenti, għandhom jiġu żgurati l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet relevant oħra li jittrattaw il-kunsinni li jaslu minn pajjiżi terzi.

(54)  L-Istati Membri għandhom jintalbu jiżguraw li dejjem ikun hemm riżorsi finanzjarji adegwati disponibbli biex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom biżżejjed persunal u tagħmir għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra. Għalkemm l-operaturi huma responsabbli fuq kollox li jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom isiru f'konformità mar-regoli tal-Unjoni għall-katina agroalimentari, is-sistema tal-kontrolli proprji li jimplimentaw għal dan il-għan jeħtieġ li tiġi kkumplimentata b'sistema ddedikata ta’ kontrolli uffiċjali miżmuma minn kull Stat Membru għall-iżgurar ta’ sorveljanza effettiva tas-suq tul il-katina kollha agroalimentari. Tali sistema, minnha nfisha, hija kumplessa u teħtieġ ħafna riżorsi, u għandha tingħata fluss stabbli ta' riżorsi għall-kontrolli uffiċjali, f'livell xieraq għall-bżonnijiet ta' infurzar f'kull mument. Biex inaqqsu d-dipendenza tas-sistema tal-kontrolli uffiċjali fuq il-finanzi pubbliċi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġbru tariffi jew kontribuzzjonijiet għall-kostijiet biex ikopru l-kostijiet li jġarrbu meta jwettqu kontrolli uffiċjali fuq ċerti operaturi u għal ċerti attivitajiet fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina agroalimentari teħtieġ reġistrazzjoni jew approvazzjoni skont ir-regoli tal-Unjoni dwar l-iġjene tal-ikel u tal-għalf, jew skont ir-regoli li jiggvernaw is-saħħa tal-pjantiu l-materjal riproduttiv tal-pjanti. Għandhom jinġabru tariffi jew kontribuzzjonijiet għall-kostijiet mill-operaturi wkoll biex jagħmlu tajjeb għall-kostijiet tal-kontrolli uffiċjali li jitwettqu għall-finijiet tal-ħruġ ta’ ċertifikat jew attestament uffiċjali, kif ukoll għall-kostijiet tal-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera. [Em. 14]

(55)  It-tariffi għandhom ikopru, iżda ma jaqbżux, il-kostijiet imġarrba mill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-kontrolli uffiċjali. Tali kostijiet għandhom jiġu kkalkolati abbażi ta’ kull kontroll uffiċjali individwali, jew abbażi tal-kontrolli uffiċjali kollha mwettqa f'perjodu ta’ żmien iddeterminat. Fejn jiġu applikata tariffa abbażi tal-kost reali tal-kontrolli uffiċjali individwali, l-operaturi b'rekord tajjeb ta’ konformità għandhom iġarrbu imposti ġenerali aktar baxxi minn operaturi mhux konformi, peress li għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali inqas frekwenti. Biex titrawwem il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni min-naħa tal-operaturi kollha, irrispettivament mill-metodi, abbażi tal-kostijiet reali jew ta’ rata fiss, magħżulin minn kull Stat Membru għall-kalkolu tat-tariffi, fejn dawn it-tariffi jiġu kkalkulati abbażi tal-kostijiet ġenerali mġarrba mill-awtoritajiet kompetenti f'perjodu ta’ żmien iddeterminat, u jiġu imposti fuq l-operaturi kollha irrispettivament minn jekk humiex soġġetti għal kontroll uffiċjali tul il-perjodu ta’ referenza, dawk it-tariffi għandhom jiġu kkalkulati b'mod li jippremjaw lill-operaturi b'rekord tajjeb konsistenti ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari.

(56)  Il-ħlas lura dirett jew indirett tat-tariffi miġbura mill-awtoritajiet kompetenti għandu jkun ipprojbit, billi dan ikun iqiegħed lill-operaturi li ma jgawdux mill-ħlas lura fi żvantaġġ, u potenzjalment joħloq tagħwiġ tal-kompetizzjoni. Madankollu, sabiex jingħata appoġġ lill-mikrointrapriżi, dawn għandhom ikunu eżentati mill-ħlas tat-tariffi miġburin skont dan ir-Regolament.

(57)  L-iffinanzjar tal-kontrolli uffiċjali permezz ta’ tariffi miġbura mill-operaturi għandu jsir bl-akbar trasparenza, biex iċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jifhmu l-metodu u d-dejta użati għall-istabbiliment tat-tariffi, u biex ikunu jistgħu jinfurmaw ruħhom dwar l-użu tad-dħul mit-tariffi.

(58)  Ir-regoli tal-Unjoni għall-katina agroalimentari jistabbilixxu l-każijiet fejn it-tqegħid fis-suq jew il-moviment ta’ ċerti annimali jew prodotti għandhom jiġu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali ffirmat mill-uffiċjal ta’ ċertifikazzjoni. Jixraq li jiġi stabbilit sett komuni ta’ regoli li jistipulaw l-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti u tal-uffiċjali taċ-ċertifikazzjoni fir-rigward tal-ħruġ ta' ċertifikati uffiċjali, kif ukoll il-karatteristiċi li ċ-ċertifikati uffiċjali jrid ikollhom biex jiżguraw l-affidabbiltà tagħhom.

(59)  F'każijiet oħra, ir-regoli li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jipprvodu li t-tqegħid fis-suq jew il-moviment ta’ ċerti annimali jew prodotti għandhom jiġu akkumpanjati minn tikketta uffiċjali, marka uffiċjali jew attestament uffiċjali ieħor maħruġin mill-operaturi bis-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti, jew mill-awtoritajiet kompetenti nfushom. Jixraw li jiġi stipulat sett minimu ta’ regoli li jiżguraw li l-ħruġ ta’ attestament uffiċjali jsir ukoll skont garanziji xierqa ta’ affidabbiltà.

(60)  Il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra għandhom jissejsu fuq metodi ta’ analiżi, ittestjar u dijanjożi li jilħqu standards xjentifiċi mill-iktar moderni, u li joffru riżultati sodi, affidabbli u paragunabbli mal-Unjoni kollha. Il-metodi użati mil-laboratorji uffiċjali, kif ukoll il-kwalità u l-uniformità tad-dejta tal-analiżi, l-ittestjar u d-dijanjożi ġġenerata minnhom, għandhom għalhekk jittejbu b'mod kontinwu. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi taħtar u sserraħ fuq l-għajnuna esperta ta’ laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea, f'dawk l-oqsma kollha tal-katina agroalimentari fejn jeħtieġu riżultati preċiżi u affidabbli ta’ analiżi, ittestjar u dijanjożi. B'mod partikulari, il-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għandhom jiżguraw li l-laboratorji ta’ referenza nazzjonali u l-laboratorji uffiċjali jkunu pprovduti b'informazzjoni aġġornata dwar il-metodi disponibbli, jorganizzaw jew jieħdu sehem attiv f'testijiet komparattivi bejn il-laboratorji, u joffru korsijiet ta’ taħriġ għall-laboratorji ta’ referenza nazzjonali jew laboratorji uffiċjali.

(60a)  Ir-Regolamenti (KE) Nri 1829/2003(19) u 1831/2003(20) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jagħtu, rispettivament lil-laboratorju taʼ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-ikel ġenetikament modifikat u għall-għalf u lil-laboratorju taʼ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-addittivi fl-għalf, kompiti speċifiċi fl-ambitu tal-proċedura taʼ awtorizzazzjoni taʼ ikel jew għalf ġenetikament modifikat jew taʼ addittivi fl-għalf, li jikkonċernaw, bʼmod partikolari, il-verifika, il-valutazzjoni u l-validazzjoni tal-metodu taʼ detezzjoni jew taʼ analiżi propost mill-applikant. L-esperjenza turi li l-għarfien u l-kompetenza fil-verifika, fl-evalwazzjoni u fil-validazzjoni tal-metodi fil-kuntest tal-proċeduri taʼ awtorizzazzjoni huma kruċjali biex ikun assigurat kontribut taʼ livell għoli u mill-aktar avvanzat fir-rigward tal-effiċjenza tal-kontrolli uffiċjali. Il-laboratorji maħtura skont ir-Regolamenti (KE) Nri 1829/2003 u 1831/2003 għandhom għalhekk jaġixxu bħala laboratorji Ewropej ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet taʼ dan ir-Regolament. [Em. 16]

(61)  Għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra marbutin mal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti, u fil-qasam tal-benessri tal-annimali, l-awtoritajiet kompetenti jrid ikollhom aċċess għal dejta teknika aġġornata, affidabbli u konsistenti, għal sejbiet tar-riċerka, għal tekniki ġodda, u għall-għarfien espert meħtieġa għall-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli f'dawk l-istess oqsma. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi taħtar u sserraħ fuq l-għajnuna esperta ta’ ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-materjal riproduttiv tal-pjanti u għall-benessri tal-annimali. [Em. 17]

(62)  Fit-tiftix tal-miri ta’ dan ir-Regolament u f’kontribuzzjoni għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern filwaqt li tiġi żgurata l-fiduċja tal-konsumaturi, il-każijiet ta’ nonkonformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina agroalimentari li jirrikjedu azzjoni ta’ infurzar f’aktar minn Stat Membru wieħed għandhom jiġu segwiti b’mod effiċjenti u konsistenti. Is-Sistema ta’ Allarm Malajr għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) imwaqqfa bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tippermetti diġà lill-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw u jxerrdu malajr informazzjoni dwar riskji diretti jew indiretti serji għal saħħet il-bniedem f’dak li jirrigwarda l-ikel jew l-għalf, jew riskji serji għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, jew għall-ambjent, f’dak li jirrigwarda l-għalf, jew fil-każ ta’ frodi tal-ikel, sabiex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri rapidi li jilqgħu għal dawk ir-riskji. Madankollu,dak l- istrument, waqt li jippermetti azzjoni f’waqtha mal-Istati Membri kollha kkonċernati biex tilqa’ ċerti riskji serji tul il-katina agroalimentari, ma jistax jaqdi l-għan li jippermetti għajnuna u kooperazzjoni transfruntiera effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti biex dawn jiżguraw li dawk il-każijiet ta’ nonkonformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina agroalimentari li jkollhom dimensjoni transfruntiera jiġu segwiti b’effiċjenza, mhux biss fl-Istat Membru fejn in-nonkonformità tkun instabet għall-ewwel darba, iżda wkoll fl-Istat Membru fejn in-nonkonformità tkun oriġinat. B’mod partikulari, l-għajnuna u l-kooperazzjoni amministrattivi għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jaqsmu informazzjoni, u jidentifikaw, jistħarrġu u jieħdu azzjoni effettiva u proporzjonata kontra l-ksur tranfruntier tar-regoli għall-katina agroalimentari. [Em. 18]

(63)  It-talbiet għall-għajnuna amministrattiva, u kull notifika marbuta magħhom, għandhom jiġu ssegwiti kif xieraq. Biex jiffaċilitaw l-għajnuna u l-kooperazzjoni amministrattiva, l-Istati Membri għandhom jintalbu jaħtru korp ta’ kollegament wieħed jew aktar biex jgħinu u jikkoordinaw il-flussi ta’ komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti. Biex titħaffef u tiġi ssimplifikata l-kkooperazzjoni fost l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tal-għodod tekniċi li għandhom jintużaw, il-proċeduri għall-komunikazzjoni bejn il-korpi ta’ kollegament, u format standard għat-talbiet għall-għajnuna, in-notifiki u r-risposti.

(64)  Kull Stat Membru għandu jintalab ifassal u jaġġorna regolarment pjan multiannwali ta’ kontroll nazzjonali (MANCP) li jkopri l-oqsma kollha ggvernati mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina agroalimentari, u li jinkludi informazzjoni dwar l-istruttura u l-organizzazzjoni tas-sistema ta' kontrolli uffiċjali tiegħu. Tali MANCPs huma l-istrument li bih kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kontrolli uffiċjali jsiru b'mod effiċjenti u abbażi tar-riskji, fit-territorju kollu tiegħu u tul il-katina kollha agroalimentari, u b'konformità ma' dan ir-Regolament.

(65)  Biex jiġu garantiti l-koerenza u l-kompletezza tal-pjanijiet multiannwali tal-kontrolli nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità waħdanija responsabbli għat-tħejjija u l-implimentazzjoni koordinati ta’ tali pjanijiet. Biex tippromwovi approċċ konsistenti, uniformi u integrat għall-kontrolli uffiċjali, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta regoli dwar il-pjanijiet multiannwali tal-kontrolli nazzjonali, li għandhom jidentifikaw prijoritajiet għall-kontrolli uffiċjali, proċeduri effettivi ta’ kontrolli, kriterji għall-kategorizzazzjoni tar-riskji, u indikaturi tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-pjanijiet multiannwali tal-kontrolli nazzjonali.

(66)  L-Istati Membri għandhom jintalbu jressqu rapport annwali lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ kontroll u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet multiannwali ta' kontroll nazzjonali. Biex jiġu ffaċilitati l-ġbir u t-trażmissjoni ta’ dejta paragunabbli, il-komplikazzjoni sussegwenti ta’ tali dejta fi statistiċi mal-Unjoni kollha, u t-tħejjija ta’ rapporti mill-Kummissjoni dwar l-operat tal-kontrolli uffiċjali mal-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tadotta atti ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta’ formoli mudelli standard għar-rapporti annwali.

(67)  L-esperti tal-Kummissjoni għandhom ikunu kapaċi jwettqu kontrolli fl-Istati Membri biex jivverifikaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u l-funzjonament tas-sistemi nazzjonali ta’ kontroll u tal-awtoritajiet kompetenti. Il-kontrolli tal-Kummissjoni għandhom iservu wkoll biex jistħarrġu u jiġbru informazzjoni dwar il-prattiki tal-infurzar, jew dwar problemi, emerġenzi u żviluppi ġodda f'dan ir-rigward fl-Istati Membri.

(68)  L-annimali u l-prodotti minn pajjiżi terzi għandhom jikkonformaw mal-istess rekwiżiti li japplikaw għall-annimali u l-prodotti tal-Unjoni, jew ma' rekwiżiti li huma rikonoxxuti bħala tal-anqas ewkivalenti fir-rigward tal-għanijiet imfittxa mir-regoli tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari. Dan il-prinċipju huwa mnaqqax fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, li jirrikjedi li l-ikel u l-għalf importati fl-Unjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti relevanti tal-liġi tal-ikel tal-Unjoni, jew ma' rekwiżiti meqjusa tal-anqas ekwivalenti għalihom. Rekwiżiti speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju jingħataw f'regoli tal-Unjoni dwar il-miżuri kontra l-pesti tal-pjanti, li jipprojbixxu l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti pesti li mhumiex preżenti fl-Unjoni, jew huma preżenti sa punt limitat, f'regoli tal-Unjoni li jistipulaw rekwiżiti għas-saħħa tal-annimali, li jippermettu d-dħul fl-Unjoni ta’ annimali u ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali biss minn pajjiżi terzi li huma inklużi f'lista mfassla għal dan il-għan; u f'regoli tal-Unjoni għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum uman, li jipprovdu wkoll għall-istabbiliment ta’ lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom dawk il-prodotti jistgħu jidħlu fl-Unjoni. F'dak li jirrigwarda l-materjal riproduttiv tal-pjanti, tinsab implimentata sistema ta’ ekwivalenza, li permezz tagħha huma awtorizzati u elenkati dawk il-pajjiżi terzi li minnhom jista' jiġi importat il-materjal riproduttiv tal-pjanti.

(69)  Sabiex jiġi żgurat li l-annimali u l-prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina agroalimentari, jew ma' rekwiżiti meqjusa ekwivalenti, minbarra r-rekwiżiti stabbiliti minn regoli tal-Unjoni dwar miżuri ta’ protezzjoni kontra l-pesti tal-pjanti, regoli tal-Unjoni li jistipulaw rekwiżiti għas-saħħa tal-annimali, regoli tal-Unjoni li jistipulaw regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali biex jiżguraw li jintlaqħu r-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina agroalimentari b'rabta ma' kwistjonijiet fitosanitarji u veterinarji, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tistipula kundizzjonijiet għad-dħul tal-annimali u l-prodotti fl-Unjoni sal-punt meħtieġ biex jiġi żgurat li dawk l-annimali u l-prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha relevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina agroalimentari, jew ma' rekwiżiti ekwivalenti. Tali kundizzjonijiet għandhom japplikaw għall-annimali, għall-prodotti, jew għall-kategoriji ta’ annimali u prodotti, mill-pajjiżi terzi kollha, jew minn ċerti pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom.

(70)  Fejn ikun hemm evidenza, f'każijiet speċifiċi, li ċerti annimali jew prodotti li joriġinaw minn pajjiż terz, grupp ta’ pajjiżi terzi, jew reġjuni tagħhom, iġibu magħhom riskji għal saħħet il-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti, jew fil-każ tal-GMOs u l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, riskji għall-ambjent, jew fejn ikun hemm evidenza li x'aktarx qiegħda ssir nonkonformità serja mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina agroalimentari, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tadotta miżuri biex irażżnu dawk ir-riskji.

(71)  Il-prestazzjoni ta' kontrolli uffiċjali effettivi u effiċjenti, jew ta' attivitajiet uffiċjali oħra, u fl-aħħar mill-aħħar is-sikurezza u s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, kif ukoll il-ħarsien tal-ambjent, jiddependu wkoll mid-disponibbiltà, għall-awtoritajiet ta’ kontroll, ta’ persunal imħarreġ tajjeb, b'għarfien adegwat tal-kwistjonijiet kollha relevanti għall-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi taħriġ iddedikat adegwat, sabiex tippromwovi approċċ uniformi għall-kontrolli uffiċjali u għal attivitajiet uffiċjali oħra tal-awtoritajiet kompetenti. Biex jippromwovi l-għarfien tal-leġiżlazzjoni u r-rekwiżiti tal-Unjoni għall-katina agroalimentari f'pajjiż terzi, tali taħriġ għandu jkun indirizzat ukoll lejn il-persunal tal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi.

(72)  Biex trawwem il-qsim tal-esperjenza u tal-aqwa prassi fost l-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi wkoll torganizza, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, programmi għall-iskambju ta’ persunal responsabbli għall-kontrolli uffiċjali jew għal attivitajiet uffiċjali oħra.

(73)  Huwa importanti, għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali effettivi u attivitajiet uffiċjali oħra, li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, il-Kummissjoni, u fejn relevanti, l-operaturi, ikunu kapaċi jiskambjaw dejta u informazzjoni marbuta mal-kontrolli uffiċjali jew ir-riżultati tagħhom, b’mod rapidu u effiċjenti. Hemm diversi sistemi informatiċi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u ġestiti mill-Kummissjoni biex jippermettu li tali dejta u informazzjoni tiġi ttrattata u ġestita permezz ta’ għodod tal-IT u bbażati fuq l-internet, mifruxin mal-Unjoni kollha. Sistema ddedikata għar-reġistrar u l-intraċċar tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali hija s-Sistema Esperta tal-Kontroll tal-Kummerċ (TRACES), stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE(21), u li bħalissa tintuża għall-ġestjoni tad-dejta u l-informazzjoni dwar l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali, u dwar il-kontrolli uffiċjali fuqhom. Dik is-sistema għandha tiġġedded u tiġi adattata sabiex tippermetti l-użu tagħha għall-prodotti kollha li għalihom il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina agroalimentari tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi jew modalitajiet ta’ kontroll uffiċjali. Sistemi tal-IT iddedikati jeżistu wkoll għall-iskambju rapidu ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, dwar ir-riskji li jistgħu jinqalgħu fil-katina tal-ikel jew għas-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti. Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi r-RASFF, Regolament (UE) .../...(22) sistema għan-notifikar u r-rappurtar dwar il-miżuri fuq mardiet elenkati u frodi tal-ikel, u Regolament (UE) .../...(23)+ sistema għan-notifikar u r-rappurtar tal-preżenza ta’ pesti u għan-notifikar ta’ każijiet ta’ nonkonformità. Dawn is-sistemi kollha għandhom jiffunzjonaw b’mod armonizzat u konsistenti, b’użu ta’ sinerġiji bejn is-sistemi differenti, u b’mod li jiġu evitati d-duplikazzjonijiet, jitħaffef l-operat tagħhom, u jkunu aktar effiċjenti. [Em. 19]

(74)  Biex tappoġġja ġestjoni aktar effiċjenti tal-kontrolli uffiċjali, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema kompjuterizzata ta’ informazzjoni li tintegra u ġġedded kif meħtieġ kull sistema relevanti eżistenti ta’ informazzjoni, li tippermetti l-użu ta’ għodod avvanzati ta’ komunikazzjoni u ċertifikazzjoni, kif ukoll l-aktar użu effiċjenti tad-dejta u l-informazzjoni marbuta mal-kontrolli uffiċjali. Bil-għan li jiġu evitati duplikazzjonijiet mhux meħtieġa ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni, id-disinn ta’ tali sistema informatika għandu jqis il-bżonn li tiġi żgurata, kull fejn xieraq, il-kompatibbiltà ta' tali sistema informatika ma' sistemi informatiċi oħra operati mill-awtoritajiet pubbliċi, u li permezz tagħhom dejta relevanti tiġi skambjata jew issir disponibbli. Barra minn hekk, għandha tiġi prevista l-possibbiltà li jintużaw firem elettroniċi, fit-tifsira tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlalment Ewropew u tal-Kunsill (24),għandhom jkunu stipulati bi qbil mal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa.

(74a)  Sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun il-piżijiet amministrattivi u l-kostijiet tal-kontrolli, u sabiex l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jitħallew jikkomunikaw elettronikament b’mod effettiv fir-relazzjonijiet kummerċjali ma’ pajjiżi terzi, huwa meħtieġ li meta jkun hemm skambju ta’ ċertifikati elettroniċi jew ta’ dejta elettronika oħra, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jużaw protokolli standardizzati internazzjonalment dwar il-lingwa, l-istruttura u l-iskambju tal-messaġġi, ibbażati fuq gwida għaċ-ċertifikazzjoni elettronika fil-Lingwaġġ tal-Immarkar Estensibbli (XML schemas) standardizzat tal-Konsorzju tal-World Wide Web (WC3) kif ukoll mekkaniżmi ta’ skambju sikuri bejn l-awtoritajiet kompetenti kif ipprovdut miċ-Ċentru tan-NU għall-Iffaċilitar tal-Kummerċ u għan-Negozju Elettroniku (UN/CEFACT). [Em. 20]

(75)  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistħarrġu l-każijiet fejn ikun hemm suspett ta’ nonkonformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-katina agroalimentari, u fejn nonkonformità tiġi identifika, għandhom jiddeterminaw l-oriġini u l-firxa tagħha, kif ukoll ir-responsabbiltajiet tal-operaturi. Għandhom jieħdu wkoll miżuri xierqa biex jiżguraw li l-operaturi kkonċernati jirrimedjaw is-sitwazzjoni, u li jipprevjenu aktar nonkonformità.

(76)  Il-verifika tal-konformità mal-leġiżlazzjoni għall-katina agroalimentari permezz tal-kontrolli uffiċjali hija ta’ importanza fundamentali biex jiġi żgurat li, mal-Unjoni kollha, l-għanijiet ta' dik il-leġiżlazzjoni jinkisbu b'mod effettiv. Nuqqasijiet fis-sistemi tal-kontrolli tal-Istati Membri jistgħu, f'ċerti każijiet, ifixklu serjament il-ksib ta’ dawk l-għanijiet, u jwasslu għall-emerġenza ta’ riskji għal saħħet il-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew il-pjanti, għall-benessri tal-annimali, u fir-rigward tal-GMOs u l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, għall-ambjent, indipendentament mill-involviment jew ir-responsabbiltà tal-operaturi jew atturi oħra, jew jistgħu jwasslu wkoll għal sitwazzjonijiet ta’ nonkonformità serja u mifruxa mar-regoli għall-katina tal-ikel. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tirreaġixxi għan-nuqqasijiet serji fis-sistema ta' kontrolli ta' Stat Membri, billi tadotta miżuri mmirati li jrażżnu jew jneħħu dawk ir-riskji mill-katina agroalimentari, sakemm tittieħed l-azzjoni meħtieġa mill-Istat Membru kkonċernat biex jirrimedja n-nuqqas fis-sistema ta' kontrolli.

(77)  Il-ksur tar-regoli għandu jkun soġġett għal sanzjonijiet effettivi, diżwassivi u proporzjonati fil-livell nazzjonali, mal-Unjoni kollha. Biex il-penali finanzjarji applikabbli għall-ksur intenzjonali jkunu biżżejjed diżwassivi, għandhom ikunu stabbiliti li x'aktarx ikun ikbar mill-benefiċċju f’livell tal-anqas id-doppju tal-benefiċċju ekonomiku mfittex minn min iwettaq il-ksur. L-Istati Membri għandhom jiġu rikjesti lijapplikaw penali kriminali jew amministrattivi xierqa, jew it-tnejn, fil-każi fejn l-operaturi li jonqsu milli jikkooperaw matul kontroll uffiċjali. [Em. 21]

(77a)  Għandhom jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet partikolari tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, b’mod partikolari l-pajjiżi l-inqas żviluppati, u li dawn jiġu appoġġati fl-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tal-annimali u l-prodotti fl-Unjoni. [Em. 22]

(78)  Dan ir-Regolament ikopri oqsma li huma diġà koperti f'ċerti atti fis-seħħ bħalissa. Biex tiġi evitata d-duplikazzjoni, u biex jiġi stabbilit qafas leġiżlattiv koerenti, l-atti li ġejjin għandhom jiġu rrevokati, u ssostitwiti bir-regoli ta’ dan ir-Regolament: Id-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE(25); id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE(26); id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE (27); id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE; id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE(28); id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE; id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE(29); id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE u ir-Regolament (KE) Nru 882/2004; u r-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman(30). [Em. 23]

(79)  Għall-finijiet tal-konsistenza, għandhom isiru emendi wkoll għall-atti li ġejjin: ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(31); ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005(32); ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(33); ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007(34); ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009; ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009(35); ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(36); ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(37); id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE(38); id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE (39); ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003; ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003; id-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE(40); id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE(41); id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE(42); id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(43). [Em. 24]

(80)  Ir-Regolament (UE) Nru .../...(44) jipprovdi qafas għall-finanzjament mill-Unjoni ta' azzjonijiet u miżuri tul il-katina agroalimentari fl-oqsma msemmija, fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu 2014-2020. Uħud minn dawk l-azzjonijiet u miżuri jimmiraw li jtejbu l-prestazzjoni tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mal-Unjoni kollha. Ir-Regolament (UE) Nru .../...(45)+ għandu jiġi emendat biex iqis il-bidliet introdotti minnn dan ir-Regolament fir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(81)  Biex jiġu emendati r-referenzi għall-istandards Ewropej, kif ukoll l-Annessi II u III ta’ dan ir-Regolament, biex iqisu l-iżviluppi leġiżlattivi, tekniċi u xjentifiċi, u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'regoli speċifiċi li jiggvernaw il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra fl-oqsma li jkopri, inklużi, fost l-oħrajn, regoli dwar il-kwalifiki u t-taħriġ tal-persunal, dwar responsabbiltajiet u kompiti addizzjonali tal-awtoritajiet kompetenti, dwar il-każijiet fejn l-akkreditament tal-laboratorji mhix meħtieġa, dwar ċerti eżenzjonijiet mill-kontrolli uffiċjali fuq il-fruntiera, dwar il-kriterji li għandhom jintużaw biex tiġi ddeterminata l-frekwenza tal-verifiki fiżiċi u tal-identità, dwar l-istabbiliment tal-kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu minn ċerti annimali jew prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi, dwar rekwiżiti u kompiti addizzjonali tal-laboratorji u ċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea, dwar rekwiżiti addizzjonali għall-laboratorji ta' referenza nazzjonali, dwar il-kriterji għall-kategorizzazzjoni tar-riskju u għall-indikaturi tal-prestazzjoni għall-Pjanijiet Pluriennali ta' Kontroll Nazzjonali, u dwar il-pjanijiet ta' kontinġenza għall-ikel u għall-għalf kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anki fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti ta’ delega, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(82)  Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-ħatra tal-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea u taċ-ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-materjal riproduttiv tal-pjanti u għall-benessri tal-annimali, l-adozzjoni tal-programm tal-kontrolli tal-Kummissjoni fl-Istati Membri, u t-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali miżjuda fil-każ ta’ ksur tar-regoli dwar il-katina agroalimentari li jirrikjedu għajnuna koordinata u segwiment min-naħa tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni.

(83)  Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi, fost l-oħrajn, regoli u modalitajiet fir-rigward tal-awditjar; il-format taċ-ċertifikati u dokumenti oħra; l-istabbiliment ta' sistemi kompjuterizzati ta' ġestjoni tal-informazzjoni; il-kooperazzjoni bejn l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti u fost l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħra; il-metodi ta' kampjunar u ta' analiżi, ittestjar u dijanjożi fil-laboratorju, kif ukoll il-validazzjoni u l-interpretazzjoni tagħhom; it-traċċabbiltà; l-elenkar tal-prodotti jew tal-merkanzija soġġetti għall-kontrolli, u l-elenkar tal-pajjiżi jew reġjuni li jistgħu jesportaw ċerti annimali u prodotti lill-Unjoni; in-notifika minn qabel tal-kunsinni; l-iskambju ta’ informazzjoni; il-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera; l-iżolament u l-kwarantina; l-approvazzjoni ta’ kontrolli ta’ qabel l-esportazzjoni mwettqa minn pajjiżi terzi; miżuri li jrażżnu riskju jew li jtemmu nonkonformità serja u mifruxa fir-rigward ta' ċerti annimali jew prodotti li ġejjin minn pajjiż terz jew minn reġjun tiegħu; ir-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni li joffru garanziji ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni, u r-revoka ta’ tali rikonoxximent; attivitajiet ta’ taħriġ u programmi ta’ skambju ta’ persunal fost l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(46).

(84)  Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi żgurat approċċ armonizzat fir-rigward ta’ standards ta’ trattament xieraq tal-annimali waqt il-qatla, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri imma, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ dan ir-Regolament, jista’ għaldaqstant jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif inhu stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Titolu I

Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni, u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għal:

(a)  it-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

(b)  l-iffinanzjar tal-kontrolli uffiċċjali;

(c)  l-għajnuna amministrattiva u l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri, għall-applikazzjoni korretta tar-regoli msemmija fil-paragrafu 2;

(d)  it-twettiq tal-kontrolli tal-Kummissjoni fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi;

(e)  l-adozzjoni tal-kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu mill-annimali u mill-prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz;

(f)  l-istabbiliment ta’ sistema kompjuterizzata ta’ informazzjoni għall-ġestjoni tal-informazzjoni u tad-dejta marbuta mal-kontrolli uffiċjali.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kontrolli uffiċjali mwettqa għall-verifika tal-konformità mar-regoli li ġejjin, ikunux stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, jew mill-Istati Membri li japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f'dawk l-oqsma:

(a)  l-iggvernar tal-ikel u, tas-sikurezza tal-ikel, tal-kwalità tal-ikel u tat-tjubija tal-ikel, f’kull stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel, inklużi regoli mmirati li jiggarantixxu prattiki kummerċjali ġusti u li jħarsu l-interessi u l-informazzjoni tal-konsumaturi, u l-manifattura u l-użu ta’ materjali u artikli oġġetti maħsuba biex jidħlu f’kuntatt mal-ikel;

(b)  l-iggvernar tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent u l-użu ristrett tal-GMOs;

(c)  l-iggvernar tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-għalf u l-użu tal-għalf, inklużi regoli mmirati li jiggarantixxu prattiki kummerċjali ġusti u li jħarsu s-saħħa, l-interessi u l-informazzjoni tal-konsumaturi;

(d)  l-istipular ta’ rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali;

(e)  l-immirar ta’ prevenzjoni u minimizzazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali li jinqalgħu minn prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati;

(ea)  l-immirar lejn il-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni tar-reżistenza antimikrobika fl-annimali u l-bnedmin, kif ukoll fl-ambjent;

(f)  l-istipultar ta’ rekwiżiti ta’ benessri għall-annimali;

(g)  miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti;

(h)  il-produzzjoni bil-għan tat-tqegħid fis-suq, u t-tqegħid fis-suq tal-materjal riproduttiv tal-pjanti;

(i)  l-istipular ta’ rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti u l-użu sostenibbli tal-pestiċidi;

(j)  l-iggvernar tal-produzzjoni organika u t-tikkettar tal-prodotti organiċi;

(k)  l-użu u t-tikkettar tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, u l-ispeċjaltajiet tradizzjonali garantiti.

(ka)  rekwiżiti dwar il-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u r-residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali. [Em. 25, 26 u 27]

3.  Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-kontrolli uffiċjali mwettqa għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati fir-regoli msemmija fil-paragrafu 2 applikabbli għall-annimali u għall-prodotti:

(a)  li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi;

(b)  li se jiġu esportati lejn pajjiżi terzi.

4.  Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità ma':

(a)  Regolament (KE) Nru 1234/2007 f'oqsma differenti minn dawk imsemmija fil-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II ta' dak ir-Regolament. Madankollu, dan ir-Regolament għandu japplika għall-kontrolli uffiċjali dwar id-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti tal-inbid; [Em. 28]

(b)  Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(47).

(ba)  Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(48). [Em. 29]

5.  L-Artikoli 3 sa 5, l-Artikolu 7, l-Artikolu 11(2) u (3), l-Artikolu 14, l-Artikoli 30 sa 33, l-Artikoli 36 sa 41, l-Artikolu 76, it-Titoli III u IV, u l-Artikoli 129 u 136 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għal attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament, jew skont ir-regoli msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "kontroll uffiċjali" tfisser kull forma ta’ kontroll, inkluża wkoll il-verifika tar-rekwiżiti fir-rigward ta' annimali u prodotti minn pajjiżi terzi, li huma maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, imwettaq mill-awtoritajiet kompetenti għall-verifika tal-konformità ma’: [Em. 30]

(a)  dan ir-Regolament;

(b)  ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(2)  "attivitajiet uffiċjali oħra" tfisser kull attività, għajr kontroll uffiċjali, imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skont:

(a)  dan ir-Regolament;

(b)  ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) minbarra l-ittra (g), għall-iżgurar tal-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli; [Em. 31]

(3)  "liġi dwar l-ikel" tfisser il-liġi dwar l-ikel kif iddefinita fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(4)  "liġi dwar l-għalf" tfisser il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amminsitrattivi li jiggvernaw l-għalf b'mod ġenerali, u s-sikurezza tal-għalf b'mod partikulari, ikunx fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali; tkopri l-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-għalf u l-użu tal-għalf;

(5)  "awtoritajiet kompetenti" tfisser:

(a)  l-awtoritajiet ċentrali ta’ Stat Membru responsabbli għall-organizzazzjoni u t-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra, skont bħall-ħruġ ta’ ċertifikati jew attestamenti, il-ħatra tal-laboratorji, l-iskambju tal-informazzjoni fl-interess tal-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kif ukoll it-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar miżuri għar-rimedju ta' ksur ta' dan ir-Regolament u r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2); [Em. 32]

(b)  kull awtorità oħra li tkun ingħatat responsabbiltà;

(c)  fejn xieraq, l-awtoritajiet korrispondenti ta’ pajjiż terz;

(6)  "annimali" tfisser annimali kif iddefiniti fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru .../...(49); bl-eċċezzjoni tal-"annimali domestiċi"; [Em. 33]

(7)  "prodotti" tfisser kull prodott soġġett għal regola waħda jew iktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2), għajr l-annimali;

(8)  "ikel" tfisser ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(9)  "għalf" tfisser għalf kif iddefinit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(10)  "prodotti sekondarji tal-annimali" tfisser prodotti sekondarji kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(11)  "prodotti derivati" tfisser prodotti derivati kif iddefiniti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(12)  "pesti" tfisser pesti kif iddefinit fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru .../...(50) ;

(13)  "pjanti" tfisser pjanti kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru .../... (51) ;

(14)  "materjal riproduttiv tal-pjanti" tfisser materjal riproduttiv tal-pjanti kif iddefinit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXXX [In-numru, id-data, it-titolu u fin-nota tal-qiegħ, ir-referenza ĠU għar-Regolament dwar il-produzzjoni u d-disponibbiltà fis-suq ta' materjal riproduttiv tal-pjanti]; [Em. 34]

(15)  "prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti" tfisser prodotti għall-ħarsien tal-pjanti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009; għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, "prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti", tirreferi wkoll għas-sustanzi attivi msemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u sustanzi jew preparazzjonijiet oħra kif definiti fl-Artikolu 2(3) ta dak ir-Regolament; [Em. 35]

(16)  "speċi aljena" tfisser speċi, subspeċi jew grupp tassonimiku, introdott barra mid-distribuzzjoni naturali mgħoddija jew attwali tagħha, u li jinkludi kwalunkwe parti, gamete, żerriegħa, bajda, jew materjal ta’ propagazzjoni ta’ tali speċi, kif ukoll kwalunkwe speċi ibrida, varjetà jew razza, li tista' tgħix u sussegwentement tirriproduċi; [Em. 36]

(17)  "prodotti li joriġinaw mill-annimali" tfisser prodotti li joriġinaw mill-annimali kif iddefiniti fil-punt 8(1) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(52);

(18)  "prodotti ġerminali" tfisser prodotti ġerminali kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(25) tar-Regolament (UE) Nru .../...(53);

(19)  "prodotti tal-pjanti" tfisser prodotti tal-pjanti kif iddefiniti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru .../...(54);

(20)  "oġġetti oħra" tfisser oġġetti oħra kif iddefiniti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru .../... (55);

(21)  "valutazzjoni tar-riskji" tfisser valutazzjoni tar-riskji kif iddefinita fl-Artikolu 3(11) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(22)  "uffiċjal ta' ċertifikazzjoni" tfisser:

(a)  kull uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti awtorizzat li jiffirma ċertifikati uffiċjali minn tali awtoritajiet;

(b)  fejn ipprovdut mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), kull persuna oħra, awtorizzata li tiffirma ċertifikati uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti;

(23)  "ċertifikat uffiċjali" tfisser kull dokument fuq il-karta jew elettroniku ffirmat mill-uffiċjal ta’ ċertifikazzjoni, u li jipprovdu garanzija dwar il-konformità ma' rekwiżiti wieħed jew aktar minn dawk stipulati fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(24)  "nonkonformità" tfisser in-nuqqas ta’ konformità ma':

(a)  dan ir-Regolament;

(b)  ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(25)  "attestament uffiċjali" tfisser kull tikketta, marka jew forma oħra ta’ attestament maħruġa mill-operaturi bis-superviżjoni, permezz ta' kontrolli uffiċjali ddedikati, tal-awtoritajiet mill-awtoritajiet kompetenti, jew maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti nfushom, u li tipprovdi garanzija dwar il-konformità ma' rekwiżit wieħed jew iktar minn dawk stipulati fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2); [Em. 37]

(26)  "operatur" tfisser kull persuna naturali jew legali soġġetta għal obbligu wieħed jew aktar minn dawk ipprovduti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), għajr l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi l-oħra responsabbli għall-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra;

(27)  "kunsinna" tfisser għadd ta’ annimali jew kwantità ta’ prodotti tal-istess tip, klassi, jew deskrizzjoni, koperti mill-istess ċertifikat uffiċjali, attestament uffiċjali jew kwalunkwe dokument ieħor, imwasslin bl-istess mezz ta' trasport, u li ġejjin mill-istess oriġini; tista' tikkonsisti minn lott wieħed jew aktar;

(28)  "spezzjoni" tfisser forma ta’ kontroll uffiċjali li tinvolvi l-eżaminar ta’:

(a)  annimali jew prodotti;

(b)  attivitajiet taħt il-kontroll ta' operaturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), kif ukoll it-tagħmir, il-mezzi ta’ trasport, is-sustanzi u l-materjali , il-materjali, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-miżuri ta' prekawzjoni użati fit-twettiq ta' dawk l-attivitajiet; [Em. 38]

(c)  il-postijiet jew l-operaturi jwettqu l-attivitajiet tagħhom;

(ca)  id-dokumentazzjoni msemmija fil-punti a), b) u c); [Em. 39]

(29)  "post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera" tfisser postċentru ta' spezzjoni, u l-faċilitajiet tiegħu, maħtur minn Stat Membru biex iwettaq il-kontrolli uffiċjali pprovduti fl-Artikolu 45(1); [Em. 40]

(30)  "awditjar" tfisser eżami sistematiku u indipendenti biex jiġi ddeterminat jekk l-attivitajiet u r-riżultati relatati ta’ tali attivitajiet humiex konformi ma’ arranġamenti ppjanati, u jekk dawn l-arranġamenti humiex qegħdin jiġu applikati b'effiċjenza, u humiex xierqa għall-ilħiq tal-għanijiet;

(31)  "klassifikazzjoni" tfisser klassifikazzjoni ta’ operaturi msejsa fuq evalwazzjoni tal-konformità tagħhom ma' kriterji ta’ klassifikazzjoni;

(32)  "veterinarju uffiċjali" tfisser veterinarju maħtur mill-awtoritajiet kompetenti u adegwatament ikkwalifikat biex iwettaq il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra, skont: [Em. 42]

(a)  dan ir-Regolament;

(b)  ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(33)  "periklu" tfisser kull aġent jew kundizzjoni bil-potenzjal li jkollu effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, fuq il-benessri tal-annimali, jew fuq l-ambjent;

(34)  "materjal speċifikat riskjuż" tfisser tessuti kif iddefinit fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(35)  "vjaġġ twil" tfisser vjaġġ kif iddefinit fl-Artikolu 2(m) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005;

(36)  "punt tal-ħruġ" tfisser post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera jew kull post ieħor magħżul minn Stat Membru minn fejn annimali, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, jitilqu mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(37)  "tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi" tfisser kull apparat kif iddefinit fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2009/128/KE;

(38)  "korp maħtur" tfisser parti terza indipendenti li tkun irċeviet id-delega ta' kompiti speċifiċi ta' kontroll relatati ma' kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mingħand l-awtoritajiet kompetenti; [Em. 43]

(39)  "awtorità ta' kontroll għall-prodotti organiċi għall-produzzjoni organika" tfisser organizzazzjoni ta' amministrazzjoni pubblika ta' Stat Membru li tkun irċeviet, mingħand l-awtoritajiet kompetenti, id-delega tal-kompetenzi tagħhom (parzjalment jew bis-sħiħ) għall-ispezzjonijiet u ċ-ċertifikazzjoni fis-settur tal-produzzjoni organika, fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, inkluża, fejn xieraq, l-awtorità korrispondenti ta' pajjiż terz jew li topera f'pajjiż terz; [Em. 44]

(40)  "proċeduri ta' verifika tal-kontrolli" tfisser l-arranġamenti implimentati u l-azzjonijiet mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti bil-għan li jiżguraw li l-kontrolli uffiċjali u l-attivitajiet uffiċjali l-oħra huma konsisteni u effettivi;

(41)  "skrinjar" tfisser forma ta’ kontroll uffiċjali mwettaq billi ssir sekwenza ppjanata ta' osservazzjonijiet jew kejl bil-għan li jiksbu ħarsa ġenerali lejn il-qagħda tal-konformità ma' dan ir-Regolament u mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(42)  "skrinjar immirat" tfisser forma ta’ kontroll uffiċjali li jinvolvi l-osservazzjoni ta’ operatur wieħed jew aktar jew l-attivitajiet tagħhom;

(43)  "sistema ta’ kontroll" tfisser sistema li tinkludi l-awtoritajiet kompetenti u r-riżorsi, l-istrutturi, l-arranġamenti u l-proċeduri stabbiliti fi Stat Membru biex jiżguraw li l-kontrolli uffiċjali jsiru skont dan ir-Regolament u r-regoli pprovduti fl-Artikoli 15 sa 24;

(44)  "ekwivalenza" jew "ekwivalenti" tfisser sistemi li huma ġeneralment l-istess u jilħqu l-istess objettivi; [Em. 45]

(a)  il-kapaċità ta’ sistemi jew kejl differenti li jilħqu l-istess għanijiet; [Em. 46]

(b)  sistemi jew kejl differenti kapaċi li jilħqu l-istess għanijiet; [Em. 47]

(45)  "dħul fl-Unjoni" tfisser l-azzjoni li jinġiebu annimali u prodotti f'wieħed mit-territorji elenkati fl-Anness I;

(46)  "verifika dokumentarja" tfisser l-eżami taċ-ċertifikati uffiċjali, l-attestamenti uffiċjali u dokument jew dokumenti oħra, inklużi dokumenti ta’ natura kummerċjali, li huma rikjesti li jakkumpanjaw il-kunsinna, kif ipprovdut mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Artikolu 54(1), jew minn atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikoli 75(3), 125(4), 127(1) u 128(1);

(47)  "verifika tal-identità" tfisser spezzjoni viżiva biex tivverifika li l-kontenut u t-tikkettar ta’ kunsinna, inklużi l-marki fuq annimali, siġilli u mezzi ta’ trasport, jikkorrispondu mal-informazzjoni pprovduta fiċ-ċertifikati uffiċjali, fl-attestamenti uffiċjali u f'dokumenti oħra li jakkumpanjaw il-kunsinna;

(48)  "verifika fiżika" tfisser verifika tal-annimali jew tal-prodotti, u, kif xieraq, verifiki fuq l-ippakkjar, il-mezz ta’ trasport, it-tikkettar u t-temperatura, l-ikkampjunar għall-analiżi, ittestjar jew dijanjożi, u kull verifika oħra meħtieġa għall-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(49)  "trasbord" tfisser il-moviment ta’ prodotti jew annimali soġġetti għall-kontrolli uffiċjali pprovduti fl-Artikolu 45(1), li jaslu bil-baħar jew bl-ajru minn pajjiż terz, minn bastiment jew inġenju tal-ajru, u li jiġu ttrasportati b’superviżjoni doganali għal bastiment jew inġenju tal-ajru ieħor fl-istess port jew ajruport, bi tħejjija għal trasport ulterjuri; [Em. 48]

(50)  "tranżitu" tfisser moviment minn pajjiż terz lejn pajjiż terz ieħor, li jgħaddi, soġġett għal superviżjoni doganali, minn wieħed mit-territorji elenkati fl-Anness I, jew moviment minn territorju elenkat fl-Anness I lejn territorju ieħor elenkat fl-Anness I, li jgħaddi mit-territorju ta’ pajjiż terz;

(51)  "superviżjoni mill-awtoritajiet doganali" tfisser azzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 4(13) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92(56);

(52)  "kontroll mill-awtoritajiet doganali" tfisser kontrolli doganali kif iddefiniti fl-Artikolu 4(14) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92;

(53)  "detenzjoni uffiċjali" tfisser il-proċedura li biha l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li l-annimali u l-prodotti soġġetti għall-kontrolli uffiċjali ma jiċċaqalqux u ma jintmessux, fl-istennija ta’ deċiżjoni dwar id-destinazzjoni tagħhom; tinkludi l-ħażna mill-operaturi skont l-istruzzjonijiet u taħt il-kontroll tal-awtoritajiet doganali kompetenti; [Em. 49]

(54)  "kontrolli uffiċjali addizzjonali" tfisser dawk il-kontrolli li ma kinux ippjanati oriġinalment, u li ġew deċiżi abbażi tas-sejbiet ta’ kontrolli uffiċjali anterjuri, jew ta’ attiviajiet uffiċjali oħra;

(55)  "ċertifikazzjoni uffiċjali" tfisser il-proċedura li biha l-awtoritajiet kompetenti jagħtu garanzija tal-konformità ma' rekwiżit wieħed jew ieħor stipulat fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(56)  "pjan ta’ kontroll" tfisser deskrizzjoni stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti li tiġbor informazzjoni dwar l-istruttura u l-organizzazzjoni tas-sistema ta’ kontroll uffiċjali, kif ukoll tal-operat u l-ippjanar iddettaljat tal-kontrolli uffiċjali li għandhom isiru f'kull qasam imsemmi fl-Artikolu 1(2), tul perjodu ta' żmien;

(57)  "ktieb tal-vjaġġ" tfisser id-dokument stipulat fil-punti 1 sa 5 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1/2005.

(57a)  "awżiljarju uffiċjali" tfisser persuna kkwalifikata, skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament, biex taġixxi f'tali kapaċità, maħtura mill-awtorità kompetenti u li taħdem taħt l-awtorità u r-responsabbiltà ta' veterinarju uffiċjali. [Em. 50]

Titolu II

Kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra fl-Istati Membri

Kapitolu I

Awtoritajiet kompetenti

Artikolu 3

Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti

1.  Għal kull qasam iggvernat irregolat mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità għandu jkollhom awtorità jew l-awtoritajiet awtoritajiet kompetenti li lilhom jiddelegaw ir-responsabbiltà li jwettqu jkunu responsabbli għall-ippjanar, l-organizzazzjoni u, jekk ikun meħtieġ, it-twettiq ta' kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra. [Em. 51]

2.  Fejn, għall-istess qasam, Stat Membru jiddelega r-responsabbiltà għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra lil jkollu aktar minn awtorità kompetenti waħda, fuq il-livell nazzjonali, reġjunali jew lokali, jew fejn l-awtoritajiet kompetenti maħturin skont il-paragrafu 1 huma awtorizzati, bis-saħħa ta' dik il-ħatra, li jittrasferixxu responsabbiltajiet speċifiċi għall-kontrolli uffiċjali jew għal attivitajiet uffiċjali oħra lil awtoritajiet pubbliċi oħra, l-Istat Membru għandugħandha tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li: [Em. 52]

(a)  jimplimenta jiġu implimentati proċeduri li jiżguraw il-koordinazzjoni effiċjenti u effettiva fost l-awtoritajiet kollha involuti, kif ukoll il-konsistenza u l-effettività tal-kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra mat-territorju kollu tiegħu; [Em. 53]

(b)  ħatra ta' awtorità waħda responsabbli għall-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni u għall-kuntatti mal-Kummissjoni u ma' Stati Membri oħra fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa f'dak il-qasamf'kull wieħed mis-setturi definiti mill-Istat Membru, b'tali mod li jkunu koperti l-oqsma kollha msemmija fl-Artikolu 1(2). [Em. 54]

3.  L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(j) jistgħu jiddelegaw kompiti speċifiċi ta' kontroll uffiċjali lil awtorità waħda jew aktar ta' kontroll għall-prodotti organiċigħall-produzzjoni organika. F'tali każijiet, għandhom jattribwixxu numru tal-kodiċi lil kull waħda minnhom. [Em. 55]

4.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra dwar id-dettalji ta' kuntatt, u t-tibdil li jsir fihom, ta':

(a)  l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1;

(b)  l-awtoritajiet waħdanin maħturin skont il-paragrafu 2(b);

(c)  l-awtoritajiet ta’ kontroll għall-prodotti organiċi msemmija fil-paragrafu 3;

(d)  il-korpi ddelegati msemmija fl-Artikolu 25(1).

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għanda tkun disponibbli wkoll għall-pubbliku.

5.  L-Istati Membri jistgħu jiddelegaw lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ir-responsabbiltà li jwettqu kontrolli għall-verifika tal-konformità ma', jew għall-applikazzjoni ta’, regoli, inklużi dawk li jirregolaw riskji speċifiċi li jistgħu jinqalgħu mill-preżenza ta’ speċijiet aljeni fl-Unjoni, għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2). [Em. 56]

6.  Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista' tiddetermina l-mezz li bih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ssir disponibbli għall-pubbliku. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 141(2). Il-mezzi li bihom l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 trid titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, għandhom, fi kwalunkwe każ, jinkludu l-pubblikazzjoni fuq l-internet. [Em. 57]

Artikolu 4

Obbligi ġenerali tal-awtoritajiet kompetenti

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom:

(a)  proċeduri u arranġamenti implimentati biex jiżguraw l-effettività u l-adegwatezza tal-kontrolli uffiċjali u tal-attivitajiet uffiċjali l-oħra;

(b)  arranġamenti implimentati biex jiżguraw l-imparzjalità, l-indipendenza, il-kwalità u l-konsistenza, il-konsistenza u s-sodisfar tal-għanijiet uniformi tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra fil-livelli kollha; ma għandu jkollhom l-ebda konnessjoni ma', jew dipendenza fuq, l-operaturi li jikkontrollaw;

(c)  arranġamenti implimentati biex jiżguraw li l-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra jkunu imparzjali, ħielsa minn kull kunflitt ta’ interess, u ma jkollhom l-ebda konnessjoni mhux f'lokha li minnha jkunu jistgħu jistennew li jieħdu benefiċċju ekonomiku jew li tista' tipperikola l-imparzjalità tagħhom;

(d)  jew għandu jkollhom aċċess għal, kapaċità adegwata ta’ laboratorju għall-analiżi, l-ittestjar u d-dijanjożi;

(e)  jew għandu jkollhom aċċess għal, għadd suffiċjenti ta’ membri ta' persunal indipendenti, ikkwalifikat u b'esperjenza xierqa (fir-rigward tar-rekwiżiti ta' kontroll skont l-Artikolu 1(1) u (2), sabiex il-kontrolli uffiċjali u l-attivitajiet uffiċjali l-oħra jkunu jistgħu jitwettqu b'mod sħiħ, effiċjenti u effettiv;

(f)  faċilitajiet u tagħmir adegwat u miżmuma sew biex jiżguraw li l-persunal ikun jista' jwettaq il-kontrolli uffiċjali u l-attivitajiet uffiċjali l-oħtra b'mod effiċjenti u effettiv;

(g)  is-setgħat legali biex iwettqu kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra, kif ukoll biex jieħdu l-azzjoni pprovduta f'dan ir-Regolament u fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(h)  proċeduri legali implimentati biex jiżguraw li l-persunal ikollu aċċess għall-proprjetà u għad-dokumenti miżmuma mill-operaturi, bil-għan li jkun jistgħu jaqdu l-kompiti tagħhom kif xieraq;

(i)  pjanijiet ta’ kontinġenza implimentati, u għandhom ikunu lesti li joperaw tali pjanijiet fil-każ ta’ emerġenza, fejn xieraq skont ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2).

2.  Il-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra għandu:

(-a)  ikun magħmul minn uffiċjali impjegati mill-awtoritajiet kompetenti jew minn korp pubbliku indipendenti ddelegat mill-awtorità kompetenti biex iwettqu kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra;

(a)  jirċievi, għall-qasam ta’ kompetenza tiegħu, taħriġ adegwat li jippermettilhom iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod kompetenti, u jwettqu kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra b'mod konsistenti;

(b)  iżomm ruħu aġġornat fil-qasam ta’ kompetenza tiegħu, u jirċievi taħriġ addizjonali regolari, kif ikun xieraq;

(c)  jirċievi taħriġ fis-suġġetti stipulati fil-Kapitolu 1 tal-Anness II u dwar l-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti mnissla minn dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw programmi ta’ taħriġ bil-għan li jiżguraw li l-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra jirċievu t-taħriġ imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu.

3.  Biex tiżgura li l-persunal tal-awtoritajiet kompetenti msemmi fil-paragrafi 1(e) u 2 ikollu l-kwalifiki, il-ħiliet u l-għarfien meħtieġa, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 139 dwar regoli għall-kwalifiki u rekwiżiti ta' taħriġ speċifiċi ta' tali persunal, filwaqt li jitqies l-għarfien xjentifiku u tekniku meħtieġ għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra f'kull wieħed mill-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2).

4.  FejnMeta, fi ħdan is-servizzi ta' l-attivitajiet imwettqa minn awtorità kompetenti, iktar minn unità waħda tkun kompetenti li twettaq kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra, għandhom jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni effiċjenti u effettivi fost l-unitajiet differenti. [Em. 58, 341]

Artikolu 5

Awditjar tal-awtoritajiet kompetenti

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu awditjar intern, jew ikunu soġġetti għall-awditjar, u għandhom jieħdu miżuri xierqa fid-dawl tar-riżultati tagħhom, biex jiżguraw li huma konformi ma' dan ir-Regolament.

Dan l-awditjar:

(a)  għandu jkun soġġett għal skrutinju indipendenti;

(b)  għandu jsir b'mod trasparenti.

2.  B'talba ġustifikata tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu disponibbli għaliha r-riżultati tal-awditjar imsemmija fil-paragrafu 1. [Em. 59]

3.  Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tista' tistipula regoli għall-operat tal-awditjar ipprovdut fil-paragrafu 1. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 141(2).

Artikolu 6

Deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti dwar il-persuni fiżiċi u ġuridiċi

Id-deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 53, 64(3) u (5), 65, 134(2), u 135(1) u (2) dwar il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi għandhom ikunu soġġetti għad-dritt ta’ appell mingħand tali persuni kontra dawk id-deċiżjonijiet, skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 7

Obbligi ta' kunfidenzjalità tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu lill-membri tal-persunal tagħhom li ma jikxfux informazzjoni, ħlief fi ħdan l-awtorità kompetenti, miksuba waqt il-qadi tad-dmirijiet tagħhom fil-kuntest tal-kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra, li min-natura tagħha hija koperta mis-segretezza professjonali soġġett għall-paragrafu 2.

2.  Sakemm ma jkunx hemm interess pubbliku prevalenti għall-iżvelar tagħha, jew l-iżvelar tagħha jkun meħtieġ minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, l-informazzjoni koperta mis-segretezza professjonali, kif imsemmija fil-paragrafu 1, għandha tinkludi informazzjoni li l-iżvelar tagħha tkun tipperikola jkun jipperikola:

(a)  l-għan tal-ispezzjonijiet, l-investigazzjonijiet jew l-awditjar;

(b)  il-ħarsien tal-interessi kummerċjali ta' persuna fiżika jew legali;

(c)  il-ħarsien tal-proċedimenti proċedimenti pendenti fil-qrati u pariri legali.

(ca)  il-proċess deċiżjonali tal-awtoritajiet kompetenti.

2a.  L-awtoritajiet kompetenti, meta jkunu qed jiddeterminaw jekk l-iżvelarhux fl-interess pubbliku prevalenti, għandhom iqisu, inter alia, l-elementi li ġejjin:

(a)  ir-riskji li jista' jkun hemm għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, jew għall-ambjent;

(b)  in-natura, il-gravità u l-firxa ta' dawn ir-riskji, sabiex jiġi żgurat li l-iżvelar ikun proporzjonat fiċ-ċirkustanzi;

3.  Il-paragrafi Bla ħsara għall-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx iwaqqfu lill-awtoritajiet, l-awtoritajiet kompetenti milli għandhom jippubblikaw jew jagħmlu disponibbli għall-pubbliku informazzjoni dwar ir-riżultat ta’ kontrolli uffiċjali li jirrigwardaw operaturi individwali, sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-operatur ikkonċernat jingħata l-opportunità li jikkummenta dwar l-informazzjoni li l-awtorità kompetenti beħsiebha tippubblika jew tagħmel disponibbli għall-pubbliku, qabel il-pubblikazzjoni jew ir-rilaxx tagħha;

(b)  l-informazzjoni ppubblikata jew imqiegħda għall-aċċess pubbliku tqis il-kummenti espressi mill-operatur ikkonċernat, jew tiġi ppubbikata jew rilaxxata fl-istess waqt u flimkien ma' tali kummenti.

3a.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kull informazzjoni ppubblikata jew imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont dan l-Artikolu tkun preċiża u li, jekk tali informazzjoni sussegwentement jirriżulta li tkun ineżatta, tiġi rettifikata kif xieraq. [Em. 60]

Kapitolu II

Kontrolli uffiċjali

Artikolu 8

Regoli ġenerali dwar il-kontrolli uffiċjali

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali fuq l-operaturi l-impriżi kollha b'mod regolari, abbażi tar-riskji, u bi frekwenza adegwata, filwaqt li jqisu: [Em. 61]

(a)  riskji identifikati marbutin ma':

(i)  annimali u prodotti;

(ii)  l-attivitajiet u l-miżuri ta' prekawzjoni taħt il-kontroll tal-operaturi; [Em. 62]

(iii)  il-post tal-attivitajiet jew operati tal-operaturi;

(iv)  l-użu ta’ prodotti, proċessi, materjali, addittivi tal-ikel jew sustanzi li jistgħu jinfluwenzaw is-sikurezza u t-tjubija tal-ikel jew, is-sikurezzatal-għalf, is-saħħa tal-annimali jew il-benessri tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti jew l-identità u kwalità tal-materjal riproduttiv tal-pjanti, jew, fil-każ tal-GMOs u tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, li jistgħu jolqtu ħażin l-ambjent; [Em. 63]

(iva)  il-potenzjal li l-konsumaturi jkunu mqarrqa dwar in-natura, il-kwalità u s-sustanza ta' prodott jew il-potenzjal li l-konsumaturi jġarrbu telf finanzjarju minħabba li jkunu rċevew informazzjoni qarrieqa mingħand l-operatur. [Em. 64]

(ivb)  ir-rekwiżiti tal-proċess skont il-punt (j) tal-Artikolu 1(2); [Em. 65]

(b)  ir-rekord mgħoddi tal-operaturi tal-impriża fir-rigward tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuqhom, u fir-rigward tal-konformità tagħhom mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2); [Em. 66]

(c)  l-affidabbiltà u r-riżultati tal-kontrolli proprji li jkunu saru mill-operaturi, jew minn parti terzi fuq talba tagħhom, għall-finijiet tal-garanzija tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2); It-trasferiment ta’ informazzjoni dwar dawn il-kontrolli proprji għandu jiġi utilizzat kemm jista’ jkun, b’mod li jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż fuq l-operaturi; [Em. 67]

(ca)  l-aspettattivi tal-konsumatur dwar in-natura, il-kwalità u l-kompożizzjoni ta’ ikel u prodotti; [Em. 68]

(d)  kull informazzjoni li aktarx tindika nonkonformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2).

(da)  skemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità privati mwaqqfa mill-operaturi, li jkunu ċċertifikati u awditjati minn korpi indipendenti u rikonoxxuti ta’ ċertifikazzjoni. [Em. 69]

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali b’mod regolari u bi frekwenza adegwata biex jidentifikaw ksur intenzjonali possibbli tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti u l-kriterji tal-proċess skont il-punt (j) tal-Artikolu 1(2), filwaqt li jqisu, minbarra l-kriterji msemmija fil-paragrafu 1, l-informazzjoni dwar tali ksur intenzjonali possibbli, maqsuma permezz tal-mekkaniżmi ta’ għajnuna amministrattiva pprovduti fit-Titolu IV, u kull informazzjoni oħra li tindika l-possibbiltà ta’ tali ksur. [Em. 70]

2a.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 139 sabiex tistabbilixxi frekwenza minima uniformi għat-twettiq tal-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Meta jkun meħtieġ, din il-frekwenza minima, imsejsa fuq ir-riskju, għandha tiġi stabbilita b'mod differenti għal kull prodott, proċess jew attività soġġetta għall-kontrolli uffiċjali skont dan ir-Regolament. [Em. 71]

3.  Il-kontrolli uffiċjali mwettqa qabel it-tqegħid fis-suq jew il-moviment ta’ ċerti annimali u prodotti, għall-finijiet tal-ħruġ taċ-ċertifikati uffiċjali jew attestamenti uffiċjali rikjesti mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) bħala kundizzjoni għat-tqegħid fis-suq jew għall-moviment tal-annimali jew prodotti, għandhom jitwettqu skont:

(a)  ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(b)  l-atti ddelegati adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 15 sa 24.

4.  Il-kontrolli uffiċjali għandhom isiru mingħajr twissija minn qabel, għajr fejn:

(a)  in-notifika minn qabel lill-operatur tkun meħtieġa; [Em. 72]

(b)  l-operatur ikun talab tali kontrolli uffiċjali. Tali kontrolli mħabbra m'għandhomx jissostitwixxu kontrolli standard mingħajr avviż minn qabel. [Em. 73]

(ba)  jitwettaq l-awditjar għall-verifika tar-rekwiżiti skont il-punt (j) tal-Artikolu 1(2). [Em. 74]

5.  Il-kontrolli uffiċjali għandhom isiru, safejn possibbli, b'mod li jnaqqas kemm jista' jkun il-piż fuq amministrattiv u r-restrizzjoni tal-operazzjonijiet fuq l-operaturi jinżammu fl-inqas livelli meħtieġa, iżda mingħajr ma dan jolqot ħażin il-kwalità tal-kontroll; għal dan il-għan, meta l-istess operatur ikun soġġett għal diversi kontrolli uffiċjali fl-istess perjodu, l-awtorità kompetenti għandha tgħaqqadhom flimkien. Jekk isiru diversi kontrolli uffiċjali lill-operaturi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw approċċ ikkoordinat bil-għan li jikkombinaw miżuri ta' kontroll eżistenti. [Em. 75]

6.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kontrolli uffiċjali bl-istess attenzjoni, irrispettivament minn jekk l-annimali u l-prodotti kkonċernati humiex:

(a)  disponibbli fis-suq tal-Unjoni, ikunux joriġinaw mill-Istat Membru fejn isiru l-kontrolli uffiċjali, jew minn Stat Membru ieħor;

(b)  se jiġu esportati mill-Unjoni;

(c)  deħlin fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.

7.  Safejn strettament meħtieġ għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali, l-Istati Membri ta’ destinazzjoni jistgħu għandhom jitolbu lill-operaturi li jkollhom annimali jew prodotti mwasslin lilhom minn Stat Membru ieħor li jirrappurtaw il-wasla ta’ tali annimali jew prodotti. [Em. 76]

Artikolu 9

Persuni, proċessi u, metodi u tekniki attivitajiet soġġetti għall-kontrolli uffiċjali [Em. 77]

Safejn meħtieġ għad-determinazzjoni tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kontrolli uffiċjali:

(a)  fuq annimali u prodotti fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni; [Em. 78]

(b)  fuq sustanzi, materjali jew oġġetti oħra li jistgħu jinfluwenzaw il-karatteristiċi jew is-saħħa tal-annimali u l-prodotti, fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni; [Em. 79]

(c)  fuq l-operaturi u l-attivitajiet u l-operati taħt il-kontroll tagħhom, fuq il-proprjetà, l-art, l-uċuħ tar-raba' u l-proċessi tagħhom, fuq il-ħażna, it-trasport, u l-użu tal-prodotti, u fuq l-indokrar tal-annimali. [Em. 80]

(ca)  id-dokumentazzjoni kollha, inkluża d-dokumentazzjoni miżmuma f'forma elettronika, fir-rigward tal-attività mwettqa, jew ta' operazzjonijiet inkluż it-trasport. [Em. 81]

Artikolu 10

Transparenza tal-kontrolli uffiċjali

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali b'livell għoli ta’ trasparenza, u għandhom iqiegħdu għall-aċċess pubbliku informazzjoni relevanti dwar l-organizzazzjoni u l-prestazzjoni tal-kontrolli uffiċjali.

Għandhom jiżguraw ukolli l-pubblikazzjoni regolari, tal-anqas darba fis-sena, u f'waqtha ta’ informazzjoni dwar:

(a)  tip, l-għadd u r-riżultat finali tal-kontrolli uffiċjali;

(b)  tip u l-għadd ta' każijiet ta' nonkonformità identifikati;

(c)  il-każijietit-tip u l-għadd ta' każijiet fejn ittieħdu miżuri mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 135;

(d)  il-każijiet tip u l-għadd ta' każijiet fejn il-penali ġew imposti l-penali msemmija fl-Artikolu 136 ġew imposti. [Em. 82]

2.  Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-regoli pprovduti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għandha tistipula u taġġorna kif xieraq il-format li fih l-informazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu għandha tiġi ppubblikata. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 141(2).tipprovdi dokumenti ta' gwida xierqa lill-Istati Membri, inkluża proposta għal format ta' rappurtar standardizzat, li fi kwalunkwe każ għandu jinkludi pubblikazzjoni ta' dawk id-dokumenti ta' gwida fuq l-internet. [Em. 83]

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu awtorizzati li jippubblikaw, jew li jqiegħdu għall-aċċess pubbliku, informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-operaturi individwali abbażi tal-kontrolli tal-eżitu tal-aħħar erba' kontrolli uffiċjali, dejjem jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  il-kriterji ta’ klassifikazzjoni jkunu oġġettivi, trasparenti, u disponibbli għall-pubbliku;

(b)  arranġamenti xierqa jinsabu implimentati biex jiżguraw il-konsistenza u t-trasparenza tal-proċess ta’ klassifikazzjoni.

(ba)  jekk ir-riżultati jkunu negattivi, fi żmien qasir isiru spezzjonijiet oħra. [Em. 84]

3a.  Biex is-sistemi ta' klassifikazzjoni jkunu jistgħu jitqabblu bejn Stat Membru u ieħor, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti delegati u f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati, tistipula linji gwida biex tistabbilixxi kriterji oġġettivi li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u li dawn ikunu jistgħu jużaw fuq bażi volontarja. [Em. 85]

Artikolu 11

Proċeduri ta' verifika tal-kontrolli u dokumentati

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali skont proċeduri ddokumentati.

Dawk il-proċeduri għandhom ikopru l-oqsma għall-proċeduri ta’ kontroll stipulati fil-Kapitolu II tal-Anness II, u għandhom jinkludi istruzzjonijiet iddettaljati għall-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom proċeduri implimentati biex jivverifikaw il-konsistenza u l-effettività tal-kontrolli uffiċjali u tal-attivitajiet uffiċjali l-oħra li jwettqu.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)  jieħdu azzjonijiet korrettivi fil-każijiet kollha fejn il-proċeduri pprovduti fil-paragrafu 2 jidentifikaw nuqqasijiet fil-konsistenza u l-effettività tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra;

(b)  jaġġornaw il-proċeduri ddokumentati pprovduti fil-paragrafu 1, kif xieraq.

Artikolu 12

Rapporti dwar il-kontrolli Reġistrazzjoni tal-kontrolli uffiċjali u rapporti dwarhom [Em. 86]

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu rapporti dwar iżommu rekords dokumentati ta' kull kontroll uffiċjali li jwettqu jkunu wettqu. Huma għandhom ifasslu rapport dwar il-kontrolli li fihom ikun instab ksur ta' dan ir-Regolament jew tad-dispożizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 1(2). [Em. 87]

Dawk ir-rapporti għandu jinkludu:

(a)  deskrizzjoni tal-għan tal-kontrolli uffiċjali;

(b)  il-metodi ta’ kontroll applikati;

(c)  ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali;

(d)  fejn xieraq, l-azzjoni li l-awtoritajiet kompetenti titlob mingħand l-operatur ikkonċernat b'riżultat tal-kontrolli uffiċjali tagħhom.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-operatur soġġett għal kontroll uffiċjali b'kopja tar-rapport ipprovdut fil-paragrafu 1.

3.  Fejn il-kontrolli uffiċjali jitolbu l-preżenza kontinwa jew regolari ta’ persunal jew ta’ rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti fil-proprjetà tal-operatur, ir-rapporti pprovduti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu prodotti bi frekwenza li tippermetti li l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi:

(a)  ikunu infurmati b'mod regolari tal-livell ta’ konformità;

(b)  ikunu infurmati minnufih b'kull nuqqas jew nonkonformità identifikat permezz tal-kontrolli uffiċjali.

3a.  L-eżitu tal-kontrolli uffiċjali mwettqa f'post ta' kontroll fil-fruntiera għandu jkun irreġistrat fid-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul skont l-Artikolu 54(2)(b). [Em. 88]

Artikolu 13

Kontrolli uffiċjali, metodi u tekniki

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali bl-użu ta’ metodi u tekniki ta’ kontroll li għandhom jinkludu, kif xieraq, skrinjar, skrinjar immirat, verifika, spezzjonijiet, awditjar, ikkampjunar, analiżi, dijanjożi u ttestjar.

2.  Il-kontrolli uffiċjali għandhom jinkludu dawn li ġejjin, kif ikun xieraq: [Em. 89]

(a)  eżami tas-sistemi ta’ kontroll li l-operaturi jkunu implimentaw, u tar-riżultati miksuba;

(b)  spezzjoni ta’:

(i)  l-istallazzjonijiet tal-produtturi ewlenin u negozji oħra, inklużi l-inħawi tal-madwar tagħhom, is-sede, l-uffiċċji, it-tagħmir, l-istallazzjonijiet u l-makkinarju, it-trasport, u l-annimali u l-prodotti tagħhom;

(ii)  il-materja prima, l-ingredjenti, materjal ta’ għajnuna għall-ipproċessar, u prodotti oħra użati għat-tħejjija u l-produzzjoni tal-prodotti, jew għall-għalf jew it-trattament tal-annimali;

(iia)  il-materjali li huma maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel; [Em. 90]

(iii)  il-prodotti semi-lesti;

(iv)  il-prodotti u l-proċessi tat-tindif u tal-manutenzjoni, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti;

(v)  it-tikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar;

(c)  kontrolli tal-kundizzjonijiet tal-iġjene fil-proprjetà tal-operaturi;

(d)  evalwazzjoni tal-proċeduri fir-rigward ta’ prattiki ta' manifattura tajba (PMT), prattiki tal-iġjene tajba (PIT), prattiki ta’ biedja tajba, u punti kritiċi ta’ kontroll u analiżi tar-riskji (HACCP);

(e)  eżami tad-dokumenti, rekords ta’ traċċabbiltà u rekords oħra li jistgħu jkunu relevanti għall-evalwazzjoni tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2); [Em. 91]

(f)  intervisti mal-operaturi u l-persunal tagħhom;

(g)  qari tal-valuri rreġistrati mill-istrumenti ta’ kejl tal-operaturi;

(h)  il-kontrolli mwettqa bl-istrumenti propjri tal-awtoritajiet kompetenti għall-verifika tal-kejl meħud mill-operaturi;

(i)  kull attività oħra meħtieġa għall-identifikazzjoni tan-nonkonformità.

2a.  Regoli speċifiċi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali għandhom iqisu dejjem mhux biss ir-riskji potenzjai għas-saħħa, iżda wkoll dak li l-konsumaturi jistennew fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-ikel u l-probabbiltà ta' pratiki frawdolenti. [Em. 326]

Artikolu 14

Obbligi tal-operaturi

1.  Safejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali jew ta' attivitajiet uffiċjali oħra, l-operaturi għandhom jagħtu lill-persunal, fejn dan ikun mitlub mill-awtoritajiet kompetenti u lill-persunal tal-korpi ddelegati, fʼkaż taʼ delega ta’ kompiti speċifiċi rigward il-kontrolli uffiċjali, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25, aċċess għal: [Em. 92]

(a)  il-proprjetà immobbli tagħhom;

(b)  is-sistemi informatiċi ta’ ġestjoni tal-informazzjoni tagħhom;

(c)  l-annimali u l-prodotti tagħhom;

(d)  id-dokumenti rilevanti tagħhom, u kull informazzjoni relevanti oħra, inklużi r-riżultati ta' testijiet proprji potenzjali, li tkun rilevanti għall-fini tat-twettiq ta' tali kontrolli jew attivitajiet u s-suġġetti ta' kontroll elenkati fl-Artikolu 13(2). Kull operatur għandu jkun kapaċi jindika tal-anqas kull operatur li jiġi fornut minnu u kull operatur li jforni hu. [Em. 93]

2.  Matul il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra, l-operaturi għandhom jgħinu lill-persunal tal-awtoritajiet kompetenti u lill-korpi ddelegati skont kif stabbilit fl-Artikolu 25, fit-twettiq tal-kompiti ta' kontroll tagħhom. L-operaturi għandhom jipprovdu ammont suffiċjenti ta’ kampjuni mingħajr ħlas lill-awtoritajiet kompetenti. [Em. 94]

3.  L-operatur responsabbli għall-kunsinna għandu:

(a)  jikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet kompetenti biex jiżgura t-twettiq effiċjenti tal-kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra;

(b)  jagħmel disponibbli mingħajr dewmien kull informazzjoni mitluba dwar il-kunsinna fuq il-karta jew b’mod elettroniku. [Em. 95]

4.  Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tistipula regoli:

(a)  li jistabbilixxu l-modalitajiet ta’ aċċess mill-awtoritajiet kompetenti u mill-korpi ddelegati, skont kif stabbilit fl-Artikolu 25, għas-sistemi informatiċi ta’ ġestjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(b); [Em. 96]

(b)  dwar il-kooperazzjoni bejn l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti kif imsemmija fil-paragrafu 3.

Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 141(2).

Artikolu 15

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u dwar l-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-produzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem

-1.  l-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) fir-rigward ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom dejjem jinkludu l-verifika tal-konformità mar-Regolamenti (KE) Nri 852/2004(57), 853/2004 u 1069/2009 kif applikabbli, u tal-inqas ta' dawn li ġejjin, kif ikun xieraq; [Em. 97]

(a)  it-tfassil u ż-żamma tal-proprjetà u tat-tagħmir;

(b)  l-iġjene personali;

(c)  il-proċeduri bbażati fuq l-HACCP;

(d)  il-proċeduri ta' kontrolli proprji;

(e)  il-verifika tal-konformità mill-persunal b'rekwiżiti applikabbli;

(f)  il-verifika tar-rekords u d-dokumenti tal-operatur li jakkumpanjaw l-ikel, l-għalf u kwalunkwe sustanza jew materjal ieħor li jidħl u joħroġ mill-istabbiliment;

(g)  il-kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe evidenza tal-preżenza ta' prattiki frawdolenti.

1.  Il-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 imwettqa fir-rigward tal-produzzjoni tal-laħam għandhom jinkludu:

(a)  il-verifika minn veterinarju uffiċjali jew minn awżiljarju uffiċjali li jaħdem taħt ir-responsabbiltà tiegħu, tas-saħħa u tal-benessri tal-annimali qabel il-qtil tagħhom ta' veterinarju uffiċjali;

(b)  il-kontrolli uffiċjali minn veterinarju uffiċjali jew minn awżiljarju uffiċjali li jaħdem taħt ir-responsabbiltà tiegħu, ta' veterinarju uffiċjali, fil-biċċeriji, fl-impjanti ta’ tqattigħ u pproċessar u fl-istabbilimenti tat-trattament tal-annimali tal-kaċċa, biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli għal:

(i)  l-iġjene tal-produzzjoni tal-laħam;

(ii)  il-preżenza ta’ reżidwi ta’ prodotti mediċinali veterinarju fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem;

(iii)  it-trattament u r-rimi ta’ prodotti sekondarji tal-annimali u ta’ materjal ta’ riskju speċifiku;

(iv)  is-saħħa u l-benessri tal-annimali.

1a.  Għall-finijiet tal-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 2:

(a)  tal-anqas uffiċjal veterinarju wieħed għandu jkun preżenti kemm waqt l-ispezzjoni ante-mortem kif ukoll waqt dik post-mortem jew, fil-każ ta' stabbilimenti tat-trattament tal-annimali tal-kaċċa, waqt l-ispezzjoni post-mortem;

(b)  veterinarju uffiċjali jew awżiljarju uffiċjali għandu jkun preżenti, bi frekwenza xierqa biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, fl-impjanti tat-tqattigħ meta jkun qed jinħadem il-laħam.

1b.  Wara l-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 2, għandhom jittieħdu azzjonijiet u miżuri skont l-Artikolu 135 fir-rigward tal-annimali, il-benessri tagħhom u d-destinazzjoni tal-laħam mill-veterinarju uffiċjali jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 139 fir-rigward ta’ regoli speċifiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem kif ukoll fuq annimali maħsubin għall-produzzjoni ta’ tali prodotti, għall-finijiet tal-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fil-punti (a), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 1(2), applikabbli għal dawk il-prodotti u annimali, u fir-rigward tal-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti wara l-kontrolli uffiċjali. Dawk l-atti ddelegati għandhom jistipulaw regoli dwar:

(a)  ir-responsabbiltajiet u l-impenji speċifiċi tal-awtoritajiet kompetenti, minbarra dawk ipprovduti fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 4, l-Artikoli 8 u 9, l-Artikolu 10(1), L-Artikoli 11 sa 13, l-Artikolu 34(1) u (2), u l-Artikolu 36;

(b)  rekwiżiti uniformi speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali, u l-frekwenza uniformi minima għal tali kontrolli uffiċjali, filwaqt li jitqiesu, minbarra l-kriterji msemmija fl-Artikolu 8(1), il-perikli u r-riskji speċifiki li jeżistu fir-rigward ta’ kull prodott li joriġina mill-annimali, u l-proċessi differenti li jgħaddi minnhom;

(c)  il-każijiet fejn il-persunal tal-biċċerija jistgħu jkunu involuti fil-kontrolli uffiċjali, u l-kundizzjonijiet li skonthom jistgħu jkunu involuti fihomkkwalifikat u mħarreġ kif xieraq, u impjegat taħt il-kontroll tal-veterinarju uffiċjali f'taqsima li hija segregata u indipendenti mit-taqsimiet tal-produzzjoni tal-istabbiliment, jista' jassisti lill-veterinarju uffiċjali fit-twettiq tal-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward tal-produzzjoni tal-laħam mit-tjur u mil-lagomorfi, u taħt liema kundizzjonijiet, u d-disinn u l-applikazzjoni ta’ testijiet għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tagħhom;

(d)  il-ċirkostanzi fejn l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' każijiet speċifiċi ta’ nonkonformità, għandhom jieħdu miżura waħda jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 135(2), jew miżuri addizzjonali minbarra dawk ipprovduti f' dak il-paragrafu;

(e)  kriterji biex jiġi ddeterminat meta, jiġu ddeterminati abbażi ta’ analiżi tar-riskji, ma tkunx meħtieġa l-preżenza tal-veterinarju il-kundizzjonijiet u l-frekwenza tal-kompiti ta' kontroll uffiċjali li għandhom jitwettqu mill-veterinarju uffiċjali fil-biċċeriji f'biċċeriji bi produzzjoni baxxa u fl-istabbilimenti għat-trattament tal-annimali tal-kaċċa matul il-kontrolli uffiċjali msemmija, f'konformità mar-rekwiżit minimu stabbilit fil-paragrafu 11a (a).

Fejn, f'każijiet ta’ riskji li ma jistgħu jiġu indirizzati b'effiċjenza fin-nuqqas ta’ speċifikazzjonijiet komuni għall-kontrolli uffiċjali jew għall-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti wara tali kontrolli uffiċjali, ikun meħtieġ b'mod imperattiv u urġenti, il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 140 għandha tapplika għall-atti ddelegati adottata skont dan il-paragrafu.

3.  Il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin meta tadotta l-atti ddelegati msemmija fil-paragrafu 2:

(a)  l-esperjenza miksuba mill-awtoritajiet kompetenti u mill-operaturi kkummerċjali kummerċjali tal-ikel fl-applikazzjoni tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 ;

(b)  l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi;

(c)  l-aspettattivi tal-konsumaturi fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-ikel, u bidliet fix-xejriet tal-konsum tal-ikel;

(d)  riskji għas-saħħa tal-bniedem u għas-saħħa tal-annimali, marbutin mal-laħam u għal prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali, maħsubin għall-konsum mill-bniedem.

(da)  kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe evidenza tal-preżenza ta’ prattiki frawdolenti.

4.  Safejn ma tfixkilx il-ksib tal-għanijiet ta’ saħħa tal-bniedem u ta’ saħħa tal-annimali mfittxa mir-regoli msemmija fil-punti (a), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 1(2), applikabbli għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem, kif ukoll għall-annimali maħsubin għall-produzzjoni ta’ tali prodotti, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll l-elementi li ġejjin meta tiġi biex tadotta atti ddelegati kif ipprovduti fil-paragrafu 2:

(a)  il-bżonn li tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-atti ddelegati f'negozji żgħarjkunu jaqblu man-natura u d-daqs tan-negozji ż-żgħar biex tiżgura applikazzjoni effettiva;

(b)  il-bżonn li jiġi permess l-użu kontinwu ta’ metodi tradizzjonali f'kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar jew tad-distribuzzjoni tal-ikel;

(c)  il-bżonnijiet tan-negozji tal-ikel f'reġjuni soġġetti għal restrizzjonijiet geografiċi speċjali. [Em. 97]

Artikolu 16

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u dwar l-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tar-reżidwi ta’ ċerti sustanzi fl-ikel u fl-għalf

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 139, proposti leġiżlattivi fir-rigward tar-regoli dwar il-kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu għall-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) applikabbli għal ċerti sustanzi u l-użu tagħhom fuq uċuħ tar-raba' jew annimali għall-produzzjoni jew l-ipproċessar tal-ikel jew tal-għalf jista' jirriżulta f'reżidwi ta' dawk l-istess sustanzi fl-ikel jew fl-għalf, u fir-rigward tal-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti wara tali kontrolli uffiċjali. Tali l-atti ddelegatiproposti leġiżlattivi għandhom iqisu l-bżonn li jiġi żgurat livell minimu ta' kontrolli uffiċjali biex jiġi evitat l-użu ta' dawk is-sustenza bi ksur tal-punt (a) tal-Artikolu 1(2), u għandhom jistipulaw regoli dwar: [Em. 327]

(a)  rekwiżiti uniformi speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali, u l-frekwenza uniformi minima għal tali kontrolli uffiċjali, filwaqt li jitqiesu, minbarra l-kriterji msemmija fl-Artikolu 8(1), il-perikli u r-riskji speċifiċi fir-rigward ta’ sustanzi mhux awtorizzati, u fir-rigward tal-użu mhux awtorizzat tas-sustanzi awtorizzati;

(b)  kriterji addizzjonali speċifiċi u kontenut addizzjonali speċifiku fuq dawk ipprovduti fl-Artikolu 108, għat-tħejjija tal-partijiet relevanti tal-pjan pluriennali ta’ kontroll nazzjonali pprovdut fl-Artikolu 107(1);

(c)  il-każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti, b'rabta ma' każijiet speċifiċi ta’ nonkonformità, għandhom jieħdu miżura waħda jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 135(2), jew miżuri addizzjonali minbarra dawk ipprovduti fil-paragrafu msemmi.

Artikolu 17

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u dwar l-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-annimali, il-prodotti li joriġinaw mill-annimali, il-prodotti u l-prodotti ġerminali, il-prodotti sekondarji tal-annimali, u l-prodotti dderivati [Em. 98]

1.  Kontrolli uffiċjali rigward l-annimali għandhom jinkludu:

(a)  verifika tal-miżuri għall-protezzjoni kontra l-perikli bijoloġiċi u kimiċi għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali;

(b)  verifika tal-miżuri dwar il-protezzjoni tal-annimali, bla ħsara tal-Artikolu 18;

(c)  verifika tal-miżuri għall-kontroll u l-qerda tal-mard. [Em. 99]

2.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 139 proposti leġiżlattivi fir-rigward ta’ regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti dderivati, għall-finijiet tal-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 1(2), u fir-rigward tal-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti wara l-kontrolli uffiċjali. Talil-atti ddelegatiproposti leġiżlattivi għandhom iqisu r-riskji għas-saħħa tal-annimali marbutin mal-annimali, il-prodotti li joriġinaw mill-annimali u l-prodotti ġerminali, kif ukoll ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali marbutin mal-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti dderivati, u għandhom jistipulaw regoli dwar: [Em. 100]

(a)  ir-responsabbiltajiet u l-impenji speċifiċi tal-awtoritajiet kompetenti, minbarra dawk ipprovduti fl-Artikoli 4, 8, 9, 10(1), l-Artikoli 11 u 12, 13, u l-Artikolu 34(1) u (2), u 36; [Em. 101]

(b)  rekwiżiti uniformi speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali, u l-frekwenza uniformi minima ta' tali kontrolli uffiċjali, filwaqt li jitqiesu, minbarra l-kriterji msemmija fl-Artikolu 8(1), il-bżonn li jiġu indirizzati l-perikli u r-riskji speċifiċi għas-saħħa tal-annimali permezz tal-kontrolli uffiċjali mwettqa għall-verifika tal-konformità mal-miżuri ta' prevenzjoni tal-mard u l-miżuri ta' kontroll stipulati skont ir-regoli msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 1(2);

(c)  il-każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti, b'rabta ma' każijiet speċifiċi ta’ nonkonformità, għandhom jieħdu miżura waħda jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 135(2), jew miżuri addizzjonali minbarra dawk ipprovduti fil-paragrafu msemmi.

Artikolu 18

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u l-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mar-rekwiżiti tal-benessri tal-annimali

1.  Minbarra r-regoli ġenerali dwar il-kontrolli uffiċjali previsti fl-Artikolu 8, il-kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità mar-regoli li jistipulaw rekwiżiti ta’ benessri tal-annimali fil-każ tat-trasport tagħhom għandhom jinkludu: [Em. 102]

(a)  fil-każ ta’ vjaġġi twal bejn Stati Membri u pajjiżi terzi, kontrolli uffiċjali mwettqa qabel it-tagħbija, għall-verifika tal-istat tajjeb tal-annimali għat-trasport;

(b)  fil-każ ta’ vjaġġi twal bejn Stati Membri u pajjiżi terzi ta’ equidae domestiċi għajr l-equidae rreġistrati u annimali domestiċi tal-ispeċijiet bovini, ovini, kaprini u porċini, qabel il-vjaġġ:

(i)  kontrolli uffiċjali tal-kotba tal-vjaġġ biex jiġi vverifikat li l-ktieb tal-vjaġġ huwa realistiku u li jindika konformità mar-Regolament (KE) Nru 1/2005;

(ii)  kontrolli uffiċjali biex jivverifikaw li t-trasportatur indikat fil-ktieb tal-vjaġġ għandu awtorizzazzjoni validu ta’ trasportatur, ċertifikat ta’ approvazzjoni għall-mezz ta’ trasport għall-vjaġġi twal, u ċertifikati ta' kompetenza għax-xufiera u l-akkumpanjaturi;

(c)  fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera pprovduti fl-Artikolu 57(1), u fil-punti ta’ ħruġ:

(i)  kontrolli uffiċjali tal-istat tajjeb tal-annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati, u tal-mezz ta' trasport biex tiġi vverifikata l-konformità mal-Kapitolu II u fejn applikabbli mal-Kapitolu VI tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1/2005; [Em. 103]

(ii)  kontrolli uffiċjali biex jivverifikaw li t-trasportaturi jikkonformaw ma' ftehimiet internazzjonali applikabbli, inkluża l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tal-Annimali waqt Trasport Internazzjonali u li għandhom awtorizzazzjonijiet ta’ trasportatur validi u ċertifikati ta’ kompetenza għax-xufiera u akkumpanjanti l-akkumpanjaturi; [Em. 104]

(iii)  kontrolli uffiċjali biex jivverifikaw jekk l-equidae domestiċi u l-annimali domestiċi ta’ speċijiet bovini, ovini, kaprini u porċini ġewx ittrasportati jew ikunux se jiġu ttrasportati f'vjaġġi twal.

(iiia)  wara l-kontrolli uffiċjali skont il-punt (c)(i) ta' dan il-paragrafu, meta l-opinjoni tal-awtorità kompetenti tkun li l-annimali mhumiex fi stat tajjeb biex jiġu ttrasportati, dawn għandhom jinħattu, jingħataw l-ilma u l-ikel, jistrieħu u jingħataw assistenza veterinarja jekk ikun meħtieġ, sakemm ikunu fi stat tajjeb biżżejjed biex ikomplu l-vjaġġ tagħhom. [Em. 105]

(ca)  fil-każ ta’ vjaġġi twal bejn Stati Membri u ma’ pajjiżi terzi, il-kontrolli uffiċjali mwettqa fi kwalunkwe stadju tal-vjaġġ it-twil fuq bażi każwali jew immirata, sabiex jiġi vverifikat li l-ħinijiet iddikjarati tal-vjaġġi huma realistiċi u li l-vjaġġ jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1/2005 u b’mod partikolari li l-ħinijiet tal-vjaġġ u l-perjodi ta’ mistrieħ jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fil-Kapitolu V tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1/2005. [Em. 106]

2.  Fejn ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(f) jirrikjedu li jintlaħqu ċerti standards mhux kwantifikabbli ta’ benessri tal-annimali, jew fejn dawk ir-regoli jeħtieġu l-adozzjoni ta’ ċerti prattiki li l-aderenza għalihom ma tistax tiġi vverifikata effettivament bl-użu biss tal-metodi u t-tekniki ta’ kontroll uffiċjali msemmija fl-Artikolu 13, il-kontrolli uffiċjali mwettqa għall-verifiak tal-konformità ma' dawk ir-regoli jistgħu jinkludu l-użu ta’ indikaturi speċifiċi ta’ benessri tal-annimali, fil-każijiet u skont il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu adottati skont il-paragrafu 3(f).

3.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 139 proposti leġiżlattivi dwar regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità mar-regoli tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2)(f). Dawk l-atti ddelegati il-proposti leġiżlattivi għandhom iqisu r-riskju għall-benessri tal-annimali marbut mal-attivitajiet ta’ biedja u mat-trasport, mal-qtil u mat-tbiċċir tal-annimali, u għandhom jistipulaw regoli dwar: [Em. 107]

(a)  ir-responsabbiltajiet u l-impenji speċifiċi tal-awtoritajiet kompetenti, minbarra dawk ipprovduti fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 4, l-Artikoli 8 u 9, l-Artikolu 10(1) u l-Artikoli 11 sa 13, 34(1) u (2), u 36; [Em. 108]

(b)  rekwiżiti uniformi speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali, u l-frekwenza uniformi minima għal tali kontrolli uffiċjali, filwaqt li jitqiesu, minbarra l-kriterji msemmija fl-Artikolu 8(1), ir-riskju marbut mal-ispeċijiet ta’ annimali differenti u l-mezzi tat-trasport, kif ukoll mal-bżonn li jiġu evitati prattiċi mhux konformia, u li tiġi limitata t-tbatija tal-annimali;

(c)  il-każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti, b'rabta ma' każijiet speċifiċi ta’ nonkonformità, għandhom jieħdu miżura waħda jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 135(2), jew miżuri addizzjonali minbarra dawk ipprovduti f' dak il-paragrafu;

(d)  il-verifika tar-rekwiżiti tal-benessri tal-annimali fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u fil-punti ta’ ħruġ, u r-rekwiżiti minimi applikabbli għal tali punti ta' ħruġ;

(e)  kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi għall-attivazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ għajnuna amministrattiva pprovduti fit-Titolu IV;

(f)  il-każijiet u l-kundizzjonijiet fejn il-kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tal-benessri tal-annimali jistgħu għandhom jinkludu l-użu ta' indikaturi speċifiċi ta' benessri tal-annimali, imsejsa fuq kriterji ta' prestazzjoni li jistgħu jitkejlu, u d-disinn ta' tali indikaturi abbażi ta' evidenza xjentifika u teknika. [Em. 109]

Artikolu 19

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u l-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mas-saħħa tal-pjanti

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li atti ddelegati skont l-Artikolu 139 tadotta proposti leġiżlattivi dwar regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra, għall-verifika tal-konformità mar-regoli tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2)(g) applikabbli għal tali prodotti, kif ukoll dwar l-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti wara tali kontrolli uffiċjali. Dawk il-proposti leġiżlattivi għandhom iqisu r-riskji għas-saħħa tal-pjanti marbutin mal-pjanti, mal-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra b’rabta ma’ pesti speċifiċi tal-pjanti, jew ma’ operaturi, u għandhom jistipulaw regoli dwar: [Em. 328]

(a)  responsabbiltajiet u l-impenji speċifiċi tal-awtoritajiet kompetenti, minbarra dawk ipprovduti fl-Artikolu 4, l-Artikoli 8 u 9, l-Artikolu 10(1), l-Artikoli 11 sa 13, l-Artikolu 34(1) u (2), u l-Artikolu 36;

(b)  rekwiżiti uniformi speċifiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq id-dħul fl-Unjoni, u l-moviment fl-Unjoni, ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra partikulari soġġetti għar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(g), u l-frekwenza uniformi minima ta’ tali kontrolli uffiċjali filwaqt li jitqiesu, minbarra l-kriterji msemmija fl-Artikolu 8(1), il-perikli u r-riskji speċifiċi għas-saħħa tal-pjanti b'rabta ma' pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra speċifiċi ta’ oriġini jew provenjenza partikulari;

(c)  frekwenzi uniformi tal-kontrolli uffiċjali li jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-operaturi awtorizzati li joħorġu passaporti tal-pjanti skont l-Artikolu 79(1) tar-Regolament (UE) Nru .../...(58) filwaqt li jqisu, minbarra l-kriterji msemmija fl-artikolu 8(1), jekk dawk l-operaturi jkunux implimentaw pjan ta’ ġestjoni tar-riskji fitosanitarji, kif imsemmi fl-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru .../... (59) għall-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra li jipproduċu;

(d)  il-każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti, b'rabta ma' każijiet speċifiċi ta’ nonkonformità, għandhom jieħdu miżura waħda jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 135(2), jew miżuri addizzjonali minbarra dawk ipprovduti fil-paragrafu msemmi.

Artikolu 20

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u l-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mal-materjal riproduttiv tal-pjanti

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 139 dwar regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-materjal riproduttiv tal-pjanti, għall-verifika tal-konformità mar-regoli tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2)(h) applikabbli għal tali prodotti, kif ukoll dwar l-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti wara tali kontrolli uffiċjali. Dawk l-atti ddelegati għandhom jistipulaw regoli dwar:

(a)  ir-responsabbiltajiet u l-impenji speċifiċi tal-awtoritajiet kompetenti, minbarra dawk ipprovduti fl-Artikoli 4, 8, 9, 10(1), 11, 12, 13, 34(1) u (2), u 36;

(b)  rekwiżiti uniformi speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali, filwaqt li jitqiesu, minbarra l-kriterji msemmija fl-Artikolu 8(1), ir-riskji għas-saħħa, l-identità, il-kwalità u t-traċċabbiltà ta' ċerti kategoriji ta' materjal riproduttiv tal-pjanti, jew ta' ġenera jew speċijiet speċifiċi;

(c)  kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi għall-attivazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ għajnuna amministrattiva pprovduti fit-Titolu IV;

(d)  il-każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti, b'rabta ma' każijiet speċifiċi ta’ nonkonformità, għandhom jieħdu miżura waħda jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 135(2), jew miżuri addizzjonali minbarra dawk ipprovduti fil-paragrafu msemmi. [Em. 110]

Artikolu 21

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u l-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mal-GMOs u l-ikel u għalf immodifikat ġenetikament

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 139 proposti leġiżlattivi dwar regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-GMOs u l-ikel u l-għalf immodifikat ġenetikament, għall-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(a), (b) u (c), kif ukoll dwar l-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti wara tali kontrolli uffiċjali. Dawn l-atti ddelegati il-proposti leġiżlattivi għandhom iqisu l-bżonn li jiġi żgurat livell minimu ta’ kontrolli uffiċjali biex jevita l-prattiki bi ksur ta’ dawk ir-regoli, u għandhom jistipulaw regoli dwar: [Em. 111]

(a)  responsabbiltajiet u l-impenji speċifiċi tal-awtoritajiet kompetenti, minbarra dawk ipprovduti fl-Artikolu 4, l-Artikoli 8 u 9, l-Artikolu 10(1), l-Artikoli 11 sa 13, l-Artikolu 34(1) u (2), u l-Artikolu 36;

(b)  ir-rekwiżiti uniformi speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali, u l-frekwenza minima uniformi ta' tali kontrolli uffiċjali fuq:

(i)  il-preżenza fis-suq ta’ GMOs u ta’ ikel u għalf immodifikat ġenetikament li ma jkunux ġew awtorizzati skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(60), jew ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

(ii)  il-kultivazzjoni tal-GMOs u l-applikazzjoni korretta tal-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2001/18/KE u fl-Artikoli 5(5) u 17(5) tar-Regolament (KE) 1829/2003, inklużi miżuri minimi għall-monitoraġġ u s-sorveljanza tal-effetti potenzjali fuq is-saħħa, is-saħħa tal-annimali u l-ambjent; [Em. 112]

(iii)  l-użu ristrett ta' mikroorganiżmi mmodifikati ġenetikament;

(iiia)  miżuri minimi rigward il-kontrolli u r-rappurtar li għandhom l-għan li jevitaw il-preżenza mhux intenzjonata ta' GMOs, f'konformità mal-Artikolu 26a tad-Direttiva 2001/18/KE; [Em. 113]

(c)  il-ċirkostanzi fejn l-awtoritajiet kompetenti, fir-rigward ta' każijiet speċifiċi ta’ nonkonformità, għandhom jieħdu miżura waħda jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 135(2), jew miżuri addizzjonali minbarra dawk ipprovduti f' dak il-paragrafu.

Artikolu 22

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u l-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 139 proposti leġiżlattivi dwar regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità mar-regoli tal-Unjoni msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 1(2). [Em. 114]

Dawk l-atti ddelegati il-proposti leġiżlattivi għandhom iqisu r-riskji li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti jistgħu jirrappreżentaw għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent, u għandhom jistipulaw regoli dwar: [Em. 115]

(a)  ir-responsabbiltajiet u l-impenji speċifiċi tal-awtoritajiet kompetenti, minbarra dawk ipprovduti fl-Artikolu 4, l-Artikoli 8 u 9, l-Artikolu 10(1), l-Artikoli 11 sa 13, l-Artikolu 34(1) u (2), u l-Artikolu 36;;

(b)  rekwiżiti uniformi speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali, u l-frekwenza uniformi minima għal tali kontrolli uffiċjali, dwar il-manifattura, it-tqegħid fis-suq, id-dħul fl-Unjoni, it-tikkettar, l-ippakkjar, it-trasport, il-ħażna, il-kummerċ parallel u l-użu tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, filwaqt li jitqiesu, minbarra l-kriterji msemmija fl-Artikolu 8(1), il-bżonn li jiġi żgurat l-użu sostenibbli u sikur tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, u l-bżonn li jiġi miġġieled il-kummerċ illegali taʼ tali prodotti; [Em. 116]

(c)  rekwiżiti uniformi speċifiċi għall-ispezzjonijiet fuq it-tagħmir tal-applikazzjoni tal-pestiċidi, u l-frekwenza uniformi minima ta’ tali kontrolli;

(ca)  preskrizzjonijiet speċifiċi uniformi għall-ħolqien ta’ reġistru jew ta’ bażi tad-dejta fil-qasam tal-produzzjoni, l-ippakkjar u l-faċilitajiet tal-ħżin; [Em. 117]

(d)  il-każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti, b'rabta ma' każijiet speċifiċi ta’ nonkonformità, għandhom jieħdu miżura waħda jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 135(2), jew miżuri addizzjonali minbarra dawk ipprovduti fil-paragrafu msemmi;

(e)  id-disinn ta’ sistemi ta’ ċertifikazzjoni biex jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti fl-ispezzjonijiet tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi;

(f)  il-ġbir ta’ informazzjoni, il-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ vvelenar suspettat mill-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti;

(g)  il-ġbir ta’ informazzjoni, u l-monitoraġġ u r-rappurtar dwar il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti ffalsifikati u l-kummerċ illegali tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti.

Artikolu 23

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u dwar l-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-prodotti organiċi u tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-ispeċjaltajiet tradizzjonali ggarantiti

1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 139 dwar regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(j) u (k), kif ukoll dwar l-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti wara tali kontrolli uffiċjali.

2.  B’rabta Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, għall-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(j), l-atti ddelegati msemmija fil-paragrafu 1 fl-Artikolu 1(2)(j), kif ukoll dwar l-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti wara tali kontrolli uffiċjali. Dawk l-atti delegati għandhom jistipulaw regoli dwar: [Em. 118]

(a)  ir-responsabbiltajiet u l-impenji speċifiċi tal-operaturi, tal-awtoritajiet kompetenti, tal-korpi ddelegati għall-iżgurar tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, minbarra dawk ipprovduti fl-Artikolu 4, l-Artikoli 8 u 9, l-Artikolu 10(1), l-Artikoli 11 sa 13, l-Artikolu 34(1) u (2), u l-Artikolu 36;, u minbarra l-Artikoli 25, 29, 30 u 32 għall-approvazzjoni u s-superviżjoni tal-korpi ddelegati; [Em. 119]

(b)  rekwiżiti addizzjonali minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 8(1) għall-valutazzjoni tar-riskji, u għall-istabbiliment tal-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali, u tal-ikkampjunar kif xieraq, filwaqt li jitqies ir-riskji tal-okkorrenza tan-nonkonformità;

(c)  il-frekwenza minima tal-kontrolli uffiċjali fuq l-operaturi, kif iddefinit fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, u l-każijiet u l-kundizzjonijiet li skonthom ċerti operaturi jistgħu jiġu eżentati minn ċerti kontrolli uffiċjali;

(d)  metodi u tekniki addizzjonali għall-kontrolli uffiċjali minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 13 u l-Artikolu 33(1) sa (5), u rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali mmirati li jiżguraw it-traċċabbiltà tal-prodotti organiċi fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-kundizzjonament u tad-distribuzzjoni, u mmirata li jipprovdu garanziji tal-konformità mar-regoli msemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 1(2);

(e)  kriterji addizzjonali minbarra dawk imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 135(1) u fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ nonkonformità, u miżuri addizzjonali minbarra dawk ipprovduti fl-Artikolu 135(2);

(f)  rekwiżiti addizzjonali minbarra dawk ipprovduti fl-Artikolu 4(1)(f) b'rabta mal-faċilitajiet u t-tagħmir meħtieġ għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali, u kundizzjonijiet u obbligi addizzjonali minbarra dawk imsemmija fl-Artikoli 25 sa 30 u l-Artikolu 32 għad-delega tal-kompiti ta’ kontroll uffiċjali;

(g)  obbligi ta’ rappurtar addizzjonali minbarra dawk imsemmija fl-Artikoli 12 u 31 għall-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ kontroll għall-prodotti organiċi, u l-korpi ddelegati responsabbli għall-kontrolli uffiċjali;

(h)  kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi għall-attivazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ għajnuna amministrattiva pprovduti fit-Titolu IV.

3.  B'rabta mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(k), l-atti ddelegati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistipulaw regoli dwar:

(a)  rekwiżiti, metodi u tekniki addizzjonali minbarra dawk imsemmija fl-Artikoli 11 u 13 għall-kontrolli uffiċjali mwettqa għall-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u r-rekwiżiti tat-tikkettar;

(b)  metodi u tekniki addizzjonali minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 13 għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali mmirati li jiżguraw it-traċċabbiltà tal-prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(k) fl-istadji kollha tal-produzzjoni, tal-kundizzjonament u tad-distribuzzjoni, u mmirati li jipprovdu garanziji tal-konformità ma' dawk ir-regoli;

(c)  kriterji addizzjonali speċifiċi u kontenut addizzjonali speċifiku fuq dawk ipprovduti fl-Artikolu 108, għat-tħejjija tal-partijiet relevanti tal-pjan pluriennali ta’ kontroll nazzjonali pprovdut fl-Artikolu 107(1), u kontenut addizzjonali speċifiku tar-rapport ipprovdut fl-Artikolu 112;

(d)  kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi għall-attivazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ għajnuna amministrattiva pprovduti fit-Titolu IV;

(e)  il-miżuri speċifiċi li għandhom jittieħdu, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 135(2), fil-każ ta’ nonkonformità u ta’ nonkonformità serja jew ripetuta.

4.  Fejn xieraq, l-atti ddelegati msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament imsemmija f'dawk il-paragrafi. [Em. 120]

Artikolu 24

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u dwar l-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ riskji ġodda identifikati b'rabta mal-ikel u l-għalf

1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 139 proposti leġiżlattivi dwar regoli speċifiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq ċerti kategoriji ta’ ikel jew għalf, għall-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) sa (e), kif ukoll dwar l-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti wara tali kontrolli uffiċjali. Dawk l-atti ddelegati il-proposti leġiżlattivi għandhom jindirizzaw riskji identifikati ġodda, li aktarx ikunu nqalgħu minn ikel jew għalf, għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, jew, b'rabta mal-GMOs u mal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, riskji għall-ambjent, jew kwalunkwe riskji simili li jitnissel minn xejriet ġodda ta’ produzzjoni jew ta’ konsum tal-ikel jew tal-għalf, jew li ma jistgħux jiġu indirizzati b'mod effettiv fin-nuqqas ta’ speċifikazzjonijiet komuni għall-kontrolli uffiċjali u għall-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti wara tali kontrolli, u għandhom jistipulaw regoli dwar: [Em. 121]

(a)  ir-responsabbiltajiet u l-impenji speċifiċi tal-awtoritajiet kompetenti, minbarra dawk ipprovduti fl-Artikolu 4, l-Artikoli 8 u 9, l-Artikolu 10(1), l-Artikoli 11 sa 13, l-Artikolu 34(1) u (2), u l-Artikolu 36;;

(b)  rekwiżiti uniformi speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali, u l-frekwenza uniformi minima għal tali kontrolli uffiċjali, filwaqt li jitqiesu, minbarra l-kriterji msemmija fl-Artikolu 8(1), il-perikli u r-riskji speċifiki li jeżistu fir-rigward ta’ kull kategorija ta’ ikel u għalf, u l-proċessi differenti li jgħaddu minnhom;

(c)  il-każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti, b'rabta ma' każijiet speċifiċi ta’ nonkonformità, għandhom jieħdu miżura waħda jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 135(2), jew miżuri addizzjonali minbarra dawk ipprovduti fil-paragrafu msemmi.

2.  Fejn, f'każ ta' riskji serji għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, jew għall-ambjent, ikun meħtieġ b'mod imperattiv u urġenti, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 140 għandha tapplika għall-atti ddelegati adottati skont il-paragrafu 1.

Artikolu 24a

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u l-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti b’rabta ma' materjali u oġġetti maħsuba biex jidħlu f’kuntatt mal-ikel

Il-Kummissjoni tista' tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 139 fir-rigward ta' regoli dwar l-applikazzjoni tal-kontrolli uffiċjali u dwar l-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' materjali u oġġetti maħsuba biex jidħlu f'kuntatt mal-ikel. [Em. 122]

Kapitolu III

Delega ta' kompiti speċifiċi tal-awtoritajiet kompetenti

Artikolu 25

Delega mill-awtoritajiet kompetenti ta' kompiti speċifiċi ta' kontroll uffiċjali

1.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddelegaw kompiti speċifiċi ta’ kontroll uffiċjali lil korp iddelegat wieħed jew iktar, jew lil persuna fiżika waħda jew iktar, skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fl-Artikoli 26 u 27, rispettivament. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jiddelegaw kompiti speċifiċi ta’ kontroll uffiċjali lil persuni fiżiċi li jikkonċernaw kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(j). [Em. 123]

2.  L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jiddelegaw id-deċiżjoni rigward il-miżuri pprovduti fl-Artikolu 135(1)(b), 135(2) u (3).

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-miżuri li għandhom jittieħdu skont l-Artikolu 135, jew skont ir-regoli pprovduti fl-Artikolu 23(2)(e) wara kontrolli uffiċjali mwettqa għall-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(j). [Em. 124]

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 139 li jistabbilixxi kompiti speċifiċi ta' kontroll uffiċjali li ma jistgħux jiġu ddelegati, sabiex tippreżerva l-indipendenza jew il-funzjonijiet ewlenin tal-awtoritajiet kompetenti.

4.  Fejn l-awtoritajiet kompetenti jiddelegaw kompiti speċifiċi ta’ kontroll uffiċjali għall-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(j) lil korp iddelegat wieħed jew aktar, għandhom jattribwixxu numru ta’ kodiċi lil kull korp iddelegat, u jaħtru l-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u s-superviżjoni tagħhom.

Artikolu 26

Kundizzjonijiet għad-delegar ta' kompiti speċifiċi ta' kontroll uffiċjali lill-korpi ddelegati

Id-delega ta’ kompiti speċifiċi ta’ kontroll lil korp iddelegat imsemmi fl-Artikolu 25(1) għandha ssir bil-miktub, u għandha tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  id-delega tinkludi deskrizzjoni preċiża ta’:

(i)  il-kompiti speċifiċi ta’ kontroll uffiċjali li jista' jwettaq il-korp iddelegat;

(ii)  il-kundizzjonijiet li skonthom il-korp iddelegat jista' jwettaq dawk il-kompiti;

(b)  il-korp iddelegat:

(i)  għandu l-esperjenza, it-tagħmir u l-infrastruttura meħtieġa biex iwettaq il-kompiti speċifiċi ta' kontroll uffiċjali ddelegati lilu;

(ii)  għandu numru suffiċjenti ta' persunal ikkwalifikat u b'esperjenza kif xieraq; u

(iii)  huwa imparzjali, indipendenti, mhux impjegat la direttament u lanqas indirettament mill-operatur li fuqu jkun qed iwettaq attivitajiet ta’ kontroll, u altrimenti ħieles minn kull kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kompiti speċifiċi ta’ kontroll uffiċjali ddelegati lilu; [Em. 125]

(iv)  jopera u huwa akkreditat skont l-istandard EN ISO/IEC 17020 "Requirements for the operation of various types of bodies performing inspection", jew standard ieħor jekk ikun aktar rilevanti għall-kompiti ddelegati kkonċernati;

(iva)  għandu setgħat biżżejjed biex iwettaq il-kontrolli uffiċjali ddelegati lilu; [Em. 126]

(c)  ikun hemm arranġamenti implimentati li jiżguraw il-koordinazzjoni effiċjenti u effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti li jiddelegaw u l-korp iddelegat.

Artikolu 27

Kundizzjonijiet għad-delegar ta' kompiti speċifiċi ta' kontroll uffiċjali lil persuni fiżiċi

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddelegaw kompiti speċifiċi ta’ kontroll uffiċjali lil persuna fiżika waħda jew iktar, fejn ir-regoli pprovduti fl-Artikoli 15 sa 24 jippermettu dan Din id-delega għandha ssir bil-miktub.

L-Artikolu 26 għandu japplika għad-delega ta’ kompiti speċifiċi ta’ kontroll uffiċjali lil persuni fiżiċi, bl-eċċezzjoni tal-punti (b)(ii) u (b)(iv).

Artikolu 28

Obbligi tal-korp iddelegat u tal-persuna fiżika li lilhom jiġu ddelegati kompiti speċifiċi ta’ kontroll uffiċjali

Il-korpi ddelegati jew persuni fiżiċi li lilhom jiġu ddelegati kompiti speċifiċi ta' kontroll uffiċjali skont l-Artikolu 25(1) għandhom:

(a)  jikkomunikaw ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa minnhom lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddelegawlhom il-kompiti speċifiċi ta’ kontroll uffiċjali, b'mod regolari, u kull meta l-awtoritajiet kompetenti jitolbu dan;

(b)  jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddelegawlhom il-kompiti speċifiċi ta’ kontroll uffiċjali kull meta r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali jindikaw nonkonformità, jew jindikaw il-probabbiltà ta’ nonkonformità.

Artikolu 29

Obbligi tal-awtoritajiet kompetenti li jiddelegaw kompiti speċifiċi ta' kontroll uffiċjali

L-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddelegaw kompiti speċifiċi ta' kontroll uffiċjali lil korpi ddelegati jew persuni fiżiċi skont l-Artikolu 25(1) għandhom:

(a)  jorganizzaw awditjar jew spezzjonijiet perjodiċi u mingħajr avviż minn qabel ta’ tali korpi jew persuni, kif ikun meħtieġ; [Em. 127]

(b)  jirtiraw id-delega minnufih, bis-sħiħ jew parzjalment, fejn:

(i)  wara awditjar jew spezzjoni kif ipprovdut fil-punt (a), ikun hemm evidenza li tali korpi ddelegati jew persuni fiżiċi qed jonqsu milli jwettqu kif suppost il-kompiti ta’ kontroll uffiċjali ddelegati lilhom;

(ii)  il-korp iddelegat jew il-persuna fiżika jonqsu milli jieħdu azzjoni xierqa u f'waqtha biex jirremedjaw in-nuqqasijiet identifikati fl-awditjar u fl-ispezzjonijiet ipprovduti fil-punt (a);

(iia)  ikun intwera li l-indipendenza jew l-imparzjalità tal-korp iddelegat jew tal-persuna fiżika jkunu ġew kompromessi. [Em. 128]

Artikolu 30

Kundizzjonijiet għad-delega ta' kompiti speċifiċi marbutin ma' attivitajiet uffiċjali oħra

1.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddelegaw kompiti speċifiċi marbutin ma' attivitajiet uffiċjali oħra lil korp iddelegat wieħed jew aktar, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) ma jipprojbixxux tali delega;

(b)  il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 26 jintlaħqu, bl-eċċezzjoni tal-punt (b)(iv).

2.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddelegaw kompiti speċifiċi marbutin ma' attivitajiet uffiċjali oħra lil persuna fiżika waħda jew aktar, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) jippermettu tali delega;

(b)  il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 26 jintlaħqu, bl-eċċezzjoni tal-punti (b)(ii) u (b)(iv).

Artikolu 31

Obbligi tal-korp iddelegat u tal-persuna fiżika li lilhom jiġu ddelegati kompiti speċifiċi marbutin ma' attivitajiet uffiċjali oħra

Il-korp iddelegat jew il-persuna fiżika li lilhom ikunu ġew iddelegati kompiti speċifiċi marbutin ma' attivitajiet uffiċjali oħra skont l-Artikolu 30, għandhom:

(a)  jikkomunikaw ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa minnhom lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddelegawlhom il-kompiti speċifiċi marbutin ma' attivitajiet uffiċjali oħra, b'mod regolari, u kull meta l-awtoritajiet kompetenti jitolbu dan;

(b)  jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddelegawlhom il-kompiti speċifiċi marbutin ma' attivitajiet uffiċjali oħra kull meta r-riżultati tal-attivitajiet uffiċjali oħra jindikaw nonkonformità, jew jindikaw il-probabbiltà ta’ nonkonformità.

Artikolu 32

Obbligi tal-awtoritajiet kompetenti li jiddelegaw kompiti speċifiċi marbutin ma' attivitajiet uffiċjali oħra

L-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddelegaw kompiti speċifiċi marbutin ma' attivitajiet uffiċjali oħra lil korpi ddelegati jew persuni fiżiċi skont l-Artikolu 30 għandhom:

(a)  jorganizzaw awditjar jew spezzjonijiet ta’ tali korpi jew persuni, kif ikun meħtieġ; [Em. 129]

(b)  jirtiraw id-delega minnufih, bis-sħiħ jew parzjalment, fejn:

(i)  wara awditjar jew spezzjoni kif ipprovdut fil-punt (a), ikun hemm evidenza li tali korpi ddelegati jew persuni fiżiċi qed jonqsu milli jwettqu kif suppost il-kompiti ddelegati lilhom marbutin ma' attivitajiet uffiċjali oħra;

(ii)  il-korpi ddelegati jew il-persuni fiżiċi jonqsu milli jieħdu azzjoni xierqa u f'waqtha biex jirremedjaw in-nuqqasijiet identifikati fl-awditjar u fl-ispezzjonijiet ipprovduti fil-punt (a).

Kapitolu IV

Ikkampjunar, analiżi, ittestjar u dijanjożi

Artikolu 33

Metodi użati għall-ikkampjunar, analiżi, ittestjar u dijanjożi

1.  Il-metodi mħaddma għall-ikkampjunar u għall-analiżi, ittestjar u dijanjożi tal-laboratorju matul il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni li jistabbilixxu dawk il-metodi jew il-kriterji ta’ prestazzjoni għal dawk il-metodi.

2.  Fin-nuqqas ta’ regoli tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1, fil-kuntest tal-kontrolli uffiċjali, il-laboratorji uffiċjali għandhom jużaw metodi mill-aktar moderni għall-bżonnijiet speċifiċi tagħhom ta’ analiżi, ittestjar u dijanjożi, filwaqt li jqisu, f'din l-ordni: [Em. 130]

(a)  l-iktar metodi riċenti disponibbli konformi mar-regoli jew protokolli relevanti rikonoxxuti internazzjonalment, inklużi dawk li jkun aċċetta l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN);

(b)  fin-nuqqas tar-regoli jew protokolli msemmija fil-punt (a), il-metodi relevanti żviluppati jew rakkomandati mil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea, u vvalidati skont protokolli xjentifiċi aċċettati internazzjonalment;

(c)  fin-nuqqas tar-regoli jew protokolli msemmija fil-punt (a) u l-metodi msemmija fil-punt (b), il-metodi li jikkonformaw ma' regoli relevanti stabbiliti fuq livell nazzjonali;

(d)  fin-nuqqas tar-regoli jew protokolli msemmija fil-punt (a), il-metodi msemmija fil-punt (b) u r-regoli nazzjonali msemmija fil-punt (c), il-metodi relevanti żviluppati jew rakkomandati mil-laboratorji ta’ referenza nazzjonali, u vvalidati skont protokolli xjentifiċi aċċettati internazzjonalment; jew,

(e)  fin-nuqqas tar-regoli jew protokolli msemmija fil-punt (a), il-metodi msemmija fil-punt (b), ir-regoli nazzjonali msemmija fil-punt (c) u l-metodi msemmija fil-punt (d), il-metodi relevanti vvalidati skont protokolli xjentifiċi aċċettati internazzjonalment.

3.  B'deroga mill-paragrafu 2, fil-kuntest ta’ skrinjar, skrinjar immirat u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra, kwalunkwe metodu msemmi fil-paragrafu 2 jista' jintuża fin-nuqqas ta’ regoli tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-istess regola tapplika għall-attivitajiet uffiċjali l-oħra. [Em. 131]

4.  Fejn l-analiżi, l-ittestjar jew id-dijanjożi tal-laboratorju jkunu meħtieġa b’urġenza f’każijiet eċċezzjonali minħabba sitwazzjoni ta’ emerġenza li tkun qed tiżviluppa, u ma jeżisti l-ebda metodu minn dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-laboratorju ta’ referenza nazzjonali relevanti, jew, jekk ma jeżisti l-ebda laboratorju ta’ referenza nazzjonali, kwalunkwe laboratorju ieħor maħtur skont l-Artikolu 36(1), jista’ juża metodi differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu sakemm ma ssirx il-validazzjoni ta’ metodu xieraq skont protokolli xjentifiċi aċċettati internazzjonalment. [Em. 132]

5.  Kull fejn possibbli, il-metodi mħaddma għall-analiżi tal-laboratorju għandhom ikunu karatterizzati bil-kriterji xierqa stipulati fl-Anness III.

6.  Il-kampjuni għandhom jittieħdu, jiġu ttrattati u ttikkettati b'mod li jiggarantixxi l-validità legali, xjentifika u teknika tagħhom. Id-daqs tal-kampjun meħud għandu jkun tali li jippermetti, jekk ikun il-każ, opinjoni esperta sekondarja jekk l-operatur jagħmel talba għaliha skont l-Artikolu 34. [Em. 133]

6a.  Fir-rigward ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, il-metodi għandhom jiġu żviluppati u stabbiliti b’mod obbligatorju bil-mira li jiġi identifikat u ttraċċat materjal tat-tgħammir minn annimali kklonati kif ukoll dixxendenti minn annimali kklonati u prodotti derivati minnhom. [Em. 134]

7.  Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, sakemm dawn il-materji ma jkunux regolati b'mod ieħor, il-Kummissjoni tista' tistipula regoli: [Em. 135]

(a)  għall-metodi li għandhom jintużaw għall-ikkampjunar u għall-analiżi, ittestjar u dijanjożi tal-laboratorju;

(b)  għall-kriterji ta’ pretazzjoni, parametri ta’ analiżi, ittestjar jew dijanjożi, inċertezza tal-kejl, u proċeduri għall-validazzjoni ta’ dawk il-metodi;

(c)  għall-interpretazzjoni tar-riżultati tal-analiżi, ittestjar u dijanjożi.

Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 141(2).

Artikolu 34

Opinjoni esperta sekondarja

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-operaturi, li l-annimali jew il-prodotti tagħhom huma soġġetti għall-ikkampjunar, analiżi, ittestjar jew dijanjożi fil-kuntest ta’ kontrolli uffiċjali, ikollhom id-dritt li japplikaw għal opinjoni esperta sekondarja, meta dan ikun rilevanti u teknikament possibbli. L-ispejjeż ta’ dik l-opinjoni esperta jitħallsu mill-operaturi rikjedenti. [Em. 136]

Tali dritt:

(a)  għandu jippermetti dejjem lill-operatur jitlob rieżami dokumentarju tal-ikkampjunar, l-analiżi, l-ittestjar jew id-dijanjożi minn espert ieħor, li jiġi maħtur minn laboratorju ta’ referenza jew, jekk dan ma jkunx possibbli, minn laboratorju uffiċjali ieħor ta’, mill-inqas, livell ekwivalenti; [Em. 137]

(b)  fejn rilevanti u vjabbli teknikament, filwaqt li jitqiesu partikularment il-prevalenza u l-firxa tal-periklu fl-annimali jew prodotti, id-deterjorabbiltà tal-kampjuni jew tal-prodotti, u l-ammont ta' substrati disponibbli, għandu jippermetti lill-operatur jitlob u jobbliga lill-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li: [Em. 138]

(i)  li jittieħdu għadd suffiċjenti ta’ kampjuni oħra għal maqsuma fi tliet partijiet għal analiżi inizjali u, jekk ikun meħtieġ, opinjoni esperta sekondarja fuq talba tal-operatur, u mbagħad analiżi oħra deċiżiva, meta jkun hemm diskrepanza bejn it-tnejn ta’ qabel; jew, [Em. 139]

(ii)  fejn ma jkunx possibbli li jittieħdu għadd suffiċjenti ta’ kampjuni kif imsemmi fil-punt (i), li jsiru analiżi, ittestjar jew dijanjożi indipendenti sekondarji fuq il-kampjun.

1a.  Il-kampjuni għandhom jiġu ttrattati u ttikkettati b’mod li jiggarantixxi l-validità legali u teknika tagħhom.

2.  L-applikazzjoni, mingħand l-operatur, għal opinjoni esperta sekondarja skont il-paragrafu 1, ma għandhiex tolqot l-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jieħdu azzjoni pronta biex ineħħu jew irażżnu r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, jew għall-benessri tal-annimali, jew, fir-rigward tal-GMOs u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għall-ambjent, skont ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), u skont dan ir-Regolament.

3.  Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tistipula proċeduri għall-applikazzjoni uniformi tar-regoli pprovduti fil-paragrafu 1, kif ukoll għall-preżentazzjoni u t-trattament tal-applikazzjonijiet għal opinjoni esperta sekondarja. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 141(2).

Artikolu 35

Ikkampjunar ta' annimali u prodotti offruti għall-bejgħ permezz ta' komunikazzjoni remota

1.  Fil-każ ta’ annimali u prodotti offruti għall-bejgħ permezz ta’ komunikazzjoni remota, jistgħu jintużaw kampjuni ordnati mingħand l-operaturi mill-awtoritajiet kompetenti, mingħajr ma jidentifikaw ruħhom, għall-finijiet ta’ kontroll uffiċjali.

2.  L-awtoritajiet kompetenti, ladarba jkollhom il-kampjuni, għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-operaturi li mingħandhom jiġu ordnati l-kampjuni dawk il-kampjuni skont il-paragrafu 1: [Em. 141]

(a)  jiġi infurmati li tali kampjuni qegħdin jittieħdu fil-kuntest ta’ kontroll uffiċjali, u, fejn xieraq, qegħdin jiġu analizzati jew ittestjati għall-finijiet ta’ tali kontroll uffiċjali; u,

(b)  fejn il-kampjuni msemmija fil-paragrafu 1 jiġu analizzati jew ittestjati, ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt li japplikaw għal opinjoni esperta sekondarja kif inhu pprovdut fl-Artikolu 34(1).

Artikolu 36

Ħatra tal-laboratorji uffiċjali

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħtru laboratorji uffiċjali biex iwettqu l-analiżi, l-ittestjar u d-dijanjożi ta' kampjuni meħudin matul il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra, fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu joperaw l-awtoritajiet kompetenti, jew fi Stat Membru ieħor.

2.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaħtru bħala laboratorju uffiċjali lil laboratorju li jinsab fi Stat Membru differenti, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  jinsabu implimentati arranġamenti xierqa, li permezz tagħhom jistgħu jwettqu l-awditjar u l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 38(1), jew jiddelegaw it-twettiq ta’ tali awditjar u spezzjonijet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsab il-laboratorju;

(b)  dak il-laboratorju jkun diġà maħtur bħala laboratorju uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab.

3.  Il-ħatra għandha ssir bil-miktub, u għandha tinkludi deskrizzjoni ddettaljata ta’:

(a)  il-kompiti li l-laboratorju għandu jwettaq bħala laboratorju uffiċjali;

(b)  il-kundizzjonijiet li fihom għandu jwettaq tali kompiti;

(c)  l-arranġamenti meħtieġa biex jiżguraw koordinazzjoni effiċjenti u effettiva, kif ukoll il-kollaborazzjoni bejn il-laboratorju u l-awtoritajiet kompetenti.

4.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaħtru biss bħala laboratorju uffiċjali lil laboratorju li:

(a)  ikollu l-għarfien espert, it-tagħmir u l-infrastruttura meħtieġa biex iwettaq analiżi, ittestjar jew dijanjożi fuq kampjuni;

(b)  ikollu għadd suffiċjenti ta' persunal ikkwalifikat, imħarreġ u b'esperjenza kif xieraq;

(c)  huwa indipendenti, imparzjali u ħieles minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu bħala laboratorju uffiċjali; [Em. 142]

(d)  ikun jista' jwassal mingħajr dewmien ir-riżultati tal-analiżi, l-ittestjar jew id-dijanjożi mwettqa fuq il-kampjuni meħudin matul il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra;

(e)  jopera u jiġu vvalutat u akkreditat skont l-istandard EN ISO/IEC 17025 dwar "General requirements for the competence of testing and calibration laboratories", u jiġi vvalutat u akkreditat skont dak l-istandard minn korp ta’ akkrediament nazzjonali li jopera skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008. [Em. 143]

5.  L-ambitu tal-valutazzjoni u l-akkreditament tal-akkreditamentta’ laboratorju uffiċjali kif imsemmi fil-paragrafu 4(e): [Em. 144]

(a)  għandhu jinkludi l-metodi kollha ta’ analiżi, ittestjar u dijanjożi tal-laboratorju li jeħtieġ li jintużaw mill-laboratorju għall-analiżi, ittestjar jew dijanjożi meta jopera bħala laboratorju uffiċjali;

(b)  jista' jinkludi metodu wieħed jew aktar ta’ analiżi, ittestjar jew dijanjożi tal-laboratorju, jew gruppi ta’ metodi;

(c)  jista' jiġi ddefinit b'mod flessibbli, b'mod li jippermetti l-ambitu tal-akkreditament jinkludi verżjonijiet immodifikati tal-metodi użati mil-laboratorju uffiċjali fejn l-akkreditament ikun ingħata, jew metodi ġodda minbarra dawk il-metodi, abbażi tal-validazzjonijiet proprji tal-laboratorju, mingħajr valutazzjoni speċifika tal-korp ta' akkreditament nazzjonali qabel l-użu ta' dawk il-metodi mmodifikati jew ġodda.

Fejn l-ebda laboratorju uffiċjali maħtur fl-Unjoni skont il-paragrafu 1 ma jkollu l-għarfien espert, it-tagħmir, l-infrastruttura u l-persunal meħtieġ għat-twettiq ta’ analiżi, ittestjar jew dijanjożi tal-laboratorju ġodda jew partikularment barra mill-komuni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lil laboratorju jew ċentru tad-dijanjożi li ma jikkonformax ma' rekwiżit wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, li jwettaq tali analiżi, ittestjar jew dijanjożi.

Artikolu 37

Obbligi tal-laboratorji uffiċjali

1.  Il-laboratorji uffiċjali għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kull fejn ir-riżultati ta’ analiżi, ittestjar jew dijanjożi mwettqa fuq il-kampjuni jindikaw nonkonformità jew jindikaw il-probabbiltà ta’ nonkonformità min-naħa ta’ operatur.

2.  Fuq talba tal-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea jew tal-laboratorju ta’ referenza nazzjonali, il-laboratorji uffiċjali għandhom jieħdu sehem fi ttestjar komparattiv bejn il-laboratorji, organizzat għall-analiżi, l-ittestjar jew id-dijanjożi li jwettqu bħala laboratorji uffiċjali.

3.  Il-laboratorji uffiċjali għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-elenku tal-metodi mħaddma għall-analiżi, ittestjar jew dijanjożi mwettqa fil-kuntest ta' kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra.

Artikolu 38

Awditjar u spezzjoni tal-laboratorji uffiċjali

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jorganizzaw awditjar jew spezzjonijiet tal-laboratorji uffiċjali li jkunu ħatru skont l-Artikolu 36(1):

(a)  b'mod regolari;

(b)  kull meta jqisu li awditjar jew spezzjoni jkun meħtieġ.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw minnufih il-ħatra ta’ laboratorju uffiċjali, bis-sħiħ jew għal ċerti kompiti, fejn dan jonqos mill jieħu azzjoni xierqa u f'waqtha ta’ rimedju wara riżultati ta’ awditjar jew spezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li jikxfu xi fatt minn dawn li ġejjin:

(a)  li m'għadux jikkonforma mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36(4) u (5);

(b)  li ma jikkonformax mal-obbligi pprovduti fl-Artikolu 37;

(c)  li l-prestazzjoni tiegħu mhix tajba biżżejjed fl-ittestjar komparattiv bejn il-laboratorji msemmi fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 39

Derogi mill-kundizzjoni ta' valutazzjoni u akkreditament obbligatorji obbligatorju għal ċerti laboratorji uffiċjali [Em. 145]

1.  B'deroga mill-punt (e) tal-Artikolu 36(4), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaħtru dawn li ġejjin bħala laboratorji uffiċjali, irrispettivament jekk jilħqux jew le l-kundizzjoni pprovduta f'dak il-punt:

(a)  laboratorji:

(i)  li l-unika attività tagħhom hija d-detezzjoni tat-Trichinella fil-laħam;

(ii)  li jużaw biss, għad-detezzjoni tat-Trichinella, il-metodi msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005(61);

(iii)  li jwettqu d-detezzjoni tat-Trichinella bis-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew ta’ laboratorju uffiċjali maħtur skont l-Artikolu 36(1), u vvalutat u akkreditat skont l-istandard EN ISO/IEC 17025 dwar "General requirements for the competence of testing and calibration laboratories", għall-użu tal-metodi msemmija fil-punt (a)(ii) ta’ dan il-paragrafu; [Em. 146]

(b)  laboratorji li jwettqu analiżi jew ittestjar biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 1(2)(h); [Em. 147]

(c)  laboratorji li jwettqu biss analiżi, ittestjar jew dijanjożi fil-kuntest ta’ attivitajiet uffiċjali oħra, bil-kundizzjoni li:

(i)  jużaw biss il-metodi ta’ analiżi, ittestjar u dijanjożi tal-laboratorju msemmija fl-Artikolu 33(1) u fl-Artikolu 33(2)(a), (b) u (c);

(ii)  iwettqu l-analiżi, l-ittestjar jew id-dijanjożi bis-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali għall-metodi li jħaddmu;

(iii)  jieħdu sehem b'mod regolari fl-ittestjar komparattiv bejn il-laboratorji organizzati mil-laboratorji ta’ referenza nazzjonali għall-metodi li jħaddmu;

(iv)  ikollhom implimentata sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità biex tiżgura riżultati sodi u affidabbli mill-metodi ta’ analiżi, ittestjar u dijanjożi tal-laboratorju mħaddma.

2.  Fejn il-metodi mħaddma mil-laboratorji msemmija fil-paragrafu 1(c) jitolbu konferma tar-riżultat tal-analiżi, ittestjar jew dijanjożi tal-laboratorju, l-analiżi, l-ittestjar jew id-dijanjożi tal-laboratorju għall-konfermazzjoni għandhom isiru minn laboratorju uffiċjali konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 36(4)(e).

3.  Il-laboratorji uffiċjali maħturin skont il-punti (a) u (c) għandhom ikunu jinsabu fl-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jinsabu l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħatruhom.

Artikolu 40

Setgħat għall-adozzjoni ta' derogi mill-kundizzjoni ta' valutazzjoni u akkreditament obbligatorji obbligatorju tal-metodi kollha ta' analiżi, ittestjar u dijanjożi tal-laboratorju użati mil-laboratorji uffiċjali [Em. 148]

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 139 fir-rigward tal-każijiet fejn, u l-kundizzjonijiet li fihom, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaħtru bħala laboratorji uffiċjali skont l-Artikolu 36(1) lil laboratorji li ma jilħqux il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36(4)(e) b'rabta mal-metodi kollha li jużaw, bil-kundizzjoni li tali laboratorji jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  li joperaw, jiġu vvalutati u akkreditati skont l-istandard EN ISO/IEC 17025 għall-użu ta’ metodu wieħed jew aktar simili għal, u rappreżentattiv tal-metodi l-oħra li jużaw;

(b)  li jagħmlu użu regolari u sinifikanti tal-metodi li għalihom ikunu kisbu l-akkreditament imsemmi fil-punt (a).

Artikolu 41

Derogi temporanji mill-kundizzjoni ta' valutazzjoni u akkreditament obbligatorji obbligatorju għal ċerti laboratorji uffiċjali [Em. 149]

1.  B'deroga mill-Artikolu 36(5)(a), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaħtru, b'mod temporanju, lil laboratorju uffiċjali eżistenti bħala laboratorju uffiċjali skont l-Artikolu 36(1) għall-użu ta’ metodu ta’ analiżi, ittestjar jew dijanjożi tal-laboratorju li għalih ma jkunx kiseb l-akkreditament imsemmi fl-Artikolu 36(4)(e):

(a)  fejn l-użu ta’ dak il-metodu jkun meħtieġ mill-ġdid mir-regoli tal-Unjoni;

(b)  fejn bidliet f'metodu li jkun qed jintuża jirrikjedu akkreditament ġdid jew l-estensjoni tal-ambitu tal-akkreditament miksub mil-laboratorju uffiċjali;

(c)  f'każijiet jew il-bżonn tal-użu tal-metodu jitnissel minn sitwazzjoni ta’ emerġenza, jew minn riskju emerġenti għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għall-benessri tal-annimali, jew, fir-rigward tal-GMOs u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għall-ambjent; jew,

(ca)  waqt l-istennija tal-valutazzjoni mill-korp ta’ akkreditament u tad-deċiżjoni tiegħu. [Em. 150]

2.  Il-ħatra te