Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (tfassil mill-ġdid) (COM(2012)0403 – C7-0197/2012 – 2012/0196(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0403),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0197/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tal-14 ta' Novembru 2012(1),
– wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(2),
– wara li kkunsidra l-ittra tad-11 ta' Novembru 2013 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0087/2014),
A. billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom;
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il‑kummerċ fihom (riformulazzjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),
Wara konsultazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(4),
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il‑protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom(5) ġie emendat kemm-il darba(6) b’mod sostanzjali. Peress li għandhom isiru iktar emendi, dak ir-regolament għandu jiġi irriformulat fl-interessi taċ-ċarezza.
(2) L-iskop ta' dan ir-Regolament huwa li jiżgura l-protezzjoni tal-ispeċi ta' fawna u flora salvaġġi li huma mhedda bil-kummerċ jew li jistgħu jiġu possibilment mhedda .
(3) Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma jippreġudikawx miżuri aktar stretti li jistgħu jittieħdu jew jinżammu fis-seħħ minn Stati Membri, b'konformità mat-Trattat, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam maż-żamma ta' kampjuni ta' speċi koperti b'dan ir-Regolament.
(4) Huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti kriterji oġġettivi dwar l-inklużjoni ta' speċi ta' fawna u flora salvaġġi fl-Annessi ta' dan ir-Regolament.
(5) L-implimentazjoni ta' dan ir-Regolament titlob li jiġu applikati kondizzjonijiet komuni għall-ħruġ, użu u preżentazzjoni ta' dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' l‑awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni u ma' l-esportazzjoni jew ir‑riesportazzjoni fl-Unjoni tal-kampjuni ta' speċi koperti b'dan ir‑Regolament. Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal‑ġarr ta' kampjuni fl-Unjoni .
(6) Huwa għal awtorità amministrattiva ta' l-Istat Membru destinatarju, megħjuna minn awtorità xjentifika ta' dak l-Istat Membru u, fejn xieraq, b'kunsiderazzjoni ta' kull opinjoni tal-Grupp ta' Reviżjoni Xjentifika, biex tiddeċiedi dwar talbiet għall‑introduzzjoni ta' kampjuni fl-Unjoni .
(7) Huwa meħtieġ li jiġu previsti d-dispożizzjonijiet dwar riesportazzjoni ikunu supplimentati bi proċedura ta' konsultazzjoni fil-qafas tad‑dispożizzjonijiet dwar ir‑ri-esportazzjoni, sabiex ikun limitat ir-riskju ta' ksur ta' regolamenti.
(8) Biex tkun garantita l-protezzjoni aktar effettiva ta' l-ispeċi ta' fawna u flora salvaġġi, restrizzjonijiet addizzjonali jistgħu jkunu imposti fuq l-introduzzjoni ta' kampjuni, u l‑esportazjoni tagħhom mill-Unjoni . F'dak li għandu x'jaqsam ma' kampjuni ħajjin, dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu jkunu supplimentati b'restrizzjonijiet fil-livell tal-Unjoni dwar iż-żamma jew il-moviment ta' kampjuni bħal dawn fl‑Unjoni .
(9) Huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal kampjuni li jkunu twieldu u trabbew fil-magħluq, jew ta' kampjuni mnissla artifiċjalment, għal kampjuni li huma oġġetti personali jew domestiċi, u għal self li ma jkunx kummerċjali, donazzjonijiet, skambji bejn xjenzjati reġistrati u istituzzjonijiet xjentifiċi.
(10) Hemm il-ħtieġa, sabiex tkun assigurata l-aktar protezzjoni wiesgħa possibbli għal kampjuni koperti b'dan ir-Regolament, li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet biex ikunu kontrollati l-kummerċ u l-moviment ta' kampjuni fl-Unjoni , u l‑kondizzjonijiet dwar fejn jinżammu dawn il-kampjuni. Iċ-ċertifikati maħruġa permezz ta' dan ir‑Regolament, li jikkontribwixxu għall-kontroll ta' dawn l‑attivitajiet, għandhom ikunu regolati b'regoli komuni dwar il-ħruġ, validità u l‑użu tagħhom.
(11) Għandhom jittieħdu miżuri biex jimminimizzaw l-effetti ħżiena fuq kampjuni ħajjin waqt it-trasport lejn id-destinazzjoni tagħhom, mill- Unjoni u fiha .
(12) Biex ikunu assigurati kontrolli effettivi u jkunu faċilitati proċeduri doganali, uffiċċji doganali għandhom ikunu nominati, b'persunal imħarreġ li jkun responsabbli għat‑twettiq tal-formalitajiet meħtieġa u tal-verifiki korrispondenti meta kampjuni jkunu introdotti fl-Unjoni , sabiex jingħatalhom trattament jew użu approvat mid‑dwana fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92(7), jew meta dawn ikunu esportati jew riesportati mill- Unjoni . Għandu jkun hemm ukoll faċilitajiet biex jiggarantixxu li kampjuni ħajjin ikunu miżmuma kif xieraq u ndukrati.
(13) L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament titlob ukoll in-nominazzjoni ta' awtoritajiet amministrattivi u xjentifiċi mill-Istati Membri.
(14) Il-fatt li jkun infurmat il-pubbliku u li jsir konxju tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir‑Regolament, partikolarment fil-postijiet fejn jiltaqgħu il-fruntieri, x'aktarx jinkoraġġixxi l-konformità ma dawn id-dispożizzjonijiet.
(15) Sabiex ikun assigurat it-twettiq effettiv ta' dan ir-Regolament, Stati Membri għandhom jissorveljaw mill-qrib il-konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu u, għal dak il-għan, jikkooperaw mill-qrib bejniethom u mal-Kummissjoni. Dan jeħtieġ il-komunikazzjoni ta' informazzjoni li għandha x'taqsam ma' l‑implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
(16) Il-monitoraġġ tal-livelli tal-kummerċ fi speċi ta' fawna u flora salvaġġi koperti b'dan ir-Regolament huwa ta' importanza kruċjali għall-istudju dwar l-effetti fuq il-kummerċ u l-konservazzjoni ta' l-istatus ta' l-ispeċi. Ir-rapporti dettaljati annwali għandhom jittħejjew b'format komuni.
(17) Sabiex tkun assigurata konformità ma dan ir-Regolament, huwa importanti li Stati Membri jimponu sanzjonijiet dwar xi ksur b'mod li jkun kemm suffiċjenti u kemm xieraq għan-natura u l-gravità tal-ksur.
(18) Il-kwantità ta' aspetti bijoloġiċi u ekoloġiċi li għandhom ikunu kkunsidrati fl‑implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tinħtieġ il-ħolqien ta' Grupp ta' Reviżjoni Xjentifika, li l-opinjonijiet tiegħu għandhom ikunu mwassla mill‑Kummissjoni lill‑Kumitat u lill-korpi amministrattivi ta' l-Istati Membri, biex jgħinuhom jaslu għad‑deċiżjonijiet tagħhom.
(19) Sabiex jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir‑Regolament, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il‑Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta ċerti miżuri li jirregolaw il-kummerċ fl-ispeċi ta’ fawna u flora selvaġġi, sabiex tadotta ċertu emendi għall-Annessi għal dan ir- Regolament u sabiex tadotta miżuri addizzjonali sabiex jiġu implimentati ir-riżoluzzjonijiet tal-Konferenza tal‑Partijiet tal‑Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali tal-Ispeċi ta’ fawna u flora selvaġġi mhedda b’Estinzjoni (CITES) ('il quddiem imsejħa 'il-Konvenzjoni'), deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Permanenti tal‑Konvenzjoni jew rakkomandazzjonijiet tas-Segretarjat tal‑Konvenzjoni. Huwa partikolarment importanti li l‑Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill‑Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(20) Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir‑Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill‑Kummissjoni, b'mod partikolari għall-istabbiliment tad-disinn, il-mudell u l-format ta' ċerti dokumenti. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l‑prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(8), [Em. 1]
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
L-għan ta' dan ir-Regolament hu li jipproteġi l-ispeċi ta' fawna u flora salvaġġi u li jiggarantixxi l-konservazzjoni tagħhom billi jirregola l-kummerċ fihom skond l‑Artikoli 2 sa 22 u l-Annessi A sa D kif stabbilit fl-Anness I, 'il quddiem imsejħa "Anness A", "Anness B", Anness "C" u "Anness D" .
Dan ir-Regolament għandu japplika f'konformità ma' l-għanijiet, il-prinċipji u d‑dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni imfissra fl-Artikolu 2(b).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(b) ‘Konvenzjoni’ tfisser il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fi Speċi fil‑Periklu ta' Fawna u Flora Salvaġġi (CITES);
(c) ‘pajjiż ta' l-oriġini’ jfisser il-pajjiż li fih kampjun ikun ittieħed, twieled u trabba fl‑ambjent naturali tiegħu jew tnissel artifiċjalment;
(d) ‘notifikazzjoni ta' importazzjoni’ tfisser in-notifika mogħtija mill-importatur jew l‑aġent jew rappreżentant tiegħu, waqt l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kampjun ta' speċi inkluża fl-Annessi C jew D, fuq il-formola prevista fl‑Artikolu 19(2)10(1d); [Em. 2]
(e) ‘introduzzjoni mill-baħar’ tfisser l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kull kampjun li jkun ittieħed fil-, u li jkun qiegħed jiġi introdott direttament mill-ambjent marittimu li ma jkunx taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat, inkluż l-ispazju ta' l-ajru ta' fuq il-baħar u l‑qiegħ tal-baħar u s-sediment ta' taħt il-baħar;
(f) ‘il-ħruġ’ ifisser it-tkomplija tal-proċeduri kollha involuti fit-tħejjija u l‑validazzjoni ta' permess jew ċertifikat u t-twassil tiegħu lill-applikant;
(g) ‘awtorità amministrattiva’ tfisser awtorità amministrattiva nazzjonali nominata, fil‑każ ta' Stat Membru, skond l-Artikolu 13(1) jew, fil-każ ta' Parti minn pajjiż terz tal-Konvenzjoni, skond l-Artikolu IX tal-Konvenzjoni;
(h) ‘Stat Membru destinatarju’ jfisser l-Istat Membru destinatarju msemmi fid‑dokument użat għall-esportazzjoni jew ri-esportazzjoni ta' kampjun; fil-każ ta' imtroduzzjoni mill-baħar, għandu jfisser l-Istat Membru li fil-ġurisdizzjoni tiegħu jkun jinsab il‑post tad-destinazzjoni tal-kampjun;
(i) ‘offerta għal bejgħ’ tfisser l-offerta għal bejgħ u kull azzjoni li raġonevolment tista’ tkun meqjusa bħala tali, inkluż ir-reklamar jew kaġun ta' reklamar għal bejgħ u stedina għal trattament;
(j) ‘oġġetti personali jew domestiċi’ tfisser kampjuni mejta, partijiet jew derivattivi minnhom, li jkunu l-proprjetà ta' individwu privat u li jiffurmaw, jew li huma maħsuba biex jiffurmaw, parti mill-oġġetti u l-proprjetà mobbli tiegħu;
(k) ‘post destinatarju’ jfisser il-post maħsub li fih il-kampjuni għandhom normalment jinżammu fil-ħin ta' l-introduzzjoni fl-Unjoni ; fil-każ ta' kampjuni ħajjin, dan għandu jkun l-ewwel post fejn il-kampjuni jkun maħsub li jinżammu wara xi perjodu ta' kwarantina jew xi għeluq iehor għal skopijiet ta' verifiki u kontrolli sanitarji;
(l) ‘popolazzjoni’ tfisser in-numru totali ta' individwi bijoloġikament jew ġeografikament distinti;
(m) ‘skopijiet primarjament kummerċjali’ tfisser l-iskopijiet kollha li l-aspetti mhux kommerċjali tagħhom ma jkunux jippredominaw b'mod ċar;
(n) ‘riesportazzjoni mill- Unjoni tfisser esportazzjoni mill- Unjoni ta' kull kampjun li jkun ġie introdott qabel;
(o) ‘introduzzjoni mill-ġdid fl-Unjoni tfisser introduzzjoni fil-Komunità ta' xi kampjun li kien esportat jew riesportat qabel;
(p) ‘bejgħ’ ifisser kull tip ta' bejgħ. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, kiri, tpartit jew tibdil għandu jkun meqjus bħala bejgħ; espressjonijiet li jixxiebħu għandhom ikunu meqjusa bl-istess mod;
(q) ‘awtorità xjentifika’ tfisser awtorità xjentifika nominata, fil-każ ta' Stat Membru, skond l-Artikolu 13(2) jew, fil-każ ta' Parti minn pajjiż terz tal-Konvenzjoni, skond l‑Artikolu IX tal-Konvenzjoni;
(r) ‘Grupp ta' Reviżjoni Xjentifika’ ifisser korp kunsultattiv stabbilit skond l‑Artikolu 17;
(s) ‘speċi’ tfisser speċi, sub-speċi jew il-popolazzjoni tagħhom;
(t) ‘kampjun’ ifisser kull annimal jew xitla, sew jekk ħaj/ħajja u sew jekk mejjet/mejta, ta' l-ispeċi elenkati fl-Annessi A sa D, xi parti jew derivattiva minnhom, kemm jekk tkun f'xi oġġetti oħra u kemm le, kif ukoll kull oġġett ieħor li jitfaċċa minn xi dokument li jkun hemm magħhom, l-ippakkjar jew xi marka jew tikketta jew minn xi ċirkostanzi oħra, li huma jew li jkun fihom partijiet jew derivattivi ta' annimali jew pjanti ta' dawk l-ispeċi, sakemm dawk il‑pjanti jew derivattivi ma jkunux speċifikament eżentati mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew minn xi dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l‑Anness li fih l-ispeċi kkonċernata hi elenkata permezz ta' indikazzjoni għal dak il-għan fl-Annessi konċernati.
Kampjun għandu jkun meqjus bħala kampjun ta' speċi elenkati fl-Annessi A sa D jekk ikun, jew jifforma parti minn jew ikun derivat minn, annimal jew pjanta li mill‑anqas wieħed mill-"ġenituri" tiegħu/tagħha jkun mill-ispeċi hekk elenkata. Fil‑każi fejn il-"ġenituri" ta' annimal jew pjanta bħal din huma ta' speċi elenkati fl‑Annessi diversi, jew ta' speċi li wieħed minnhom biss ikun elenkat, id‑dispożizzjonijiet ta' l-Anness aktar restrittiv għandhom ikunu applikabbli. Madankollu, fil-każ ta' kampjuni ta' pjanti ibridi, jekk wieħed mill-"ġenituri" jkun ta' speċi elenkata fl-Anness A, id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness l-aktar restrittiv għandhom ikunu applikabbli biss jekk dak l-ispeċi jkun annottat fl‑Anness għal dak il-għan;
(u) ‘kummerċ’ ifisser l-introduzzjoni fl-Unjoni , inkluża l-introduzzjoni mill‑baħar, u l-esportazzjoni u riesportazzjoni minn hemm, kif ukoll l-użu, il‑moviment u t‑trasferiment tal-pussess mill-Unjoni, inkluż fi Stat Membru, ta' kampjuni suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;
(v) ‘ġarr’ ifisser it-trasport ta' kampjuni bejn żewġ postijiet barra mill- Unjoni li jgħaddi mit-territorju tal-Unjoni u li jkunu mibgħuta lil xi kunsinnatarju nominat u li matulu kull interruzzjoni fil-moviment tinħoloq biss mill‑arranġamenti meħtieġa għal dan it-tip ta' traffiku;
(w) ‘kampjuni maħduma li nkisbu aktar minn 50 sena qabel’ tfisser kampjuni li kienu nbidlu sostanzjalment mill-istat naturali tagħhom f'ġojjelli, tiżjin, arti, utilità, jew strumenti mużikali, qabel it-3 ta’ Marzu 1947 u li kienu, għas‑sodisfazzjon ta' l‑awtorità ta' l-amministrazzjoni ta' l-Istat Membru ikkonċernat, akkwistati b'dawk il‑kondizzjonijiet. Kampjuni bħal dawn għandhom ikunu meqjusa bħala maħduma biss jekk ikun ċar li kienu f'waħda mill-kategoriji msemmija qabel u li ma jeħtiġux aktar tqattigħ, xogħol jew manifattura biex iwettqu l-iskop tagħhom;
(x) ‘verifiki fil-waqt ta' l-introduzzjoni, esportazzjoni, riesportazzjoni u ġarr’ għandha tffisser verifiki dokumentati taċ-ċertifikati, permessi u notifikazzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament u, fil-każijiet fejn id-dispożizzjonijiet tal‑ Unjoni hekk jiddisponu jew f'każijiet oħra b'kampjunarju rappreżentattiv tal-konsenji, eżami tal‑kampjuni, meta jkun il-każ akkumpanjat bit-teħid ta' kampjuni bil-għan ta' analiżi u verifiki aktar dettaljati.
Artikolu 3
Kamp ta' Applikazzjoni
1. L-Anness A għandu jkun fih:
(a) l-ispeċi elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li dwarhom l-Istati Membri m'għamlux riserva;
(b) kull speċi:
(i) li tkun, jew li tista' tkun, fid-domanda għal utilizzazzjoni fl-Unjoni jew għal kummerċ internazzjonali u li tkun jew mhedda bl-estinzjoni jew hekk rari li kull livell ta' kummerċ jista jipperikola s-sopravivenza ta' l-ispeċi,
jew
(ii) li tkun f'ġeneru li l-parti l-kbira ta' l-ispeċi tiegħu jew li tkun speċi li l-parti l‑kbira tagħhom ikunu subspeċi elenkati fl-Anness A skond il-kriterji fil‑punti (a) u (b)(i) u li l-elenku tagħhom f' dak l-Anness ikun essenzjali għall‑protezzjoni effettiva ta' dawk it-taxa.
2. L-Anness B għandu jkun fih:
(a) l-ispeċi elenkati fl-Appendiċi II tal-Konvenzjoni, għajr dawk elenkati fl-Anness A, li dwarhom l-Istati Membri ma kienux għamlu riserva;
(b) l-ispeċi elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li dwarhom tkun saret riserva;
(c) xi speċi oħra li mhix elenkata fl-Appendiċi I jew II tal-Konvenzjoni:
(i) li tkunu suġġetta għal livelli ta' kummerċ internazzjonali li jistgħu ma jkunux kompatibbli:
– mas-sopravivenza tagħha jew mas-sopravivenza tal-popolazzjoni f'ċerti pajjiżi, jew
– maż-żamma tal-popolazzjoni totali f'livell konsistenti mar-rwol ta' l‑ispeċi fl-eko-sistemi li fih tkun tinstab:
jew
(ii) li l-elenkar tagħha fl-Anness għal raġunijiet ta' xebħ fid-dehra ma' speċi oħra elenkati fl-Anness A jew B, ikun essenzjali sabiex ikunu assigurati l‑kontrolli effettivi fuq il-kummerċ tal-kampjuni ta' speċi bħal dawk;
(d) speċi li dwarhom ikun ġie stabbilit li l-introduzzjoni ta' kampjuni ħajjin fl‑ambjent naturali tal- fl-Unjoni tkun toħloq theddida ekoloġika għall-fawna u l‑flora salvaġġi indiġeni tal- Unjoni .
3. L-Anness C għandu jkun fih:
(a) l-ispeċi elenkati fl-Appendiċi III tal-Konvenzjoni, għajr dawk elenkati fl‑Anness A jew B, li dwarhom l-Istati Membri ma għamlux riserva;
(b) l-ispeċi elenkati fl-Appendiċi II tal-Konvenzjoni li dwarhom tkun saret riserva.
4. L-Anness D għandu jkun fih:
(a) speċi li mhumiex elenkati fl-Annessi A, B u C li jkunu impurtati fl-Unjoni fi kwantitajiet li jkunu jinħtieġu monitoraġġ;
(b) l-ispeċi elenkati fl-Appendiċi III tal-Konvenzjoni li dwarhom tkun saret riserva.
5. Fejn l-istatus ta' konservazzjoni ta' speċi koperti b'dan ir-Regolament jiġġustifika li jkunu inklużi f'wieħed mill-Appendiċijiet tal-Konvenzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-emendi meħtieġa.
Artikolu 4
Introduzzjoni fl-Unjoni
1. L-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kampjuni ta' speċi elenkati fl-Anness A għandha tkun suġġetta għat-twettiq tal-verifiki meħtieġa u l-preżentazzjoni minn qabel, fl-uffiċċju doganali tal-fruntiera fil-post ta' l-introduzzjoni, ta' permess ta' importazzjoni maħruġ mill-awtorità amministrattiva ta' l-Istat Membru destinatarju.
Il-permess ta' importazzjoni jista’ jkun maħruġ biss skond ir-restrizzjonijiet stabbiliti skond il‑paragrafu 6 u meta dawn il-kondizzjonijiet ikunu ġew imħarsa:
(a) l-awtorità xjentifika kompetenti, wara li tkun ikkunsidrat kull opinjoni tal‑Grupp Xjentifiku tar-Reviżjoni, tkun avżat li l-introduzzjoni fl-Unjoni :
(i) ma jkollhiex effett ħażin fuq l-istatus ta' konservazzjoni ta' l-ispeċi jew fuq il‑medda territorjali okkupata mill-popolazzjoni relevanti ta' l-ispeċi,
(ii) tkun qed isseħħ:
– għal wieħed mill-għanijiet imsemmijin fl-Artikolu 8(3)(e), (f) u (g), jew
– għal għanijiet oħra li ma jkunux detrimentali għas-sopravivenza ta' l‑ispeċi konċernati;
(b) (i) l-applikant jipprovdi evidenza dokumentata li l-kampjuni nkisbu skond il‑leġislazzjoni dwar il-protezzjoni ta' l-ispeċi konċernati li, fil-każ ta' importazzjoni minn pajjiż terz ta' kampjun ta' speċi elenkati fl-Appendiċi tal‑Konvenzjoni, għandha tkun permess ta' esportazzjoni jew riesportazzjoni, jew kopja tagħhom, maħruġ skond il-Konvenzjoni mill‑awtorità kompetenti tal-pajjiż esportatur jew riesportatur,
(ii) madankollu, il-ħruġ ta' permessi ta' importazzjoni għal speċi elenkati fl‑Anness A skond l-Artikolu 3(1)(a) m'għandux jeħtieġ din l-evidenza dokumentata, imma l-oriġinali ta' kull permess ta' importazzjoni m'għandux jingħata lill-applikant qabel ma jkun ippreżentat il-permess ta' l-esportazzjoni jew iċ-ċertifikat tar-ri-esportazzjoni;
(c) l-awtorità xjentifika kompetenti tkun sodisfatta li l-post maħsub li fih ikun ser jinżamm il-kampjun ħaj fil-post destinatarju jkun mgħammar adegwatament biex ikun ikkonservat u mħares kif għandu jkun;
(d) l-awtorità amministrattiva tkun sodisfatta li l-kampjun ma jkunx użat primarjament għal skopijiet kummerċjali;
(e) l-awtorità amministrattiva tkun sodisfatta, wara konsultazzjoni ma' l-awtorità xjentifika kompetenti, li ma jkunx hemm fatturi oħra li għandhom x'jaqsmu mal‑konservazzjoni ta' l-ispeċi li jkunu opposti għall-ħruġ tal-permess ta' importazzjoni; u
(f) fil-każ ta' introduzzjoni mill-baħar, l-awtorità amministrattiva tkun sodisfatta li kull kampjun ħaj ikun imħejji u mibgħut bil-bahar b'mod li jnaqqaslu kemm jista' jkun ir‑riskju ta' ħsara, dannu għas-saħħa jew trattament ħażin.
2. L-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness B għandha tkun suġġetta għat-twettiq tal-verifiki kollha meħtieġa u l-preżentazzjoni minn qabel, fl‑uffiċju doganali tal-fruntiera fil-post ta' l-introduzzjoni, ta' permess ta' importazzjoni maħruġ mill‑awtorità amministrattiva ta' l-Istat Membru destinatarju.
Il-permess ta' importazzjoni jista’ jinħareġ biss skond ir-restrizzjonijiet stabbiliti skond il‑paragrafu 6 u meta:
(a) l-awtorità xjentifika kompetenti, wara li tkun eżaminat id-data disponibbli u kkkunsidrat kull opinjoni mill-Grupp ta' Reviżjoni Xjentifika, tkun ta' l-opinjoni li l‑introduzzjoni fl-Unjoni ma jkollhiex effetti ħżiena fuq l-istatus ta' konservazzjoni ta' l-ispeċi jew dwar il-medda territorjali okkupata mill‑popolazzjoni relevanti ta' l-ispeċi, waqt li jkunu meqjusa l-livelli kummerċjali tal-preżent u tal ġejjieni. Din l-opinjoni għandha tkun valida għal importazzjonijiet sussegwenti sakemm l-aspetti msemmija hawn fuq ma jkunux tbiddlu sinifikament;
(b) l-applikant jagħti evidenza dokumentata li l-post maħsub biex jinżamm fih il‑kampjun ħaj fil-post destinatarju jkun mgħammar adegwatament biex ikun ikkonservat u mħares kif għandu jkun;
(c) il-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1(b)(i), (e) u (f) ikunu ġew imħarsa.
3. L-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kampjuni ta' speċi elenkati fl-Anness C għandha tkun suġġetta għat-twettiq tal-verifiki kollha meħtieġa u l-preżentazzjoni minn qabel, fl‑uffiċċju doganali tal-fruntiera fil-post ta' l-introduzzjoni, ta' notifika ta' importazzjoni u:
(a) fil-każ ta' esportazzjoni minn pajjiż imsemmi f'dak li għandu x'jaqsam ma' l‑ispeċi kkonċernat fl-Anness C, l-applikant għandu jagħti evidenza dokumentata, permezz ta' permess ta' esportazzjoni maħruġ skond il‑Konvenzjoni minn awtorità ta' dak il‑pajjiż li tkun kompetenti għal dak il‑għan, li l-kampjuni jkunu nkisbu skond il‑leġislazzjoni nazzjonali dwar il‑konservazzjoni ta' l-ispeċi ikkonċernati; jew
(b) fil-każ ta' esportazzjoni minn pajjiż li mhux imsemmi fir-rigward ta' l-ispeċi kkonċernati fl-Anness C jew ta' riesportazzjoni minn xi pajjiż, l-applikant għandu jippreżenta permess ta' esportazzjoni, ċertifikat ta' riesportazzjoni jew ċertifikat ta' oriġini maħruġ skond il-Konvenzjoni minn awtorità tal-pajjiż esportatur jew riesportatur li tkun kompetenti għal dak il-għan.
4. L-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness D għandha tkun suġġett għat-twettiq tal-verifiki kollha meħtieġa u l-preżentazzjoni minn qabel ta' notifika ta' importazzjoni fl-uffiċċju doganali tal-fruntiera fil-post ta' l-introduzzjoni.
5. Il-kondizzjonijiet għal ħruġ ta' permess ta' importazzjoni kif imsemmi fil‑paragrafu 1(a) u (d) u fil-paragrafu 2(a), (b) u (c) m'għandhomx ikunu applikabbli għal kampjuni li dwarhom l-applikant ikun ta evidenza dokumentata:
(a) li kienu ġew introdotti legalment qabel fl-Unjoni jew li nkisbu fiha u li dawn huma, sew jekk immodifikati u anki jekk le, qegħdin jerġgħu jiddaħħlu mill-ġdid fl-Unjoni ; jew
(b) li jkunu kampjuni maħduma li nkisbu aktar minn 50 sena qabel.
6. B'konsultazzjoniIl-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa, warakonsultazzjoni mal-pajjiżi ta' l-oriġinital-oriġini konċernati, u filwaqt li tkun ikkunsidrata kull opinjoni mill-Grupp ta' Reviżjoni Xjentifika, il-Kummissjoni tista', permezz ta'li tadotta atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxidelegati bi qbil mal-Artikolu 20 li jistabbilixxi restrizzjonijiet ġenerali, jew restrizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' ċerti pajjiżi ta' oriġini, dwar l-introduzzjoni fl-Unjoni: [Em. 3]
(a) fuq il-bażi tal-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1(a)(i) jew (e), ta' kampjuni ta' speċi elenkati fl-Anness A;
(b) fuq il-bażi tal-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(e) jew paragrafu 2(a), ta' kampjuni ta' speċi elenkati fl-Anness B; u
(c) ta' kampjuni ħajjin ta' speċi elenkati fl-Anness B li jkollhom rata għolja ta' mortalità waqt il-ġarr bil-baħar jew li dwarhom ikun ġie stabbilit li dawn aktarx ma jkampawx fil-magħluq għal proporzjon konsiderevoli tat-tul tal-ħajja potenzjali tagħhom; jew
(d) ta' kampjuni ħajjin ta' speċi li dwarhom ikun ġie stabbilit li l-introduzzjoni tagħhom fl-ambjent naturali fl-Unjoni toħloq theddida ekoloġika għall-ispeċi ta' fawna u flora salvaġġi li jkunu indiġeni għall- Unjoni .
L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il‑proċedura ta' eżami msemmija fl-artikolu 21(2).[Em. 4]
Il-Kummissjoni għandha fuq bażi ta' kull tlett xhur tippubblika lista ta' restrizzjonijiet stabbiliti skont l-ewwel subparagrafu, jekk ikun hemm, fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l‑Unjoni Ewropea.
7. Fil-każijiet speċjali meta trasbord, trasferiment bl-ajru jew trasport bil-ferrovija jseħħu wara l-introduzzjoni fl-Unjoni , il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 li jikkonċernaw l-għoti ta' derogi mit-twettiq tal-verifiki u l‑preżentazzjonijiet ta’ dokumenti ta’ importazzjoni fl-uffiċċju doganali tal-fruntiera fil-post tal-introduzzjoni msemmijin fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu sabiex jippermettu li jsiru verifiki u preżentazzjonijiet bħal dawk f’uffiċċju doganali ieħor nominat skont l‑Artikolu 12(1).
Artikolu 5
Esportazzjoni jew ri-esportazzjoni mill- Unjoni
1. L-esportazzjoni jew riesportazzjoni mill- Unjoni ta' kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl‑Anness A għandhom ikunu suġġetti għat-twettiq tal-verifiki meħtieġa u l-preżentazzjoni minn qabel, fl-uffiċċju doganali li fihom ikunu saru l-formalitajiet ta' esportazzjoni, ta' permess ta' esportazzjoni jew ċertifikat ta' riesportazzjoni maħruġ minn awtorità amministrattiva ta' l-Istat Membru li fih jinsabu l-kampjuni.
2. Permess ta' esportazzjoni ta' kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness A jista’ jinħareġ biss meta l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu mħarsa:
(a) l-awtorità xjentifika kompetenti tkun avżat bil-miktub li l-qbid jew il-ġbir tal‑kampjuni fl-ambjent naturali jew l-esportazzjoni tagħhom ma jkollux effett ħażin fuq l-istatus ta' konservazzjoni ta' l-ispeċi jew fuq il-medda territorjali okkupata mill‑popolazzjoni relevanti ta' l-ispeċi;
(b) l-applikant jipproduċi evidenza dokumentata li l-kampjuni jkunu nkisbu skond il‑leġislazzjoni fis-seħħ dwar il-protezzjoni ta' l-ispeċi in kwistjoni; meta l‑applikazzjoni ssir lil Stat Membru għajr l-Istat Membru ta' l-oriġini, evidenza dokumentata bħal din għandha tingħata permezz ta' ċertifikat li jgħid li l-kampjun kien ittieħed mill-ambjent naturali skond il-leġislazzjoni fis-seħħ fit-territorju tiegħu;
(c) l-awtorità amministrattiva tkun sodisfatta li:
(i) kull kampjun ħaj ikun imħejji u mibgħut bil-baħar b'mod li jnaqqaslu r-riskju ta' ħsara, dannu għas-saħħa jew trattament ħażin; u
(ii) – il-kampjuni ta' speċi mhux elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni ma jkunux sejrin jintużaw primarjament għal skopijiet kummerċjali, jew
– fil-każ ta' esportazzjoni lejn Stat li jkun Parti għall-Konvenzjoni ta' kampjuni ta' l-ispeċi msemmijin fl-Artikolu 3(1)(a) ta' dan ir‑Regolament, permess ta' importazzjoni jkun inħareġ;
u
(d) l-awtorità amministrattiva ta' l-Istat Membru tkun sodisfatta, wara konsultazzjoni ma' l-awtorità xjentifika kompetenti, li ma jkunx hemm fatturi oħra li għandhom x'jaqsmu mal-konservazzjoni ta' l-ispeċi li jkunu opposti għall-ħruġ tal-permess ta' esportazzjoni.
3. Ċertifikat ta' riesportazzjoni jista’ jinħareġ biss meta l-kondizzjonijiet imsemmijin fil‑paragrafu 2(c) u (d) ikunu tħarsu u meta l-applikant jipproduċi evidenza dokumentata li l‑kampjuni:
(a) iddaħħlu fl-Unjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;
(b) jekk iddaħħlu fl-Unjoni qabel it-3 ta’ Marzu 1997, kienu ddaħħlu skond id‑dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3626/82(9); jew jekk kienu ddaħħlu fl-Unjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament imma wara t-3 ta’ Marzu 1997, kienu ddaħħlu fl-Unjoni skond id‑dispożizzjonijiet tar‑Regolament (KE) Nru 338/97; jew
(c) jekk iddaħħlu fl- Unjoni qabel l-1984, daħlu fil-kummerċ internazzjonali skond id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni; jew
(d) kienu ddaħħlu legalment fit-territorju ta' Stat Membru qabel ma d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti msemmijin f'(a) u (b) tal-Konvenzjoni kienu saru applikabbli għalihom, jew li jkunu saru applikabbli f'dak l-Istat Membru.
4. L-esportazzjoni jew riesportazzjoni mill- Unjoni ta' kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl‑Annessi B u C għandhom ikunu suġġetti għat-twettiq tal-verifiki meħtieġa u l‑preżentazzjoni minn qabel, fl-uffiċċju doganali li fih ikunu saru l-formalitajiet ta' l‑esportazzjoni, ta' permess ta' esportazzjoni jew ċertifikat ta' riesportazzjoni maħruġ minn awtorità amministrattiva ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsabu l-kampjuni.
Permess ta' esportazzjoni jista jinħareġ biss meta l-kondizzjonijiet imsemmijin fil‑paragrafu 2(a), (b), (c)(i) u (d) ikunu ġew imħarsa.
Ċertifikat ta' riesportazzjoni jista’ jinħareġ biss meta l-kondizzjonijiet imsemmijin fil‑paragrafu 2(c)(i) u (d) u fil-paragrafu 3(a) sa (d) jkunu ġew imħarsa.
5. Meta applikazzjoni għal ċertifikat ta' riesportazzjoni tkun dwar kampjuni introdotti fl‑Unjoni permezz ta' permess ta' importazzjoni maħruġ minn xi Stat Membru ieħor, l‑awtorità amministrattiva għandha l-ewwel tikkonsulta mal-awtorità amministrattiva li tkun ħarġet il-permess. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l‑Artikolu 20 li jikkonċernaw l-istabbiliment ta' proċeduri ta' konsultazzjoni u tal- każi li dwarhom tkun meħtieġa konsultazzjoni.
6. Il-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta' permess ta' esportazzjoni jew ċertifikat ta' riesportazzjoni kif imsemmijin fil-paragrafu 2(a) u (c)(ii) m'għandhomx ikunu applikabbli għal:
(a) kampjuni maħduma li kienu nkisbu aktar minn 50 sena qabel; jew
(b) kampjuni mejta u partijiet u derivattivi minnhom li dwarhom l-applikant jipproduċi evidenza dokumentata li dawn kienu nkisbu legalment qabel ma d‑dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, tar-Regolament (KE) Nru 338/97 jew tar-Regolament (KEE) Nru 3626/82 jew tal-Konvenzjoni, kienu saru applikabbli għalihom.
7. L-awtorità xjentifika kompetenti ta' kull Stat Membru għandha timmonitorja l-ħruġ ta' permessi ta' esportazzjoni minn dak l-Istat Membru dwar kampjuni elenkati fl-Anness B u esportazzjonijiet attwali ta' dawk il-kampjuni. Kull meta awtorità xjentifika bħal din tiddeċiedi li l-esportazzjoni ta' kampjuni ta' xi speċi għandha tkun limitata sabiex dik l-ispeċi tinżamm fil-gruppi kollha tagħha f'livell konsistenti mar-rwol tagħha fl-ekosistema li tkun fiha, u 'l fuq sew mill-livell li fih dik l-ispeċi tista' tkun eliġibbli biex tkun inkluża fl-Anness A skond l-Artikolu 3(1)(a) jew (b)(i), l-awtorità xjtentifika għandha tagħti parir lill-awtorità amministrattiva kompetenti, bil-miktub, dwar miżuri xierqa li għandhom jittieħdu biex tillimita l-ħruġ ta' permessi għal kampjuni ta' dak l-ispeċi.
Kull meta awtorità amministrattiva tkun infurmata bil-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu, din għandha tinforma u tibgħat kummenti lill-Kummissjoni. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tirrakkomanda restrizzjonijiet dwar esportazzjonijiet ta' l-ispeċi konċernata Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il‑proċedura ta' eżami msemmija fl-artikolu 21(2).
Artikolu 6
Rifjut ta' applikazzjonijiet għal permessi u ċertifikati imsemmijin fl-Artikoli 4, 5 u 10
1. Meta Stat Membru jirrifjuta applikazzjoni għal permess jew ċertifikat f'każ sinifikattiv rigward l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, hu għandu immedjatament jinforma lill‑Kummissjoni bir-rifjut u r-raġunijiet tar-rifjut.
2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni li tkun irċeviet skond il-paragrafu 1 lill-Istati Membri l-oħra sabiex tassigura li r-Regolament ikun applikat b'uniformità.
3. Meta ssir applikazzjoni għal permess jew ċertifikat li għandha x'taqsam mal-kampjuni li dwarhom applikazzjoni bħal din tkun ġiet miċħuda qabel, l-applikant għandu jinforma lill‑awtorità kompetenti li jkun bagħtilha l-applikazzjoni dwar ir-rifjut ta' qabel.
4. Stati Membri għandhom jirrikonoxxu r-rifjut ta' applikazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra, meta rifjuti bħal dawn ikunu ibbażati fuq id‑dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Madankollu, l-ewwel subparagrafu m'għandux japplika bilfors meta ċ-ċirkostanzi jkunu nbidlu sinifikament jew meta evidenza ġdida ta' appoġġ għall-applikazzjoni tkun saret disponibbli. F'każi bħal dawn, jekk l-awtorità amministrattiva toħroġ permess jew ċertifikat, għandha tinforma lill‑Kummissjoni dwar dan, u tagħti r-raġunijiet għall-ħruġ.
Artikolu 7
Derogi
1. Kampjuni mwielda u mrobbija fil-magħluq jew imnissla artifiċjalment
Ħlief meta l-Artikolu 8 ikun applikabbli, kampjuni ta' speċi elenkati fl-Anness A li kienu twieldu u trabbew fil-magħluq jew tnisslu artifiċjalment għandhom ikunu ttrattati skond id‑dispożizzjonijiet applikabbli għal kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl‑Anness B.
Fil-każ ta' pjanti mnissla artifiċjalment, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 4 u 5 jistgħu jitwarrbu taħt kundizzjonijiet speċjali.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li taddotta atti delegati skont l‑Artikolu 20 dwar:
(a) il-kriterji biex ikun determinat jekk kampjun ikunx twieled jew trabba fil‑magħluq jew jekk ikunx tnissel artifiċjalment u jekk huwiex għal għanijiet kummerċjali;
(b) il-kundizzjonijiet speċjali msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu li jikkonċernaw:
(i) l-użu ta' ċertifikati fitosanitarji;
(ii) negozju minn negozjanti kummerċjali reġistrati u mill-istituzzjonijiet xjentifiċi msemmijin fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu; u
(iii) negozju f'ibridi.
2. Transitu
B'deroga mill-Artikolu 4, meta kampjun ikun fi transitu fl-Unjoni , verifiki u preżentazzjoni fl-uffiċċju doganali tal-fruntiera fil-post ta' l-introduzzjoni preskritt fuq il‑permessi, ċertifikati u notifiki m'għandhomx ikunu meħtieġa.
Fil-każ ta' l-ispeċi elenkati fl-Annessi skond l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 3(2)(a) u (b), id‑deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tkun applikabbli biss meta dokument validu ta' esportazzjoni jew riesportazzjoni li hemm dispożizzjoni dwaru mill‑Konvenzjoni, li għandu x'jaqsam ma kampjuni li jkunu flimkien miegħu u li jispeċifika d-destinazzjoni tal-kampjuni, ikun inħareġ mill‑awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur jew riesportatur.
Jekk id-dokument imsemmi fit-tieni subparagrafu ma jkunx inħareġ qabel l‑esportazzjoni jew ri-esportazzjoni, il-kampjun għandu jinqabad u jista’, fejn applikabbli, jiġi kkonfiskat sakemm id-dokument ma jintbgħatx retrospettivament bi qbil mal-kundizzjonijiet specjali.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li taddotta atti delegati skont l Artikolu 20 dwar dispożizzjonijiet specjali rigward l-introduzzjoni, l-esportazzjoni jew ir ri esportazzjoni ta' effetti personali jew tad-dar.
3. Oġġetti personali jew domestiċi
B’deroga mill-Artikoli 4 u 5, id-dispożizzjonijiet ta' dawk l-Artikoli m’għandhomx ikunu applikabbli għal kampjuni mejta, partijiet u derivattivi ta’ speċi msemmija fl‑Annessi A sa D li jkunu oġġetti personali jew domestiċi li jkunu qed jiddaħħlu fl-Unjoni , jew esportati jew ri-esportati mill-Unjoni, b'konformità ma' dispożizzjonijiet specjali
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li taddotta atti delegati skont l‑Artikolu 20 dwar dispożizzjonijiet specjali rigward l-introduzzjoni, l-esportazzjoni jew ir‑ri‑esportazzjoni ta' effetti personali jew tad-dar.
4. Istituzzjonijiet xjentifiċi
Id-dokumenti msemmijin fl-Artikoli 4, 5, 8 u 9 m'għandhomx ikunu meħtieġa fil-każ ta' self mhux kummerċjali, donazzjonijiet u skambji bejn xjenzjati u istituzzjonijiet xjentifċi, reġistrati mill-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati li fihom ikunu jinsabu, ta' kampjuni ta' erbarju u kampjuni oħra priżervati, imnixxfa jew kampjuni mwaħħlin f'mużewijiet, u ta' materjal ħaj ta' pjanti, li jkollu tikketta, li l-mudell tagħha kien ġie stabbilit skont it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu jew tikketta simili maħruġa jew approvata mill‑awtorità amministrattiva ta' pajjiż terz.
Il-Kummissjoni ghandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi mudell ghal tikketta ghal materjal haj tal-pjanti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni ghandhom jigu adottati skont il-procedura ta' ezami imsemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 8
Dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kontroll ta' attivitajiet kummerċjali
1. Ix-xiri, l-offerta għax-xiri, il-ksib għal għanijiet kummerċjali, il-wiri fil-pubbliku għal skopijiet kummerċjali, l-użu għal qliegħ u l-bejgħ kummerċjali, iż-żamma għall-bejgħ, l‑offerta għal bejgħ jew it-trasport għal bejgħ ta' kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness A għandu jkun projbit.
2. Stati Membri jistgħu jipprojbixxu li wieħed iżomm kampjuni, partikolarment ta' annimali ħajjin ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness A.
3. Skond il-ħtiġijiet ta' leġislazzjoni oħra tal- Unjoni dwar il-konservazzjoni ta' fawna u flora salvaġġi, eżenzjoni mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tista' tingħata bil‑ħruġ ta' ċertifikat għal dak l-iskop mill-awtorità amministrattiva ta' l-Istat Membru li fih ikunu jinsabu l-kampjuni, fuq il-bażi ta' każ għal każ meta l-kampjuni:
(a) kienu nkisbu jew iddaħħlu fl-Unjoni qabel ma d-dispożizzjonijiet dwar l‑ispeċi elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni jew fl-Anness C1 tar‑Regolament (KEE) Nru 3626/82 jew fl-Anness A għar-Regolament (KE) Nru 338/97 jew ta’ dan ir‑Regolament , kienu saru applikabbli għall-kampjuni; jew
(b) huma kampjuni maħduma li kienu nkisbu aktar minn 50 sena qabel; jew
(c) kienu ġew introdotti fl-Unjoni skond id-dispożizzjonijiet tar‑Regolament (KE) Nru 338/97 jew ta' dan ir-Regolament u li ser ikunu użati għal skopijiet li mhumiex detrimentali għas-sopravivenza ta' l-ispeċi kkonċernati; jew
(d) kienu kampjuni li twieldu u trabbew fil-magħluq ta' speċi ta' annimali jew kampjuni ta' speċi mnisslin artifiċjalment jew partijiet jew derivattivi ta' kampjuni bħal dawk; jew
(e) ikunu meħtieġa f'ċirkostanzi eċċezzjonali għall-progress tax-xjenza jew għal skopijiet bijomediċi essenzjali skond id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE(10) meta l‑ispeċi in kwistjoni turi li tkun l-unika waħda addattata għal dawk l-għanijiet u meta ma jkunx hemm kampjuni ta' l-ispeċi li jkunu twieldu u trabbew fil-magħluq; jew
(f) ikunu maħsuba għal għanijiet ta' trobbija jew tnissil li bihom jiżdiedu l-benefiċċji ta' konservazzjoni għall-ispeċi kkonċernati; jew
(g) ikunu maħsuba għal riċerka jew edukazzjoni immirata lejn il-priservazzjoni jew konservazzjoni ta' l-ispeċi; jew
(h) joriġinaw fi Stat Membru u jkunu ttieħdu mill-ambjent naturali skond il-leġislazzjoni fis-seħħ ta' dak l-Istat Membru.
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 dwar derogi ġenerali mill-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l‑Artikolu ibbażati fuq il‑kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3, kif ukoll derogi ġenerali dwar speċi elenkati fl‑Anness A skont il-punt (ii) tal-Artikolu 3(1)(b) . Tali derogi għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ legizlazzjoni tal-Unjoni oħra dwar il‑konservazzjoni ta’ fawna u flora salvaġġi.
5. Il-projbizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ukoll ikunu applikabbli għal kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness B ħlief meta jkun jista’ jiġi ppruvat għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat li dawk il-kampjuni kienu nkisbu u, jekk kienu joriġinaw minn barra l-Unjoni , li kienu ġew introdotti fiha, skond il‑leġislazzjoni fis-seħħ dwar il-konservazzjoni ta' fawna u flora salvaġġi.
6. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandu jkollhom id-diskrezzjoni li jbiegħu kull kampjun ta' l-ispeċi elenkati fl-Annessi B, C u D li jkunu kkonfiskaw permezz ta' dan ir‑Regolament, basta li b'hekk ma jerġax ikun mogħti lura lil dik il-persuna jew entità li minn għandha jkun ġie kkonfiskat jew li kienet parti fl-offiża. Kampjuni bħal dawn jistgħu imbgħad ikunu kkunsidrati għall-għanijiet kollha bħallikieku kienu nkisbu legalment.
Artikolu 9
Moviment ta' kampjuni ħajjin
1. Kull moviment fl-Unjoni ta' kampjuni ħajjin ta' xi speċi elenkati fl-Anness A mill‑post indikat fil-permess ta' importazzjoni jew f'kull ċertifikat maħruġ skond dan ir‑Regolament għandu jkun jeħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel ta' awtorità ta' amministrattiva ta' l‑Istat Membru li l-kampjun ikun jinsab fih. F'każi oħra ta' moviment, il-persuna responsabbli għall‑moviment tal-kampjun għandha tkun tista', meta applikabbli, tipproduċi prova ta' l‑oriġini legali tal-kampjun.
2. Awtorizzazzjoni bħal din għandha:
(a) tingħata biss meta l-awtorità xjentifika kompetenti ta' dak l-Istat Membru jew, meta l-moviment ikun lejn Stat Membru ieħor, l-awtorità xjentifika kompetenti ta' dan ta' l-aħħar, tkun sodisfatta li fejn se jinżamm il-kampjun ħaj fil-post destinatarju jkun mgħammar kif xieraq biex ikun ikkonservat u biex jingħata l-kura meħtieġa;
(b) tkun ikkonfermata bil-ħruġ ta' ċertifikat; u
(c) meta applikabbli, tkun immedjetament ikkomunikata lil xi awtorità amministrattiva ta' l-Istat Membru li l-kampjun ikun jinsab fih.
3. Madankollu, l-ebda awtorizzazzjoni bħal din m'għandha tkun meħtieġa jekk annimal ħaj ikun hemm bżonn li jiġi mċaqlaq għal skopijiet urġenti ta' trattament veterinarju u jkun mibgħut lura direttament lejn il-post awtorizzat tiegħu.
4. Meta kampjun ħaj ta' speċi elenkata fl-Anness B jiġi mċaqlaq fl-Unjoni , id-detentur tal‑kampjun jista’ jitilqu biss wara li jassigura li min ser jirċevih ikun infurmat adegwatament bl-akkomodazzjoni, tagħmir u prattiċi meħtieġa biex ikun żgurat li l-kampjun ikun imħares kif xieraq.
5. Meta xi kampjuni ħajjin jinġarru lejn, minn jew fl-Unjoni jew ikunu miżmuma għal xi perjodu ta' transitu jew trasbord, dawn għandhom ikunu tħejjew, imċaqalqa u mogħtija lura b'mod li jnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju ta' ħsara, dannu għas-saħħa jew trattament ħażin u, fil-każ ta' annimali, skond il-leġislazzjoni tal- Unjoni dwar il-protezzjoni ta' annimali waqt it-trasport.
6. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 dwar restrizzjonijiet dwar iż-żamma jew il-moviment ta’ kampjuni ħajjin ta’ speċi li fir-rigward tagħhom ir-restrizzjonijiet dwar l-introduzzjoni fl-Unjoni jkunu ġew stabbiliti skont l-Artikolu 4(6).
Artikolu 10
Permessi, notifiki uċertifikati li għandhom jinħarġu [Em. 5]
1. Meta tirċievi applikazzjoni, flimkien mad-dokumenti rekwiżiti ta' appoġġ, mill-persuna konċernata u sakemm il-kondizzjonijiet kollha li jirregolaw il-ħruġ tagħhom ikunu ġew imħarsa, awtorità amministrattiva ta' Stat Membru tista’ toħroġ ċertifikat għall-għanijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(2)(b), l-Artikolu 5(3) u (4), l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 9(2)(b).
1a. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina d-disinn taċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' implimentazzjoni imsemmija fl-Artikolu 21(2). [Em. 6]
1b. Kif jiġu rċevuti l-applikazzjoni u d-dokumenti rekwiżiti ta' appoġġ mill-persuna kkonċernata u sakemm ir-rekwiżiti kollha għall-ħruġ tagħhom ikunu ġew sodisfatti, l-awtorità amministrattiva ta' Stat Membru tista' toħroġ permess għar-raġunijiet tal-Artikolu 4(1) u (2) u l-Artikolu 5(1) u (4). [Em. 7]
1c. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina d-disinn tal-permess imsemmi fil-paragrafu 1b. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(2). [Em. 8]
1d. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina d-disinn tan-notifika ta' importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(3) u (4). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(2). [Em. 9]
Artikolu 11
Validità u kondizzjonijiet speċjali għal permessi u ċertifikati
1. Bla ħsara għal miżuri aktar stretti li l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu fis-seħħ, permessi u ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri skond dan ir‑Regolament għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha.
2. Permess jew ċertifikat bħal dan, kif ukoll xi permess jew ċertifikat maħruġ fuq il-bażi tiegħu, għandu jkun meqjus li ma jiswiex jekk l-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni ma' l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet il-permess jew iċ-ċertifikat, tistabbilixxi li dan kien maħruġ fuq il-premessa falza li l-kondizzjonijiet għal-ħruġ tiegħu kienu ġew imħarsa.
Kampjuni li jinsabu fit-territorju ta' Stat Membru u koperti b'dokumenti bħal dawn għandom jiġu maqbuda mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru u jistgħu jkunu kkonfiskati.
3. Kull permess jew ċertifikat maħruġ skond dan ir-Regolament jista' jistipula kondizzjonijiet u ħtiġijiet imposti mill-awtorità tal-ħruġ biex tkun assigurata l-konformità mad‑dispożizzjonijiet tiegħu. Meta kondizzjonijiet jew ħtiġijiet bħal dawn ikun hemm il‑bżonn li jiġu inkorporati fid-disinn tal-permessi jew ċertifikati, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni.
4. Kull permess ta' importazzjoni maħruġ fuq il-bażi ta' kopja ta' permess ta' l-esportazzjoni korrispondenti jew ta' ċertifikat ta' riesportazzjoni għandu jkun validu għall-introduzzjoni ta' kampjuni fl-Unjoni biss meta jkollu miegħu l-oriġinal tal-permess validu ta' esportazzjoni jew taċ-ċertifikat ta' riesportazzjoni.
5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 dwar l-limiti ta’ żmien għall-ħruġ tal-permess u ċ‑ċertifikati.
Artikolu 12
Postijiet ta' introduzzjoni u esportazzjoni
1. Stati Membri għandhom jinnominaw l-uffiċċji doganali għat-twettiq tal-verifiki u l‑formalitajiet għall-introduzzjoni fil- u l-esportazzjoni mill- Unjoni, sabiex jingħatalhom trattament jew użu approvat mid-dwana, fis-sens tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, ta' kampjuni ta' speċi koperti b'dan ir-Regolament u għandhom jgħidu liema uffiċċji jkunu speċifikament maħsuba biex jieħdu ħsieb kampjuni ħajjin.
2. L-uffiċji kollha nominati skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu provduti b'numru suffiċjenti ta' persunal adegwatament imħarrġa. Stati Membri għandhom jassiguraw li l-akkomodazzjoni tkun provduta skond il-leġislazzjoni relevanti tal- Unjoni f'dak li għandu x'jaqsam mat‑trasport u l-akkomodazzjoni ta' annimali ħajjin u li, fejn meħtieġ, passi adegwati jittieħdu dwar pjanti ħajjin.
3. L-uffiċċji kollha nominati skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni li għandha tippubblika lista tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
4. F’każi eċċezzjonali u skont kriterji speċjali , awtorità amministrattiva tista’ tawtorizza l-introduzzjoni fl-Unjoni jew l-esportazzjoni jew ri‑esportazzjoni minnha f’uffiċċju doganali barra minn dak nominat skont il-paragrafu 1.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li taddotta atti delegati skont l-Artikolu 20 dwar il‑kriterji speċjali li skonthom, jistgħu jiġu awtorizzati l-introduzzjoni, l-esportazzjoni jew ir‑ri-esportazzjoni f'uffiċċju ieħor doganali.
5. Stati Membri għandhom jassiguraw li fil-postijiet minn fejn tinqasam il-fruntiera, il‑pubbliku jkun infurmat bid-dispożizzjonijiet adottati skont dan ir‑Regolament.
Artikolu 13
Awtoritajiet amministrattivi u xjentifiċi u awtoritajiet kompetenti oħra
1. Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità amministrattiva b'risponsabbiltà primarja għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u għal komunikazzjoni mal-Kummissjoni.
Kull Stat Membru jista' wkoll jinnomina awtoritajiet amministrattivi oħra u awtoritajiet kompetenti oħra biex jgħinu fl-implimentazzjoni, f'liema każ l-awtorità amministrattiva primarja għandha tkun responsabbli biex tipprovdi lil-awtoritajiet addizzjonali bl‑informazzjoni kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tajba ta' dan ir-Regolament.
2. Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità xjentifika waħda jew aktar bi kwalifiki xierqa li d-doveri tagħhom għandhom ikunu separati minn dawk ta' kull awtorità amministrattiva innominata.
3. Mhux aktar tard mit-3 ta’ Marzu 1997 Stati Membri għandhom jibagħtu l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet amministrattivi innominati, ta' xi awtoritajiet oħra kompetenti biex joħorġu permessi jew ċertifikati u ta' awtoritajiet xjentifiċi lill-Kummissjoni, li għandha tippubblika din l-informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Kull awtorità amministrattiva msemmija fl-ewwel subparagrafu tal- paragrafu 1 għandha, jekk tkun mitluba mill-Kummissjoni, tikkomunikalha fi żmien xahrejn l-ismijiet u kampjuni tal‑firem tal-persuni awtorizzati li jiffirmaw il-permessi jew ċertifikati, u impressjonijiet tat‑timbri, siġilli jew meżżi oħra użati biex jawtentikaw il-permessi jew ċertifikati.
Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull tibdiliet fl-informazzjoni diġà mogħtija, mhux aktar tard minn xahrejn wara l-implimentazzjoni ta' tibdil bħal dan.
Artikolu 14
Monitoraġġ dwar konformità u investigazzjonijiet ta' ksur ta' regolamenti
1. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-ħarsien tad‑dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Jekk, f'xi żmien, l-awtoritajiet kompetenti jkollhom għaliex jemmnu li dawn id‑dispożizzjonijiet ikunu qegħdin jiġu miksura, għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jassiguraw konformità jew biex jieħdu azzjoni legali.
Stati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u, fil-każ ta' speċi elenkati fl‑Appendiċijiet tal-Konvenzjoni, lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, dwar xi passi meħuda mill‑awtoritajiet kompetenti f'dak li għandu x'jaqsam ma’ ksur sinifikanti ta' dan ir‑Regolament, inklużi qbid u konfiski.
2. Il-Kummissjoni għandha tiġbed l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri dwar materji li għalihom tħoss il-ħtieġa ta' investigazzjoni skond dan ir-Regolament. Stati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u, fil-każ ta' speċi elenkati fl-Appendiċi għall-Konvenzjoni, lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, bir-riżultat ta' xi investigazzjoni sussegwenti.
3. Grupp ta' infurzar għandu jkun stabbilit li jkun jikkonsisti f'rappreżentanti ta' l-awtoritajiet ta' kull Stat Membru b'responsabbiltà biex jassiguraw l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-grupp għandu jkun taħt il-presidenza tar-rappreżentant tal‑Kummissjoni.
Il-grupp ta' infurzar għandu jeżamina kull kwistjoni teknika li għandha x'taqsam ma' l-infurzar ta' dan ir-Regolament li titqajjem mill-president, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-membri tal-grupp jew tal-kumitat.
Il-Kummissjoni għandha twassal l-opinjonijiet espressi fil-grupp ta' infurzar lill-kumitat.
Artikolu 15
Komunikazzjoni ta' informazzjoni
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jassiguraw li jittieħdu l-passi meħtieġa biex il‑pubbliku jsir jaf u biex jinfurmawh bid-dispożizzjonijiet rigward l-implimentazzjoni tal‑Konvenzjoni u ta' dan ir-Regolament u dwar il-miżuri adottati skont dan ir‑Regolament .
2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika mas-Segretarjat tal-Konvenzjoni sabiex tassigura li l-Konvenzjoni tkun implimentata effettivament fit-territorju kollu li għalih japplika dan ir‑Regolament.
3. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika minnufih kwalunkwe parir mill-Grupp tar-Reviżjoni Xjentifika lill-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri konċernati.
4. L-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill‑Kummissjoni qabel il-15 ta' Ġunju ta' kull sena l-informazzjoni kollha dwar is-sena ta' qabel li tkun mehtieġa għat-tħejjija tar-rapporti msemmijin fl-Artikolu VIII.7(a) tal‑Konvenzjoni u informazzjoni ekwivalenti dwar kummerċ internazzjonali tal-kampjuni kollha ta' l-ispeċi elenkati fl-Annessi A, B u C u dwar l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kampjuni ta' l-ispeċi elenkati fl-Anness D. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tispeċifika l-informazzjoni li għandha tkun ikkomunikata u l‑format tal-preżentazzjoni tagħha. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il‑proċedura ta' implimentazzjoni imsemmija fl-Artikolu 21(2).
Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tippubblika qabel il-31 ta' Ottubru ta' kull sena rapport statistiku dwar l-introduzzjoni fil-, u l‑esportazzjoni u r-riesportazzjoni mill- Unjoni ta' kampjuni ta' l-ispeċi li għalihom japplika dan ir-Regolament u għandha tgħaddi lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni informazzjoni dwar l-ispeċi li l-Konvenzjoni tapplika għalihom.
Bla ħsara għall-Artikolu 22, l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri għandhom, qabel il-15 ta' Ġunju ta' kull tieni sena, u għall-ewwel darba fl-1999, jikkomunikaw lill‑Kummissjoni l-informazzjoni kollha li għandha x'taqsam mas-sentejn preċedenti li tkun meħtieġa biex jitħejjew ir-rapporti msemmijin fl-Artikolu VIII.7(b) tal-Konvenzjoni u informazzjoni ekwivalenti dwar id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma barra mill‑iskop tal-Konvenzjoni. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tispeċifika l-informazzjoni li għandha tkun ikkomunikata u l-format tal‑preżentazzjoni tagħha . Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' implimentazzjoni imsemmija fl‑Artikolu 21(2).
Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu, il-Kummissjoni għandha, qabel il-31 ta' Ottubru ta' kull tieni sena, u għall-ewwel darba fl-1999, tħejji rapport dwar l‑implimentazzjoni u l-infurzar ta' dan ir-Regolament.
5. Bil-għan tat-tħejjija ta' emendi għall-Annessi, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jgħaddu l-informazzjoni relevanti kollha lill-Kummissjoni. Il-Kumissjoni għandha tispeċifika l-informazzjoni kollha meħtieġa, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' implimentazzjoni imsemmija fl‑Artikolu 21(2).
6. Skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/4/KE (11), il‑Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tipproteġi l-konfidenzjalità ta' informazzjoni miksuba fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 16
Sanzjonijiet
1. Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jassiguraw l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet mill-anqas dwar il-ksur li ġej ta' dan ir-Regolament:
(a) l-introduzzjoni fil-, jew l-esportazzjoni jew ir-riesportazzjoni mill- Unjoni ta' kampjuni mingħajr il-permess jew ċertifikat indikat jew b'xi permess jew ċertifikat falz, iffalzifikat jew invalidu jew wieħed li jkun alterat mingħajr awtorizzazzjoni ta' l-awtorità tal-ħruġ;
(b) nuqqas ta' konformità ma' l-istipulazzjonijiet speċifikati fuq xi permess jew ċertifikat maħruġ skond dan ir-Regolament;
(c) dikjarazzjoni falza jew l-għoti b'qerq ta' informazzjoni falza għall-ksib ta' permess jew ċertifikat;
(d) l-użu ta' permess jew ċertifikat falz, iffalzifikat jew invalidu jew wieħed li jkun alterat mingħajr awtorizzazzjoni bħala bażi għall-ksib ta' permess jew ċertifikat tal‑ Unjoni jew għal xi skop uffiċjali ieħor b'konnessjoni ma' dan ir‑Regolament;
(e) nuqqas li ssir notifika ta' importazzjoni jew li ssir notifika falza ta' importazzjoni;
(f) tagħbija bil-baħar ta' kampjuni ħajjin li ma jkunux imħejjija kif xieraq biex jitnaqqsu r-riskji ta' ħsara, id-dannu għas-saħħa jew trattament ħażin;
(g) l-użu ta' kampjuni ta' speċi elenkati fl-Anness A li mhux skond l-awtorizzazzjoni mogħtija waqt il-ħruġ tal-permess ta' importazzjoni jew sussegwentament;
(h) in-negozju fi pjanti mnisslin artifiċjalment kuntrarju għad-dispożizzjonijiet preskritti skond it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1);
(i) tagħbija ta' kampjuni fi, jew 'il barra minn, jew fi transitu fit-territorju tal‑ Unjoni mingħajr il-permess jew ċertifikat meħtieġ maħruġ skond dan ir‑Regolament u, fil‑każ ta' esportazzjoni jew riesportazzjoni minn pajjiż terz Parti għall-Konvenzjoni, skond dan, jew mingħajr prova sodisfaċenti dwar l-eżistenza ta' permess jew ċertifikat bħal dak;
(j) ix-xiri, l-offerta għax-xiri, il-ksib għal skopijiet kummerċjali, l-użu għal qliegħ kummerċjali, il-wiri fil-pubbliku għal skopijiet kummerċjali, il-bejgħ, iż-żamma għall-bejgħ, l-offerta għal bejgħ jew it-trasport għal bejgħ ta' kampjuni b'kontravenzjoni ta' l-Artikolu 8;
(k) l-użu ta' permess jew ċertifikat għal xi kampjun għajr dak li għalih ikun inħareġ;
(l) il-falsifikazzjoni jew alterazzjoni ta' xi permess jew ċertifikat maħruġ skond dan ir‑Regolament;
(m) in-nuqqas li jkun dikjarat ir-rifjut ta' applikazzjoni għal permess jew ċertifikat ta' importazzjoni fi, jew esportazzjoni jew riesportazzjoni mill- Unjoni , skond l‑Artikolu 6(3).
2. Il-miżuri msemmijin fil-paragrafu 1 għandhomn jixirqu lin-natura u l-gravità tal-ksur u għandhom jinkludu dispożizzjonijiet rgward il-qbid u, fejn xieraq, il-konfiska tal-kampjuni.
3. Meta kampjun ikun ikkonfiskat, dan għandu jitħalla f'idejn l-awtorità kompetenti ta' l‑Istat Membru tal-konfiska li:
(a) wara konsultazzjoni ma' l-awtorità xjentifika ta' dak l-Istat Membru, għandu jqiegħed jew b'mod ieħor jiddisponi minn kampjun taħt kondizzjonijiet li hu jħoss li jkunu xierqa u konsistenti ma' l-iskopijiet u d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni u ta' dan ir‑Regolament; u
(b) fil-każ ta' kampjun ħaj li jkun ġie introdott fl-Unjoni , jista', wara konsultazzjoni ma' l-Istat esportatur, jibgħat il-kampjun lura lejn dak l-Istat spejjeż tal-persuna misjuba ħatja.
4. Meta kampjun ħaj ta' speċi elenkata fl-Anness B jew C jasal fil-post ta' l-introduzzjoni fl-Unjoni mingħajr il-permess jew ċertifikat validu kif meħtieġ, il-kampjun għandu jinqabad u jista jkun ikkonfiskat jew, jekk il-kunsinnatarju jirrifjuta li jaċċetta l-kampjun, l‑awtortajiet kompetenti ta' l-Istat Membru responsabbli għall-post ta' l-introduzzjoni jista', jekk ikun il-każ, jirrifjuta li jaċċetta l-konsenja u jobbliga lil min iġorr biex jieħu lura l‑kampjun lejn il-post mnejn telqu.
Artikolu 17
Il-Grupp ta' Reviżjoni Xjentifika
1. Grupp ta' Reviżjoni Xjentifika huwa hawnhekk stabbilit, li jikkonsisti f'rappreżentanti ta' l‑awtorità jew awtoritajiet xjentifiċi ta' kull Stat Membru u taħt il-presidenza tar-rappreżentant tal-Kummissjoni.
2. Il-Grupp ta' Reviżjoni Xjentifika għandu jeżamina kull kwistjoni xjentifika li għandha x'taqsam ma' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament — partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Artikolu 4(1)(a), (2)(a) u (6) — li jitqajmu mill-president, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-membri tal-Grupp jew tal-Kumitat.
3. Il-Kummissjoni għandha twassal l-opinjonijiet espressi fil-Grupp ta' Reviżjoni Xjentifika lill-Kumitat.
Artikolu 18
Iktar setgħat delegati
1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta, fejn meħtieġ, atti delegati skont l‑Artikolu 20 rigward il-kundizzjonijiet u kriterji uniformi għal:
(a) il-ħruġ, validita' u l-użu tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4, Artikolu 5, Artikolu 7(4), u l-Artikolu 10;
(b) l-użu taċ-ċertifikati fitosanitarji msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal‑Artikolu 7(1);
(c) l-istabbiliment ta' proċeduri, fejn meħtieġ, sabiex jiġu mmarkati kampjuni għall‑identifikazzjoni ħafifa u l-iżgurar ta' infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir‑Regolament.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta, fejn meħtieġ, atti delegati skont l‑Artikolu 20 rigward miżuri addizjonali biex jiġu implimentati riżoluzzjonijiet tal‑Konferenza tal-Partijiet għall-Konferenza, deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet tal‑Kumitat Permanenti tal-Konvenzjoni u rakkomandazzjonijiet tas-Segretarjat tal‑Konvenzjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 għall‑fini li temenda l-Annessi A sa D, ħlief fil-każ ta' emendi għall-Anness A li ma jirriżultawx minn deċiżjonijiet tal-Konferenza tal-Partiijiet għall-Konvenzjoni.
Artikolu 19
Iktar miżuri ta' implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddetermina d-disinn tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4, Artikolu 5, Artikolu 7(4) u l-Artikolu 10 . Dawk l‑atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' implimentazzjoni imsemmija fl-Artikolu 21(2).
2. Il-Kummissjoni għandha permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tippreskrivi formola għall-preżentazzjoni tan-notifika tal-importazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(2).[Em. 10]
Artikolu 20
L-eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall‑kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 4(6), 4(7), Artikolu 5(5), Artikolu 7(1), (2) u (3), Artikolu 8(4), Artikolu 9(6), Artikolu 11(5), Artikolu 12(4) u Artikolu 18(1), (2) u (3) hija mogħtija lill‑Kummissjoni għal perijodu indeterminat ta’ żmien minn [id-data tad-dħul fis-seħħ tal-att leġiżlattiv bażiku jew minn kwalunkwe data oħra stipulata mil-leġiżlatur]. [Em. 11]
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 4(6), 4(7), Artikolu 5(5), Artikolu 7(1), (2) u (3), Artikolu 8(4), Artikolu 9(6), Artikolu 11(5), Artikolu 12(4) u Artikolu 18(1), (2) u (3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill‑Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad‑deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. [Em. 12]
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(6), 4(7), Artikolu 5(5), Artikolu 7(1), (2) u (3), Artikolu 8(4), Artikolu 9(6), Artikolu 11(5), Artikolu 12(4) u Artikolu 18(1), (2) u (3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill‑Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il‑Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’ [xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 13]
Artikolu 21
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat li għandu jissejjaħ il-Kumitat dwar in-Negozju fil-Flora u fil-Fawna. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar‑Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għandha tapplika.
Artikolu 22
Dispożizzjonijiet Finali
Kull Stat Membri għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni bid‑dispożizzjonijiet li hu jadotta speċifikament għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u bl-istrumenti legali kollha użati u l-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni u l-infurzar tiegħu.
Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 23
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 338/97 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir‑Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 24
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil‑Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi ...,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS I
Noti dwar l-interpretazzjoni tal-Annessi A, B, C u D
1. L-ispeċijiet inklużi fl-Annessi A, B, C u D jissemmew:
(a) bl-isem tal-ispeċi; jew
(b) bħala li jkunu l-ispeċijiet kollha inklużi fi grupp tassonomiku ogħla jew parti denominata minnu.
2. It-taqsira ‘spp.’ tintuża sabiex tindika l-ispeċijiet kollha ta’ grupp tassonomiku ogħla.
3. Referenzi oħrajn għal gruppi tassonomiċi ogħla mill-ispeċi huma għall-għanijiet ta’ tagħrif jew ta’ klassifika biss.
4. L-ispeċijiet stampati b’tipi grassi fl-Anness A huma elenkati hemm b’konsistenza mal-protezzjoni tagħhom kif ipprovdut bid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) jew id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE(13).
5. It-taqsiriet li ġejjin jintużaw għall-gruppi tassonomiċi tal-pjanti taħt il-livell ta’ speċi:
(a) ‘ssp.’ tintuża sabiex tindika sottospeċi;
(b) ‘var(s)’ tintuża sabiex tindika varjetà (varjetajiet); u
(c) ‘fa’ tintuża sabiex tindika forma.
6. Is-simboli ‘(I)’, ‘(II)’ u ‘(III)’ imqiegħda mal-isem ta’ speċi jew grupp tassonomiku ogħla jirreferu għall-Appendiċijiet tal-Konvenzjoni fejn l-ispeċijiet ikkonċernati huma elenkati kif indikat fin-noti 7 sa 9. Meta ma tidher l-ebda waħda minn dawn l‑annotazzjonijiet, l-ispeċijiet ikkonċernati ma jkunux elenkati fl-Appendiċijiet għall‑Konvenzjoni.
7. (I) ma’ isem ta’ speċi jew ta’ grupp tassonomiku ogħla jindika illi l-ispeċi jew il‑grupp tassonomiku kkonċernat huwa inkluż fl-Appendiċi I għall-Konvenzjoni.
8. (II) mal-isem ta’ speċi jew ta’ grupp tassonomiku ogħla jindika li l-ispeċi jew il‑grupp tassonomiku ikkonċernat huwa inkluż fl-Appendiċi II għall-Konvenzjoni.
9. (III) mal-isem ta’ speċi jew ta’ grupp tassonomiku ogħla jindika li huwa inkluż fl‑Appendiċi III għall-Konvenzjoni. F’dan il-każ, jiġi indikat ukoll il-pajjiż li fir‑rigward tiegħu huma inklużi fl-Appendiċi III l-ispeċi jew il-grupp tassonomiku ogħla.
10. ‘Kultivar’ tfiser, b'segwitu għad-definizzjoni fit-8 edizzjoni tal-International Code of Nomenclature for Cultivated Plants, grupp ta’ pjanti li (a) ingħażlu minħabba karattru jew tagħqida ta’ karattri partikolari, (b) huwa distint, uniformi u stabbli f'dawn il-karatteristiċi, u (c) meta ppropagat b'mezzi xierqa, iżomm dawk il‑karatteristiċi.
11. L-ibridi jistgħu jiġu inklużi speċifikament fl-Appendiċijiet, iżda biss jekk ikunu ġejjin minn popolazzjonijiet distinti u stabbli fil-ħajja selvaġġa. L-annimali ibridi li, fl-erba' ġenerazzjonijiet ta’ qabel fil-linja tan-nisel tagħhom, għandhom eżemplar wieħed jew aktar tal-ispeċijiet inklużi fl-Anness A jew B, għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament daqs li kieku ma kinux ibridi, anke jekk l-ibridu kkonċernat ma jkunx inkluż speċifikament fl-Annessi.
12. Meta xi speċi tkun inkluża fl-Anness A, B jew C, il-partijiet kollha u d-derivati tal‑ispeċi jiġu inklużi wkoll fl-istess Anness, għajr fil-każ meta l-ispeċi tkun annotata b’indikazzjoni li huma inklużi biss partijiet u derivati speċifiċi. Skond l-Artikolu 2(t) ta’ dan ir-Regolament, is-simbolu ‘#’ segwit minn numru mqiegħed mal-isem ta’ speċi jew grupp tassonomiku ogħla fl-Annessi B jew C jiddenomina partijiet jew derivati, li huma speċifikati fir-rigward tagħhom għall-għanijiet tar-Regolament kif ġej:
#1
Jiddenomina l-partijiet u d-derivati kollha, għajr għal:
(a) żrieragħ, spori u għabra tad-dakra (inkluż l-pollinja);
(b) kulturi ta’ nebbieta jew ta’ tessuti tal-pjanti miksuba in vitro, f'midja solida jew likwida, ittrasportati f'kontenituri sterili;
(c) il-fjuri maqtugħa tal-pjanti ppropagati b'mod artifiċjali; u
(d) il-frott u l-partijiet u d-derivati tagħhom, ta’ pjanti tal‑ġeneru Vanilla ppropagati artifiċjalment.
#2
Jiddenomina l-partijiet u d-derivati kollha, għajr għal:
(a) żrieragħ u għabra tad-dakra; u
(b) prodotti lesti, ippakkjati u lesti għall-bejgħ bl-imnut.
#3
Jiddenomina għeruq sħaħ jew miflula u partijiet ta’ għeruq.
#4
Jiddenomina l-partijiet u d-derivati kollha, għajr għal:
(a) żrieragħ (inkluż il-kapsoli taż-żrieragħ tal-Orchidaceae), spori u għabra tad-dakra (inkluż il-pollinja). L-eżenzjoni ma tapplikax għal żrieragħ mill-Cactaceae spp. esportati mill‑Messiku, u għaż-żrieragħ mill-Beccariophoenix madagascariensis u Neodypsis decaryi esportati mill‑Madagaskar;
(b) kulturi ta’ nebbieta jew ta’ tessuti tal-pjanti miksuba in vitro, f'midja solida jew likwida, ittrasportati f'kontenituri sterili;
(c) il-fjuri maqtugħa tal-pjanti ppropagati b'mod artifiċjali;
(d) frott u partijiet u derivati tagħhom, ta’ pjanti naturalizzati jew ippropagati b’mod artifiċjali tal-ġeneru Vanilla (Orchidaceae) u l-familja Cactaceae;
(e) zkuk, fjuri, u partijiet u derivati tagħhom ta’ pjanti tal-ġeneru Opuntia subġeneru Opuntia u Selenicereus (Cactaceae) ippropagati b’mod artifiċjali jew naturalizzati; u
(f) prodotti lesti tal-Euphorbia antisyphilitica ppakkjati u lesti għall-bejgħ bl-imnut.
#5
Jiddenomina z-zkuk, l-injam isserrat u l-fuljetta.
#6
Jiddenomina z-zkuk, l-injam isserrat, il-fuljetta u l-plywood.
#7
Jiddenomina z-zkuk, il-biċċiet tal-injam, il-frak u l-estratti.
#8
Jiddenomina partijiet ta’ taħt wiċċ l-art (jiġifieri l-għeruq, ir-riżomi): sħaħ, partijiet u fi trab.
#9
Jiddenomina l-partijiet u d-derivati kollha, għajr dawk li jkollhom tikketta ‘Produced from Hoodia spp. material obtained through controlled harvesting and production in collaboration with the CITES Management Authorities of Botswana/Namibia/South Africa under agreement no. BW/NA/ZA xxxxxx’ (‘Prodott mill-materjal Hoodia spp. miksub permezz ta’ ħsad u produzzjoni kkontrollata b’kollaborazzjoni mal-Awtoritajiet Amministrattivi tas-CITES tal‑Botswana/in-Namibja/l-Afrika t’Isfel skont il-ftehim nru BW/NA/ZA xxxxxx’).
#10
Jiddenomina z-zkuk, l-injam isserrat, il-fuljetta, inklużi oġġetti tal‑injam mhux kompleti li jintużaw għall-manifattura ta’ arkijiet ta’ strumenti mużikali tal-korda.
#11
Jiddenomina z-zkuk, l-injam isserrat, il-fuljetta, il-plywood, il-frak u l‑estratti.
#12
Jiddenomina z-zkuk, l-injam isserrat, il-fuljetta, il-plywood u ż-żejt essenzjali, u jeskludi prodotti lesti, ippakkjati u ppreparati għall-bejgħ bl-imnut.
#13
Jiddenomina l-qalba (magħrufa wkoll bħala ‘endosperma’, ‘polpa’ jew ‘kopra’) u kull derivat tagħha.
13. Billi l-ebda mill-ispeċijiet jew gruppi tassonomiċi ogħla ta’ FLORA inklużi fl‑Anness A ma huma annotati fir-rigward li l-ibridi tagħhom għandhom jiġu ttrattati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4.1 tar-Regolament, dan ifisser li l-ibridi ppropagati b’mod artifiċjali prodotti minn waħda jew iktar minn dawn l-ispeċijiet jew gruppi tassonomiċi jistgħu jiġu nnegozjati b’ċertifikat ta’ propagazzjoni artifiċjali, u li ż-żrieragħ u l-għabra tad-dakra (inkluż il-pollinja), il-fjuri maqtugħa, il-kulturi ta’ nebbieta jew ta’ tessuti tal-pjanti miksuba in vitro, f'medja solida jew likwida, ittrasportati f’kontenituri sterili ta’ dawn l-ibridi mhumiex soġġetti għad‑dispożizzjonijiet tar-Regolament.
14. L-urina, il-feċi u l-ambra griża li huma prodotti tal-iskart u miksuba mingħajr il‑manipulazzjoni tal-annimal konċernat, mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament.
15. Rigward l-ispeċijiet tal-fawna elenkati fl-Anness D, id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw biss għall-eżemplari ħajjin u għall-eżemplari mejtin sħaħ, jew sostanzjalment sħaħ, għajr għall-gruppi tassonomiċi li huma annotati kif ġej sabiex juru li huma koperti wkoll partijiet u derivati oħrajn:
§ 1
Kwalunkwe ġilda sħiħa, jew sostanzjalment sħiħa, mhux maħduma jew ikkunzata.
§ 2
Kwalunkwe rix jew kwalunkwe ġilda jew parti oħra bir-rix fuqha.
16. Rigward l-ispeċijiet tal-flora elenkati fl-Anness D, id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw biss għall-eżemplari ħajjin, għajr għall-gruppi tassonomiċi li huma annotati kif ġej sabiex juru li huma koperti wkoll partijiet u derivati oħrajn:
§ 3
Pjanti mnixxfa jew friski, inklużi, meta xieraq; il-weraq, l-għeruq/l-għeruq selvaġġi li jintużaw għat-tilqim (rootstock), iż-żrieragħ/l-ispori, il-qoxra u l-frott.
§ 4
Iz-zkuk, l-injam isserrat u l-fuljetta.
Anness A
Anness B
Anness C
Isem komuni
FAWNA
CHORDATA (KORDATI)
MAMMALIA
Mammiferi
ARTIODACTYLA
Antilocapridae
Antilop mogħża muqran (pronghorn)
Antilocapra americana (I) (Il‑popolazzjoni tal‑Messiku biss; l‑Annessi għal dan ir-Regolament ma jinkludu ebda popolazzjoni oħra)
Bos gaurus (I) (Jeskludi l‑forma domestikata referenzjata bħala Bos frontalis, li mhix suġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir‑Regolament)
Gaur
Bos mutus (I) (Jeskludi l‑forma domestikata referenzjata bħala Bos grunniens, li mhix suġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir‑Regolament)
Jakk selvaġġ
Bos sauveli (I)
Kouprey
Bubalus arnee (III in-Nepal) (Jeskludi l‑forma domestikata referenzjata bħala Bubalus bubalis, li mhix suġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament)
Buflu Ażjatiku selvaġġ
Bubalus depressicornis (I)
Anoa tal‑pjanura
Bubalus mindorensis (I)
Tamarau
Bubalus quarlesi (I)
Anoa tal‑muntanji
Budorcas taxicolor (II)
Takin
Capra falconeri (I)
Markhor
Capricornis milneedwardsii (I)
Serow Ċiniż
Capricornis rubidus (I)
Serow aħmar
Capricornis sumatraensis (I)
Serow tas‑Sumatra
Capricornis thar (I)
Serow tal‑Ħimalaja
Cephalophus brookei (II)
Duiker ta’ Brooke
Cephalophus dorsalis (II)
Duiker bajju
Cephalophus jentinki (I)
Duiker ta’ Jentink
Cephalophus ogilbyi (II)
Duiker ta’ Ogilby
Cephalophus silvicultor (II)
Duiker dahru isfar
Cephalophus zebra (II)
Duiker żebra
Damaliscus pygargus pygargus (II)
Bontebok
Gazella cuvieri (I)
Għażżiela ta’ Cuvier
Gazella dorcas (III l-Alġerija / it-Tuneżija)
Għażżiela Dorcas
Gazella leptoceros (I)
Għażżiela qrunha rqajjaq
Hippotragus niger variani (I)
Antilop ġgant iswed
Kobus leche (II)
Lechwe
Naemorhedus baileyi (I)
Goral aħmar
Naemorhedus caudatus (I)
Goral denbu twil
Naemorhedus goral (I)
Goral tal‑Ħimalaja
Naemorhedus griseus (I)
Goral Ċiniż
Nanger dama (I)
Għażżiela Dama
Oryx dammah (I)
Oriċi qrunu ximitarra
Oryx leucoryx (I)
Oriċi tal‑Għarabja
Ovis ammon (II) (għajr għas‑sottospeċijiet inklużi fl-Anness A)
Argali
Ovis ammon hodgsonii (I)
Argali Tibetan
Ovis ammon nigrimontana (I)
Argali Kara Tau
Ovis canadensis (II) (Il-popolazzjoni tal-Messiku biss; l‑Annessi għal dan ir-Regolament ma jinkludu ebda popolazzjoni oħra)
Nagħġa qrunha kbir tal-Messiku
Ovis orientalis ophion (I)
Muflun ta’ Ċipru
Ovis vignei (II) (Għajr għas-subspeċijiet inklużi fl-Anness A)
Urial
Ovis vignei vignei (I)
Urial tal-Ladakh
Pantholops hodgsonii (I)
Chiru
Philantomba monticola (II)
Duiker ikħal
Pseudoryx nghetinhensis (I)
Siola
Rupicapra pyrenaica ornata (I)
Kamoxx tal-Abruzzo
Saiga borealis (II)
Saiga tal-Mongolja
Saiga tatarica (II)
Saiga tal-isteppa
Tetracerus quadricornis (III in-Nepal)
Antilop b’erbat iqrun
Camelidae
Iġmla, guanaco, vicuña
Lama guanicoe (II)
Guanaco
Vicugna vicugna (I) (Għajr għall-popolazzjonijiet tal-Arġentina [il-popolazzjoni tal-Provinċji ta’ Jujuy u Catamarca u l-popolazzjonijiet f'semi-kattività fil-Provinċji ta’ Jujuy, Salta, Catamarca, La Rioja u San Juan]; il-Bolivja [il-popolazzjoni kollha]; iċ-Ċili [il-popolazzjoni tal-Primera Región]; u l-Peru [il-popolazzjoni kollha]; li huma inklużi fl-Anness B)
Vicugna vicugna (II) (il-popolazzjonijiet tal-Arġentina(14) biss [il-popolazzjoni tal-Provinċji ta’ Jujuy u Catamarca u l‑popolazzjonijiet f'semi-kattività fil-Provinċji ta’ Jujuy, Salta, Catamarca, La Rioja u San Juan]; il-Bolivja(15) [il-popolazzjoni kollha]; Iċ-Ċili(16) [il-popolazzjoni tal-Primera Región]; il-Peru(17) [il-popolazzjoni kollha]; il-popolazzjonijiet l-oħra kollha huma inklużi fl-Anness A)
Moschus spp. (I) (Il-popolazzjonijiet tal-Afganistan, il-Bhutan, l-Indja, il-Mjanmar, in-Nepal u l-Pakistan biss; il-popolazzjonijiet l-oħra kollha huma inklużi fl-Anness B)
Moschus spp. (II) (Għajr għall-popolazzjonijiet tal-Afganistan, il-Bhutan, l-Indja, il-Mjanmar, in-Nepal u l-Pakistan, li huma inklużi fl-Anness A)
Ċerv tal-misk
Suidae
Babirusa, qżieqeż, ħnieżer
Babyrousa babyrussa (I)
Babirusa ta’ Buru
Babyrousa bolabatuensis (I)
Babirusa ta’ Bola Batu
Babyrousa celebensis (I)
Babirusa tas-Sulawesi tat-Tramuntana
Babyrousa togeanensis (I)
Babirusa ta’ Malenge
Sus salvanius (I)
Qażquż pigmew
Tayassuidae
Pekari
Tayassuidae spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A u esklużi l-popolazzjonijiet ta’ Pecari tajacu tal-Messiku u l-Istati Uniti, li mhumiex inkluiżpopolazzjonijiet Annessi ta’ dan ir-Regolament)
Pekari
Catagonus wagneri (I)
Pekari Ċakoan
CARNIVORA
Ailuridae
Ailurus fulgens (I)
Panda aħmar
Canidae
Klieb, volpi, lupi
Canis aureus (III l-Indja)
Ġakall dehbi
Canis lupus (I/II)
(Il-popolazzjonijiet kollha għajr dawk li jinsabu fit-Tramuntana tax-xmara Duero fi Spanja u fit-Tramuntana tad-39 parallel fil-Greċja. Il-popolazzjonijiet tal-Bhutan, l-Indja, in-Nepal u l-Pakistan kif elenkati fl-Appendiċi I; il-popolazzjonijiet l-oħrajn kollha huma elenkati fl-Appendiċi II. Jeskludi l-forma domestikata referenzjata u d-dingo li huma referenzjati bħala Canis lupus familiaris u Canis lupus dingo)
Canis lupus (II) (Il-popolazzjonijiet ta’ Spanja fit-Tramuntana tax-xmara Duero fit-Tramuntana tad-39 parallel fil-Greċja. Jeskludi l-forma domestikata referenzjata u d-dingo li huma referenzjati bħala Canis lupus familiaris u Canis lupus dingo)
Volpi griż
Canis simensis
Lupu tal-Etjopja
Cerdocyon thous (II)
Volpi wikkiel il-granċi
Chrysocyon brachyurus (II)
Lupu tal-kriniera
Cuon alpinus (II)
Kelb selvaġġ tal-Ażja (Dhole)
Lycalopex culpaeus (II)
Culpeo
Lycalopex fulvipes (II)
Volpi ta’ Darwin
Lycalopex griseus (II)
Volpi griż tal-Amerika t’Isfel
Lycalopex gymnocercus (II)
Volpi tal-Pampas
Speothos venaticus (I)
Kelb tal-buxx
Vulpes bengalensis (III l-Indja)
Volpi Bengali
Vulpes cana (II)
Volpi ta’ Blanford
Vulpes zerda (II)
Volpi fennec
Eupleridae
Cryptoprocta ferox (II)
Fossa
Eupleres goudotii (II)
Falanouc
Fossa fossana (II)
Żibett tal-Madagaskar
Felidae
Qtates, ċiti, leopardi, iljuni, tigri, eċċ.
Felidae spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A. Eżemplari tal-forma domestikata mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament)
Qtates
Acinonyx jubatus (I) (Kwoti għall-esportazzjoni annwali ta’ eżemplari ħajjin u ta’ trofej tal-kaċċa jingħataw kif ġej: Il-Botswana: 5; In-Namibja: 150; Iż-Żimbabwe: 50. Il-kummerċ ta’ dawn il-eżemplari huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4.1 ta’ dan ir-Regolament.)
Ċita
Caracal caracal (I) (Il-popolazzjoni tal-Ażja biss; il-popolazzjonijiet l-oħra kollha huma inklużi fl-Anness B)
Karakall tal-Ażja
Catopuma temminckii (I)
Qattus dehbi tal-Ażja
Felis nigripes (I)
Qattus saqajh suwed
Felis silvestris (II)
Qattus selvaġġ
Leopardus geoffroyi (I)
Qattus ta’ Goeffroy
Leopardus jacobitus (I)
Qattus tal-muntanji Andini
Leopardus pardalis (I)
Oselot
Leopardus tigrinus (I)
Onċilla
Leopardus wiedii (I)
Margay
Lynx lynx (II)
Linċi tal-Eurażja
Lynx pardinus (I)
Linċi tal-Iberja
Neofelis nebulosa (I)
Leopard musħab
Panthera leo persica (I)
Iljun tal-Ażja
Panthera onca (I)
Ġagwar
Panthera pardus (I)
Leopard
Panthera tigris (I)
Tigra
Pardofelis marmorata (I)
Qattus imraħħam
Prionailurus bengalensis bengalensis (I) (Il-popolazzjonijiet tal-Bangladexx, l-Indja u u t-Tajlandja biss; il-popolazzjonijiet l-oħra kollha huma inklużi fl-Anness B)
Qattus leopard tal-Bengal
Prionailurus iriomotensis (II)
Qattus ta’ Iriomote
Prionailurus planiceps (I)
Qattus ta’ rasu ċatta
Prionailurus rubiginosus (I) (il-popolazzjoni tal-Indja biss; il-popolazzjonijiet l-oħra kollha huma inklużi fl-Anness B)
Qattus bit-tikek lewn is-sadid
Puma concolor coryi (I)
Kugar ta’ Florida
Puma concolor costaricensis (I)
Kugar tal-Kosta Rika
Puma concolor coryi (I)
Kugar tal-Lvant
Puma yagouaroundi (I) (Il-popolazzjonijiet tal-Amerika Ċentrali u tal-Amerika ta’ fuq biss; il-popolazzjonijiet l-oħra kollha huma inklużi fl-Anness B)
Jaguarundi
Uncia uncia (I)
Leopard tas-silġ
Herpestidae
Mangusi
Herpestes fuscus (III l-Indja)
Mangus kannella tal-Indja
Herpestes edwardsi (III l-Indja)
Mangus griż tal-Indja
Herpestes javanicus auropunctatus (III l-Indja)
Mangus żgħir tal-Indja
Herpestes smithii (III l-Indja)
Mangus ħamrani
Herpestes urva (III l-Indja)
Mangus li jiekol il-granċijiet
Herpestes vitticollis (III l-Indja)
Mangus għonqu strixxat
Hyaenidae
Proteli, jeni
Proteles cristata (III il-Botswana)
Proteli
Mephitidae
Skanks
Conepatus humboldtii (II)
Skank ta’ Humboldt
Mustelidae
Baġers, martori, ballottri, eċċ.
Lutrinae
Lontri
Lutrinae spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Lontri
Aonyx capensis microdon (I) (Il-popolazzjonijiet tal-Kamerun u n-Niġerja biss; il-popolazzjonijiet l-oħra kollha huma inklużi fl-Anness B)
Lontra bla dwiefer tal-Kamerun
Enhydra lutris nereis (I)
Lontra tal-Baħar tan-Nofsinhar
Lontra felina (I)
Lontra tal-baħar
Lontra longicaudis (I)
Lontra neotropikali
Lontra provocax (I)
Lontra tax-xmara tan-Nofsinhar
Lutra lutra (I)
Lontra tal-Ewropa
Lutra nippon (I)
Lontra Gappuniża
Pteronura brasiliensis (I)
Lontra ġganta
Mustelinae
Griġjuni, martori, tayra, ballottri
Eira barbara (III il-Ħonduras)
Tayra
Galictis vittata (III il-Kosta Rika)
Griġjun kbir
Martes flavigula (III l-Indja)
Martori ta’ għonqu isfar
Martes foina intermedia (III l-Indja)
Martora foina
Martes gwatkinsii (III l-Indja)
Martori tan-Nilgiri
Mellivora capensis (III il-Botswana)
Baġer tal-għasel
Mustela nigripes (I)
Nemes ta’ saqajh suwed
Odobenidae
Otariidae
Odobenus rosmarus (III il‑Kanada)
Otariidae
Otariidae
Foki muswafa, iljuni tal-baħar
Arctocephalus spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Foki muswafa
Arctocephalus philippii (II)
Foki muswafa ta’ Juan Fernández
Arctocephalus townsendi (I)
Foki muswafa ta’ Gwadalupe
Phocidae
Foki
Mirounga leonina (II)
Mirunga tan-Nofsinhar
Monachus spp. (I)
Bumerini
Procyonidae
Coati, olingo
Bassaricyon gabbii (III il-Kosta Rika)
Olingo
Bassariscus sumichrasti (III il-Kosta Rika)
Cacomistle
Nasua narica (III il-Ħonduras)
Coati ta’ mnieħru abjad
Nasua nasua solitaria (III l-Urugwaj)
Coati tal-Brażil tan-Nofsinhar
Potos flavus (III Ħonduras)
Kinkajou
Ursidae
Orsijiet
Ursidae spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Orsijiet
Ailuropoda melanoleuca (I)
Panda ġgant
Helarctos malayanus (I)
Ors tax-xemx
Melursus ursinus (I)
Ors xufftejh kbar
Tremarctos ornatus (I)
Ors tal-Andi
Ursus arctos (I/II)
(Il-popolazzjonijiet tal-Bhutan, iċ-Ċina, il-Messiku u l-Mongolja u s-sootospeċi Ursus arctos isabellinus huma elenkati fl-Appendiċi I; il-popolazzjonijiet u s-sottospeċijiet l-oħra kollha huma elenkati fl-Appendiċi II).
Acerodon spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Volpi jtiru
Acerodon jubatus (I)
Farfett il-lejl tal-frott rasu dehbija
Pteropus spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Volpi jtiru
Pteropus insularis (I)
Volpi jtir Ruck
Pteropus livingstonii (II)
Volpi jtir tal-Komoro
Pteropus loochoensis (I)
Volpi jtir Ġappuniż
Pteropus mariannus (I)
Volpi jtir tal-Marianas
Pteropus molossinus (I)
Volpi jtir Caroline
Pteropus pelewensis (I)
Volpi jtir tal-Gżejjer Pelew
Pteropus pilosus (I)
Volpi jtir kbir tal-Gżejjer Pelew
Pteropus rodricensis (II)
Volpi jtir ta’ Rodrigues
Pteropus samoensis (I)
Volpi jtir tas-Samoa
Pteropus tonganus (I)
Volpi jtir tal-Paċifiku
Pteropus ualanus (I)
Volpi jtir ta’ Kosrae
Pteropus voeltzkowi (II)
Volpi jtir ta’ Pemba
Pteropus yapensis (I)
Volpi jtir ta’ Yap
CHIROPTERA
Dasypodidae
Armadilli
Cabassous centralis (III Kosta Rika)
Armadillo denbu għeri tat-Tramuntuna
Cabassous tatouay (III l-Urugwaj)
Armadillo kbir ta’ denbu għeri
Chaetophractus nationi (II) (Ġiet stabbilita kwota ta’ esportazzjoni annwali ‘żero’. L-eżemplari kollha għandhom jitqiesu bħala eżemplari tal-ispeċijiet inklużi fl-Anness A u l-kummerċ tagħhom għandu jkun regolat kif xieraq).
Equus africanus (I) (Jeskludi l-forma domestikata magħrufa bħala Equus asinus, li mhix soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament)
Ħmar selvaġġ tal-Afrika
Equus grevyi (I)
Żebra ta’ Grévy
Equus hemionus (I/II) (Din l-ispeċi hija elenkata fl-Appendiċi II iżda s-subspeċi Equus hemionus hemionus u Equus hemionus khur huma elenkati fl-Appendiċi I)
Ħmar selvaġġ tal-Ażja
Equus kiang (II)
Kiang
Equus przewalskii (I)
Żiemel ta’ Przewalski
Equus zebra hartmannae (II)
Żebra tal-muntanji ta’ Hartmann
Equus zebra zebra (I)
Żebra tal-muntanji tal-Kap tal-Afrika
Rhinocerotidae
Rinoċeronti
Rhinocerotidae spp. (I) (għajr għas-subspeċijiet inklużi fl-Anness B)
Rinoċeronti
Ceratotherium simum simum (II) (Il-popolazzjonijiet tal-Afrika t’Isfel u s-Sważiland biss; il-popolazzjonijiet l-oħra kollha huma inklużi fl-Anness A. Għall-għan waħdieni li jippermetti l-kummerċ internazzjonali ta’ annimali ħajjin lejn destinazzjonijiet xierqa u aċċettabbli u l-kummerċ ta’ trofej tal-kaċċa. L-eżemplari l-oħra kollha għandhom jitqiesu bħala eżemplari tal-ispeċi inklużi fl-Anness A u l-kummerċ tagħhom għandu jkun regolat kif xieraq).
Rinoċeronti abjad tan-Nofsinhar
Tapiridae
Tapiri
Tapiridae spp.(I) (għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness B)
Tapiri
Tapirus terrestris (II)
Tapir tal-Amerika t’Isfel
PHOLIDOTA
Manidae
Pangolini
Manis spp. (II)
(Ġiet stabbilita kwota ta’ esportazzjoni annwali ‘żero’ għall-Manis crassicaudata, Manis culionensis, Manis javanica u Manis pentadactyla għall-ispeċijiet li jitneħħew mis-selvaġġ u jinbigħu għal skopijiet kummerċjali)
Pangolini
PILOSA
Bradypodidae
Folivori bi tliet iswaba’
Bradypus variegatus (II)
Folivoru għonqu kannella
Megalonychidae
Folivori b’żewġt iswaba’
Choloepus hoffmanni (III il-Kosta Rika)
Folivoru ta’ Hoffmann b'żewġt iswaba'
Myrmecophagidae
Wikkiela n-nemel tal-Amerika
Myrmecophaga tridactyla (II)
Wikkiel in-nemel kbir
Tamandua mexicana (III il-Gwatemala)
Tamandua tat-Tramuntana
PRIMATES
Primati (xadin u xadini)
PRIMATES spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Primati
Atelidae
Miċeti, ateli
Alouatta coibensis (I)
Miċete tal-Gżira ta’ Coiba
Alouatta palliata (I)
Miċete tal-mantell
Alouatta pigra (I)
Miċete iswed tal-Gwatemala
Ateles geoffroyi frontatus (I)
Atele ta’ ħuġbejh suwed
Ateles geoffroyi panamensis (I)
Atele aħmar
Brachyteles arachnoides (I)
Muriqui tan-Nofsinhar
Brachyteles hypoxanthus (I)
Oreonax flavicauda (I)
Xadin sufi ta’ denbu isfar
Cebidae
Marmosetti, tamarini, u xadini tad-Dinja l-Ġdida
Callimico goeldii (I)
Cebidae
Callithrix aurita (I)
Marmoset tat-troffa lewnha baffa
Callithrix flaviceps (I)
Marmoset rasu lewnha baff
Leontopithecus spp. (I)
Xadini ljun
Saguinus bicolor (I)
Tamarin baqri
Saguinus geoffroyi (I)
Tamarin ta’ Goeffroy
Saguinus leucopus (I)
Tamarin ta’ saqajħ bojod
Saguinus martinsi (I)
Saguinus oedipus (I)
Tamarin pinché
Saimiri oerstedii (I)
Xadin skwiril tal-Amerika Ċentrali
Cercopithecidae
Xadini tad-Dinja l-Qadima
Cercocebus galeritus (I)
Mangabey tax-Xmara Tana
Cercopithecus diana (I)
Xadina Diana
Cercopithecus roloway (I)
Xadina Roloway
Cercopithecus solatus (II)
Xadina denbha xemx
Colobus satanas (II)
Colobus iswed
Macaca silenus (I)
Makakku denb l-iljun
Mandrillus leucophaeus (I)
Drill
Mandrillus sphinx (I)
Mandrill
Nasalis larvatus (I)
Xadina Proboscis
Piliocolobus foai (II)
Colobus aħmar tal-Afrika Ċentrali
Piliocolobus gordonorum (II)
Colobus aħmar Uzungwa
Piliocolobus kirkii (I)
Colobus aħmar ta’ Żanżibar
Piliocolobus pennantii (II)
Colobus aħmar ta’ Pennant
Piliocolobus preussi (II)
Colobus aħmar ta’ Preuss
Piliocolobus rufomitratus (I)
Colobus aħmar tax-Xmara Tana
Piliocolobus tephrosceles (II)
Colobus aħmar tal-Uganda
Piliocolobus tholloni (II)
Colobus aħmar ta’ Thollon
Presbytis potenziani (I)
Langur ta’ Mentawai
Pygathrix spp. (I)
Languri Douc
Rhinopithecus spp. (I)
Xadini mneħirhom imbuzzat
Semnopithecus ajax (I)
Langur griż tal-Kaxmir
Semnopithecus dussumieri (I)
Langur griż tal-Pjanuri ta’ Isfel
Semnopithecus entellus (I)
Langur griż tan-Pjanuri ta’ Fuq
Semnopithecus hector (I)
Langur griż tat-Tarai
Semnopithecus hypoleucos (I)
Langur griż saqajh suwed
Semnopithecus priam (I)
Langur tat-troffa griża
Semnopithecus schistaceus (I)
Langur griż tan-Nepal
Simias concolor (I)
Simakobou
Trachypithecus delacouri (II)
Langur ta’ Delacour
Trachypithecus francoisi (II)
Langur ta’ François
Trachypithecus geei (I)
Gee’s golden langur
Trachypithecus hatinhensis (II)
Langur Hatinh
Trachypithecus johnii (II)
Langur tan-Nilgiri
Trachypithecus laotum (II)
Langur tal-Laos
Trachypithecus pileatus (I)
Langur bit-troffa
Trachypithecus poliocephalus (II)
Langur rasu bajda
Trachypithecus shortridgei (I)
Langur ta’ Shortridge
Cheirogaleidae
Lemuri nani u Lemuri ġrieden
Cheirogaleidae spp. (I)
Lemuri nani u Lemuri ġrieden
Aye-aye
Aye-aye
Daubentonia madagascariensis (I)
Aye-aye
Hominidae
Ximpanzi, gorilli, orangutan
Gorilla beringei (I)
Gorilla tal-Lvant
Gorilla gorilla (I)
Gorilla tal-Punent
Pan spp. (I)
Ximpanzi u bonobo
Pongo abelii (I)
Orangutan ta’ Sumatra
Pongo pygmaeus (I)
Orangutan ta’ Borneo
Hylobatidae
Ġibbuni
Hylobatidae spp. (I)
Ġibbuni
Indriidae
Indri, sifakas u lemuri sufin
Indriidae spp. (I)
Indri, sifakas u lemuri sufin
Lemuridae
Lemuri kbar
Lemuridae spp. (I)
Lemuri kbar
Lepilemuridae
Lemuri sportivi
Lepilemuridae spp. (I)
Lemuri sportivi
Lorisidae
Loris
Nycticebus spp.
Loris kajman
Pitheciidae
Wakari, titi, saki
Cacajao spp. (I)
Wakari
Callicebus barbarabrownae (II)
Titi ta’ Barbara Brown
Callicebus melanochir (II)
Titi kostali idejh suwed
Callicebus nigrifrons (II)
Titi sidru iswed
Callicebus personatus (II)
Titi tal-Atlantiku
Chiropotes albinasus (I)
Saki mnieħru abjad
Tarsiidae
Tarsieri
Tarsius spp. (II)
Tarsieri
PROBOSCIDEA
Elephantidae
Iljunfanti
Elephas maximus (I)
Iljunfant Ażjatiku
Loxodonta africana (I) (għajr għall-popolazzjonijiet tal-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel u ż-Żimbabwe, li huma inklużi fl-Anness B)
Loxodonta africana (II)
(Il-popolazzjonijiet tal- Botswana, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel u ż-Żimbabwe biss(19); il-popolazzjonijiet l-oħra kollha huma inklużi fl-Anness A)
Iljunfant Afrikan
RODENTIA
Chinchillidae
Ċinċilla
Chinchilla spp. (I) (Eżemplari tal-forma domestikata li mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament)
Ċinċilla
Cuniculidae
Paka
Cuniculus paca (III il-Ħonduras)
Paka tal-pjanura
Dasyproctidae
Aguti
Dasyprocta punctata (III il-Ħonduras)
Aguti tal-Amerika Ċentrali
Erethizontidae
Porkuspini tad-Dinja l-Ġdida
Sphiggurus mexicanus (III il-Ħonduras)
Porkuspin nanu muswaf Messikan
Sphiggurus spinosus (III l-Urugwaj)
Porkuspin nanu muswaf tal-Paragwaj
Hystricidae
Porkuspin tad-Dinja l-Qadima
Hystrix cristata
Porkupsin bl-għalla
Muridae
Ġrieden, firien
Leporillus conditor (I)
Far perit
Pseudomys fieldi praeconis (I)
Ġurdien ta’ Shark Bay
Xeromys myoides (I)
Far tal-ilma
Zyzomys pedunculatus (I)
Far tal-blat tal-Awstralja Ċentrali
Sciuridae
Skwirils tal-art, skwirils tas-siġar
Cynomys mexicanus (I)
Kelb tal-praterija Messikan
Marmota caudata (III l-Indja)
Far il-ġebel denbu twil
Marmota himalayana (III l-Indja)
Far il-ġebel tal-Ħimalaja
Ratufa spp. (II)
Skwirils ġganti
Callosciurus erythraeus
Skwiril ta’ Pallas
Sciurus carolinensis
Skiwril griż
Sciurus deppei (III il-Kosta Rika)
Skwiril ta’ Deppe
Sciurus niger
Skwiril volpi tal-lvant
SCANDENTIA
SCANDENTIA spp. (II)
Ġrieden geddumhom twil tas-siġar
SIRENIA
Dugongidae
Dugong
Dugong dugon (I)
Dugong
Trichechidae
Lamantini
Trichechidae spp. (I/II) (Trichechus inunguis u Trichechus manatus huma elenkati fl-Appendiċi I. Trichechus senegalensis huwa elenkat fl-Appendiċi II).
Pteropus spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Kolibri
Glaucis dohrnii (I)
Eremita ta’ Dohrn
APODIFORMES CHARADRIIFORMES
Burhinidae
Gurlini bit-tikek (dikkop)
Burhinus bistriatus (III il-Gwatemala)
Gurlin b'żewġ strixex
Laridae
Gawwi, sterni
Larus relictus (I)
Gawwi relitt
Scolopacidae
Gurlini, ċewċewwi
Numenius borealis (I)
Gurlin boreali
Numenius tenuirostris (I)
Gurlin munqaru rqiq
Tringa guttifer (I)
Ċewċewwa ta’ Nordmann
CICONIIFORMES
Ardeidae
Agretti, russetti
Ardea alba
Russett Abjad
Bubulcus ibis
Agrett tal-Bhejjem
Egretta garzetta
Agrett Abjad
Balaenicipitidae
Ċikonja ras baliena, shoebill
Balaeniceps rex (II)
Ċikonja ras ta’ baliena (shoebill)
Ciconiidae
Ċikonji
Ciconia boyciana (I)
Ċikonja orjentali
Ciconia nigra (II)
Ċikonja sewda
Ciconia stormi
Ċikonja ta’ Storm
Jabiru mycteria (I)
Jabiru
Leptoptilos dubius
Ċikonja Marabù
Mycteria cinerea (I)
Ċikonja bajda
Phoenicopteridae
Flamingi
Phoenicopteridae spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Flamingi
Phoenicopterus ruber (II)
Flamingo kbir
Threskiornithidae
Ibis, spatuli
Eudocimus ruber (II)
Ibis skarlat
Geronticus calvus (II)
Ibis qargħi
Geronticus eremita (I)
Ibis eremita (waldrapp)
Nipponia nippon (I)
Ibis Ġappuniż
Platalea leucorodia (II)
Spatula bajda tal-Eurażja
Pseudibis gigantea
Ibis ġgant
COLUMBIFORMES
Columbidae
Ħamiem, bċieċen
Caloenas nicobarica (I)
Beċċun ta’ Nicobar
Claravis godefrida
Ħamiema ġwenħajha vjola
Columba livia
Ħamiema tal-blat
Ducula mindorensis (I)
Ħamiema Mindoro
Gallicolumba luzonica (II)
Ħamiema taluzon
Goura spp. (II)
Ħamiema tal-kuruna
Leptotila wellsi
Ħamiema ta’ Grenada
Nesoenas mayeri (III il-Mawrizju)
Ħamiema roża
Streptopelia turtur
Gamiema Ewropea
CORACIIFORMES
Bucerotidae
Buċeri
Aceros spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Buċeri
Aceros nipalensis (I)
Buċeru b’għonqu kannella fl-aħmar
Anorrhinus spp. (II)
Buċeri
Anthracoceros spp. (II)
Buċeri
Berenicornis spp. (II)
Buċeri
Buceros spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Buċeri
Buceros bicornis (I)
Buċeru kbir
Penelopides spp. (II)
Buċeri
Rhinoplax vigil (I)
Buċeru bl-elmu
Rhyticeros spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Buċeri
Rhyticeros subruficollis (I)
Buċeru bil-gangala ċara
CUCULIFORMES
Musophagidae
Turako
Tauraco spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Turako
Tauraco bannermani (II)
Turako ta’ Bannermann
FALCONIFORMES
Tjur tal-priża bi nhar (ajkli, falkuni, isqra, avultuni)
FALCONIFORMES spp. (II)
(għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A u għal speċi waħda tal-familja Cathartidae inkluża fl-Anness C:; l-ispeċijiet l-oħra ta’ dik il-familja mhumiex inklużi fl-Annessi għal dan ir-Regolament)
Tjur tal-priża ta’ bi nhar
Accipitridae
Isqra, ajkli
Accipiter brevipes (II)
Seqer Levantin
Accipiter gentilis (II)
Northern goshawk
Accipiter nisus (II)
Seqer tal-Ewrażja
Aegypius monachus (II)
Avultun iswed
Aquila adalberti (I)
Ajkla ta’ Adalbert
Aquila chrysaetos (II)
Ajkla mdiehba
Aquila clanga (II)
Ajkla kbira ttikjata
Aquila heliaca (I)
Ajkla imperjali
Aquila pomarina (II)
Ajkla żgħira ttikjata
Buteo buteo (II)
Bies komuni
Buteo lagopus (II)
Bies saqajh ħorox
Buteo rufinus (II)
Bies saqajh twal
Chondrohierax uncinatus wilsonii (I)
Astun Kuban munqaru ganċ
Circaetus gallicus (II)
Ajkla tas-sriep
Circus aeruginosus (II)
Bagħdan aħmar tal-Punent
Circus cyaneus (II)
Bagħdan tat-Tramuntana
Circus macrourus (II)
Bagħdan pallidu
Circus pygargus (II)
Bagħdan griż
Elanus caeruleus (II)
Astun ġwenħajh suwed
Eutriorchis astur (II)
Ajkla tal-Madagaskar
Gypaetus barbatus (II)
Lammergeier
Gyps fulvus (II)
Grifun tal-Ewrażja
Haliaeetus spp. (I/II) (Haliaeetus albicilla huwa elenkat fl-Appendiċi I; l-ispeċijiet l-oħra huma elenkati fl-Appendiċi II).
Ajkli tal-baħar
Harpia harpyja (I)
Ajkla harpy
Hieraaetus fasciatus (II)
Ajkla ta’ Bonelli
Hieraaetus pennatus (II)
Ajkla pennata
Leucopternis occidentalis (II)
Seqer dahru griż
Milvus migrans(II) (Għajr għall-Milvus migrans lineatus li huwa inkluż fl-Anness B)
Crax rubra (III il-Kolombja, il-Kosta Rika, il-Gwatemala u l-Ħonduras)
Kurassow kbir
Mitu mitu (I)
Kurassow alagoas
Oreophasis derbianus (I)
Gwan bil-qrun
Ortalis vetula (III il-Gwtemala/il-Honduras)
Chacalaca sempliċi
Pauxi pauxi (III il-Kolombja)
Kurassow bl-elmu
Penelope albipennis (I)
Gwan gwenħajh bojod
Penelope purpurascens (III il-Ħonduras)
Gwan bl-għalla
Penelopina nigra (III il-Gwatemala)
Gwan iswed
Pipile jacutinga (I)
Gwan sidru iswed
Pipile pipile (I)
Gwan tat-Trinidad
Megapodiidae
Megapodi, scrubfowl
Macrocephalon maleo (I)
Maleo
Phasianidae
Faġani, ħaġliet, fargħuni, perniċi, tragopani
Argusianus argus (II)
Argus kbir
Catreus wallichii (I)
Faġan ta’ Wallich
Colinus virginianus ridgwayi (I)
Summiena bobwhite
Crossoptilon crossoptilon (I)
Faġan widnejh bojod
Crossoptilon mantchuricum (I)
Faġan widnejh kannella
Gallus sonneratii (II)
Serduk griż
Ithaginis cruentus (II)
Faġan aħmar demm
Lophophorus impejanus (I)
Monal tal-Ħimalaja
Lophophorus lhuysii (I)
Monal Ċiniż
Lophophorus sclateri (I)
Monal ta’ Sclater
Lophura edwardsi (I)
Faġan ta’ Edwards
Lophura hatinhensis
Faġan tal-Vjetnam
Lophura imperialis (I)
Faġan imperjali
Lophura swinhoii (I)
Faġan ta’ Swinhoe
Meleagris ocellata (III il-Gwatemala)
Dundjan oċċellat
Odontophorus strophium
Summiena tal-foresti
Ophrysia superciliosa
Summiena tal-Ħimalaja
Pavo muticus (II)
Pagun aħdar
Polyplectron bicalcaratum (II)
Pagun faġan griż
Polyplectron germaini (II)
Pagun faġan ta’ Germain
Polyplectron malacense (II)
Pagun faġan Malajan
Polyplectron napoleonis (I)
Pagun faġan tal-Palawan
Polyplectron schleiermacheri (II)
Pagun faġan tal-Borneo
Rheinardia ocellata (I)
Argus bl-għalla
Syrmaticus ellioti (I)
Faġan ta’ Elliot
Syrmaticus humiae (I)
Faġan ta’ Hume
Syrmaticus mikado (I)
Faġan Mikado
Tetraogallus caspius (I)
Faġan tas-silġ tal-Kaspju
Tetraogallus tibetanus (I)
Faġan tas-silġ tat-Tibet
Tragopan blythii (I)
Tragopan ta’ Blyth
Tragopan caboti (I)
Tragopan ta’ Cabot
Tragopan melanocephalus (I)
Tragopan tal-Punent
Tragopan satyra (III in-Nepal)
Tragopan satiru
Tympanuchus cupido attwateri (I)
Tiġieġa tal-praterija ta’ Attwater
GRUIFORMES
Gruidae
Għerieneq
Gruidae spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Għerieneq
Grus americana (I)
Għarnuq Amerikan
Grus canadensis (I/II) (Din l-ispeċi hija elenkata fl-Appendiċi II imma s-sottospeċijiet Grus canadensis nesiotes u Grus canadensis pulla huma elenkati fl-Appendiċi I).
Għarnuq Kanadiż
Grus grus (II)
Għarnuq komuni
Grus japonensis (I)
Għarnuq rasu ħamra
Grus leucogeranus (I)
Għarnuq Siberjan
Grus monacha (I)
Għarnuq bil-kappa
Grus nigricollis (I)
Għarnuq għonqu iswed
Grus vipio (I)
Għarnuq għonqu abjad
Otididae
Pitarruni
Otididae spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Pitarruni
Ardeotis nigriceps (I)
Pitarrun Indjan
Chlamydotis macqueenii (I)
Pitarrun ta’ Macqueen
Chlamydotis undulata (I)
Pitarrun ta’ Houbara
Houbaropsis bengalensis (I)
Florikan Bengaliż
Otis tarda (II)
Pitarrun
Sypheotides indicus (II)
Florikan żgħir
Tetrax tetrax (II)
Pitarrun żgħir
Rallidae
Tiġieġ tal-baħar, ralli
Gallirallus sylvestris (I)
Rallu talord Howe
Rhynochetidae
Kagu
Rhynochetos jubatus (I)
Kagu
PASSERIFORMES
Atrichornithidae
Atrikorni
Atrichornis clamosus (I)
Atrikornu storbjuż
Cotingidae
Cotingidae
Cephalopterus ornatus (III il-Kolombja)
Għasfur umbrella tal-Amażonja
Cephalopterus penduliger (III il-Kolombja)
Għasfur umbrella bl-imsielet twal
Cotinga maculata (I)
Cotinga bl-istrixxi
Rupicola spp. (II)
Sriedak il-blat
Xipholena atropurpurea (I)
Cotinga gwenħajha bojod
Emberizidae
Kardinali, tanaġeri
Gubernatrix cristata (II)
Kardinal isfar
Paroaria capitata (II)
Kardinal munqaru isfar
Paroaria coronata (II)
Kardinal tal-għalla ħamra
Tangara fastuosa (II)
Tanaġer seba’ lwien
Estrildidae
Manikini, waxbills
Amandava formosa (II)
Avadavat aħdar
Lonchura fuscata
Għammiel ta’ Timor
Lonchura oryzivora (II)
Għammiel ta’ Java
Poephila cincta cincta (II)
Sponsun tan-Nofsinhar għonqu iswed
Fringillidae
Sponsuni
Carduelis cucullata (I)
Ekru aħmar
Carduelis yarrellii (II)
Ekru wiċċu isfar
Hirundinidae
Ħawwief
Pseudochelidon sirintarae (I)
Ħawwief tax-xmajjar għajnejh bojod
Icteridae
Malvizzi suwed tad-Dinja l-Ġdida
Xanthopsar flavus (I)
Malvizz lewn iż-żagħfran
Meliphagidae
Wikkiela l-għasel
Lichenostomus melanops cassidix (I)
Wikkiel l-għasel bl-elmu
Muscicapidae
Ħattafa d-dubbien tad-Dinja l-Qadima, Timalidi, eċċ.
(għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A u esklużi Agapornis roseicollis, Melopsittacus undulatus, Nymphicus hollandicus u Psittacula krameri, li mhumiex inklużi fl-Annessi għal dan ir-Regolament)
Pappagalli, eċċ.
Cacatuidae
Kakatuwi
Cacatua goffiniana (I)
Kakatu Tanimbar
Cacatua haematuropygia (I)
Kakatu tal-Filippini
Cacatua moluccensis (I)
Kakatu bl-għalla lewn is-salamun
Cacatua sulphurea (I)
Kakatu bl-għalla safra
Probosciger aterrimus (I)
Kakatu tal-palmi
Loriidae
Lori, lorikiti
Eos histrio (I)
Lori aħmar u blu
Vini spp. (I/II) (Vini ultramarina hu elenkat fl-Appendiċi I, l-ispeċjiet l-oħra huma elenkati fl-Appendiċi II).
Lorikiti blu
Psittacidae
Amazzoni, makaw, parruketti, pappagalli
Amazona arausiaca (I)
Pappagall għonqu aħmar
Amazona auropalliata (I)
Pappagall raqabtu safra
Amazona barbadensis (I)
Pappagall spalltu safru
Amazona brasiliensis (I)
Pappagall denbu aħmar
Amazona finschi (I)
Pappagall qurriegħtu lelà
Amazona guildingii (I)
Pappagall ta’ St Vincent
Amazona imperialis (I)
Pappagall imperjali
Amazona leucocephala (I)
Pappagall Kuban
Amazona oratrix (I)
Pappagall rasu safra
Amazona pretrei (I)
Pappagall dawret għajnejh ħomor
Amazona rhodocorytha (I)
Pappagall ħuġbejh ħomor
Amazona tucumana (I)
Pappagall ta’ Tucuman
Amazona versicolor (I)
Pappagall ta’ Saint Lucia
Amazona vinacea (I)
Pappagall vinaċeu
Amazona viridigenalis (I)
Pappagall ħaddejh ħodor
Amazona vittata (I)
Pappagall Puerto Rikan
Anodorhynchus spp. (I)
Makawi blu
Ara ambiguus (I)
Makaw aħdar kbir
Ara glaucogularis (I)
Makaw ġerżumtu blu
Ara macao (I)
Makaw skarlat
Ara militaris (I)
Makaw militari
Ara rubrogenys (I)
Makaw ġbinu aħmar
Cyanopsitta spixii (I)
Makaw ta’ Spix
Cyanoramphus cookii (I)
Parrukkett tal-Gżira ta’ Norfolk
Cyanoramphus forbesi (I)
Parrukkett tal-Gżira ta’ Chatham ġbinu isfar
Cyanoramphus novaezelandiae (I)
Parrukkett ġbinu aħmar
Cyanoramphus saisseti (I)
Parrukkett bil-kuruna ħamra
Cyclopsitta diophthalma coxeni (I)
Pappagall ta’ Coxen
Eunymphicus cornutus (I)
Pappagall muqran
Parrukkett dehbi
Neophema chrysogaster (I)
Pappagall żaqqu oranġjo
Ognorhynchus icterotis (I)
Pappagall widnejh sofor
Pezoporus occidentalis (possibbilment estint) (I)
Pappagall tal-lejl
Pezoporus wallicus (I)
Pappagall tal-art
Pionopsitta pileata (I)
Pappagall bil-kappell
Primolius couloni (I)
Makaw rasu blu
Primolius maracana (I)
Makaw ġwenħajh blu
Psephotus chrysopterygius (I)
Pappagall spalltu dehbija
Psephotus dissimilis (I)
Pappagall bil-kappa
Psephotus pulcherrimus (possibbilment estint) (I)
Pappagall tal-ġenna
Psittacula echo (I)
Parrukkett tal-Mawrizju
Pyrrhura cruentata (I)
Parrukkett ġerżumtu blu
Rhynchopsitta spp. (I)
Pappagalli munqarhom oħxon
Strigops habroptilus (I)
Kakapo
RHEIFORMES
Rheidae
Rhea
Pterocnemia pennata (I) (għajr Pterocnemia pennata pennata inkluż fl-Anness B)
Rhea żgħira
Pterocnemia pennata pennata (II)
Rhea żgħira
Rhea americana (II)
Rhea kbira
SPHENISCIFORMES
Spheniscidae
Pingwini
Spheniscus demersus (II)
Pingwin Afrikan
Spheniscus humboldti (I)
Pingwin Humboldt
STRIGIFORMI
Kokki
STRIGIFORMES spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Kokki
Strigidae
Kokki
Aegolius funereus (II)
Kokka boreali
Asio flammeus (II)
Kokka tax-xagħri
Asio otus (II)
Kokka widnejha twal
Athene noctua (II)
Kokka rari
Bubo bubo(II) (Għajr għall-Bubo bubo bengalensis li huwa inkluż fl-Anness B)
Kokka imperjali tal-Ewrażja
Glaucidium passerinum (II)
Kokka pigmea tal-Ewrażja
Heteroglaux blewitti (I)
Kokka ċkejkna tal-foresta
Mimizuku gurneyi (I)
Kokka ajkla żgħira
Ninox natalis (I)
Kokka seqer tal-Milied
Ninox novaeseelandiae undulata (I)
Boobook Norfolk
Nyctea scandiaca (II)
Kokka tas-silġ
Otus ireneae (II)
Kokka scops Sokoke
Otus scops (II)
Kokka scops tal-Ewrażja
Strix aluco (II)
Omm is-subien
Strix nebulosa (II)
Kokka kbira griża
Strix uralensis (II) (Għajr għall-Strix uralensis davidi li huwa inkluż fl-Anness B)
Kokka tal-Urali
Surnia ulula (II)
Kokka seqer tat-Tramuntana
Tytonidae
Barbaġanni
Tyto alba (II)
Barbaġann
Tyto soumagnei (I)
Barbaġann Soumagne
STRUTHIONIFORMES
Struthionidae
Nagħma
Struthio camelus (I) (Il-popolazzjonijiet tal-Alġerija, il-Burkina Faso, il-Kamerun, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, iċ-Ċad, il-Mali, il-Mawritanja, il-Marokk, in-Niġer, in-Niġerja, is-Senegal u s-Sudan biss; il-popolazzjonijiet l-oħra kollha mhumiex inklużi fl-Annessi għal dan ir-Regolament)
Nagħma
TINAMIFORMES
Tinamidae
Tinamù
Tinamus solitarius (I)
Tinamù solitarju
TROGONIFORMES
Trogonidae
Quetzal
Pharomachrus mocinno (I)
Quetzal middi
REPTILIA
Reptiles
CROCODYLIA
Alligaturi, kajmani, kukkudrilli
CROCODYLIA spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Alligaturi, kajmani, kukkudrilli
Alligatoridae
Alligaturi, kajmani
Alligator sinensis (I)
Alligatur Ċiniż
Caiman crocodilus apaporiensis (I)
Kajman ta’ Rio Apaporis bit-tikki
Caiman latirostris (I) (għajr għall-popolazzjoni tal-Arġentina, li hija inkluża fl-Anness B)
Kajman imnieħru wiesa’
Melanosuchus niger (I) (għajr għall-popolazzjoni tal-Brażil, li hija inkluża fl-Anness B, u l-popolazzjoni tal-Ekwador, li hija inkluża fl-Anness B u soġġetta għal kwota żero ta’ esportazzjoni annwali li ġiet approvata mis-Segretarjat CITES u l-Grupp ta’ Speċjalisti dwar il-Kukkudrilli IUCN/SSC)
Kajman iswed
Crocodylidae
Kukkudrilli
Crocodylus acutus (I) (Għajr għall-popolazzjoni ta’ Kuba, li hija inkluża fl-Anness B)
Kukkudrill Amerikan
Crocodylus cataphractus (I)
Kukkudrill Afrikan geddumu rqiq
Crocodylus intermedius (I)
Kukkudrill tal-Orinoco
Crocodylus mindorensis (I)
Kukkudrill Filippin
Crocodylus moreletii (I) (Għajr għall-popolazzjonijiet tal-Belize u l-Messiku, li huma inklużi fl-Anness B, bi kwota żero għall-kampjuni selvaġġi li jiġu nnegozjati għal skopijiet kummerċjali)
Kukkudrill ta’ Morelet
Crocodylus niloticus (I) (Għajr għall-popolazzjonijiet tal-Botswana, l-Eġittu [suġġett għal kwota żero għall-eżemplari nnegozjati għall-skopijiet kummerċjali], l-Etjopja, il-Kenja, il-Madagaskar, il-Malawi, il-Możambik, in-Namibja, l-Afrika t’ Isfel, l-Uganda, ir-Repubblika Magħquda tat-Tanzanija [soġġetti għal kwota annwali tal-esportazzjoni ta’ mhux aktar minn 1 600 kampjun selvaġġ inklużi trofej tal-kaċċa, flimkien ma’ eżemplari mrobbija fil-magħluq], iż-Żambja u ż-Żimbabwe; dawn il-popolazzjonijiet huma inklużi fl-Anness B). dawn il-popolazzjonijiet huma inklużi fl-Anness B).
Kukkudrill tan-Nil
Crocodylus palustris (I)
Kukkudrill Mugger
Crocodylus porosus (I) (Għajr għall-popolazzjonijiet tal-Awstralja, l-Indoneżja u l-Papwa Ginea l-Ġdida, li huma inklużi fl-Anness B)
Kukkudrill tal-ilma salmura
Crocodylus rhombifer (I)
Kukkudrill Kuban
Crocodylus siamensis (I)
Kukkudrill Sjamiż
Osteolaemus tetraspis (I)
Kukkudrill nanu tal-Afrika tal-Punent
Tomistoma schlegelii (I)
Gharial falz
Gavialidae
Gavial jew gharial
Gavialis gangeticus (I)
Gharial
RHYNCHOCEPHALIA
Sphenodontidae
Tuatara
Sphenodon spp. (I)
Tuatara
SAURIA
Agamidae
Gremxul denbhom imxewwek (Agama, mastiguri)
Uromastyx spp. (II)
Gremxul denbhom imxewwek
Chamaeleonidae
Kamaleonti
Bradypodion spp. (II)
Kamaleonti nani
Brookesia spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Kamaleonti nani
Brookesia perarmata (I)
Kamaleonti nani mxewka
Calumma spp. (II)
Kamaleonti tal-Madagaskar
Chamaeleo spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Kamaleonti
Chamaeleo chamaeleon (II)
Kamaleonti Ewropej
Furcifer spp. (II)
Kamaleonti tal-Madagaskar
Kinyongia spp. (II)
Kamaleonti nani
Nadzikambia spp. (II)
Kamaleonti nani
Cordylidae
Gremxul denbhom imxewwek
Cordylus spp. (II)
Gremxul denbhom imħażżem
Gekkonidae
Wiżgħat
Cyrtodactylus serpensinsula (II)
Wiżgħa tal-Gżira ta’ Serpent
Hoplodactylus spp. (III New Zealand)
Wiżgħat bis-swaba’ mwaħħla
Naultinus spp. (III New Zealand)
Wiżgħat tas-siġar tan-New Zealand
Phelsuma spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Wiżgħat ta’ bi nhar
Phelsuma guentheri (II)
Wiżgħa ta’ bi nhar tal-Gżira t-Tonda
Uroplatus spp. (II)
Wiżgħat denbhom ċatt
Helodermatidae
Mostru ta’ ġila u gremxula taż-żibeġ
Heldoerma spp. (II) (għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Mostru ta’ ġila u gremxula taż-żibeġ
Heloderma horridum charlesbogerti (I)
Gremxula taż-żibeġ tal-Gwatemala
Iguanidae
Igwani
Amblyrhynchus cristatus (II)
Igwani tal-baħar tal-Galapagos
Brachylophus spp. (I)
Igwani tal-Fiġi
Conolophus spp. (II)
Igwani tal-art tal-Galapagos
Ctenosaura bakeri (II)
Igwana b’denbha bil-ponot tal-Gżira ta’ Utila
Ctenosaura oedirhina (II)
Igwana b’denbha bil-ponot Roatan
Ctenosaura melanosterna (II)
Igwana b’denbha bil-ponot ta’ Rio Aguan Valley
Ctenosaura palearis (II)
Igwana b’denbha bil-ponot tal-Gwatemala
Cyclura spp. (I)
Igwani tal-art
Iguana spp. (II)
Igwani
Phrynosoma blainvillii (II)
Phrynosoma cerroense (II)
Phrynosoma coronatum (II)
Gremxula muqrana tax-xtut
Phrynosoma wigginsi (II)
Sauromalus varius (I)
Chuckwalla tal-Gżira ta’ San Esteban
Lacertidae
Gremxul
Gallotia simonyi (I)
Gremxula ġganta ta’ Hierro
Podarcis lilfordi (II)
Gremxula talilford
Podarcis pityusensis (II)
Gremxula ta’ Ibiża
Scincidae
Xaħmet l-art
Corucia zebrata (II)
Xaħmet l-art b’denbu qabbadi
Teiidae
Gremxul kajman, gremxul tegu
Crocodilurus amazonicus (II)
Gremxula dragun
Dracaena spp. (II)
Gremxul kajman
Tupinambis spp.(II)
Tegu
Varanidae
Varani
Varanus spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Varani
Varanus bengalensis (I)
Varan Indjan
Varanus flavescens (I)
Varan isfar
Varanus griseus (I)
Varan tad-deżert
Varanus komodoensis (I)
Dragun komodo
Varanus nebulosus (I)
Varan musħab
Varanus olivaceus (II)
Varan ta’ Gray
Xenosauridae
Gremxula kukkudrill Ċiniża
Shinisaurus crocodilurus (II)
Gremxula kukkudrill Ċiniża
SERPENTES
Sriep
Boidae
Boa
Boidae spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Boa
Acrantophis spp. (I)
Boa tal-art tal-Madagaskar
Boa constrictor occidentalis (I)
Boa constrictor Arġentin
Epicrates inornatus (I)
Boa Puerto Rikan
Epicrates monensis (I)
Boa tas-Siġar tal-Gżejjer Verġni
Epicrates subflavus (I)
Boa Ġamajkan
Eryx jaculus (II)
Boa tar-ramel bit-tikek
Sanzinia madagascariensis (I)
Boa tas-siġar tal-Madagaskar
Bolyeriidae
Boa tal-Gżira t-Tonda
Bolyeriidae spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Boa tal-Gżira t-Tonda
Bolyeria multocarinata (I)
Boa tal-Gżira t-Tonda
Casarea dussumieri (I)
Boa bil-qxur imrikkba tal-Gżira t-Tonda
Colubridae
Sriep tipiċi, sriep tal-ilma, sriep frosta
Atretium schistosum (III l-Indja)
Serp ta’ dahru aħrax lewn iż-żebbuġ
Cerberus rynchops (III l-Indja)
Serp tal-ilma wiċċ ta’ kelb
Clelia clelia (II)
Mussurana
Cyclagras gigas (II)
Kobra falz
Elachistodon westermanni (II)
Serp Indjan wikkiel il-bajd
Ptyas mucosus (II)
Serp komuni wikkiel il-firien
Xenochrophis piscator (III Indja)
Serp ta’ dahru aħrax iċċangjat
Elapidae
Kobri, sriep koralli
Hoplocephalus bungaroides (II)
Serp rasu wiesgħa
Micrurus diastema (III il-Ħonduras)
Serp korall tal-Atlantiku
Micrurus nigrocinctus (III il-Ħonduras)
Serp korall tal-Amerika Ċentrali
Naja atra (II)
Kobra jobżoq taċ-Ċina
Naja kaouthia (II)
Kobra monoċellat
Naja mandalayensis (II)
Kobra jobżoq ta’ Burma
Naja naja (II)
Kobra Indjan
Naja oxiana (II)
Kobra tal-Ażja Ċentrali
Naja philippinensis (II)
Kobra jobżoq tal-Filippini ta’ Fuq
Naja sagittifera (II)
Kobra Andaman
Naja samarensis (II)
Kobra jobżoq tal-Filippini tax-Xlokk
Naja siamensis (II)
Kobra jobżoq tal-Indoċina
Naja sputatrix (II)
Kobra jobżoq tal-Indoneżja tan-Nofsinhar
Naja sumatrana (II)
Kobra dehbi jobżoq
Ophiophagus hannah (II)
Kobra re
Loxocemidae
Boa nanu Messikan
Loxocemidae spp. (II)
Boa nanu Messikan
Pythonidae
Pituni
Pythonidae spp. (II) (għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Pituni
Python molurus molurus (I)
Pitun Indjan
Tropidophiidae
Boa tal-foresti
Tropidophiidae spp. (II)
Boa tal-foresti
Viperidae
Lifgħat
Crotalus durissus (III il-Ħonduras)
Serp ċekċieki neotropikali
Crotalus durissus unicolor
Serp ċekċieki ta’ Aruba
Daboia russelii (III l-Indja)
Lifgħa ta’ Russell
Vipera latifii
Lifgħa talatifi
Vipera ursinii (I) (il-popolazzjoni tal-Ewropa biss, għajr iż-żona li qabel kienet tikkostitwixxi l-Unjoni Sovjetika; il-popolazzjonijiet tal-aħħar mhumiex inklużi fl-Annessi ma’ dan ir-Regolament)
Lifgħa ta’ Orsini
Vipera wagneri (II)
Lifgħa ta’ Wagner
TESTUDINES
Carettochelyidae
Fkieren b’imnieħer ħanżir
Carettochelys insculpta (II)
Fekruna b’imnieħer ħanżir
Chelidae
Fkieren kelidi Awstro-Amerikani
Chelodina mccordi (II)
Fekruna kelidi Roti
Pseudemydura umbrina (I)
Fekruna tal-għadajjar tal-Punent
Cheloniidae
Fkieren
Cheloniidae spp. (I)
Fkieren
Chelydridae
Fkieren serpentini
Macrochelys temminckii (III l-Istati Uniti tal-Amerika)
Fekruna alligatur serpentina
Dermatemydidae
Fekruna tax-xmajjar tal-Amerika Ċentrali
Dermatemys mawii (II)
Fekruna tax-xmajjar tal-Amerika Ċentrali
Dermochelyidae
Fkieren dahar il-ġilda
Dermochelys coriacea (I)
Fkieren dahar il-ġilda
Emydidae
Fkieren tal-ilma ħelu, fkieren kaxxa
Chrysemys picta
Fekruna mpittra
Glyptemys insculpta (II)
Fekruna tal-bosk
Glyptemys muhlenbergii (I)
Fkieren tal-għadajjar
Graptemys spp. (III l-Istati Uniti tal-Amerika)
Fkieren mappa
Terrapene spp. (II)(Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Fkieren kaxxa
Terrapene coahuila (I)
Fekruna kaxxa akkwatika
Trachemys scripta elegans
Terapin widnejh ħomor
Geoemydidae
Batagur affinis (I)
Terapin tax-Xmara tan-Nofsinhar
Batagur baska (I)
Batagur
Batagur spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Cuora spp. (II)
Fkieren kaxxa Ażjatiċi
Geoclemys hamiltonii (I)
Fekruna tal-ħawt sewda
Geoemyda spengleri (III iċ-Ċina)
Fekruna tal-weraq sidirha iswed
Heosemys annandalii (II)
Fekruna tat-tempji rasha safra
Heosemys depressa (II)
Fekruna tal-foresta Arakan
Heosemys grandis (II)
Fekruna ġganta Ażjatika
Heosemys spinosa (II)
Fekruna mxewka
Leucocephalon yuwonoi (II)
Fekruna tal-foresta tas-Sulaweżi
Malayemys macrocephala (II)
Fekruna wikkiela l-bebbux
Malayemys subtrijuga (II)
Fekruna tal-għelieqi tar-ross
Mauremys annamensis (II)
Fekruna tal-ħawt Annam
Mauremys iversoni (III iċ-Ċina)
Fekruna tal-ħawt ta’ Fuji
Mauremys megalocephala (III iċ-Ċina)
Fekruna tal-ħawt buras
Mauremys mutica (II)
Fekruna tal-ħawt safra
Mauremys nigricans (III iċ-Ċina)
Fekruna għonqha aħmar
Mauremys pritchardi (III iċ-Ċina)
Fekruna tal-ħawt ta’ Pritchard
Mauremys reevesii (III iċ-Ċina)
Fekruna ta’ Reeves
Mauremys sinensis (III iċ-Ċina)
Fekruna Ċiniża għonqha strixxi
Melanochelys tricarinata (I)
Fekruna tal-art tat-tliet saffi
Morenia ocellata (I)
Fekruna tal-għadajjar Burmiża
Notochelys platynota (II)
Fekruna Malajjana tal-qoxra ċatta
Ocadia glyphistoma (III iċ-Ċina)
Fekruna għonqha strixxi ħalqha ganċ
Ocadia philippeni (III iċ-Ċina)
Fekruna għonqha strixxi ta’ Philippen
Orlitia borneensis (II)
Fekruna ġganta Malajjana
Pangshura spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Fkieren imsaqqfa
Pangshura tecta (I)
Fekruna msaqqfa Indjana
Sacalia bealei (III iċ-Ċina)
Fekruna ta’ Beal
Sacalia pseudocellata (III iċ-Ċina)
Fekruna Ċiniża għajnejha foloz
Sacalia quadriocellata (III Ċina)
Fekruna b’erba’ għajnejn
Siebenrockiella crassicollis (II)
Fekruna sewda tal-marsh
Siebenrockiella leytensis (II)
Fekruna tal-ħawt Filippina
Platysternidae
Fekruna buras
Platysternon megacephalum (II)
Fekruna buras
Podocnemididae
Fkieren kelidi Afro-Amerikani
Erymnochelys madagascariensis (II)
Fekruna kelidi tal-Madagaskar
Peltocephalus dumerilianus (II)
Fekruna kelidi buras
Podocnemis spp. (II)
Fkieren kelidi
Testudinidae
Fkieren
Testudinidae spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A) kwota żero ta’ esportazzjoni annwali ġiet stabbilita għal Geochelone sulcata għal eżemplarji mneħħija mis-salvaġġ u nnegozjati għal għanijiet purament kummerċjali).
Fkieren
Astrochelys radiata (I)
Fekruna raġġata
Astrochelys yniphora (I)
Angonoka
Chelonoidis nigra (I)
Fekruna ġganta tal-Galapagos
Gopherus flavomarginatus (I)
Fekruna Bolson
Malacochersus tornieri (II)
Fekruna ċatta
Psammobates geometricus (I)
Fekruna ġeometrika
Pyxis arachnoides (I)
Fekruna brimba tal-Madagaskar
Pyxis planicauda (I)
Fekruna qoxritha ċatta tal-Madagaskar
Testudo graeca (II)
Fekruna bl-ixpruni
Testudo hermanni (II)
Fekruna ta’ Hermann
Testudo kleinmanni (I)
Fekruna Eġizzjana
Testudo marginata (II)
Fekruna marġinata
Trionychidae
Fkieren qoxrithom ratba, terappins
Amyda cartilaginea (II)
Fekruna qoxritha ratba tal-Ażja tax-Xlokk
Apalone spinifera atra (I)
Fekruna qoxritha ratba ta’ Cuatro Cienagas
Aspideretes gangeticus (I)
Fekruna qoxritha ratba Indjana
Aspideretes hurum (I)
Fekruna pagun qoxritha ratba
Aspideretes nigricans (I)
Fekruna sewda qoxritha ratba
Chitra spp. (II)
Fkieren qoxrithom ratba rashom dejqa
Lissemys punctata (II)
Fekruna flapshell Indo-Ganġetika
Lissemys scutata (II)
Fekruna flapshell Burmiża
Palea steindachneri (III iċ-Ċina)
Fekruna qoxritha ratba għonqha bl-imsielet
Pelochelys spp. (II)
Fkieren ġganti qoxrithom ratba
Pelodiscus axenaria (III iċ-Ċina)
Fekruna qoxritha ratba ta’ Hunan
Pelodiscus maackii (III iċ-Ċina)
Fekruna qoxritha ratba ta’ Amur
Pelodiscus parviformis (III iċ-Ċina)
Fekruna qoxritha ratba Ċiniża
Rafetus swinhoei (III iċ-Ċina)
Fekruna qoxritha ratba tal-Yangtze
AMPHIBIA
Anfibji
ANURA
Żrinġijiet u rospi
Bufonidae
Rospi
Altiphrynoides spp. (I)
Rospu Etjopiku ta’ Malcolm
Atelopus zeteki (I)
Żrinġ dehbi
Bufo periglenes (I)
Rospu dehbi
Bufo superciliaris (I)
Rospu tal-Kamerun
Nectophrynoides spp. (I)
Rospi vivipari Afrikani
Nimbaphrynoides spp. (I)
Rospi Nimba
Spinophrynoides spp. (I)
Rospu Etjopiku ta’ Osgood
Calyptocephalellidae
Calyptocephalella gayi (III Iċ-Ċili)
Dendrobatidae
Żrinġijiet velenużi
Allobates femoralis (II)
Żrinġ velenuż saqajh ileqqu
Allobates zaparo (II)
Żrinġ velenuż ta’ Zaparo
Cryptophyllobates azureiventris (II)
Żrinġ velenuż ikħal tas-sema
Dendrobates spp. (II)
Żringijiet tal-vleġġa velenuża
Epipedobates spp. (II)
Żringijiet tal-vleġġa velenuża
Phyllobates spp. (II)
Żringijiet tal-vleġġa velenuża
Hylidae
Agalychnis spp. (II)
Mantellidae
Żrinġijiet mantella
Mantella spp. (II)
Żrinġijiet mantella
Microhylidae
Żrinġijiet tadama
Dyscophus antongilii (I)
Żrinġ tadama
Scaphiophryne gottlebei (II)
Żrinġ aħmar tax-xita
Ranidae
Żrinġijiet
Conraua goliath
Żrinġ Gulija
Euphlyctis hexadactylus (II)
Żrinġ ta’ sitt iswaba’
Hoplobatrachus tigerinus (II)
Żrinġ tigra
Rana catesbeiana
Żrinġ barri Amerikan
Rheobatrachidae
Żrinġijiet li jrabbu f’żaqqhom
Rheobatrachu spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Pristidae spp.(I) (għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness B)
Rajj, rebekkini,
Pristis microdon (II) (Għall-iskop esklussiv ta’ permess għall-kummerċ internazzjonali ta’ annimali ħajjin għal akkwarji xierqa u aċċettabbli għal għanijiet primarjament ta’ konservazzjoni. L-eżemplari l-oħrajn kollha għandhom jitqiesu bħala kampjuni tal-ispeċijiet inklużi fl-Anness A u l-kummerċ tagħhom għandu jkun regolat kif xieraq).
Pixxisega tal-ilma ħelu
ACTINOPTERYGII
Ħut
ACIPENSERIFORMES
ACIPENSERIFORMES spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Sturjuni u ħut spatula
Acipenseridae
Sturjuni
Acipenser brevirostrum (I)
Sturjun imnieħru qasir
Acipenser sturio (I)
Sturjun komuni
ANGUILLIFORMES
Anguillidae
Salluri tal-ilma ħelu
Anguilla anguilla (II)
Sallura Ewropea
CYPRINIFORMES
Catostomidae
Cui-ui
Chasmistes cujus (I)
Cui-ui
Cyprinidae
Karpjuni għomja, plaeesok
Caecobarbus geertsi (II)
Barbu għami Afrikan
Probarbus jullieni (I)
Ikan temoleh
OSTEOGLOSSIFORMES
Osteoglossidae
Arapaimas, ilsien għadmi
Arapaima gigas (II)
Arapaima
Scleropages formosus (I)
Arowana Ażjatika
PERCIFORMES
Labridae
Tird
Cheilinus undulatus (II)
Tirda bil-gundalla
Sciaenidae
Totoaba
Totoaba macdonaldi (I)
Totoaba
SILURIFORMES
Pangasiidae
Ħut qattus pangasidu
Pangasianodon gigas (I)
Ħuta qattus ġganta
SYNGNATHIFORMES
Syngnathidae
Gremxul tal-baħar, żwiemel tal-baħar
Hippocampus spp. (II)
Żwiemel tal-baħar
SARCOPTERYGII
Ħut salamandru
CERATODONTIFORMES
Ceratodontidae
Ħut salamandru Awstraljan
Neoceratodus forsteri (II)
Ħuta salamandra Awstraljana
COELACANTHIFORMES
Latimeriidae
Ċelakanti
Latimeria spp. (I)
Ċelakanti
ECHINODERMATA (STILEL, STILEL FRAĠLI, RIZZI U ĦJAR TAL-BAĦAR)
CACTACEAE spp. (II) (għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A u Pereskia spp., Pereskiopsis spp. u Quiabentia spp.)(27) #4
Kaktus
Ariocarpus spp. (I)
Kaktus tal-blat ħaj
Astrophytum asterias (I)
Kaktus stilla
Aztekium ritteri (I)
Kaktus Aztek
Coryphantha werdermannii (I)
Kaktus Jobali pincushion
Discocactus spp. (I)
Diżokaktus
Echinocereus ferreirianus ssp. lindsayi (I)
Kaktus qanfud talindsay
Echinocereus schmollii (I)
Kaktus denb il-ħaruf
Escobaria minima (I)
Kaktus ta’ Nelle
Escobaria sneedii (I)
Kaktus ta’ Sneed
Mammillaria pectinifera (I)
Conchilinque
Mammillaria solisioides (I)
Pitayita
Melocactus conoideus (I)
Kaktus kon (Conelike Turk's-cap cactus)
Melocactus deinacanthus (I)
Melocactus deinacanthus (I)
Melocactus glaucescens (I)
Melocactus paucispinus (I)
Melocactus paucispinus (I)
Kaktus qaqoċċa
Obregonia denegrii (I)
Kaktus qaqoċċa
Pachycereus militaris (I)
Pediocactus bradyi (I)
Pediocactus bradyi (I)
Kaktus ta’ Brady
Pediocactus knowltonii (I)
Kaktus ta’ Knowlton
Pediocactus paradinei (I)
Kaktus tal-wied Houserock
Pediocactus peeblesianus (I)
Kaktus Navajo ta’ Peebles
Pediocactus sileri (I)
Pediocactus sileri (I) Kaktus ta’ Siler
Pelecyphora spp. (I)
Kaktus tal-pine cane
Sclerocactus brevihamatus ssp. tobuschii (I)
Kaktus sunnara Tobusch
Sclerocactus erectocentrus (I)
Kaktus ananas bix-xewk labar
Sclerocactus glaucus (I)
Kaktus bla ganċ tal-baċir ta’ Uinta
Sclerocactus mariposensis (I)
Kaktus mariposa
Sclerocactus mesae-verdae (I)
Kaktus Mesa Verde
Sclerocactus nyensis (I)
Kaktus sunnara Tonopah
Sclerocactus papyracanthus (I)
Kaktus grama-grass
Sclerocactus pubispinus (I)
Kaktus sunnara tal-baċir il-Kbir
Sclerocactus wrightiae (I)
Kaktus sunnara ta’ Wright
Strombocactus spp. (I)
Peyote
Turbinicarpus spp. (I)
Turbinikarpi
Uebelmannia spp. (I)
Kaktus ta’ Uebelmann
CARYOCARACEAE
Ajos
Caryocar costaricense (II) #4
Ajillo
COMPOSITAE (ASTERACEAE)
Asteri, margeriti, costus
Saussurea costus (I) (magħrufa wkoll bħala S. Lappa, Aucklandia lappa jew A. costus)
Costus
CRASSULACEAE
Dudleyas, crassulas
Dudleya stolonifera (II)
Dudleya tal-Bajja ta’ Talaguna
Dudleya traskiae (II)
Dudleya tal-Gżira ta’ Santa Barbara
CUCURBITACEAE
Zygosicyos pubescens (II)(magħrufa wkoll bħala Xerosicyos pubescens)
Tobory
Zygosicyos tripartitus (II)
Betoboky
CUPRESSACEAE
Ċipressi
Fitzroya cupressoides (I)
Alerce
Pilgerodendron uviferum (I)
Pilgerodendron
CYATHEACEAE
Siġar Felċi
Cyathea spp. (II) #4
Siġar Felċi
CYCADACEAE
Ċikadi
CYCADACEAE spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A) #4
Ċikadi
Cycas beddomei (I)
Ċikada ta’ Beddome
DICKSONIACEAE
Siġar Felċi
Cibotium barometz (II) #4
Dicksonia spp. (II) (Il-popolazzjonijiet tal-Ameriki biss; l-Annessi ma’ dan ir-Regolament ma jinkludu l-ebda popolazzjoni oħra Jinkludi Dicksonia berteriana, D. externa, D. sellowiana u D. stuebelii) #4
Siġar Felċi
DIDIEREACEAE
Didiereas
DIDIEREACEAE spp. (II) #4
Alluaudias, didiereas
DIOSCOREACEAE
Jamm
Dioscorea deltoidea (II) #4
Sieq l-injunfant
DROSERACEAE
Sundews
Dionaea muscipula (II) #4
Venus fly-trap
EUPHORBIACEAE
Tengħud
Euphorbia spp. (II) #4
(Speċijiet sukkulenti biss għajr għal
1) Euphorbia misera;
2) eżemplari ppropagati artifiċjalment tal-kultivars ta’ Euphorbia trigona;
3) eżemplari ppropagati artifiċjalment ta’ Euphorbia lactea mlaqqma fuq xtieli bl-għeruq ippropagati artifiċjalment ta’ Euphorbia nerifolia, meta jkunu: jew
bil-għalla
forma ta’ mrewħa, jew
ikanġu;
4) eżemplari ppropagati artifiċjalment tal-kultivars ta’ Euphorbia ‘Milii’ meta jkunu:
jingħarfu mill-ewwel bħala eżemplari ppropagati artifiċjalment, u
introdotti fl-Unjoni jew (ri-) esportati minnha f'kunsinni ta’ 100 pjanta jew aktar;
li m’humiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, u
5) l-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)
Ewforbji
Euphorbia ambovombensis (I)
Euphorbia capsaintemariensis (I)
Euphorbia cremersii (I) (Jinkludi l- forma viridifolia and the var. rakotozafyi)
Euphorbia cylindrifolia (I) (Jinkludi l- ssp. tuberifera)
Euphorbia decaryi (I) (Jinkludi l-var. ampanihyensis, robinsonii and sprirosticha)
Euphorbia francoisii (I)
Euphorbia handiensis (II)
Euphorbia lambii (II)
Euphorbia moratii (I) (Jinkludi l-var. antsingiensis, bemarahensis and multiflora)
Euphorbia parvicyathophora (I)
Euphorbia quartziticola (I)
Euphorbia stygiana (II)
Euphorbia tulearensis (I)
FOUQUIERIACEAE
Ocotillos, boojums
Fouquieria columnaris (II) #4
Siġra Boojum
Fouquieria fasciculata (I)
Arbol del barril
Fouquieria purpusii (I)
GNETACEAE
Joint firs
Gnetum montanum (III in-Nepal) #1
JUGLANDACEAE
Siġar tal-ġewż, gavilan
Oreomunnea pterocarpa (II) #4
Gavilàn
LAURACEAE
Aniba rosaeodora (II)(magħrufa wkoll bħala A. duckei) #12
Rosewood tal-Brażil
LEGUMINOSAE
(FABACEAE)
Legumi
Caesalpinia echinata (II) #10
Injam tal-Brażil
Dalbergia nigra (I)
Rosewood tal-Brażil
Dalbergia retusa (III il-Gwatemala) (il-popolazzjoni tal-Gwatemala biss; il-popolazzjonijiet l-oħra kollha huma inklużi fl-Anness D) #5
Rosewood iswed
Dalbergia stevensonii (III il-Gwatemala) (il-popolazzjoni tal-Gwatemala biss; il-popolazzjonijiet l-oħra kollha huma inklużi fl-Anness D) #5
Aloe spp. (II) (għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A u Aloe vera, magħruf ukoll bħala Aloe barbadensis, li mhijiex inkluża fl-Annessi għal dan ir-Regolament) #4
Aloe
Aloe albida (I)
Aloe albiflora (I)
Aloe alfredii (I)
Aloe bakeri (I)
Aloe bellatula (I)
Aloe calcairophila (I)
Aloe compressa (I) (Jinkludi l- var. paucituberculata, rugosquamosa and schistophila)
Cedrela fissilis (III il-Bolivja) (il-popolazzjoni tal-Bolivja biss; il-popolazzjonijiet l-oħra kollha huma inklużi fl-Anness D) #5
Cedrela lilloi (III il-Bolivja) (il-popolazzjoni tal-Bolivja biss; il-popolazzjonijiet l-oħra kollha huma inklużi fl-Anness D) #5
Cedrela odorata (III Il-Bolivja / Il-Brażil / Il-Kolombja / Il-Gwatemala / Il-Peru) (Il-popolazzjonijiet tal-pajjiżi li elenkaw l-ispeċijiet fl-Appendiċi III biss; l-oħrajn kollha huma inklużi fl-Anness D) #5
Ċedru Spanjol
Swietenia humilis (II) #4
Siġra tal-kawba tal-Ħonduras
Swietenia macrophylla (II) (Popolazzjoni tan-Neotropiċi - tinkludi l-Amerika Ċentrali u ta’ Isfel u l-Karibew) #6
Siġra tal-kawba werqitha kbar
Swietenia mahagoni (II) #5
Siġra tal-kawba tal-Karibew
NEPENTHACEAE
Buqari karnivori (Dinja l-Qadima)
Nepenthes spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A) #4
Buqari karnivori tropikali
Nepenthes khasiana (I)
Buqar karnivoru Indjan
Nepenthes rajah (I)
Buqar karnivoru ġgant tropikali
ORCHIDACEAE
Orkidej
ORCHIDACEAE spp. (II) (Għajr għall-ispeċijiet inklużi fl-Anness A)(28) #4
Orkidej
Għall-ispeċijiet kollha li ġejjin ta’ orkidej tal-Anness A li ġejjin, in-nebbieta jew il-kulturi tat-tessut mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, meta:
jkunu miksuba in vitro, f’medja solida jew likwida, u
jidħlu fid-defizzjoni ta’ ‘ppropagati artifiċjalment’ skont l-Artikolu 56 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006, u
meta jkunu introdotti fl-Unjoni jew (ri-) esportati minnha f'kunsinni ta’ 100 pjanta jew aktar;
Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.).
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3626/82 tat-3 ta' Diċembru 1982 dwar l-implimentazzjoni fil-Komunità tal-Konvenzjoni dwar il-kummerċ internazzjonali fi speċi pperikolati ta' fawna u flora (ĠU L 384, 31.12.1982, p. 1).
Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE tal-24 ta' Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-annimali użati għal għanijiet sperimentali u għanijiet oħra xjentifiċi (ĠU L 358, 18.12.1986, p. 1).
Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
Il-popolazzjoni tal-Arġentina (elenkata fl-Anness B):Għall-għan waħdieni li jippermetti l-kummerċ internazzjonali tas-suf imqaxxar minn vicuñas ħajjin tal-popolazzjonijiet inklużi fl-Anness B, tad-drapp u tal-prodotti manifatturati derivati u oġġetti oħra ta’ artiġjanat. Fuq in-naħa ta’ ġewwa tad-drapp għandu jkun hemm il-logo adottat mill-Istati taż-żona ta’ distribuzzjoni tal-ispeċi, li huma firmatarji għall-‘Convenio para la Conservación y Manejo de la Vicuña’, u mal-bordura għandu jkun hemm il‑kliem ‘VICUÑA-ARGENTINA’. Prodotti oħra għandu jkollhom tikketta li tinkludi l-logo u d‑denominazzjoni ‘VICUÑA-ARGENTINA-ARTESANÍA’. L-eżemplari l-oħrajn kollha għandhom jitqiesu li huma eżemplari tal-ispeċijiet inklużi fl-Anness A u l-kummerċ fihom għandu jiġi rregolat skont dan.
Il-popolazzjoni tal-Bolivja (elenkata fl-Anness B):Għall-għan waħdieni li jippermetti l-kummerċ internazzjonali tas-suf imqaxxar minn vicuñas ħajjin u tad-drapp u ta’ oġġetti magħmulin minnu, inklużi oġġetti ta’ artiġjanat lussużi u xogħol tas-suf maħdum. Fuq in-naħa ta’ ġewwa tad-drapp għandu jkun hemm il-logo adottat mill-Istati taż-żona ta’ distribuzzjoni tal-ispeċi, li huma firmatarji għall‑‘Convenio para la Conservación y Manejo de la Vicuña’, u mal-bordura għandu jkun hemm il‑kliem ‘VICUÑA-BOLIVIA’. Prodotti oħra għandu jkollhom tikketta li tinkludi l-logo u d‑denominazzjoni ‘VICUÑA-BOLIVIA-ARTESANÍA’. L-eżemplari l-oħrajn kollha għandhom jitqiesu li huma eżemplari tal-ispeċijiet inklużi fl-Anness A u l-kummerċ fihom għandu jiġi rregolat skont dan.
Il-popolazzjoni taċ-Ċili (elenkata fl-Anness B):Għall-għan waħdieni li jippermetti l-kummerċ internazzjonali tas-suf imqaxxar minn vicuñas ħajjin tal-popolazzjonijiet inklużi fl-Anness B, u tad‑drapp u ta’ oġġetti magħmulin minnu, inklużi oġġetti ta’ artiġjanat lussużi u xogħol tas-suf maħdum. Fuq in-naħa ta’ ġewwa tad-drapp għandu jkun hemm il-logo adottat mill-Istati taż-żona ta’ distribuzzjoni tal-ispeċi, li huma firmatarji għall-‘Convenio para la Conservación y Manejo de la Vicuña’, u mal-bordura għandu jkun hemm il-kliem ‘VICUÑA-CHILE’. Prodotti oħra għandu jkollhom tikketta li tinkludi l-logo u d-denominazzjoni ‘VICUÑA-CHILE-ARTESANÍA’. L-eżemplari l-oħrajn kollha għandhom jitqiesu li huma eżemplari tal-ispeċijiet inklużi fl-Anness A u l-kummerċ fihom għandu jiġi rregolat skont dan.
Il-popolazzjoni tal-Peru (elenkata fl-Anness B): Għall-għan waħdieni li jippermetti l-kummerċ internazzjonali tas-suf imqaxxar minn vicuñas ħajjin u mill-3249 kg suf ta’ stokk eżistenti meta saret id‑disa’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (f’Novembru 1994), u tad-drapp u oġġetti magħmulin minnu, inklużi oġġetti ta’ artiġjanat lussużi u xogħol tas-suf maħdum. Fuq in-naħa ta’ ġewwa tad-drapp għandu jkun hemm il-logo adottat mill-Istati taż-żona ta’ distribuzzjoni tal-ispeċi, li huma firmatarji għall-‘Convenio para la Conservación y Manejo de la Vicuña’, u mal-bordura għandu jkun hemm il‑kliem ‘VICUÑA-PERU’. Prodotti oħra għandu jkollhom tikketta li tinkludi l-logo u d‑denominazzjoni ‘VICUÑA-PERU-ARTESANÍA’. L-eżemplari l-oħrajn kollha għandhom jitqiesu li huma eżemplari tal-ispeċijiet inklużi fl-Anness A u l-kummerċ fihom għandu jiġi rregolat skont dan.
L-ispeċijiet kollha huma elenkati fl-Appendiċi II għajr Balaena mysticetus, Eubalaena spp., Balaenoptera acutorostrata (għajr għall-popolazzjoni tal-Punent ta’ Greenland), Balaenoptera bonaerensis, Balaenoptera borealis, Balaenoptera edeni, Balaenoptera musculus, Balaenoptera physalus, Megaptera novaeangliae, Orcaella brevirostris, Sotalia spp., Sousa spp., Eschrichtius robustus, Lipotes vexillifer, Caperea marginata, Neophocaena phocaenoides, Phocoena sinus, Physeter catodon, Platanista spp., Berardius spp., Hyperoodon spp., li huma elenkati fl-Appendiċi I. Eżemplari tal-ispeċijiet elenkati fl-Appendiċi II tal-Konvenzjoni, inklużi prodotti u derivati minbarra prodotti tal‑laħam għal skopijiet kummerċjali, li jittieħdu min-nies ta’ Greenland taħt liċenzja mogħtija mill‑awtoritajiet kompetenti kkonċernati, jitqiesu li għandhom jiddaħħlu fl-Anness B. Hija stabbilita kwota ta’ esportazzjoni annwali ‘żero’ għall-eżemplari ħajjin mill-popolazzjoni ta’ Tursiops truncatus fil-Baħar l-Iswed li jitneħħew mis-selvaġġ u jinbigħu għal skopijiet kummerċjali.
Popolazzjonijiet tal-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel u ż-Żimbabwe (li huma inklużi fl-Anness B):Għall-għan esklussiv li jiġi permess: (a) kummerċ fi trofej tal-kaċċa għal għanijiet mhux kummerċjali; (b) kummerċ f’annimali ħajjin għal destinazzjonijiet xierqa u aċċettabbli kif iddefiniti f’Res. Conf 11.20 għall-Botswana u ż-Żimbabwe u għal programmi ta’ konservazzjoni in situ għan‑Namibja u l-Afrika t’Isfel; (c) kummerċ fil-ġlud; (d) kummerċ fix-xagħar; (e) kummerċ f’oġġetti tal-ġild għal għanijiet kummerċjali u mhux kummerċjali għall-Botswana, in-Namibja u l-Afrika u għal għanijiet mhux kummerċjali fiż-Zimbabwe; (f) kummerċ f’Ekipas immarkati u ċċertifikati individwalment inkorporati f’ġojjellerija ffinixjata għal għanijiet mhux kummerċjali għan-Namibja u tinqix fl-avorju għal għanijiet mhux kummerċjali fiż-Zimbabwe; (g) kummerċ f’avorju mhux maħdum irreġistrat (għall-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel u ż-Żimbabwe sinniet u biċċiet sħaħ) soġġetti għal li ġej: (i) stokks proprjetà tal-gvern irreġistrati biss, li joriġinaw fl-Istat (minbarra avorju kkonfiskat jew avorju ta’ oriġini mhux magħrufa); (ii) biss għal imsieħba kummerċjali li ġew ivverifikati mis‑Segretarjat, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti, li għandhom leġiżlazzjoni nazzjonali suffiċjenti u kontrolli kummerċjali domestiċi sabiex jiżguraw li l-avorju impurtat ma jiġix esportat mill‑ġdid u jkun ġestit skont ir-rekwiżiti kollha tar-Riżoluzzjoni Conf. 10.10 (Rev. CoP14) dwar manifattura u kummerċ domestiku; (iii) mhux qabel ma s-Segretarjat ikun ivverifika l-pajjiżi prospettivi tal-importazzjoni u l-istokks proprjetà tal-gvern irreġistrati; (iv) avorju mhux maħdum skont il-bejgħ kundizzjonali ta’ stokkijiet tal-avorju tal-gvern irreġistrati maqbula f’COP12 li huma 20000 kg (il‑Botswana), 10000 kg (in-Namibja), 30000 kg (l-Afrika t’Isfel); (v) minbarra l-kwantitajiet maqbula f’COP12, l-avorju tal-gvern mill-Botswana, iż-Żimbabwe, in-Namibja u l-Afrika t’Isfel irreġistrat sal‑31 ta’ Jannar 2007 u vverifikat mis-Segretarjat jista’ jiġi kkumerċjalizzat u ttrasportat, bl-avorju f’g) iv) f’biegħa waħda għal kull destinazzjoni taħt superviżjoni stretta mis-Segretarjat; (vi) ir-rikavat mill‑kummerċ jintuża esklussivament għall-konservazzjoni tal-iljunfanti u għal programmi komunitarji ta’ konservazzjoni u żvilupp fi ħdan jew maġenb iż-żona fejn jimirħu l-iljunfanti; u (vii) Il-kwalitajiet addizzjonali speċifikati f’ g) v) għandhom jiġu kkumerċjalizzati biss wara li l-Kumitat Permanenti jkun qabel li ntlaħqu l-kundizzjonijiet imsemmija fuq; (h) l-ebda proposta ulterjuri li tippermetti l-kummerċ fl-avorju tal-iljunfanti minn popolazzjonijiet diġa fl-Anness B m’għandha titressaq lill-Konferenza tal-Partijiet għall-perjodu minn COP 14 u fi tmiem disa’ snin mid-data tal-bejgħ uniku tal-avorju li għandu jseħħ skond id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu (g)(i), (g)(ii), (g)(iii), (g)(vi) u (g)(vii). Barra minn hekk, dawn il-proposti ulterjuri għandhom jiġu ttrattati skond id-Deċiżjonijiet 14.77 u 14.78. Fuq proposta mis-Segretarjat, il-Kumitat Permanenti jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf dan il-kummerċ parzjalment jew għal kollox fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mill-pajjiżi esportaturi jew importaturi, jew fil-każ ta’ impatti ta’ detriment ippruvati tal-kummerċ fuq popolazzjonijiet oħrajn tal-iljunfanti. L-eżemplari l-oħrajn kollha għandhom jitqiesu li huma eżemplari tal-ispeċijiet inklużi fl-Anness A u l-kummerċ fihom għandu jiġi rregolat skont dan.
L-inklużjoni ta’ Lamna nasus fl-Anness C hekk kif l-inklużjoni ta’ din l-ispeċi tidħol fis-seħħ fl‑Appendiċi III tal-Konvenzjoni, jiġifieri 90 jum wara li s-Segretarjat tal-Konvenzjoni jikkomunika lill‑Partijiet kollha li l-ispeċi ġiet inkluża fl-Appendiċi III tal-Konvenzjoni.
Dawn li ġejjin m’humiex suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament: Fossili; Ramel tal-korall, jiġifieri materjal li jikkonsisti fl-intier tiegħu jew in parti fi frak imfarrak b’mod fin ta’ korall mejjet mhux akbar minn 2 mm fid-djametru u li jistgħu jkunu jinsabu fih, fost affarijiet oħrajn, il‑fdal ta’ Foraminifera, mollusk u qoxra krustaċja, u alka korallina. Frak tal-korall (inkluż żrar u biċċiet tal-ġebel), jiġifieri frak mhux ikkonsolidat ta’ korall mejjet qisu saba' li huwa mkisser u materjal ieħor bejn 2 u 30 mm imkejjel fi kwaulnkw direzzjoni
Dawn li ġejjin m’humiex suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament: Fossili; Ramel tal-korall, jiġifieri materjal li jikkonsisti fl-intier tiegħu jew in parti fi frak imfarrak b’mod fin ta’ korall mejjet mhux akbar minn 2 mm fid-djametru u li jistgħu jkunu jinsabu fih, fost affarijiet oħrajn, il‑fdal ta’ Foraminifera, mollusk u qoxra krustaċja, u alka korallina. Frak tal-korall (inkluż żrar u biċċiet tal-ġebel), jiġifieri frak mhux ikkonsolidat ta’ korall mejjet qisu saba' li huwa mkisser u materjal ieħor bejn 2 u 30 mm imkejjel fi kwaulnkw direzzjoni
Dawn li ġejjin m’humiex suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament: Fossili; Ramel tal-korall, jiġifieri materjal li jikkonsisti fl-intier tiegħu jew in parti fi frak imfarrak b’mod fin ta’ korall mejjet mhux akbar minn 2 mm fid-djametru u li jistgħu jkunu jinsabu fih, fost affarijiet oħrajn, il‑fdal ta’ Foraminifera, mollusk u qoxra krustaċja, u alka korallina. Frak tal-korall (inkluż żrar u biċċiet tal-ġebel), jiġifieri frak mhux ikkonsolidat ta’ korall mejjet qisu saba' li huwa mkisser u materjal ieħor bejn 2 u 30 mm imkejjel fi kwaulnkw direzzjoni
Dawn li ġejjin m’humiex suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament: Fossili; Ramel tal-korall, jiġifieri materjal li jikkonsisti fl-intier tiegħu jew in parti fi frak imfarrak b’mod fin ta’ korall mejjet mhux akbar minn 2 mm fid-djametru u li jistgħu jkunu jinsabu fih, fost affarijiet oħrajn, il‑fdal ta’ Foraminifera, mollusk u qoxra krustaċja, u alka korallina. Frak tal-korall (inkluż żrar u biċċiet tal-ġebel), jiġifieri frak mhux ikkonsolidat ta’ korall mejjet qisu saba' li huwa mkisser u materjal ieħor bejn 2 u 30 mm imkejjel fi kwaulnkw direzzjoni
Dawn li ġejjin m’humiex suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament: Fossili; Ramel tal-korall, jiġifieri materjal li jikkonsisti fl-intier tiegħu jew in parti fi frak imfarrak b’mod fin ta’ korall mejjet mhux akbar minn 2 mm fid-djametru u li jistgħu jkunu jinsabu fih, fost affarijiet oħrajn, il-fdal ta’ Foraminifera, mollusk u qoxra krustaċja, u alka korallina. Frak tal-korall (inkluż żrar u biċċiet tal-ġebel), jiġifieri frak mhux ikkonsolidat ta’ korall mejjet qisu saba' li huwa mkisser u materjal ieħor bejn 2 u 30 mm imkejjel fi kwaulnkw direzzjoni
Eżemplari ppropagati artifiċjalment tal-ibridi u/jew kultivars li ġejjin mhumiex soġġetti għad‑dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament: Hatiora x graeseri Schlumbergera x buckleyi Schlumbergera russelliana x Schlumbergera truncata Schlumbergera orssichiana x Schlumbergera truncata Schlumbergera opuntioides x Schlumbergera truncata Schlumbergera truncata (kultivars) Mutanti tal-kulur Cactaceae spp., imlaqqma fuq dawn li ġejjin: Harrisia ‘Jusbertii’, Hylocereus trigonus jew Hylocereus undatus Opuntia microdasys (kultivars)
L-ibridi, propagati b;mod artifiċjali, ta’ Cymbidium, Dendrobium, Phalaenopsis u Vanda mhumiex suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, meta l-eżemplari diġà huma rikonoxxuti bħala ppropagati artifiċjalment u ma jkollhom l-ebda sinjali li nġabru mis-selvaġġ bħal ħsara mekkanika jew deidrazzjoni qawwija li tirriżulta minn ġbir, tkabbir irregolari u daqs u forma eteroġena fi ħdan grupp tassonomiku u konsenja, algi jew organiżmi epifillużi oħrajn imwaħħlin mal-weraq, jew ħsara minn insetti jew annimali ta’ ħsara oħra; kif ukoll(a) meta ttrasportati fi stat mhux ta’ fjura, l-eżemplari għandhom jiġu nnegozjati f’reċipjenti li jikkonsistu minn kontenituri individwali (bħal kartun, kaxxi jew xkafef individwali ta’ reċipjenti CC) fejn kull wieħed ikollu 20 pjanta jew iktar tal-istess ibridu; il-pjanti f’kull kontenitur għandhom juru grad għoli ta’ uniformità u saħħa; u l-konsenja għandha tkun akkumpanjata minn dokumentazzjonii, bħal fattura, li tiddikjara b’mod ċar l-għadd ta’ pjanti ta’ kull ibridu; jew(b) meta ttrasportati fi stat ta’ fjura, b’mill-inqas fjura waħda miftuħa għal kollox għal kull kampjun, l-ebda għadd minimu ta’ eżemplari għal kull konsenja ma huwa meħtieġ iżda l‑eżemplari għandhom jiġu pproċessati professjonalment għall-bejgħ kummerċjali bl-imnut, eż. tikkettati b'tikketti stampati jew ippakkjati f’pakketti stampati bl-isem tal-ibridu u l-pajjiż tal‑ipproċessar aħħari. Dan għandu jkun ċarament viżibbli u jippermetti l-verifika faċli. Pjanti li ma jikkwalifikawx ċarament għall-eżenzjoni għandhom ikun akkumpanjati mid-dokumenti CITES xierqa.
Eżemplari ppropagati b’mod artifiċjali ta’ kultivari ta’ Cyclamen persicum mhumiex soġġetti għad‑dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Dan ma japplikax, madankollu, għall-eżemplari nnegozjati bħat-tuberi inattivi.
Ibridi u kultivari ppropagati artifiċjalment ta’ Taxus cuspidata, ħajjin, fi qsari jew reċipjenti żgħar oħra, kull konsenja akkumpanjata minn tikketta jew dokument li jiddikjara l-isem tal-grupp tassonomiku jew tassonomiċi u t-test ‘ippropogat artifiċjalment’, mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir‑Regolament.
Opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd UE-Seychelles ***
210k
40k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles (16651/2013 – C7-0020/2014 – 2013/0375(NLE))
– wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (16651/2013),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles (16648/2013),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0020/2014),
– wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles (COM(2013)0765),
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles (COM(2013)0766),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 81(2) u l-Artikolu 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd dwar l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7–0201/2014),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;
2. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament bl-informazzjoni relevanti dwar il-laqgħat xjentifiċi konġunti previsti fl-Artikolu 4 tal-Ftehim ta’ Sħubija u l-laqgħat tal-kumitat konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija, b’mod partikolari l-minuti u l-konklużjonijiet korrispondenti, flimkien ma’ rapport annwali dwar l-implimentazzjoni prattika tal-programm multiannwali ta’ appoġġ settorjali msemmi fl-Artikolu 3 tal-Protokoll;
3. Jistieden lir-rappreżentanti tal-Kumitat għas-Sajd tiegħu, li jaġixxu bħala osservaturi, ikunu jistgħu jattendi l-laqgħat t’hawn fuq tal-kumitat konġunt previsti fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija;
4. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill, matul l-aħħar sena tal-validità tal-Protokoll u qabel il-ftuħ tan-negozjati għat-tiġdid tiegħu, rapport ta' valutazzjoni ex post dwar l-implimentazzjoni tiegħu, li jkun fih analiżi tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd u analiżi tal-ispiża f’relazzjoni mal-benefiċċju tal-Protokoll, flimkien ma' rapport dwar ir-restrizzjonijiet possibbli fuq l-operazzjonijiet tas-sajd u l-ħsara kkawżata lill-flotta tal-Unjoni li topera fiż-Żona Ekonomika Esklużiva tas-Seychelles bħala riżultat tal-piraterija f'din il-parti tal-Oċean Indjan;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tas-Seychelles.
Opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd UE-Komoros ***
205k
38k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ partijiet (16130/2013 – C7-0011/2014 – 2013/0388(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (16130/2013),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd li hemm fis-seħħ bħalissa bejn iż-żewġ partijiet (16127/2013),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), u (7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0011/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 81(2) u l-Artikolu 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0177/2014),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;
2. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq lill-Parlament il-minuti u l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt biex jimmonitorja l-implimentazzjoni, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim, kif previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-programm settorjali pluriennali previst fl-Artikolu 3 tal-protokoll; jistieden lill-Kummissjoni taġevola l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt; jistieden lill-Kummissjoni tressaq lill-Parlament u lill-Kunsill, fl-aħħar sena ta' applikazzjoni tal-protokoll fis-seħħ u qabel il-ftuħ tan-negozjati għat-tiġdid tiegħu, rapport sħiħ dwar l-implimentazzjoni tiegħu, mingħajr restrizzjonijiet bla ħtieġa tal-aċċess għalih;
3. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, filwaqt li jaġixxu fil-limiti tal-poteri rispettivi tagħhom, iżommu lill-Parlament mgħarraf immedjatament u b’kollox fl-istadji kollha tal-proċeduri relatati mal-protokoll il-ġdid u t-tiġdid tiegħu, skont it-termini tal-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Unjoni tal-Komoros.
Opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd UE-Madagaskar ***
201k
36k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (14164/1/2012 – C7-0408/2012 – 2012/0238(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14164/1/2012),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd attwalment fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (14159/2012),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0408/2012),
– wara li kkunsidra l-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikoli 81(1), 81(2) u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Baġits (A7-0178/2014),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Madagaskar.
Ftehim Qafas UE-Repubblika tal-Korea fir-rigward ta' kwistjonijiet relatati mar-riammissjoni ***
200k
35k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta' materji relatati mar-riammissjoni (05290/2014 – C7-0046/2014 – 2013/0267A(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05290/2014),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (06151/2010),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 79(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7‑0046/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 81(2) u l-Artikolu 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7‑0267/2014),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Korea.
Ftehim Qafas UE-Repubblika tal-Korea bl-eċċezzjoni tal-materji relatati mal-ammissjoni mill-ġdid ***
201k
35k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta' materji relatati mar-riammissjoni (05287/2014 – C7-0044/2014 – 2013/0267B(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (05287/2014),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, minn naħa oħra (06151/2010),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100, 191(4), 207, 212, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0044/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Artikolu 81(2) u l-Artikolu 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0265/2014),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Korea.
Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni KE-Montenegro (Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja) ***
202k
36k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (14187/2013 – C7-0007/2014 – 2013/0262(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14187/2013),
– wara li kkunsidra l-Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (14190/2013),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(i) u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0007/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 81(2) u l-Artikolu 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0192/2014),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Montenegro.
Ftehim Qafas UE-Ġeorġja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja fil-programmi tal-Unjoni ***
203k
35k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, dwar il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja fil-programmi tal-Unjoni (16612/2013 – C7-0486/2013 – 2013/0257(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16612/2013),
– wara li kkunsidra l-Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, dwar il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ġeorġja fil-programmi tal-Unjoni (16613/2013),
– wara li kkunsidra t-talba għal kunsens preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 212 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7‑0486/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Artikolu 81(2) u l-Artikolu 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7‑0191/2014),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ġeorġja.
Awtorizzazzjoni lill-Portugall biex japplika rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fir-reġjuni awtonomi tal-Madejra u tal-Ażores fir-rigward ta' ċertu xorb alkoħoliku *
198k
36k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fir-reġjun awtonomu tal-Madejra fir-rigward ta' rum u likuri prodotti u kkonsmati lokalment u fir-reġjun awtonomu tal-Ażores fir-rigward ta' likuri u eaux-de-vie prodotti u kkonsmati lokalment (COM(2014)0117 – C7-0104/2014 – 2014/0064(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2014)0117),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0104/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0262/2014),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sostanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
It-taxxa AIEM applikabbli fil-Gżejjer Kanarji *
198k
34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill fuq it-taxxa AIEM applikabbli fil-Gżejjer Kanarji (COM(2014)0171 – C7-0106/2014 – 2014/0093(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2014)0171),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0106/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0263/2014),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda tal-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2004/162/KE dwar id-dazji tal-baċir fid-dipartimenti ultraperiferiċi Franċiżi *
198k
35k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE dwar id-dazji tal-baċir fid-dipartimenti ultraperiferiċi Franċiżi (COM(2014)0181 – C7-0129/2014 – 2014/0101(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2014)0181),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0129/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0264/2014),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sostanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fir-rigward tal-mistoqsijiet parlamentari
435k
119k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar l-emenda tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament fir-rigward tal-mistoqsijiet parlamentari (2013/2083(REG))
– wara li kkunsidra l-ittra tal-President tiegħu tat-13 ta' Frar 2013,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7‑0123/2014),
1. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
2. Jiddeċiedi li l-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tal-ewwel sessjoni parzjali tat-tmien leġiżlatura parlamentari;
3. Jiddeċiedi li s-sistema ta' poloz stabbilita mill-emendi biex jiġu ddeterminati l-Membri li jkunu permessi jressqu mistoqsija għandha tiġi vvalutata wara perjodu ta' prova ta' sena mill-bidu tat-tmien leġiżlatura;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.
2. Ebda Membru ma jista' jagħmel aktar minn mistoqsija waħda lill-Kummissjoni f'sessjoni parzjali waħda.Test fis-seħħ
2. Il-Kummissarji mistiedna mill-Konferenza tal-Presidenti biex jipparteċipaw għandu jkollhom portafoll relatat mat-tema jew it-temi orizzontali speċifiċi li dwarhom ikunu se jsiru mistoqsijiet. In-numru ta’ Kummissarji għandu jkun limitat għal tnejn għal kull sessjoni parzjali, bil-possibilità li jiżdied it-tielet wieħed skont it-tema jew temi orizzontali speċifiċi magħżula għall-Ħin għall-Mistoqsijiet.
Emenda 1 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 116
1. Għandu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni f’kull sessjoni parzjali għal tul ta' 90 minuta dwar tema orizzontali speċifika waħda jew iktar minn waħda deċiżi mill-Konferenza tal-Presidenti xahar qabel is-sessjoni parzjali. 3. Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President, li jrid jieħu deċiżjoni dwar l-ammissibiltà tagħhom u dwar l-ordni li fih għandhom jitressqu. nterpellant għandu jiġi mgħarraf minnufih b'din id-deċiżjoni. 1. Għandu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni f'kull sessjoni parzjali fil-ħinijiet li jiġu deċiżi mill-Parlament fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti.
4. Il-proċedura dettaljata għandha tkun irregolata minn linji gwida stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura17.
3. Il-ħin għall-mistoqsijiet għandu jsir b'konformita ma' sistema ta' poloz li d-dettalji tagħha huma stabbiliti f'anness ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura17.
5. Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jistgħu jiġu organizzati ħinijiet għal mistoqsijiet speċifiċi mal-Kunsill, mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mal-President tal-Grupp tal-euro. 4. Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jistgħu jiġu organizzati ħinijiet għal mistoqsijiet speċifiċi mal-Kunsill, mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mal-President tal-Grupp tal-euro.
_______________
_______________
17Ara l-Anness II.
17Ara Anness II.
Emenda 2 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 117 – paragrafu 1
1. Kull Membru jista’ jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà skont kriterji stipulati f’anness ma' dawn ir-Regoli ta’ Proċedura18. L-awturi tal-mistoqsijiet għandhom ikunu esklużivament responsabbli mill-kontenut tal-mistoqsijiet. 1. Kull Membru jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont linji gwida stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura18. L-awturi tal-mistoqsijiet għandhom ikunu esklussivament responsabbli mill-kontenut tal-mistoqsijiet.
_______________
_______________
18Ara Anness III.
18Ara Anness III.
Emenda 3 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 117 – paragrafu 2
2. Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President li għandu jgħaddihom lid-destinatarji. Dubji dwar l-ammissibilità ta' mistoqsija għandha tittieħed deċiżjoni dwarhom mill-President. Id-deċiżjoni tiegħu għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija.
2. Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President. Id-dubji dwar l-ammissibilità ta' mistoqsija għandhom jiġu trattati mill-President. Id-deċiżjoni tal-President ma għandhiex tkun bbażata esklussivament fuq id-dispożizzjonijiet tal-anness imsemmi fil-paragrafu 1 iżda fuq id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura b'mod ġenerali. Id-deċiżjoni tal-President għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija.
Emenda 4 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 117 – paragrafu 2a (ġdid)
2a. Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati f’format elettroniku. Kull Membru jista’ jippreżenta massimu ta’ ħames mistoqsijiet fix-xahar.
Bħala eċċezzjoni, il-mistoqsijiet addizzjonali jistgħu jiġu ppreżentati fil-forma ta’ dokument stampat depożitat u ffirmat personalment mill-Membru kkonċernat fis-servizz rilevanti tas-Segretarjat.
Wara perjodu li jiskadi sena wara l-bidu tat-tmien leġiżlatura, il-Konferenza tal-Presidenti għandha twettaq valutazzjoni tar-reġim dwar il-mistoqsijiet addizzjonali
Emenda 7 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 117 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
Il-Membri għandhom jindikaw x'tip ta' mistoqsija qed iressqu. Id-deċiżjoni aħħarija għandha tittieħed mill-President.
imħassar
Emenda 8 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 117 – paragrafu 5
5. Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament.
5. Mistoqsijiet u tweġibiet għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Emenda 9 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 118 – paragrafu 1
1. Kull Membru jista’ jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-Bank Ċentrali Ewropew skont linji gwida stipulati f’anness għal dawn ir-Regoli ta’ Proċedura19. 1. Kwalunkwe Membru jista’ jagħmel sa mhux iktar minn sitt mistoqsijiet fix-xahar għal tweġiba bil-miktub lill-Bank Ċentrali Ewropew b'konformità ma' kriterji stipulati f’anness ma' dawn ir-Regoli ta’ Proċedura19. L-awturi tal-mistoqsijiet għandhom ikunu esklużivament responsabbli mill-kontenut tal-mistoqsijiet.
_______________
_______________
19 Ara Anness III.
19 Ara Anness III.
Emenda 10 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 118 – paragrafu 2
2. Dawn il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-president tal-kumitat responsabbli li għandu jgħaddihom lill-Bank Ċentrali Ewropew.
2. Tali mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President tal-kumitat responsabbli li għandu jinnotifikahom lill-Bank Ċentrali Ewropew. Id-dubji dwar l-ammissibilità ta’ mistoqsija għandhom jiġu trattati mill-President. Id-deċiżjoni tal-President għandha tkun innotifikata lill-awtur tal-mistoqsija.
Emenda 11 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 118 – paragrafu 3
3. Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
3. Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament.
Emenda 12 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness II
Kif għandu jitmexxa l-Ħin għall-Mistoqsijiet skond l-Artikolu 116 Kif għandu jitmexxa l-Ħin għall-Mistoqsijiet mal-Kummissjoni
A. Linji gwida
1. Il-Membri li jagħmlu mistoqsija lil wieħed mill-Kummissarji għandhom jintgħażlu permezz ta’ sistema ta’ poloz bil-mod li ġej:
1. Mistoqsijiet għandhom ikunu ammissibbli biss meta:
– kaxxa tal-poloz titqiegħed fid-daħla tal-Kamra siegħa qabel il-bidu tal-Ħin għall-Mistoqsijiet;
– jkunu konċiżi u jkunu fformulati b'mod tali li jippermettu li tweġiba fil-qosor;
– il-Membri li jixtiequ jagħmlu mistoqsija jiktbu isimhom fuq formola u jpoġġuha fil-kaxxa tal-poloz;
– ikunu jaqgħu fi ħdan il-kompetenza u l-isfera ta' responsabilità tad-destinatarju tagħhom u jkunu ta' interess ġenerali;
– il-Membri li jixtiequ jagħmlu mistoqsija jistgħu jippreżentaw mhux aktar minn formola waħda;
– ikunu jirrigwardaw, peress li jittrattaw kwestjonijiet speċifiċi għall-Kunsill, b'mod partikolari l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu ta' definizzjoni, ta’ koordinament jew ta’ eżekuzzjoni tal-linji politiċi tal-Unjoni, jew inkella il-prerogattivi tiegħu fil-qafas ta' proċeduri ta’ nomina jew dawk marbutin mal-funzjonament tal-istituzzjonijiet, korpi jew organizzazzjonijiet tal-Unjoni jew dawk marbutin ma' reviżjoni tat-trattati,
– il-President jibda l-Ħin għall-Mistoqsijiet u jagħlaq il-kaxxa tal-poloz;
–ma jkunux jeħtieġu studju jew riċerka estensiva preliminari mill-istituzzjoni kkonċernata;
– il-President itella’ l-poloz waħda waħda u jistieden lill-Membru magħżul jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Kummissarju kompetenti.
– ma jkunx fihom asserzjonijiet jew opinjonijiet;
2. Membru għandu jingħata minuta biex jifformula l-mistoqsija u l-Kummissarju jingħata żewġ minuti biex iwieġeb. Dak il-Membru jista' jagħmel mistoqsija supplimentari ta' 30 sekonda li jkollha relevanza diretta mal-mistoqsija prinċipali. Il-Kummissarju mbagħad għandu jingħata żewġ minuti biex jagħti tweġiba supplimentari.
– ikunu fformulati b'mod ċar u jirreferu għal kwistjoni speċifika;
3. Il-mistoqsijiet u l-mistoqsijiet supplimentari għandhom ikunu direttament relatati mat-tema orizzonatali speċifika magħżula. Il-President jista' jiddeċiedi dwar l-ammissibilità.
– ma jkunux jirrigwardaw kwistjonijiet strettament personali;
– ma jkollhomx l-għan li jinkisbu dokumenti jew informazzjoni ta' statistika;
– ikunu f'forma ta' mistoqsija.
2. Mistoqsija għandha tkun inammissibbli jekk l-aġenda tkun diġà tipprovdi għal diskusssjoni dwar is-suġġett bil-parteċipazzjoni ta' l-istituzzjoni kkonċernata, jew jekk il-mistoqsija tkun tikkonċerna t-twettiq tal-funzjoni leġislattiva u dik baġitarja tal-Kunsill imsemmija fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 16, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
3. Mistoqsija għandha tkun inammissibbli jekk tkun diġà saret u twieġbet mistoqsija identika jew simili matul it-tliet xhur ta' qabel, jew sa fejn din titlob biss tagħrif dwar is-segwitu għal riżoluzzjoni speċifika tal-Parlament ta' xorta li l-Kummissjoni tkun diġà tat f'komunikazzjoni ta' segwitu bil-miktub, ħlief fil-każ li jkun hemm żviluppi ġodda jew fil-każ li l-awtur ikun qiegħed ifittex iktar tagħrif. Fl-ewwel każ, kopja tal-mistoqsija u t-tweġiba għandha tingħata lill-awtur.
Mistoqsijiet supplimentari
4. Wara t-tweġiba, kull Membru jista' jagħmel mistoqsija supplimentari għal kull mistoqsija. B'kollox huwa jkun jista' jagħmel żewġ mistoqsijiet supplimentari.
5. Mistoqsijiet supplimentari huma suġġetti għar-regoli ta' ammissibbilità stipulati f'dawn il-linji gwida.
6. Il-President għandu jiddeċiedi dwar l-ammissibilità ta' mistoqsijiet supplimentari u għandu jillimita in-numru tagħhom sabiex kull Membru li jkun għamel mistoqsija ikun jista' jirċievi tweġiba għaliha.
Il-President m'għandux ikun marbut li jiddikjara li mistoqsija supplimentari tkun ammissibbli, anke meta tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' l-ammissibilità, jekk:
a) il-mistoqsija x’aktarx tkun ittellef it-tmexxija normali tal-Ħin għall-Mistoqsijiet, jew
b) il-mistoqsija prinċipali li magħha jkollha x'taqsam tkun diġà ġiet iċċarata biżżejjed b'mistoqsijiet supplimentari oħrajn, jew
c) ma jkollhiex konnessjoni diretta mal-mistoqsija prinċipali.
Tweġibiet għal mistoqsijiet
7. L-istituzzjoni kkonċernata għandha tiżgura li t-tweġibiet ikunu konċiżi u li jkunu rilevanti għas-suġġett tal-mistoqsija.
8. Jekk il-kontenut tal-mistoqsijijiet ikkonċernati jippermetti hekk, il-President jista' jiddeċiedi, wara li jikkonsulta lil min ikun għamel il-mistoqsijiet, li l-istituzzjoni kkonċernata tweġibhom f'daqqa.
9. Mistoqsija tista' titwieġeb biss jekk min ikun għamilha ikun preżenti jew jekk qabel ma jibda l-Ħin għall-Mistoqsijiet min għamilha jkun informa bil-miktub lill-President dwar l-isem tas-sostitut tiegħu.
10. Jekk la min għamel il-mistoqsija u lanqas is-sostitut tiegħu ma jkunu preżenti, il-mistoqsija għandha taqa'.
11. Jekk Membru iqiegħed fuq il-Mejda mistoqsija imma, la hu u lanqas is-sostitut tiegħu ma jkunu preżenti waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet, il-President għandu jikteb lill-Membru sabiex ifakkru fir-responsabbiltà tiegħu li jkun preżenti jew li jkollu sostitut. Jekk il-President ikollu jibgħat ittra ta' dan it-tip tliet darbiet fi spazju ta' tnax-il xahar, il-Membru kkonċernat jitlef id-dritt li jqiegħed fuq il-Mejda mistoqsijiet waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet għal perjodu ta' sitt xhur.
12. Mistoqsijiet li jibqgħu mhux imwieġba minħabba nuqqas ta' ħin għandhom jitwieġbu skond l-Artikolu 117(4) tar-Regoli, l-ewwel subparagrafu, ħlief fil-każ li l-awturi tagħhom jitolbu l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 117(3) tar-Regoli ta' Proċedura.
13. Il-proċedura għal tweġibiet bil-miktub għandha tkun irregolata mill-Artikolu 117(3) u (5) tar-Regoli ta' Proċedura.
Limiti ta' żmien
14. Mistoqsijiet għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda mhux inqas minn ġimgħa qabel ma jibda l-Ħin għall-Mistoqsijiet. Mistoqsijiet li ma jitqiegħdux fuq il-Mejda sa dan iż-żmien jistgħu jsiru waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet bil-kunsens ta' l-istituzzjoni kkonċernata.
Mistoqsijiet li jkunu ddikjarati ammissibbli għandhom jitqassmu lill-Membri u jintbagħtu lill-istituzzjonijiet ikkonċernati.
B. Rakkomandazzjonijiet
(estratt mir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-13 ta' Novembru 1986)
Il-Parlament Ewropew
1. Jirrakkomanda applikazzjoni aktar stretta tal-linji gwida għat-tmexxija tal-Ħin tal-Mistoqsijiet skond l-Artikolu 4327 tar-Regoli u, b'mod partikulari tal-paragrafu 1 dwar l-ammissibilità;
2. Jirrakkomanda użu aktar spiss tas-setgħa mogħtija lill-President tal-Parlament Ewropew permezz ta' l-Artikolu 43(3)28 li jiġbor mistoqsijiet għall-Ħin għall-Mistoqsijiet skond is-suġġett; iqis, madankollu, li huma biss il-mistoqsijiet li jkunu fl-ewwel nofs tal-lista ta' mistoqsijiet imqiegħda fuq il-Mejda għal sessjoni parzjali partikulari li għandhom jinġabru b'dan il-mod;
3. Jirrakkomanda, għal dak li għandu x'jaqsam ma' mistoqsijiet supplimentari li, bħala regola ġenerali, il-President għandu jippermetti mistoqsija supplimentari waħda mingħand min ikun għamel il-mistoqsija u mistoqsija supplimentari waħda jew tnejn, iżda mhux iżjed, magħmula minn Membri li preferibiliment ikunu minn grupp politiku u/jew Stat Membru differenti minn dak ta' l-awtur tal-mistoqsija prinċipali; ifakkar li mistoqsijiet supplimentari għandhom ikunu konċiżi u f'forma ta' mistoqsija u jissuġġerixxi li m'għandhomx ikunu itwal minn 30 sekonda.
4. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, skond il-punt 7 tal-linji gwida, sabiex jiżguraw li t-tweġibiet ikunu konċiżi u rilevanti għas-suġġett tal-mistoqsija.
_______________
27Illum huwa Artikolu 116
28Illum huwa Artikolu 116(3).
Emenda 13 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness III – titolu
Linji gwida għal mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub skond l-Artikoli 117 u 118
Kriterji għall-mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub skont l-Artikoli 117 u 118
Emenda 14 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness III – paragrafu 1 – inċiż 2
– jaqgħu taħt il-kompetenza u r-responsabilità tad-destinatarju kkonċernat u jkunu ta' interess ġenerali;
– jaqgħu esklużivament fil-limiti tal-kompetenzi tal-istituzzjonijiet kif stipulati fit-Trattati relevanti u fl-isfera ta' responsabilità tad-destinatarju, u jkunu ta’ interess ġenerali;
Emenda 15 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness III – paragrafu 1 – inċiż 3a (ġdid)
– ma jkunux itwal minn 200 kelma;
Emenda 16 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness III – paragrafu 1 – inċiż 5a (ġdid)
– ma jkunx fihom aktar minn tliet submistoqsijiet.
Emenda 17 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness III – paragrafu 2
2. Jekk mistoqsija ma tkunx konformi ma' dawn il-linji gwida, is-Segretarjat għandu jipprovdi lill-awtur b'parir dwar kif il-mistoqsija tista' titfassal sabiex tkun ammissibbli.
2. Fuq talba, is-Segretarjat għandu jipprovdi lill-awturi parir dwar kif issir konformità mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 f'każ individwali.
Emenda 18 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness III – paragrafu 3
3. Jekk tkun tressqet u twieġbet mistoqsija identika jew simili matul is-sitt xhur ta' qabel, jew sa fejn mistoqsija titlob biss tagħrif dwar is-segwitu għal riżoluzzjoni speċifika tal-Parlament ta' xorta li l-Kummissjoni tkun diġà tat f'komunikazzjoni ta' segwitu bil-miktub, is-Segretarjat għandu jibgħat kopja tal-mistoqsija u tat-tweġiba ta' qabel lill-awtur. Il-mistoqsija mtennija m'għandhiex tiġi mgħoddija lid-destinatarju ħlief jekk l-awtur isemmi żviluppi ġodda sinifikanti jew ħlief jekk ikun qed ifittex aktar tagħrif.
3. Jekk tkun tressqet u twieġbet mistoqsija identika jew simili matul is-sitt xhur ta' qabel, jew sa fejn mistoqsija titlob biss tagħrif dwar is-segwitu għal riżoluzzjoni speċifika tal-Parlament ta' xorta li l-Kummissjoni tkun diġà tat f'komunikazzjoni ta' segwitu bil-miktub, is-Segretarjat għandu jibgħat kopja tal-mistoqsija u tat-tweġiba ta' qabel lill-awtur. Il-mistoqsija mtennija m’għandhiex tiġi mgħoddija lid-destinatarju ħlief jekk il-President jiddeċiedi li jagħmel dan fid-dawl ta’ żviluppi ġodda sinifikanti u b’risposta għal talba raġunata mill-awtur.
Emenda 19 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness III – paragrafu 4
4. Jekk mistoqsija tfittex tagħrif fattwali jew statistika li diġà tkun disponibbli fil-librerija tal-Parlament, dan ta' l-aħħar għandu jinforma lill-Membru, li jista' jirtira l-mistoqsija.
4. Jekk mistoqsija tfittex informazzjoni fattwali jew statistika li tkun diġà disponibbli għas-servizzi ta’ riċerka tal-Parlament, din ma għandhiex tintbagħat lid-destinatarju iżda lil dawk is-servizzi, sakemm il-President ma jiddeċidiex mod ieħor fuq talba tal-awtur.
Emenda 20 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness III – paragrafu 5
5. Mistoqsijiet dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma xulxin jistgħu jitwieġbu flimkien.
5. Mistoqsijiet dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ xulxin jistgħu jinġabru flimkien mis-Segretarjat f’mistoqsija waħda u jitwieġbu flimkien.
Emenda tal-Artikolu 90 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar il-ftehimiet internazzjonali
358k
48k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar l-emenda tal-Artikolu 90 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar il-ftehimiet internazzjonali (2013/2259(REG))
– wara li kkunsidra l-ittri tad-29 ta' Jannar 2013 tal-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tat-13 ta' Frar 2013 tal-President tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali lill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0253/2014),
1. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
2. Jirrimarka li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.
Test fis-seħħ
Emenda
Emenda 1 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 90 – paragrafu 4
4. Fi kwalunkwe stadju tan-negozjati, il-Parlament jista', fuq il-bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli, u wara li jqis kwalunkwe proposta rilevanti imqiegħda fuq il-Mejda skond l-Artikolu 121, jadotta rakkomandazzjonijiet u jitlob li dawn jitqiesu qabel tiġi konkluża l-ftehima internazzjonali kkonċernata. 4. Fi kwalunkwe stadju tan-negozjati u minn tmiem in-negozjati sal-konklużjoni tal-ftehima, il-Parlament jista', fuq il-bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli, u wara li jqis kwalunkwe proposta rilevanti imqiegħda fuq il-Mejda skont l-Artikolu 121, jadotta rakkomandazzjonijiet u jitlob li dawn jitqiesu qabel tiġi konkluża dik il-ftehima.
Emenda 2 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 90 – paragrafu 5
5. Meta jitlestew in-negozjati, imma qabel ma tiġi ffirmata kwalunkwe ftehima, l-abbozz tal-ftehima għandu jitressaq quddiem il-Parlament biex tingħata opinjoni jew l-approvazzjoni. Għall-proċedura ta' approvazzjoni għandu japplika l-Artikolu 81. 5. Talbiet mill-Kunsill għal approvazzjoni jew opinjoni tal-Parlament għandhom jitressqu mill-President quddiem il-kumitat responsabbli għal konsiderazzjoni skont l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 43(1).
Emenda 3 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 90 – paragrafu 6
6. Qabel ma ssir il-votazzjoni dwar l-approvazzjoni, il-kumitat responsabbli jew grupp politiku jew mhux inqas minn wieħed minn kull għaxar Membri, jistgħu jipproponu li l-Parlament jitlob opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompatibilità ta' ftehima internazzjonali mat-Trattati. Jekk il-Parlament japprova proposta ta' dan it-tip, il-votazzjoni dwar l-approvazzjoni għandha tiġi ddiferita sakemm il-Qorti tagħti l-opinjoni tagħha15.
6. Qabel ma ssir il-votazzjoni, il-kumitat responsabbli jew grupp politiku jew mhux inqas minn wieħed minn kull għaxar Membri, jistgħu jipproponu li l-Parlament jitlob opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompatibilità ta' ftehima internazzjonali mat-Trattati. Jekk il-Parlament japprova proposta ta' dan it-tip, il-votazzjoni għandha tiġi ddiferita sakemm il-Qorti tagħti l-opinjoni tagħha15.
__________________
__________________
15 Ara wkoll l-interpretazzjoni tal-Artikolu 128.
15 Ara wkoll l-interpretazzjoni tal-Artikolu 128.
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament biex tkun prevista l-possibbiltà ta' firem elettroniċi
348k
42k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar l-emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament biex tkun prevista l-possibbiltà ta' firem elettroniċi (2014/2011(REG))
– wara li kkunsidra l-ittra tal-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tal-10 ta' Diċembru 2013,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7‑0175/2014),
1. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
2. Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.
Test fis-seħħ
Emenda
Emenda 1 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 148a (ġdid)
Artikolu 148a
Proċessar elettroniku ta' dokumenti
Id-dokumenti tal-Parlament jistgħu jiġu ppreparati, iffirmati u mqassmin f'forma elettronika. Il-Bureau għandu jiddeċiedi dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u dwar il-preżentazzjoni tal-forma elettronika.
Emenda 2 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 156 – paragrafu 1 – l-interpretazzjoni li tidher wara s-subparagrafu 2
Emendi jistgħu jiġu ffirmati elettronikament bħala parti minn proġett pilota li jinvolvi għadd limitat ta' kumitati parlamentari, bil-kundizzjoni, l-ewwel, li l-kumitati li jipparteċipaw fil-proġett ikunu qablu għal dan u, t-tieni, li jitqiegħdu fis-seħħ miżuri xierqa biex tkun żgurata l-awtentiċità tal-firem.
imħassar
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2014: aġġustamenti tekniċi dwar il-Fond Ewropew ta' Investiment, Orizzont 2020 u l-Impriża Konġunta Shift2Rail
212k
44k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2014 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni (08219/2014 – C7-0146/2014 – 2014/2018(BUD))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, adottat b'mod definittiv fl-20 ta' Novembru 2013(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(4),
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fiż-żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew għall-Investiment (COM(2014)0066),
– wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail (COM(2013)0922),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 1/2014, adottat mill-Kummissjoni fil-11 ta' Frar 2014 (COM(2014)0078),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2014 adottata mill-Kunsill fid-9 ta' April 2014 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-10 ta' April 2014(08219/2014 – C7‑0146/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7‑0276/2014),
A. billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2014 għandu x'jaqsam ma' għadd ta' aġġustamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-baġit għall-2014 bi qbil mal-adozzjoni tal-aħħar atti leġiżlattivi u, b'mod partikolari, l-aġġustamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni taż-żieda kapitali proposta għall-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI), il-bidliet li jirriżultaw mill-bażi ġuridika tal-programm Orizzont 2020 adottata wara li l-baġit għall-2014 ġie adottat formalment, u l-aġġustamenti marbutin mal-ħolqien tal-istruttura baġitarja għall-proposta għall-Impriża Konġunta Shift2Rail;
B. billi ż-żieda fil-bażi kapitali tal-FEI se tikkontribwixxi biex jittejjeb l-aċċess tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għall-finanzjament permezz tal-programmi COSME u Orizzont 2020;
C. billi hemm bżonn ta' bidliet għan-nomenklatura tal-programm Orizzont 2020 biex jiġi allinjat mad-dispożizzjonijiet tal-bażi ġuridika adottata f'Diċembru 2013;
D. billi hemm bżonn tal-ħolqien tal-istruttura baġitarja xierqa għall-Impriża Konġunta Shift2Rail u dan diġà sar għall-impriżi konġunti l-oħra waqt il-proċedura baġitarja għall-2014;
E. billi l-għan tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2014 huwa li dawn l-aġġustamenti baġitarji jiddaħħlu b'mod formali fil-baġit tal-2014;
F. billi l-effett tal-bidliet proposti fuq il-baġit qed jiġi ppreżentat bħala wieħed newtrali, bl-ebda bidla għal-livell kumplessiv ta' nfiq għall-2014;
1. Ifakkar li l-programm ta' ħidma għall-attività koperta mil-linja baġitarja 08 02 04 01 "Ix-xjenza għas-Soċjetà u magħha" jindika impenji ta' madwar EUR 53 miljun fl-2014 waqt li l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2014 ma jissuġġerixxi l-ebda allokazzjoni għal din il-linja; ifakkar lill-Kummissjoni rigward l-impenn li ħadet matul it-trilogu baġitarju tat-2 ta' April 2014 li tipproċedi minnufih għal trasferiment intern għal-linja 08 02 04 01 "Ix-xjenza għas-Soċjetà u magħha" b'mod li tiżgura bidu bla intoppi għal din l-attività skont il-programm ta' ħidma u kif previst fil-bażi ġuridika;
2. Jieħu nota tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2014, kif ippreżentat mill-Kummissjoni, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwaru;
3. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2014;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-Baġit Emendatorju Nru 1/2014 ġie adottat b'mod definittiv u jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-għan li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE (05560/2/2014– C7-0133/2014– 2011/0398(COD))
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05560/2/2014 – C7‑0133/2014),
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mis-Senat Franċiż, il-Bundesrat Ġermaniż u mill-Kamra tar-Rappreżentati tal-Pajjiżi l-Baxxi, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta’ Marzu 2012(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta’ Lulju 2012(2),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0828),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0274/2014),
1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
2. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva 2002/49/KE
Il-Kummissjoni qed tiddiskuti mal-Istati Membri l-Anness II għad-Direttiva 2002/49/KE (metodi tal-assessjar għall-indikaturi tal-ħsejjes) bil-ħsieb li jiġi adottat fix-xhur li ġejjin.
Abbażi tax-xogħol li qed twettaq id-WHO attwalment dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet għas-saħħa tal-impatt tal-istorbju, il-Kummissjoni biħsiebha tirrevedi l-Anness III għad-Direttiva 2002/49/KE (metodi tal-assessjar għall-effetti ta’ ħsara).
Azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 ***II
276k
37k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fid-dawl tal-adozzjoni ta' Deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Bliet Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sa 2033 u t-tneħħija tad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE (05793/1/2014 – C7-0132/2014 – 2012/0199(COD))
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05793/1/2014‑C7-0132/2014,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta' Frar 2012(1) u tat-30 ta' Novembru 2012(2),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0407),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat FUE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0275/2014),
1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
2. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat FUE;
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-għan tal-adozzjoni tarRegolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd (06103/1/2014 – C7-0100/2014 – 2012/0216(COD))
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06103/1/2014 – C7‑0100/2014),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-14 ta’ Novembru 2012(1),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0447),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0272/2014),
1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
2. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (COM(2012)0131 – C7-0086/2012 – 2012/0061(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0131),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 53(1) u 62 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0086/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2012(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-29 ta' November 2012(2),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0249/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa hawnhekk, li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġislattiv finali;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI” )
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2014/67/UE.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
rigward l-Artikolu 4(3)(g)
Il-fatt jekk post li fih ikun temporanjament assenjat ħaddiem stazzjonat biex jagħmel xogħlu fil-qafas tal-forniment ta' servizzi mteliex jew le mill-istess ħaddiem jew ħaddiem ieħor (stazzjonat) matul kwalunkwe perijodu preċedenti jikkostitwixxi biss waħda mill-elementi possibbli li għandhom jitqiesu meta tkun qed issir il-valutazzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni fattwali, fil-każ li jkun hemm dubju.
Is-sempliċi fatt li dan jista' tkun wieħed mill-elementi ma għandu bl-ebda mod jiġi interpretat fis-sens li qed tiġi imposta projbizzjoni fuq is-sostituzzjoni possibbli ta' ħaddiem stazzjonat b'ħaddiem stazzjonat ieħor jew li tfixkel il-possibbiltà li ssir tali sostituzzjoni, li tista' tkun inerenti b'mod partikolari għal servizzi li huma pprovduti fuq bażi staġonali, ċiklika jew ripetittiva.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-ritorn ta’ oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru (Riformulazzjoni) (COM(2013)0311 – C7-0147/2013 – 2013/0162(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0311),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0147/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Settembru 2013(1),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(2),
– wara li kkunsidra l-ittra tal-5 ta’ Novembru 2013 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0058/2014),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-ritorn ta' oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta' Stat Membru u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (Riformulazzjoni)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ biex tnaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief (COM(2013)0761 – C7-0392/2013 – 2013/0371(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0761),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0392/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta’ Frar 2014(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' April 2014(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0174/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni li temenda d-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ biex tnaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni lill-Kumitat tar-Reġjuni(4),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva(5),
Billi:
(1) Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) ġiet adottata sabiex tipprojbixxi jew tnaqqas l-impatt tal-imballaġ u l-iskart mill-imballaġ fuq l-ambjent. Għalkemm il-basktijeit tal-plastik jikkostitwixxu mballaġ fi ħdan it-tifsira ta' dik id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet tagħha ma fihomx miżuri speċifiċi marbuta mal-konsum ta' dawn il-basktijiet.
(2) Il-KonsumIl-konsum tal-basktijiet tal-plastik jirriżulta f'livelli għoljin ta' skart u użu ineffiċjenti tar-riżorsi u humahuwa mistenni li jiżdied jekk ma hija se tittieħed l-ebda azzjoni. L-iskart tal-basktijiet tal-plastik jikkontribwixxi għall-problemajirriżulta fi tniġġis ambjentali u jaggrava l-problema mifruxa tal-iskart fil-baħar li qed thedded l-ekosistemi fl-ilmijiet, li hi ta' theddida għall-ekosistemi marittimi akkwatiċi madwar id-dinja kollha.[Em. 1]
(2a) Barra minn hekk, l-akkumulazzjoni tal-basktijiet tal-plastik fl-ambjent għandha b’mod ċar impatt negattiv fuq ċerti fergħat tal-ekonomija, bħat-turiżmu.[Em. 2]
(3) Basktijiet tal-plastik ħfief ta' ħxuna inqas minn 50 microns, li jirrapreżentaw il-maġġoranza vasta tal-għadd totali tal-basktijiet tal-plastik kkunsamati fl-Unjoni, jerġgħu jintużaw inqas minn basktijiet tal-plastik eħxen u għalhekk, u b'hekk isiru skart aktar malajr, huma aktar probabbli li jispiċċaw skartu, minħabba l-piż ħafif tagħhom, huwa aktar probabbli li jispiċċaw imferrxa fl-ambjent, f'ekosistemi fuq l-art, fl-ilma ħelu kif ukoll fil-baħar.[Em. 3]
(3a) Ir-rati attwali ta’ riċiklaġġ huma baxxi ħafna, anki jekk il-basktijiet tal-plastik huma riċiklabbli. Barra minn hekk, ir-riċiklaġġ tal-basktijiet tal-plastik mhuwiex mistenni li jilħaq livell sinifikanti, peress li minħabba l-irquqija u l-piż ħafif tagħhom, il-basktijiet tal-plastik ma għandhomx valur ta’ riċiklaġġ għoli. Barra minn hekk, ma hemmx ġbir separat għall-basktijiet tal-plastik, it-trasport tagħhom huwa għali, u l-ħasil tagħhom għal raġunijiet ta’ riċiklaġġ jirrikjedi volumi kbar ta’ ilma. Għalhekk, ir-riċiklaġġ tal-basktijiet tal-plastik ma jsolvix il-problemi li jikkaġunaw.[Em. 4]
(3b) Skont il-ġerarkija tal-iskart, il-prevenzjoni dejjem tiġi l-ewwel. Għalhekk, ġiet definita mira ta' tnaqqis għall-UE kollha. Madanakollu, il-basktijiet tal-plastik jintużaw għal diversi raġunijiet u se jibqgħu jintużaw fil-futur. Sabiex jiġi żgurat li l-basktijiet tal-plastik meħtieġa ma jispiċċawx mormija fl-ambjent, l-infrastruttura għall-ġestjoni tal-iskart – speċjalment ir-riċiklaġġ – għandha titwessa' u l-konsumaturi għandhom ikunu infurmati dwar kif għandhom jarmu l-iskart.[Em. 46]
(4) Il-livelli tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ivarjaw b'mod konsiderevoli fl-Unjoni mhux biss minħabba differenzi fl-abitudni tal-konsum, is-sensibilizzazzjonius-sensibilizzazzjoni ambjentali, kif ukoll l-effettività, iżda primarjament minħabba l-grad ta’ effettività tal-miżuri tal-politika li jittieħdu mill-Istati Membri. Xi Stati Membri rnexxielhom inaqqsu l-livelli tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik b'mod sinifikanti, fejn il-livell medju tal-konsum fis-seba' Stati Membri bl-aħjar prestazzjoni jammonta għal 20% biss tal-konsum medju tal-UE. Miri ta' tnaqqis fl-Unjoni kollha għandhom jitfasslu b'paragun mal-konsum medju tal-basktijiet tal-plastik fl-Unjoni kollha sabiex jitqies it-tnaqqis li diġà ntlaħaq f'ċerti Stati Membri.[Em. 5]
(4a) Id-data disponibbli dwar l-użu tal-basktijiet tal-plastik fl-Unjoni turi biċ-ċar li l-konsum ikun baxx jew naqas, f’dawk l-Istati Membri fejn l-operaturi ekonomiċi ma jagħtux il-basktijiet tal-plastik b’xejn, iżda minflok jimponu ħlas ċkejken.[Em. 6]
(4b) Barra minn hekk, jidher li informazzjoni lill-konsumatur hija strumentali biex jintlaħaq kwalunkwe għan ta’ tnaqqis tal-użu tal-basktijiet tal-plastik. Għalhekk, huwa meħtieġ li jsiru sforzi fil-livell istituzzjonali li jżidu s-sensabilizzazzjoni dwar l-impatt ambjentali tal-użu tal-basktijiet tal-plastik u biex titwarrab il-perċezzjoni attwali li l-basktijiet tal-plastik huma komodità mhux dannuża, irħisa u instrinsikament mingħajr valur.[Em. 7]
(5) Sabiex jippromwovu tnaqqis simili tal-livell medju tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex inaqsu sinifikament il-konsum tal-basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta' inqas minn 50 microns b'użu mill-ġdid limitat ħafna f'konformità mal-għanijiet ġenerali tal-politika tal-UE dwar l-iskart u l-ġerarkija tal-UE dwar l-iskart kif tipprovdi d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7). Miżuri ta' tnaqqis bħal dawn għandhom iqiesu l-livelli tal-konsum attwali tal-basktijiet tal-plastik fl-Istati Membri individwali, fejn livelli iktar għoljin jirrikjedu sforzi iktar ambizzjużi. L-awtoritajiet nazzjonali se jipprovdu dejta dwar l-użu tagħhom skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 94/62/KE sabiex jimmonitorjaw il-progress fit-tnaqqis tal-użu tal-basktijiet tal-plastik.[Em. 8]
(5a) Il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri għandhom jinvolvu l-użu ta’ strumenti ekonomiċi bħall-ipprezzar, li ta prova li hu partikolarment effettiv biex inaqqas l-użu tal-basktijiet tal-plastik. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi ma jipprovdux basktijiet tal-plastik għajr basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jew alternattivi għalihom, mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ tal-oġġetti jew il-prodotti. L-Istati Membri għandhom iħeġġu wkoll lill-operaturi ekonomiċi li jbigħu biss prodotti mhux tal-ikel biex ma jipprovdux basktijiet tal-plastik mingħajr ħlas fil-punt ta' bejgħ tal-oġġetti u l-prodotti.[Em. 9]
(6) Il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-IstatiL-Istati Membri jistgħu jinvolvu l-użu ta'għandhom ukoll ikunu jistgħujużaw strumenti ekonomiċi bħat-taxxi u l-imposti, li taw prova li huma partikolarment effettivi biex inaqsu l-użu tal-basktijiet tal-plastik, kif ukoll ir-restrizzjonijiet kummerċjali bħal projbizzjonijiet b'deroga tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 94/62/KE, suġġett għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 34 sa 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).[Em. 10]
(6a) Il-basktijiet tal-plastik użati għat-tgeżwir ta’ ikel niedi u sfuż bħal-laħam nej, il-ħut u prodotti tal-ħalib u l-basktijiet tal-plastik użati għal prodotti tal-ikel ippreparati u mhux ippakkjati huma meħtieġa għall-iġjene tal-ikel u b’hekk għandhom jiġu eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.[Em. 47 u 51]
(6b) Basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jintużaw frekwentament għax-xiri ta' ikel niexef, sfuż u mhux ippakkjat bħall-frott, il-ħxejjex jew il-ħlewwiet. L-użu ta' basktijiet tal-plastik ħfief ħafna għal tali finijiet jgħin il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel, peress li jippermetti lill-konsumaturi jixtru l-ammont eżatt meħtieġ minflok kwantità fissa ppakkjata minn qabel, u peress li jippermetti li prodott li m'għadux tajjeb għall-konsum jitneħħa minn fuq l-ixkafef speċifikament mingħajr il-bżonn li jintremgħu pakketti sħaħ ippakkjati minn qabel. Madanakollu, basktijiet tal-plastik ħfief ħafna magħmulin minn plastiks konvenzjonali jippreżentaw problema partikolari fir-rigward tal-iskart.[Em. 12]
(6c) Basktijiet tal-plastik magħmulin minn materjali bijodegradabbli u kompostabbli jagħmlu anqas ħsara lill-ambjent minn basktijiet tal-plastik konvenzjonali. Fejn l-użu ta' basktijiet tal-plastik jipprovdi benefiċċji importanti, jiġifieri fejn basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jintużaw għal ikel niexef, sfuż,u mhux ippakkjat bħall-frott, il-ħxejjex u l-ħlewwiet, dawk il-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna konvenzjonali għandhom jiġu sostitwiti gradwalment minn basktijiet magħmulin minn karta rriċiklata, jew basktijiet tal-plastik ħfief ħafna li jkunu bijodegradabbli u kompostabbli. Fejn l-użu ta' basktijiet tal-plastik għandu jitnaqqas, jiġifieri l-użu ta' basktijiet tal-plastik ħfief, l-użu ta' tali bastkijiet magħmulin minn materjali bijodegradabbli u kompostabbli għandhom ukoll jaqgħu wkoll taħt il-mira ġenerali ta' tnaqqis. Madankollu, l-Istati Membri li għandhom stabbilit ġbir separat tal-bijoskart għandhom jitħallew inaqqsu l-prezz ta' basktijiet tal-plastik ħfief bijodegradabbli u kompostabbli.[Em. 13].
(6d) Il-programmi edukattivi mmirati lejn il-konsumaturi b’mod ġenerali, kif ukoll lejn it-tfal b’mod partikolari, għandu jkollhom rwol partikolari fit-tnaqqis tal-użu tal-basktijiet tal-plastik. Dawk il-programmi edukattivi għandhom jiġu implimentati kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-produtturi u l-bejjiegħa bl-imnut fil-punt tal-bejgħ tal-oġġetti u l-prodotti;[Em. 14]
(6e) Ir-rekwiżiti essenzjali fir-rigward tal-imballaġġ li huwa rikuperabbli fil-forma ta' kompostjar għandhom jiġu emedati biex jiżguraw l-iżvilupp ta' standard Ewropew għal kompostjar tal-ġnien. Ir-rekwiżiti essenzjali fir-rigward tal-imballaġġ bijodegradabbli għandhom jiġu emendati biex jiġi żgurat li biss il-materjali kompletament bijodegradabbli jitiqiesu bħala bijodegradabbli.[Em. 15]
(6f) L-istandard Ewropew EN 13432 dwar "Rekwiżiti għall-imballaġġ li jistgħu jiġu rkuprati permezz tal-kompostjar u l-bijodegradazzjoni - skema għall-ittesttjar u kriterji ta' evalwazzjoni għall-aċċettazzjoni finali tal-imballaġġ" jistabbilixxi l-karatteristiċi li materjal għandu jkollu sabiex ikun jista' jitqies "kompostabbli", jiġifieri li jista' jiġi riċiklat permezz ta' proċess ta' rkupru organiku magħmul minn kompostjar u d-diġestjoni anerobika. Il-Kummissjoni għandha titlob lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni jżviluppa stantard separat għal kompostjar tal-ġnien.[Em. 16]
(6g) Xi materjali tal-plastik jissejħu “ossobijodegradabbli” mill-manifatturi tagħhom. F’tali materjali tal-plastik, addittivi “ossobijodegradabbli”, tipikament imluħ metalliċi, jiġu inkorporati fi plastiks konvenzjonali. Bħala riżultat tal-ossidazzjoni ta' dawk l-addittivi, dawn il-materjali tal-plastik jifframmentaw f'partiċelli jżgħar, li jibqgħu fl-ambjent. Għalhekk wieħed ikun qed iqarraq b’dak li jkun jekk jirreferi għal dawn il-materjali tal-plastik bħala “bijodegradabbli”. Il-frammentazzjoni tittrasforma skart viżibbli ta’ oġġetti bħal basktijiet tal-plastik fi skart mhux viżibbli permezz ta' mikroplastiks sekondarji. Din mhijiex soluzzjoni għall-problema tal-iskart, iżda aktar minn hekk iżżid it-tniġġis tal-ambjent b’dawk il-materjali tal-plastik. Għalhekk, dawn il-materjali tal-plastik ma għandhomx jintużaw għall-imballaġġ tal-plastik.[Em. 17]
(6h) L-użu ta' sustanzi li huma karċinoġeni, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni u sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali għandu jitneħħa gradwalment mill-materjal tal-imballaġġ sabiex jiġi evitat esponiment bla bżonn tal-bniedem għal tali sustanzi u biex jiġi evitat li dawn is-sustanzi jsibu ruħhom fl-ambjent matul il-fażi tal-iskart.[Em. 18].
(6i) Sustanzi ta’ ħsara, b’mod partikolari l-kimiċi li jaffettwaw l-ormoni, fil-basktijiet tal-plastik, għandhom ikunu kompletament ipprojbiti biex jiġi żgurat livell tajjeb ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem.[Em. 19]
(7) Il-miżuri biex jitnaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik ma għandux iwassalgħandhomiwasslu għal tnaqqis sostenibbli fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief u ma għandhomx iwasslu għal żieda ġenerali fil-ġenerazzjoni tal-imballaġ.[Em. 20]
(7a) Sabiex jiġi żgurat ir-rikonoxximent fl-Unjoni kollha tal-indikazzjonijiet (il-marka, karatteristiku jew kodiċi tal-kulur) għal basktijiet kompostabbli u bijogradabbli, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni ta' tali indikazzjonijiet. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.[Em. 21]
(8) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konsistenti mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi(8) u għandhom jikkontribwixxu għal azzjonijiet kontra l-iskart li jitwettqu f'konformità mad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9).
(8a) Biex ma jiġix affettwat il-funzjonament tas-suq intern, għandhom japplikaw kundizzjonijiet ugwali għall-materjali użati fl-Unjoni Ewropea kollha. Differenzi fil-mod kif jiġu ttrattati ċerti materjali f’xi Stati Membri huma ta’ detriment għar-riċiklaġġ u l-kummerċ.[Em. 22]
(9) Id-Direttiva 94/62/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 94/62/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(-1) Fl-Artikolu 3, jiddaħħlu l-punti li ġejjin:"
'-2a. ‘basktijiet tal-plastik’ għandha tfisser basktijiet b'manku jew mingħajru, magħmulin minn materjali tal-plastik kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011, li jiġu fornuti lill-konsumaturi fil-punt tal-bejgħ tal-oġġetti jew prodotti għall-fini tal-ġarr tal-oġġetti. Basktijiet tal-plastik meħtieġa għall-iġjene tal-ikel użati għat-tgeżwir ta’ ikel niedi u sfuż bħal-laħam nej, il-ħut u prodotti tal-ħalib u l-basktijiet tal-plastik użati għal prodotti tal-ikel ippreparati u mhux ippakkjati ma għandhomx jitqiesu bħala basktijiet tal-plastik għall-finijiet ta’ din id-Direttiva;[Em. 48 u 53]
2a.
'basktijiet tal-plastik ħfief' għandha tfisser basktijiet magħmula minn materjali tal-plastik kif hemm definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 10/2011* bi ħxuna li hija inqas minn 50 microns u li huma fornuti lill-konsumaturi fil-punt tal-bejgħ tal-oġġetti jew prodotti, għajr basktijiet tal-plastik ħfief ħafna; [Em. 24]
2b.
“basktijiet tal-plastik ħfief ħafna” għandha tfisser basktijiet magħmulin minn materjali tal-plastik kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 bi ħxuna li hija ta’ inqas minn 10 microns;” [Em. 25]
"
2c. "materjali tal-plastik ossoframmentabbli" tfisser materjali li jinkludu addittivi tal-plastik li jikkatalizzaw il-frammentazzjoni tal-materjal tal-plastik f'mikroframmenti ta' materjal tal-plastik;[Em. 26]
2d. "bijoskart" tfisser skart bijodegredabbli tal-ġnien u l-ġonna, skart tal-ikel u tal-kċina mid-djar, ristoranti, fornituri tal-ikel u postijiet tal-bejgħ u skart komparabbli minn impjanti għall-ipproċessar tal-ikel; Id-definizzjoni ta’ bijoskart ma tinkludix il-fdalijiet mill-foresti jew il-fdalijiet agrikoli, demel tar-raba’, il-ħama tad-drenaġġ, jew skart bijodegredabbli ieħor bħal tessuti naturali, karti jew injam ipproċessat. Teskludi wkoll dawk il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-ikel li qatt ma jsiru skart; [Em. 27]
2e. "sustanzi li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni" għandhom ifissru sustanzi li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1A jew 1B skont it-Taqsima 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;[Em. 28]
2f. "sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali" għandha tfisser sustanzi li għandhom karatteristiċi li jfixklu s-sistema endokrinali u li għalihom hemm evidenza xjentifika ta' effetti serji possibbli għas-saħħa tal-bniedem jew li ġew identifikati skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew Parlament u tal-Kunsill***, jew li ġew identifikati skont ir-Rakkomandazzjoni funzjonali tal-Kummissjoni [... / ... / UE]**** [Em. 29]
_______________________
* Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta' Jannar 2011 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).
** Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
*** Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
**** Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni [.../.../EU] ta'... dwar il-kriterji għall-identifikazzjoni ta'sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali (GU C...).' [Em. 29]
(-2) Fl-Artikolu 4, jiddaħħlu il-paragrafi li ġejjin:"
"-1a Stat Membru għandu jiżgura li l-imballaġġ jiġi mmanifatturat b'tali mod li ma jkunx fih sustanzi f'konċentrazzjonijiet li jaqbżu 0.01% li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni jew li jfixklu s-sistema endokrinali. Stati Membri għandhom jiżguraw li l-imballaġġ jiġi manifatturat b'tali mod li ma jkunx fih materjali tal-plastik "ossoframmentabbli". Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati sa ...(10).[Em. 30]
1a.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiksbu tnaqqis sostenibbli fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief fit-territorju tagħhom fi żmien sentejn tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttivamill-anqas:
meta mqabbel mal-konsum medju fl-Unjoni fl-2010, rispettivament.[Em. 31].
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi ma jipprovdux basktijiet tal-plastik mingħajr ħlas, għajr għall-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, jew alternattivi għalihom kif imsemmija fis-sitt subparagrafu.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jimponu prezz għall-basktijiet tal-plastik ħfief li huwa effettiv u proporzjonat sabiex tinkiseb il-mira ta' tnaqqis kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi li jbigħu l-ikel jimponu minn tal-anqas l-istess prezz li jitħallas għal basktijiet tal-plastik eħxen, u li l-operaturi ekonomiċi ma jissostitwixxux il-basktijiet tal-pastik ħfief ħafna fil-punt ta' bejgħ. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw tali miżuri sa...(13)
L-Istati Membri li jkunu stabbilew ġbir separat għal bijoskart jistgħu jesiġu li l-operaturi ekonomiċi li jkunu qed ibigħu prodotti tal-ikel għandhom inaqqsu, b'perċentwal li ma jaqbiżx 50%, il-prezz tal-basktijiet tal-plastik bijogradabbli kompostabbli.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jimponu prezz għall-basktijiet tal-plastik ħfief li huwa effettiv u proporzjonat sabiex tinkiseb il-mira ta' tnaqqis kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu.[Em. 32]
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna użati għat-tgeżwir tal-ikel niexef, sfuż u mhux ippakkjat bħall-frott, il-ħxejjex u l-ħlewwiet jitnaqqsu jew jiġu sostitwiti gradwalment minn basktijiet magħmulin mill-karta rriċiklata, jew minn basktijiet tal-plastik ħfief ħafna li huma bijogradabbli u kompostabbli. L-Istati Membri għandhom jirċievu rata ta' sostituzzjoni ta' 50 % sa(14) ...u ta' 100 % sa ...(15)+ [Em. 33]
Dawn il-miżuriL-Istati Membri jistgħu jużaw jistgħu jinkludu l-użu ta' miri ta' tnaqqis nazzjonali, strumenti ekonomiċi kif ukolloħra u jżommu jew jintroduċu wkoll restrizzjonijiet kummerċjali b'deroga mill-Artikolu 18.Tali miżuri m’għandhomx, madankollu, jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew xi restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ fost l-Istati Membri.' [Em. 34]
"
L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar l-effetti ta' dawn il-miżuri fuq il-formazzjoni ġenerali tal-iskart tal-imballaġ meta jirrapportaw lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 17.
1b. Il-bejjiegħa għandhom jippermettu lill-konsumaturi jirrifjutaw u jħallu fil-punt ta' bejgħ, kwalunkwe imballaġġ li jikkunsidraw superfluwu, b'mod partikolari fir-rigward tal-basktijiet tal-plastik. Il-bejjiegħa għandhon jiżguraw li tali imballaġġ jintuża mill-ġdid jew jiġi rriċiklat.[Em. 35]
1c. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu, għall-inqas matul l-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, kampanji ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni mmirati lejn il-pubbliku ġenerali, dwar l-effetti negattivi għall-ambjent mill-użu eċċessiv tal-basktijiet tal-plastik konvenzjonali.’ [Em. 36]
1d. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri għat-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ma għandhomx iwasslu għal żieda ġenerali fil-ġenerazzjoni tal-imballaġ.[Em. 38]
(3) Jiddaħħal l-artikolu li ġej:"
'Artikolu 6a
Informazzjoni li għandha tiġi indikata fuq basktijiet tal-plastik
Jekk il-basktijiet huma bijodegradabbli taħt kundizzjonijiet ambjentali, dan għandu jiġi indikat b’mod ċar fuq il-basket b’marka, karatteristika jew kodiċi tal-kulur. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati biex tiddefinixxi dawn l-indikazzjonijiet sabiex tiżgura għarfien fl-Unjoni kollha. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri biex jindikaw karatteristiċi oħra, bħall-kapaċità għall-użu mill-ġdid, il-kapaċità għar-riċiklaġġ u d-degradabbiltà.' [Em. 39]
"
(4) Jiddaħħal l-artikolu li ġej:"
'Artikolu 20a
Eżerċizzju ta' delega
1. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati se tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 6a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn ...(16).
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 6a tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 6a għandu jidħol biss fis-seħħ jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. ' [Em. 40]
"
(5) Fl-Anness II, il-punt (c) u (d) tal-paragrafu 3 jiġi emendat kif ġej:"
'(c) L-imballaġġ illi jista’ jiġi rkuprat fil-forma ta’ kompostjar
L-iskart mill-imballaġġ proċessat għall-iskop tal-kompostjar għandu jkun ta’ natura bijodegradabbli tant li jkun komaptibbli bis-sħiħ mal-ġbir separat u l-proċess jew l-attività tal-kompostjar tal-gnien u/jew industrijali li fihom jiddaħħal.
(d)
Imballaġġ bijodegradabbli;
L-imballaġġ bijodegradabbli L-iskart mill-imballaġġ bijodegradabbli għandu jkun ta’ natura li jkun kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika tant li l-materjali kollu jiddekomponi fl-aħħar f’dijossidu karboniku, bijomassa u ilma.' [Em. 41]
"
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jemendaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom jekk ikun meħtieġ u għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.[Em. 42]
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddetterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam li tkopri din id-Direttiva.
Artikolu 2a
Sa ... (17) il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-effikaċja ta' din id-Direttiva u tevalwa jekk jinħtieġu miżuri ulterjuri, li għandhom jiġu akkumpanjati, jekk ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva.[Em. 43]
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi (COM(2011)571 finali).
Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ambjentali marittima (Direttiva Qafas għal Strateġija Marittima) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operattiva kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (COM(2013)0197 – C7-0098/2013 – 2013/0106(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0197),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0098/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 t'Ottubru 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni, u l-ħasil tal-flus: rakkomandazzjonijiet dwar l-azzjoni u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu(1), b'referenza partikolari għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u t-traffikanti fil-mewt,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0461/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 656/2014.)
Responsabbiltà finanzjarja marbuta mat-tribunali għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali li l-UE hija parti għalihom ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-ġestjoni tar-responsabbiltà finanzjarja marbuta mat-tribunali għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni Ewropea hija parti tagħhom (COM(2012)0335 – C7-0155/2012 – 2012/0163(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0335),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0155/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' April 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7‑0124/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(1);
2. Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-ġestjoni tar-responsabbiltà finanzjarja marbuta mat-tribunali għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat stabbiliti permezz ta’ ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni Ewropea hija parti għalihom
P7_TC1-COD(2012)0163
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 912/2014.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni
L-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għat-tqassim tal-kompetenzi stabbilit mit-Trattati u ma għandhomx jiġu interpretati bħala eżerċizzju ta' kompetenza kondiviża mill-Unjoni f'oqsma fejn il-kompetenza tal-Unjoni ma tkunx ġiet eżerċitata.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea. (COM(2013)0192 – C7-0097/2013 – 2013/0103(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0192),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0097/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0053/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(1);
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea.
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Billi kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2),
Billi:
(1) Ir-regoli komuni għall-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġetti ta’ dumping jew sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009(3) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009(4) rispettivament (aktar ’il quddiem imsejħa b'mod konġunt "ir-Regolamenti"). Ir-Regolamenti inizjalment ġew adottati fl-1995 wara l-konklużjoni taċ-Ċiklu tal-Urugwaj. Minħabba l-fatt li saru għadd ta' emendi għar-Regolament minn dak iż-żmien, fl-2009 il-Kunsill iddeċieda li jikkodifika r-Regolamenti fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità.
(2) Filwaqt li r-Regolamenti ġew emendati, ilha ma ssir reviżjoni fundamentali tal-funzjonament tagħhom mill-1995. Għalhekk, il-Kummissjoni nediet reviżjoni tar-Regolamenti fl-2011 sabiex, inter alia, jirriflettu aħjar il-ħtiġijiet tan-negozju fil-bidu tas-seklu 21.
(3) Wara r-reviżjoni, xi dispożizzjonijiet tar-Regolamenti għandhom jiġu emendati sabiex jitjiebu t-trasparenza u l-prevedibbiltà, jiġu previsti miżuri effettivi kontra r-ritaljazzjoni minn pajjiżi terzi, jitjiebu l-effettività u l-infurzar u tiġi ottimizzata l-prattika tar-reviżjoni. Barra minn hekk, ċerti prattiki li fis-snin reċenti ġew applikati fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet tal-anti-dumping u kontra s-sussidji għandhom jiġu inklużi fir-Regolamenti. [Em. 1]
(4) Sabiex jitjiebu t-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-investigazzjonijiet tal-anti-dumping u kontra s-sussidji, il-partijiet li jiġu affettwati mill-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji tal-anti-dumping u kompensatorji, b’mod partikolari l-importaturi, għandhom jiġu infurmati dwar l-impożizzjoni imminenti ta' tali miżuri. Iż-żmien mogħti għandu jikkorrispondi għall-perjodu bejn is-sottomissjoni tal-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni lill-kumitat tal-anti-dumping stabbilit skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u lill-kumitat kontra s-sussidji stabbilit skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 u l-adozzjoni ta’ dak l-att mill-Kummisjsoni. Dan il-perjodu huwa stabbilit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Ukoll, f’investigazzjonijiet fejn ma jkunx xieraq li jiġu imposti miżuri proviżorji, huwa ideali li l-partijiet ikunu infurmati minn żmien kmieni biżżejjed b'tali nuqqas ta' impożizzjoni. [Em. 2]
(5) L-esportaturi jew il-produtturi għandhom jingħataw perjodu qasir ta’ żmien qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji biex jivverifikaw il-kalkolu tal-marġni individwali tagħhom tad-dumping jew tas-sussidju. L-iżbalji fil-kalkolu b’hekk ikunu jistgħu jiġu korretti qabel l-impożizzjoni tal-miżuri. [Em. 95]
(6) Sabiex jiżguraw miżuri effettivi kontra r-ritaljazzjoni, il-produtturi tal-Unjoni għandhom ikunu jistgħu jiddependu fuq ir-Regolamenti mingħajr il-biża’ ta' ritaljazzjoni minn partijiet terzi. Id-dispożizzjonijiet eżistenti, f’ċirkustanzi speċjali, b'mod partikolari fejn huma kkonċernati setturi diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), jipprevedu l-bidu ta’ investigazzjoni mingħajr ma jkun wasal ilment, fejn ikun hemm evidenza biżżejjed tal-eżistenza ta’ dumping, sussidji kompensatorji, ħsara u kawżalitàrabta kawżali. Tali ċirkostanzi speċjali għandhom jinkludu theddida ta’ ritaljazzjoni minn pajjiżi terzi. [Em. 3]
(7) Meta investigazzjoni ma tkunx inbdiet minn ilment, għandu jiġi impost obbligu fuq il-produtturigħandha ssir talba għal kooperazzjoni lill-produtturi tal-Unjoni biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għat-tkomplija tal-investigazzjoni, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm informazzjoni biżżejjed disponibbli għat-twettiq tal-investigazzjoni fil-każ li jkun hemm tali theddid ta’ ritaljazzjoni. L-intrapriżi żgħar u l-mikrointrapriżi għandhom jiġu eżentati minn dak l-obbligu sabiex jinħelsu minn piżijiet amministrattivi u spejjeż mhux raġonevoli. [Em. 4]
(8) Il-pajjiżi terzi jinterferixxu aktar u aktar fil-kummerċ ta’ materja prima sabiex iżommu l-materja prima f’dawk il-pajjiżi għall-benefiċċju tal-utenti domestiċi downstream, pereżempju billi jimponu taxxi fuq l-esportazzjoni jew billi jużaw skemi ta’ pprezzar doppju. Għalhekk, il-kosti tal-materja prima ma jirriżultawx mit-tħaddim ta’ forzi normali tas-suq li jirriflettu l-provvista u d-domanda għal materja prima speċifika. Tali interferenza toħloq tgħawwiġ addizzjonali tal-kummerċ. Għalhekk, il-produtturi tal-Unjoni mhux biss issirilhom il-ħsara mid-dumping, iżda meta mqabbla mal-produtturi downstream minn pajjiżi terzi involuti f’tali prattiki, jiġu affettwati ukoll minn tgħawwiġ addizzjoni fil-kummerċ. Sabiex jiġi protett il-kummerċ b’mod xieraq, ir-regola tal-inqas dazju ma għandhiex tapplika fil-każijiet ta’ tgħawwiġ strutturali tal-materja prima.
(9) Ġewwa l-Unjoni, is-sussidji kompensatorji fil-prinċipju huma projbiti skont l-Artikolu 107(1) TFUE. Għalhekk, is-sussidji kompensatorji mogħtija minn pajjiżi terzi jgħawġu partikolarment il-kummerċ. L-ammont ta’ għajnuna mill-Istat awtorizzat mill-Kummissjoni tnaqqas ħafna tul iż-żmien. Għall-istrumenti kontra s-sussidji, ir-regola tal-inqas dazju għalhekk ma għandhiex tiġi applikata aktar għall-importazzjonijiet minn pajjiż/pajjiżi involuti fis-sussidjar.
(10) Sabiex tiġi ottimizzata l-prattika tar-reviżjoni, id-dazji miġbura matul l-investigazzjoni għandhom jiġu rimborżati lill-importaturi, fejn il-miżuri ma jiġux estiżi wara l-konklużjoni ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni tal-iskadenza. Dan huwa xieraq minħabba l-fatt li l-kundizzjonijiet rikjesti għat-tkomplija tal-miżuri ma jidhrux li kienu jeżistu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. [Em. 5]
(11) Ċerti prattiki li fis-snin reċenti ġew applikati fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet tal-anti-dumping u kontra s-sussidji għandhom jiġu inklużi fir-Regolamenti.
(11a) Kwalunkwe dokument immirat li jiċċara l-prattiki stabbiliti tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament (inklużi l-erba' abbozzi ta' linji gwida dwar l-għażla ta' pajjiż analogu, dwar ir-reviżjonijiet tal-iskadenzi u t-tul ta' żmien tal-miżuri, dwar il-marġni tal-ħsara u dwar l-interess tal-Unjoni), għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni biss wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u wara konsultazzjoni xierqa mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill u għandu jirrifletti bis-sħiħ il-kontenut ta' dan ir-Regolament. [Em. 6]
(11b) Għal kuntrarju tal-Istati Membri tagħha, l-Unjoni mhix parti mill-Konvenzjonijiet tal-ILO. Għalissa, l-Istati Membri kollha tal-Unjoni rratifikaw biss il-Konvenzjonijiet "ewlenin" tal-ILO . Sabiex id-definizzjoni ta’ livell suffiċjenti ta’ standards soċjali bbażati fuq il-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1225/2009 tinżamm aġġornata, il-Kummissjoni se taġġorna dak l-Anness, permezz tal-atti ddelegati, hekk kif l-Istati Membri tal-Unjoni jkunu rratifikaw Konvenzjonijiet oħra ta’ "prijorità" tal-ILO. [Em. 7]
(12) L-industrija tal-Unjoni ma għandhiex tibqa’ tiġi definita b’referenza għal-limiti tal-bidu stabbiliti fir-Regolamenti.
(12a) Setturi diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn SMEs, għandhom diffikultajiet biex jaċċedu għall-proċedimenti għad-difiża tal-kummerċ minħabba l-kumplessità tal-proċeduri u l-ispejjeż għoljin relatati magħhom. L-aċċess tal-SMEs għall-istrument għandu jiġi ffaċilitat billi jissaħħaħ ir-rwol tal-Help Desk tal-SMEs, li għandha tappoġġja lill-SMEs biex iressqu l-ilmenti u biex jilħqu l-limiti meħtieġa għat-tnedija tal-investigazzjonijiet. Il-proċeduri amministrattivi dwar il-proċedimenti għad-difiża tal-kummerċ għandhom ukoll jiġu adattati aħjar għar-restrizzjonijiet tal-SMEs.[Em. 8]
(12b) F'każijiet ta' anti-dumping, it-tul ta' żmien tal-investigazzjonijiet għandu jkun limitat għal disa' xhur u dawk l-investigazzjonijiet għandhom jintemmu fi żmien 12-il xahar mill-bidu tal-proċedimenti. F'każijiet ta' kontra s-sussidji, it-tul ta' żmien tal-investigazzjonijiet għandu jkun limitat għal disa' xhur u dawk l-investigazzjonijiet għandhom jintemmu fi żmien 10 xhur mill-bidu tal-proċedimenti. Fi kwalunkwe każ, id-dazji proviżorji għandhom jiġu imposti biss matul perjodu li jibda 60 jum wara l-bidu tal-proċedimenti sa sitt xhur wara l-bidu tal-proċedimenti. [Em. 9]
(12c) L-elementi mhux kunfidenzjali ta' impenji mressqa lill-Kummissjoni għandhom jiġu żvelati aħjar lill-partijiet interessati, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-konsultazzjoni mal-industrija tal-Unjoni għandha ssir obbligu tal-Kummissjoni qabel taċċetta kwalunkwe offerta ta' impenn. [Em. 10]
(13) F’investigazzjonijiet inizjali fejn il-marġnijiet ta’ dumping jew ta’ sussidji nstabu li huma inqas mil-limiti de minimis, l-investigazzjoni għandha tintemm minnufih fir-rigward tal-esportaturi li mhux se jkunu soġġetti għal investigazzjonijiet tar-reviżjoni sussegwenti.
(14) Fil-qafas tal-investigazzjonijiet tar-reviżjoni tal-anti-dumping u kontra s-sussidji, jidher li huwa xieraq li wieħed ikun jista’ jbiddel il-metodoloġija meta mqabbla mal-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżura sabiex jiġi żgurat, inter alia, li jintużaw metodoloġiji koerenti f’investigazzjonijiet differenti f’mument speċifiku. B’mod partikolari dan jippermetti li jkun hemm lok biex jinbidlu l-metodoloġiji li jiġu riveduti maż-żmien mal-bidliet fis-sitwazzjonijiet.
(15) Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-bidu ta’ investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, l-importazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni fil-każijiet kollha.
(16) Fl-investigazzjonijiet kontra ċ-ċirkomvenzjoni jidher li huwa aħjar jekk titneħħa l-kundizzjoni li, sabiex tingħata eżenzjoni mir-reġistrazzjoni jew mid-dazji estiżi, il-produtturi tal-prodott ikkonċernat ma jkunux relatati ma’ kwalunkwe produttur li huwa soġġett għall-miżuri oriġinali. Dan huwa minħabba l-fatt li l-esperjenza wriet li xi kultant il-produtturi tal-prodott ikkonċernat jinstabu li mhumiex involuti fil-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni iżda jinstabu li jkunu relatati ma’ prodottur li huwa soġġett għall-miżuri oriġinali. F’tali każijiet, ma għandhiex tiġi mċaħħda eżenzjoni lill-produttur biss minħabba li l-kumpanija hija relatata ma’ produttur li huwa soġġett għall-miżuri oriġinali. Barra minn hekk, meta l-prattika ta’ ċirkomvenzjoni sseħħ fl-Unjoni, il-fatt li l-importaturi huma relatati mal-produtturi li huma soġġetti għall-miżuri ma għandux ikun deċiżiv fid-determinazzjoni ta’ jekk l-importatur jistax jingħata eżenzjoni.
(17) Meta l-għadd ta’ produtturi fl-Unjoni tant ikun kbir li jkollu jittieħed kampjun, il-kampjun għandhu jintgħażel minn fost il-produtturi kollha fl-Unjoni u mhux biss mill-produtturi li jkunu qed iressqu l-ilment.
(18) Fit-tfassil tal-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni, għandha tingħata l-opportunità li jitressqu l-kummenti lill-produtturi kollha fl-Unjoni u mhux biss lil dawk il-produtturi li jkunu qed iressqu l-ilment. [Em. 93]
(18a) Ir-rapport annwali mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u r-Regolament (KE) Nru 597/2009, jippermetti monitoraġġ regolari u f'waqtu tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ bħala parti mit-twaqqif ta' djalogu interistituzzjonali strutturat dwar din il-kwistjoni. Il-pubblikazzjoni ta' dak ir-rapport, sitt xhur wara l-preżentazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, tiżgura t-trasparenza tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ għall-partijiet interessati u għall-pubbliku [Em. 11].
(18b) Il-Kummissjoni għandha tiżgura aktar trasparenza fir-rigward tal-proċedimenti, il-proċeduri interni u r-riżultati tal-investigazzjonijiet, u l-fajls kollha mhux kunfidenzjali għandhom ikunu aċċessibbli lill-partijiet interessati permezz ta’ pjattaforma fuq l-internet. [Em. 12]
(18c) Il-Kummissjoni għandha tinforma fuq bażi regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-bidu ta' kwalunkwe investigazzjoni u l-iżviluppi relatati ma' dawk l-investigazzjonijiet. [Em. 13]
(18d) Meta l-għadd ta' produtturi fl-Unjoni tant ikun kbir li jkollu jittieħed kampjun, il-Kummissjoni għandha, meta tkun qed tagħżel kampjun ta' produtturi, tqis bis-sħiħ il-proporzjon tal-SMEs fil-kampjun, b'mod partikolari fil-każ ta' setturi industrijali diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn SMEs. [Em. 14]
(18e) Sabiex titjieb l-effettività tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ, it-trejdunjins għandhom jitħallew jissottomettu lmenti bil-miktub b’mod konġunt mal-industrija tal-Unjoni. [Em. 92]
(19) Ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u r-Regolament (KE) Nru 597/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1225/2009 huwa emendat kif ġej:
-1. It-titolu jinbidel b'dan li ġej:"
"Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea"; [Em. 15]
"
-1a. Tiddaħħal il-premessa li ġejja:"
"(11a) Il-pajjiżi terzi jinterferixxu dejjem aktar fil-kummerċ għall-benefiċċju tal-produtturi domestiċi, pereżempju billi jimponu taxxi fuq l-esportazzjoni jew billi jużaw skemi ta’ pprezzar doppju. Tali interferenzi joħolqu tgħawwiġ addizzjonali tal-kummerċ. Għalhekk, il-produtturi tal-Unjoni mhux biss issirilhom il-ħsara mid-dumping, iżda meta mqabbla mal-produtturi minn pajjiżi terzi involuti f’tali prattiki, jiġu affettwati wkoll minn tgħawwiġ addizzjonali fil-kummerċ. Id-differenzi fil-livell tal-istandards tax-xogħol u ambjentali jistgħu jirriżultaw ukoll f’tgħawwiġ addizzjonali tal-kummerċ. Għalhekk, ir-regola tal-inqas dazju m’għandhiex tapplika f’dawn il-każijiet, fejn il-pajjiż esportatur ikollu livell insuffiċjenti ta’ standards soċjali u ambjentali. Livell suffiċjenti huwa ddefinit mir-ratifika tal-Konvenzjonijiet ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u tal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali (MEAs) li l-Unjoni hija parti minnhom. L-SMEs jiġu affettwati b’mod partikolari minn kompetizzjoni inġusta billi d-daqs żgħir tagħhom ma jħallihomx jadattaw għaliha. Għalhekk, ir-regola tal-inqas dazju m’għandhiex tapplika meta l-ilment ikun ġie ppreżentat f’isem settur magħmul fil-biċċa l-kbira tiegħu minn SMEs. Ir-regola tal-inqas dazju għandha madankollu tapplika dejjem meta t-tgħawwiġ strutturali tal-materja prima jkun ir-riżultat ta’ għażla deliberata magħmula minn pajjiż l-anqas żviluppat biex jipproteġi l-interess pubbliku.";[Em. 16]
"
-1b. Fl-Artikolu 1(1), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:"
"L-użu ta’ kwalunkwe prodott li huwa l-oġġett ta’ dumping f’konnessjoni mal-esplorazzjoni tal-Blata Kontinentali jew iż-Żona Ekonomika Esklussiva ta’ Stat Membru, jew l-isfruttament tar-riżorsi tiegħu, għandu jiġi ttrattat bħala importazzjoni taħt dan ir-Regolament u għandu jiġi impost bid-dazju skont dan, meta jagħmel ħsara lill-industrija tal-Unjoni." [Em. 17]
"
-1c. Fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"
"4a. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, materja prima tfisser id-dħul ta’ prodott speċifiku li għandu impatt determinanti fuq il-kost tal-produzzjoni tiegħu." [Em. 18]
"
-1d. Fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"
"4b. Għandu jitqies li materja prima tkun soġġetta għal tgħawwiġ strutturali meta l-prezz tagħha ma jkunx biss riżultat ta’ operat normali tal-forzi tas-suq li jirrifletti l-offerta u d-domanda. Tali tgħawwiġ ikun ir-riżultat ta’ interferenza min-naħa ta’ pajjiżi terzi li jinkludu, fost l-oħrajn, taxxi fuq l-esportazzjoni, restrizzjonijiet għall-esportazzjoni, kif ukoll skemi ta’ pprezzar doppju." ;[Em. 19]
"
-1a. Fl-Artikolu 2(7) punt (a), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:"
"Għandu jiġi magħżul pajjiż terz xieraq b’ekonomija tas-suq b’manjiera li ma tkunx irraġonevoli, filwaqt li jitqies kull tagħrif ta’ min joqgħod fuqu li jkun disponibbli fiż-żmien tal-għażla. Il-pajjiż magħżul għandu jkollu wkoll livell suffiċjenti ta’ standards soċjali u ambjentali, fejn il-livelli suffiċjenti jiġu ddeterminati fuq il-bażi tar-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva mill-pajjiż terz tal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li fi kwalunkwe punt fiż-żmien l-UE tkun parti minnhom u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness I. Għandhom jitqiesu wkoll il-limiti taż-żmien; fejn xieraq, għandu jiġi użat pajjiż terz b’ekonomija tas-suq li huwa suġġett għall-istess investigazzjoni."; [Em. 70 u 86]
"
1. Fl-Artikolu 4(1), il-kliem introduttorju jinbidel b’dan li ġej:"
"1. Għall-għan ta' dan ir-Regolament, it-terminu "industrija tal-Unjoni" għandu jkun interpretat li jirreferi għall-produtturi tal-Unjoni kollha tal-prodotti simili jew għal dawk minnhom li l-ħruġ kollettiv tal-prodotti tagħhom jikkostitwixxi proporzjon kbir tal-produzzjoni tal-Unjoni kollha ta' dawk il-prodotti, ħlief li:"
"
1a. Fl-Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"
"Ħlief kif previst fil-paragrafu 6, investigazzjoni biex jiġu determinati l-eżistenza, il-grad u l-effett ta' kwalunkwe dumping allegat għandha tinbeda fuq ilment miktub minn kwalunkwe persuna naturali jew legali, jew kwalunkwe assoċjazzjoni li m'għandiex personalità legali, f'azzjoni għan-nom tal-industrija tal-Unjoni. L-ilmenti jistgħu jitressqu wkoll b’mod konġunt mill-industrija tal-Unjoni, jew minn kwalunkwe persuna naturali jew legali jew kwalunkwe assoċjazzjoni li m’għandhiex personalità legali li taġixxi għan-nom tagħhom, u mit-trejdunjins." [Em. 87 u 90]
"
1b. Fl-Artikolu 5, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"
"1a. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-aċċess għall-istrument għas-setturi industrijali diversi u frammentati, fil-biċċa l-kbira magħmula minn SMEs, fil-kuntest ta’ każijiet ta’ anti-dumping, permezz ta’ Help Desk tal-SMEs.
Il-Help Desk tal-SMEs għandha tqajjem kuxjenza dwar l-istrument, tipprovdi informazzjoni u spjegazzjonijiet dwar il-każijiet, dwar kif jitressaq ilment u dwar kif tiġi ppreżentata aħjar l-evidenza ta' dumping u ta' ħsara.
Il-Help Desk tal-SMEs għandha tagħmel disponibbli formoli standard għas-sottomissjoni tal-istatistika għall-finijiet permanenti u l-kwestjonarji.
Wara l-bidu ta' investigazzjoni, il-Help Desk tal-SMEs għandha tinforma lill-SMEs u lill-assoċjazzjonijiet rilevanti tagħhom li x'aktarx se jkunu affettwati mill-bidu ta' proċedimenti u l-iskadenzi rilevanti għar-reġistrazzjoni bħala parti interessata.
Il-Help Desk għandha tgħin fl-indirizzar tal-kwistjonijiet rigward il-mili ta' kwestjonarji, fejn għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-mistoqsijiet tal-SMEs fir-rigward ta' investigazzjonijiet mibdija skont l-Artikolu 5(6). Sakemm huwa possibbli, għandha tnaqqas il-piż ikkawżat mill-ostakli tal-lingwa.
Fil-każ li l-SMEs jipprovdu evidenza prima facie ta' dumping, il-Help Desk tal-SMEs għandha tipprovdi lill-SMEs b’informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tal-volum u l-valur tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 14(6).
Għandha tipprovdi wkoll gwida dwar metodi addizzjonali ta' kuntatt u kooperazzjoni mal-Uffiċjal tas-Seduta u mal-awtoritajiet doganali nazzjonali. Il-Help Desk tal-SMEs għandha tinforma wkoll lill-SMEs dwar il-possibbiltajiet u l-kundizzjonijiet li fihom huma jistgħu jitolbu reviżjoni tal-miżuri u rifużjoni tad-dazji ta' anti-dumping imħallsa." [Em. 20]
"
1c. Fl-Artikolu 5(4), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:"
"Fil-każ tas-setturi industrijali diversi u frammentati, fil-biċċa l-kbira magħmula minn SMEs, il-Kummissjoni għandha tassisti biex jintlaħqu dawk il-limiti permezz tal-appoġġ tal-Help Desk tal-SMEs."; [Em. 21]
"
1d. Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:"
"6. Jekk f'ċirkustanzi speċjali, b'mod partikolari meta jkunu kkonċernati setturi diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn SMEs, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tinbeda investigazzjoni mingħajr ma jkun ġie riċevut ilment miktub minn jew għan-nom tal-industrija tal-Unjoni għall-bidu ta' investigazzjoni bħal din, dan għandu jsir fuq il-bażi ta' biżżejjed evidenza ta' dumping, ħsara u rabta kawżali, kif deskritt fil-paragrafu 2, biex tiġi ġġustifikata inizjazzjoni bħal din."; [Em. 22]
"
1e. Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 9 jinbidel b'dan li ġej:"
"9. Għall-proċeduri mibdija skont l-Artikolu 5(9), investigazzjoni għandha, kull fejn possibbli, tiġi konkluża fi żmien disa' xhur. Fi kwalunkwe każ, tali investigazzjoni għandha fil-każijiet kollha tiġi konkluża fi żmien sena mill-bidu, skont is-sejbiet magħmula skont l-Artikolu 8 għall-impenji jew is-sejbiet magħmula skont l-Artikolu 9 għal azzjoni definittiva. Il-perjodi tal-investigazzjoni għandhom, kull fejn possibbli, b'mod speċjali fil-każ ta' setturi diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn SMEs, jikkoinċidu mas-sena finanzjarja." [Em. 23]
"
2. Fl-Artikolu 6, jiddaħħal il-paragrafu 10 li ġej:"
"10. Il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili, bl-eċċezzjoni ta' produtturi tal-Unjoni żgħar u ta’ daqs mikro huma obbligatimitluba li jikkooperaw fil-proċedimenti li nbdew skont l-Artikolu 5(6). [Em. 24]
10a.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-aħjar aċċess possibbli għall-informazzjoni lill-partijiet interessati kollha billi tippermetti sistema ta’ informazzjoni fejn il-partijiet interessati jiġu mgħarrfa fil-każ ta’ żieda ta’ informazzjoni ġdida mhux kunfidenzjali fil-fajls tal-investigazzjoni. Informazzjoni mhux kunfidenzjali għandha tkun aċċessibbli wkoll permezz ta’ pjattaforma bbażata fuq l-internet. [Em. 25]
10b.
Il-Kummissjoni għandha tħares l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati u għandha tiżgura li l-proċedimenti jiġu ttrattati b’mod imparzjali, b’mod oġġettiv u f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, permezz ta’ Uffiċjal tas-Seduta fejn xieraq. [Em. 26]
10c.
Il-Kummissjoni għandha toħroġ kwestjonarji biex jintużaw fl-investigazzjonijiet fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, fuq talba tal-partijiet interessati." [Em. 27]
"
3. L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
(a) L-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:"
"1. Dazji proviżorji jistgħu jiġu imposti jekk ikunu nbdew proċeduri skont l-Artikolu 5, jekk notifikazzjoni ġiet mogħtija b’dak l-effett u l-partijiet interessati ġew mogħtija biżżejjed opportunitajiet biex jissottomettu informazzjoni u jagħmlu kummenti skont l-Artikolu 5(10), jekk jiġi determinat proviżorjament b’mod affermattiv dumping u tkun saret ħsara konsegwenti lill-industrija tal-Unjoni, u jekk l-interess tal-Unjoni jirrikjedi intervent biex tiġi evitata ħsara bħal din. Id-dazji proviżorji għandhom ikunu imposti mhux aktar kmieni minn 60 ġurnata mill-bidu tal-proċeduri imma mhux aktar tard minn sitt xhur mill-bidu tal-proċeduri." [Em. 28]
"Id-dażji proviżorji ma għandhomx jiġu applikati f’perjodu ta’ ġimagħtejn wara li tintbagħat l-informazzjoni lill-partijiet interessati skont l-Artikolu 19a. Il-provvista ta’ tali informazzjoni hija bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed mill-Kummissjoni wara."[Em. 29]
"
(b) il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:"
"2. L-ammont tad-dazju proviżorju tal-anti-dumping ma għandux jaqbeż il-marġni tad-dumping kif stabbilit b’mod proviżorju. Sakemm ma jinstabx li jeżisti tgħawwiġ struttrali tal-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż esportatur, iżda għandu jkun inqas mill-marġni tad-dumping jekk dan l-inqas dazju jkun xieraq biex ineħħi l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni.
Dan l-inqas dazju m’għandux japplika fi kwalunkwe minn dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
jinstab li jeżisti tgħawwiġ strutturali jew interferenza sinifikanti mill-Istat rigward, fost l-oħrajn, il-prezzijiet, il-ispejjeż u d-dħul, inkluż pereżempju l-materja prima u l-enerġija, ir-riċerka u x-xogħol, l-outputs, il-bejgħ u l-investimenti, ir-rata tal-kambju u l-kundizzjonijiet ta' finanzjament għall-kummerċ ġust,fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż esportatur;
(b)
il-pajjiż esportatur m’għandux livell suffiċjenti ta’ standards soċjali u ambjentali, fejn il-livelli suffiċjenti jiġu ddeterminati fuq il-bażi tar-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva mill-pajjiż terz tal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li fi kwalunkwe punt fiż-żmien l-Unjoni tkun parti minnhom u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia;
(c)
l-ilmentatur jirrappreżenta industrija diversa u frammentata, fil-biċċa l-kbira magħmula minn SMEs;
(d)
l-investigazzjoni jew l-investigazzjoni separata ta’ kontra s-sussidji tkun stabbilixxiet tal-inqas b’mod proviżorju li l-pajjiż esportatur jipprovdi sussidju wieħed jew iżjed lill-produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat.
Madankollu, dan l-inqas dazju għandu jingħata dejjem meta jinstab li jeżisti tgħawwiġ strutturali tal-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż esportatur u dak il-pajjiż huwa pajjiż l-anqas żviluppat elenkat fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*
__________
* Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008. " [Em. 30]
"
3a. Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:"
"1. Bil-kondizzjoni li jkun ġie determinat proviżorjament b’mod affermattiv dumping u ħsara, il-Kummissjoni tista’ taċċetta offerti ta’ impenji volontarji sodisfaċenti sottomessi minn esportatur biex jirrevedi l-prezzijiet tiegħu jew biex iwaqqaf l-esportazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta’ prezzijiet bid-dumping wara konsultazzjoni speċifika mal-Kumitat Konsultattiv, sakemm dawn l-offerti jeliminaw b’mod effettiv l-effett ta’ ħsara li jġib miegħu d-dumping. F'każ bħal dan u sakemm jibqgħu jseħħu dawk l-impenji, id-dazji proviżorji imposti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(1) jew id-dazji definittivi imposti mill-Kunsill skont l-Artikolu 9(4) kif ikun il-każ ma għandhomx jgħoddu għall-importazzjonijiet rilevanti tal-prodott inkwistjoni manifatturat mill-kumpaniji msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta garanziji, kif sussegwentement emendata. Iż-żidiet fil-prezzijiet taħt dawn l-impenji ma għandhomx ikunu ogħla milli jkun neċessarju biex jiġi eliminat il-marġni tad-dumping u għandhom ikunu inqas mill-marġni tad-dumping jekk dawk iż-żidiet ikunu adegwati għat-tneħħija tal-ħsara lill-industrija tal-Unjoni, sakemm il-Kummissjoni, fl-impożizzjoni ta' dazji proviżorji jew definiti, ma tkunx iddeċidiet li dan l-inqas dazju ma għandux jiġi applikat." [Em. 31]
"
3b. Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:"
"4. Partijiet li joffru impenn għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu verżjoni mhux kunfidenzjali sinifikanti ta' impenn bħal dan, sabiex ikun jista’ jiġi magħmul disponibbli għall-partijiet interessati fl-investigazzjoni, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Il-partijiet għandhom ikunu mitluba jiżvelaw kemm jista' jkun possibbli informazzjoni dwar il-kontenut u n-natura tal-impenn b’kunsiderazzjoni dovuta għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali skont l-Artikolu 19. Barra minn hekk, qabel ma taċċetta kwalunkwe offerta bħal din, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-industrija tal-Unjoni fir-rigward tal-karatteristiċi ewlenin tal-impenn".[Em. 32]
"
4. L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:"
"3. Għal proċediment mibdi skont l-Artikolu 5(9), il-ħsara għandha normalment titqies negliġibbli fejn l-importazzjonijiet ikkonċernati jirrapreżentaw inqas mill-volumi stabbiliti fl-Artikolu 5(7). Għall-istess proċediment, għandu jkun hemm temm immedjat meta jkun stabbilit li l-marġini tad-dumping ikun inqas minn 2 %, espress bħala perċentwal tal-prezz tal-esportazzjoni."
"
(b) fil-paragrafu 4, l-aħħar sentenza tinbidel b'dan li ġej:"
"L-ammont tad-dazju tal-anti-dumping ma għandux jaqbeż il-marġni tad-dumping stabbilit. Sakemm ma jinstabx li jeżisti tgħawwiġ strutturali tal-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż esportatur, dan għandu jkun inqas mill-marġni tad-dumping jekk dan l-inqas dazju jkun xieraq biex ineħħi l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni.iżda għandu jkun inqas mill-marġni jekk dan l-inqas dazju ikun adegwat biex titneħħa l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni.
Dan l-inqas dazju m’għandux japplika fi kwalunkwe minn dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
jinstablijeżisti tgħawwiġ strutturali jew interferenzi sinifikanti mill-Istat rigward, fost l-oħrajn, il-prezzijiet, l-ispejjeż u d-dħul, inkluż pereżempju l-materja prima u l-enerġija, ir-riċerka u x-xogħol, l-outputs, il-bejgħ u l-investimenti, ir-rata tal-kambju u l-kundizzjonijiet ta' finanzjament għall-kummerċ ġust, fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż esportatur;
(b)
il-pajjiż esportatur m'għandux livell suffiċjenti ta’ standards soċjali u ambjentali, fejn il-livelli suffiċjenti jiġu ddeterminati fuq il-bażi tar-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva mill-pajjiż terz tal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li fi kwalunkwe punt fiż-żmien l-UE tkun parti minnhom u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia;
(c)
l-ilmentatur jirrappreżenta industrija diversa u frammentata, fil-biċċa l-kbira intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju;
(d)
l-investigazzjoni jew l-investigazzjoni separata ta’ kontra s-sussidji tkun stabbilixxiet li l-pajjiż esportatur jipprovdi sussidju wieħed jew iżjed lill-produtturi esporaturi tal-prodott ikkonċernat.
Madankollu, dan l-inqas dazju għandu jingħata dejjem meta jinstab li jeżisti tgħawwiġ strutturali tal-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż esportatur u dak il-pajjiż huwa pajjiż l-anqas żviluppat elenkat fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 978/2012;' [Em. 33]
"
5. L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
(-a) il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:"
"Reviżjoni ta’ skadenza għandha tinbeda fejn it-talba jkun fiha evidenza suffiċjenti li l-iskadenza tal-miżuri kienu x’aktarx jirriżultaw f’kontinwazzjoni jew ta' dumping u ta' ħsara. Probabbiltà bħal din tista’, pereżempju, tiġi indikata b’evidenza ta’ dumping u ħsara kontinwa jew evidenza li t-tneħħija tal-ħsara hija parzjali jew ikkawżata biss mill-eżistenza ta’ miżuri jew evidenza li ċ-ċirkustanzi tal-esportaturi, jew il-kondizzjonijiet tas-suq, huma tali li kienu jindikaw il-probabbilità ta’ aktar dumping b’dannu. Din il-probabbilità tista’ tkun indikata wkoll mill-indħil persistenti min-naħa tal-pajjiż esportatur."; [Em. 77/rev]
"
(a) fil-paragrafu 5, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej: "
"Jekk wara investigazzjoni skont il-paragrafu 2 il-miżura tiskadi, kwalunkwe dazju miġbur mid-data tal-bidu ta’ tali investigazzjoni għandu jitħallas lura sakemm dan ikun rikjest mill-awtoritajiet doganali nazzjonali u mogħti minn dawk l-awtoritajiet skont il-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni applikabbli fir-rigward tal-ħlas lura u l-ħelsien tad-dazju. Tali ħlas lura ma jwassalx għall-ħlas tal-imgħax mill-awtoritajiet doganali nazzjonali kkonċernati." [Em. 35]
"
(b) il-paragrafu 9 jitħassar.
6. L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 3, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:"
"L-inizjazzjonijiet għandhom isiru wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni li għandu wkoll jgħarraf lill-awtoritajiet doganali biex jagħmlu l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) jew biex jitolbu garanziji."
"
(b) fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"
"L-importazzjonijiet ma għandhomx ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) jew għal miżuri meta jkunu negozjati minn kumpaniji li jibbenefikaw minn eżenzjonijiet. It-talbiet għall-eżenzjonijiet appoġġati kif dovut minn evidenza għandhom jiġu sottomessi fil-limit ta’ żmien stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni li jibda l-investigazzjoni. Meta l-prattika, il-proċess jew il-ħidma ta’ ċirkomvenzjoni sseħħ barra mill-Unjoni, l-eżenzjonijiet jistgħu jingħataw lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat li jinstabu li ma jkunux involuti f’prattiki ta’ ċirkomvenzjoni kif stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-prattika, il-proċess jew il-ħidma ta’ ċirkomvenzjoni sseħħ ġewwa l-Unjoni, l-eżenzjonijiet jistgħu jingħataw lill-importaturi li jistgħu juru li ma jkunux involuti f’prattiki ta’ ċirkomvenzjoni kif stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu."
"
6a. Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: "
"3. Dispożizzjonijiet speċjali, b'mod partikolari fejn għandha x'taqsam id-definizzjoni komuni tal-kunċett ta' oriġini, kif jinsab fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jew skont l-Artikolu 2 tiegħu, jistgħu jiġu adottati skont dan ir-Regolament. " [Em. 36]
"
(6b) Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:"
"Il-Kummissjoni tista’, wara li tkun infurmat lill-Istati Membri fi żmien dovut, tidderieġi l-awtoritajiet tad-dwana biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jistgħu sussegwentament jiġu applikati kontra dawk l-importazzjonijiet mid-data ta' reġistrazzjoni bħal din. L-importazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Unjoni li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika azzjoni bħal din. L-importazzjonijiet jistgħu jkunu soġġetti wkoll għal reġistrazzjoni fuq l-inizjattiva proprja tal-Kummissjoni.
L-importazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni fejn l-ilment tal-industrija tal-Unjoni jkun fih talba għar-reġistrazzjoni u biżżejjed evidenza biex tiġġustifika azzjoni bħal din.
Għandha tiġi introdotta reġistrazzjoni mir-regolament li għandha tispeċifika l-iskop tal-azzjoni u, jekk xieraq, l-ammont stmat ta' obbligazzjoni possibbli fil-ġejjieni. L-importazzjonijiet m'għandhomx ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni għal perjodu itwal minn disa’ xhur." [Em. 79]
"
6c. Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:"
"6. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull xahar, bil-kummerċ tal-importazzjoni fil-prodotti soġġetti għal investigazzjoni u għal miżuri, u dwar l-ammont ta' dazji miġbura skont dan ir-Regolament. Meta tirċievi talba espliċita u motivata minn parti interessata, u wara li tirċievi l-opinjoni tal-Kumitat li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 15(2) b'rabta ma' dan, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tikkomunikalhom l-informazzjoni dwar il-volum u l-valuri tal-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti." [Em. 75]
"
6d. Fl-Artikolu 14, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"
"7a. Kull meta l-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li tadotta jew tippubblika kwalunkwe dokument immirat li jiċċara l-prattika stabbilita tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi kwalunkwe wieħed mill-elementi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel l-adozzjoni jew il-pubblikazzjoni, bil-għan li jintlaħaq kunsens u li dan id-dokument partikolari jiġi approvat. Kwalunkwe modifika sussegwenti ta’ dawn id-dokumenti għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti proċedurali bħal dawn. F'kull każ, kull wieħed minn dawn id-dokumenti għandu jkun f’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. L-ebda dokument bħal dan ma jista’ jwessa’ d-diskrezzjoni tal-Kummissjoni, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fl-adozzjoni tal-miżuri." [Em. 39]
"
7. Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"
"1. F'każijiet fejn l-għadd ta’ produtturi, esportaturi jew importaturi tal-Unjoni, li jikkooperaw fl-investigazzjoni bil-kunsens tagħhom, it-tipi ta' prodott jew it-tranżazzjonijiet huwa kbir, l-investigazzjoni tista' tiġi limitata għal għadd raġjonevoli ta' partijiet, prodotti, jew tranżazzjonijiet bl-użu ta' kampjuni li huma statistikament validi fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-għażla, jew għall-akbar volum rappreżentattiv ta' produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jistgħu b'mod raġjonevoli jiġu investigati fiż-żmien disponibbli. Fil-każ tas-setturi industrijali diversi u frammentati, fil-biċċa l-kbira magħmula minn SMEs, l-għażla finali tal-partijiet għandha, fejn possibbli, tqis il-proporzjon tagħhom fis-settur ikkonċernat." [Em. 40]
"
8. Jiddaħħal l-artikolu li ġej:"
"Artikolu 19a
Informazzjoni dwar il-miżuri proviżorji
1.
Il-produtturi, l-importaturi u l-esportaturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, jistgħu jitolbu informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata tad-dazji proviżorji. It-talbiet għal tali informazzjoni għandhom isiru bil-miktub fil-limitu ta’ żmien preskritt fl-avviż tal-bidu. Tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta lil dawk il-partijiet, mill-inqas ġimagħtejn qabel l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 7(1) għall-impożizzjoni tad-dazji proviżorji. It-tali informazzjoni għandha tinkludi:
(a)
sommarju tad-dazji proposti għall-iskopijiet ta' informazzjoin biss, u
(b)
dettalji tal-kalkolu tal-marġni tad-dumping u l-marġni xieraq biex titneħħa l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni, filwaqt li titqies kif dovut il-ħtieġa li jiġu rispettati l-obbligi tal-kunfidenzjalità msemmijin fl-Artikolu 19. Il-partijiet għandu jkollhom perjodu ta’ tlitt ijiem ta’ xogħol biex jipprovdu l-kummenti tagħhom dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli. [Em. 41]
2.
Fil-każijiet fejn huwa maħsub li ma jiġux imposti dazji proviżorji iżda li titkompla l-investigazzjoni, il-partijiet interessati għandhom jiġu infurmati dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni tad-dazji ġimagħtejn qabel l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 7(1) għall-impożizzjoni tad-dazji proviżorji."
"
9. L-Artikolu 21(2) jinbidel b’dan li ġej:"
"2. Sabiex tiġi provduta bażi soda li fuqha l-awtoritajiet jistgħu jagħtu kas tal-opinjonijiet u l-informazzjoni kollha fid-deċiżjoni ta' jekk l-impożizzjoni tal-miżuri hix fl-interess tal-Unjoni jew le, il-produtturi, l-importaturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi jistgħu, fi żmien il-limiti ta' żmien speċifikati fl-avviż tal-bidu tal-investigazzjoni tal-anti-dumping, jippreżentaw lilhom infushom u jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni. Informazzjoni bħal din, jew sommarji xierqa tagħha, għandhom jiġu magħmula disponibbli lill-partijiet l-oħra speċifikati f'dan l-Artikolu, u għandhom ikunu intitolati li jwieġbu għal din l-informazzjoni." [Em. 42]
"
9a. Fl-Artikolu 22, jiżdied il-paragrafu li ġej:"
"1a. Hekk kif l-Istati Membri kollha jkunu rratifikaw il-Konvenzjonijiet il-ġodda tal-ILO, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-Anness Ia skont dan, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 290 TFUE." [Em. 43]
"
9b. Qed jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"
"Artikolu 22a
Rapport
1.
Sabiex tiffaċilita l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha, b’kunsiderazzjoni dovuta għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali fit-tifsira tal-Artikolu 19, tippreżenta rapport annwali dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bħala parti minn djalogu dwar l-istrument għad-difiża tal-kummerċ bejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-miżuri proviżorji u definittivi, it-terminazzjoni tal-investigazzjonijiet mingħajr miżuri, impenji, investigazzjonijiet mill-ġdid, reviżjonijiet u żjarat ta’ verifika, u l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u t-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw minnu. Ir-rapport għandu jkopri wkoll l-użu tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ minn pajjiżi terzi li qed ifittxu l-Unjoni, l-informazzjoni dwar l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni kkonċernata mill-miżuri imposti u l-appelli kontra l-miżuri imposti. Għandu jinkludi l-attivitajiet tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni u dawk tal-Help Desk tal-SMEs relatati mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2.
Il-Parlament Ewropew jista’, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu biex tippreżenta u tispjega l-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport jista' jkun soġġett għal riżoluzzjoni.
3.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill." [Em. 44]
"
9c. Jiżdied l-Anness li ġej:"
"Anness Ia
Il-Konvenzjonijiet tal-ILO imsemmija fl-Artikoli 7, 8 u 9
1.
Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat u Obbligatorju, Nru 29 (1930)
2.
Il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, Nru 87 (1948)
3.
Il-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta’ Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, Nru 98 (1949)
4.
Il-Konvenzjoni dwar Rimunerazzjoni Ugwali għal Ħaddiema Rġiel u Nisa għal Xogħol ta’ Valur Ugwali, Nru 100 (1951)
5.
Il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, Nru 105 (1957)
6.
Il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni fir-Rigward ta’ Impjiegi u Xogħol, Nru 111 (1958)
7.
Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima għal Dħul f’Impjieg, Nru 138 (1973)
8.
Il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni u Azzjoni Immedjata għall-Eliminazzjoni tal-Agħar Forom ta’ Xogħol minn Minorenni, Nru 182 (1999)" [Em. 45]
"
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 597/2009 huwa emendat kif ġej:
-1. It-titolu jinbidel b' li ġej:"
"Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea. " [Em. 46]
"
-1a. Tiddaħħal il-premessa li ġejja:
-1a. "(9a) Fl-Unjoni, is-sussidji kompensatorji, bħala regola ġenerali, huma pprojbiti skont l-Artikolu 107(1) TFUE. Għalhekk, is-sussidji kompensatorji mogħtija minn pajjiżi terzi jgħawġu partikolarment il-kummerċ. L-ammont ta’ għajnuna mill-Istat awtorizzat mill-Kummissjoni tnaqqas ħafna tul iż-żmien. Għall-istrumenti kontra s-sussidji, ir-regola tal-inqas dazju għalhekk ma għandhiex tiġi applikata aktar għall-importazzjonijiet minn pajjiż jew pajjiżi involuti fis-sussidjar. " [Em. 47]
-1b. Fl-Artikolu 1(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
"L-użu ta’ kwalunkwe prodott sussidjat f’konnessjoni mal-esplorazzjoni tal-Blata Kontinentali jew iż-Żona Ekonomika Esklussiva ta’ Stat Membru, jew l-isfruttament tar-riżorsi tagħha, għandu jiġi ttrattat bħala importazzjoni taħt ir-Regolament preżenti u jiġi impost bid-dazju skont dan, meta jagħmel ħsara lill-industrija tal-Unjoni." [Em. 48]
"
1. Fl-Artikolu 9(1), il-kliem introduttorju jinbidel b’dan li ġej:"
"1. Għall-għan ta' dan ir-Regolament, it-terminu "industrija tal-Unjoni" għandu jkun interpretat li jirreferi għall-produtturi tal-Unjoni kollha tal-prodotti simili jew għal dawk minnhom li l-ħruġ kollettiv tal-prodotti tagħhom jikkostitwixxi proporzjon kbir tal-produzzjoni tal-Unjoni kollha ta' dawk il-prodotti, ħlief li:"
"
1a. Fl-Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"
"1. Ħlief kif provdut fil-paragrafu 8, investigazzjoni biex tistabbilixxi l-eżistenza, grad jew effett ta’ xi allegat sussidju għandha tinbeda permezz ta’ ilment bil-miktub minn xi persuna fiżika jew ġuridika, jew xi assoċjazzjoni li m’għandhiex personalità legali, li tkun qed titkellem f’isem l-industrija tal-Unjoni. L-ilmenti jistgħu jitressqu wkoll b’mod konġunt mill-industrija tal-Unjoni, jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li m’għandhiex personalità legali li taġixxi għan-nom tagħhom, u mit-trejdunjins." [Em. 91]
"
1b. Fl-Artikolu 10(6), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:"
"Fil-każ tas-setturi industrijali diversi u frammentati, fil-biċċa l-kbira magħmula minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, il-Kummissjoni għandha tassisti biex jintlaħqu dawn il-limiti permezz tal-appoġġ tal-Help Desk tal-SMEs." [Em. 94]
"
1c. Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 8 jinbidel b’dan li ġej:"
"8. Jekk, f'ċirkustanzi speċjali, b'mod partikolari meta jkunu kkonċernati setturi diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn SMEs, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tibda investigazzjoni mingħajr ma tkun irċeviet ilment bil-miktub minn jew f’isem l-industrija tal-Unjoni sabiex tinbeda din l-investigazzjoni, din għandha ssir fuq il-bażi ta’ provi suffiċjenti tal-eżistenza ta’ sussidji ta’ kumpens, danni u rabta kawżali, kif deskritti fil-paragrafu 2, biex ikun ġustifikat dan il-bidu."; [Em. 49]
"
1d. Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 9 jinbidel b'dan li ġej:"
"9. Għal proċeduri li jinbdew bis-saħħa tal-Artikolu 10(11), investigazzjoni għandha tiġi konkluża fi żmien disa' xhur, kull meta dan ikun possibbli. F’kull każ, dawn l-investigazzjonijiet għandhom jiġu konklużi fi żmien 10 xhur mill-bidu tagħhom, skont is-sejbiet magħmula bis-saħħa tal-Artikolu 13 għal impenji u sejbiet magħmula bis-saħħa tal-Artikolu 15 għal azzjoni definittiva. Il-perjodi tal-investigazzjoni għandhom, kull fejn possibbli, b'mod speċjali fil-każ ta' setturi diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn SMEs, jikkoinċidu mas-sena finanzjarja."; [Em. 51]
"
2. Fl-Artikolu 11, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"
"11. Il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili huma obbligati, bl-eċċezzjoni ta' produtturi tal-Unjoni żgħar u ta’ daqs mikro huma mitluba li jikkooperaw fil-proċedimenti li jkunu nbdew skont l-Artikolu 10(8). [Em. 50]
11a.
Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-aċċess għall-istrument għas-setturi diversi u frammentati, fil-biċċa l-kbira magħmula minn SMEs, fil-kuntest ta' każijiet ta' kontra is-sussidji, permezz tal-Help Desk tal-SMEs.
Il-Help Desk tal-SMEs għandha tqajjem kuxjenza dwar l-istrument, tipprovdi informazzjoni u spjegazzjonijiet dwar il-każijiet, dwar kif jitressaq ilment u dwar kif tiġi ppreżentata aħjar l-evidenza ta' dazji kompensatorji u ta' ħsara. Il-Help Desk tal-SMEs għandha tagħmel disponibbli formoli standard għas-sottomissjoni tal-istatistika għall-finijiet permanenti u l-kwestjonarji.
Wara l-bidu ta' investigazzjoni, il-Help Desk tal-SMEs għandha tinforma lill-SMEs u lill-assoċjazzjonijiet rilevanti tagħhom li x'aktarx se jkunu affettwati mill-bidu ta' proċedimenti u l-iskadenzi rilevanti għar-reġistrazzjoni bħala parti interessata.
Il-Help Desk għandha tgħin fl-indirizzar tal-kwistjonijiet rigward il-mili ta' kwestjonarji, fejn għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-mistoqsijiet tal-SMEs fir-rigward ta' investigazzjonijiet mibdija skont l-Artikolu 10(8). Sakemm huwa possibbli, għandha tnaqqas il-piż ikkawżat mill-ostakli tal-lingwa.
Fil-każ li l-SMEs jipprovdu evidenza prima facie ta' tas-sussidji kompensatorji, il-Help Desk tal-SMEs għandha tipprovdi lill-SMEs b’informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tal-volum u l-valur tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 24(6).
Għandha tipprovdi wkoll gwida dwar metodi addizzjonali ta' kuntatt u kooperazzjoni mal-Uffiċjal tas-Seduta u mal-awtoritajiet doganali nazzjonali. Il-Help Desk tal-SMEs għandha tinforma wkoll lill-SMEs dwar il-possibbiltajiet u l-kundizzjonijiet li fihom huma jistgħu jitolbu reviżjoni tal-miżuri u rifużjoni tad-dazji kompensatorji mħallsa. [Em. 52]
11b.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-aħjar aċċess possibbli għall-informazzjoni lill-partijiet interessati kollha billi tippermetti sistema ta’ informazzjoni fejn il-partijiet interessati jiġu mgħarrfa fil-każ ta’ żieda ta’ informazzjoni ġdida mhux kunfidenzjali fil-fajls tal-investigazzjoni. Informazzjoni mhux kunfidenzjali għandha tkun aċċessibbli wkoll permezz ta’ pjattaforma bbażata fuq l-internet. [Em. 53]
11c.
Il-Kummissjoni għandha tħares l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati u għandha tiżgura li l-proċedimenti jiġu ttrattati b’mod imparzjali, b’mod oġġettiv u f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, permezz ta’ Uffiċjal tas-Seduta fejn xieraq. [Em. 54]
11d.
Il-Kummissjoni għandha toħroġ kwestjonarji biex jintużaw fl-investigazzjonijiet fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, fuq talba tal-partijiet interessati." [Em. 55]
"
3. L-Artikolu 12(1) huwa emendat kif ġej:
(-a) it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:"
"Id-dazji proviżorji għandhom jiġu imposti mhux aktar kmieni minn 60 jum mill-bidu tal-proċeduri imma mhux aktar tard minn sitt xhur mill-bidu tal-proċeduri." [Em. 56]
"
(a) it-tielet subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"
"L-ammont tad-dazju proviżorju kompensatorju ma għandux jaqbeż l-ammont totali ta’ sussidji kompensatorji kif stabbilit b’mod proviżorju.";
"
(b) is-subparagrafu jiddaħħal fl-aħħar:"
"Id-dażji proviżorji ma għandhomx jiġu applikati f’perjodu ta’ ġimagħtejn wara li tintbagħat l-informazzjoni lill-partijiet interessati skont l-Artikolu 29b. Il-provvista ta’ tali informazzjoni hija bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed mill-Kummissjoni wara." [Em. 57]
"
3a. Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:"
"1. Bil-kondizzjoni li tkun saret determinazzjoni affermattiva proviżorja dwar l-għoti ta’ sussidju u l-ħsara, il-Kummissjoni tista’ taċċetta offerti ta’ impenji volontarji li taħthom:
(a)
il-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni jaqbel li jelimina jew jillimita s-sussidju jew jieħu miżuri oħra dwar l-effetti tiegħu; jew
(b)
xi esportatur jintrabat li jirrevedi l-prezzijiet tiegħu jew iwaqqaf l-esportazzjonijiet lejn iż-żona inkwistjoni sakemm dawn l-esportazzjonijiet jibbenefikaw minn sussidji ta’ kumpens, bil-kundizzjoni li l-Kummissjoni, wara konsultazzjoni speċifika mal-Kumitat Konsultattiv, tkun iddeterminat li l-effett ta’ ħsara tas-sussidji jkun b’hekk eliminat.
F’każ bħal dan u sakemm jibqgħu fis-seħħ dawk l-impenji, id-dazji proviżorji imposti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12(3) u d-dazji definittivi imposti mill-Kunsill skont l-Artikolu 15(1) ma għandhomx japplikaw għall-importazzjonijiet rilevanti tal-prodott ikkonċernat manifatturat mill-kumpaniji msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-impenji u f’kull emenda sussegwenti ta’ dik id-deċiżjoni.
Ir-regola tal-inqas dazju m’għandhiex tapplika għall-prezzijiet li ntlaħaq ftehim dwarhom taħt dawn l-impenji fil-qafas tal-proċeduri ta’ kontra s-sussidji."; [Em. 58]
"
3b. Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:"
"4. Il-partijiet illi joffru impenn għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu verżjoni mhux kunfidenzjali sinifikanti ta' dak l-impenn, sabiex din tkun tista’ tingħata lill-partijiet interessati fl-investigazzjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-partijiet għandhom jintalbu jiżvelaw kemm jista' jkun possibbli informazzjoni dwar il-kontenut u n-natura tal-impenn b’kunsiderazzjoni dovuta għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali skont l-Artikolu 29. Barra minn hekk, qabel ma taċċetta kwalunkwe offerta bħal din, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-industrija tal-Unjoni fir-rigward tal-karatteristiċi ewlenin ta' dak l-impenn. " [Em. 59]
"
4. Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:"
"5. L-ammont tas-sussidji kompensatorji għandu jitqies bħala de minimis jekk tali ammont ikun inqas minn 1 % ad valorem, għajr meta, fir-rigward tal-investigazzjonijiet li jikkonċernaw l-importazzjonijiet minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-limitu de minimis ikun 2 % ad valorEm.";
"
5. Fl-Artikolu 15(1), l-aħħar subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:"
"L-ammont tad-dazju kompensatorju ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ sussidji kompensatorji stabbilit."
"
6. L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 1 jiddaħħal is-subparagrafu li ġej: "
"Jekk wara investigazzjoni skont l-Artikolu 18, il-miżura tiskadi, kwalunkwe dazju miġbur wara d-data tal-bidu tat-tali investigazzjoni għandu jiġi rimborżat. Ir-rimborż għandu jintalab mill-awtoritajiet doganali nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli tal-Unjoni." [Em. 60]
"
(b) il-paragrafu 6 jitħassar.
7. L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:
(a) fit-tieni sentenza ta' paragrafu 4, il-kliem "jista’/tista’" jinbidel fi "għandu/għandha".
(b) fil-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"
"Meta l-prattika, il-proċess jew il-ħidma ta’ ċirkomvenzjoni sseħħ barra mill-Unjoni, l-eżenzjonijiet jistgħu jingħataw lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat li jinstabu li ma jkunux involuti fi prattiki ta’ ċirkomvenzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 3.";
"
(c) fil-paragrafu 6, it-tielet subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"
"Meta l-prattika, il-proċess jew il-ħidma ta’ ċirkomvenzjoni sseħħ ġewwa l-Unjoni, l-eżenzjonijiet jistgħu jingħataw lill-importaturi li jistgħu juru li ma jkunux involuti fi prattiki ta’ ċirkomvenzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 3.";
"
7a. Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:"
"3. Dispożizzjonijiet speċjali, partikolarment dwar id-definizzjoni komuni tal-kunċett tal-oriġini, kif jinstab fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jew skont l-Artikolu 2 tiegħu, jistgħu jiġu adottati skont dan ir-Regolament. " [Em. 61]
"
7b. Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:"
"5. Il-Kummissjoni tista’, wara li tkun infurmat lill-Istati Membri fi żmien dovut, tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali sabiex jieħdu l-passi approprjati biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu sussegwentement jiġu applikati kontra dik l-importazzjoni mid-data ta’ dik ir-reġistrazzjoni.
L-importazzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għal reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Unjoni li jkun fiha provi suffiċjenti biex tiġġustifika dik l-azzjoni. L-importazzjonijiet jistgħu jkunu soġġetti wkoll għal reġistrazzjoni fuq l-inizjattiva proprja tal-Kummissjoni.
L-importazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni fejn l-ilment tal-industrija tal-Unjoni jkun fih talba għar-reġistrazzjoni u provi suffiċjenti biex tiġġustifika dik l-azzjoni.
Ir-registrazzjoni għandha tiddaħħal b’Regolament li għandu jispeċifika l-iskop tal-azzjoni u, jekk ikun approprjat, l-ammont stmat ta’ obbligazzjoni futura possibbli. L-importazzjonijiet m’għandhomx ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni għal perjodu itwal minn disa’ xhur." [Em. 78]
"
7c. Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:"
"6. L-Istati Membri għandhom jagħmlu rapport kull xahar lill-Kummissjoni, dwar il-kummerċ tal-importazzjoni ta’ prodotti soġġetti għal investigazzjoni u għal miżuri, u dwar l-ammont ta’ dazji miġbura bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament. Meta tirċievi talba espliċita u motivata minn parti interessata, u wara li tirċievi l-opinjoni tal-Kumitat li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 25(2) b'rabta ma' dan, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tikkomunikalhom l-informazzjoni dwar il-volum u l-valuri tal-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti."[Em. 76]
"
7d. Fl-Artikolu 24, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"
"7a. Kull meta l-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li tadotta jew tippubblika kwalunkwe dokument immirat li jiċċara l-prattika stabbilita tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi kwalunkwe wieħed mill-elementi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel l-adozzjoni jew il-pubblikazzjoni, bil-għan li jintlaħaq kunsens u li dan id-dokument partikolari jiġi approvat. Kwalunkwe modifika sussegwenti ta’ dawn id-dokumenti għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti proċedurali bħal dawn. F'kull każ, kull wieħed minn dawn id-dokumenti għandu jkun f’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. L-ebda dokument bħal dan ma jista’ jwessa’ d-diskrezzjoni tal-Kummissjoni, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fl-adozzjoni tal-miżuri." [Em. 64]
"
8. Fl-Artikolu 27(1), l-ewwel subparagrafuil-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"
"1. Fil-każijiet fejn l-għadd ta’ produtturi, esportaturi jew importaturi, li jikkooperaw fl-investigazzjoni, jew tal-Unjoni, it-tipi ta’ prodotti jew it-tranżazzjonijiet ikun kbir, l-investigazzjoni tista’ tkun limitata għal:
(a)
għadd raġonevoli ta’ partijiet, prodotti jew tranżazzjonijiet billi jintużaw kampjuni li huma statistikament validi fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-għażla; jew
(b)
l-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni, tal-bejgħ jew tal-esportazzjoni li b'mod raġonevoli jista’ jkun investigat fiż-żmien disponibbli.
Fil-każ tas-setturi industrijali diversi u frammentati, fil-biċċa l-kbira magħmula minn SMEs, l-għażla finali tal-partijiet għandha, fejn possibbli, tqis il-proporzjon tagħhom fis-settur ikkonċernat." [Em. 65]
"
9. Wara l-Artikolu 29, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"
"Artikolu 29b
Informazzjoni dwar il-miżuri proviżorji
1.
Il-produtturi, l-importaturi u l-esportaturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u l-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni, jistgħu jitolbu informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata tad-dazji proviżorji. It-talbiet għal tali informazzjoni għandhom isiru bil-miktub fil-limitu ta’ żmien preskritt fl-avviż tal-bidu. It-tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta lil dawk il-partijiet, mill-inqas ġimagħtejn qabel l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 12(1) għall-impożizzjoni tad-dazji proviżorji.
It-tali informazzjoni għandha tinkludi:
(a)
sommarju tad-dazji proposti għall-iskopijiet ta' informazzjoin biss, u
(b)
dettalji tal-kalkolu tal-marġni tas-sussidji u l-marġni xieraq biex titneħħa l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni, filwaqt li titqies kif dovut il-ħtieġa li jiġu rispettati l-obbligi tal-kunfidenzjalità msemmijin fl-Artikolu 29. Il-partijiet għandu jkollhom perjodu ta’ tlitt ijiem ta’ xogħol biex jipprovdu l-kummenti tagħhom dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli.
2.
Fil-każijiet fejn huwa maħsub li ma jiġux imposti dazji proviżorji iżda li titkompla l-investigazzjoni, il-partijiet interessati għandhom jiġu infurmati dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni tad-dazji ġimagħtejn qabel l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 12(1) għall-impożizzjoni tad-dazji proviżorji." [Em. 66]
"
10. L-Artikolu 31(2) jinbidel b’dan li ġej:"
'2. Sabiex tiġi provduta bażi soda li fuqha l-awtoritajiet jistgħu jagħtu kas tal-opinjonijiet u l-informazzjoni kollha fid-deċiżjoni ta' jekk l-impożizzjoni tal-miżuri hix fl-interess tal-Unjoni jew le, il-produtturi, l-importaturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi jistgħu, fil-limiti ta' żmien speċifikati fl-avviż tal-bidu tal-investigazzjoni kompensatorja, jippreżentaw lilhom infushom u jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni. Informazzjoni bħal din, jew sommarji xierqa tagħha, għandhom jiġu magħmula disponibbli lill-partijiet l-oħra speċifikati f'dan il-paragrafu, u għandhom ikunu intitolati li jwieġbu għal din l-informazzjoni." [Em. 67]
"
10a. Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"
"Artikolu 33a
Rapport
1.
Sabiex tiffaċilita l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha, b’kunsiderazzjoni dovuta għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 19, tippreżenta rapport annwali dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bħala parti minn djalogu dwar l-istrument għad-difiża tal-kummerċ bejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-miżuri proviżorji u definittivi, it-terminazzjoni tal-investigazzjonijiet mingħajr miżuri, impenji, investigazzjonijiet mill-ġdid, reviżjonijiet u żjarat ta’ verifika, u l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u t-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw minnu. Ir-rapport għandu jkopri wkoll l-użu tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ minn pajjiżi terzi li qed ifittxu l-Unjoni, l-informazzjoni dwar l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni kkonċernata mill-miżuri imposti u l-appelli kontra l-miżuri imposti. Għandu jinkludi l-attivitajiet tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni u dawk tal-Help Desk tal-SMEs relatati mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2.
Il-Parlament Ewropew jista’, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu biex tippreżenta u tispjega l-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport jista' jkun soġġett għal riżoluzzjoni.
3.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill." [Em. 68]
"
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jiġi kkonsolidat mar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u mar-Regolament (KE) Nru 597/2009 sa ...(5) [Em. 69]
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-investigazzjonijiet kollha li għalihom ikun ġie ppubblikat l-avviż tal-bidu skont l-Artikolu 10(11) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 jew l-Artikolu 5(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar protezzjoni kontra importazzjonijiet iddampjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93).
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (COM(2012)0499 – C7-0288/2012 – 2012/0237(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0499),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0288/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tas-7 ta' Frar 2013(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tat-13 ta' Frar 2013(2),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta’ Jannar 2013(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom(4),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0140/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej (COM(2012)0712 – C7-0393/2012 – 2012/0336(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0712),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0393/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-7 ta' Frar 2013(1),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-31 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0200/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regoalment (UE) Nru ../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1142/2014.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (COM(2013)0639 – C7-0303/2013 – 2013/0313(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0639),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0303/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-3 ta' Diċembru 2013(1),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7‑0108/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE, Euratom) Nru 547/2014.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Dikjarazzjoni konġunta dwar il-kwittanza separata għall-Impriżi Konġunti skont l-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju
1. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li sabiex l-Impriżi Konġunti jibbenefikaw minn regoli finanzjarji simplifikati li jkunu adattati aħjar għan-natura pubblika-privata tagħhom, dawn għandhom jiġu stabbiliti taħt l-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju.
Madankollu, huma jaqblu wkoll li:
– Fid-dawl tan-natura speċifika u l-istatus attwali tal-Impriżi Konġunti, u biex tkun żgurata l-kontinwità mas-7 Programm Qafas, l-Impriżi Konġunti għandhom ikomplu jkunu soġġetti għal kwittanza separata li għandha tingħata mill-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. Għal din ir-raġuni, derogi speċifiċi mill-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu introdotti fl-atti kostitwenti tal-Impriżi Konġunti li għandhom li stabbiliti taħt il-Programm Orizzont 2020. Dawn id-derogi ser jirreferu għall-kwittanza separata u ser jinkludu kwalunkwe adattament addizzjonali meħtieġ.
– Sabiex l-Impriżi Konġunti jkunu jistgħu jibbenefikaw minnufih mis-simplifikazzjonijiet introdotti fil-qafas finanzjarju l-ġdid, jeħtieġ li jidħol fis-seħħ ir-regolament delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-regolament finanzjarju mudell għal korpi ta' SPP skont l-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju.
2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu nota li l-Kummissjoni:
– ser tiżgura li r-regoli finanzjarji tal-Impriżi Konġunti ser jinkludu derogi mir-Regolament Finanzjarju Mudell għal korpi ta' SPP biex tiġi riflessa l-introduzzjoni tal-kwittanza separata fl-atti kostitwenti tagħhom;
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (COM(2013)0480 – C7-0201/2013 – 2013/0224(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0480),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0201/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Ottubru 2013(1),
– wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni ,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0080/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonjutal-gassijiet serra mit-trasport marittimu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 [Em. 1]
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2).
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(3).
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(4).
Billi:
(1) Il-Pakkett dwar il-Klima u l-Enerġija(5) li appella għall-kontribuzzjoni tas-setturi kollha tal-ekonomija biex jinkiseb dan it-tnaqqis tal-emissjonijiet, fosthom dawk tat-trasport marittimu internazzjonali, jipprovdi mandat ċar: "...fil-każ li l-ebda ftehim internazzjonali li jinkludi l-emissjonijiet marittimi internazzjonali fil-miri ta' tnaqqis tiegħu permezz tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali ma jkun ġie approvat mill-Istati Membri u/jew l-ebda ftehim bħal dan permezz tal-UNFCCC ma jkun ġie approvat mill-Komunità sal-31 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta li tinkludi l-emissjonijiet marittimi internazzjonali fl-impenn għat-tnaqqis Komunitarju bil-għan li l-att propost jidħol fis-seħħ sal-2013. Tali proposta għandha timminimizza kull impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-Komunità waqt li tikkunsidra l-benefiċċji ambjentali li jista' jkun hemm."
(1a) It-trasport marittimu għandu impatt fuq il-klima globali u fuq il-kwalità tal-arja, bħala riżultat tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) u ta’ emissjonijiet oħrajn, inklużi l-ossidi tan-nitroġenu (NOx), l-ossidi tal-kubrit (SOx), il-metan (CH4), il-materja partikulata (PM) u l-karbonju iswed (BC). [Em. 2]
(1b) It-trasport marittimu internazzjonali għadu l-uniku mezz ta' trasport li mhuwiex inkluż fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Skont il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta għal dan ir-Regolament, l-emissjonijiet ta'CO2, mit-trasport marittimu internazzjonali żdiedu b'48 % bejn l-1990 u l-2007. [Em. 3]
(1c) Fid-dawl tal-għarfien xjentifiku li qiegħed jiżviluppa b’mod rapidu għandha ssir valutazzjoni aġġornata regolari fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-impatt mhux tas-CO2 tat-trasport marittimu fuq il-klima globali. Abbażi tal-valutazzjonijiet tagħha, u meta tikkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Settembru 2011 dwar approċċ komprensiv għall-emissjonijiet antropoġeniċi mhux tas-CO2 rilevanti għall-klima, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-implikazzjonijiet għall-politiki u l-miżuri sabiex jitnaqqsu dawk l-emissjonijiet. [Em. 4]
(1d) Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni biex tindirizza attivitajiet oħra li jwasslu għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u sustanzi li jniġġsu l-arja li mhumiex koperti b’dan ir-Regolament, jiġifieri l-użu ta’ refriġeranti minn dgħajjes tas-sajd, u l-emissjonijiet evaporattivi mit-tagħbija u l-ħatt tal-fjuwil u ta' merkanzija bl-ingrossa (eż. komposti organiċi volatili, (VOCs), PM). [Em. 5]
(1e) Il-White Paper tal-Kummissjoni "Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport- Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti " tat-28 ta' 'Marzu 2011 titlob li sal-2050, l-emissjonijiet mit-trasport marittimu jonqsu b'40 % (50 % jekk possibbli) meta mqabbla mal-livelli fl-2005, speċifikament permezz tal-applikazzjoni tal-prinċipji "l-utent iħallas" u "min iniġġes iħallas". [Em. 6]
(1f) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-“Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport - Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti” titlob għal tnaqqis uniformi ta’ 30 % fl-Unjoni fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 u sustanzi li jniġġsu fit-trasport marittimu, li għalihom għandha ssir kontribuzzjoni mill-ftehimiet tal-OMI dwar l-Indiċi tal-Effiċjenza tal-Enerġija (Energy Efficiency Design Index/EEDI) u l-Pjan dwar il-Ġestjoni tal-Effiċjenza Enerġetika tal-Bastimenti (Ship Energy Efficiency Management Plan/SEEMP). [Em. 7]
(2) F’Lulju 2011, l-OMI adottat miżuri tekniċi u operazzjonali, b’mod partikolari l-Indiċi tal-Effiċjenza tal-Enerġija (EEDI għall-bastimenti ġodda u l-Pjan dwar il-Ġestjoni tal-Effiċjenza Enerġetika tal-Bastimenti (SEEMP, li se jġibu titjib f’termini tat-tnaqqis fiż-żieda mistennija fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, iżda li waħedhom ma jistgħux iwasslu għat-tnaqqis assolut meħtieġ fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu internazzjonali biex jinżammu l-isforzi skont l-għan globali li ż-żidiet fit-temperaturi globali jiġu limitati għal 2 C.
(3) Skont id-dejta pprovduta mill-OMI, il-konsum speċifiku ta’ enerġija u l-emissjonijiet ta' CO2 ta’ bastimenti li jistgħu jitnaqqsu b’sa 75 %b’25 sa 75 % billi jiġu applikati miżuri operazzjonali u bl-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji eżistenti; parti sinifikanti minn dawn il-miżuri tista’ titqies bħala kosteffiċjenti u li tkun tali li tista' toffri benefiċċji netti għas-settur, minħabba li l-ispejjeż mnaqqsa tal-fjuwil jiżguraw ħlas lura ta’ kwalunkwe spiża operattiva jew tal-investiment. [Em. 8]
(4) Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu fil-livell tal-Unjoni, l-aqwa alternattiva possibbli tibqa’ t-twaqqifl-implimentazzjoni ta' miżura abbażi tas-suq, fosthom, ipprezzar tal-emissjonijiet jew imposta, li titlob it-twaqqif ta’ sistema għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika (MRV) tal-emissjonijiet ta' CO2tal-gassijiet serra ibbażati fuq il-konsum tal-fjuwil tal-bastimenti bħala.Il-ġbir tad-dejta dwar tali emissjonijiet huwa l-ewwel pass ta' approċċ fi stadji, ġustifikat mill-ħtieġa ta' tnaqqis ta' tali emissjonijiet, għall-inklużjoni tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-gassijiet serra. L-aċċess pubbliku għad-dejta tal-emissjonijiet se jikkontribwixxi biex ineħħu l-ostakli tas-suq li jżommu milli jittieħdu għadd ta' miżuri li ma jiswewx flus u li jistgħu jnaqqsu l-emissjonijet mis-settur. [Em. 9]
(5) L-adozzjoni ta’ miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u tal-konsum tal-fjuwil hija mxekkla minħabba l-eżistenza ta' ostakli tas-suq bħan-nuqqas ta’ informazzjoni affidabbli dwar l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil ta’ bastimenti jew ta’ teknoloġiji għar-retrofitting ta' bastimenti, in-nuqqas ta’ aċċess għall-finanzi għal investimenti fl-effiċjenza tal-bastimenti u l-inċentivi maqsuma, u dan peress li s-sidien tal-bastimenti ma jibbenefikawx mill-investimenti tagħhom fl-effiċjenza tal-bastiment għaliex il-kontijiet tal-fjuwil jitħallsu mill-operaturi.
(6) Ir-riżultati tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati u tad-diskussjonijiet ma’ sħab internazzjonali jindikaw li approċċ fi stadji għall-inklużjoni tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-gassijiet serra għandu jiġi applikat fl-implimentazzjoni ta’ sistema MRV robusta għall-emissjonijiet ta' CO2tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu bħala l-ewwel pass u l-ipprezzar ta’ dawn l-emissjonijietl-introduzzjoni ta’ strumenti ta’ politika ġodda, jiġifieri, ipprezzar tal-emissjonijiet jew imposta, fi stadju aktar tard. Dan l-approċċ jiffaċilita li jsir progress sinifikanti fil-livell internazzjonali fir-rigward tal-ftehim dwar miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u dwar miżuri oħrajn sabiex dan it-tnaqqis jinkiseb bi spejjeż minimi. [Em. 10]
(7) L-introduzzjoni ta’ sistema MRV tal-Unjoni mistennija li twassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet li jammontaw għal sa 2 % meta mqabbla ma’ xenarju ta’ żamma tal-istatus quo u tnaqqis fl-ispejjeż netti aggregati sa EUR 1,2 biljun sal-2030 billi tista’ tikkontribwixxi għat-tneħħija ta’ ostakli tas-suq, b’mod partikolari dawk relatati man-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-bastimenti. Dan it-tnaqqis ta’ spejjeż tat-trasport għandu jiffaċilita l-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, sistema MRV robusta hija prerekwiżit għal kwalunkwe kejl jew standard ta’ effiċjenza ibbażat fuq is-suq jew miżuri oħra mmirati biex jipprovdu bażi aħjar għall-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, jekk tiġi applikata fil-livell tal-Unjoni jew globalment. Minħabba n-natura internazzjonali tat-tbaħħir, approċċ globali koordinat huwa l-metodu preferut u l-aktar effettiv sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fit-trasport marittimu internazzjonali. Hija tipprovdi wkoll dejta affidabbli biex jiġu stabbiliti miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet preċiżi u għall-evalwazzjoni tal-progress fil-kontribut tat-trasport marittimu lejn il-kisba ta’ ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju. [Em. 11]
(8) Il-vjaġġi fi ħdan l-Unjoni kollha, il-vjaġġi kollha li jaslu mill-aħħar port mhux tal-Unjoni lejn l-ewwel port ta' waqfa tal-Unjoni u l-vjaġġi kollha ħerġin minn port tal-Unjoni lejn il-port ta' waqfa li jmiss mhux tal-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati rilevanti għal finijiet ta’ monitoraġġ. L-emissjonijiet ta' CO2tal-gassijiet serra fil-portijiet tal-Unjoni inkluż meta l-bastimenti jkunu fl-irmiġġ jew jiċċaqalqu ġewwa port, għandhom ikunu koperti wkoll, b’mod partikolari minħabba li miżuri speċifiċi għat-tnaqqis jew l-evitar ta' dawn jeżistu. Dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati b’mod mhux diskriminatorju għall-bastimenti kollha irrispettivament mill-bandiera li jtajru. [Em. 12]
(8a) Minħabba l-ambitu ġeografiku u l-ħtieġa konkomitanti ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra lil hinn mit-territorju tal-Istati Membri, u minħabba l-inklużjoni ta' intrapriżi marittimi rreġistrati mad-dinja kollha, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-pajjiżi terzi fi stadju bikri u b'mod xieraq bil-ħsieb li tikseb l-akbar aċċettazzjoni internazzjonali possibbli.[Em. 13]
(9) Is-sistema MRV proposta għandha tieħu l-forma ta’ Regolament minħabba n-natura kumplessa u teknika ħafna tad-dispożizzjonijiet introdotti, il-ħtieġa għal regoli uniformi applikabbli fl-Unjoni kollha biex jirriflettu n-natura internazzjonali tat-trasport marittimu b’bosta bastimenti li jkunu mistennija li jidħlu f’portijiet fi Stati Membri differenti, u sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni fl-Unjoni kollha.
(10) Sistema MRV tal-Unjoni speċifika għall-bastimenti għandha tkun ibbażata fuq il-kalkolu ta’ emissjonijiet mill-fjuwil ikkunsmat jew fuq ir-rappurtar preċiż tal-emissjonijiet reali fuq vjaġġi minn portijiet tal-Unjoni u lejhom għaliex id-dejta dwar il-bejgħ tal-fjuwil ma tistax tipprovdi stimi preċiżi b’mod xieraq dwar il-konsum tal-fjuwil f'dan il-kamp ta' applikazzjoni speċifiku minħabba l-kapaċitajiet kbar tat-tankijiet tal-bastimenti. [Em. 14]
(11) Is-sistema MRV tal-Unjoni għandha tkopri wkoll informazzjoni oħra rilevanti għall-klima li tippermetti d-determinazzjoni tal-effiċjenza tal-bastimenti jew l-analiżi ulterjuri tal-kawżisabiex tanalizza ulterjorment il-kawżi tal-iżvilupp tal-emissjonijiet. Dan il-kamp ta' applikazzjoni jallinja wkoll is-sistema, tallinja s-sistema MRV tal-Unjoni mal-inizjattivi internazzjonali għall-introduzzjoni ta' sistema ta’ standards ta’ effiċjenza għal bastimenti eżistenti, li jkopru wkoll miżuri operazzjonali, u jikkontribwixxitikkontribwixxi għat-tneħħija tal-ostakli tas-suq relatati man-nuqqas ta’ informazzjoni. [Em. 15]
(12) Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għas-sidien tal-bastimenti u għall-operaturi, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u biex isir l-aħjar użu mill-proporzjon kostijiet-benefiċċji tas-sistema MRV mingħajr ma jiġi mhedded l-għan li jkun kopert sehem predominanti ħafna tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu, ir-regoli għall-MRV għandhom japplikaw biss għal produtturi kbar. Intagħżel limitu ta’ 5000 tunnellaġġ gross (TG) wara analiżi dettaljata oġġettiva tal-qisien u l-emissjonijiet tal-bastimenti li jmorru lejn portijiet tal-Unjoni u dawk li jiġu minnhom. Il-bastimenti b’aktar minn 5000 TG jammontaw għal madwar 55 % tal-għadd tal-bastimenti li jidħlu f’portijiet tal-Unjoni u jirrappreżentaw madwar 90 % tal-emissjonijiet relatati. Dan il-limitu mhux diskriminatorju għandu jiżgura li l-biċċa l-kbira tal-emittenti rilevanti jiġu koperti. Limitu aktar baxx għandu jirriżulta f’iktar piż amministrattiv filwaqt li limitu ogħla jillimita l-kopertura tal-emissjonijiet u għalhekk l-effettività ambjentali tas-sistema.
(13) Biex ikompli jitnaqqas il-piż amministrattiv għas-sidien tal-bastimenti u l-operaturi, ir-regoli tal-monitoraġġ għandhom jiffukaw fuq is-CO2 bħala l-aktar gass serra rilevanti li joħroġ mit-trasport marittimu u li jikkontribwixxi sa 98 % tat-total tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ dan is-settur. [Em. 17]
(14) Ir-regoli għandhom iqisu r-rekwiżiti eżistenti u d-dejta diġà disponibbli abbord il-bastimenti; għalhekk, is-sidien tal-bastimenti għandhom jingħataw l-opportunità li jagħżlu wieħed minn dawn l-erba’ metodi ta’ monitoraġġ: l-użu tan-Noti ta' Kunsinna tal-Fjuwil tal-Banker, monitoraġġ tat-tank tal-fjuwil tal-Banker, miters tal-fluss għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli jew għall-kejl dirett ta' emissjoni. Pjan ta’ monitoraġġ speċifiku tal-bastimenti għandu jiddokumenta l-għażla magħmula u għandu jipprovdi aktar dettalji dwar l-applikazzjoni tal-metodu magħżul.
(15) Kwalunkwe kumpanija bir-responsabbiltà għal perjodu kollu ta’ rappurtar għal bastiment li jwettaq attivitajiet tat-trasport marittimu għandha titqies li hija responsabbli għar-rekwiżiti kollha ta' monitoraġġ u ta' rappurtar li joħorġu b’relazzjoni għal dan il-perjodu ta’ rappurtar, inkluż is-sottomissjoni ta’ rapport dwar l-emissjonijiet ivverifikati b’mod sodisfaċenti. Fil-każ ta' bidla fis-sjieda, is-sid il-ġdid se jkun responsabbli biss għall-obbligi ta' monitoraġġ u ta' rappurtar relatati mal-perjodu ta' rappurtar li fih seħħet il-bidla fis-sjieda. Sabiex jiffaċilita t-twettiq ta’ dawn l-obbligi s-sid il-ġdid għandu jirċievi kopja tal-aħħar pjan ta’ monitoraġġ, u dokument ta’ konformità jekk applikabbli. Bidla fis-sjieda għandha twassal għall-modifika tal-pjan ta’ monitoraġġ sabiex tippermetti lis-sidien ġodda tal-bastimenti jagħmlu l-għażliet tagħhom stess fir-rigward tal-metodoloġija tal-monitoraġġ.
(16) Gassijiet serra oħra, aġenti b'impatti klimatiċi (climate forcers) jew sustanzi li jniġġsu l-arja ma għandhomx ikunu koperti mis-sistema MRV tal-Unjoni f’dan l-istadju sabiex jiġu evitati r-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' tagħmir tal-kejl li mhuwiex affidabbli biżżejjed u kummerċjalment disponibbli, ħaġa li tista' xxekkel l-implimentazzjoni tas-sistema MRV tal-UnjonIs-sistema tal-MRV tal-Unjoni hija opportunità li tiżgura r-regolamentazzjoni koerenti tas-settur tat-trasport marittimu fir-rigward ta’ setturi oħra. [Em. 18]
(16a) Il-Konvenzjoni tal-MARPOL tinkludi l-applikazzjoni obbligatorja tal- EEDI għall-bastimenti ġodda u l-użu tal-Pjanijiet dwar l- SEEMPs għall-flotta kollha dinjija.[Em. 19]
(17) Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż amministrattiv għas-sidien tal-bastimenti u l-operaturi, ir-rappurtar u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni rappurtata għandhom jiġu organizzati kull sena. Bir-restrizzjoni fuq il-pubblikazzjoni tal-emissjonijiet, tal-konsum tal-fjuwil u tal-informazzjoni relatata mal-effiċjenza għal medji annwali u ċifri aggregati, il-kwistjonijiet tal-kunfidenzjalità għandhom ikunu ġew indirizzati. Id-dejta rrappurtata lill-Kummissjoni għandha tiġi integrata fl-istatistika sakemm din id-dejta tkun rilevanti għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/504/UE(6).
(18) Verifiki minn verifikaturi akkreditati għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta’ monitoraġġ u r-rapporti tal-emissjonijiet huma korretti u konformi mar-rekwiżiti definiti b'dan ir-Regolament. Għalhekk, ir-rekwiżiti ta’ kompetenza huma essenzjali għall-verifikatur biex ikun jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ verifika skont dan ir-Regolament. Bħala element importanti għas-simplifikar tal-verifiki, il-verifikaturi għandhom jiċċekkjaw il-kredibbiltà tad-dejta billi jqabblu d-dejta rrappurtata stmata bid-dejta bbażata fuq id-dejta u l-karatteristiċi tat-traċċar tal-bastiment. Inizjattivi bħal dawn jistgħu jiġu kkoordinati mill-Kummissjoni. Il-verifikaturi għandhom ikunu indipendenti u kompetenti u persuni jew entitajiet legali għandhom jiġu akkreditati minn korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). [Em. 20]
(19) Dokument ta’ konformità maħruġ minn verifikatur għandu jinżamm abbord il-bastimenti sabiex tintwera l-konformità mal-obbligi għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika. Il-verifikaturi għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-ħruġ ta’ dokumenti bħal dawn.
(20) Fuq il-bażi tal-esperjenza minn kompiti simili relatati mas-sikurezza marittima, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) għandha tappoġġa lill-Kummissjoni billi twettaq ċerti kompiti.
(21) In-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandu jirriżulta fl-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet. L-infurzar tal-obbligi relatati mas-sistema MRV għandu jkun ibbażat fuq strumenti eżistenti, jiġifieri dawk istitwiti bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/21/KE (8) u d-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), u fuq l-informazzjoni dwar il-ħruġ ta’ dokumenti ta’ konformità. Il-Kummissjoni għandh żżid id-dokument li jikkonferma l-konformità tal-bastiment mal-obbligi ta' monitoraġġ u ta’ rappurtar fil-lista taċ-ċertifikati u tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/16/KE.
(22) Id-Direttiva 2009/16/KE tipprovdi għad-detenzjoni tal-vapuri/bastimenti fil-każ ta’ nuqqas ta’ ċertifikati li għandhom jinġarru abbord. Madankollu, fil-każ ta’ bastimenti li naqsu milli jħarsu l-obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rrappurtar għal aktar minn perjodu ta’ rappurtar wieħed, huwa xieraq li tkun stipulata l-possibbiltà ta’ espulsjoni. Din għandha tiġi applikata b’tali mod li jippermetti li s-sitwazzjoni tiġi rettifikata f’perijodu ta’ żmien raġonevoli.
(23) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) għandu jiġi emendat biex jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport marittimu mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament.
(24) Is-sistema MRV tal-Unjoni għandha sservi bħala mudell għall-implimentazzjoni ta’ sistema MRV globali. Sistema MRV globali hija aħjar peress li tista’ titqies bħala iżjed effikaċi minħabba l-kamp ta' applikazzjoni usa’. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha fuq bażi regolari taqsam l-informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament flimkien mal-OMI u ma' korpi internazzjonali rilevanti oħra u għandhom isiru sottomissjonijiet rilevanti lill-OMI. Fejn jintlaħaq ftehim dwar sistema MRV globali, il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sistema MRV tal-Unjoni bil-għan tallinjaha mas-sistema globali.
(25) Sabiex isir użu tal-aħjar prattiki disponibbli u tal-evidenza xjentifika, għandha tiġi iddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-eżami ta' ċerti aspetti tekniċi tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-emissjonijiet ta’ CO2tal-gassijiet serra minn bastimenti u li jiġu speċifikati aktar ir-regoli għall-verifika tar-rapporti tal-emissjonijiet u l-akkreditazzjoni ta’ verifikaturi. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati waqt il-ħidma preparatorja, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti ta' delega, il-Kummissjoni għandha tara li ssir trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. [Em. 21]
(26) Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-użu ta’ sistemi awtomatizzati u ta' mudelli elettroniċi standard għar-rappurtar koerenti tal-emissjonijiet u ta' informazzjoni oħra rilevanti għall-klima lill-Kummissjoni u Stati involuti, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Dawk is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11). [Em. 22]
(27) L-għan tal-azzjoni proposta, jiġifieri l-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet ta' CO2tal-gassijiet serra mill-bastimenti bħala l-ewwel pass ta’ approċċ fi stadji sabiex jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet u jinkisbu l-miri stabbiliti fil-White Paper tal-Kummissjoni “Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport”, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu individwalment, minħabba n-natura internazzjonali tat-trasport marittimu u għalhekk jista', minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni. L-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. [Em. 23]
(28) Ir-regoli li jistabbilixxu s-sistema MRV għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE (12) u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13).
(29) Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2015 biex jiġi żgurat li l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkollhom żmien biżżejjed biex jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament qabel ma jibda l-ewwel perjodu ta’ rappurtar fl-1 ta’ Jannar 2018.
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika preċiżi tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2)tal-gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra rilevanti għall-klima minn bastimenti li jaslu, jidħu jew joħorġu mill-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru sabiex jippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu b'mod kosteffiċjenti. [Em. 24]
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti b’aktar minn 5000 tunnellata gross f’dak li għandu x’jaqsam ma’ emissjonijiet rilaxxati matul il-vjaġġi tagħhom minn l-aħħar port ta' waqfa lejn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u minn port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għal port ta’ waqfa li jmiss tagħhom, kif ukoll fi ħdan il-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.
2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal bastimenti tal-gwerra, awżiljarji navali, bastimenti tal-qbid jew tal-ipproċessar tal-ħut, vapuri b’binja primittiva, vapuri li ma jitħaddmux b’mezzi mekkaniċi u użati għal skopijiet mhux kummerċjali. [Em. 26]
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) "emissjonijiet" tfisser ir-rilaxx tas-CO2 fl-atmosfera minn bastimenti kif previst fl-Artikolu 2;
(b) "port ta' waqfa" tfisser port fejn bastiment jieqaf biex jgħabbi jew iħott il-merkanzija jew biex jimbarka jew jiżbarka passiġġieri, bl-esklużjoni ta’ waqfiet għall-iskop uniku ta’ teħid tal-fjuwil mill-ġdid biex jikseb provvisti friski u/jew biex iserraħ l-ekwipaġġ;
(c) "kumpanija" tfisser is-sid ta’ bastiment kif previst fl-Artikolu 2 jew kwalunkwe persuna oħra, bħall-maniġer jew in-nolleġġatur tal-bastiment vojt, li jkun assuma r-responsabbiltà minn sid il-bastiment għall-operazzjonijiet tiegħu;
(d) "tunnellaġġ gross" tfisser it-tunnellaġġ gross ikkalkulat skont ir-regolamenti dwar il-kejl tat-tunnellaġġ li jinsabu fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunnellaġġ tal-Bastimenti, 1969,
(e) "verifikatur" tfisser entità ġuridika li twettaq attivitajiet ta’ verifika li hija akkreditata minn korp ta’ akkreditazzjoni nazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 u dan ir-Regolament jew aġenzija inkarigata mis-sistema tal-immudellar għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet minn bastimenti; [Em. 28]
(f) "verifika" tfisser l-attivitajiet imwettqa minn verifikatur sabiex jevalwa l-konformità tad-dokumenti mibgħuta mill-kumpanija mar-rekwiżiti skont dan ir-Regolament;
(g) "informazzjoni oħra rilevanti għall-klima" tfisser informazzjoni relatata għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra mal-konsum tal-fjuwil, xogħol tat-trasportid-distanza tat-tbaħħir, possibbiltajiet ta’ konnessjoni elettrika fl-irmiġġ u l-effiċjenza enerġetika ta’ bastimenti li jippermettu l-analiżi tax-xejriet fl-emissjonijiet u l-valutazzjoni tal-prestazzjonijiet tal-bastimentili jindikaw il-prestazzjonijiet tat-tbaħħir; [Em. 29]
(h) “fattur ta’ emissjoni” tfisser ir-rata medja ta’ emissjoni ta’ gass serra relatata mad-dejta dwar l-attivitajiet ta’ fluss minn sors bis-suppożizzjoni ta’ ossidazzjoni kompluta għall-kombustjoni u l-konverżjoni kompluta għar-reazzjonijiet kimiċi l-oħra kollha;
(i) "inċertezza" tfisser parametru, assoċjat mar-riżultat tad-determinazzjoni ta’ kwantità, li jikkaratterizza d-dispersjoni tal-valuri li jkunu jistgħu jiġu attribwiti b’mod raġonevoli lill-kwantità partikolari, inklużi l-effetti ta’ fatturi sistematiċi kif ukoll ta’ fatturi aleatorji, espress f’perċentwal, u jiddeskrivi intervall ta’ kunfidenza madwar il-valur medju li fih hemm inklużi 95 % tal-valuri dedotti b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe assimetrija tad-distribuzzjoni tal-valuri;
(j) "konservattiv" tfisser li jiġi ddefinit sett ta’ suppożizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li ma sseħħ l-ebda valutazzjoni insuffiċjenti ta’ emissjonijiet annwali jew valutazzjoni żejda ta’ distanzi jew ta' ammonti ta’ merkanzija li nġarru; [Em. 30]
(k) "tunnellati ta' CO2" tfisser tunnellati metriċi ta' CO2;[Em. 31]
(l) "perjodu ta’ rapportar" tfisser sena kalendarja waħda li matulha jiġu mmonitorjati u rrapportati emissjonijiet.
(la) 'bastiment fl-irmiġġ' tfisser bastiment li jkun sorġut jew ankrat b’mod sikur f’port tal-Unjoni filwaqt li jgħabbi, iħott jew jakkomoda persuni, inkluż il-ħin li fih ma jkunx involut fl-operazzjonijiet tal-merkanzija; [Em. 32]
(lb) “klassi tas-silġ” tfisser in-notazzjoni assenjata lill-bastiment mill-Amministrazzjoni jew mill-organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni li turi li l-bastiment ġie mfassal għan-navigazzjoni f’kundizzjonijiet ta’ baħar bis-silġ. [Em. 33]
KAPITOLU II
MONITORAĠĠ U RAPPURTAR
Taqsima 1
Prinċipji u metodi għall-monitoraġġ u r-rappurtar
Artikolu 4
Prinċipji komuni għall-monitoraġġ u r-rappurtar
1. Il-kumpaniji għandu jimmonitorjaw u jirrappurtaw l-ammont u t-tip ta’ fjuwil ikkunsmat għal kull bastiment matul sena kalendarja f’kull portperjodu ta’ rapportarfil-portijiet kollha li jkunjkunu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u għal kull vjaġġgħall-vjaġġi kollha li jaslu u li jitilqu minn port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru skont il-paragrafi 2 sa 6. [Em. 34]
2. Il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikunu kompluti u għandhom ikopru l-emissjonijiet kollhata' CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils, kemm waqt li l-bastiment ikun fuq il-baħar kif ukoll fl-irmiġġ. Il-kumpaniji għandhom japplikaw miżuri xierqa sabiex jevitaw kwalunkwe nuqqas fid-dejta fil-perjodu ta’ rappurtar. [Em. 35]
3. Il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikunu konsistenti u komparabbli tul iż-żmien. Il-kumpaniji għandhom jużaw ċerti metodoloġiji ta’ monitoraġġ u settijiet ta’ dejta soġġetti għal tibdil u derogi approvati mill-verifikatur.
4. Il-kumpaniji għandhom jiksbu, jirreġistraw, jikkompilaw, janalizzaw u jiddokumentaw dejta ta’ monitoraġġ, inklużi suppożizzjonijiet, referenzi, dejta dwar l-attivitajiet, fatturi ta’ emissjoni, b’mod trasparenti li jippermetti r-riproduzzjoni tad-determinazzjoni ta’ emissjonijiet mill-verifikatur.
5. Il-kumpaniji għandhom jiżguraw li d-determinazzjoni ta’ emissjonijiet ma tkunx impreċiża la b’mod sistematiku u lanqas b’mod konxju. Huma għandhom jidentifikaw u jnaqqsu kwalunkwe sors ta’ impreċiżjoni.
6. Il-kumpaniji għandhom jippermettu garanzija raġonevoli tal-integrità tad-dejta dwar l-emissjonijiet li jiġu mmonitorjati u rrappurtati.
6a. Il-kumpaniji għandhom iqisu r-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapporti tal-verifika maħruġa skont l-Artikolu 13 fil-monitoraġġ u r-rappurtar sussegwenti tagħhom. [Em. 36]
Artikolu 5
Metodi għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet fit-trasport marittimu
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1), (2) u (3), il-kumpanniji għandhom jiddeterminaw l-emissjonijiet tagħhom u informazzjoni oħra rilevanti għall-klima għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom b’aktar minn 5000 TG skont kwalunkwe mill-metodi stabbiliti fl-Anness I.
1a. Fejn jintlaħaq ftehim internazzjonali biex jiġu sorveljati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-metodi stabbiliti fl-Anness I u għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 24, dwar, jekk xieraq, emendi għal dak l-Anness sabiex tispeċifika l-użu ta' miters tal-fluss għal proċessi ta' kombustjoni applikabbli u għall-kejl dirett ta' emissjonijiet. [Em. 38]
TAQSIMA 2
PJAN TA’ MONITORAĠĠ
Artikolu 6
Kontenut u sottomissjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ
1. Sal-31 ta’ Awwissu 2017, il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-verifikaturi pjan ta’ monitoraġġ li jindika l-metodu magħżul sabiex jimmontorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet u informazzjoni oħra relevanti għall-klima ta’ għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom b’aktar minn 5000 TG. [Em. 39]
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal bastimenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Jannar 2018, il-kumpanija għandha tissottometti pjan ta’ monitoraġġ lill-verifikatur mingħajr dewmien mhux dovut u mhux aktar tard minn xahrejn wara l-ewwel waqfa tagħhom f'port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.
3. Il-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jikkonsisti minn dokumentazzjoni kompluta u trasparenti tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ ta’ bastiment speċifiku u għandu jinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:
(a) l-identifikazzjoni u t-tip tal-bastiment inkluż l-isem tal-bastiment, in-numru tiegħu tar-reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) , il-port tiegħu ta’ reġistrazzjoni jew port domiċili, il-klassi tas-silġ tal-bastiment, u l-isem ta' sid il-bastiment; [Em. 40]
(b) l-isem tal-kumpanija u l-indirizz, u d-dettalji tat-telefown, il-feks u l-posta elettronika għal persuna tal-kuntatt;
(c) deskrizzjoni tas-sorsi ta’ emissjoni abbord il-bastiment bħal magni prinċipali, magni awżiljari, bojlers u ġeneraturi tal-gass inert u t-tipi ta’ fjuwils użatili ġejjin u t-tipi ta’ fjuwils assoċjati magħhom abbord il-bastiment kif ġej;
(i) magna(i) prinċipali
(ii) magna(i) awżiljarja(i)
(iii) bojler(s)
(iv) ġeneratur(i) tal-gass inert; [Em. 41]
(d) deskrizzjoni ta’ proċeduri, sistemi u responsabbiltajiet użati għall-aġġornament tal-kompletezza tal-lista tas-sorsi ta’ emissjoni matul is-senail-perjodu tal-monitoraġġ għall-fini li tiġi żgurata l-kompletezza tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-emissjonijiet tal-bastiment; [Em. 42]
(f) deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ monitoraġġ għall-konsum tal-fjuwil tal-bastiment, inkluż:
(i) il-metodu magħżul kif stabbilit fl-Anness I għall-kalkolu tal-konsum tal-fjwuil ta’ kull sors ta’ emissjoni inkluża deskrizzjoni tat-tagħmir tal-kejl użat, kif applikabbli;
(ii) proċeduri għall-kejl tal-ammonti tal-fjuwil ippompjat u tal-fjuwil fit-tankijiet, deskrizzjoni tal-istrumenti tal-kejl involuti u l-proċeduri sabiex tiġi ddokumentata, irkuprata, trażmessa u maħżuna informazzjoni dwar kejl, kif applikabbli;
(iii) il-metodu magħżul għad-determinazzjoni tad-densità, fejn applikabbli;
(iv) proċedura sabiex jiġi żgurat li l-inċertezza totali tal-kejl tal-fjuwil tkun konsistenti mar-rekwiżiti ta' dan ir-regolament, fejn possibbli b’referenza għal-liġijiet nazzjonali, għal-klawżoli fil-kuntratti tal-klijenti jew għall-istandards ta’ preċiżjoni tal-fornituri tal-fjuwil;
(g) fatturi ta’ emissjoni użati għal kull tip ta’ fjuwil, jew fil-każ ta' fjuwils alternattivi, il-metodoloġiji għad-determinazzjoni tal-fatturi ta' emissjoni, inklużi l-metodoloġija għat-teħid ta' kampjuni, il-metodi ta’ analiżi, deskrizzjoni tal-laboratorji użati (u tal-akkreditazzjoni ISO 17025 ikkonfermata tagħhom fejn rilevanti);
(h) deskrizzjoni tal-proċeduri użati għad-determinazzjoni tad-dejta tal-attività għal kull vjaġġ, inkluż:
(i) il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet u s-sorsi tad-dejta għad-determinazzjoni u d-dokumentazzjoni tad-distanza għal kull vjaġġ magħmul;
(ii) il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formuli u s-sorsi tad-dejta biex jiġu determinati u rreġistrati l-merkanzija li nġarret u l-għadd ta’ passiġġieri kif applikabbli;[Em. 43]
(iii) il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formuli u s-sorsi tad-dejta biex jiġi ddeterminat u rreġistrat il-ħin iddedikat fuq il-baħar bejn il-port tat-tluq u l-port tal-wasla;
(ha) il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formoli u s-sorsi tad-dejta biex tiġi ddeterminata u rreġistrata d-distanza vjaġġata u l-ħin iddedikat għan-navigazzjoni fis-silġ; [Em. 44]
(i) deskrizzjoni tal-metodu li għandu jintuża għad-determinazzjoni tad-dejta ta’ sostituzzjoni biex jiġu rrimedjati nuqqasijiet fid-dejta;
(j) id-data tal-aħħar modifika fil-pjan ta’ monitoraġġ.[Em. 45]
(ja) tabella ta’ rendikont tar-reviżjoni biex jiġu rreġistrati d-dettalji kollha tal-istorja tar-reviżjoni; [Em. 46]
4. Il-kumpaniji għandhom jużaw pjanijiet ta’ monitoraġġ standardizzati bbażati fuq mudelli stabbiliti. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 sabiex tiddetermina regoli tekniċi li jistabbilixxu mudelli għall-pjanigħall-pjanijiet ta' monitoraġġ imsemmiimsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament. Dawk il-mudelli għandhom ikunu sempliċi kemm jista’ jkun u ma joħolqu l-ebda burokrazjija żejda. [Em. 47]
Artikolu 7
Modifiki fil-pjan ta’ monitoraġġ
Il-kumpaniji għandhom jikkontrollaw regolarment jekk il-pjan ta’ monitoraġġ jirriflettix in-natura u l-funzjonament tal-bastiment u jekk il-metodoloġija ta’ monitoraġġ tistax tittejjeb.
Kumpanija għandha timmodifika l-pjan ta’ monitoraġġ fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjinstabbiliti fil-punti (a) sa (e). Il-pjan ta’ monitoraġġ għandu jiġi mmodifikat biss fir-rigward tat-tibdil speċifiku li jkun seħħ b’riżultat ta’ dawk is-sitwazzjonijiet. [Em. 48]
(a) fejn isseħħ bidla fis-sjieda tal-bastimenti, jew bidla fid-detentur tad-DOK jew tal-bandiera; [Em. 49]
(b) fejn iseħħu emissjonijiet ġodda minħabba sorsi ta’ emissjoni jew ġodda jew minħabba l-użu ta’ fjuwils ġodda li jkunu għadhom mhux inklużi fil-pjan ta’ monitoragg;
(c) fejn isseħħ bidla fid-disponibbiltà tad-dejta, minħabba l-użu ta’ tipi ġodda ta’ strumenti tal-kejl, ta' metodi għat-teħid ta’ kampjuni jew ta' metodi ta’ analiżi, jew għal raġunijiet oħra, li twassal għal preċiżjoni ogħla fid-determinazzjoni tal-emissjonijiet;
(d) fejn ikun instab li d-dejta li tirriżulta minn metodoloġija ta’ monitoraġġ applikata qabel mhijiex korretta;
(e) fejn il-pjan ta’ monitoraġġ mhuwiex konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-verifikaturi jitolbu lill-kumpanija biex timmodifikah.
Il-kumpaniji għandhom mingħajr dewmien mhux dovut jinnotifikaw lill-verifikaturi bi kwalunkwe proposta għal bidla fil-pjan ta’ monitoraġġ.
Kwalunkwe modifika sinifikanti fil-pjan ta’ monitoraġġ għandhom ikunu suġġetti għal valutazzjoni mill-verifikatur.
Taqsima 3
MONITORAĠĠ TA’ EMISSJONIJIET U INFORMAZZJONI OĦRA RILEVANTI
Artikolu 8
Monitoraġġ tal-attivitajiet fil-perjodu ta’ rappurtar
1. Mill-1 ta’ Jannar 2018, fuq il-bażi tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat skont l-Artikolu 13(1), il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw annwalment l-emissjonijiet għal kull bastiment, u għal kull vjaġġ billi japplikaw il-metodu xieraq fost dawk stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I u billi jikkalkulaw l-emissjonijiet skont il-Parti A tal-Anness I.
1a. Il-monitoraġġ jista’ jiġi sospiż matul perjodi li matulhom bastiment ikun involut f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza inklużi attivitajiet ta’ salvataġġ tal-ħajja. [Em. 50]
Artikolu 9
Monitoraġġ għal kull vjaġġ
Fuq il-bażi tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat skont l-Artikolu 13(1), għal kull bastiment u għal kull vjaġġ li jasal u li jitlaq minn port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw l-informazzjoni li ġejja, skont il-Parti A tal-Anness I u l-Anness II:
(a) il-port tat-tluq u l-port tal-wasla inkluża d-data u l-ħin tat-tluq u tal-wasla;
(b) l-ammont u l-fattur ta’ emissjoni għal kull tip ta’ fjuwil ikkunsmat bħala total u ddifferenzjat bejn il-fjuwil użat ġewwa u barra ż-żoni ta’ kontroll tal-emissjonijiet; [Em. 51]
(c) is-CO2 rilaxxatt;
(d) id-distanza vjaġġata:
(e) il-ħin iddedikat fuq il-baħar;
(f) il-merkanzija li nġarret; [Em. 53]
(fa) l-effiċjenza enerġetika kif determinata fl-Anness II; [Em. 54]
(g) ix-xogħol ta' trasport.[Em. 55]
(ga) id-data u l-ħin tal-bidu u t-tmiem tal-perjodi li matulhom il-monitoraġġ ġie sospiż minħabba sitwazzjonijiet ta’ emerġenza bħal attivitajiet ta’ salvataġġ tal-ħajja, flimkien ma’ deskrizzjoni tagħhom;[Em. 56]
Għal trasport marittimu f’baħar fond lejn diversi portijiet tal-Unjoni, il-parti Ewropea tal-vjaġġ għandha titqies bħala vjaġġ wieħed.[Em. 57]
B’deroga mill-ewwel paragrafu, il-bastimenti li joperaw esklussivament fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u li jwettqu diversi vjaġġi matul il-ġurnata huma eżentati mill-monitoraġġ ta’ emissjonijiet abbażi ta’ kull vjaġġ.[Em. 58]
Artikolu 10
Monitoraġġ fuq bażi annwali
Fuq il-bażi tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat skont l-Artikolu 13(1), għal kull bastiment u għal kull sena kalendarja, il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw l-informazzjoni li ġejja, skont il-Parti A tal-Anness I u l-Anness II:
(a) l-ammont u l-fattur ta’ emissjoni għal kull tip ta’ fjuwil ikkunsmat bħala total u ddifferenzjat bejn il-fjuwil użat ġewwa u barra ż-żoni ta’ kontroll tal-emissjonijiet;
(b) total ta' CO2 rilaxxat;
(c) l-emissjonijiet ta' CO2 aggregati mill-vjaġġi kollha bejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru
(d) l-emissjonijiet ta' CO2 aggregati mill-vjaġġi kollha li telqu minn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;
(e) aggregat tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-vjaġġi kollha lejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;
(f) emissjonijiet ta' CO2 li seħħew fl-irmiġġ fi ħdan il-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;
(g) total tad-distanza vjaġġata:
(h) total tal-ħin iddedikat fuq il-baħar u fl-irmiġġ;
(i) totali tax-xogħol ta' trasport;
(j) medju tal-effiċjenza enerġetika. [Em. 59]
Taqsima 4
RAPPURTAR
Artikolu 11
Kontenut tar-rapport dwar l-emissjonijiet
1. Mill-2019, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istati tal-bandiera konċernati, rapport dwar l-emissjonijiet li jikkonċerna l-emissjonijiet u informazzjoni oħra rilevanti għall-klima matul il-perijodu kollu ta’ rappurtar għal kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħhom, li jkun ġie vverifikat bħala sodisfaċenti minn verifikatur, skont ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 14.
2. Fejn isseħħ bidla fis-sjieda ta’ bastimenti, il-kumpanija l-ġdida għandha tiżgura li kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħha tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-perijodu kollu tar-rappurtar fejn tieħu responsabbiltà għall-bastiment ikkonċernat.
3. Il-kumpaniji għandhom jinkludu fir-rapport dwar l-emissjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1 l-informazzjoni li ġejja:
(a) id-dejta li tidentifika l-bastiment u l-kumpanija, inkluża:
(i) l-isem tal-bastiment,
(ii) in-numru tar-reġistrazzjoni tal-OMI,
(iii) il-port tar-reġistrazzjoni jew il-port ta' domiċilju,
(iiia) il-klassi tas-silġ tal-bastiment, [Em. 60]
(iv) l-effiċjenza teknika ċċertifikata tal-bastiment espressabl-Indiċi tal-Effiċjenza tal-Enerġija (Energy Efficiency Design Index/EEDI) jew Estimated Index Value/EIV) skont ir-Riżoluzzjoni MEPC.215 (63) tal-OMI, fejn applikabbli għat-tip rilevanti tal-bastiment: [Em. 61]
(v) l-isem ta' sid il-bastiment,
(vi) l-indirizz ta’ sid il-bastiment u l-post prinċipali tan-negozju tiegħu,
(vii) l-isem tal-kumpanija (jekk mhuwiex is-sid tal-bastiment),
(viii) l-indirizz tal-kumpanija (jekk mhux is-sid tal-bastiment) u l-post prinċipali tan-negozju tagħha,
(ix) l-indirizz, u d-dettalji tat-telefown, il-feks u l-posta elettronika għal persuna tal-kuntatt; [Em. 62]
(b) informazzjoni dwar il-metodu ta’ monitoraġġ użat u l-livell ta’ inċertezza relatat;
(c) ir-riżultati mill-monitoraġġ annwali tal-parametri skont l-Artikolu 10.
(ca) id-dettalji dwar perjodi ta’ monitoraġġ sospiżi minħabba sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u attivitajiet ta’ salvataġġ tal-ħajja.[Em. 63]
Artikolu 12
Format tar-rapport dwar l-emissjonijiet
1. Ir-rapport dwar l-emissjonijiet imsemmi fl-Artikolu 11 għandhom jiġi sottomess bl-użu ta’ sistemi awtomatizzati u ta' formats tal-iskambju tad-dejta kompleti, inklużi mudelli elettroniċi.
2. Regoli tekniċi li jistabbilixxu mudelli għall-formats tal-iskambju tad-dejta imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament.
KAPITOLU III
VERIFIKA U AKKREDITAZZJONI
Artikolu 13
Kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet ta’ verifika u tar-rapport ta’ verifika
1. Il-verifikatur għandu jivvaluta l-konformità tal-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 6 mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7. Fejn il-valutazzjoni fiha r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa biex jiġu inkorporati fi pjan ta’ monitoraġġ, il-kumpanija rispettiva għandha tirrevedi l-pjan ta’ monitoraġġ tiegħu qabel ma jibda l-perjodu tar-rappurtar.
2. Il-verifikatur għandu jivvaluta l-konformità tar-rapport dwar l-emissjonijiet mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 11 u l-Annessi I u II.
3. B’mod partikolari l-verifikatur għandu jiżgura li l-emissjonijiet u l-informazzjoni oħra rilevanti għall-klima inklużi fir-rapport dwar l-emissjonijiet kienu ġew determinati f’konformità mal-Artikoli 8, 9 u 10 u l-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 6. Il-verifikatur għandu jiżgura wkoll li l-emissjonijiet u informazzjoni oħra rilevanti għall-klima ddikjarati fir-rapporti huma konsistenti mad-dejta kkalkulata minn sorsi oħra f’konformità mal-Annessi I u II. [Em. 64]
4. Fejn il-valutazzjoni tikkonkludi li, sa fejn ikun jaf il-verifikatur, ir-rapport dwar l-emissjonijiet huwa ħieles minn dikjarazzjonijiet skorretti u żbalji sinifikanti, il-verifikatur għandu joħroġ rapport ta’ verifika. Ir-rapport ta’ verifika għandu jispeċifika l-kwistjonijiet kollha rilevanti għall-ħidma mwettqa mill-verifikatur.
5. Fejn il-valutazzjonijiet tikkonkludi li r-rapport dwar l-emissjonijiet jinkludi dikjarazzjonijiet skorretti, żbalji jew inkonsistenzi sinifikanti jew ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikoli 11 u 14 u tal-Anness I, il-verifikatur għandu javża lill-kumpanija tiegħu fil-ħin u jitlobha sabiex terġa tissottometti rapport rivedut. Il-kumpanija għandu tikkoreġi kwalunkwe nuqqas ta' konformità jew inkonsistenza kkomunikata sabiex tippermetti l-proċess ta' verifika jitlesta fil-ħin. Il-verifikatur għandu fir-rapport ta’ verifika tiegħu jirrapporta jekk dawn in-nuqqasijiet ta' konformità kinux ġew solvuti mill-kumpanija matul il-verifika.
5a. Fejn il-verifikatur jidentifika oqsma għal titjib fil-prestazzjoni tal-kumpanija relatati mal-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet, inkluż fir-rigward tal-kisba ta’ iżjed preċiżjoni u titjib fl-effiċjenza tal-monitoraġġ u r-rappurtar, il-verifikatur għandu jinkludi r-rakkomandazzjonijiet għat-titjib fir-rapport tal-verifika. [Em. 65]
Artikolu 14
Obbligi u prinċipji ġenerali għall-verifikaturi
1. Il-verifikatur għandu jkun indipendenti minn kumpanija jew operatur tal-bastiment ikkonċernat u għandu jwettaq l-attivitajiet meħtieġa skont dan ir-Regolament fl-interess pubbliku. Għal dik il-fini, il-verifikatur u kwalunkwe parti tal-istess entità legali ma għandhiex tkun kumpanija jew operatur tal-vapur, is-sid ta’ kumpanija jew il-proprjetà tagħhom u l-verifikatur lanqas ma għandu jkollu relazzjonijiet kummerċjali mal-kumpanija li jistgħu jaffettwaw l-indipendenza u l-imparzjalità tiegħu.
2. Meta jikkunsidra l-verifika tar-rapport dwar l-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11 u tal-proċeduri ta’ monitoraġġ applikati mill-kumpanija, il-verifikatur għandu jivvaluta l-affidabbiltà, il-kredibbiltà u l-eżattezza tas-sistemi ta’ monitoraġġ u tad-dejta u l-informazzjoni rrappurtati fejn jidħlu l-emissjonijiet, b’mod partikolari:
(a) l-entrati assenjati għall-konsum tal-fjuwil għal vjaġġi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(b) id-dejta dwar il-konsum tal-fjuwil irrappurtati u l-kejlijiet u l-kalkoli relatati;
(c) l-għażla u l-utilizzazzjoni tal-fatturi tal-emissjonijiet;
(d) il-kalkoli li jwasslu sabiex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet globali;
(e) il-kalkoli li jwasslu sabiex tiġi stabbilita l-effiċjenza enerġetika;
3. Il-verifikatur għandu jikkunsidra biss ir-rapporti sottomessi skont l-Artikolu 11 jekk id-dejta u l-informazzjoni kredibbli jippermettu li l-emissjonijiet jiġu stabbiliti b’livell għoli ta’ ċertezza u bil-kundizzjoni li jkun żgurat kif ġej:
(a) id-dejta rappurtata hija koerenti fid-dawl tad-dejta stmata bbażata fuq id-dejta tat-traċċar tal-bastimenti u karatteristiċi bħall-qawwa tal-magna installata;
(b) id-dejta rrappurtata hija ħielsa minn inkonsistenzi, b'mod partikolari fit-tqabbil tal-volum totali tal-fjuwil mixtri annwalment minn kull bastiment u l-aggregat tal-fjuwil ikkunsmat matul vjaġġi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;
(d) ir-registri rilevanti tal-bastiment huma kompleti u konsistenti.
Artikolu 15
Proċeduri ta' verifika
1. Il-verifikatur għandu jidentifika r-riskji potenzjali relatati mal-proċess ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar billi jqabbel l-emissjonijiet irrappurtati b’dejta stmata ibbażata fuq id-dejta tat-traċċar tal-bastimenti u karatteristiċi bħall-qawwa tal-magna installata. Fejn jinstabu devjazzjonijiet sinifikanti, il-verifikatur għandu jwettaq analiżijiet supplementari. [Em. 66]
2. Il-verifikatur għandu jidentifika r-riskji potenzjali relatati mad-diversi stadji għall-kalkolu billi jirrevedi s-sorsi tad-dejta u l-metodoloġiji kollha użati.
3. Il-verifikatur għandu jqis kull metodu effettiv tal-kontroll tar-riskju applikat mill-kumpanija biex jitnaqqsu l-livelli ta’ inċertezza meta wieħed jikkunsidra l-eżattezza tal-metodi ta’ monitoraġġ użati.
4. Il-kumpanija għandha tipprovdi lill-verifikatur b’kull informazzjoni addizzjonali li jippermettilu jwettaq il-proċeduri ta’ verifika. Il-verifikatur jista’ jwettaq kontrolli fuq il-post matul il-proċess ta’ verifika sabiex jistabbilixxi l-affidabbiltà tad-dejta u l-informazzjoni rrappurtati.
5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 24 sabiex tispeċifika aktar ir-regoli għall-attivitajiet ta' verifika msemmija f'dan ir-Regolament u l-metodi għall-akkreditazzjoni tal-verifikaturi. Dawn l-atti ta' delega għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji għall-verifika previsti fl-Artikolu 14 u fuq standards rilevanti aċċettati internazzjonalment.
Artikolu 16
Akkreditazzjoni tal-verifikaturi
1. Verifikatur li jevalwa l-pjanijiet ta’ monitoraġġ u r-rapporti dwar l-emissjonijiet u li joħroġ id-dokumenti ta' verifika u tal-konformità msemmija fl-Artikoli 13 u 17 għandu jkun akkreditat għal attivitajiet fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament minn korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.
2. Fejn ma hemm stipulat l-ebda dispożizzjoni speċifika li tikkonċerna l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi f’dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru KE 765/2008.
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 24 sabiex tispeċifika aktar il-metodi ta' akkreditazzjoni tal-verifikaturi.
KAPITOLU IV
KONFORMITÀ U PUBBLIKAZZJONI TA’ INFORMAZZJONI
Artikolu 17
Ħruġ ta’ dokument ta’ konformità
1. Fejn ir-rapport dwar l-emissjonijiet imsemmi fl-Artikolu 11 jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 11 sa 15 u dawk stabbiliti fl-Annessi I u II, fuq il-bażi ta’ rapport ta’ verifika, il-verifikatur għandu joħroġ dokument ta’ konformità għall-bastiment ikkonċernat.
2. Id-dokument ta' konformità msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a) l-identità tal-bastiment (l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-OMI u l-port fejn hu rreġistrat jew il-port ta’ domiċilju);
(b) l-isem u l-indirizz u l-post ewlieni tan-negozju ta’ sid il-bastiment;
(c) l-identità tal-verifikatur;
(d) Id-data tal-ħruġ tad-dokument ta’ konformità (il-perjodu ta’ rappurtar li għalih jirreferi u l-perjodu ta’ validità tiegħu).
3. Dokumenti ta’ konformità għandhom jitqiesu bħala dokumenti validi għal perjodu ta’ 18-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rappurtar.
4. Mingħajr dewmien, il-verifikatur għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-Istat tal-bandiera dwar il-ħruġ ta’ kwalunkwe dokument ta’ konformità u għandu jittrażmetti l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 billi juża sistemi awtomatizzati u formats tal-iskambju tad-dejta kompleti, inklużi mudelli elettroniċi, stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita f'dan ir-Regolament.
5. Regoli tekniċi li jistabbilixxu mudelli għall-formats tal-iskambju tad-dejta imsemmija fil-paragrafu 4 għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 18
Obbligu tal-ġarr abbord ta' dokument ta’ konformità validu
Mit-30 ta’ Ġunju 2019 il-bastimenti li jaslu fi, fi jew jitilqu minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għandhom iġorru abbord dokument validu li jiċċertifika l-konformità tal-bastiment mal-obbligi tar-rappurtar u tal-monitoraġġ għal perjodu ta’ rappurtar ikkonċernat, maħruġ skont l-Artikolu 17.
Artikolu 19
Konformità mal-obbligi ta’ monitoraġġ u ta' rappurtar u spezzjonijiet
1. Fuq il-bażi tal-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 21(1), kull Stat Membru għandu jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 12 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu.
2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li kwalunkwe spezzjoni ta’ bastiment f’port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu tinkludi verifika li d-dokument ta’ konformità msemmi fl-Artikolu 18 jinġarr abbord.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fuq il-bażi tal-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 21, għal kull bastiment li jonqos milli jkun konformi mal-Artikolu 21(2)(j) u (k) li daħal f’port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, l-Istat Membru għandu jivverifika li d-dokument ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 18 jinġarr abbord.
3a. Matul il-kors taż-żjarat u l-ispezzjonijiet li jitwettqu mill-EMSA biex tissorvelja l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/16/KE l-EMSA għandha tissorvelja wkoll l-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2, u 3 mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u tirrapporta lill-Kummissjoni. [Em. 67]
Artikolu 20
Penali, skambju ta’ informazzjoni u ordni ta' espulsjoni
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali għan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 8 u 12 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali previsti għandhom ikunu mhux inqas stretti minn dawk previsti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi ta’ rappurtar minn operaturi u għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2017, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien b'kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawn id-dispożizzjonijiet. [Em. 68]
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skambju effettiv ta’ informazzjoni u kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom bir-responsabbiltà li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar jew, fejn applikabbli, bejn l-awtoritajtiet tagħhom inkarigati bil-proċeduri tas-sanzjonar. Proċeduri nazzjonali tas-sanzjonar mnedija minn kwalunkwe Stat Membru għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni, EMSA, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Istat tal-bandiera kkonċernat.
3. Għall-bastimenti li naqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta' rappurtar għal aktar minn perjodu wieħed ta’ rappurtar, l-awtorità nazzjonali tal-port tal-Istat tista’ toħroġ ordni ta’ espulsjoni li għandha tiġu nnotifikata lill-Kummissjoni, lill-EMSA, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Istat tal-bandiera kkonċernat Bħala riżultat tal-ħruġ ta’ tali ordni ta’ espulsjoni, kull Stat Membru għandu jirrifjuta d-dħul ta’ dan il-bastiment fi kwalunkwe wieħed mill-portijiet tiegħu sakemm il-kumpanija tissodisfa r-rekwiżiti tiegħu ta' monitoraġġ u ta' rappurtar skont l-Artikoli 8 sa 12, li jiġi kkonfermat bin-notifika ta’ dokument ta’ konformità validu lill-awtorità nazzjonali tal-Istat tal-port li tkun ħarġet l-ordni ta’ espulsjoni.
Artikolu 21
Pubblikazzjoni ta' informazzjoni
1. Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ta'kull sena l-emissjonijiet irrappurtati skont l-Artikolu 11 u l-informazzjoni dwar il-konformità tal-kumpanija mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 11 u 17, waqt li tirrispetta l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali biex jiġi mħares l-interess ekonomiku leġittimu skont l-Artikolu 3 u 4 tad-Direttiva 2003/4/KEtal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14). [Em. 69]
2. Il-pubbikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a) l-identità tal-bastiment (l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-OMI,u il-port fejn hu rreġistrat jew il-port ta’ domiċilju u l-klassi tas-silġ tal-bastiment); [Em. 70]
(b) l-identità ta’ sid il-bastiment (l-isem u l-indirizz tas-sid u l-post ewlieni tan-negozju tiegħu);
(c) l-effiċjenza teknika tal-bastiment (EEDI jew EIV fejn applikabbli għat-tip rilevanti tal-bastiment); [Em. 71]
(d) l-emissjonijiet annwali ta' CO2;
(e) it-totali tal-konsum tal-fjuwil annwali għal vjaġġi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(f) il-medja annwali tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal kull distanza vjaġġata għal vjaġġi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(g) il-medja annwali tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal kull distanza vjaġġata u merkanzija għal vjaġġi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; [Em. 73]
(h) it-totali tal-ħin annwali ddedikat fuq il-baħar għal vjaġġi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; [Em. 74]
(i) il-metodoloġija għall-monitoraġġ applikat;
(j) id-data tal-ħruġ u d-data tal-iskadenza tad-dokument ta’ konformità;
(k) l-identità tal-verifikatur li jkun approva r-rapport dwar l-emissjonijiet.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali dwar l-emissjonijiet u informazzjoni oħra relevanti għall-klima mit-trasport marittimu. [Em. 75]
4. L-EMSA għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha sabiex tikkonforma mal-Artikoli 11, 12, 17 u 21 ta’ dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15).
KAPITOLU V
KOOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI
Artikolu 22
Kooperazzjoni internazzjonali
1. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-OMi u lill-korpi internazzjonali rilevanti oħra fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament bil-għan li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' regoli internazzjonali fi ħdan l-OMI għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport marittimu.
2. Il-Kummissjoni għandha żżomm skambju tekniku ma’ pajjiżi terzi dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-iżvilupp ulterjuri ta’ metodi ta’ monitoraġġ, l-organizzazzjoni ta’ rappurtar u l-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet.
3. Fejn jintlaħaq ftehim internazzjonali dwar miżuri globali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament u tista’, jekk ikun xieraq, tipproponi emendi għal dan ir-Regolamenttiżgura l-allinjament mar-regolamenti internazzjonali rilevanti stabbiliti mill-OMI. [Em. 76]
KAPITOLU VI
SETGĦAT TA' DELEGA U TA’ IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 23
Delega tas-setgħat
Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ta' delega sabiex id-dispożizzjonijiet tal-Annessi I u II ikunu konferiti fuq il-Kummissjoni sabiex jiġu ssupplimentati u emendati bil-għan li titqies l-evidenza xjentifika aġġornata disponibbli, flimkien mal-informazzjoni rilevanti li tkun disponibbli abbord il-bastimenti u r-regolikif ukoll biex tallinja l-Annessi mar-regolamenti internazzjonali rilevanti u l-istandards aċċettati internazzjonalment, għall-identifikzzjoni tal-aktarkif maqbul mal-OMI, bil-għan li tiġi żgurata l-konformitàmar-regolamenti internazzjonalibiex ikunu identifikati l-aktar metodi preċiżi u effiċjenti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet, u biex tittejjeb l-eżattezza tal-informazzjoni mitluba relatati mal-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ emissjonijiet,.Din is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24 biss safejn dan jikkonċerna elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament. [Em. 77]
Artikolu 24
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ta' delega msemmija l-Artikoli 5(1a) u 6(4) u fl-Artikoli 15, 16 u 23 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Lulju 2015 ... (16). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' 5 snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. [Em. 78]
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu fl-Artikoli 5(1a) u 6(4) u l-Artikoli 15, 16 u 23 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revokali tirrevokagħandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att ta' delega li jkun diġà fis-seħħ. [Em. 79]
3. Hekk kif tadotta att ta' delega, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4. Att ta' delega adottat skont l-Artikolul-Artikoli 5(1a) u 6(4) u l-Artikoli 15, 16 u 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn wara n-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel id-data ta' skadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill kienu għarrfu lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn wara l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 80]
Artikolu 25
Atti ta’ implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/389/KEE(17). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 26
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 525/2013
Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 huwa emendat kif ġej:
"(h) il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn bastimenti tal-baħar skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18) .
Rapportar dwar l-emissjonijiet mit-trasport marittimu
1. Sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena ('sena X') l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għas-sena X-2, l-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru .../....(20)(21).
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament sabiex tispeċifika r-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport marittimu skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru .../...(22) u b’kont meħud, fejn applikabbli, tad-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto jew ftehimiet li jirriżultaw minnhom jew li jiġu warajhom jew deċiżjonijiet adottati fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-istruttura, il-format u l-proċess għas-sottomissjoni mill-Istati Membri tal-emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport marittimu skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru .../...+ Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-[Artikolu 26(2)].
3a. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull sentejn l-impatt ġenerali tas-settur tat-trasport marittimu fuq il-klima globali, anke permezz ta’ emissjonijiet mhux tas-CO2 jew ta’ effetti abbażi ta' dejta dwar l-emissjonijiet ipprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 u/jew kif previst fir-Regolament (UE) Nru .../...+, u ttejjeb din il-valutazzjoni permezz ta’ referenza għall-avvanzi xjentifiċi u d-dejta dwar it-traffiku marittimu. [Em. 82]
"
3. Fl-Artikolu 25(2), (3) u (5) għandha tiddaħħal r-referenza li ġejja:"
"21a"
"
Artikolu 27
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-1 ta' Lulju 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi ...,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS I
Metodi għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u informazzjoni oħra rilevanti għall-klima
A. KALKOLU TAL-KONSUM TAL-FJUWIL (l-Artikolu 9)
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil il-kumpaniji għandhom josservaw il-formula li ġejja:
Il-konsum tal-fjuwil x (mmultiplikat) bil-Fattur ta' emissjoni
Il-konsum tal-fjuwil għandu jinkludi fjuwil ikkunsmat minn magni prinċipali, magni awżiljari, bojlers u ġeneraturi tal-gass inert.
Il-konsum tal-fjuwil fi ħdan il-portijiet tal-irmiġġ għandu jiġu kkalkulat b’mod separat.
Fil-prinċipju, għandhom jintużaw valuri predefiniti għall-fatturi ta’ emissjoni tal-fjuwils ħlief jekk il-kumpanija tiddeċiedi tuża d-dejta dwar il-kwalità tal-fjuwil stabbiliti f’karburant tal-Banker noti ta’ twassil u użati biex tintwera l-konformità mar-regolamenti applikabbli tal-emissjonijiet tal-kubrit.
Il-fatturi tal-emissjonijiet predefiniti għandhom ikunu bbażati fuq l-aħħar valuri IPCC disponibbli. Dawn joriġinaw fl-Anness VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012(23).
Fatturi ta’ emissjoni xierqa għandhom jiġu applikati għall-bijofjuwils u għall-fjuwils mhux fossili alternattivi.
B. METODI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET
Il-kumpanija għandu tiddefinixxi fil-pjan ta’ monitoraġġ liema metodoloġija ta’ monitoraġġ tintuża għal kalkolu tal-konsum tal-fjuwil għal kull tip ta’ bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħha u għandha tiżgura li ladarba tkun ingħażlet, din tiġi applikata konsistentament.
Fl-għażla tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ, it-titjib li jirriżulta minn preċiżjoni msaħħa għandu jiġi ibbilanċjat kontra l-kostijiet addizzjonali.
Il-konsum tal-fjuwil reali għal kull vjaġġ għandu jintuża u jiġi kkalkulat bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:
(a) Noti ta' Kunsinna tal-Fjuwil tal-Banker (Bunker Fuel Delivery Note/BDN) u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil;
(c) Miters tal-fluss għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli;
(d) Kejl dirett tal-emissjonijiet.
(da) Immudellar bl-informazzjoni dwar il-moviment tal-bastimenti (AIS) u d-dejta speċifika tal-bastimenti [Em. 83]
Kwalunkwe ġabra flimkien tal-metodi msemmija hawn fuq u li hija approvata mill-verifikatur, tista’tintuża biex ittejjeb il-preċiżjoni globali tal-kejl. [Em. 84]
1. Metodu A: Noti ta' Kunsinna tal-Fjuwil tal-Banker (BDN ) u inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil
Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-kwantità u t-tip ta’ fjuwil kif definit fil-BDN flimkien mal-inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil ibbażati fuq il-qari tat-tankijiet. Il-fjuwil fil-bidu tal-perjodu, biż-żieda tal-kunsinni, nieqes il-fjuwil disponibbli fit-tmiem tal-perijodu u l-fjuwil żvojtat bejn il-bidu tal-perjodu u t-tmiem tal-perjodu flimkien jikkostitwixxu l-fjwuil ikkunsmat matul il-perjodu.
Il-perjodu jinkludi l-intervall bejn żewġ portijiet ta' waqfa jew il-ħin iddedikat fil-port. Għall-fjuwil użat matul perjodu, jeħtieġ li jiġu speċifikati t-tip ta' fjwuil u l-kontenut ta' kubrit.
Dan l-approċċ ma għandux jintuża meta l-BDNMeta l-BDNs mhumiex disponibbli abbord il-bastimenti, speċjalment meta l-merkanzija sservi bħala fjuwil, pereżempju, l-evaporazzjoni tal-gass naturali llikwifikat (LNG), għandhom jintużaw biss l-inventarji tat-tankijiet tal-fjuwil u l-qari tat-tank tal-fjuwil. [Em. 85]
In-Nota ta' Kunsinna tal-Banker għandha l-mandat skont ir-Rregolamenti eżistenti tal-Anness VI tal-MARPOL u rekords rilevanti huma miżmuma abbord għal 3 snin wara l-ikkunsinnar tal-fjuwil tal-Banker u jkunu disponibbli minnufih. L-inventarju perjodiku tat-tankijiet tal-fjwuil abbord huwa bbażat fuq il-qari tat-tank tal-fjuwil. Dan juża tabelli tat-tankijiet li jikkorrispondu għal kull tank tal-fjuwil, sabiex jiġi ddeterminat il-volum fil-ħin tal-qari tat-tank tal-fuwil. L-inċertezza assoċjata mal-BDN għandha tkun speċifikata fil-pjan ta’ monitoraġġ msemmi fl-Artikolu 6. Il-qari tat-tank tal-fjuwil għandu jitwettaq b’metodi xierqa bħal sistemi awtomatizzati, sondi u l-kejl tas-saborra. Il-metodu għas-sondi tat-tank u l-inċertezza assoċjata miegħu għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ msemmi fl-Artikolu 6.
Meta l-BDNs ma jkunux disponibbli abbord il-bastimenti, speċjalment fejn il-merkanzija sservi bħala fjuwil, pereżempju, l-evaporazzjoni tal-gass naturali llikwifikat (LNG), għandhom jintużaw biss l-inventarji tat-tankijiet tal-fjuwil u l-qari tat-tank tal-fjuwil. [Em. 86]
Fejn l-ammont ta’ fjuwil ippumpjat fit-tank jew l-ammont ta’ fjwuil li jifdal fit-tankijiet jiġi ddeterminat f’unitajiet ta’ volum, espressi f’litri, il-kumpanija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta’ valuri tad-densità reali. Il-kumpanija għandha tiddetermina d-densità reali bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
(a) sistemi ta’ kejl abbord;
(b) id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjuwil waqt l-ippumpjar fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq in-nota ta' kunsinna tal-fjuwil.
Id-densità reali għandha tiġi espressa bħala kg/litru u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku; F’każijiet fejn il-valuri tad-densità reali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta' fjuwil rilevanti wara l-approvazzjoni mill-verifikatur.
Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-qari tat-tank tal-fjuwil għal tankijiet tal-fjuwil kollha abbord. Il-qari tat-tank għandu jseħħ kuljum meta l-bastiment ikun fuq il-baħar u kull darba li l-bastiment qed jibbankerja jew jiġi żvojtat.
Il-varjazzjonijiet kumulattivi tal-livell tat-tank tal-fjuwil bejn żewġ qari jikkostitwixxu l-fjuwil ikkunsmat matul il-perjodu.
Il-perjodu jinkludi l-intervall bejn żewġ portijiet ta' waqfa jew il-ħin iddedikat fil-port. Għall-fjuwil użat matul perjodu, jeħtieġ li jiġu speċifikati t-tip ta' fjwuil u l-kontenut ta' kubrit.
Il-qari tat-tank tal-fjuwil għandu jitwettaq b’metodi xierqa bħal sistemi awtomatizzati, sondi u l-kejl tas-saborra. Il-metodu għas-sondi tat-tank u l-inċertezza assoċjata miegħu għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ msemmi fl-Artikolu 6.
Fejn l-ammont ta’ fjuwil ippumpjat fit-tank jew l-ammont ta’ fjwuil li jifdal fit-tankijiet jiġi ddeterminat f’unitajiet ta’ volum, espressi f’litri, il-kumpanija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta’ valuri tad-densità reali. Il-kumpanija għandha tiddetermina d-densità reali bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
(a) sistemi ta’ kejl abbord;
(b) id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjwuil waqt l-ippumpjar fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq in-nota ta' kunsinna tal-fjuwil.
(ba) id-densità mkejla f’analiżi ta’ test imwettaq f’laboratorju akkreditat għat-testijiet tal-fjuwils, fejn disponibbli. [Em. 87]
Id-densità reali għandha tiġi espressa bħala kg/litru u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku; F’każijiet fejn il-valuri tad-densità reali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta' fjuwil rilevanti wara l-approvazzjoni mill-verifikatur.
3. Metodu Ċ Miters tal-fluss għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli;
Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-flussi tal-fjuwil imkejla abbord. Id-dejta mill-miters tal-fluss kollha marbutin ma’ sorsi ta’ emissjonijiet rilevanti għandha tiġi kkombinata sabiex jiġi ddeterminat il-konsum tal-fjwuil għal perjodu speċifiku.
Il-perjodu jinkludi l-intervall bejn żewġ portijiet ta' waqfa jew il-ħin iddedikat fil-port. Għall-fjuwil użat matul perjodu, jeħtieġ li jiġu mmonitorjati t-tip ta' fjwuil u l-kontenut ta' kubrit.
Il-metodi tal-ikkalibrar applikati u l-inċertezza assoċjata mal-miters tal-fluss użati għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ msemmi fl-Artikolu 6.
Fejn l-ammont ta’ fjuwil ippumpjat fit-tank ddeterminat f’unitajiet ta’ volum, espressi f’litri, il-kumpanija għandha tikkonverti dak l-ammont minn volum għal massa bl-użu ta’ valuri tad-densità reali. Il-kumpanija għandha tiddetermina d-densità reali bl-użu ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
(a) sistemi ta’ kejl abbord;
(b) id-densità mkejla mill-fornitur tal-fjwuil waqt l-ippumpjar fit-tank u li tkun irreġistrata fuq il-fattura tal-fjuwil jew fuq in-nota ta' kunsinna tal-fjuwil.
Id-densità reali għandha tiġi espressa bħala kg/litru u hija ddeterminata għat-temperatura applikabbli għal kejl speċifiku; F’każijiet fejn il-valuri tad-densità reali ma jkunux disponibbli, għandu jiġi applikat fattur ta’ densità standard għat-tip ta' fjuwil rilevanti wara l-approvazzjoni mill-verifikatur.
4. Metodu D: Kejl dirett tal-emissjonijiet
Il-kejl dirett tal-emissjonijiet jista' jintuża għal vjaġġi fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għal emissjonijiet li jseħħu fil-portijiet li jkunu jinsabu fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. L-emissjonijiet ta' CO2 għandhom jinkludu l-emissjonijiet ta' CO2 li joħorġu mill-magni prinċipali, magni awżiljari, bojlers u ġeneraturi tal-gass inert. Għal bastimenti li fuqhom r-rappurtar huwa bbażat fuq dan il-metodu, il-konsum tal-fjuwil għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-emissjonijiet imkejla ta’ CO2 u tal-fattur applikabbli ta’ emissjoni tal-fjuwils ikkonċernati.
Dan il-metodu huwa bbażat fuq id-determinazzjoni tal-flussi tal-emissjonijiet ta' CO2 fiċ-ċmieni tal-gass tal-egżost (funnels) bil-multiplikazzjoni tal-konċentrazzjoni tas-CO2 tal-gass tal-egżost mal-fluss tal-gass tal-egżost.
Il-metodi tal-ikkalibrar applikati u l-inċertezza assoċjata mal-miters tal-fluss użati għandhom ikunu speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ msemmi fl-Artikolu 6.
4a. Metodu Da: Immudellar bl-informazzjoni dwar il-moviment tal-bastimenti (AIS) u d-dejta speċifika tal-bastimenti.
L-aġenzija inkarigata mis-sistema tal-immudellar tagħmel ftehim bil-miktub mas-sid tal-bastiment inkwistjoni. Fit-tmiem tal-perjodu tal-monitoraġġ, l-emissjonijiet tas-CO2 ikkalkulati jitqabblu mal-ktieb tar-rekords taż-żejt tal-bastiment u l-BDNs sabiex kwalunkwe diskrepanza tinstab u tiġi ikkoreġuta. [Em. 90]
ANNESS II
Monitoraġġ ta’ informazzjoni oħra rilevanti għall-klima
A. Monitoraġġ għal kull vjaġġ (l-Artikolu 9)
Għall-finijiet tal-monitoraġġ ta' informazzjoni oħra rilevanti għall-klima għal kull vjaġġ (l-Artikolu 9), il-kumpaniji għandhom jirrispettaw ir-regoli li ġejjin:
Id-data u s-siegħa tat-tluq u tal-wasla għandhom jiġu ddefiniti bl-użu tal-ħin universali ta’ Greenwich (GMT). Il-ħin iddedikat fuq fil-baħar għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-informazzjoni tat-tluq mill-port u tal-wasla fil-port u għandu jeskludi l-ankraġġ.
Id-distanza vjaġġata tista’ tkun id-distanza l-aktar rotta diretta bejn il-port tat-tluq u l-port tal-wasla jew id-distanza reali. Fil-każ tal-użu tad-distanza tal-aktar rotta diretta bejn il-port tat-tluq u tal-port tal-wasla, għandu jintuża l-fattur ta’ korrezzjoni konservattiv sabiex jiġi żgurat li d-distanza vjaġġata mhix ġietx sottovalutata b'mod sinifikanti. Il-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 6 għandu jispeċifika liema kalkolu ntuża għad-distanza u, jekk meħtieġ, il-fattur ta’ korrezzjoni użat. Id-distanza vjaġġata għandha tkun espressa f’mili nawtiċi.
Għall-bastimenti tal-passiġġieri, in-numru ta’ passiġġieri għandu jintuża biex jirrappreżenta l-merkanzija li tinġarr. Għall-kategoriji l-oħra kollha ta’ bastimenti, l-ammont ta’ merkanzija li tinġarr għandu jkun espress bħala tunnellati metriċi u metri kubi ta’ merkanzija. [Em. 91]
Ix-xogћol ta' trasport gћandu jkun iddeterminat billi d-distanza vjaġġata tiġi mmultiplikata mal-ammont ta’ merkanzija li tinġarr.[Em. 92]
B. Monitoraġġ fuq bażi annwali (l-Artikolu 10)
Għall-finijiet tal-monitoraġġ ta' informazzjoni oħra rilevanti għall-klima fuq bażi annwali , il-kumpaniji għandhom jirrispettaw ir-regoli li ġejjin:
Il-valuri li għandhom jiġu mmonitorjati skont l-Artikolu 10 għandhom ikunu stabbiliti bl-aggregazzjoni tad-dejta rispettiva għal kull vjaġġ.
L-effiċjenza enerġetika medja għandha tiġi mmonitorjata bl-użu ta' mill-anqas erba' żewġ indikaturi, il-konsum tal-fjwuil għal kull distanza, il-konsum tal-fjwuil għal kull xogħol ta' trasport,u l-emissjonijiet ta' CO2 għal kull distanza u l-emissjonijiet ta' CO2 għal kull xogħol ta' trasport, li għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:
Konsum tal-fjuwil għal kull distanza = total tal-konsum tal-fjuwil annwali/total tad-distanza vjaġġata
Konsum tal-fjuwil għal kull xogħol ta' trasport = total tal-konsum tal-fjuwil annwali/total ta' xogħol ta' trasport
Emissjonijiet ta' CO2 għal kull distanza = total tal-emissjonijiet annwali ta' CO2 / total tad-distanza vjaġġata
Emissjonijiet ta' CO2 għal kull xogħol ta' trasport = total tal-emissjonijiet annwali ta' CO2 / total ta' xogħol ta' trasport [Em. 93]
Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rappurtar ta’ informazzjoni oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni (ĠU L165, 18.06.2013, p. 13).
Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 251, 18.9.2012, p. 49).
Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
Deċiżjoni tal-Kunsill 93/389/KEE tal-24 ta' Ġunju 1993 għal mekkaniżmu ta' monitoraġġ għal CO2 Komunitarju u emissjonijiet oħra tal-gassijiet serra (ĠU L 167, tad-9.7.1993, p. 31).
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta' Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30).
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-ispeċijiet aljeni invażivi (COM(2013)0620 – C7-0264/2013 – 2013/0307(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0620),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0264/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Bundesrat Awstrijak, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Jannar 2014(1),
– wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni adottata mill-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għas-Sajd (A7-0088/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regoalment (UE) Nru ../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-ispeċijiet aljeni invażivi
P7_TC1-COD(2013)0307
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1143/2014.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-UE rigward l-implimentazzjoni teknika tal-Protokoll taʼ Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COM(2013)0769 – C7-0393/2013 – 2013/0377(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0769),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0393/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta’ Frar 2014(1),
– wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0171/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 rigward l-implimentazzjoni teknika tal-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 662/2014.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (COM(2012)0363 – C7-0192/2012 – 2012/0193(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0363),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 325(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0192/2012),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-15 ta’ Novembru 2012(1),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Ottubru 2012(2),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0251/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni li temenda d-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 325(4)83(2) tiegħu, [Em. 1]
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri(3),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(4),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),
Billi:
(1) Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni ma tolqotx biss il-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit, iżda testendi għall-miżuri kollha li jaffettwaw negattivament jew jheddu li jaffettwaw negattivament l-assi tagħha, u dawk tal-Istati Membri saħansitra meta huma ġew mfassla biex jappoġġaw jew jistabbilizzaw l-ekonomija jew il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri b’rilevanza għall-politiki tal-Unjoni.
(2) Sabiex tkun assigurata protezzjoni effettiva, proporzjonata u dissważiva tal-interessikontra tipi ta’ aġir mill-aktar serju relatat mal-frodi, u jkun żgurat li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-liġi kriminali fl-Istati Membri għandha tkompli tikkomplementa l-protezzjonijkunu protetti bl-aħjar mod, il-miżuri adottati permezz tal-liġi amministrattiva u ċivili għal tipi ta’ komportament mill-aktar serju relatat mal-frodi f'dan il-qasam,għandhom ikunu kkomplementati minn leġiżlazzjoni fil-qafas tal-liġi kriminali fl-Istati Membri, filwaqt li jkunu evitati inkonsistenzi, kemm fi ħdan kif ukoll fost dawn l-oqsma tal-liġita' liġi. [Em. 2]
(3) Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni issejjaħ għalteħtieġ definizzjoni komuni ta’ frodi li tkopri aġir frodulenti fir-rigward kemm tan-nefqa, tad-dħul, tal-attiv u tad-dħull-passiv għad-detriment tal-baġit tal-UEtal-Unjoni, inklużi l-attivitajiet ta’ self. [Em. 3]
(4) Il-frodi li jaffettwaw t-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) jnaqqsu l-irċevuti tat-taxxa tal-Istati Membri u sussegwentement l-applikazzjoni ta’ rata uniformi għall-bażi ta’ valutazzjoni tal-VAT tal-Istati Membri. Kif ikkonfermat mill-ġurisprudenza(6) tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, hemm rabta diretta bejn il-ġbir tad-dħul mill-VAT skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni, u d-disponibilità għall-baġit tal-Unjoni tar-riżorsi korrispondenti, ġaladarba kwalunkwe nuqqas fil-ġbir tal-ewwel waħda, joħloq potenzjalment tnaqqis fit-tieni waħda. Id-Direttiva għaldaqstant tkopri dħul li ġej mill-irċevuti tal-VAT fl-Istati Membri.
(5) Għandu jittieħed inkonsiderazzjoni l-impatt sostanzjali fuq l-interessi finanzjarji tal-UE li jirriżulta mit-tnaqqis illegali tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u t-twettiq tal-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva għandu jinqara fid-dawl tal-prinċipju tal-proporzjonalità, skont in-natura speċifika u l-metodoloġija użata biex ikunu kkalkulati dawn ir-riżorsi proprji, inkluż it-trattament differenzjat tal-Istati Membri.
(6) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni jistgħu jiġu affettwati negattivament fejn l-offerenti individwali jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kontraenti jew lil dawk li joħorġu l-offerta, abbażi ta’ informazzjoni miksuba mhux kif suppostillegalment, direttament jew indirettament, mill-korp li joħroġ l-offerti, bl-iskop li jevitaw jew jgħawġujiksru r-regoli applikabbli għall-akkwist pubbliku jew għall-proċedura tal-għotjiet. Dan l-aġir huwa simili ħafna għal frodi, iżda ma għanduxjippreżentax neċessarjament jikkostitwixxikaratteristiċi kollha ta’ reat sħiħ ta’ frodi min-naħa tal-offerent, ladarba l-offerta pprovduta tista’ tkun kompletament konformi mal-ħtiġijiettissodisfa l-kriterji kollha meħtieġa. L-immanuvrar tal-offerti bejn dawk li jitfgħu l-offertil-offertenti jikser ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u l-liġijiet nazzjonali ekwivalenti; huwa suġġett għal azzjoni pubblika ta’ infurzar u għal sanzjonijiet fl-Unjoni kollha u għandu jibqa’ barra l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. [Em. 4]
(7) Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kontra l-ħasil tal-flus hija applikabbli bis-sħiħ għal ħasil tar-rikavat minn reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva. Referenza magħmula għal din il-leġiżlazzjoni għandha tiżgura li s-sistema ta’ sanzjonijiet mdaħħla minn din id-Direttiva tapplika għar-reati kriminali kollha kontra l-interess finanzjarju tal-Unjoni.
(8) Il-korruzzjoni tikkostitwixxi theddida partikolarment serja kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li tista' f'ħafna każijiet tkun relatata wkoll ma’ aġir frodulenti. Il-kriminalizzazzjoni partikolari f’dan il-qasam hija għalhekk meħtieġa. Għandu jkun assigurat li r-reati rilevanti huma koperti bid-definizzjoni, irrispettivament jekk l-aġir huwiex fi ksur tar-responsabbiltajiet uffiċjali jew le. Fir-rigward ta’ reati ta’ korruzzjoni passiva u miżapproprjazzjoni, teżisti l-ħtieġa li tiġi inkluża definizzjoni dwar l-uffiċjalita' uffiċjali pubbliċi li tkopri l-uffiċjali rilevanti kollha, kemm jekk maħtura, eletti, jew impjegati abbażi ta’ kuntratt, u kemm jekk ikollhomxikollhom uffiċċju formali, kif ukollfl-Unjoni, fl-Istati Membri jew f'pajjiżi terzi. Qed ikunu dejjem aktar involuti persuni privati fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni. Sabiex il-fondi tal-Unjoni jitħarsu b'mod adegwat mill-korruzzjoni u mill-miżapproprjazzjoni, id-definizzjoni ta' 'uffiċjal pubbliku' għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għaldaqstant jeħtieġ li tkopri wkoll persuni li ma jkollhomx kariga formali, iżda li madankollu jingħataw u qed jaqdu, b'mod simili, funzjoni tas-servizz pubbliku f'rabta ma' fondi tal-Unjoni,jeżerċitaw il-funzjoni li jipprovdu servizz f’isem il-gvern u korpi pubbliċi oħra liċ-ċittadini, jew għall-interess pubbliku b’mod ġenerali, mingħajr ma jkollhom uffiċċju formali, bħall-kuntratturi involuti fl-immaniġġar tal-fondi tal-UE.fil-ġestjoni ta' tali fondi. [Em. 5]
(9) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni jistgħu jkunu affettwati negattivament minn ċertu tip ta’ aġir ta' uffiċjal pubbliku li jimmira li juża ħażin il-fondi jew l-assi, kuntrarju għall-iskop previst, u bl-intenzjoni li jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għalhekk hemm bżonn li tkun introdotta definizzjoni preċiża u mhux ambigwa tar-reati li tkopri aġir bħal dan. [Em. 6]
(9a) Fir-rigward tar-reati kriminali wettqa minn persuni fiżiċi kif definiti f’din id-Direttiva, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita l-intenzjoni fir-rigward tal-elementi kollha li hemm f’dawn ir-reati. Reati mwettqa minn persuni fiżiċi li ma jirrikjedux l-intenzjoni mhumiex koperti minn din id-Direttiva. [Em. 7]
(10) Xi reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huma fil-prattika spiss relatati mill-qrib mar-reati koperti mill-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni bbażata fuq dan l-Artikolu. Għalhekk għandha tiġi żgurata koerenza ma’ din il-leġiżlazzjoni fil-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet.
(11) Il-għaliex l-interessi finanzjarji tal-Unjoni tista’ ssirilhom ħsara jew jiġu mhedda wkoll mill-komportament ta’ persuni ġuridiċi, dawn għandhom ikunu responsabbli għar-reati kriminali mwettqa f’isimhom kif definit f'din id-Direttiva.
(12) Sabiex ikunu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'mod ekwivalenti permezz ta’ miżuri li għandhom jaġixxu bħala deterrent fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom ukoll jipprevedu ċerti tipi u livelli minimi ta' sanzjonijiet meta jitwettqu r-reati kriminali definiti f'din id-Direttiva. Il-livell ta’ sanzjonijiet m’għandux imur lil hinn minn dak li huwa proporzjonali għar-reati, u livell limitu espress fi flus, li skontu ma tkunx meħtieġa kriminalizzazzjoni, għandu għalhekk jiġu introdott.
(13) Din id-Direttiva ma taffettwax l-applikazzjoni proprja u effikaċi tal-miżuri dixxiplinarji. Is-sanzjonijiet li ma jistgħux jiġu assimilati mal-pieni kriminali jistgħu jitqiesu skont il-liġi nazzjonali meta persuna tinqatgħalha s-sentenza għal wieħed mir-reati definiti skont din id-Direttiva f’każijiet individwali; għal sanzjonijiet oħra, il-prinċipju ta’ ne bis in idem għandu jkun rispettat bis-sħiħ. Din id-Direttiva ma tikkriminalizzax aġir li mhux ukoll suġġett għal sanzjonijiet dixxiplinarji jew miżuri oħra dwar ksur ta’ dmirijiet uffiċjali, f’każijiet fejn tali sanzjonijiet dixxiplinarji jew miżuri oħra jistgħu jiġu applikati lill-persuni kkonċernati.
(14) Is-sanzjonijiet għal persuni fiżiċi f'każijiet aktar serji għandhom jipprevedu firxa ta’ priġunerija. Dawn il-każijiet serji għandhom jiġu definiti billi jkun hemm referenza għal ċertu minimu ta' dannu globali, mfisser fi flus, li l-aġir kriminali bilfors li kkawża fil-baġit tal-Unjoni u possibilment xi baġit ieħor. L-introduzzjoni ta’ firxa minima u massima ta’ priġunerija hija meħtieġa sabiex ikun garantit li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu l-istess f’kull parti tal-Ewropa. Is-sanzjoni minima ta’ sitt xhur tiżgura li Mandat ta' Arrest Ewropew jista’ jiġi maħruġ u mwettaq għar-reati elenkati fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew, b’hekk ikun żgurat li l-kooperazzjoni ġudizzjarja u għall-infurzar tal-liġi tkun kemm jista' jkun effiċjenti. Is-sanzjonijiet se jservu wkoll bħala deterrent qawwi għal kriminali potenzjali, li jkollhom effett f’kull parti tal-Ewropa. Aktar sanzjonijiet severi għandhom jiġu imposti għall-każijiet fejn ir-reat kien imwettaq fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali skont it-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI(7).
(15) Minħabba b'mod partikolari l-mobbiltà tal-kriminali u r-rikavat li jirriżulta minn attivitajiet illegali għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif ukoll minħabba l-investigazzjonijiet kumplessi transkonfinali li din tinvolvi, l-Istati Membri kollha għandhom jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom u jistipulaw ir-regoli dwar il-perjodi ta’ preskrizzjoni meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jiġġieldu dawn l-attivitajiet.
(16) Sabiex ikun hemm koerenza fil-liġi tal-Unjoni u jkun issalvagwardjat il-prinċipju li ħadd ma jista jiġi kkastigat darbtejn għall-istess kawża, hemm bżonn li tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn il-pieni skont din id-Direttiva u l-miżuri amministrattivi relevanti skont il-liġi tal-Unjoni. Id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi amministrattivi, ta’ pieni u ta’ multi skont il-liġi tal-Unjoni.
(17) Bla ħsara għal obbligi oħra skont il-liġi tal-Unjoni, hemm il-ħtieġa ta’ dispożizzjonijiet xierqa għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex tkun żgurata azzjoni effettiva kontra r-reati kriminali definiti f'din id-Direttiva li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, Eurojust, u l-Kummissjoni. [Em. 10]
(18) Il-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea tas-26 ta’ Lulju 1995(8) u l-Protokolli tagħha tas-27 ta’ Settembru 1996(9) u tad-29 ta’ Novembru 1996(10) għandhom jiġu mħassra u mibdula b’din id-Direttiva.
(19) L-implimentazzjoni kif suppost ta’ din id-Direttiva mill-Istati Membri tinkludi l-ipproċessar tad-dejta personali fost l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-iskambju tagħha bejn l-Istati Membri minn banda, u mill-banda l-oħra bejn il-korpi kompetenti tal-Unjoni. L-ipproċessar tad-dejta personali fil-livell nazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandu jkun rregolat mil-liġi nazzjonali li tirrispetta l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku tad-Dejta Personali tat-28 ta’ Jannar 1981 u l-Protokoll addizzjonali tagħha (ETS Nru 181). L-iskambju tad-dejta personali bejn l-Istati Membri għandu jissodisfa r-rekwiżiti tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/977/ĠAI(11). Sa fejn id-dejta personali hija pproċessata mill-istituzzjonijiet, mill-korpi u mill-organi tal-Unjoni, huma għandhom ikunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) u mar-regoli applikabbli dwar il-kunfidenzalità tal-investigazzjonijiet ġudizzjarji.
(20) L-effett dissważiv intenzjonat fl-applikazzjoni tal-pieni tal-liġi kriminali jeħtieġ kawtela partikolari fir-rigward tad-drittijiet fundamentali. Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b’mod speċjali d-dritt għal-libertà u s-sigurtà, il-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà li wieħed jagħżel impjieg u d-dritt għax-xogħol, il-libertà li wieħed ikollu negozju, id-dritt għall-proprjetà, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għall-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt għad-difiża, il-prinċipji tal-legalità u l-proporzjonalità tar-reati kriminali u l-pieni, kif ukoll il-projbizzjoni ta’ ġudizzju jew piena doppja fi proċeduri kriminali għall-istess reat kriminali. Din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ għal dawn id-drittijiet u prinċipji u għandha tiġi implimentata kif meħtieġ.
(21) Din id-Direttiva se tapplika bla ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar it-tneħħija tal-immunitajiet li jinsabu fit-TFUE, fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, fl-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u fit-testi li jimplimentawh, jew fid-dispożizzjonijiet simili inkorporati fil-liġi nazzjonali.
(22) Din id-direttiva hija bla ħsara għar-regoli u għall-prinċipji ġenerali tal-liġi kriminali nazzjonali dwar l-applikazzjoni u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi skont iċ-ċirkustanzi konkreti ta’ kull każ individwali.
(23) Ladarba l-għan ta' din id-Direttiva ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri iżda jkunu jistgħu, minħabba raġuni ta’ skala u effetti tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dan l-għan.
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Titolu I
Is-suġġett u d- definizzjoni
Artikolu 1
Is-suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa fil-qasam tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi tiddefinixxi r-reati kriminali u s-sanzjonijiet, bil-għan li tippermetti protezzjoni effikaċi u ekwivalenti fl-Istati Membri u fl-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u żżid il-kredibbiltà tal-istituzzjonijiet u l-inizjattivi tal-Unjoni. [Em. 11]
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “l-interessi finanzjarji tal-Unjoni” tfisser id-dħull-attiv u l-passiv kollu ġestit minn jew f'isem l-Unjoni u l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tagħha u l-operazzjonijiet finanzjarji tagħha, inklużi l-attivitajiet ta' self, kif ukoll, b'mod partikolari d-dħul u n-nefqa kollha koperti minn, akkwistati permezz, jew minħabba: [Em. 12]
(a) il-baġit tal-Unjoni;
(b) il-baġits tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organital-uffiċċji u l-aġenziji stabbiliti skont it-Trattati jew il-baġits immexxija u ssorveljati minnhom direttament jew indirettament.[Em. 13]
Titolu II
Reati kriminali fl-oqsma tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Artikolu 3
Il-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-aġir li ġej, meta jsir intenzjonalment, huwa punibbli bħala reat kriminali:
(a) fejn tidħol nefqa, kull att jew omissjoni li għandhom x'jaqsmu ma:
(i) l-użu jew il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet jew dokumenti foloz, inkorretti jew mhux kompluti, li jkollhom bħala effett il-miżapproprjazzjoni jew iż-żamma bla dritt ta' fondi mill-baġit tal-Unjoni jew minn baġits amministrati mill-Unjoni, jew għan-nom tagħha,
(ii) in-nuqqas ta' divulgazzjoni ta' informazzjoni fi ksur ta' obbligu speċifiku, bl-istess effett, jew
(iii) l-użu ħażin tal-obbligazzjonijiet jew tan-nefqa għal skopijiet oħra għajr dawk li għalihom ġew mogħtija;
(b) fir-rigward ta’ dħul, kull att jew omissjoni li għandhom x'jaqsmu ma:
(i) l-użu jew il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet jew dokumenti foloz, inkorretti jew mhux kompluti, li jkollhom bħala effett it-tnaqqis illegali tar-riżorsi tal-baġit jew baġits tal-Unjoni amministrati mill-Unjoni, jew għan-nom tagħha,
(ii) in-nuqqas ta' divulgazzjoni ta' informazzjoni fi ksur ta' obbligu speċifiku, bl-istess effett, jew
(iii) l-użu ħażin ta' xi benefiċċju miksub legalment, bl-istess effett.
Artikolu 4
Ir-reati kriminali relatati ma’ frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe għoti ta’ informazzjoni, jew li ma tingħataxnuqqas ta' għoti ta' tali informazzjoni, lill-entitajiet jew awtoritajiet kontraenti jew li joħorġu l-offerta f’akkwist pubbliku jew fi proċedura tal-għotjiet fejn hemm involuti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, minn kandidati jew offerenti, jew minn persuni responsabbli jew involuti fit-tħejjija tat-tweġibiet tas-sejħiet għall-offerti jew tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet minn dawk li jipparteċipaw, meta jitwettqu intenzjonalment u bil-għan li tiġi maħruba jew li tiġi mgħawġa l-applikazzjoni tal-eliġibbiltà, l-esklużjoni, l-għażla jew il-kriterji għall-għoti, huma jew li titfixkel jew tiġi eliminata l-kompetizzjoni naturali fost l-offerenti jkunu punibbli bħala reat kriminali. [Em. 14]
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-ħasil tal-flus kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) li jinvolvi proprjetà jew dħul li ġejjin tiġi mir-reati li huma koperti minn din id-Direttiva, ikun punibbli bħala reat kriminali. [Em. 15]
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-aġir li ġej, meta jsir intenzjonalment, huwa punibbli bħala reat kriminali:
l-azzjoniGħall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-korruzzjoni passiva tikkonsisti fl-azzjoni ta’ uffiċjal pubbliku, li direttament jew permezz ta' intermedjarju, jitlob jew jirċievijaċċetta minn qabel vantaġġi ta’ kwalunkwe tip jew wegħda ta’ vantaġġ bħal dan, għalih jew għal parti terza, talli jaġixxi, iddewwem l-azzjoni jew jaċċetta wegħda ta’ vantaġġ bħal dan, li jaġixxi jew jonqosjastjeni milli jaġixxi skont dmirijietu jew fil-kapaċità tal-funzjonijiet tiegħu, kemm jekk dan ikun bi ksur tal-obbligi uffiċjali tiegħu u kemm jekk le, b'tali mod li jagħmel ħsara jew li x'aktarx jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni (il-korruzzjoni passiva);
l-azzjoniGħall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-korruzzjoni attiva tikkonsisti fl-azzjoni ta’ kull min iwiegħed, joffri jew jagħti, direttament jew permezz ta' intermedjarju, vantaġġ ta’ kwalunkwe tip lil uffiċjal pubbliku għalih innifsu jew għal parti terza sabiex huwa jaġixxi, iddewwem azzjoni jew jastjeni milli jaġixxi skont dmirijietu jew fil-kapaċità tal-funzjonijiet tiegħu b'tali mod li jagħmel ħsara jew li x'aktarx jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni (il-korruzzjoni attiva)., jew talli jkun wettaq dan l-aġir fil-passat. [Em. 16]
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-att intenzjonali minn uffiċjal pubbliku biex jikkommetti jew juża fondi, jew jawtorizza jew juża l-assi, kuntrarju għall-iskop li għalih kienu intenzjonati u bl-iskop li jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni,l-miżapproprijazzjoni, meta mwettqa intenzjonalment, hija punibbli bħala offiża kriminali reat:(miżapproprjazzjoni)
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, miżapproprjazzjoni tfisser att ta' uffiċjal pubbliku li jikkonsisti fl-impenn jew l-użu ta' fondi, jew l-awtoizzazzjoni jew l-użu ta' assi, kuntrarju għall-iskop li għalih kienu intenzjonati u li jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni.[Em. 17]
5. Għall-għan ta’ dan l-Artikolu, "uffiċjal pubbliku" tfisser:
(a) kwalunkwe persuna li teżerċita funzjoni ta’ servizz pubbliku għall-Unjoni jew fl-Istati Membri jew pajjiżi terzi billi jkollu kariga leġiżlattiva, amministrattiva jew ġudizzjarja;uffiċjal tal-Unjoni jew nazzjonali, inkluż kwalunkwe uffiċjal nazzjonali ta' Stat Membru ieħor u kwalunkwe uffiċjal nazzjonali ta' pajjiż terz;
It-terminu "uffiċjal tal-Unjoni" ifisser:
(i) kwalunkwe persuna li tkun uffiċjal jew impjegat ieħor bil-kuntratt skont it-tifsira tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni ('Regolament tal-Persunal'),
(ii) kwalunkwe persuna ssekondata lil istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, korp, uffiċju jew aġenzija mill-Istati Membri jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat, li twettaq xogħol ekwivalenti għal dak imwettaq minn uffiċjali jew aġenti oħrajn tal-Unjoni.
Membri ta' korpi, uffiċċji u aġenzjiji stabbiliti skont mwaqqfin f'konformità mat-Trattati u l-persunal ta' tali korpi, uffiċċji jew aġenziji għandhom jiġu trattati bħala uffiċjali tal-Unjoni, sa fejn ir-Regolament tal-Persunal ma japplikax għalihom.
It-terminu ‘uffiċjal nazzjonali’ għandu jinftiehem b'referenza għad-definizzjoni ta' ‘uffiċjal' jew ‘uffiċjal pubbliku’ fid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru jew ta' pajjiż terz li fih il-persuna inkwistjoni tkun qed twettaq il-funzjoni.
Madankollu, fil-każ ta' proċedimenti li jinvolvu uffiċjal ta' Stat Membru, jew uffiċjal nazzjonali ta' pajjiż terz, mibdija minn Stat Membru ieħor, dan tal-aħħar ma jkunx marbut li japplika d-definizzjoni ta' 'uffiċjal nazzjonali' ħlief sa fejn id-definizzjoni tkun kompatibbli mad-dritt nazzjonali tiegħu;
(b) kwalunkwe persuna oħra li teżerċita karigatiġi assenjata u taqdi funzjoni fis-servizz pubbliku għall-Unjoni jew fl-Istatili tinvolvi l-ġestjoni ta' jew deċiżjonijiet dwar l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fi Stati Membri jew f’pajjiżi terzi, li ma għandhiex din il-kariga, li tipparteċipa fl-amministrazzjoni jew fid-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. [Em. 18]
Titolu III
Dispożizzjonijiet ġenerali li għandhom x’jaqsmu ma’ reati kriminali fl-oqsma tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Artikolu 5
L-istigazzjoni, l-għajnuna u l-kompliċità, t-tentattiv
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġi żgurat li l-inċitazzjoni, l-għajnuna jew il-kompliċità fir-reatifit-twettiq ta' kwalunkwe wieħed mir-reati kriminali msemmija fit-Titolu II humafl-Artikoli 3 u 4 ikunu punibbli bħala reat kriminali. [Em. 19]
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-tentattivtentattiv biex jitwettaq ir-reatkwalunkwe wieħed mir-reati kriminali msemmimsemmijin fl-Artikolu 3 jew l-Artikolu 4, il-paragrafu 4, huwa 3 u fl-Artikolu 4(4), ikun punibbli bħala reat kriminali. [Em. 20]
Artikolu 6
Ir-responsabbiltà ta' persuni ġuridiċi
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għal kwalunkwe reat kriminali msemmi fit-Titolu IIfl-Artikoli 3, 4 u 5 li jkun twettaq għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi waħedha jew bħala parti minn korp tal-persuna ġuridika, u li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika, abbażi ta': [Em. 21]
(a) setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika;
(b) awtorità li jieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika; jew
(c) awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għan-nuqqas ta’ sorveljanza jew kontroll minn xi persuna msemmija f’paragrafu 1 li tkun ħalliet jitwettaq, kwalunkwe wieħed mir-reati kriminali msemmija Titolu IIfl-Artikoli 3, 4 u 5 għall-benefiċċju ta’ dik il-persuna ġuridika, mill-persunaminn persuna taħt l-awtorità tagħha. [Em. 22]
3. Ir-responsabbiltà ta’ persuna ġuridika skont il-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex teskludi l-proċedimenti kriminali kontra l-persuni fiżiċi li jkunu l-awturi tar-reati kriminali msemmija fit-Titolu IIfl-Artikoli 3 u 4 jew kriminalment responsabbli skont l-Artikolu 5. [Em. 23]
4. Għall-għan ta' din id-Direttiva, “persuna ġuridika” għandha tfisser kwalunkwe entità li jkollha personalità ġuridika skont il-liġi applikabbli, minbarra l-Istati jew korpi pubbliċi fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat u l-organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi.
Artikolu 7
Il-pieni għall-persuni fiżiċi
1. Fir-rigward tal-persuni naturali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reati kriminali li jissemmew fit-Titolu II għandhom ikunufl-Artikoli 3, 4 u 5 huma punibbli b’pieni kriminali effettivi, proporzjonali u dissważivi, kif ukoll b’multi u bi priġunerija, kif speċifikat fl-Artikolu 8. [Em. 24]
2. F’każijiet ta’ reati minuri li jinvolvu danni ta’ anqas minn EUR 10 000EUR 5 000 u vantaġġi ta’ anqas minn EUR 10 000EUR 5 000, u li ma jinvolvux ċirkustanzi aggravanti, partikolarment serji, l-Istati Membri jistgħu minflok il-pienijipprevedu li jiġu imposti sanzjonijiet ta' natura mhux kriminali jipprovdu mod ieħor.; [Em. 25]
3. Il-paragrafu 1 jkunta' dan l-Artikolu japplika bla ħsara għat-twettiqgħall-eżerċizzjutas-setgħat dixxiplinarji tal-poter dixxiplinarju mill-awtoritajiet kompetenti kontra uffiċjali pubbliċi, hekk kif definiti fl-Artikolu 4(5). [Em. 26]
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet ta’ natura oħra, li ma jistgħux jiġu assimilati ma’ pieni kriminali, u li huma diġà imposti fuq l-istess persuna għall-istess aġir, jistgħu jitqiesu meta tingħata sentenza lil dik il-persuna għal reat kriminali msemmi fit-Titolu II.
Artikolu 8
Il-limiti stabbiliti għall-priġunerija
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati kriminali kif imsemmija fl-Artikoli 3 u 4, paragrafi 1 u 4, li jinvolvu vantaġġ jew dannu ta’ mill-inqas EUR 100 00050 000, għandhom ikun punibbli bi: [Em. 43]
(a) piena minima ta’ mill-inqas 6 xhur priġunerija; [Em. 27]
(b) piena massima ta’ mill-inqas 5 snin priġunerija.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati kriminali kif imsemmija fl-Artikolu 4, paragrafi 2 u 3, li jinvolvu l-vantaġġ jew id-dannu ta’ mill-inqas EUR 30 000, għandhom ikun punibbli bi:
(a) piena minima ta’ mill-inqas 6 xhur priġunerija; [Em. 28]
(b) piena massima ta’ mill-inqas 5 snin priġunerija.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li r-reati kriminali li jissemmew fit-Titolu IIfl-Artikoli 3, 4 u 5 ikunu punibbli b'piena massima ta’ mill-inqas 10 snin priġunerija fejn ir-reat kien imwettaq fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali, skont it-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/841/ĠAI. [Em. 30]
Artikolu 8a
Ċirkustanzi aggravanti
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li, meta jkun ġie stabbilit li twettaq reat kriminali msemmi fl-Artikoli 3, 4, jew 5 fl-ambitu ta' organizzazzjoni kriminali skont it-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/841/ĠAI, dak il-fatt ikun meqjus bħala ċirkustanza aggravanti għall-finijiet tal-kundanna. [Em. 31]
Artikolu 9
It-tip ta’ sanzjonijiet minimi għall-persuni ġuridiċi
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuna ġuridika li tkun meqjusa responsabbli skont Artikolu 6 tiġi soġġetta għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali u jistgħu jinkludu sanzjonijiet oħra, bħal:
(a) l-esklużjoni mid-dritt għall-benefiċċji pubbliċi jew l-għajnuna pubblika;
(aa) l-esklużjoni temporanja jew permanenti mill-proċeduri ta’ offerti tal-Unjoni; [Em. 32]
(b) l-iskwalifika temporanja jew permanenti mill-prattika ta' attivitajiet kummerċjali;
(c) it-tqegħid taħt is-sorveljanza tal-qorti;
(d) l-istralċ ġudizzjarju;
(e) l-għeluq temporanju jew permanenti ta' stabbilimenti li ntużaw biex isir ir-reat.
Artikolu 9a
Regola "ne bis in idem"
L-Istati Membri għandhom japplikaw fid-dritt kriminali nazzjonali tagħhom ir-regola "ne bis in idem", li skontha persuna li ġiet iġġudikata b'mod defintiv fi Stat Membru ma tistax tiġi mħarrka fi Stat Membru ieħor fir-rigward tal-istess fatti, sakemm jekk ingħatat piena, din kienet eżegwita, hija fil-proċess li tiġi eżegwita jew ma tistax tiġi eżegwita taħt il-liġijiet tal-Istat li ħareġ il-kundanna.
Artikolu 10
L-iffriżar u l-konfiska
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat u tal-mezzi strumentali tar-reati msemmija fit-Titolu II skont id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14).
Artikolu 11
Il-ġurisdizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom għar-reati kriminali msemmija fit-Titolu IImsemmijin fl-Artikoli 3, 4 u 5 fejn:
(a) ir-reat ikun twettaq totalment jew parzjalment fit-territorju tagħhom; jew
(b) min iwettaq ir-reatl-awtur ta' reat ikun ċittadin tagħhom.stess jew ikun residenti fit-territorju tagħhom;jew
(c) l-awtur ta' reat ikun suġġett għar-Regolament tal-Peronal, jew kien suggett għar-Regolament tal-Personal fiż-żmien ir-reat.[Em. 34]
2. Għall-każ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-ġurisdizzjoni tagħhom ma tkunx subordinata għall-kundizzjoni li l-prosekuzzjoni tista’ biss tinbeda wara li jkun sar rapport mill-vittma fil-post ta’ fejn ikun twettaq ir-reat, jew denunzja mill-Istat tal-post ta’ fejn ikun sar ir-reat.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġurisdizzjoni tagħhom tinkludi sitwazzjonijiet fejn reat jitwettaq permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni li kien hemm aċċess għaliha mit-territorju tagħhom.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw perjodu ta’ preskrizzjoni li fih l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni, il-proċess tal-qorti u d-deċiżjoni ġudizzjarja fuq ir-reati li hemm referenza għalihom fit-Titolu II, u fl-Artikolu 5, ikunu jistgħu jitwettqu għal mill-inqas ħames snin minn meta jkun seħħ ir-reat.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jiġi interrott u jerġa’ jibda mill-ġdid fuq kwalunkwe att ta’ awtorità nazzjonali kompetenti, inkluż b’mod partikolari l-bidu effettiv ta’ investigazzjoni jew prosekuzzjoni, sa mill-inqas 10 snin miż-żmien minn mindu jkun seħħ ir-reat.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu l-infurzar ta’ pieni imposti wara kundanna definittiva għal reat kriminali kif imsemmi fit-Titolu II, u fl-Artikolu 5, għal perijodu suffiċjenti ta' żmien li ma għandux ikun inqas minn 10 snin minn meta saret il-kundanna definittiva.
Artikolu 13
L-irkupru
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-irkupru tas-somom imħallsa meta mhux dovut, meta jkunu kkummissjonati r-reati kriminali msemmija fit-Titolu II.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw l-irkupru fil-pront ta' tali somom u t-trasferiment tagħhom fil-baġit tal-UE, mingħajr preġudizzju għar-regoli settorjali rilevanti tal-Unjoni dwar ir-rettifiki finanzjarji u l-irkurpu tal-ammonti li ma kellhomx jintefqu. L-Istat Membri għandhom iżommu rekords b'mod regolari tas-somom irkuprati u għandhom jinformaw l-istituzzjonijiet jew il-korpi rilevanti tal-Unjoni dwar dawk is-somom, jew, jekk dawn ma ġew irkuprati, dwar ir-raġunijiet li minħabba fihom dawn ma ġewx irkuprati. [Em. 35]
Artikolu 14
L-interazzjoni ma’ atti legali oħra applikabbli tal-Unjoni
L-applikazzjoni ta’ miżuri amministrattivi, ta’ pieni u ta’ multi kif stabbilit fil-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk skont l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95(15), jew fil-liġi nazzjonali adottata skont l-obbligu speċifiku tal-liġi tal-Unjoni, ikunu bla ħsara għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe proċedimenti kriminali mibdija abbażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni korretta u effettiva tal-miżuri amministrattivi, ta’ pieni u ta’ multi li ma jistgħux jitqabblu mal-proċedimenti kriminali, stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew mid-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni nazzjonali.
Titolu IV
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 15
Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea (l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi) [Em. 36]
1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-kooperazzjoni transkonfinali u l-għajnuna legali reċiproka fi kwistjonijiet kriminali, l-Istati Membri, Eurojust u l-Kummissjoni għandhom , fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jikkooperaw ma’ xulxin fil-ġlieda kontra r-reati kriminali li hemm referenza għalihom fit-Titolu IImsemmijin fl-Artikoli 3, 4 u 5. Għal dan l-għan il-Kummissjoni għandha tagħtiu, fejn xieraq Eurojust, għandhom jagħtu assistenza teknika u operattiva billi l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jista’ jkollhom bżonn jħaffu l-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet tagħhom. [Em. 37]
2. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu, fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jagħmlu skambju ta’ informazzjoni mal-Kummissjoni u ma' Eurojust sabiex ikun aktar faċli li jiġu stabbiliti l-fatti u biex tkun żgurata azzjoni effettiva kontra r-reati kriminali li hemm referenza għalihom fit-Titolu II. msemmijin fl-Artikoli 3, 4 u 5. Il-Kummissjoni, Eurjust u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom f’kull każ speċifiku jikkonformaw mal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, u jieħdu kont tar-rekwiżiti tas-segretezza investigattiva u tal-protezzjoni tad-dejta. Għal dan il-għan, Stat Membru, meta jagħti informazzjoni lill-Kummissjoni u lil Eurojust, jista’ jistipula kondizzjonijiet speċifiċi li jkopru l-użu tal-informazzjoni, kemm jekk għall-Kummissjoni jew għalmill-Kummissjoni, minn Eurojust jew minn Stat Membru ieħor li jingħata din l-informazzjoni. [Em. 38]
2a. Il-Qorti tal-Awdituri, l-istituzzjonijiet nazzjonali tal-awditjar (pereżempju għall-awditjar tat-tranżazzjonijiet taħt arranġamenti ta' ġestjoni kondiviża), u l-awdituri responsabbli mill-awditjar tal-baġits tal-istituzzjonjiet, il-korpi u l-aġenziji stabbiliti skont it-Trattati jew il-baġits ġestiti u awditjati mill-istituzzjonijiet, għandhom jiżvelaw lill-OLAF kwalunkwe reat kriminali li jsiru jafu bih waqt il-missjoni tagħhom. [Em. 39]
2b. L-uffiċjali tal-Unjoni għandhom jiżvelaw lill-OLAF kwalunkwe reat kriminali li jsiru jafu bih waqt il-missjoni tagħhom. [Em. 40]
Artikolu 16
Ir-revoka tal-konvenzjonijiet tal-liġi kriminali dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea
Il-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea tas-26 ta’ Lulju 1995, inklużi l-protokolli tagħha tas-27 ta’ Settembru 1996, tad-29 ta' Novembru 1996 u tad-19 ta’ Ġunju 1997, għandhom jiġu revokati b'effett minn [il-jum tal-applikazzjoni skont l-Art. 17 (1) it-tieni subparagrafu].
Artikolu 17
It-traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn ..., il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn …
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, jeħtieġ ikun hemm referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri jistabbilixxu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.
Artikolu 17a
Rapportar, statistika u evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha, sa [24 xahar wara l-iskadenza għall-implimentazzjoni tad-Direttiva], u wara dan fuq bażi annwali, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta sa fejn l-Istat Membri jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, u jevalwa l-effikaċja ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-ksib tal-objettivi tagħha.
Dawn ir-rapporti għandhom jirreferu għall-informazzjoni reża disponibbli mill-Istati Membri taħt il-paragrafu 2.
2. L-Istati Membri għandhom b’mod regolari jiġbru u jżommu statistika komprensiva mill-awtoritajiet rilevanti sabiex jirrevedu l-effikaċja tas-sistemi stabbiliti minnhom biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-istatistika miġbura għandha tintbagħat lill-Kummissjoni fuq bażi annwali u għandha tinkludi:
(a) l-għadd ta’ proċedimenti kriminali mibdija, maqsuma fin-numru ta' proċedimenti arkivjati, in-numru ta' proċedimenti li rriżultaw f'liberazzjoni, in-numru ta' proċedimenti li rriżultaw f'kundanna u n-numru ta' proċedimenti li għadhom għaddejjin,
(b) l-ammonti rkuprati u l-ammonti mhux irkuprati, wara l-proċedimenti kriminali,
(c) in-numru ta’ talbiet għal assistenza rċevuti minn Stati Membri oħra, maqsuma fin-numru ta' talbiet milqugħa u n-numru ta' talbiet miċħuda.
3. Il-Kummissjoni għandha, sa [60 xahar wara l-iskadenza għall-implimentazzjoni tad-Direttiva], tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva, ibbażata fuq l-esperjenza miksuba u, b'mod partikolari, fuq ir-rapporti u l-istatistika provduti fis-sens tal-paragrafu 1 u 2. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha, fl-istess waqt, tippreżenta proposta għall-emendar ta' din id-Direttiva, filwaqt li tieħu kont xieraq tal-eżitu tal-evalwazzjoni. [Em. 41]
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 19
Id-destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali tal-pulizija (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60).
Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu tat-tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).
Direttiva 2014/42/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta'April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi u qligħ mill-kriminalità fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39).
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
Kwittanza 2012: Il-Parlament Ewropew
661k
79k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni(1) dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima I – Parlament Ewropew (COM(2013)0570 – C7‑0274/2013 – 2013/2196(DEC))
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012(2),
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2013)0570 – C7‑0274/2013)(3),
– wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja - Taqsima I – Il-Parlament Ewropew - Sena Finanzjarja 2012(4),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2012,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(5),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(6) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2012, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7), u b'mod partikolari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew(9),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 166(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, skont liema artikolu kull Istituzzjoni tal-Unjoni għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex twettaq l-osservazzjonijiet li jakkompanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2011 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2012 – it-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar l-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2012 - Taqsima I - Il-Parlament Ewropew(11),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77, l-Artikolu 80(3) u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0246/2014),
A. billi fl-4 ta' Lulju 2013 il-President adotta l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2012;
B. billi fiċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet definittivi, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Parlament afferma l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Parlament fl-aspetti materjali kollha, u li ma waslet għall-attenzjoni tiegħu l-ebda kwistjoni li dwarha jesprimi riżerva;
C. billi s-Segretarju Ġenerali ċċertifika, fis-6 ta' Settembru 2013, l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li l-baġit tal-Parlament ġie implimentat skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u li l-qafas ta' kontroll stabbilit joffri l-garanziji neċessarji dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħtu;
D. billi s-Segretarju Ġenerali ċċertifika wkoll li mhuwiex konxju dwar kwalunkwe fatt li ma ġiex iddikjarat li jista' jagħmel il-ħsara lill-interess tal-istituzzjoni;
E. billi, permezz tal-awditu tiegħu, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li, fir-rigward tal-infiq amministrattiv fl-2012, is-sistemi superviżorji u ta' kontroll applikati minn kull istituzzjoni ssodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju u li minn 151 tranżazzjoni awditjati mill-Qorti, waħda kienet żbaljata filwaqt li l-Qorti testima li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli hija ta' 0 %;
F. billi, f’konformità mal-proċedura tas-soltu, intbagħat kwestjonarju lill-amministrazzjoni tal-Parlament u t-tweġibiet waslu u ġew diskussi mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, fil-preżenza tas-Segretarju-Ġenerali u l-Awditur Intern;
G. billi l-proċedura ta' kwittanza annwali tal-Parlament tagħti valur miżjud peress li tinvolvi eżami komprensiv tal-kontijiet, fejn l-objettiv hu li l-Parlament ikun jista' jissodisfa r-responsabbiltà tiegħu għaċ-ċittadini tal-Unjoni u jaġixxi b'mod kompletament trasparenti billi jtihom idea dettaljata dwar il-ġestjoni finanzjarja tiegħu; billi, ukoll, ħaqqu l-opportunità għal awtokritika u li jitjieb f'dawk l-oqsma fejn hemm lok għal titjib f'termini ta' kwalità, effiċjenza, u effikaċja fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u b'hekk ta' flus il-kontribwenti;
Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja Parlamentari għall-2012
Valur miżjud tal-proċedura ta' kwittanza tal-Parlament
2. Jindika li din ir-riżoluzzjoni tibqa' prinċipalment ikkonċentrata fuq l-implimentazzjoni tal-baġit u fuq il-kwittanza tiegħu għas-sena finanzjarja 2012 u li l-objettiv ewlieni tagħha huwa dak li tiżgura li l-flus pubbliċi tal-kontribwenti jintużaw bl-aħjar mod possibbli filwaqt li tagħmel enfasi fuq fejn jista' jsir titjib; iħeġġeġ lill-entitajiet responsabbli tal-Parlament jibqgħu jtejbu, fil-livelli kollha possibbli, l-effiċjenza fil-ħidma ta' kuljum tal-Parlament;
3. Jerġa' jitlob lill-Bureau jiddistribwixxi iktar 'White Papers' dwar il-kwistjonijiet ta' politika lill-Membri kollha li jwassal biex il-punti ta' politika jiġu diskussi fi ħdan il-gruppi politiċi qabel ma tittieħed deċiżjoni finali;
4. Josserva li l-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2012 ammonta għal EUR 148 200 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, li minnhom EUR 1 718 miljun intużaw għall-baġit tal-Parlament; josserva, barra minn hekk, li din iċ-ċifra tirrappreżenta ftit aktar minn 1 % tal-baġit ġenerali tal-Unjoni u tammonta għal inqas minn 20 % tal-ammont ta' EUR 8 278 miljun allokati għall-ispejjeż amministrattivi tal-istituzzjonijiet tal-UE kollha kemm huma għall-2012; josserva li dan hu konformi mal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, u l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja soda biex jiġi kopert l-infiq fuq il-bini u l-infrastruttura, il-pagi u l-pensjonijiet tal-persunal, it-teknoloġija tal-informatika, u s-sigurtà;
5. Josserva li fil-baġit tal-Parlament, l-erba' kapitoli ewlenin kienu l-Kapitolu 10 (Membri tal-Istituzzjoni), il-Kapitolu 12 (Uffiċjali u persunal temporanju), il-Kapitolu 20 (Bini u nefqiet relatati) u l-Kapitolu 42 (Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari) li koprew 70 % tal-impenji totali;
6. Jinnota li l-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-baġit finali tal-Parlament għall-2012 kienu jammontaw għal EUR 1 717 868 121, li jirrapreżentaw 1.9 % żieda fuq il-baġit tal-2011 (EUR 1 685 829 393), u jinnota wkoll li ma tressaq l-ebda baġit ta' emenda bħal fl-2011; hu tal-fehma li l-Parlament wera r-responsabbiltà baġitarja tiegħu u l-limitazzjoni proprja billi baqa' taħt ir-rata ta' inflazzjoni ta' 2,6 % fl-2012; jistenna li għall-baġit tal-2015 se tkun prevalenti l-limitazzjoni proprja billi l-baġit jinżamm taħt l-20 % tal-Kapitolu 5;
7. Jindika li fl-2012, 99 % (93 % fl-2011) tal-approprjazzjonijiet definittivi attwali ġew impenjati, b'rata ta' kanċellazzjoni ta' 1 % (6 % fl-2011) u li, bħal fis-snin preċedenti, inkiseb livell għoli ta' implimentazzjoni baġitarja, minkejja li din kienet influwenzata mit-trasferiment ta' tmiem is-sena tal-fondi li ma ntefqux fuq it-talba tal-Grupp Konġunt ta' Ħidma tal-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits u opinjoni pożittiva min-naħa tal-Kumitat għall-Baġits;
Ir-rapport tal-Parlament dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja
8. Josserva li d-dħul totali li ddaħħal fil-kontijiet tal-Parlament fil-31 ta' Diċembru 2012 ammonta għal EUR 175 541 860 fl-2012 (EUR 173 293 432 fl-2011) li kienu jinkludu EUR 22 274 843 (EUR 23 815 077 fl-2011) fi dħul assenjat;
9. Josserva li l-Parlament iddeċieda li jwettaq trasferiment ta' tlaqqit ta' tmiem is-sena minn diversi linji baġitarji li ammontaw għal EUR 45 000 000 f'fondi li ma ntefqux li kienu intiżi għat-tieni pagament akkont tal-akkwist tal-Bini Trebel fi Brussell (EUR 35 000 000) u l-bini tal-Bini KAD il-ġdid fil-Lussemburgu; jifhem li dan irriżulta fi ffrankar ta' madwar EUR 10,4 miljun fi spejjeż ta' finanzjament mill-perjodi ta' bini u amortizzament ta' self; jiddeplora, madankollu, il-fatt li l-Parlament ripetutement talab li fl-interess taċ-ċarezza baġitarja, l-infiq fuq il-bini għandu jiddaħħal fil-baġit minflok li jiġi ffinanzjat minn trasferiment ta' tlaqqit kif mitlub f'bosta riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti;
Il-kontijiet tal-Parlament tal-2012
10. Jikkonstata li ċ-ċifri ta' għeluq tal-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2012 huma ppreżentati kif ġej:
(a) Approprjazzjonijiet disponibbli (EUR)
approprjazzjonijiet għall-2012:
1 717 868 121
riporti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2011:
(b) Użu tal-approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2012 (EUR)
impenji:
2 061 149 089
pagamenti mwettqa:
1 623 172 878
approprjazzjonijiet riportati awtomatikament inkluż dawk li ġejjin mid-dħul assenjat:
412 253 714
approprjazzjonijiet riportati mhux awtomatikament:
0
approprjazzjonijiet ikkanċellati:
55 790 384
(c) Dħul baġitarju (EUR)
irċevut fl-2012:
175 541 860
(d) Total tal-Karta tal-Bilanċi fil-31 ta' Diċembru 2012 (EUR)
1 539 591 147
11. Jindika ż-żieda sinifikanti ta' riporti lejn l-2012 (EUR 244,600,384) u jħeġġeġ li jitjieb l-ippjanar tan-nefqa;
12. Josserva li, fiċ-ċertifikazzjoni tiegħu tal-kontijiet definittivi, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Parlament iddikjara l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Parlament fl-aspetti materjali kollha; jinnota wkoll l-osservazzjoni tiegħu dwar il-fatt li ma ġiet imressqa għall-attenzjoni tiegħu l-ebda kwistjoni li titlob riserva;
13. Ifakkar fid-deċiżjoni tal-President tiegħu fl-4 ta' Lulju 2013 dwar l-adozzjoni tal-kontijiet għas-sena finanzjarja 2012;
L-opinjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-2012 u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti ta' dawk il-kontijiet
14. Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet, fil-valutazzjoni speċifika li wettqet tan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor b'mod globali, li l-ittestjar ta' tranżazzjonijiet jindika li l-iżball l-iktar probabbli preżenti fil-popolazzjoni huwa żero u li s-sistemi superviżorji u ta' kontroll tal-infiq amministrattiv ġew ivvalutati bħala effikaċi; jilqa', barra minn hekk, il-fatt li l-awditu li twettaq mill-Qorti tal-Awdituri jindika li l-pagamenti fl-2012 tal-infiq aċċettat ma ġewx affettwati minn livell ta' żball materjali; jinnota li l-awditu inkluda eżami ta' kampjun ta' 151 tranżazzjoni ta' pagament - 91 pagament ta' pagi, pensjonijiet u allowances marbuta u 60 pagament għal kuntratti marbuta ma' bini u nfiq ieħor - kontra 56 pagamanet awditjati fl-2011;
15. Josserva li n-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor jinkludu n-nefqa fuq riżorsi umani (pagi, allowances u pensjonijiet), li tammonta għal 60 % tat-total tan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor, u n-nefqa fuq bini, tagħmir, enerġija, komunikazzjoni, u teknoloġija tal-informatika hija meqjusa bħala qasam b'riskju baxx; jindika li skont il-Qorti tal-Awdituri, ir-riskji prinċipali fir-rigward tan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor huma n-nuqqas ta’ konformità mal-proċeduri għall-akkwist, għall-implimentazzjoni ta' kuntratti, għar-reklutaġġ u għall-kalkolu tal-pagi u tal-allowances;
Reklutaġġ ta' persunal temporanju u kuntrattwali
16. Jinnota b'sodisfazzjoni li l-awditu li twettaq mill-Qorti tal-Awdituri ta' 15-il proċedura ta' reklutaġġ fil-Parlament fl-2012 ma żvela l-ebda żball jew dgħjufija; jistieden, madankollu, lis-Segretarju-Ġenerali japplika strettament ir-regoli applikabbli għall-ħatra jew il-promozzjoni tal-persunal b'mod ġenerali, u b'mod partikolari dawk f'pożizzjonijiet maniġerjali;
Akkwisti
17. Josserva li l-awditu li twettaq mill-Qorti tal-Awdituri eżamina 18 mill-proċeduri ta' akkwist tal-Parlament; jenfasizza li l-Qorti tal-Awdituri sabet nuqqasijiet fl-applikazzjoni ta' kriterju ta' għoti f'każ wieħed u fil-ġestjoni u d-dokumentazzjoni tal-proċedura ta' akkwist f'każ ieħor;
18. Jirrakkomanda li l-uffiċjali awtorizzanti jtejbu d-disinn, il-koordinazzjoni u r-rendiment tal-qafas u l-proċeduri ta' akkwist tal-Parlament permezz ta' kontrolli xierqa u gwida iktar ċara; josserva li l-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid u r-Regoli ta' Applikazzjoni tiegħu għandhom ikunu akkumpanjati mid-disinn ta' mudelli ġodda għal kuntratti u inviti għal offerti, kif ukoll l-iżvilupp ta' korsijiet ta' taħriġ speċifiku dwar kif għandhom jiġu definiti u applikati l-kriterji tal-għażla u tal-għoti;
Rieżami tal-progress tal-Qorti tal-Awdituri fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet li sar f'rapporti annwali preċedenti
Eżekuzzjoni ta' verifiki ex-ante fuq il-proċeduri ta' reklutaġġ
20. Ifakkar fil-konstatazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri skont liema, fil-proċeduri ta' reklutaġġ tal-assistenti parlamentari akkreditati (APA), il-fajl ma kien fih l-ebda dokument li juri li kienu ġew eżegwiti kontrolli ex-ante fuq id-dokumenti ta' reklutaġġ; jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri tikkunsidra li l-Parlament implimenta b'mod sħiħ ir-rakkomandazzjoni tagħha biex jiżgura li d-dokumentazzjoni xierqa issa tiġi stabbilita u li issa d-dokumentazzjoni sottostanti għal dawk il-verifiki qed tinżamm biex tiġġustifika d-deċiżjonijiet ta' reklutaġġ ta' persunal temporanju u kuntrattwali; jistieden lis-Segretarju-Ġenerali jinforma lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu sa Settembru 2014 bl-effikaċja tal-miżuri meħuda inklużi dawk ibbażati fuq is-sejbiet tal-Awditur Intern, ukoll fid-dawl tar-reklutaġġ ta' bosta assistenti parlamentari (APAs) ġodda wara l-elezzjonijiet;
Akkwisti
21. Jiddispjaċih li l-eżami li twettaq mill-Qorti tal-Awdituri tal-kampjun tal-proċeduri ta' akkwist wera li għad hemm żbalji fid-disinn, il-koordinazzjoni u r-rendiment tal-proċeduri ta' akkwist u li, għalhekk, l-analiżi mwettqa mill-Qorti tal-Awdituri tal-progress li sar turi li r-rakkomandazzjoni preċedenti tagħha għadha, fil-biċċa l-kbira tagħha, qed tiġi implimentata; itenni s-sejħa tiegħu biex jiġi żgurat progress reali, mingħajr iktar dewmien, fil-mekkaniżmi ta' kontroll kollha għall-akkwist pubbliku sabiex jingħelbu n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll biex jiġu garantiti l-iktar prezzijiet kompetittivi għall-prodotti u s-servizzi akkwistati;
Pagament ta' allowances u benefiċċji soċjali lill-membri tal-persunal
22. Ifakkar fis-sejba speċifika tal-Qorti tal-Awdituri rigward l-informazzjoni disponibbli lis-servizzi tal-Parlament dwar is-sitwazzjoni tal-membri tal-persunal; jinsab sodisfatt li l-awditu tal-Qorti tal-Awdituri ma wera l-ebda dgħjufija iżda wera li għad hemm ir-riskju li jsiru pagamenti żbaljati jew żejda; jinnota, barra minn hekk, li l-Parlament ħa miżuri fl-2012 li tejbu dejjem iktar ir-rata ta' reazzjoni għall-proċedura annwali tal-verifika elettronika u l-aġġornament ta' data personali tal-membri tal-persunal u li, fejn meħtieġ, id-dikjarazzjonijiet tal-membri tal-persunal huma akkumpanjati minn dokumenti ta' sostenn xierqa;
Rapport annwali tal-Awditur Intern
23. Josserva li, fil-laqgħa tal-kumitat kompetenti tal-21 ta' Jannar 2014 mal-Awditur Intern, dan tal-aħħar ippreżenta r-rapport annwali tiegħu ffirmat fit-12 ta' Lulju 2013 li fih indika li, fl-2012, wettaq l-eżerċizzju ta' awditjar li ġej fuq l-amministrazzjoni tal-Parlament:
—
konsultazzjoni mas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) dwar il-proċess għall-għażla tat-telefowns ToIP(12);
—
segwitu trasversali ta' azzjonijiet pendenti mir-Rapporti tal-Awditjar Intern - Fażi I 2012;
—
segwitu trasversali ta' azzjonijiet pendenti mir-Rapporti tal-Awditjar Intern - Fażi II 2012;
—
awditu ta' APAs impjegati bħala aġenti oħra tal-Unjoni;
—
awditu tal-Proċess tal-Kontabilità bbażata fuq id-Dovuti;
—
segwitu tal-Awditjar tal-Politika Immobiljari: Ippjanar, Valutazzjoni & Ġestjoni tal-Ħtiġijiet ta' Akkomodazzjoni;
24. Jindika li fost l-aktar konklużjonijiet sinifikanti stabbiliti fir-rapport annwali tal-Awditur Intern insibu dawn l-aspetti li ġejjin:
—
li r-regolarizzazzjoni tal-infiq minn ċerti fondi tal-imprest permanenti (Uffiċċji ta' Informazzjoni & l-Ivvjaġġar tal-Membri) tibqa' soġġetta għal dewmien sinifikanti;
—
li sar progress fil-qasam tal-kontribuzzjonijiet lill-partiti politiċi u lill-fondazzjonijiet fil-livell Ewropew;
—
li l-impenn ta' konsultazzjoni tal-IAS dwar il-proċess għall-għażla tat-telefowns ToIP sab nuqqasijiet fil-formalizzazzjoni tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-proġett ToIP, li dwaru d-DĠ ITEC indika li diġà kien qed jieħu l-passi neċessarji biex jimmitiga kwalunkwe riskju relatat;
—
li ttieħdu passi importanti fil-qasam tal-Governanza tal-IT u l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tal-IT, speċjalment avvanzi metodoloġiċi tad-DĠ ITEC fl-iżvilupp ta' applikazzjonijiet;
—
li l-ewwel segwitu għall-awditu tal-Gruppi ta' Viżitaturi wera li l-azzjonijiet kollha għadhom miftuħin, minkejja li hemm tnaqqis parzjali fir-riskju residwu relatat;
—
li ħames azzjonijiet pendenti għal liema l-miżuri meħtieġa jmorru lil hinn mis-setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet tad-Direttorati Ġenerali kkonċernati issa qegħdin f'idejn awtorità ta' livell ogħla għal riżoluzzjoni;
25. Josserva u jappoġġa l-fehmiet espressi mill-Awditur Intern rigward is-"Segwitu tal-Awditjar tal-politika immobiljari: Ippjanar, valutazzjoni & ġestjoni tal-ħtiġijiet ta' akkomodazzjoni" sabiex:
—
jiġi definit l-ippjanar tal-ħtiġijiet ta' akkomodazzjoni fuq terminu medju u twil, marbut mat-tkabbir previst tal-popolazzjoni tal-okkupanti tal-ispazju għall-uffiċċji;
—
issir allokazzjoni ta' spazju għall-uffiċċji abbażi ta' kriterji li jsir qbil dwarhom fil-livell istituzzjonali u l-eżistenza ta' regoli u proċeduri li jiffaċilitaw l-infurzar ta' dawn il-kriterji; u
—
jiġi implimentat l-użu effiċjenti u effikaċi tal-ispazju għall-uffiċċji;
26. Josserva u jappoġġa l-fehmiet espressi mill-Awditur Intern rigward l-"Awditu ta' Assistenti Parlamentari Akkreditati impjegati bħala aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej" li globalment, l-ambjent ta' kontroll u l-attivitajiet ta' kontroll fid-DĠs għall-Persunal u l-Finanzi jagħtu assigurazzjonijiet raġonevoli li l-APAs huma reklutati b'konformità mar-regoli statutorji u li l-intitolamenti finanzjarji huma mħallsa korrettament mill-Allowance tal-assistenza parlamentari tal-Membri (PAA); jitlob liż-żewġ DĠ jiżguraw li dawn il-garanziji jsiru stabbli u mingħajr l-ebda dubju bi kwalunkwe mezz meħtieġ;
27. Jieħu nota tal-fatt li fl-2012, kien meħtieġ trasferiment mis-subpartita għall-assistenti lokali (partita 4220-01) għas-subpartita 4220-02 (Assistenti akkreditati) ta' EUR 7,3 miljun u s-subpartita 4220-01 tnaqqas b'total ta' EUR 14,1 miljun (14,3 %), li rriżulta minn estimi ħżiena tal-ħtiġijiet kemm għall-assistenti lokali kif ukoll għall-assistenti akkreditati, minkejja li l-għadd ta' assistenti akkreditati żdied biss bi ftit fl-2012 meta mqabbel mal-2011; jemmen li fil-futur, estimi mtejba tal-ħtiġijiet għal dawn is-subpartiti se jkunu meħtieġa biex jiġu rrispettati l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u biex tkun possibbli reazzjoni għall-ħtiġijiet reali;
28. Josserva, madankollu, li sabiex jiġu sodisfatti l-objettivi ta' kontroll intern b'mod sħiħ u konsistenti u biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta mhux biss tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament u r-regoli rilevanti li jirriżultaw minn dawn, adottati mill-entitajiet kompetenti tal-Parlament iżda wkoll ir-Regolament Finanzjarju, hemm lok għal iktar tisħiħ ta' ċerti proċeduri ta' ġestjoni u kontroll li jinvolvu esponiment moderat għal riskju residwu u rigward l-oqsma li ġejjin:
—
l-iżgurar, fil-ħin, ta' informazzjoni regolari għall-APAs dwar kwalunkwe aġġornament jew bidla għar-regoli applikabbli tagħhom u r-regoli applikabbli tagħhom b'analoġija, u l-preżentazzjoni lir-rappreżentanti tagħhom ta' rapport motivat dwar dawn il-bidliet jew l-aġġornament tagħhom sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-prinċipji ta' trattament u opportunitajiet ugwali;
—
l-iżgurar ta' rappurtar lill-Membri u lill-APAs fil-ħin u b'mod adegwat dwar id-drittijiet u d-dmirijiet ta' xogħol marbuta ma' tmiem il-kuntratti tal-APAs (drittijiet għal-liv, għall-qgħad, għall-pensjoni, eċċ);
—
it-titjib tal-kontrolli interni biex jiġi monitorjat l-użu tal-PAA;
—
l-iżgurar ta' amministrazzjoni iktar effiċjenti u b'inqas intoppi għar-reklutaġġ ta' APAs ġodda wara l-elezzjonijiet tal-2014 permezz ta' ppjanar bikri u l-għoti ta' riżorsi meħtieġa, b'mod partikolari tar-riżorsi umani, u l-garanzija ta' assistenza kontinwa lill-Membri eletti għall-mandat il-ġdid billi jiġi żgurat li ma jkunx hemm pawżi fil-kuntratti tal-APAs li jkomplu jagħtu l-assistenza;
29. Ifakkar għal darb'oħra li, wara ħames snin tal-implimentazzjoni tal-Istatut għall-Assistenti l-ġdid, hu meħtieġ li titwettaq evalwazzjoni sħiħa ta' dan l-Istatut inklużi l-adattamenti possibbli tar-regoli mill-iktar fis possibbli;
Awditjar tal-Qafas ta' Kontroll Intern
30. Ifakkar li fl-2003 u fl-2004 r-rieżami oriġinali tal-Qafas ta' Kontroll Intern ta lok għal 14-il rapport ta' awditjar li koprew id-dipartimenti kollha u s-servizzi ċentrali u li kien fihom 452 azzjoni li kien hemm qbil dwarhom immirati lejn it-titjib tal-livelli kumplessivi ta':
–
ir-rispett tal-istandards minimi ta' kontroll intern tal-istituzzjoni;
–
il-kisba tal-objettivi ta' kontroll ewlenin tal-istituzzjoni (konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-politiki applikabbli; l-affidabbiltà tal-informazzjoni ta' ġestjoni u reġistrazzjoni; u l-ekonomija, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet);
"Azzjonijiet pendenti" li baqa'
31. Josserva li fi tmiem l-2012, wara awditi ta' segwitu suċċessivi, 15-il azzjoni baqgħu ma tlestewx minn 452 azzjoni ta' qafas tal-kontroll intern li kien sar qbil dwarhom inizjalment; jieħu nota tal-konklużjoni tal-Awditur Intern li għal żewġ DĠs (Finanzi u Infrastruttura u Loġistika), kien hemm titjib evidenti fil-proċessi ta' akkwist pubbliku;
32. Josserva l-proċess trasversali u ta' monitoraġġ tal-Awditu Intern għas-segwitu ta' azzjonijiet miftiehma mir-rapporti tiegħu li fih kull kompitu ta' segwitu huwa trasversali, u jkopri b'mod simultanju l-azzjonijiet pendenti kollha li għandhom jiġu implimentati; jinnota, barra minn hekk, li l-kompiti issa qegħdin jitwettqu kull sentejn, b'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-10 ta' Mejju 2011 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2009;
33. Josserva li sa tmiem l-2012, l-Awditur Intern innota li 73 azzjoni kienu għadhom ma ġewx implimentati, inklużi żewġ azzjonijiet kritiċi, 35 azzjoni ta' riskju sinifikanti u 36 azzjoni ta' riskju moderat; jinnota b'sodisfazzjon li fl-2012, 80 azzjoni ġew implimentati b'mod sħiħ u għalhekk ingħalqu, inklużi żewġ azzjonijiet kritiċi; iħeġġeġ lid-Direttorati Ġenerali tiegħu kollha kkonċernati biex ikomplu bl-isforzi tagħhom biex itejbu l-proċeduri ta' ġestjoni u ta' kontroll rispettivi tagħhom; jistieden lill-Awditur Intern sabiex jistabbilixxi skedi ta’ żmien aktar stretti dwar l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati; jistieden lill-Awditur Intern iżomm lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit infurmat dwar l-azzjonijiet pendenti kollha tar-rieżami oriġinali tal-Qafas ta' Kontroll Intern; itenni t-talba tiegħu lit-tmexxija dipartimentali u ċentrali biex jimplimentaw l-"azzjonijiet pendenti" li baqa' qabel it-tmiem tal-leġiżlatura attwali;
34. Josserva l-konklużjonijiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern li l-proċess ta' segwitu tal-2012 wera titjib globali evidenti, bl-għeluq ta' 80 mill-153 azzjoni pendenti validati kif ukoll tnaqqis fl-għadd ta' azzjonijiet kritiċi ta' riskju għoli (minn tmienja għal tlieta); jinsab imħasseb, madankollu, dwar l-għadd relattivament kbir ta' 73 azzjoni skaduta li ġew riportati għall-2013; jagħraf li l-profil ta' riskju li għandu l-Parlament għall-azzjonijiet pendenti fi tmiem is-sena juri proporzjon ta' azzjonijiet fil-kategorija ta' riskju moderat ikbar minn dak fil-bidu tal-2012, li jindika li kien hemm progress fis-servizzi, anki f'oqsma fejn l-azzjonijiet għadhom ma ngħalqux;
Segwitu mogħti mis-Segretarju Ġenerali għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza tal-2011
35. Jieħu nota tat-tweġibiet bil-miktub għar-riżoluzzjoni tal-kwittanza tal-2011 mogħtija lill-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju fil-25 ta' Ottubru 2013 li jfisser li waslu qabel il-bidu tal-eżerċizzju tal-kwittanza tal-2012; jilqa' l-preżentazzjoni sussegwenti tas-Segretarju Ġenerali tat-tweġibiet u s-segwitu tal-amministrazzjoni tal-Parlament fil-25 ta' Novembru 2013 għad-diversi mistoqsijiet u talbiet tar-riżoluzzjoni tal-kwittanza tal-Parlament tal-2011 u l-iskambju ta' fehmiet mal-Membri li kienu qegħdin isegwu;
36. Jilqa' l-fatt li mill-2011, saru bidliet sinifikanti fis-servizzi tat-traduzzjoni u tal-interpretazzjoni tal-Parlament; jagħraf li tul dan il-proċess, l-effiċjenza tista' tiżdied b'mod konsiderevoli u sussegwentement, jitnaqqsu l-finanzi, filwaqt li jinżammu l-kwalità u l-offerta għall-Membri; josserva li fil-qafas ta' politika ta' multilingwiżmu sħiħa effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, it-traduzzjoni fuq talba ta' rapporti verbatim ta' proċedimenti u ta' mistoqsijiet bil-miktub waslet għal tnaqqis fit-traduzzjoni esterna ta' EUR 11 miljun fuq bażi permanenti;
37. Ifakkar fit-tieni deċiżjoni meħuda mill-Bureau fit-12 ta' Marzu 2012 dwar multilingwiżmu sħiħ u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi li pprevediet li d-delegazzjonijiet li jeħtieġu derogi għall-ivvjaġġar waqt il-ġimgħat tal-Kumitati jingħataw biss reġim ta' lingwa limitat li ma jaqbiżx l-interpretazzjoni għal lingwa waħda; josserva li minħabba din il-miżura, l-għadd ta' missjonijiet li saru waqt dawn il-ġimgħat iddedikati għall-attivitajiet parlamentari esterni żdied minn 36 % tal-missjonijiet kollha fl-2011 għal 46 % fl-2012, filwaqt li l-għadd ta' jiem ta' missjoni għall-interpreti naqas bi 23 % bejn l-2011 u l-2012;
38. Jinnota d-deċiżjoni sussegwenti mis-Segretarju Ġenerali fit-23 ta' Marzu 2013 li tipprevedi li kull nhar ta' Tlieta u kull nhar ta' Erbgħa tal-ġimgħat tal-Kumitati huma riżervati esklużivament għal laqgħat tal-kumitati u għal trilogi; josserva b'mod pożittiv li dawn il-miżuri rriżultaw fit-tnaqqis fis-sehem li għandhom l-ispejjeż tal-interpretazzjoni esterna fil-baġit totali tal-Parlament minn 3,5 % fl-2011 għal 2,6 % fl-2012; jemmen li l-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jeħtieġ li jkun japplika għall-interpretazzjoni wkoll, u li bil-ħsieb li jiġi żgurat l-aħjar valur għall-flus għall-kontribwenti tal-Unjoni, għandha titwettaq analiżi kritika kontinwament biex tevalwa fejn u kif tista' tittejjeb l-effiċjenza u kif jistgħu jiġu kkontrollati jew limitati l-ispejjeż; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippubblika r-rapport annwali għall-applikazzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Multilingwiżmu għall-Membri tal-kumitat responsabbli;
39. Josserva t-tweġiba tas-Segretarju Ġenerali li tindika li n-nefqa għall-premju LUX tnaqqset, kif kien propost mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u saret votazzjoni dwarha fil-plenarja fir-rapport tal-kwittanza għall-2010, jinnota li ttieħdu għadd ta' miżuri konkreti sabiex tiġi minimizzata n-nefqa fuq il-Premju LUX, b'mod partikolari billi jitnaqqsu l-ispejjeż relatati mal-attivitajiet ta' promozzjoni fil-festivals internazzjonali u fi ħdan il-bini tal-Parlament; josserva li n-nefqa fuq il-Premju LUX fl-2012 kienet ta' EUR 434 421, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 24 % meta mqabbel mal-2011 (EUR 573 722); jitlob li jinstabu effiċjenzi ulterjuri;
40. Jikkunsidra li l-premijiet mhumiex attività ewlenija tal-Parlament u jitlob li ssir analiżi tal-kost-benefiċċju qabel ma tiġi żviluppata kwalunkwe inizjattiva ta' premju ġdida;
41. Jinnota li fid-dawl tal-ammont dejjem jikber ta' klijenti u l-evoluzzjoni tal-istituzzjoni, il-Bureau adotta, fil-laqgħa tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2013, strateġija komprensiva li tistabbilixxi l-orjentazzjonijiet ewlenin għall-politika tal-forniment tal-ikel tal-Parlament sal-2019; ifakkar fil-fatt li l-attivitajiet tal-forniment tal-ikel kollha żdiedu b'madwar 150 % mill-2002 għall-2011, minn 1 472 miljun klijent fl-2002 meta mqabbel ma' 3 711-il miljun klijent fl-2011; josserva li s-servizz tal-forniment tal-ikel tal-Parlament għadu mmarkat minn defiċit operattiv li m'għandux ikun hemm kumpens għalih esklużivament b'żieda fil-prezzijiet; jinnota li l-politika tal-prezzijiet fil-Parlament għandha tibqa' tikkonforma mal-istituzzjonijiet l-oħrajn u li l-Parlament qiegħed f'pożizzjoni aħjar biex jikseb kundizzjonijiet imtejba għall-kuntratturi u l-ekonomiji ta' skala f'dawk l-operazzjonijiet, billi jitqies l-għadd ta' klijenti li jiġu servuti;
42. Jinnota li bosta talbiet li saru fir-rapporti ta' kwittanza annwali appoġġati mill-plenarja tal-Parlament ma ġew issodisfati; jinnota li s-Segretarju-Ġenerali jsostni li dawn it-talbiet jaqgħu taħt l-ambitu tal-Bureau tal-Parlament jew tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament; jinsisti li t-talbiet tal-plenarja li saru fir-rapporti ta' kwittanza annwali huma implimentati b'mod sħiħ;
Il-kwittanza tal-Parlament tal-2012
43. Jinnota li l-kamp ta' applikazzjoni tal-proċedura tal-kwittanza m'għandux ikopri biss l-implimentazzjoni baġitarja u l-attivitajiet maniġerjali tas-Segretarju Ġenerali u l-Amministrazzjoni għas-sena finanzjarja 2012, iżda wkoll id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-korpi ta' governanza tiegħu, jiġifieri l-President, il-Bureau u l-Konferenza tal-Presidenti; jenfasizza li l-Parlament, fi skrutinju kritiku tal-ġestjoni finanzjarja tal-istituzzjoni, jagħti l-kwittanza mhux lis-Segretarju Ġenerali iżda lill-President tiegħu;
44. Jilqa', f'dan ir-rigward, il-kwalità tal-iskambju ta' fehmiet bejn is-Segretarju Ġenerali u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fil-preżenza tal-Awditur Intern, fil-21 ta' Jannar 2014 fil-kuntest tal-kwittanza tal-Parlament tal-2012; itenni li l-korpi governattivi u l-amministrazzjoni tal-Parlament huma responsabbli tul dan il-proċess u li hu għalhekk essenzjali biex issir il-proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod kompletament trasparenti biex jiżguraw li ċ-ċittadini tal-Unjoni jingħataw stampa reali u preċiża ta' kif il-Parlament jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u juża r-riżorsi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu; jitlob, għaldaqstant, li l-aġendi għal-laqgħat ta', u d-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Parlament jiġu kkomunikati mingħajr dewmien kemm lill-Membri kif ukoll lill-persunal tal-Parlament b'mod globali u lill-pubbliku ġenerali;
45. Jindika li r-referenzi ewlenin, ħielsa minn kwalunkwe kunsiderazzjoni politika, għall-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament l-ewwel għandhom jinkludu l-opinjoni tal-awditur indipendenti estern tiegħu u t-tieni, l-opinjoni mogħtija mill-Awditur Intern tal-Parlament u l-valutazzjoni tiegħu tas-sistema ta' kontroll intern tal-Parlament; itenni s-sodisfazzjon tiegħu bl-opinjoni pożittiva tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-Parlament u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti ta' dawk il-kontijiet;
46. Ifakkar li l-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Parlament rigward l-interessi finanzjarji u l-kunflitti ta' interess, adottat mill-plenarja fl-1 ta' Diċembru 2011, jirrikjedi li l-Membri jiżvelaw kompletament kwalunkwe attività mħallsa barra l-Parlament, il-pagament li jirċievu u kwalunkwe funzjoni oħra li jwettqu li tista' twassal għal kunflitti ta' interess u li, b'mod espliċitu, il-kodiċi jipprojbixxi lill-Membri milli jaċċettaw kwalunkwe somma ta' flus jew rigal ieħor bi skambju għall-influwenza fuq id-deċiżjonijiet tal-Parlament; josserva li jistabbilixxi regoli ċari dwar l-aċċettazzjoni ta' rigali u dwar ex Membri li jinvolvu ruħhom fl-attivitajiet ta' lobbying; jitlob li l-amministrazzjoni tiskrutinizza tal-inqas 15 % ta' dawn id-dikjarazzjonijiet fuq bażi regolari u annwali;
47. Jinnota li l-miżuri ta' implimentazzjoni għall-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri ġew adottati mill-Bureau fil-15 ta' April 2013; jinnota b'sodisfazzjon li l-miżuri ta' implimentazzjoni rigward l-Artikolu 5(3), biex tiġi żgurata t-trasparenza fir-rigward tan-nefqiet fuq l-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u s-sussistenza tal-Membri, imħallsa minn partijiet terzi, fis-seħħ mill-1 ta' Lulju 2013, jistipulaw li r-rimborż kollu għan-nefqiet ta' vvjaġġar, akkomodazzjoni u sussistenza koperti minn partijiet terzi għall-attendenza ta' Membri f'avvenimenti organizzati minn partijiet terzi għandu jiġi ddikjarat; jinnota, barra minn hekk, li jekk ma jsirx tali rimborż, u jitħallsu biss l-ispejjeż ta' ikla, biljett ta' dħul jew simili inqas minn valur ta' EUR 150, m'hemmx bżonn ta' dikjarazzjoni;
48. Jitlob li l-annessi għall-mistoqsijiet bil-miktub parlamentari (l-Artikolu 117 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament) jiġu ppubblikati flimkien mal-mistoqsijiet ikkonċernati fuq il-websajt tal-Parlament;
49. Jemmen li l-Parlament huwa l-unika istituzzjoni pubblika Ewropea li tħallas allowance intiża biex tkopri l-ispejjeż tal-amministrazzjoni tal-uffiċċju f'kontijiet bankarji privati u personali mingħajr ma titlob li jinżammu rċevuti jew li tiġi awditjata n-nefqa; jissuspetta li l-Membri kieku jikkritikaw ħafna kwalunkwe entità oħra li tonqos milli tissorvelja l-użu tal-flus pubbliċi b'mod simili; jistieden lis-Segretarju-Ġenerali jipproponi arranġamenti żgħar biex jiżgura li l-Allowance għan-Nefqa Ġenerali tintuża għall-finijiet intiżi u ma tistax tipprovdi dħul privat supplementari lill-Membri;
50. Jitlob li ssir evalwazzjoni tal-allowance għas-sussistenza għal kull jum għall-Membri rigward l-ammont u l-użu tagħha, jitlob li l-Bureau jirrevedi din il-miżura ta' implimentazzjoni kif xieraq biex jiżgura li din l-allowance tintuża bl-iktar mod kost-effiċjenti possibbli;
L-attivitajiet politiċi tal-President
51. Jitlob informazzjoni dettaljata dwar kif il-President, bħala persunaġġ politiku newtrali, żamm id-dmirijiet tal-kariga tiegħu separati mill-preparazzjonijiet biex imexxi l-lista tas-Soċjalisti u tad-Demokratiċi fl-elezzjonijiet Ewropej, b'mod partikolari fir-rigward tal-persunal fil-kabinett tiegħu u fl-uffiċċji ta' informazzjoni tal-Parlament u tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar; hu tal-opinjoni li b'rabta ma' bosta minn dawk l-attivitajiet, ma saret l-ebda distinzjoni bejn iż-żewġ rwoli; jitlob segregazzjoni ċara tal-funzjonijiet ta' min ikun fil-kariga, li jsegwi l-approċċ tal-Kummissjoni, sabiex il-kontribwenti tal-Unjoni ma jkollhomx iħallsu għall-kampanji elettorali tal-mexxejja tal-lista Ewropea;
Il-postijiet tax-xogħol tal-Parlament
52. Jinnota li l-Protokoll 6, anness mat-Trattati, dwar il-post tas-sedi tal-istituzzjonijiet, deċiż bi qbil komuni mill-gvernijiet tal-Istati Membri, jimponi fuq il-Parlament it-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu; josserva l-istedina espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu fis-17 ta' April 2013 dwar il-kwittanza għall-2011(13) biex "is-Segretarju Ġenerali u l-Bureau jipprovdu lill-Membri b'ċifri u informazzjoni aġġornati dwar l-impatt ambjentali u finanzjarju tal-arranġament ta' postijiet tax-xogħol multipli" li segwiet ir-riżoluzzjoni tagħħa tas-6 ta' Frar 2013 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja tal-2014(14) u r-riżoluzzjoni tagħha tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-post tas-sedi tal-Istituzzjonijiet Ewropej(15);
53. Ifakkar fil-fatt li kien hemm raġunijiet storiċi sinifikanti għad-deċiżjoni li s-sede tal-Parlament jiġi stabbilit u li l-kwistjoni tad-determinazzjoni tas-sede ta' istituzzjoni tal-Unjoni tinsab fil-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri; josserva f'dan ir-rigward li kwalunkwe deċiżjoni biex jinbidel l-arranġament tal-postijiet tax-xogħol tal-Parlament tirrikjedi bidla fit-Trattati, deċiżjoni li trid tittieħed b'mod unanimu mill-Istati Membri;
54. Josserva li n-nefqa li tirriżulta mid-dispersjoni ġeografika tal-Parlament tikkostitwixxi qasam identifikat importanti ta' ffrankar potenzjali; jilqa' r-rapport tas-Segretarju Ġenerali(16) ta' Awwissu 2013 dwar l-impatt finanzjarju tad-dispersjoni ġeografika tal-Parlament Ewropew; jenfasizza li r-rapport inkluda l-kalkoli tal-parametri li ġejjin:
—
l-abbozz ta' baġit tal-2014 intuża bħala l-linja bażi;
—
il-kalkoli sottostanti ġew aġġornati fejn kien hemm data iktar reċenti disponibbli (pereżempju, statistika dwar missjonijiet);
—
il-metodu tal-valutazzjoni tal-ispejjeż ta' deprezzament ġie adattat biex jirrifletti l-proposta li Brussell ikun l-uniku post tax-xogħol li jnaqqas tali spejjeż;
—
spejjeż li jirriżultaw mis-siti ta' Strasburgu u tal-Lussemburgu ġew iddikjarati separatament;
—
saru estimi ġodda biex juru kwalunkwe nefqa rikorrenti addizzjonali li tirriżulta minn post tax-xogħol wieħed, kif ukoll, investimenti ta' darba u spejjeż marbuta mal-fużjoni tal-postijiet tax-xogħol;
55. Jindika li r-rapport juri ffrankar nett teoretiku meta jiġu konsolidati t-tliet postijiet tax-xogħol f'post wieħed, fi Brussell, b'estimi ta' EUR 88,9 miljun fis-sena li jirrappreżentaw madwar 5 % tal-baġit tal-Parlament fl-2014, 1,03 % tal-baġit amministrattiv totali tal-Unjoni, u 0,06 % tal-baġit totali tal-Unjoni; jinnota l-estimi tal-effett nett fuq kull ċittadin tal-Unjoni fis-sena li huwa ta' EUR 0,18 li kieku t-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament kellhom jiġu konsolidati f'post wieħed;
56. Jindika li r-rapport juri li fużjoni possibbli tal-Lussemburgu u Brussell tirriżulta f'nefqa addizzjonali ta' EUR 14-il miljun fis-sena; jenfasizza l-livell ta' appoġġ kwalitattiv u kwantitattiv differenti rrappurtat mogħti lill-Parlament mill-istati ospitanti; jinnota li dawk l-ispejjeż potenzjali għadhom ma ġewx tradotti f'ekwazzjoni ta' ffrankar potenzjali fir-rigward tal-fatt li Brussell tintuża bħala s-sede unika;
57. Jenfasizza l-fatt li 10 703 tunnellati ta' emissjonijiet ta' CO2 fis-sena jiġu ffrankati jekk is-Strasburgu (10 235) u l-Lussemburgu (468) ma jibqgħux jintużaw bħala postijiet tax-xogħol; jiddispjaċih dwar il-fatt li dan l-impatt ambjentali tad-dispersjoni tal-Parlament f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju jkopri 11,16 % tal-marka tal-karbonju tal-Parlament fl-2011;
58. Qiegħed jistenna bil-ħerqa l-pubblikazzjoni tal-istudju tal-Qorti tal-Awdituri biex tingħata analiżi komprensiva tal-iffrankar potenzjali għall-baġit tal-Unjoni li kieku l-Parlament kellu post tax-xogħol wieħed biss, kif mitlub mir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-post tas-sedi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u jitlob li din l-analiżi tinkludi l-aspetti baġitarji u l-ispejjeż anċillari bħall-iffrankar li jsir permezz tat-tnaqqis fit-telf ta' ħin tax-xogħol u iktar effiċjenza; jitlob li ma jitqisux biss l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għall-persunal tal-Parlament (inkluż il-persunal interim, l-esperti esterni u l-aġenti temporanji) iżda wkoll iż-żieda fl-ispejjeż tal-ivvjaġġar għall-persunal tal-Kummissjoni u l-Kunsill minħabba s-siti multipli;
59. Jafferma mill-ġdid, li din ir-riżoluzzjoni tibqa' prinċipalment ikkonċentrata fuq l-implimentazzjoni tal-baġit u fuq il-kwittanza tiegħu għas-sena finanzjarja 2012 u li l-objettiv ewlieni tagħha huwa dak li tiżgura li l-flus pubbliċi tal-kontribwenti jintużaw bl-aħjar mod possibbli filwaqt li tagħmel enfasi fuq fejn jista' jsir titjib effiċjenti; jistieden lill-korpi responsabbli tal-Parlament ikomplu jtejbu, fil-livelli kollha possibbli, l-effiċjenza tax-xogħol ta' kuljum tal-Parlament filwaqt li dejjem ikun hemm l-għan li ċ-ċittadini tal-Unjoni jingħataw dejjem servizz aħjar; jistenna li s-Segretarju-Ġenerali jiffoka iktar fuq l-effiċjenza u l-effikaċja tal-infiq fir-rapport tiegħu li jmiss lill-Kumitat għall-Kontrol tal-Baġit;
60. Hu tal-opinjoni li tul il-mandat leġiżlattiv 2009-2014, f'kuntest ekonomiku u finanzjarju diffiċli, ta' spiss inkiseb iffrankar spontanju u temporanju iżda sinifikanti; jemmen li l-amministrazzjoni tal-Parlament għandha tidentifika miżuri ta' effiċjenza addizzjonali li joffru ffrankar strutturali sistematiku u definittiv, l-ewwel billi jitnaqqas il-baġit tal-Parlament u t-tieni billi jkun jista' jsir il-varar mill-ġdid ta' riżorsi f'oqsma ġodda ta' intervent tal-Parlament, pereżempju fit-tisħiħ tad-dimensjoni tal-iskrutinju dwar l-implimentazzjoni mill-Kummissjoni tal-politiki tal-Unjoni;
61. Jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tikkunsidra li żżid l-użu tat-teknoloġiji disponibbli bħat-telekonferenzi u t-telexogħol sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi u tal-ivvjaġġar; jitlob li titressaq proposta konkreta għall-użu miżjud taż-żewġ teknoloġiji; jestima li l-iffrankar żejjed sinifikanti, mingħajr ma tiġi kompromessa l-kwalità tal-azzjonijiet, jista' jinkiseb u li, minbarra l-vantaġġi finanzjarji, l-użu tal-vidjokonferenzi u t-telexogħol jista' jikkontribwixxi wkoll għal użu iktar effiċjenti tal-ħin u għal Parlament iktar favur l-ambjent;
62. Jitlob lill-amministrazzjoni tapplika iktar miżuri ta' tnaqqis intelliġenti, biex ikun possibbli ffrankar mingħajr ma jiġu affettwati l-effikaċja, l-effiċjenza u l-kwalità tal-attivitajiet parlamentari;
Id-Direttorat Ġenerali għall-Presidenza
63. Jinnota li d-DĠ PRES ġie organizzat mill-ġdid, li wassal għall-ħolqien tad-DĠ EPRS ġdid (Servizzi ta' Riċerka Parlamentari) u li s-servizzi tas-sigurtà tal-Parlament ġew internalizzati, li wassal għall-ħolqien tad-DĠ Sigurtà; jesprimi sodisfazzjon għall-fatt li hu previst li l-internalizzazzjoni tas-sigurtà se tirriżulta f'iffrankar ta' iktar minn EUR 11-il miljun tul il-perjodu 2013-2016; jinnota, madankollu, li ħames membri tal-Kabinett tal-President ġew allokati fil-karigi bħala diretturi ġenerali jew diretturi fl-amministrazzjoni tal-Parlament; jikkritika dan il-ħtif politiku tal-pożizzjonijiet maniġerjali u t-twaqqigħ tar-Regolamenti tal-Persunal; jindika li l-UE tikkritika l-patroċinju politiku madwar id-dinja, u jitlob li dak il-prinċipju jiġi rrispettat fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-Parlament, ukoll; jixtieq jiġi infurmat mis-Segretarju-Ġenerali kull sena dwar l-ammont speċifiku ffrankat, li jista' jkun ta' eżempju tajjeb li jwassal għall-internalizzazzjoni ta' servizzi oħra li bħalissa huma pprovduti minn partijiet terzi;
64. Jinnota li l-kariga ta' Direttur Ġenerali ġiet okkupata iżda li sitt xhur wara l-ħatra, il-membru tal-persunal li ntgħażel għadu ma daħalx fil-kariga; jitlob li titħassar dik il-kariga ta' Direttur Ġenerali;
Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni
65. Jinnota bi tħassib li minħabba sejħiet ġenerali għall-ekonomija, id-delegazzjonijiet interparlamentari jistgħu jsiru inqas kapaċi jżommu l-profil ta' relazzjonijiet esterni tal-Parlament, li jippremettilu li jkun viżibbli daqs l-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni, speċjalment il-Kummissjoni u l-Kunsill, u li l-effett jista' jkun li jitwaqqa' l-approċċ parlamentari għall-politika esterna u l-konsolidazzjoni tad-diplomazija parlamentari biex tikkumplementa l-attivitajiet tal-Kummissjoni u l-SEAE; iqis bħala kruċjali, għalhekk, li jinżammu l-għarfien u l-esperjenza li kiseb il-Parlament waqt li ssorvelja l-proġetti Ewropej u għamilhom viżibbli u li jiġi żgurat li l-miżuri proposti ma jwasslux fi dgħjufija tas-setgħa u l-effikaċja tad-djalogu interparlamentari tal-Parlament ma' pajjiżi oħra, speċjalment fi żminijiet ta' instabbiltà politika u ta' periklu għad-demokrazija (ir-Rebbiegħa Għarbija, il-kunflitt fil-Lvant Nofsani, il-kunflitt fl-Ukraina, il-preparazzjoni għal elezzjonijiet kontroversjali, eċċ.); jirrakkomanda bis-saħħa li jkun żgurat il-livell xieraq ta' koordinazzjoni mas-servizzi tas-SEAE għat-tħejjija u l-kapaċità ta' rispons effikaċi biex jiggarantixxi l-aspetti ta' sigurtà tad-delegazzjonjiet u l-missjonijiet esterni tal-Parlament;
Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
66. Jinnota li d-DĠ COMM għandu baġit kbir taħt il-linji 3242, "Pubblikazzjoni, informazzjoni u parteċipazzjoni fil-laqgħat pubbliċi"; jinnota iktar u iktar għotjiet ta' kuntratti bi spejjeż addizzjonali għall-kontribwent; jitlob lista dettaljata dwar il-miżuri tal-għoti ta' kuntratti u l-ispiża tagħhom fid-DĠ COMM;
67. Jinsab imħasseb dwar il-possibbiltà ta' kunflitti ta' interess mhux identifikati fir-rigward tal-għoti ta' għotjiet mill-baġit tal-Parlament; jindika l-Artikolu 58 tar-Regolament Finanzjarju u l-obbligu tal-Amministrazzjoni biex tivverifika d-dikjarazzjonijiet magħmula minn dawk li jitolbu l-għoti u l-kuntratturi; jitlob informazzjoni dwar liem analiżi tar-riskju huma mwettqa mill-Amministrazzjoni tal-Parlament fir-rigward ta' dawk id-dikjarazzjonijiet sabiex tiġi verifikata l-veraċità tagħhom;
L-Uffiċċji ta' informazzjoni
68. Jinnota li l-ispejjeż ta' missjonijiet fl-2012 għall-persunal tal-Uffiċċji ta' Informazzjoni ammontaw għal EUR 1,8 miljun b'missjonijiet lejn is-Strasburgu li ammontaw għal ftit iktar minn EUR 1 miljun; jinsisti li għandha tingħata prijorità lill-użu ta' vidjokonferenzi, bi tnaqqis fl-ispejjeż strutturali fil-baġit tal-Parlament kif ukoll b'titjib ambjentali, li ma jnaqsux il-valur fil-ħidma tal-Parlament;
Il-gruppi ta' viżitaturi
69. Josserva li minn Jannar 2012, daħal fis-seħħ sett ġdid ta' regoli li jirregola l-akkoljenza ta' gruppi ta' viżitaturi, inkluż il-metodu ta' pagament ta' sussidji; jinnota li l-Bureau ddeċieda li jżomm l-għażla li jsiru pagamenti fi flus kontanti lil gruppi ta' viżitaturi; jinsab imħasseb dwar ir-riskju sinifikanti ta' reputazzjoni u sigurtà li jirriżulta minn pagamenti fi flus kontanti lil gruppi ta' viżitaturi; jitlob li tittieħed deċiżjoni ġdida tal-Bureau biex jitneħħew il-pagamenti fi flus kontanti li jikkostitwixxu ksur tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17); jinnota li minn madwar 2 000 grupp ta' viżitaturi fis-sena, 365 biss fl-2012 ingħataw iktar minn EUR 15 000 iżda li l-maġġoranza ta' dawn il-gruppi ta' viżitaturi jagħżlu l-metodu ta' pagament fi flus kontanti, minkejja li l-amministrazzjoni tal-Parlament tħeġġeġ il-pagament permezz ta' trasferiment bankarju jew taħlit taż-żewġ metodi minflok;
Dar l-Istorja tal-Ewropa
70. Jinnota li l-kofinanzjament mill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta' funzjonament ta' Dar l-Istorja tal-Ewropa ġie żgurat bi EUR 800 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-abbozz ta' baġit tagħha tal-2014, taħt l-Intestatura 3 tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali; jinnota wkoll li l-ammont jikkorrespondi għal 30 % tal-ispejjeż ta' funzjonament previsti fil-baġit għal dik is-sena u li hu intiż ukoll li jkopri n-nefqa li tippermetti l-ftuħ tas-seba' jum kull ġimgħa;
71. Jinnota li, fit-22 ta' Ottubru 2012, il-Bureau, fundamentalment, approva l-kunċett għall-wirja permanenti fid-Dar tal-Istorja Ewropea;
EuroparlTV
72. Jinnota li fil-baġit tal-2012 adottat mill-Parlament fil-plenarja, EUR 8,5 miljun ġew allokati għall-EuroparlTV taħt il-partita baġitarja 3246; jagħraf li billi l-baġit għall-EuroparlTV tnaqqas b'mod sustanzjali minn EUR 9 miljun fl-2008 għal EUR 5 miljun fl-2014, il-prestazzjoni ta' dan is-servizz tjiebet b'għadd ta' attivitajiet u proġetti ġodda, inter alia, proporzjon kbir ta' prodotti awdjoviżivi lesti biex jintużaw b'tul ta' ħajja itwal, u serje ta' koproduzzjonijiet esklużivi ma' stazzjonijiet tat-TV nazzjonali f'bosta Stati Membri, li jirriżultaw f'żieda fin-numri fl-udjenza; jilqa' n-numru dejjem jikber ta' dawk li jsegwu lill-Parlament fuq il-midja soċjali, b'mod partikolari fuq Facebook b'iktar minn 1,2 miljun 'ħabib' attwalment, li għalihom jiġu żviluppati produzzjonijiet esklużivi tal-EuroparlTV; jistenna bil-ħerqa li jirċievi l-istudju ta' evalwazzjoni indipendenti tal-produzzjoni tal-multimidja tal-Parlament fuq l-internet ikkummissjonat skont id-deċiżjoni tal-Bureau tat-3 ta' Diċembru 2012;
73. Jikkunsidra li l-EuroparlTV mhuwiex attività ewlenija tal-Parlament u jitlob li ssir analiżi tal-kost-benefiċċju qabel ma jiġu żviluppati kwalunkwe attivitajiet tal-EuroparlTV;
Direttorat Ġenerali għall-Persunal
74. Jindika d-diffikultajiet fir-reklutaġġ ta' uffiċjali jew aġenti minn ċerti Stati Membri bħall-Ġermanja, ir-Renju Unit, l-Awstrija jew il-Pajjiżi l-Baxxi, li l-proporzjon tal-persunal tagħhom fis-Segretarjat tal-Parlament huwa konsiderevolment inqas mill-"piż demografiku" tal-pajjiż partikolari fl-Unjoni u josserva n-numru relattivament għoli ta' persunal li għandhom ċittadinanza Belġjana (13,6 %) jew Lussemburgiża (2,2 %), konsegwenza tal-postijiet ta' ħidma tal-Parlament; jitlob lill-Bureau jeżamina l-proċeduri u l-kundizzjonijiet ta' reklutaġġ biex ikun aċċertat x'parti jista' jkollu biex joħloq diffikultajiet fir-reklutaġġ ta' persunal minn dawn l-Istati Membri;
75. Jitlob informazzjoni dwar l-arranġamenti ta' impjieg għall-uxxiera lokali fi Strasburgu u l-arranġamenti ta' impjieg għall-uxxiera fi Brussell waqt il-ġimgħat ta' Strasburgu; jitlob rapport mill-amministrazzjoni tal-Parlament dwar jekk, fil-każ tal-uxxiera lokali fi Strasburgu, il-liġi tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali tal-Unjoni hijiex irrispettata u dwar il-prekawzjonijiet meħuda kontra l-impjieg indipendenti fittizju; jitlob tqabbil fl-ispejjeż, bil-ħsieb li tiġi stabbilita l-aħjar għażla għall-kontribwent;
76. Jieħu nota sew tad-Deċiżjoni tat-Tribunal tal-Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-Każ F-129/12 u jiddispjaċih bil-kbir dwar il-fatt li l-Parlament ġie kkundannat minħabba li ma setax jagħti l-assistenza f'każijiet ta' fastidju u sensji irregolari; għalhekk jagħti istruzzjonijiet lis-servizzi kompetenti biex jieħdu l-miżura kollha meħtieġa sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet simili fil-futur;
77. Jitlob rapport dwar iż-żieda fil-karigi AD u AST fl-amministrazzjoni tal-Parlament bejn l-2005 u s-sena finanzjarja attwali; jitlob tqassim skont il-grad u n-nazzjonalità;
78. Jitlob rapport dwar iż-żieda fil-karigi ta' Diretturi u Diretturi Ġenerali fl-amministrazzjoni tal-Parlament mill-2005; jitlob tqassim skont in-nazzjonalità;
79. Jitlob għal rapport dwar kemm hemm persunal mill-gruppi politiċi li saru uffiċjali mill-2009 (a) bi proċedura ta' għażla konvenzjonali u (b) abbażi tal-klawżola 'passarelle';
80. Jindika li iktar minn 1 500 membru tal-persunal tal-Parlament għandhom it-tfal fl-Iskejjel Ewropej; isostni li l-Parlament għandu jkollu rwol mexxej fi ħdan l-istrutturi organizzattivi tal-iskejjel;
Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika (DĠ INLO)
Politika immobiljari tal-Parlament
81. Jenfasizza l-fatt li l-Parlament sar, tul is-snin, proprjetarju u li din l-istrateġija għandha riskji inerenti u li l-ispejjeż għall-funzjonament u l-manutenzjoni tal-faċilitajiet tekniċi se jkollhom jiżdiedu fil-futur biex ikampaw mal-bini li jsir antik; jenfasizza b'mod partikolari li kwalunkwe strateġija ta' proprjetà u bini għandha tqis ukoll dawk l-ispejjeż li dejjem jiżdiedu u n-neċessità fuq terminu medju għal rinnovazzjonijiet tal-bini; jindika li l-istrateġija tal-proprjetà u l-bini għandha tiżgura s-sostenibbiltà tal-baġit tal-Parlament u żżomm ċertu grad ta' flessibbiltà b'diversi akkwisti, kiri jew użufrutt sabiex jiġi żgurat l-aqwa valur għall-flus tal-Parlament; jenfasizza li x-xiri ta' bini mhuwiex dejjem l-aqwa soluzzjoni;
82. Jinnota li tul l-2012, bdiet serje ta' reviżjonijiet kuntrattwali, li saru każ b'każ, rigward it-termini finanzjarji, partikolarment fid-dawl tax-xejriet fis-suq tal-kiri tal-proprjetà; jilqa' l-fatt li dawn in-negozjati mill-ġdid se jirriżultaw fi ffrankar strutturali li ġej fis-snin li ġejjin:
—
l-użufrutt tal-Bini Wiertz jirriżulta fi tnaqqis fl-ispejjeż ta' EUR 0,45 miljun fis-sena fuq taxxi u spejjeż;
—
it-tneħħija tal-Bini Geos fl-2014 jirriżulta fi tnaqqis fl-ispejjeż ta' EUR 5 miljun tul 45 xahar;
—
ir-reviżjoni kuntrattwali ta' dak il-kiri fit-tul tal-Bini Goldbell tirriżulta fi tnaqqis tal-ispejjeż ta' EUR 2,5 miljun sa tmiem l-2017;
—
ir-reviżjoni kuntrattwali tal-kiri fit-tul tal-Uffiċċju ta' Informazzjoni ta' Madrid tirriżulta fi tnaqqis fl-ispejjeż ta' EUR 0,27 miljun;
Il-Bini Konrad Adenauer (KAD)
83. Ifakkar fin-nuqqas inizjali ta' selezzjoni tal-kandidati marbuta mal-istedina biex wieħed jippreżenta offerta għall-proġett tal-bini Konrad Adenauer għax il-prezzijiet proposti ppreżentati bħala tweġiba tal-istedina biex wieħed jippreżenta offerta kienu ferm ogħla mill-estimi; jinnota li d-deċiżjoni sussegwenti tal-Bureau fl-2012 biex terġa' titfassal is-sejħa għall-offerti għall-bini tal-KAD, li rriżultat f'offerti ħafna iktar baxxi, u b'hekk ġie rrispettat il-baġit li kien sar qbil dwaru inizjalment għal dan il-proġett ta' bini; jinnota li x-xogħlijiet bdew f'Settembru 2013 b'maniġer tal-proġett ġdid u arranġamenti ta' sħubija mtejba li jinvolvu l-appoġġ mill-Gvern Lussemburgiż; jistenna li l-baġit totali li sar qbil dwaru inizjalment għall-bini tal-proġett jiġi rrispettat, minkejja d-dewmien li ma setax jiġi evitat;
Is-Sala tal-Parlament fi Brussell
84. Jinnota li t-tiswija tal-qafas ta' sostenn tas-saqaf fis-Sala tal-Parlament fi Brussell se tinvolvi spejjeż ta' ftit iktar minn EUR 2 miljun ċifra iżgħar mit-EUR 3 miljun stmati, u li minħabba l-età tal-bini, l-ebda proċedimenti legali ma jistgħu jittieħdu sussegwentement; jirrikonoxxi li l-politika ta' spezzjoni kontinwa regolari u ta' manutenzjoni preventiva għall-bini tal-Parlament introdotta fl-2012 skopriet id-difetti strutturali fit-travi tas-saqaf tal-injam u b'hekk ġie evitat diżastru kbir, li seta' rriżulta f'imwiet u ħsara estensiva għall-bini inkwistjoni; jinnota li kien possibbli li jiġu rilokati s-servizzi spostati fil-bini l-ieħor tal-Parlament, meta ngħalqet temporanjament iż-żona A ta' Paul-Henri Spaak (PHS) u li s-Sala għandha tkun disponibbli għall-użu mill-ġdid fil-bidu ta' April 2014;
Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni u l-Konferenzi u d-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni
85. Josserva b'sodisfazzjoni li l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Bureau dwar Multilingwiżmu effiċjenti fl-użu tar-riżorsi fl-2012 irriżultat f'iffrankar ta' EUR 10,9 miljun u EUR 10 miljun fis-servizzi tal-interpretazzjoni u tat-traduzzjoni rispettivament, mingħajr ma ġie affettwat il-prinċipju tal-multilingwiżmu jew mingħajr ma ddgħajfet il-kwalità tax-xogħol parlamentari; itenni li l-kooperazzjoni interistituzzjonali hija essenzjali biex ikun hemm skambju tal-aħjar prattiki li jippromwovu l-effikaċja u jagħmlu l-iffrankar possibbli;
Direttorat Ġenerali għall-Finanzi
Fond ta’ Pensjoni Volontarja
86. Jinnota li fl-2012 il-valur tal-assi tal-Fond ta' Pensjoni Volontarja(18) żdied bi dħul minn investimenti ta' 9,4 % tul il-kontinwazzjoni tal-irkupru mill-kriżi finanzjarja dinjija tas-swieq tal-investiment;
87. Josserva, madankollu, li l-Fond ta' Pensjoni Volontarja żied l-estimi tad-defiċit attwali, ikkalkulat abbażi tal-assi tal-Fond, għal EUR 207,9 miljun fi tmiem l-2012; jenfasizza li dawn ir-responsabbiltajiet futuri previsti huma mifruxin fuq bosta deċennji;
88. Jinnota, madankollu, li dan jirriżulta fi tħassib dwar il-possibbiltà tal-użu tal-Fond kollu u li l-Parlament qiegħed jiggarantixxi l-pagament tad-drittijiet ta' pensjoni lill-ex Membri kollha u xi wħud minn dawk attwali ta' dan il-Fond, meta u jekk dan il-fond mhuwiex kapaċi jissodisfa l-obbigi kollha tiegħu; ifakkar fil-fatt li l-Fond ta' Pensjoni Volontarja ġie konċepit bħala soluzzjoni tranżitorja qabel ma l-Istatut il-ġdid għall-Membri tal-Parlament daħal fis-seħħ fl-14 ta' Lulju 2009;
89. Jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet fl-2013 li d-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Bureau fl-2009, partikolarment biex tiżdied l-età tal-irtirar għal dawk miktuba fil-Fond minn 60 għal 63 sena, sabiex jiġi evitat li l-kapital jintuża kollu kmieni wisq u biex jiġi allinjat mal-Istatut il-ġdid għall-Membri tal-Parlament Ewropew kienu validi; ifakkar fil-fatt li żewġ terzi mill-pagamenti lejn il-fond saru direttament mill-Parlament pjuttost milli minn membri individwali;
Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u l-Appoġġ Teknoloġiku
90. Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li l-emails individwali personali u kunfidenzjali ta' xi Membri, assistenti parlamentari u uffiċjali ġew ipperikolati wara li l-Parlament kien suġġett għal attakk intermedjarju fejn hacker qabad il-komunikazzjoni bejn l-ismartphones privati u l-Wi-Fi pubbliku tal-Parlament; jinsisti li jitwettaq awditu ta' sigurtà tal-ICT minn parti terza indipendenti għas-sistemi tal-ICT u telekomunikazzjonijiet parlamentari kollha skont l-ispeċifikazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 99 bil-ħsieb li jitlesta l-pjan direzzjonali lejn politika ta' sigurtà tal-ICT iktar robusta fl-2015;
91. Iqis li l-utenti mistiedna għandu jkollhom aċċess għal netwerk tal-Wi-Fi li ma jistax jagħti aċċess għall-intranet jew għas-servizzi tal-IT interni tal-Parlament bħall-webmail, biex b'hekk jiġu separati l-funzjonalitajiet tan-netwerk tal-Wi-Fi privat u n-netwerk tal-Wi-Fi tal-mistednin; hu tal-fehma li għandu jitwettaq awditu tas-sigurtà indipendenti fuq l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni tal-IT tal-Parlament kollu li jiżgura li l-Parlament jopera bl-ogħla standards ta' sigurtà disponibbli kontra l-hacking u l-attivitajiet ta' smigħ bil-moħbi ta' konverżazzjonijiet fuq it-telefown;
92. Jikkunsidra li l-avvanzi importanti għandhom ikunu appoġġati minn investimenti adegwati f'attivitajiet ta' appoġġ u manutenzjoni għal dawn il-proġetti, kif ukoll il-kooperazzjoni xierqa mal-Membri u l-persunal; jindika b'mod partikolari li t-tnedija tas-sistema AT4AM irnexxiet; jiddispjaċih li ma tkomplietx il-konfigurazzjoni ta' distribuzzjoni Linux tal-Parlament Ewropew, li qatt ma ġie reklamat jew immirat lejn il-Membri u l-persunal li kieku kienu jkunu interessati fi proġett ta' dan it-tip; jinnota li l-introduzzjoni ta' għodod ta' ħidma ġodda għall-Membri u l-persunal tassumi li l-ittestjar fil-fażi pilota ta' tali għodod ta' ħidma jitwettaq biss bil-kooperazzjoni ta' tali Membri u persunal li huma lesti jaċċettaw xogħol addizzjonali li huwa involut fl-ittestjar fil-fażi pilota;
93. Jinsisti li fl-istess spirtu li l-kooperazzjoni tal-Parlament tikkollabora iktar mad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika tal-Kummissjoni biex jidentifikaw mhux biss l-għodod tal-ICT ġodda u li jfixklu minn bejjiegħa mhux uffiċjali, iżda wkoll sostituti xierqa għall-għodod u l-infrastrutturi tal-ICT antiki li jimxu fid-direzzjoni ta' soluzzjonijiet mhux dipendenti fuq il-bejjiegħa, miftuħa u interoperabbli bil-kunsiderazzjoni ta' responsabbiltà soċjali, etika u ekonomika;
94. Jieħu nota tal-proċess ta' internalizzazzjoni tal-persunal fid-Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u l-Appoġġ Teknoloġiku u t-tnaqqis imwiegħed tal-ispejjeż u l-livell miżjud ta' għarfien espert u identità korporattiva fost il-persunal fil-qasam tal-IT; ifakkar li l-livell miżjud tal-għarfien espert rigward l-innovazzjonijiet permanenti kien ukoll ir-raġuni li ngħatat biex jiġi esternalizzat dan is-settur ħafna snin ilu; jiddubita l-argument tal-ispejjeż imnaqqsa; hu konxju dwar ir-restrizzjonijiet u l-isfidi fir-rigward tar-reklutaġġ tal-aqwa professjonisti disponibbli fis-suq; jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jikkoopera mal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal biex jinsabu modi li jħaffu l-proċedura ta' reklutaġġ u li jattiraw l-aqwa esperti fil-qasam tat-teknoloġiji u s-sigurtà tal-IT;
95. Isostni li l-Parlament għandu jkollu s-setgħa tad-deċiżjoni finali fil-kwistjonijiet kollha marbuta mal-ICT;
96. Jinnota li l-infrastruttura tal-ICT eżistenti tal-Parlament hija biss parzjalment ibbażata fuq sors miftuħ u għalhekk tillimita l-użu mill-Parlament ta' applikazzjonijiet ta' ħardwer u softwer; jitlob li ssir tranżizzjoni gradwali lejn infrastruttura tal-ICT ibbażata fuq sors miftuħ li jwassal għal iktar kosteffiċjenza u interoperabbiltà filwaqt li jkun possibbli l-ogħla livell ta' sigurtà; jitlob ukoll, f'dan ir-rigward, għal appoġġ tekniku u amministrattiv suffiċjenti li jiżgura manutenzjoni adegwata;
97. Jipproponi li jintużaw iktar it-teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni l-ġodda fis-servizzi tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni;
98. Iħeġġeġ lis-Segretarju-Ġenerali jassigura wkoll li l-persunal ta' appoġġ tal-ICT ikun disponibbli għall-Membri u l-persunal fil-post tax-xogħol, biex kemm il-persunal ta' appoġġ tal-ICT kif ukoll il-persunal u l-Membri parlamentari ikollhom is-sigurtà u l-kumdità li jikkomunikaw wiċċ imbwiċċ; ifakkar lis-Segretarju Ġenerali li l-appoġġ tal-ICT mill-bogħod jista' jkun skomdu u inqas xieraq għall-istabbiliment ta' relazzjonijiet ta' fiduċja bejn il-persunal tal-manutenzjoni tal-IT u dawk li jeħtieġu l-manutenzjoni tal-IT; jindika wkoll kemm mhuwiex xieraq li wieħed jiddependi kompletament fuq soluzzjoni mill-bogħod sakemm jitwettaq b'mod xieraq l-awditu ta' sigurtà msemmi hawn fuq;
99. Jitlob lis-Segretarju-Ġenerali jiżgura li sal-1 ta' Diċembru 2014, tal-inqas l-azzjonijiet ta' awditjar li ġejjin ikunu twettqu:
—
ittestjar tal-penetrazzjoni tal-kaxxa s-sewda
—
ittestjar tal-penetrazzjoni tal-kaxxa l-bajda
—
rieżami ta' protokolli kripto
—
rieżami ta’ applikazzjonijiet
—
rieżami tal-Listi ta' Kontroll ta' Aċċess għall-applikazzjonijiet
—
rieżami tal-Listi ta' Kontroll ta' Aċċess għall-infrastrutturi fiżiċi
—
rieżami tal-katina ta' kompilazzjoni għall-applikazzjonijiet
—
rieżami tal-kodiċi sors għall-applikazzjonijiet;
Jistenna li r-riżultati tal-awditu jiġu ppreżentati lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-Kumitat għall-Baġit flimkien mal-estimi tal-infiq, ir-riżorsi tal-persunal u l-ħin meħtieġ biex jiġu rimedjati kwalunkwe nuqqas ta' sigurtà li jinstabu fl-awditu;
100. Huwa tal-fehma li d-disponibilità tad-data ma tridx tkun limitata mill-użu ta' arkitettura speċifika għal pjattaforma jew għal sistema u li l-format tad-data jrid ikun imsejjes fuq standards użati b’mod mifrux u aċċessibbli liberament u għandha tkun appoġġata u miżmuma minn organizzazzjonijiet li jkunu indipendenti mill-manifatturi; jenfasizza li d-dokumentazzjoni sħiħa relatata mal-format u mal-estensjonijiet kollha għandha tkun disponibbli liberament;
Aġenzija tal-ivvjaġġar
101. Jilqa' l-fatt li, kif intalab mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-kuntratt il-ġdid tal-aġenzija tal-ivvjaġġar, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014, jippermetti li jitwettqu awditi finanzjarji u ta' prestazzjoni; jinnota li l-unika kumpanija li għamlet offerta għall-kuntratt kienet BCD Travel N.V., l-aġenzija li ngħatat il-kuntratt preċedenti, u li l-kuntratt attwali huwa ta' sentejn;
102. Jissuġġerixxi li, fejn hu xieraq, għall-ivvjaġġar bl-ajru tal-Membri fi ħdan l-Ewropa, għandu jiġi inkoraġġat l-użu ta' biljetti fil-klassi ekonomika;
Rapport annwali dwar il-kuntratti aġġudikati
103. Ifakkar fil-fatt li r-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Applikazzjoni (RAP) tiegħu, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013, jistabbilixxu l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtorità baġitarja u lill-pubbliku rigward l-aġġudikazzjoni ta' kuntratti mill-istituzzjoni; jinnota li r-Regolament Finanzjarju l-ġdid jirrikjedi li għandhom jiġu ppubblikati l-kuntratti aġġudikati b'valur ta' iktar minn EUR 15 000 (kontra l-EUR 25 000 preċedentement), valur li jikkorrespondi għal limitu ġdid li jekk jinqabeż tkun meħtieġa sejħa għall-offerti kompetittiva obbligatorja;
104. Jinnota li d-Direttorati Ġenerali kollha tal-Parlament aġġudikaw kuntratti b'valur ikbar minn EUR 25 000 fl-2012 u li l-valur totali ta' dawk il-kuntratti kien ta' EUR 724 miljun (EUR 603 miljun fl-2011); jinnota wkoll li s-servizzi ċentrali stabbiliti, abbażi ta' informazzjoni li ddaħħlet mid-dipartimenti awtorizzanti fir-reġistru ta' kuntratti aġġudikati, ir-rapport annwali għall-awtorità baġitarja għal kuntratti aġġudikati fl-2012;
105. Jinnota t-tqassim tal-kuntratti aġġudikati fl-2012 u fl-2011 skont it-tip ta' kuntratt użat kif ġej:
Tip ta' kuntratt
(bejn EUR 15 000 u EUR 25 000)
2012
Għadd
Valur (EUR)
Servizzi
Fornituri
Xogħlijiet
Bini
66
13
15
0
1 363 733
246 663
289 561
0
Total
94
1 899 957
Tip ta' kuntratt
(ta' EUR 25 000 jew iktar)
2012
2011
Għadd
Perċentwal
Għadd
Perċentwal
Servizzi
Fornituri
Xogħlijiet
Bini
167
39
21
3
73 %
17 %
9 %
1 %
168
43
29
5
68 %
18 %
12 %
2 %
Total
230
100 %
245
100 %
Tip ta' kuntratt
(ta' EUR 25 000 jew iktar)
2012
2011
Valur (EUR)
Perċentwal
Valur (EUR)
Perċentwal
Servizzi
Fornituri
Xogħlijiet
Bini
478 867 118
20 050 555
48 097 311
177 282 082
66 %
3 %
7 %
24 %
372 679 542
181 515 814
33 142 238
15 881 213
61 %
30 %
6 %
3 %
Total
724 297 066
100 %
603 218 807
100 %
(Rapport annwali dwar il-kuntratti aġġudikati mill-Parlament Ewropew, 2012, p. 6)
106. Josserva li l-kompożizzjoni tal-kuntratti aġġudikati fl-2012 u fl-2011 skont it-tip ta' proċedura hija s-segwenti:
Tip ta' proċedura
(bejn EUR 15 000 u EUR 25 000)
2012
Għadd
Valur (EUR)
Miftuħa
Ristretta
Negozjata
Kompetizzjoni
Eċċezzjonijiet
0
0
94
-
-
0
0
1 899 958
-
-
Total
94
1 899 958
Tip ta' proċedura
(ta' EUR 25 000 jew iktar)
2012
2011
Għadd
Perċentwal
Għadd
Perċentwal
Miftuħa
Ristretta
Negozjata
Kompetizzjoni
Eċċezzjonijiet
93
4
133
-
-
40 %
2 %
58 %
-
-
90
12
138
2
3
37 %
5 %
56 %
1 %
1 %
Total
230
100 %
245
100 %
Tip ta' proċedura
(ta' EUR 25 000 jew iktar)
2012
2011
Valur (EUR)
Perċentwal
Valur (EUR)
Perċentwal
Miftuħa
Ristretta
Negozjata
Kompetizzjoni
Eċċezzjonijiet
268 775 678
245 111 639
210 409 749
-
-
37 %
34 %
29 %
-
-
436 253 061
126 420 563
31 283 089
4 668 600
4 593 494
72 %
21 %
5 %
1 %
1 %
Total
724 297 066
100 %
603 218 807
100 %
(Rapport annwali dwar il-kuntratti aġġudikati mill-Parlament Ewropew, 2012, p. 8)
107. Jinnota li minn total ta' 230 kuntratt li ngħataw fl-2012, 97 kuntratt, b'valur ta' EUR 514 miljun, kienu bbażati fuq proċeduri miftuħa jew ristretti, filwaqt li 133, b'valur ta' EUR 210 miljun, kienu bbażati fuq proċeduri negozjati; jinnota li ż-żieda konsiderevoli fl-użu ta' proċeduri negozjati, mill-2011 sal-2012, f'termini ta' valur, tirriżulta mit-tliet proċeduri ta' kuntratt tal-bini, b'valur totali ta' EUR 177,28 miljun, li jżidu b'mod sustanzjali l-ammont totali;
108. Jiddispjaċih dwar il-fatt li, minħabba tnaqqis fil-piż amministrattiv għal kuntratti ta' valur baxx, bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-offerti għal dawn il-kuntratti, l-amministrazzjoni ma għandhiex l-għadd ta' SMEs li ħadu kuntratti ta' valur baxx; għaldaqstant is-Segretarjat Ġenerali ma setax juri jekk it-tnaqqis fil-piż amminstrattiv fil-fatt wassalx għal żieda fil-parteċipazzjoni tal-SMEs u għaldaqstant l-effikaċja tal-miżuri meħuda; jitlob li jiġi monitorjat l-għadd ta' SMEs li ħadu kuntratti ta' valur baxx;
109. Hu tal-fehma li għall-kuntratti taħt il-limitu ta' EUR 60 000 wkoll, għandha tingħata trasparenza sħiħa dwar il-kriterji tal-għoti u għandu jkun possibbli kontroll ta' kunflitti ta' interess;
Proċeduri negozjati eċċezzjonali
110. Jindika li l-użu mill-Parlament tal-proċeduri negozjati eċċezzjonali naqas f'termini ta' numri fl-2012 (minn 59 fl-2011 għal 43 fl-2012), tnaqqis ta' 27 % għall-istituzzjoni u ħames Direttorati Ġenerali ma użawx il-proċedura ta' dan it-tip fl-2012, filwaqt li Direttorat Ġenerali wieħed ta l-istess numru ta' kuntratti bħal fl-2011, filwaqt li tnejn taw iktar; jindika, barra minn hekk, li mill-2012, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jiddikjara sistematikament ir-raġunijiet, f'anness mehmuż ma' rapporti ta' attività annwali, għall-użu ta' proċedura negozjata eċċezzjonali;
Gruppi politiċi (partita baġitarja 4 0 0)
111. Hu tal-opinjoni li l-gruppi politiċi huma atturi ewlenin fil-Parlament u l-Unjoni kollha peress li n-natura transnazzjonali tagħhom tirrappreżenta mudell uniku fid-dinja u r-rwol tagħhom hu kruċjali sabiex tiġi garantita r-responsabbiltà demokratika b'saħħitha tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni;
112. Josserva li, fl-2012, l-approprjazzjonijiet iskritti fil-partita baġitarja 4 0 0 intużaw bil-mod li ġej:
Grupp
2012
2011
Approprjazzjonijiet annwali
Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati
Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet assenjati oħra
Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali
Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss
Approprjazzjonijiet annwali
Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati
Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet assenjati oħra
Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali
Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss (2011)
PPE
21 128
2 024
18 974
89,81 %
4 178
20 336
1 918
20 442
100,42 %
1 832
S&D
14 908
6 313
14 520
97,40 %
6 702
14 302
5 499
13 696
95,76 %
6 105
ALDE
6 673
2 281
6 855
102,72 %
2 100
6 477
2 416
6 676
103,07 %
2 217
Ħodor/EFA
4 319
1 460
4 002
92,65 %
1 778
4 025
1 242
3 820
94,91 %
1 447
GUE/NGL
2 563
1 094
2 602
101,52 %
1 055
2 535
1 088
2 553
100,71 %
1 070
ECR
3 765
1 219
3 407
90,51 %
1 577
3 831
720
3 375
88,09 %
1 176
EDF
2 538
881
2 494
98,29 %
925
2 088
835
2 046
98,03 %
876
Membri mhux affiljati
1 362
413
963
70,73 %
367
1 270
409
924
72,72 %
413
Total
57 255
15 687
53 817
94,00 %
18 680
54 866
14 126
53 514
97,53 %
15 137
* l-ammonti kollha huma espressi f'eluf ta' EUR
Partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej
113. Josserva li fl-2012 l-approprjazzjonijiet iskritti fil-partita baġitarja 4 0 2 intużaw bil-mod li ġej(19):
Partit
Abbrevjazzjoni
Riżorsi proprji*
Għotja PE
Total tad-dħul
Għotja mill-PE bħala % tan-nefqa eliġibbli (85 % max.)
Eċċess tad-dħul (trasferiment għar-riżervi) jew telf
Partit Popolari Ewropew
PPE
1 471
6 483
8 863
85 %
242
Partit Soċjalista Ewropew
PES
977
4 323
5 514
85 %
91
Alleanza tal-Liberali u l-Partit tad-Demokratiċi għall-Ewropa
ALDE
440
1 950
2 784
85 %
60
Partit tal-Ħodor Ewropew
EGP
397
1 333
1 908
84 %
127
Alleanza tal-Konservattivi u Riformisti Ewropej
AECR
216
1 139
1 701
85 %
13
Partit tax-Xellug Ewropew
EL
269
835
1 263
79 %
47
Partit Demokratiku Ewropew
EDP/PDE
79
363
630
84 %
0
Alleanza Ħielsa Ewropea
EFA
91
382
530
85 %
23
Demokratiċi UE
EUD
29
195
271
85 %
-6
Moviment Politiku Kristjan Ewropew
ECPM
44
242
285
85 %
0,6
Alleanza Ewropea għal-Libertà
EAF
65
357
428
85 %
2
Alleanza Ewropea tal-Movimenti Nazzjonali
AEMN
44
186
333
85 %
-2
Moviment għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija
MELD
81
458
702
85 %
0
Total
4 203
18 247
25 214
84 %
598
(*) l-ammonti kollha huma espressi f'eluf ta' EUR
114. Josserva li, fl-2012, l-approprjazzjonijiet iskritti fil-partita baġitarja 4 0 3 ntużaw bil-mod li ġej(20):
Fondazzjoni
Abbrevjazzjoni
Affiljazzjoni ma' partit
Riżorsi proprji*
Għotja PE
Total tad-dħul
Għotja mill-PE bħala % tan-nefqa eliġibbli (85 % max.)
Ċentru għall-Istudji Ewropej
CES
PPE
786
3 719
4 505
83 %
Fondazzjoni Ewropea ta' Studji Progressisti
FEPS
PES
517
2 795
3 312
85 %
Forum Liberali Ewropew
ELF
ALDE
183
996
1 179
85 %
Fondazzjoni Ħadra Ewropea
GEF
EGP
156
865
1 020
85 %
Inbiddlu l-Ewropa
TE
EL
120
550
671
83 %
Istitut tad-Demokratiċi Ewropej
IED
PDE
48
238
286
85 %
Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Interstatali Ewropea
OEIC
EUD
20
132
152
85 %
Ċentru Maurits Coppieters
CMC
EFA
36
200
235
85 %
Direzzjoni Ġdida
ND
AECR
141
679
820
85 %
Fondazzjoni Politika Kristjana Ewropea
ECPF
ECPM
30
167
197
82 %
Fondazzjoni Ewropea għal-Libertà
FES
EAF
44
234
279
84 %
Fondazzjoni għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija
"'It-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew - l-impatt finanzjarju, ambjentali u reġjonali tad-dispersjoni ġeografika', nota mħejjija mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew fit-30 ta' Awwissu 2013.
Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).
Il-Fond ta' Pensjoni Volontarja ġie stabbilit bħala Assoċjazzjoni bla skop ta' qligħ (ASBL) iffurmata skont il-liġi Lussemburgiża fl-14 ta' Lulju 1993.
Sors : PV BUR. 09.09.2013 (PE 512.496/BUR) punt 14, Nota tas-SĠ lill-Bureau: D(2013)33164
Id-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew
196k
37k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew li jissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (95/167/KE, Euratom, KEFA) (2009/2212(INL))
– wara li kkunsidra t-tielet paragrafu tal-Artikolu 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 41 u 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0352/2011),
1. Jadotta bħalha l-proposta tiegħu għal regolament it-testi adottati fit-23 ta' Mejju 2012(1);
2. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jagħtu notifika tal-kunsens tagħhom għall-proposta;
3. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, jekk ma jistgħux jagħtu l-kunsens tagħhom għall-proposta fil-forma preżenti tagħha, biex jissoktaw bin-negozjati mal-Parlament elett ġdid, jagħrfu l-progress magħmul f'negozjati fil-passat fuq livell politiku u waqt il-kuntatti informali fil-livell tekniku, b'mod partikolari dwar il-kwistjoni ta' kunfidenzjalità u l-immaniġġar ta' tagħrif ikklassifikat u tagħrif ieħor;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b’mod partikolari l-preambolu tiegħu u l-Artikolu 4(3) (il-kooperazzjoni leali bejn l-Unjoni u l-Istati Membri), l-Artikolu 5 (l-għoti tal-kompetenzi u s-sussidjarjetà), l-Artikolu 10(1) (demokrazija rappreżentattiva) u 10(2) (rappreżentanza taċ-ċittadini tal-UE) u l-Artikolu 12 (ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-preambolu u Titolu II dwar il-kooperazzjoni interparlamentari, u l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, mehmuża mat-Trattat ta' Lisbona,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Ġunju 1997 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali(1), tas-7 ta’ Frar 2002 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fil-qafas tal-integrazzjoni Ewropea(2), u tas-7 ta’ Mejju 2009 dwar l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali taħt it-Trattat ta’ Liżbona(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-4 ta’ Frar 2014 dwar l-idoneità Regolatorja tal-UE, Sussidjarjetà u Proporzjonalità - id-19-il rapport dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li jkopri s-sena 2011(4)
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet finali tal-20 ta’ Diċembru 2011 tal-grupp ta’ tmexxija dwar il-parlamenti nazzjonali fil-qafas tat-Trattat ta’ Lisbona,
– wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-parlamenti nazzjonali, b’mod partikolari r-rapport għall-2012 (COM(2013)0565),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenzi tal-iSpeakers tal-Parlamenti tal-UE fil-laqgħat tagħha mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona(5), b'mod partikolari dik ta' Varsavja fl-2012 u f'Nikosija fl-2013,
– wara li kkunsidra l-kontributi u l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Konferenza tal-Kumitati għall-Affarijiet Ewropej (COSAC) sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, b’mod partikolari il-laqgħa L COSAC f’Vilnjus fl-2013, u r-rapporti semiannwali tagħha(6),
– wara li kkunsidra l-20 rapport semiannwali tal-COSAC, b'mod partikolari t-taqsimiet relatati mal-leġittimità demokratika fl-UE u r-rwol tal-parlamenti u dwar id-djalogu politiku u l-elezzjonijiet Ewropej tal-2014,
– wara li kkunsidra l-kontribut tal-parlamenti nazzjonali waqt il-laqgħa tal-presidenti tal-COSAC organizzata mill-Parlament Grieg f’Ateni fis-26 u s-27 ta’ Jannar 2014,
– wara li kkunsidra l-linji gwida dwar il-kooperazzjoni interparlamentari adottati mill-Konferenza tal-iSpeakers tal-UE f’Lisbona fil-21 ta’ Lulju 2008,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenzi Interparlamentari dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) u l-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) tad-9 u l-10 ta’ Settembru 2012 f’Paphos (Ċipru), tal-24, l-25 u s-26 ta’ Marzu f’Dublin (Irlanda) u tal-4 sas-6 ta’ Settembru 2013 f’Vilnjus (il-Litwanja), u l-kontribut tal-Konferenza Interparlamentari dwar il-Governanza Ekonomika u Finanzjarja tal-UE prevista fl-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (TSKG) tas-16 u s-17 ta’ Ottubru 2013 f’Vilnjus (il-Litwanja),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar problemi kostituzzjonali ta’ governanza b’diversi livelli fl-Unjoni Ewropea (7) dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali(8),
– wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu “Lejn Unjoni ekonomika u monetarja ġenwina”, imressaq fil-5 ta’ Diċembru 2012 mill-Presidenti Van Rompuy, Juncker, Barroso u Draghi,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew tal-13 u t-14 ta’ Diċembru 2012, tal-24 u l-25 ta’ Ottubru 2013 u tad-19 u l-20 ta’ Diċembru 2013,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 130 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2014 dwar l-implementazzjoni tat-Trattat ta’ Lisbona fir-rigward tal-Parlament Ewropew(9),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7‑0255/2014),
A. billi skont it-TUE, l-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea trid titqies bħala stadju fil-proċess lejn il-ħolqien ta’ unjoni dejjem iżjed mill-qrib, proċess li beda bit-twaqqif tal-Komunitajiet Ewropej;
B. billi skont il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali l-Unjoni u l-Istati Membri jgħinu lil xulxin, b'rispett reċiproku sħiħ, fit-twettiq tal-kompiti li jirriżultaw mit-trattati u billi l-Istati Membri jgħinu lill-Unjoni twettaq il-kompiti tagħha u jastjenu minn kwalunkwe miżura li tista’ tqiegħed f’periklu l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni;
C. billi l-Artikolu 12 tat-TUE li jkopri l-attivitajiet tal-parlamenti nazzjonali, ilaħħam il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali billi jistabbilixxi li l-parlamenti nazzjonali jikkontribwixxu attivament għall-funzjonament tajjeb tal-Unjoni;
D. billi l-prinċipju ta’ għoti ta' kompetenzi jiddefinixxi l-kompetenzi tal-Unjoni, li huma eżerċitati skont il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, u billi l-istituzzjonijiet tal-UE kollha flimkien mal-parlamenti nazzjonali jiżguraw li l-atti leġiżlattivi jkunu konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà;
E. billi l-leġittimità demokratika u l-obbligu ta' rendikont jeħtieġ jiġu żgurati fil-livelli kollha li fihom jittieħdu u jiġu implimentati d-deċiżjonijiet, kif ukoll fl-interazzjonijiet reċiproċi bejn dawk il-livelli;
F. billi l-funzjonament tal-Unjoni huwa bbażat fuq id-demokrazija rappreżentattiva, u fuq leġittimità demokratika doppja li ġejja mill-Parlament Ewropew, li huwa elett direttament miċ-ċittadini, u mill-Istati Membri, kif rappreżentati fil-Kunsill mill-gvernijiet tagħhom, li min-naħa tagħhom għandhom obbligu ta' rendikont demokratiku lejn il-parlamenti nazzjonali tagħhom u lejn iċ-ċittadini tagħhom;
G. billi l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali huma, kull wieħed fl-ambitu proprju tiegħu, il-pedamenti tal-leġittimità demokratika doppja tal-Unjoni; l-ewwel wieħed bħala istituzzjoni fejn iċ-ċittadini huma rappreżentati direttament fuq il-livell tal-Unjoni u t-tieni bħala istituzzjonijiet nazzjonali li għalihom huma direttament responsabbli l-gvernijiet rispettivi rrappreżentati fil-Kunsill;
H. billi, għaldaqstant, il-parlamenti nazzjonali ma jiffurmawx it-“tielet kamra” tal-leġiżlatura tal-UE, iżda pjuttost jirrappreżentaw l-istrument li jżomm responsabbli t-tieni kamra tal-Unjoni, jiġifieri l-Kunsill;
I. billi huwa għaldaqstant xieraq li naċċettaw dan l-approċċ kostruttiv mill-parlamenti nazzjonali, espress fil-komunikazzjoni ta' kontributi ta' dan it-tip;
J. billi l-parlamenti nazzjonali għandhom jiżviluppaw strutturi relatati mal-UE qawwija u koerenti bil-għan li jtejbu r-rabtiet mal-istituzzjonijiet Ewropej u sabiex jiksbu aktar kompetenza fuq kwistjonijiet relatati ma' kwistjonijiet Ewropej;
K. billi fl-istadju ta' integrazzjoni attwali, il-parlamenti nazzjonali għandhom ir-rwol speċjali tagħhom fit-tisħiħ tal-kuxjenza Ewropea fl-Istati Membri u biex iqarrbu liċ-ċittadini lejn l-UE;
L. billi l-kooperazzjoni interparlamentari jista' jkollha rwol essenzjali li tmexxi 'l quddiem il-proċess tal-integrazzjoni Ewropea billi tippermetti l-iskambji tal-informazzjoni, l-analiżi komuni tal-kwistjonijiet, djalogu ta' benefiċċju reċiproku u l-faċilitazzjoni tat-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea fid-dritt nazzjonali;
M. billi wara t-twaqqif tal-Konferenza Interparlamentari dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) u l-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) u tal-Konferenza Interparlamentari dwar il-governanza ekonomika u finanzjarja, u l-konsolidazzjoni tar-rwol tal-laqgħat interparlamentari tal-kumitati bħala l-mezz preferut għall-kooperazzjoni, il-COSAC għandha tibqa' l-forum għal skambju regolari ta' fehmiet, informazzjoni u l-aħjar prattiki fir-rigward tal-aspetti prattiki tal-iskrutinju parlamentari;
N. billi l-Parlament Ewropew għandu jkun involut aktar fil-qrib fid-'djalogu politiku'– b'mod partikolari l-verżjoni mtejba li hu involut fiha bħala parti mis-semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika – li l-Kummissjoni ħolqot mal-parlamenti nazzjonali, fuq kollox fid-dawl tal-interdipendenza bejn id-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u dawk tal-parlamenti nazzjonali;
O. billi l-bidliet fir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu iqisu d-dispożizzjonijiet ġodda tat-Trattat ta’ Lisbona dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-UE;
P. billi għandu jiġi nnutat ir-rwol tal-Konferenza tal-iSpeakers tal-UE fil-kooperazzjoni interparlamentari fl-istadju attwali;
I. Ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali u l-leġittimità demokratika tal-Unjoni Ewropea
1. Jilqa’ d-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jipprevedu għall-parlamenti nazzjonali serje ta’ drittijiet u dmirijiet li jippermettulhom li jikkontribwixxu attivament għall-funzjonament tajjeb tal-Unjoni; jemmen li tali drittijiet u dmirijiet jirrigwardaw:
(a)
il-parteċipazzjoni attiva fil-kwistjonijiet tal-UE (setgħat ta’ ratifika tat-Trattati, parteċipazzjoni fil-Konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 48 tat-TUE, skrutinju tal-gvernijiet nazzjonali, skrutinju tas-sussidjarjetà, possibilità eċċezzjonali ta’ oppożizzjoni għal leġiżlazzjoni, traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea fid-dritt nazzjonali);
(b)
id-djalogu politiku (kooperazzjoni interparlamentari u l-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni mal-istituzzjonijiet Ewropej, b’mod partikolari mal-Parlament Ewropew);
2. Jinnota li l-leġittimità demokratika doppja tal-Unjoni, bħala unjoni ta' ċittadini u ta' Stati Membri – hija inkorporata, fil-proċess leġiżlattiv tal-UE, mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill; jemmen li sabiex l-Istati Membri jkunu rappreżentati b'mod unitarju u għalkollox demokratiku fl-UE, il-pożizzjonijiet tal-gvernijiet nazzjonali fil-Kunsill għandhom jikkunsidraw il-fehmiet tal-parlamenti nazzjonali tagħhom, u b'hekk isaħħu n-natura demokratika tal-Kunsill;
3. Jenfasizza li leġittimità u responsabbiltà xierqa jeħtieġ li jiġu żgurati fl-livell nazzjonali u tal-UE mill-parlamenti nazzjonali u mill-Parlament Ewropew rispettivament; ifakkar il-prinċipju, stipulat fil-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2012 li 'matul il-proċess, l-objettiv ġenerali jibqa’ li jiġu żgurati l-leġittimità u r-responsabbiltà demokratika fil-livell li fih jittieħdu u jiġu implimentati d-deċiżjonijiet';
4. Ifaħħar lill-parlamenti nazzjonali għall-passi li ħadu biex:
(a)
itejbu l-proċeduri ta' gwida u ta' skrutinju bl-għan li jkun hemm aktar konsistenza;
(b)
jipprovdu lill-ministri u lill-gvernijiet nazzjonali bi gwida minn qabel dwar ix-xogħol tagħhom fi ħdan il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew, skont il-qafas kostituzzjonali nazzjonali tagħhom;
(c)
iwettqu skrutinju tal-pożizzjonijiet tal-ministri u tal-gvernijiet nazzjonali fi ħdan il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew, skont il-qafas kostituzzjonali nazzjonali tagħhom;
(d)
ikollhom rwol effettiv li jipprovdu gwida u li jiskrutinizzaw l-implimentazzjoni tad-direttivi u r-regolamenti;
(e)
iħeġġu lill-Kunsill itejjeb it-trasparenza tad-deliberazzjonijiet tiegħu dwar l-atti leġiżlattivi, b'mod partikolari waqt l-istadju ta' tħejjija tal-proċess leġiżlattiv, biex tonqos l-assimetrija tal-informazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill;
(f)
jevalwaw ir-relazzjonijiet bejn il-kumitati tal-Parlament Ewropew u dawk tal-parlamenti nazzjonali;
5. Jirrikonoxxi r-rwol tal-kumitati tal-Parlament Ewropew u tal-kumitati tal-parlamenti nazzjonali fil-proċess leġiżlattiv tal-UE kollu;
6. Jiddeplora għaldaqstant in-nuqqas ta’ trasparenza ta' tali deliberazzjonijiet u n-nuqqas ta' bilanċ fil-fluss tal-informazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill; jitlob lill-Kunsill jadatta l-livelli ta’ trasparenza tiegħu għal dawk garantiti mill-Parlament Ewropew, b’mod partikolari fil-fażijiet ta’ preparazzjoni tal-proċess leġiżlattiv;
7. Jemmen li n-nuqqas ta’ trasparenza fid-deliberazzjonijiet tal-Kunsill, b'mod partikolari fir-rigward ta' atti leġiżlattivi, jagħmilha diffiċli għall-gvernijiet li jkunu ġenwinament responsabbli lejn il-parlamenti nazzjonali tagħhom;
8. Jinnota li l-livelli ta' limitu previsti fl-Artikolu 7(3) tal-Protokoll Nru 2 s'issa intlaħqu darbtejn fil-proċess ta' skrutinju tas-sussidjarjetà; ifakkar li l-iskop tal-mekkaniżmu ta' twissija bikrija mhux li jweħħel il-proċess Ewropew tat-teħid ta' deċiżjonijiet, iżda li jtejjeb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni tal-UE billi jiżgura, b'mod partikolari, li l-UE topera fi ħdan il-kompetenzi tagħha;
9. Jemmen għaldaqstant li s-superviżjoni tal-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà min-naħa tal-parlamenti nazzjonali u tal-istituzzjonijiet tal-UE m'għandhiex titqies bħala restrizzjoni żejda iżda bħala mekkaniżmu biex jiġu garantiti l-kompetenzi tal-parlamenti nazzjonali billi tgħin it-tiswir tal-forma u s-sustanza tal-attività leġiżlattiva benefiċjali tal-UE;
10. Jemmen li l-mekkaniżmu ta’ twissija bikrija għandu jitqies u jintuża bħala waħda mill-għodod biex tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-istituzzjonijiet nazzjonali;
11. Jilqa' l-fatt li fil-prattika dan il-mekkaniżmu qed jintuża wkoll bħala kanal għall-konsultazzjoni u djalogu kooperattiv bejn id-diversi istituzzjonijiet fi ħdan is-sistemi b'ħafna livelli tal-UE;
12. Jemmen li l-opinjonijiet motivati tal-parlamenti nazzjonali għandhom jitqiesu mill-istituzzjonijiet anke bħala opportunità biex tinkiseb stampa aktar ċara tal-aħjar mezz għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti għall-atti leġiżlattivi u jistieden lill-Kummissjoni twieġeb rapidament u b'mod dettaljat l-opinjonijiet motivati u l-kontributi tal-parlamenti nazzjonali;
II. Ir-relazzjonijiet interparlamentari fil-kuntest tal-integrazzjoni Ewropea progressiva
13. Itenni li l-kooperazzjoni interparlamentari tal-UE ma tiħux post l-iskrutiju parlamentari normali li jwettaq il-Parlament Ewropew fl-ambitu tal-kompetenzi mogħtija lilu mit-Trattati u li l-parlamenti nazzjonali jwettqu fuq il-gvernijiet rispettivi tagħhom fir-rigward ta' attivitajiet relatati mal-UE; jemmen li din għandha l-għan li:
(a)
tiffavorixxi l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ prattiki tajba bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew, bl-għan li tagħtihom lok li jeżerċitaw skrutinju aktar effettiv u jikkontribwixxu b'mod aktar sħiħ, mingħajr ma jdgħajfu l-kompetenzi rispettivi tagħhom;
(b)
tiżgura li l-parlamenti jkunu jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ is-setgħat tagħhom fir-rigward ta' kwistjonijiet tal-UE;
(c)
tippromwovi l-ħolqien ta' kultura parlamentari u politika ġenwinament Ewropea;
14. Iqis il-laqgħat interparlamentari bħala lok fejn il-politiki tal-UE u dawk nazzjonali jiltaqgħu u jieħdu minn xulxin, b'mod li jgawdu ż-żewġ naħat; jemmen li funzjoni ewlenija ta' tali laqgħat hi li tippermetti lill-parlamenti nazzjonali li jqisu l-perspettiva Ewropea fid-dibattiti nazzjonali, u lill-Parlament Ewropew li jqis il-perspettiva nazzjonali f'dibattiti Ewropej;
15. Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li s-sistema interparlamentari ġdida Ewropea għadha qed tieħu s-sura u jeħtieġ li tirrifletti approċċ imsejjes fuq il-kunsens skont it-Titolu II, Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 1 tat-Trattat ta' Lisbona, li skontu l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali għandhom il-kompitu konġunt li jistabbilixxu b'kunsens l-organizzazzjoni u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni interparlamentari fi ħdan l-Unjoni, għalkemm kwalunkwe attentat li jinħoloq qafas komuni għall-kooperazzjoni interparlamentari għadu prematur;
16. Jilqa' l-azzjonijiet meħuda – skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta’ tmexxija dwar ir-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali– sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona għall-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew, b'mod partikolari rigward l-ippjanar tal-laqgħat interparlamentari tal-kumitati, iż-żieda fl-għadd ta' laqgħat ta' dan it-tip (50 sa mill-2010), l-għoti lill-membri tal-parlamenti nazzjonali u korpi politiċi relevanti tas-sottomissjonijiet tal-parlamenti nazzjonali (opinjonijiet motivati u kontributi), l-introduzzjoni tal-vidjokonferenzi, il-promozzjoni ta' żjarat bilaterali, titjib tekniku fin-netwerk ta' skambju ta’ informazzjoni interparlamentari tal-UE (IPEX), iż-żieda fl-għadd ta' proġetti kollaborattivi mwettqa taħt il-patroċinju taċ-Ċentru Ewropew tar-Riċerka u tad-Dokumentazzjoni Parlamentari (ECPRD), żjarat minn uffiċjali amministrattivi u l-iskambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki; jemmen li dawn l-azzjonijiet jgħinu biex ir-relazzjonijiet interparlamentari jsiru aktar effiċjenti u aktar iffokati, filwaqt li jikkontribwixxu għad-demokratizzazzjoni parlamentari;
17. Jenfasizza li l-laqgħat interparlamentari jeħtieġ li jkunu organizzati b’kooperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali sabiex tissaħħaħ l-effettività tagħhom u l-kwalità tagħhom; għaldaqstant jirrakkomanda l-inklużjoni tagħhom fl-iktar stadju bikri possibbli fl-abbozzar tal-aġenda tal-laqgħat interparlamentari;
18. Jemmen li l-iżvilupp tal-laqgħat interparlamentari għandu jkun ibbażat fuq arranġamenti prattiċi li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta' kull tip ta' laqgħa;
19. Ifaħħar l-effikaċja tal-laqgħat interparlamentari tal-kumitati u jitlob li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn ir-rapporteurs fir-rigward ta' kwistjonijiet leġiżlattivi speċifiċi;
20. Jilqa' l-laqgħat effettivi bejn il-gruppi politiċi u l-partiti politiċi Ewropej bħala parti mill-arranġamenti tal-kooperazzjoni interparlamentari tal-UE; jitlob li jkun hemm aktar approvazzjoni ta' dawn il-laqgħat bħala mezz effettiv għall-iżvilupp ta' kuxjenza politika Ewropea awtentika;
21. Jilqa’ r-rwol tal-IPEX, speċjalment bħala pjattaforma ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar il-proċeduri ta’ skrutinju parlamentari, minkejja d-diffikultajiet lingwistiċi li jistgħu jinqalgħu; jitlob, bl-għan li d-djalogu bejn il-parlamenti jsir effettiv kemm jista' jkun, li tingħata attenzjoni partikolari mill-parlamenti nazzjonali lill-prinċipju tal-multilingwiżmu;
22. Jenfasizza li l-kooperazzjoni interparlamentari għandha tkun miftuħa u inklużiva, u jesprimi tħassib dwar laqgħat interparlamentari ristretti li jeskludu ċerti parlamenti u li jiġu organizzati mingħajr konsultazzjoni xierqa biex jiġu adottati pożizzjonijiet rigward kwistjonijiet tal-UE li ma jkunux imsejsa fuq kunsens;
23. Jinnota li d-'djalogu politiku' stabbilit fl-ambitu tal-Inizjattiva Barroso fl-2006 u l-mekkaniżmu ta’ twissija bikrija huma żewġ naħat tal-istess munita; jinnota l-iżvilupp ta’ firxa wiesgħa ta’ relazzjonijiet bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Kummissjoni u l-ħolqien ta’ 'djalogu politiku msaħħaħ' bħala parti mis-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi;
III. Żviluppi u proposti
24. Jipproponi l-iżvilupp ta’ ftehim bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew, li jista' jkun il-bażi għal kooperazzjoni effiċjenti skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 1 tat-Trattat ta’ Lisbona u l-Artikolu 130 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu;
25. Jitlob li fil-qafas tal-kooperazzjoni interparlamentari tal-UE jsiru laqgħat strutturati tematikament u effettivi bejn il-gruppi politiċi u l-partiti politiċi Ewropej;
26. Jenfasizza li l-kooperazzjoni interparlamentari għandha timmira dejjem li tgħaqqad il-persuni tajba fil-mument it-tajjeb biex jindirizzaw il-kwistjonijiet it-tajba b’mod sinifikanti, biex ikun żgurat li d-deċiżjonijiet li jittieħdu fid-diversi oqsma ta’ responsabilità jibbenefikaw mill-'valur miżjud' ta' djalogu reali u dibattitu xieraq;
27. Jemmen li l-COSAC għandha tibqa' l-forum għal skambji regolari ta' fehmiet, informazzjoni u prattiki tajba dwar aspetti prattiċi tal-iskrutinju parlamentari;
28. Ifakkar li fir-rigward tal-konferenza dwar il-governanza ekonomika, li hija bbażata fuq l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza, ftehim milħuq mill-iSpeakers tal-parlamenti tal-UE fil-Konferenza tagħhom f’Nikosija f’April 2013 jipprevedi għadd ta’ arranġamenti għal dik il-konferenza u għal rieżami ta’ dawn l-arranġamenti, li għandhom jitlestew fl-2015 fil-Konferenza tal-iSpeakers tal-parlamenti tal-UE f'Ruma; jemmen għaldaqstant li kwalunkwe proċedura għall-adozzjoni ta’ arranġamenti prattiċi għall-konferenza dwar il-governanza ekonomika qabel dak ir-rieżami tkun prematura u għalhekk għandha tiġi evitata;
29. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.
Miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji ***
202k
40k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (EU, Euratom) li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (05600/2014 – C7-0047/2014 – 2011/0184(APP))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (05600/2014),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mar-raba' paragrafu tal-Artikolu 311 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (C7‑0047/2014),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-futur tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titolu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva"(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali u riżorsi proprji(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2012 għall-fini li jinkiseb eżitu pożittiv għall-proċedura ta' approvazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2013 dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta’ Frar 2013 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-ftehim politiku rigward il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ April 2014 dwar miżuri ta' implimentazzjoni għall-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(7),
– wara li kkunsidra l-fatt li għall-ewwel darba t-Trattat jirrikjedi l-approvazzjoni tal-Parlament għall-miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7‑0269/2014),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (05602/2014 – C7-0036/2014 – 2011/0183(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (05602/2014),
– wara li kkunsidra t-tielet paragrafu tal-Artikolu 311 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta l-Kunsill (C7‑0036/2014),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-futur tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titolu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva(2)
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar Perspettivi Finanzjarji Multiannwali u riżorsi proprji(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2012 għall-fini li jinkiseb eżitu pożittiv għall-proċedura ta' approvazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta' Frar 2013 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-ftehim politiku rigward il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020(6),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0271/2014),
1. Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz tiegħu b'mod sustanzjali;
4. Jistieden lill-Grupp ta’ Livell Għoli dwar ir-riżorsi proprji biex sa tmiem l-2014 kif indikat fid-dikjarazzjoni konġunta annessa ma' din ir-riżoluzzjoni(7) iressaq l-ewwel valutazzjoni tiegħu dwar is-sistema tar-riżorsi proprji; jistenna li tali Grupp se jressaq il-proposti biex jiġu megħluba n-nuqqasijiet tas-sistema attwali bil-għan li titwitta t-triq għal riforma, immexxija mill-objettivi ġenerali tas-sempliċità, tat-trasparenza, tal-ekwità u tar-responsabilità demokratika, biex issir operattiva fil-QFP li jmiss;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Abbozz tal-Kunsill
Emenda
Emenda 1 Abbozz ta' deċiżjoni Premessa8a (ġdida)
(8a) Il-Parlament Ewropew talab kontinwament li l-baġit tal-Unjoni jkun iffinanzjat kompletament minn riżorsi proprji, kif previst mit-Trattat, u enfasizza regolarment in-nuqqasijiet u l-limiti tas-sistema attwali tar-riżorsi proprji, li mhijiex trasparenti, hija inġusta, mhijiex suġġetta għall-kontroll parlamentari, hija immensament kumplessa u hija totalment inkomprensibbili għaċ-ċittadini Ewropej li fl-aħħar mill-aħħar iġarrbu l-konsegwenzi. Il-Parlament Ewropew iqis li sistema bħal din tikser, sostanzjalment, l-ittra u l-ispirtu tat-Trattat.
Emenda 2 Abbozz ta' deċiżjoni Premessa 8b (ġdida)
(8b) Il-Parlament Ewropew iqis li s-sistema attwali ta' finanzjament tal-Unjoni, li fiha 74 % tad-dħul ġej mill-kontribuzzjonijiet bbażati fuq l-ING, u 11 % mill-kontribuzzjonijiet statistiċi bbażati fuq il-VAT eżistenti, saħħet biss il-loġika tar-"redditu ġust" li pprevaliet f'kull dibattiment fi ħdan il-Kunsill, kemm mil-lat tad-dħul kif ukoll mil-lat tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni u wasslet għall-introduzzjoni ta' ribassi u ta' mekkaniżmi ta' korrezzjoni oħrajn kumplessi u mċajpra, u tikkontribwixxi għall-problema rikorrenti tan-nuqqas ta' pagamenti fil-proċedura baġitarja annwali. Il-Parlament Ewropew iqis ukoll li s-sistema attwali timpedixxi l-formazzjoni ta' maġġoranza suffiċjenti fil-Kunsill biex tibbaġitja ammont suffiċjenti ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġits annwali biex jiġu onorati l-obbligi ġuridiċi u l-impenji politiċi tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 3 Abbozz ta' deċiżjoni Premessa 8c (ġdida)
(8c) Il-Parlament Ewropew sostna bil-qawwa riforma radikali tas-sistema tar-riżorsi proprji li għandha terġa' lura għal sistema ta' riżorsi proprji awtentiċi, ċari, sempliċi u ġusti. Il-Parlament Ewropew qies li l-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni dwar ir-riżorsi proprji ta' Ġunju 2011 kienu sejrin fid-direzzjoni t-tajba u, bħala tali, kienu sostnuti minn maġġoranza wiesgħa tal-Parlament Ewropew sa mill-bidu nett. Il-Parlament Ewropew jiddispjaċih li l-Kunsill ma kien kapaċi jagħmel l-ebda progress fir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji abbażi ta' tali proposti leġiżlattivi. Il-Parlament Ewropew jiddispjaċih li l-ftehim politiku definittiv milħuq mill-Kunsill Ewropew fit-8 ta' Frar 2013 introduċa wkoll ribassi u eċċezzjonijiet ġodda.
Emenda 4 Abbozz ta' deċiżjoni Premessa 8d (ġdida)
(8d) Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-riżorsi proprji huwa kkostitwit bi qbil komuni bejn it-tliet istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif indikat fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-Riżorsi Proprji, li jikkostitwixxi parti tal-ftehim politiku dwar il-QFP 2014-2020. Il-Grupp ta' Livell Għoli ser iwettaq rieżami ġenerali tas-sistema tar-riżorsi proprji ggwidat mill-objettivi ġenerali tas-sempliċità, it-trasparenza, l-ekwità u r-responsabilità demokratika. Għandhom ikunu eżaminati l-aspetti kollha tas-sistema tar-riżorsi proprji. L-ewwel valutazzjoni se tkun disponibbli fi tmiem l-2014.
Emenda 5 Abbozz ta' deċiżjoni Premessa 8e (ġdida)
(8e) Ir-riżultati tal-ħidma tal-Grupp ta' Livell Għoli se jkunu vvalutati f'konferenza interistituzzjonali matul l-2016, bil-parteċipazzjoni tal-parlamenti nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' din il-ħidma, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk humiex adatti inizjattivi ġodda ta' Riżorsi Proprji. Din il-valutazzjoni se ssir parallelament mar-rieżami/reviżjoni postelettorali tal-QFP 2014-2020 li se j/titnieda mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn tmiem l-2016. Il-Parlament Ewropew iqis li l-ħidma tal-Grupp ta' Livell Għoli għandha twitti t-triq għal riformi eventwali li għandhom ikunu deċiżi u jsiru operattivi għall-perjodu kopert mill-QFP li jmiss.
ANNESS
Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-Riżorsi Proprji
1. Skont l-Artikolu 311 tat-TFUE l-Unjoni għandha tipprovdi għaliha nnifisha l-mezzi meħtieġa sabiex tikseb l-objettivi tagħha u twettaq b'suċċess il-politika tagħha; jipprevedi wkoll li, bla ħsara għal kull dħul ieħor, il-baġit għandu jkun iffinanzjat kollu kemm hu minn riżorsi proprji. L-Artikolu 311(3) jindika li l-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'konformità ma' proċedura leġiżlattiva speċjali, għandu, b'mod unanimu u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jadotta deċiżjoni dwar is-sistema ta' riżorsi proprji u li, f'dak il-kuntest, il-Kunsill jista' jistabbilixxi kategoriji ġodda ta' riżorsi proprji jew jabolixxi kategorija eżistenti.
2. Fuq il-bażi ta' dan, f'Ġunju 2011 il-Kummissjoni ppreżentat sett ta' proposti biex tirriforma s-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni. Fil-laqgħa tiegħu tas-7/8 ta' Frar 2013, il-Kunsill Ewropew qabel li l-arranġamenti tar-riżorsi proprji għandhom jiġu ggwidati mill-objettivi ġenerali tas-sempliċità, it-trasparenza u l-ekwità. Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew talab lill-Kunsill biex ikompli jaħdem fuq il-proposta tal-Kummissjoni għal riżorsa proprja ġdida bbażata fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). Huwa stieden ukoll lill-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (TTF) biex jeżaminaw jekk tistax issir il-bażi għal riżorsa proprja ġdida għall-baġit tal-UE.
3. Il-kwistjoni tar-riżorsi proprji teħtieġ aktar xogħol. Għal dan il-għan, ser jitlaqqa' Grupp ta' livell għoli, kompost minn membri maħtura mit-tliet istituzzjonijiet. Dan ser jieħu kont tal-kontribut kollu eżistenti jew li ġej li jista' jiġi pprovdut mit-tliet istituzzjonijiet Ewropej u mill-Parlamenti Nazzjonali. Dan għandu jisfrutta l-esperjenza xierqa, inkluż mill-awtoritajiet baġitarji u fiskali nazzjonali kif ukoll mill-esperti indipendenti.
4. Il-Grupp ser iwettaq rieżami ġenerali tas-sistema tar-riżorsi proprji ggwidat mill-objettivi ġenerali tas-sempliċità, it-trasparenza, l-ekwità u r-responsabilità demokratika. L-ewwel valutazzjoni se tkun disponibbli fi tmiem l-2014. Il-progress tal-ħidma ser jiġi vvalutat fil-livell politiku b'laqgħat regolari, tal-inqas darba kull sitt xhur.
5. Il-Parlamenti Nazzjonali ser jiġu mistiedna għal konferenza interistituzzjonali matul l-2016 biex jivvalutaw l-eżitu ta' dan ix-xogħol.
6. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' din il-ħidma, il-Kummissjoni ser tivvaluta jekk humiex adatti inizjattivi ġodda ta' riżorsi proprji. Din il-valutazzjoni ser issir b'mod parallel mar-rieżami msemmi fl-Artikolu 1a tar-Regolament QFP bil-ħsieb ta' riformi possibbli li jiġu kkunsidrati għall-perjodu kopert mill-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.
Riżorsi proprji tradizzjonali u dawk ibbażati fuq il-VAT u fuq l-ING u l-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti *
223k
42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (riformulazzjoni) (05603/2014 – C7-0037/2014 – 2011/0185(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni – riformulazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (05603/2014),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0742),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 322(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0037/2014),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-futur tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titolu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva(2)",
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar Perspettivi Finanzjarji Multiannwali u riżorsi proprji(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2012 għall-fini li jinkiseb eżitu pożittiv għall-proċedura ta' approvazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014-2020(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta' Frar 2013 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-ftehim politiku rigward il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020(6),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(7),
– wara li kkunsidra l-ittra tad-6 ta' Marzu 2012 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
— wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
— wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0268/2014),
A. billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi l-ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;
1. Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif adattat għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (2014/2020(INI))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (05600/2014),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill (COM(2011)0740),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 311, it-tielet paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0047/2014),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-futur tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titolu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva(2)",
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar Perspettivi Finanzjarji Multiannwali u r-riżorsi proprji(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2012 għall-fini li jinkiseb eżitu pożittiv għall-proċedura ta' approvazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2013 dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta’ Frar 2013 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-ftehim politiku rigward il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020(6),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0270/2014),
A. billi, f'konformità mal-Artikolu 311 tat-TFUE, il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta' regolament skont proċedura leġiżlattiva speċjali, għandu jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni safejn ikun previst fid-deċiżjoni li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet relatati mas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni;
B. billi l-Artikolu 311 tat-TFUE jistabbilixxi wkoll li l-baġit għandu jkun ffinanzjat kompletament minn riżorsi proprji u jippermetti lill-Kunsill jistabbilixxi kategoriji ġodda ta' riżorsi proprji jew jabolixxi kategorija eżistenti, biex b'hekk iforni l-bażi ġuridika għal riforma radikali tas-sistema tar-riżorsi proprji;
C. billi l-Parlament ma waqafx jitlob li l-finanzjament tal-baġit tal-UE jerġa' lura għal sistema ta' riżorsi proprji awtentiċi, kif stabbilit fit-Trattat; billi enfasizza regolarment in-nuqqasijiet u l-limiti tas-sistema tar-riżorsi proprji attwali, li n-nuqqas ta' trasparenza u l-kumplessità għolja tagħha jagħmluha totalment inkomprensibbli għaċ-ċittadini Ewropej, li fl-aħħar mill-aħħar huma dawk li jġarrbu l-konsegwenzi;
D. billi l-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-baġit tal-UE, ibbażati fuq l-ING, li llum jirrappreżentaw madwar 74 % tad-dħul totali tal-UE, ma jistgħux jitqiesu riżorsi proprji awtentiċi billi huma sempliċement trasferimenti mit-teżor nazzjonali lejn il-baġit tal-UE; billi r-riżorsa bbażata fuq il-VAT, li tirrappreżenta madwar 11 % tad-dħul totali tal-UE, żviluppat b'tali mod li issa titqies ukoll bħala kontribuzzjoni nazzjonali għall-baġit tal-UE; billi din is-sitwazzjoni saħħet, tul għexieren ta' snin, il-loġika tar-"redditu ġust", li pprevaliet b'mod ċar ukoll fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-7 u t-8 ta' Frar 2013 dwar il-QFP 2014-2020 u li impediet fil-biċċa l-kbira riforma strutturali tal-baġit tal-UE;
E. billi, minħabba l-miżuri ta' awsterità, l-Istati Membri jsibuha bi tqila jżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-baġit tal-UE, minkejja l-vantaġġi indiskussi li jieħdu mill-programmi ffinanzjati mill-baġit tal-UE, u billi sistema ta' riżorsi proprji diretti għall-UE tirrappreżenta l-unika soluzzjoni fattibbli;
F. billi l-Parlament sistematikament wera l-appoġġ tiegħu għall-proposti tal-Kummissjoni ppreżentati f'Ġunju 2011, li, permezz tat-tnaqqis tas-sehem tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-baġit tal-UE għal perċentwal massimu ta' 40 %, tal-abolizzjoni tal-kontribuzzjoni attwali purament statistika bbażata fuq il-VAT u s-sostituzzjoni tagħha b'riżorsa tal-UE awtentika bbażata fuq il-VAT, tal-ħolqien ta' riżorsa proprja awtentika ġdida u tas-sostituzzjoni tar-ribassi u tal-mekkaniżmi ta' korrezzjoni kollha b'sistema ta' somom f'daqqa għall-perjodu 2014-2020, għamlu pass fid-direzzjoni t-tajba billi adattaw il-parti korrispondenti għad-dħul tal-baġit tal-UE għall-ispirtu u għall-ittra tat-Trattat u li, minħabba f'hekk, kisbu sa mill-bidu nett l-appoġġ ta' maġġoranza wiesgħa fi ħdan il-Parlament;
G. billi, minkejja l-iskuntentizza tiegħu minħabba l-inkapaċità tal-Kunsill li jagħmel progress fir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji, eventwalment il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu lir-Regolament QFP 2014-2020 f'Novembru 2013, insegwitu tal-ftehim mal-Kunsill dwar dikjarazzjoni konġunta dwar il-kostituzzjoni tal-Grupp ta' Livell Ġħoli dwar ir-Riżorsi Proprji; billi, f'din l-okkażjoni, il-Presidenza Litwana impenjat ruħha li torganizza l-laqgħa inawgurali ta' dan il-Grupp fit-18 u fid-19 ta' Diċembru 2013; billi, minħabba d-dewmien min-naħa tal-Kunsill fil-ħatra tat-tliet nominati tiegħu f'dan il-Grupp ta' Livell Ġħoli, din il-laqgħa issa se ssir f'April 2014;
H. billi l-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji biħsiebu jippreżenta l-ewwel valutazzjoni tan-nuqqasijiet tas-sistema attwali sa tmiem l-2014, b'riżultat finali fl-2016 li jiġi sottopost għall-valutazzjoni ta' konferenza interistituzzjonali bil-parteċipazzjoni tal-parlamenti nazzjonali; billi l-Grupp ta' Livell Għoli għandu jeżamina l-aspetti kollha tar-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji bil-ħsieb li jforni lill-Kummissjoni bil-mezzi neċessarji biex tivvaluta jekk l-inizjattivi l-ġodda tar-riżorsi proprji humiex adegwati parallelament mar-rieżami/reviżjoni postelettorali tal-QFP 2014-2020 (li se j/titnieda sa mhux aktar tard minn tmiem l-2016) u tipproponi riforma li tirnexxi għall-perjodu kopert mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali ta' wara l-2020;
1. Jilqa' l-fatt li l-Kunsill qabel li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw ir-riżorsi proprji tal-Unjoni konformement ma' kif previst fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa;
2. Jiddispjaċih, madankollu, bid-deċiżjoni tal-Kunsill li jittrasferixxi d-dispożizzjonijiet relatati mal-kalkolu tar-riżorsi bbażati fuq l-ING lura lejn id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji; huwa tal-fehma li din tirrappreżenta opportunità li ntilfet biex jingħaqdu flimkien id-dispożizzjonijiet kollha ta' natura implimentattiva f'test uniku, u li l-Artikolu 311 tat-Trattat ta' Lisbona ma fihx ġustifikazzjoni oġġettiva għal din il-firda;
3. Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill ma kien kapaċi jagħmel l-ebda progress fir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji abbażi tal-proposti leġiżlattivi mressqa mill-Kummissjoni;
4. Jibqa' jappella għal riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea bl-iskop li ssir sempliċi, trasparenti, ġusta, viżibbli u komprensibbli għaċ-ċittadini tal-UE, biex b'hekk tissaħħaħ ir-rabta tagħhom mal-proġett Ewropew filwaqt li fl-istess ħin jonqos il-piż fuq it-teżori nazzjonali tal-Istati Membri;
5. Jistenna ħafna mill-ħidma tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji, li, fil-fehma tiegħu, joffri opportunità unika biex tiġi żblukkata r-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji; jilqa' l-ewwel laqgħa tal-Grupp ta' Livell Għoli tat-3 ta' April 2014; jistenna li, minkejja d-dewmien fl-organizzazzjoni ta' din il-laqgħa inawgurali, li kien konsiderevoli u ta' min jiddispjaċih minnu, il-Grupp ta' Livell Għoli xorta se jikkonforma mal-objettivi u l-kalendarju stabbiliti fid-dikjarazzjoni konġunta li tistabbilixxi l-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) (COM(2013)0430 – C7-0177/2013 – 2013/0202(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0430),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 149 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0177/2013),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2013(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta' Novembru 2013(2),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7‑0072/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
DWAR
L-ISTABBILIMENT TA' NETWERK GĦAS-SERVIZZI PUBBLIĊI TAL-IMPJIEGI
Il-Parlament Ewropew:
1. JILQA' l-ftehim milħuq mill-koleġiżlaturi dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES), li qed tifformalizza u ssaħħaħ in-netwerk informali eżistenti ta' kooperazzjoni bejn il-PES;
2. IFAKKAR li l-Artikolu 149 TFUE jistipula li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jadottaw miżuri ta' inċentiv mfassla biex jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-impjiegi. Tali atti huma atti leġiżlattivi u jistgħu jipprevedu obbligi legalment vinkolanti, madankollu, mingħajr ma jarmonizzaw il-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri;
3. JIKKUNSIDRA li l-istabbiliment tan-netwerk ta' kooperazzjoni bejn il-PES huwa miżura ta' inċentiv li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 149 TFUE. Għalhekk, ladarba d-Deċiżjoni tiġi adottata, l-Istati Membri kollha għandhom jipparteċipaw f'dan in-netwerk, billi n-nonparteċipazzjoni ta' Stat Membru f'politika tal-Unjoni ma tistax tiġi ġustifikata sempliċement mix-xewqa tal-Istati Membri;
4. JISSOTTOLINJA li, skont il-premessi u l-artikoli ta' promulgazzjoni, l-objettiv ewlieni ta' din id-Deċiżjoni huwa li ssaħħaħ u ttejjeb l-effikaċja tan-netwerk informali tal-PES li kien jeżisti preċedentement, billi tifformalizzah permezz ta' att leġiżlattiv. Tali objettiv jista' jintlaħaq biss jekk l-Istati Membri kollha jipparteċipaw fin-netwerk u jimpenjaw ruħhom fl-attivitajiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (COM(2013)0522 – C7-0231/2013 – 2013/0248(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0522),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), it-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 u l-Artikolu 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0231/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2013(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta’ Novembru 2013(2),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni adottata mill-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7‑0078/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 661/2014.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fiż-żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew għall-Investiment (COM(2014)0066 – C7-0030/2014 – 2014/0034(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0066),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0030/2014),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Marzu 2014(1),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0156/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Japprova l-istqarrija mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill annessa hawnhekk, li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġislattiv finali;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fiż-żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew tal-Investiment
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni Nru 562/2014/UE.)
ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA
Stqarrija mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu li jindirizzaw il-kwsitjoni tat-trattament ta' dividendi tal-Fond fil-qafas tar-reviżjoni li jmiss tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni jew, l-aktar tard, fil-kuntest tar-rapport interim dwar l-ilħuq tal-objettiv kif stipulat fl-Artikolu 4.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini sabiex twettaq attivitajiet ta' farmakoviġilanza fir-rigward ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (COM(2013)0472 – C7-0196/2013 – 2013/0222(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0472),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114 u 168(4)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0196/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Parlament Grieg u l-Kungress tad-Deputati Spanjol u s-Senat Spanjol, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Ottubru 2013(1),
– wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0476/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tariffi pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għat-twettiq ta' attivitajiet ta’ armakoviġilanza fir-rigward ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 658/2014.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tat-Tuneżija (COM(2013)0860 – C7-0437/2013 – 2013/0416(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0860),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0437/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits dwar il-kompatibilità finanzjarja tal-proposta,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 38 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0110/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika tat-Tuneżija
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 dwar pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (COM(2013)0250 – C7-0117/2013 – 2013/0133(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0250),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0117/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Ottubru 2013(1),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0102/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 dwar pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 544/2014.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-euro u ta' muniti oħrajn permezz tal-liġi kriminali kontra l-falsifikazzjoni, u sostituzzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (COM(2013)0042 – C7-0033/2013 – 2013/0023(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0042),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0033/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' Mejju 2013(2),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0018/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE li tirrigwarda l-għasel (COM(2012)0530 – C7-0304/2012 – 2012/0260(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0530),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0304/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-14 ta’ Novembru 2012(1),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0440/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(2);
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE li tirrigwarda l-għasel
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew fis-16 ta' April 2014 dwar il-proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 u r-Regolament tal-Kunsill Nru XXX/2011 dwar il-politika marittima integrata (COM(2013)0245 – C7-0108/2013 – 2011/0380(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0804) u l-proposta emendata (COM(2013)0245),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42, 43(2),91(1), 100(2), 173(3), 175, 188, 192(1), 194(2) and 195(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0108/2013),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2012(1) u tat-22 ta' Mejju 2013(2),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2012(3),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0282/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(4);
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emenda tad-Deċiżjoni 2005/681/ĠAI li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) (17043/2013 – C7-0435/2013 – 2013/0812(COD))
– wara li kkunsidra l-inizjattiva li tressqet minn grupp ta' Stati Membri ppreżentata lill-Parlament u lill-Kunsill (17043/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 76(b) u l-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-abbozz ta' att kien ippreżentat lill-Parlament (C7‑0435/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u (15) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2014)0007),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 44 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7‑0146/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jiddispjaċih li l-Parlament Ewropew ma kienx involut b'mod sħiħ fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet u li kandidat wieħed biss ġie ppreżentat lill-kumitat rilevanti, minkejja li ġew ippreżentati wkoll seba' applikazzjonijiet wara li, f'Lulju 2013, il-Presidenza tal-Kunsill ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet biex jiġi ospitat il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija fuq bażi provviżorja sakemm tinstab soluzzjoni fuq terminu twil għall-futur tal-Aġenzija. L-Istati Membri li ppreżentaw il-kandidaturi kienu l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, l-Italja, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Finlandja. Il-ftehim politiku kien ikkonfermat fil-laqgħa tal-Kunsill ĠAI fit-8 ta’ Ottubru 2013; biħsiebu jitlob iktar informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatt tal-post preċiż qabel ma jiddeċiedi dwar il-pożizzjoni finali tiegħu.
3. Jistieden lill-awtoritajiet baġitarji biex jiżguraw li l-ispejjeż addizzjonali marbuta mal-bidla fis-sede tas-CEPOL ikunu koperti b'mod sħiħ mill-pajjiż ospitanti attwali u permezz ta' baġit addizzjonali tal-Unjoni u għaldaqstant ma jiġix affetwat b'mod negattiv il-baġit regolari tas-CEPOL sabiex ma jipperikolawx il-ħtiġijiet operattivi normali tas-CEPOL.
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 543/2014.)