Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 17 ta' April 2014 - Strasburgu
KE-Albanija Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (Protokoll biex iqisu l-adeżjoni tal-Kroazja) ***
 Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil ***
 Arranġament mal-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Asil***
 Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil ***I
 L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta ***I
 L-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2015
 Il-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni ***I
 Vjeġġi ta' skart ***I
 Sustanzi psikoattivi ġodda ***I
 Atti kriminali u pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi ***I
 Negozjati tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika UE-Ġappun
 Il-politika barranija tal-UE f'dinja ta' differenzi kulturali u reliġjużi
 Il-pressjoni Russa fuq il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u, b'mod partikolari, id-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina
 L-istat attwali tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Vjetnam
 Il-proċess ta' konsultazzjoni ‘top ten’ u t-tħaffif tal-piż tar-regolamentazzjoni tal-UE fuq l-SMEs
 Il-Pakistan: il-każi reċenti ta' persekuzzjoni
 Is-Sirja: is-sitwazzjoni f’ċerti komunitajiet vulnerabbli
 Is-sitwazzjoni fil-Korea ta' Fuq (ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea)

KE-Albanija Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (Protokoll biex iqisu l-adeżjoni tal-Kroazja) ***
PDF 203kWORD 36k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (14783/2013 – C7-0075/2014 – 2013/0311(NLE))
P7_TA(2014)0445A7-0266/2014

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14783/2013),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (14782/2013),

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 flimkien mal-punt (a)(i) tal-Artikolu 218(6) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0075/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafu, l-Artikolu 81(2), l-Artikolu 90(7) u l-Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0266/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Albania.


Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil ***
PDF 198kWORD 36k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (18141/2013 – C7-0107/2014 – 2013/0427(NLE))
P7_TA(2014)0446A7-0257/2014

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (18141/2013),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (18140/2013),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 4 u78(1) u (2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7‑0107/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Artikolu 81(2) u l-Artikolu 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7‑0257/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Arranġament;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tan-Norveġja.


Arranġament mal-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Asil***
PDF 201kWORD 36k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (18116/2013 – C7-0091/2014 – 2013/0423(NLE))
P7_TA(2014)0447A7-0168/2014

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (18116/2013),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (18115/2013),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 74 u 78(1) u (2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0091/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, Artikolu 81(2) u Artikolu 90(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0168/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Arranġament;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Prinċipat tal-Liechtenstein.


Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil ***I
PDF 667kWORD 247k
Test
Test konsolidat
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (COM(2013)0462 – C7-0209/2013 – 2013/0214(COD))(1)
P7_TA(2014)0448A7-0211/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

[Emenda Nru 1 sakemm mhux indikat mod ieħor]

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)
P7_TA(2014)0448A7-0211/2014
għall-proposta tal-Kummissjoni
P7_TA(2014)0448A7-0211/2014
---------------------------------------------------------
P7_TA(2014)0448A7-0211/2014

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Europea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Il-finanzjament fuq terminu twil huwa għodda kruċjali tajba biex l-ekonomija Ewropea titpoġġa fit-triq tat-tkabbir sostenibbli, intelliġenti u inklussiv, f'konformità mal-istrateġija Ewropa 2020, livell għoli ta' impjiegi u kompetittività biex tkun tista' tinbena l-ekonomija tal-ġejjieni b’tali mod li tkun anqas suxxettibbli għar-riskji sistemiċi u tkun aktar reżiljenti. Il-fondi ta’ investiment Ewropej fuq terminu twil (ELTIFs) jipprovdu finanzjament ta' natura dejjiema lil diversi proġetti ta’ infrastruttura, lil kumpaniji mhux elenkati jew impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) elenkati li joħorġu strumenti ta' ekwità jew ta’ dejn li għalihom m’hemmx xerrej faċilment identifikabbli. Billi jipprovdu finanzjament lil proġetti bħal dawn, l-ELTIFs jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-ekonomija reali tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki tagħha.

(2)  Fuq in-naħa tad-domanda, l-ELTIFs jistgħu jipprovdu fluss ta’ introjtu stabbli u sikur għall-amministraturi tal-pensjonijiet, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, fondazzjonijiet, muniċipalitajiet u entitajiet oħra li jiffaċċjaw obbligazzjonijiet regolari u rikorrenti u li qed ifittxu redditi fuq terminu twil fi ħdan strutturi regolati tajjeb. Filwaqt li jipprovdu anqas likwidità minn investimenti f’titoli trasferibbli, l-ELTIFs jistgħu wkoll jipprovdu fluss taʼ introjtu stabbli u sikur għal investituri individwali li jiddependu fuq il-fluss tal-flus regolari li ELTIF jistaʼ jipproduċi. L-ELTIFs jistgħu joffru wkoll opportunitajiet tajbin għall-apprezzament tal-kapital tul iż-żmien għal dawk l-investituri li ma jirċevux fluss ta’ introjtu stabbli u sikur. Għandu jkun possibbli li ELTIF jiġi awtorizzat biex inaqqas il-kapital tiegħu fuq bażi prorata fil-każ li jkun neħħa wieħed mill-assi tiegħu.

(3)  Il-finanzjament għal proġetti fir-rigward tal-infrastruttura tat-trasport, il-ġenerazzjoni jew id-distribuzzjoni tal-enerġija sostenibbli, l-infrastruttura soċjali (l-akkomodazzjoni soċjali jew l-isptarijiet), it-tnedija ta’ teknoloġiji u sistemi ġodda li jnaqqsu l-użu tar-riżorsi u tal-enerġija jew aktar tkabbir tal-SMEs, jista' jkun skars. Kif uriet il-kriżi finanzjarja, jekk il-finanzjament bankarju jkun ikkumplimentat minn varjeta usa' ta' sorsi ta' finanzjament li jimmobilizzaw aħjar is-swieq kapitali, ikunu jistgħu jiġu indirizzati l-lakuni ta’ finanzjament. L-ELTIFs jista’ jkollhom rwol kruċjali f'dan ir-rigward. Għal ċerti proġetti setgħu jagħmlu użu minn riżorsi bħal strumenti finanzjarji innovattivi biex jissupplimentaw il-finanzjament pubbliku li ddeterjora minħabba l-kriżi tad-dejn sovran.

(4)  Peress li investituri ▌jistgħu jkunu interessati li jinvestu f’ELTIF, il-fatt li l-investituri għandhom jingħataw l-inċentivi tajba sabiex jinvestu fihom u l-fatt li b'mod partikolari l-investituri fil-livell tal-konsum jistgħu ma jkollhomx ir-riżorsi neċessarji jew portafoll suffiċjentement diversifikat li jkunu jippermettulhom li jorbtu l-kapital tagħhom għal perjodu twil taʼ żmien, l-ELTIF għandu jkun jista' joffri drittijiet taʼ ammortizzazzjoni lill-investituri tiegħu. Għalhekk, il-maniġer taʼ ELTIF għandu jingħata d-diskrezzjoni li jiddeċiedi jekk jistabbilixxix ELTIFs bi drittijiet taʼ ammortizzazzjoni jew mingħajrhom skont l-istrateġija taʼ investiment tal-ELTIFs. Meta reġim tad-drittijiet taʼ ammortizzazzjoni jkun fis-seħħ, dawk id-drittijiet u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom għandhom ikunu definiti sew minn qabel u żvelati fir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-ELTIF. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni sabet fil-livell nazzjonali każijiet ta' fondi fuq terminu twil strutturati bħala entitajiet elenkati. Dan jippermetti lill-investituri biex jinnegozjaw l-ishma jew l-unitajiet tagħhom fil-fond f'suq sekondarju. Meta l-ishma tal-fond huma elenkati fuq borża, l-investituri jkunu jistgħu jixtru u jbigħu ishma tal-fond direttament fuq il-borża bħal kwalunkwe titolu elenkat ieħor. Is-suq sekondarju jistaʼ wkoll ikun qed jopera meta l-ishma jew l-unitajiet tal-fond mhumiex elenkati. Fʼdak il-każ l-investituri jistgħu jiskambjaw direttament l-parteċipazzjoni tagħhom maʼ investitur ieħor. Intermedjarji bħal banek jew distributuri jistaʼ jkollhom rwol taʼ faċilitazzjoni fʼdan is-suq sekondarju. Dawn jistgħu jiġbru l-ordnijiet tax-xiri u l-bejgħ u jistgħu jqabblu dawn l-ordnijiet bejn il-klijenti tagħhom. Jekk l-investiment fuq terminu twil huwa verament mistenni li jsir attraenti għall-investituri fuq skala iżgħar jew għall-komunità fil-livell tal-konsum inġenerali, is-swieq sekondarji se jkunu l-post prinċipali fejn wieħed jistaʼ jixtri jew joħroġ mill-fond taʼ terminu twil. Wara tliet snin mill-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, isir rapport li jinvestiga jekk din ir-regola tkunx kisbet r-riżultati mistennija dwar id-distribuzzjoni tal-ELTIF.▌

(4a)  Sabiex l-ELTIFs isiru għażla fattibbli u attraenti għall-investituri professjonali bħall-istituzzjonijiet għall-provvista taʼ rtirar okkupazzjonali, fondi tal-pensjoni u kumpaniji tal-assigurazzjoni, huwa importanti li jsiru aġġustamenti neċessarji fir-rekwiżiti regolatorji ta’ fondi proprji tagħhom, fi ħdan il-qafas tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) u d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), sabiex tkun ipprovduta flessibbiltà fil-każ taʼ ELTIFs fir-rigward tar-rekwiżiti taʼ kapital għoli għal investimenti fʼassi illikwidi. Barra minn hekk, kull restrizzjoni regolatorja nazzjonali addizzjonali għandha tiġi vvalutata bir-reqqa, jekk ikun meħtieġ.

(5)  Il-klassijiet ta’ assi għal terminu twil skont dan ir-Regolament għandhom jinkludu ekwità jew strumenti tad-dejn maħruġa minn kumpaniji li mhumiex elenkati u SMEs elenkati meta għalihom m’hemmx xerrej faċilment identifikabbli. Huma għandhom jinkludu ekwità jew strumenti ta’ dejn minn kumpaniji elenkati ta' kapitalizzazzjoni massima ta' EUR 1 biljun. Dan ir-Regolament għandu jkopri wkoll assi reali li jeħtieġu nefqa kapitali bil-quddiem sinifikanti u li jipproduċu fluss taʼ flus rikorrenti u prevedibbli tul ħajjithom.

(6)  Fin-nuqqas ta’ Regolament li jistipula r-regoli dwar l-ELTIFs, jistgħu jiġu adottati fil-livell nazzjonali miżuri diverġenti li x’aktarx jikkawżaw distorsjonijiet fil-kompetizzjoni minħabba d-differenzi fil-miżuri ta’ protezzjoni tal-investiment. Rekwiżiti diverġenti dwar is-sura tal-portafoll, id-diversifikazzjoni u l-assi eliġibbli, b’mod partikolari l-investiment fil-komoditajiet, joħolqu ostakli għall-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera ta’ fondi li jiffukaw fuq kumpaniji li mhumiex elenkati u fuq assi reali, għaliex l-investituri ma jistgħux faċilment iqabblu l-proposti differenti ta' investiment offruti lilhom. Rekwiżiti nazzjonali diverġenti wkoll iwasslu għal livelli differenti ta’ protezzjoni għall-investituri. Barra minn hekk, rekwiżiti nazzjonali differenti li jikkonċernaw it-tekniki ta’ investiment, bħalma huma l-livelli permessi tas-self, l-użu ta’ strumenti finanzjarji derivati, ir-regoli applikabbli għall-bejgħ bin-nieqes jew it-tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli, iwasslu għal diskrepanzi fil-livell ta’ protezzjoni għall-investitur. Barra minn hekk, rekwiżiti differenti dwar l-ammortizzazzjoni u/jew perjodi ta’ parteċipazzjoni jimpedixxu l-bejgħ transfruntier ta’ fondi li jinvestu f’assi mhux elenkati. Biż-żieda tal-inċertezza legali, dawn id-diverġenzi jistgħu jipperikolaw il-fiduċja tal-investituri meta dawn ikunu qed iqisu li jinvestu f’tali fondi, u jnaqqsu l-ambitu biex l-investituri jkunu jistgħu jagħżlu b’mod effettiv bejn id-diversi opportunitajiet ta’ investiment fuq terminu twil. L-Istati Membri għalhekk ma għandhomx jitħallew jistipulaw rekwiżiti addizzjonali fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament u l-bażi legali xierqa għal dan ir-Regolament għandha tkun l-Artikolu 114 tat-Trattat, kif interpretat mill-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(7)  Huma meħtieġa fl-Unjoni regoli uniformi biex jiġi żgurat li hemm konformità u stabbiltà fil-profil tal-prodott tal-ELTIFs ġewwa l-Unjoni. Sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern kif ukoll livell għoli ta’ protezzjoni għall-investitur, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli uniformi rigward it-tħaddim tal-ELTIFs, b’mod partikolari dwar is-sura tal-portafoll tal-ELTIFs u l-istrumenti ta’ investiment li huma jistgħu jużaw sabiex ikunu esposti għal assi fuq terminu twil bħal ekwità jew strumenti tad-dejn maħruġa minn SMEs elenkati, u minn kumpaniji mhux elenkati, kif ukoll assi reali. Regoli uniformi dwar il-portafoll ta’ ELTIF huma wkoll meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-ELTIFs li għandhom l-għan li jiġġeneraw introjtu regolari jżommu portafoll diversifikat ta’ assi għall-investiment adattati biex iżommu l-fluss regolari ta’ flus. Barra minn hekk, il-koordinazzjoni fost l-oqfsa tat-taxxa tal-Istati Membri hija neċessarja biex tiżgura kundizzjonijiet indaqs rigward l-attrattività tal-investituri u hija meħtieġa l-konverġenza tal-politiki nazzjonali sabiex tistabbilixxi kundizzjonijiet simili rigward il-klima tal-investiment biex tindirizza l-iżbilanċi fost l-Istati Membri.

(8)  Huwa essenzjali li jiġi żgurat li d-definizzjoni tal-operat tal-ELTIFs, b’mod partikolari dwar is-sura tal-portafoll ta’ ELTIFs u l-istrumenti ta’ investiment li għandhom il-permess li jużaw, tkun tapplika b’mod dirett għall-maniġers ta’ ELTIFs, u għalhekk dawn ir-regoli l-ġodda jeħtieġ li jiġu adottati bħala Regolament. Dan jiżgura wkoll kundizzjonijiet uniformi meta tintuża d-deżinjazzjoni ELTIF għax jiġu evitati rekwiżiti nazzjonali diverġenti. Il-maniġers tal-ELTIFs għandhom isegwu l-istess regoli fl-Unjoni, sabiex tissaħħaħ ukoll il-fiduċja tal-investituri fl-ELTIFs kif ukoll ikun hemm kredibbiltà sostenibbli fid-deżinjazzjoni. Fl-istess ħin, l-adozzjoni ta' regoli uniformi tnaqqas il-kumplessità tar-rekwiżiti regolatorji applikabbli għall-ELTIFs. Permezz taʼ regoli uniformi, jitnaqqas ukoll il-kost tal-maniġers biex jikkonformaw ma’ regoli nazzjonali differenti li jirregolaw il-fondi li jinvestu f’SMEs elenkati u assi fuq terminu twil mhux elenkati u fi klassijiet ta’ assi reali komparabbli. Dan huwa speċjalment minnu għal dawk il-maniġers li jixtiequ jżidu l-kapital fuq bażi transfruntiera. Dan jikkontribwixxi wkoll biex jiġu eliminati distorsjonijiet fil-kompetizzjoni.

(9)  Ir-regoli l-ġodda dwar l-ELTIFs huma marbutin mill-qrib mad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) billi din id-Direttiva tifforma l-qafas legali li jirregola l-immaniġġjar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (AIFs) fl-Unjoni. Bħala definizzjoni l-ELTIFs huma AIFs tal-UE li huma mmaniġġjati minn maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (AIFMs) awtorizzati skont id-Direttiva 2011/61/UE.

(10)  Billi d-Direttiva 2011/61/UE tipprevedi wkoll sistemi ta' pajjiżi terzi fi stadji differenti li jirregolaw l-AIFMs mhux tal-UE u l-AIFs mhux tal-UE, ir-regoli l-ġodda dwar l-ELTIFs għandhom kamp ta' applikazzjoni aktar limitat li jenfasizza d-dimensjoni Ewropea tal-prodott ta’ investiment ġdid fuq terminu twil. Għaldaqstant, AIF tal-UE kif imfisser fid-Direttiva 2011/61/UE biss għandu jkun eliġibbli li jsir ELTIF awtorizzat, u biss jekk ikun immaniġġjat minn AIFM tal-UE li jkun ġie awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE. Madankollu, l-investituri ta' pajjiżi terzi għandhom jitħeġġu wkoll biex jinvestu f'ELTIFs minħabba l-kapital ta' valur li jistgħu jikkontribwixxu għall-proġetti fl-Unjoni.

(11)  Ir-regoli l-ġodda applikabbli għall-ELTIFs għandhom jibnu fuq il-qafas regolatorju eżistenti stabbilit permezz tad-Direttiva 2011/61/UE u tal-atti adottati għall-implimentazzjoni tagħha. Għalhekk, ir-regoli tal-prodott li jikkonċernaw l-ELTIFs għandhom japplikaw flimkien mar-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti. B'mod partikolari, għandhom japplikaw għall-ELTIFs ir-regoli ta' mmaniġġjar u kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE. Bl-istess mod, ir-regoli dwar il-forniment transfruntier ta’ servizzi u l-libertà ta’ stabbiliment stipulati fid-Direttiva 2011/61/UE għandhom japplikaw skont il-każ għall-attivitajiet transfruntieri tal-ELTIFs. Dawn għandhom jiġu miżjuda b’regoli speċifiċi ta' kummerċjalizzazzjoni mfassla għall-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera tal-ELTIFs kemm għall-investituri fil-livell tal-konsum kif ukoll għall-investituri professjonali fl-Unjoni.

(12)  Regoli uniformi għandhom japplikaw għall-AIFs tal-UE kollha li juru x-xewqa li jiġu kkummerċjalizzati bħala ELTIFs. L-AIFs tal-UE li ma jixtiqux li jiġu kkummerċjalizzati bħala ELTIFs m’għandhomx ikunu marbutin b'dawn ir-regoli u għaldaqstant ikun ikkonsentit ukoll li ma jibbenefikawx mill-vantaġġi li jirriżultaw. Min-naħa l-oħra, impriżi għall-investiment kolletiv f'titoli trasferibbli (UCITS) u l-AIFs mhux tal-UE ma jkunux eliġibbli għall-kummerċjalizzazzjoni bħala ELTIFs.

(13)  Sabiex ikun żgurat li l-ELTIFs ikunu konformi mar-regoli armonizzati li jirregolaw l-attività ta’ dawn il-fondi, huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa jawtorizzaw l-ELTIFs. Il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni u superviżjoni armonizzati għall-AIFMs skont id-Direttiva 2011/61/UE għandhom għalhekk jiġu miżjuda bi proċedura ta' awtorizzazzjoni speċjali għall-ELTIFs. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri li jiżguraw li l-AIFMs tal-UE biss, awtorizzati skont id-Direttiva 2011/61/UE u li kapaċi jimmaniġġjaw ELTIF, jistgħu jimmaniġġjaw l-ELTIFs. Jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-ELTIF jista' jkun konformi mar-regoli armonizzati li jirregolaw l-attività ta’ dawn il-fondi.

(14)  Minħabba li l-AIFs tal-UE jistgħu jieħdu forom legali differenti li mhux bilfors jagħtuhom personalità legali, id-dispożizzjonijiet li jeħtieġu li l-ELTIFs jieħdu azzjoni għandhom jinftiehmu li qed jirreferu għall-maniġer tal-ELTIF f’każijiet fejn l-ELTIF jiġi kostitwit bħala AIF tal-UE li mhux f’pożizzjoni li jaġixxi waħdu minħabba li huwa stess ma għandux personalità legali.

(15)  Sabiex jiġi żgurat li l-ELTIFs għandhom fil-mira l-investimenti għal terminu twil, u jikkontribwixxu għall-finanzjament taʼ tkabbir sostenibbli tal-ekonomija tal-UE, ir-regoli dwar il-portafoll tal-ELTIFs għandu jkollhom kategoriji ta’ assi identifikati b’mod ċar li jistgħu jkunu eliġibbli għall-investiment minn ELTIFs, kif ukoll il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu eliġibbli bihom. ELTIF għandu jinvesti mill-inqas 70 % tal-kapital tiegħu f’assi taʼ investiment eliġibbli u mill-inqas 60 % tal-kapital tiegħu fʼtitoli maħruġa minn impriża taʼ portafoll eliġibbli stabbilita fl-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-ELTIFs hemm ukoll ix-xewqa li ELTIF ikun ipprojbit milli jinvolvi ruħu f’ċerti tranżazzjonijiet finanzjarji li jistgħu jipperikolaw l-istrateġija u l-objettivi tal-investiment tiegħu billi jżid ir-riskji li jkunu differenti minn dawk li wieħed jista’ jistenna għal fond li għandu fil-mira investimenti fuq terminu twil. Sabiex tkun żgurata enfażi ċara fuq l-investimenti għal terminu twil, li jista’ jkun ta’ ġid għal investituri fil-livell tal-konsum li ma jkunux midħla ta’ strateġiji taʼ investiment inqas konvenzjonali, ELTIF m’għandux jitħalla jinvesti fi strumenti finanzjarji derivati ħlief bl-iskop li jiġu ħħeġġjati r-riskji marbuta mal-investimenti tiegħu stess. Minħabba n-natura likwida tal-komoditajiet u tal-istrumenti finanzjarji derivati li tesponihom b'mod indirett, l-investimenti f'komoditajiet m'għandhomx bżonn l-impenn ta' investitur fuq terminu twil, u għaldaqstant ghandhon jiġu esklużi. Dan ir-raġunament ma japplikax għal investimenti fl-infrastruttura jew f'kumpaniji relatati ma’ komoditajiet jew li l-prestazzjoni tagħhom hija marbuta indirettament mal-prestazzjoni ta' komoditajiet, bħalma huma l-azjendi agrikoli fil-każ ta’ komoditajiet agrikoli jew impjanti tal-enerġija fil-każ ta’ komoditajiet tal-enerġija.

(15a)  Sabiex l-ELTIF jikkontribwixxi bʼmod effettiv għal tkabbir Ewropew sostenibbli, intelliġenti u inklussiv, kull ELTIF għandu jqis l-impatt soċjali taʼ investimenti eliġibbli, bʼkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi ambjentali, soċjali u taʼ governanza. Bʼmod partikolari, il-maniġer tal-ELTIF għandu jqis il-kontribut inerenti tal-assi magħżula għall-objettivi tal-mudell taʼ tkabbir Ewropew, jiġifieri t-titjib fl-infrastrutturi soċjali, mobilità sostenibbli, produzzjoni u distribuzzjoni taʼ enerġija rinnovabbli, proċessi tal-enerġija effiċjenti, kif ukoll kumpaniji li joperaw fʼsetturi li jrawmu soluzzjonijiet ambjentali u soċjali, jew li għandhom potenzjal għoli taʼ innovazzjoni;

(16)  Id-definizzjoni ta’ x’jikkostitwixxi investiment fuq terminu twil hija wiesgħa. L-assi ta' investiment eliġibbli huma ġeneralment illikwidi, u mingħajr ma neċessarjament jeħtieġu perjodi ta’ parteċipazzjoni fuq terminu twil għall-maniġer tal-ELTIF, jeħtieġu impenji għal ċertu perjodu ta’ żmien, u għandhom profil ekonomiku ta' natura ta' terminu twil. Assi ta' investiment eliġibbli huma titoli li mhumiex trasferibbli u għalhekk ma għandhomx aċċess għal-likwidità tas-swieq sekondarji. Ħafna drabi jeħtieġu impenji ta' terminu fiss li jillimitaw kemm jistgħu jiġu kkumerċjalizzati. Madankollu, peress li SMEs elenkati jistgħu jiffaċċjaw problemi ta' likwidità u aċċess għas-suq sekondarju, l-ekwità jew l-istrumenti tad-dejn maħruġa minn SMEs elenkati għandhom jiġu inklużi fl-assi ta' investiment eliġibbli tal-ELTIF peress li jeħtieġu jżommu struttura stabbli tal-parteċipazzjoni azzjonarja. Konsegwentement, assi taʼ investiment eliġibbli huma titoli li jistgħu jkunu trasferibbli u għalhekk jistaʼ jkollhom aċċess għal-likwidità tas-swieq sekondarji. Iċ-ċiklu ekonomiku tal-investiment imfittex mill-ELTIFs huwa essenzjalment ta’ natura twila minħabba l-impenji ta' kapital għoljin u t-tul ta’ żmien meħtieġ sabiex jipproduċu redditu. Għaldaqstant, dawn l-assi ma jkunux adattati għal investimenti bi drittijiet ta' ammortizzazzjoni, ħlief għall-każijiet speċifiċi u taħt ċerti kundizzjonijiet.

(17)  L-ELTIF għandu jitħalla jinvesti f’assi, ħlief f'assi ta' investiment eliġibbli, skont il-ħtieġa biex jiġġestixxi b’effiċjenza l-fluss tal-flus tiegħu, u dejjem sakemm dan ikun konsistenti mal-istrateġija ta’ investiment tal-ELTIFs fuq terminu twil.

(18)  Assi ta' investiment eliġibbli jridu jinftiehmu li jinkludu parteċipazzjonijiet, bħal strumenti ta’ ekwità jew kważi ekwità, strumenti ta’ dejn f’impriżi ta' portafoll li jikkwalifikaw u s-self ipprovdut lilhom. Huma għandhom jinkludu wkoll parteċipazzjoni f’fondi oħra li huma ffukati fuq assi bħal investimenti f’kumpaniji li mhumiex elenkati li joħorġu ekwità jew strumenti ta’ dejn li għalihom mhuwiex dejjem faċilment identifikabbli xerrej. Parteċipazzjonijiet diretti ta’ assi reali, jekk dawn ma jkunux titolizzati, għandhom jiffurmaw ukoll klassi ta’ assi eliġibbli taħt kundizzjonijiet stretti fir-rigward tal-valur taʼ akkwist tagħhom u l-profil tal-fluss tal-flus.

(19)  Strumenti ta' kważi ekwità jridu jinftiehmu li jinkludu tip ta' strument ta' finanzjament, li jikkonsisti f’kombinar ta' ekwità u dejn, fejn ir-redditu fuq l-istrument huwa konness mal-qligħ jew mat-telf tal-impriża ta' portafoll li tikkwalifika, u fejn il-ħlas lura tal-istrument f'każ ta' inadempjenza ma jkunx żgurat bis-sħiħ. Dawn l-istrumenti jinkludu varjetà ta' strumenti ta' finanzjament bħas-self subordinat, parteċipazzjonijiet passivi, self parteċipanti, drittijiet parteċipanti bi qligħ, bonds konvertibbli u bonds b'warrants.

(20)  Sabiex jiġu riflessi prattiki ta' negozju eżistenti, ELTIF għandu jitħalla jixtri ishma eżistenti ta’ impriża ta’ portafoll li tikkwalifika m'għand l-azzjonisti li jkun hemm f'din l-impriża. Barra minn hekk, bl-għan li jkun hemm l-aktar opportunitajiet wiesgħa possibbli għall-ġbir ta’ fondi, għandhom jitħallew investimenti f’ELTIFs oħrajn. Sabiex l-investimenti ma jispiċċawx f’impriżi ta’ portafoll li jikkwalifikaw, l-ELTIFs għandhom jitħallew jinvestu biss f’ELTIFs oħrajn, dejjem jekk dawn l-ELTIFs ma jkunux huma stess investew aktar minn 10 % tal-kapital tagħhom f’ELTIFs oħrajn.

(21)  L-użu ta’ impriżi finanzjarji huwa meħtieġ sabiex jiġu kkummerċjalizzati b'mod effettiv l-ELTIFs lill-investituri kif ukoll jiġu ppuljati u organizzati l-kontribuzzjonijiet ta’ investituri differenti, inklużi l-investimenti ta’ natura pubblika, fi proġetti infrastrutturali. Għaldaqstant l-ELTIFs għandhom għalhekk jitħallew jinvestu f’assi ta' investiment eliġibbli permezz ta’ impriżi finanzjarji, dejjem jekk dawn l-impriżi huma mitfugħin fuq il-finanzjament ta’ proġetti fuq terminu twil u t-tkabbir tal-SMEs.

(22)  ▌Impriżi ta’ portafoll li jikkwalifikaw għandhom jinkludu proġetti ta’ infrastruttura, investiment f’kumpaniji mhux elenkati u SMEs elenkati li jfittxu tkabbir ▌li jistgħu jkunu adattati għal skopijiet ta’ investiment fuq terminu twil.

(23)  Minħabba d-daqs tal-proġetti infrastrutturali, dawn jirrikjedu ammonti kbar ta’ kapital li jeħtieġ li jibqa’ investit għal perjodi twal ta’ żmien. Dawn il-proġetti ta’ infrastruttura għandhom jinkludu l-infrastruttura pubblika b’binjiet bħal skejjel, sptarijiet jew ħabsijiet, l-infrastruttura soċjali bħall-akkomodazzjoni soċjali, l-infrastruttura tat-trasport bħat-toroq, is-sistemi ta’ tranżitu tal-massa jew l-ajruporti, l-infrastruttura tal-enerġija bħall-grilji tal-enerġija, il-proġetti dwar l-adattament u l-mitigazzjoni tal-klima, l-impjanti tal-enerġija jew il-pipelines, l-infrastruttura għall-ġestjoni tal-ilma bħas-sistemi tal-provvista tal-ilma, is-sistemi tad-drenaġġ u tal-irrigazzjoni, l-infrastruttura tal-komunikazzjoni bħan-netwerks u l-infrastruttura tal-ġestjoni tal-iskart bħar-riċiklaġġ jew is-sistemi ta’ ġbir.

(24)  Kumpaniji li mhumiex elenkati jistgħu jaffaċċjaw diffikultajiet biex jidħlu fis-swieq kapitali u jiffinanzjaw aktar tkabbir u espansjoni. Il-finanzjament privat permezz ta' pakketti ta’ ekwitajiet jew self huma mezzi tipiċi ta’ kif jista' jitkabbar il-finanzjament. Minħabba li dawn l-istrumenti min-natura tagħhom huma investimenti għal terminu twil, jeħtieġu kapital paċenzjuż li ELTIFs jistgħu jipprovdu. Barra minn hekk, l-SMEs elenkati, ħafna drabi jiffaċċjaw ostakli sinifikanti biex jiksbu finanzjament fuq terminu twil u l-ELTIFs jistgħu jipprovdu sorsi alternattivi ta' finanzjament ta' valur.

(25)  L-investimenti fl-infrastruttura jeħtieġu kapital paċenzjuż minħabba n-nuqqas ta’ swieq likwidi sekondarji. Il-fondi ta’ investiment jirrappreżentaw sors essenzjali ta’ finanzjament għall-assi li jeħtieġu nefqa kapitali kbira. Għal dawn l-assi, l-ippuljar tal-kapital huwa ħafna drabi meħtieġ sabiex jintleħaq il-livell mixtieq ta’ finanzjament. Investimenti bħal dawn jeħtieġu perjodi twal ta' żmien, ġeneralment minħabba ċ-ċiklu ekonomiku twil li għandu x'jaqsam ma’ dawn l-assi. Ġeneralment huma meħtieġa diversi snin sabiex l-investiment jiġi ammortizzat f’assi reali kbar. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ dawn l-assi l-kbar, l-ELTIFs għandhom ikunu jistgħu jinvestu direttament f’assi reali b’valur ta’ aktar minn EUR 10 miljun u li jagħtu fluss tal-flus prevedibbli u rikorrenti tul iċ-ċiklu taʼ ħajjithom. ▌Għal dawn ir-raġunijiet huwa neċessarju li jiġu ttrattati bl-istess mod il-parteċipazzjonijiet diretti fl-infrastruttura f’impriżi ta’ portafoll li jikkwalifikaw.

(26)  Fejn il-maniġer għandu sehem f'impriża ta' portafoll, hemm ir-riskju li l-maniġer ipoġġi l-interessi tiegħu qabel l-interessi tal-investituri f'dan il-fond. Sabiex jiġi evitat dan il-kunflitt ta’ interess, l-ELTIF għandu jinvesti biss f’assi li ma għandux xʼjaqsam magħhom il-maniġer sabiex jiżguraw governanza korporattiva soda, sakemm ma jinvestux fʼunitajiet jew ishma jew assi mmaniġġjati mill-maniġer tal-ELTIF li huma eliġibbli skont dan ir-Regolament.

(27)  Sabiex il-maniġers ta’ ELTIFs jitħallew b'ċertu grad ta’ flessibbiltà fl-investiment tal-fondi tagħhom, il-kummerċ fl-assi, ħlief fuq l-investimenti ta' terminu twil, għandu jkun permess sal-limitu massimu ta’ 30 % tal-kapital tagħhom.

(28)  Sabiex jiġi limitat it-teħid tar-riskju minn ELTIFs, huwa essenzjali li jitnaqqas ir-riskju tal-kontroparti billi l-portafoll tal-ELTIFs jiġi suġġett għall-ħtiġijiet ċari ta' diversifikazzjoni. Id-derivati barra l-borża (OTC) kollha għandhom ikunu suġġetti għar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [...](7).

(29)  Sabiex ma jkunx hemm influwenza sinifikanti, minn ELTIF li jkun qed jinvesti fuq il-maniġment ta' ELTIF ieħor jew ta' korp emittenti, huwa neċessarju li tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva fl-istess investiment minn ELTIF.

(30)  Sabiex il-maniġers ikunu jistgħu jżidu iktar il-kapital matul ħajjet il-fond, għandhom jitħallew jissellfu sa 40 % tal-kapital tal-fond fi flus. Dan għandu jservi biex jipprovdi redditu addizzjonali lill-investituri. Sabiex jiġi eliminat ir-riskju ta’ diskrepanza fil-valuta, l-ELTIF għandu jissellef biss fil-valuta li l-maniġer ikun qed jistenna li jakkwista l-assi fiha.

(31)  Minħabba n-natura ta' terminu twil u illikwida tal-investimenti tal-ELTIF, il-maniġers għandhom ikollhom biżżejjed żmien biex japplikaw il-limiti tal-investiment. Għandhom jitqiesu l-pekuljaritajiet u l-karatteristiċi tal-investimenti, għall-ammont ta' żmien meħtieg sabiex jiġu implimentati dawn il-limiti, iżda m’għandhomx jinqabżu l-ħames snin.

(31a)  Taħt ċirkustanzi eċċezzjonali speċifikati fi ħdan ir-regoli ta' inkorporazzjoni, iċ-ċiklu tal-ħajja ta' ELTIF jista' jiġi estiż jew imnaqqas biex jippermetti aktar flessibilità, meta, pereżempju, proġett jitlesta aktar tard jew qabel milli mistenni, biex jitqiegħed f'konformità mal-istrateġija taʼ investiment fuq terminu twil tiegħu.

(31b)  Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), minħabba l-kompetenza tiegħu fl-iffinanzjar tal-infrastruttura tal-Unjoni, kif ukoll istituzzjonijiet nazzjonali simili oħra, għandhom jikkooperaw bʼmod attiv mal-maniġers u l-investituri tal-ELTIF, bʼmod partikolari investituri fil-livell tal-konsum li jistgħu jkunu neqsin mill-esperjenza rilevanti. Barra minn hekk, l-Inizjattiva tal-Bonds tal-Proġetti tal-BEI u attivitajiet simili oħra, bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, għandhom ikunu marbuta mal-ELTIF, bil-BEI li jieħu r-riskji u jipprovdi garanziji, sabiex inaqqas riskji inerenti maʼ dan it-tip taʼ investiment u jinkoraġġixxi investituri sabiex jafdaw l-ELTIF bħala mezz taʼ investiment sikur.

(32)  ▌Xejn m’għandu jżomm ELTIF milli jfittex aċċess għal dawn l-ishma jew unitajiet f'suq regolat kif imfisser fl-Artikolu 4(21) tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) [MIFID ġdida], għal faċilità tal-kummerċ multilaterali kif imfisser fl-Artikolu 4(22) tad-Direttiva 2004/.../UE [MIFID ġdida], jew għal faċilità tal-kummerċ organizzata kif imfisser fl-Artikolu 4(23) tad-Direttiva 2014/.../UE [MIFID ġdida], u b’hekk l-investituri jiġu pprovduti b'opportunità biex ibigħu l-unitajiet jew l-ishma tagħhom qabel tmiem ħajjet l-ELTIF. Ir-regoli jew l-istrumenti għall-inkorporazzjoni ta’ ELTIF għalhekk m’għandhomx jimpedixxu lill-unitajiet jew lill-ishma milli jiġu ammessi jew innegozjati fi swieq regolati, u lanqas ma għandhom jimpedixxu lill-investituri milli jittrasferixxu liberament l-ishma jew l-unitajiet tagħhom lill-partijiet terzi li jixtiequ jixtru dawn l-ishma jew l-unitajiet. Madankollu, wieħed għandu jinnota li, skont esperjenzi fi swieq nazzjonali sʼissa, il-kummerċ fi swieq sekondarji jistaʼ jaħdem fʼxi swieq iżda fi swieq oħra din l-għażla tistaʼ tinvolvi primjums għoljin jew skontijiet importanti fuq l-unitajiet jew l-ishma tal-ELTIFs li huma ammessi jew trattati fi swieq regolati, li kieku, fil-prattika, jipprevjeni l-investituri milli jużaw din l-alternattiva. Għalhekk, din l-għażla mhijiex biżżejjed biex tissostitwixxi l-għażla taʼ ammortizzazzjonijiet aktar regolari.

(33)  Sabiex l-investituri effettivament jifdu l-unitajiet u l-ishma tagħhom fi tmiem ħajjet il-fond, il-maniġer għandu jibda jbigħ il-portafoll tal-assi tal-ELTIF fil-ħin sabiex jiżgura li jġib valur tajjeb. Fl-istabbiliment ta’ skeda ta' diżinvestiment ikkontrollata, il-maniġer tal-ELTIF għandu jqis il-profili ta' maturazzjoni differenti tal-investimenti kif ukoll it-tul ta’ żmien meħtieġ sabiex jinstab ix-xerrej għall-assi li fihom hemm investit l-ELTIF. Minħabba li mhux prattiku li jinżammu l-limiti ta’ investiment matul dan il-perjodu ta’ likwidazzjoni, dawn għandhom ma jibqgħux japplikaw meta jibda l-perjodu ta’ likwidazzjoni.

(34)  L-assi li fihom jiġi investit ELTIF jistgħu jiġu elenkati f’suq regolat matul ħajjet il-fond. Fejn dan iseħħ, l-assi ma jibqax jikkonforma mar-rekwiżit ta' dan ir-Regolament li ma jiġix elenkat. Sabiex il-maniġers ikunu jistgħu jirtiraw b’mod ordnat mit-tali assi, dan l-assi jista' jibqa' jagħmel parti mil-limitu ta' 70 % tal-assi tal-investiment li jkunu eliġibbli sa tliet snin l-aktar.

(35)  Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tal-ELTIFs, kif ukoll tal-investituri fil-livell tal-konsum u dawk professjonali fil-mira, huwa importanti li jkun hemm fis-seħħ rekwiżiti ta’ trasparenza b'saħħithom li jippermettu lill-investituri prospettivi jieħdu deċiżjoni infurmata u jkunu kompletament konxji tar-riskji implikati. Minbarra r-rekwiżiti ta’ trasparenza li jinsabu fid-Direttiva 2011/61/UE, l-ELTIFs għandhom jippubblikaw prospett li l-kontenut tiegħu għandu neċessarjament jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa li trid tiġi divulgata minn impriżi għal investiment kollettiv tat-tip limitat skont id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004.(10) Sabiex ELTIF jiġi kkummerċjalizzat lill-investituri fil-livell tal-konsum għandha tkun obbligatorja l-pubblikazzjoni ta' dokument bit-tagħrif ewlieni (KID) skont ir-Regolament Nru …/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11) [PRIPS]. Barra minn hekk, kwalunkwe dokument promozzjonali għandu espliċitament jiġbed l-attenzjoni għall-profil tar-riskju tal-ELTIF u jsemmi kull parteċipazzjoni fl-istrumenti li jinvolvu l-fondi baġitarji tal-Unjoni.

(36)  Billi l-ELTIFs għandhom fil-mira kemm investituri fil-livell tal-konsum kif ukoll dawk professjonali fl-Unjoni, huwa meħtieġ li ċerti rekwiżiti jiġu miżjuda mar-rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE sabiex ikun żgurat livell xieraq ta’ protezzjoni għall-investituri, partikolarment għall-investituri fil-livell tal-konsum. Għalhekk, għandhom ikunu disponibbli l-faċilitajiet fejn isiru s-sottoskrizzjonijiet, il-pagamenti lill-unità jew lill-azzjonisti, ix-xiri mill-ġdid jew ir-rimborż ta’ unitajiet jew ishma, u jkun disponibbli t-tagħrif li l-ELTIF u l-maniġer tiegħu huma mitluba jipprovdu. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-investituri fil-livell tal-konsum ma jkunux żvantaġġati meta mqabbla ma' investituri professjonali tal-esperjenza, ċerti salvagwardji għandhom jiġu stabbiliti meta l-ELTIFs huma kkummerċjalizzati għall-investituri fil-livell tal-konsum.

(37)  L-awtorità kompetenti tal-ELTIF għandha tivverifika jekk ELTIF huwiex kapaċi jikkonforma ma’ dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa. Billi l-awtoritajiet kompetenti diġà għandhom setgħat estensivi skont id-Direttiva 2011/61/UE, huwa meħtieġ li dawn is-setgħat jiġu estiżi sabiex ikunu eżerċitati meta hemm referenza għar-regoli komuni l-ġodda dwar l-ELTIFs.

(38)  L-ESMA għandha tkun kapaċi teżerċita s-setgħat kollha mogħtija skont id-Direttiva 2011/61/UE fir-rigward ta’ dan ir-Regolament u għandha tiġi pprovduta bir-riżorsi kollha meħtieġa għal dan il-għan, b'mod partikolari riżorsi umani.

(39)  L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA), stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [...](12), għandu jkollha rwol ċentrali fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-ELTIFs billi tiżgura applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-Unjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Bħala korp b’kompetenzi ferm speċjalizzati rigward it-titoli u s-swieq tat-titoli, ikun effiċjenti u xieraq li l-ESMA tiġi fdata bl-elaborazzjoni ta’ abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li ma jinvolvux għażliet ta’ politika, għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni, fir-rigward taċ-ċirkostanzi li fihom il-ħajja ta' ELTIF tkun twila biżżejjed biex tkopri ċ-ċiklu ta' ħajja ta’ kull assi individwali tal-ELTIF, il-karatteristiċi tal-iskeda ta’ assi ELTIF għal disponiment b’mod ordnat, id-definizzjonijiet, il-metodoloġiji ta’ kalkolu u l-preżentazzjoni tan-notifiki tal-kost, u l-karatteristiċi tal-faċilitajiet li għandhom jitwaqqfu mill-ELTIFs f’kull Stat Membru li huwa biħsiebu jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma.

(39a)  Il-provvediment ta' inċentivi tat-taxxa, fil-livell nazzjonali, relatati ma' investimenti fuq terminu twil permezz ta' ELTIFs jista' jkollu rwol importanti biex jimmira r-riżorsi disponibbli attwali lejn il-finanzjament tal-proġetti fuq terminu twil fl-Unjoni, b'attenzjoni partikolari fuq proġetti li huma ta' benefiċċju għas-soċjetà u l-ambjent. Għal dik ir-raġuni, jistaʼ jiġi vvalutat jekk il-bonds tal-proġetti għandhomx jitqiesu wkoll bħala assi eliġibbli, bl-għan li jiżguraw ekonomiji taʼ skala u jħeġġu sinerġiji bejn l-għodod taʼ investiment tal-Unjoni. L-Istati Membri li qed jiffaċċjaw il-konsegwenzi tal-aġġustament fiskali huma mħeġġa jipprovdu garanziji statali u trattament favorevoli tat-taxxa bħal pereżempju tnaqqis fit-taxxa għall-investituri li jipparteċipaw fl-ELTIFs. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri leġiżlattivi u istituzzjonali meħtieġa kollha sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni taʼ dan ir-Regolament.

(39b)  L-Istati Membri, kif ukoll l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom responsabilità sinifikanti li jippromwovu u jikkummerċjalizzaw b'mod effettiv l-ELTIFs lill-investituri, kif ukoll jipprovdu informazzjoni speċifika liċ-ċittadini u lill-konsumaturi dwar il-benefiċċji offruti minn dak il-qafas ġdid.

(39c)  Huwa kruċjali li jitħeġġeġ numru ta' investituri semiprofessjonali fl-Unjoni, bħal pereżempju skemi ta' pensjoni tal-livell tan-nofs, kumpaniji tal-assigurazzjoni, muniċipalitajiet, knejjes, karitajiet u fondazzjonijiet, li jista' jkollhom biżżejjed kapital u ċertu għarfien, biex jinvestu fl-ELTIFs.

(40)  Ir-regoli uniformi l-ġodda dwar l-ELTIFs għandhom ikunu konformi mad-Dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [...](13) u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [...](14).

(40a)  ELTIF m’gћandux jinvesti f’assi ta’ investiment eliġibbli li l-maniġer għandu jew qed jieħu interess fihom dirett jew indirett, ħlief jekk mhux f'unitajiet jew ishma ta' parteċipazzjoni tal-ELTIF li jimmaniġġja. Għandhom jiġu stabbiliti garanziji biex jevitaw prattiki li jfixklu l-kompetizzjoni jew joħolqu ostakoli għad-dħul.

(41)  Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu żgurati rekwiżiti uniformi għall-investimenti u l-kundizzjonijiet tal-operat għal ELTIFs fl-Unjoni filwaqt li tittieħed il-konsiderazzjoni kollha meħtieġa sabiex ikun hemm bilanċ bejn is-sikurezza u l-affidabbiltà tal-ELTIFs u t-tħaddim effiċjenti tas-suq għal finanzjament fuq terminu twil kif ukoll il-kost għall-partijiet interessati varji tagħhom, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u għaldaqstant jistgħu minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi.

(42)  Ir-regoli uniformi l-ġodda dwar l-ELTIFs jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea b'mod partikolari l-aċċess għal servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-libertà li wieħed jopera negozju, id-dritt għal rimedju u għal proċess ġust, u l-protezzjoni tad-dejta personali. Ir-regoli uniformi l-ġodda dwar l-ELTIFs għandhom jiġu applikat f’konformità ma’ dawn id-drittijiet u l-prinċipji,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett u objettiv

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi għall-awtorizzazzjoni, għall-politiki ta’ investiment u għall-kundizzjonijiet tal-operat tal-Fondi ta’ Investiment Alternattiv (AIFs) tal-UE , jew kompartimenti tal-AIFs, li jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni Ewropea bħala fondi ta’ investiment fuq terminu twil (ELTIFs). [Em. 2]

1a.   L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jiġbor il-kapital u jimmirah lejn l-ekonomija reali, bi qbil mal-objettivi ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.

2.  L-Istati Membri ma jistgħux iżidu rekwiżiti addizzjonali fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  “kapital” tfisser kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u l-kapital impenjat mhux imħallas, ikkalkulati fuq il-bażi tal-ammonti investibbli wara li jitnaqqsu l-miżati, l-imposti u l-ispejjeż kollha li jerfgħu il-piż tagħhom direttament jew indirettament l-investituri;

(1a)  "investitur fil-livell tal-konsum" tfisser investitur li mhuwiex klijent professjonali, skont it-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva... /.../EU [Mifid ġdida];

(1b)  "investitur professjonali" tfisser investitur li huwa klijent professjonali, skont it-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva .../../EU [Mifid ġdida], jew li jista' fuq talba, jiġi ttrattat bħala klijent professjonali skont dik id-Direttiva;

(1c)  ‟investitur semiprofessjonali” tfisser kwalunkwe investitur fil-livell tal-konsum li jimpenja li jinvesti minimu ta’ EUR 100 000 u li jipprovdi dikjarazzjoni bil-miktub, f’dokument separat mill-kuntratt li għandu jiġi konkluż għall-impenn li jinvesti, li hu jaf dwar ir-riskji assoċjati mal-impenn jew l-investiment previst.

(2)  'ekwità' tfisser interess azzjonarju f’impriża, irrappreżentat mill-ishma jew forom oħra ta’ parteċipazzjoni fil-kapital tal-impriża ta' portafoll kwalifikanti, maħruġa lill-investituri tagħha;

(3)  "kważi ekwità" tfisser kwalunkwe tip ta’ strument ta' finanzjament fejn il-qligħ fuq l-istrument huwa konness mal-qligħ jew mat-telf tal-impriża ta' portafoll li tikkwalifika, u fejn il-ħlas lura tal-istrument f'każ ta' inadempjenza ma jkunx garantit bis-sħiħ.

(4)  "impriża finanzjarja" tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  kontropartijiet ċentrali kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15);

(b)  fondi proprji kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1)tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)  impriża tal-assigurazzjoni kif imfisser fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16);

(d)  kumpanija azzjonarja finanzjarja kif imfisser fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e)  kumpanija azzjonarja b’attivitajiet imħallta kif imfisser fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(4a)  ‟ELTIF professjonali” tfisser ELTIF li hu eliġibbli li jkun ikkummerċjalizzat biss lil investituri professjonali u semiprofessjonali;

(4b)  "AIF tal-UE" tfisser AIF tal-UE kif imfisser fl-Artikolu 4(1)(k) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(4c)  "AIFM tal-UE" tfisser AIFM tal-UE kif imfisser fl-Artikolu 4(1)(l) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(5)  "awtorità kompetenti ta' ELTIF" tfisser awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIF tal-UE kif imfisser fl-Artikolu 4(1)(p) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(6)  "l-Istat Membru ta' domiċilju" tfisser l-Istat Membru fejn l-ELTIF huwa awtorizzat.

"awtorità kompetenti ta' ELTIF" tfisser awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIF tal-UE kif imfisser fl-Artikolu 4(1)(p) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(6a)  “ftehim ta' riakkwist” tfisser kwalunkwe ftehim li fih parti waħda tittrasferixxi titoli jew kull dritt relatat ma' kontroparti, soġġetta għal impenn ta' riakkwist tagħhom bi prezz speċifikat f'data fil-ġejjieni speċifikata jew li għad trid tiġi speċifikata;

(6b)  "bejgħ bin-nieqes" tfisser il-bejgħ mhux kopert tal-assi;

(6c)  ‟ELTIF fil-livell tal-konsum” tfisser ELTIF li l-investituri tiegħu jinkludu investituri fil-livell tal-konsum;

(6d)  “għoti b'self ta' titoli” u “teħid b'self ta' titoli” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li fiha istituzzjoni jew il-kontroparti tagħha tittrasferixi titoli b'suġġett għal impenn li l-mutwatarju se jrodd lura titoli ekwivalenti f'xi data fil-ġejjieni jew meta jintalab jagħmel hekk mit-trasferitur, fejn dik it-tranżazzjoni tikkostitwixxi għoti b'self ta' titoli lit-trasferitur u teħid b'self ta' titoli lid-destinatarju.

(6e)  ‟infrastruttura” tfisser strutturi u faċilitajiet organizzattivi fiżiċi u intanġibbli bażiċi meħtieġa għall-operazzjoni taʼ kumpanija jew intrapriża.

Artikolu 3

L-awtorizzazzjoni u l-użu tad-deżinjazzjoni

1.  L-AIFs tal-UE biss huma eliġibbli biex japplikaw għal awtorizzazzjoni u biex jingħataw awtorizzazzjoni bħala ELTIF.

2.  ELTIF jistaʼ jiġi kkummerċjalizzat fl-Unjoni kollha jew kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri sakemm dan ikun ġie awtorizzat f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

L-awtorizzazzjoni ta' ELTIF hija valida fl-Istati Membri kollha.

3.  Kumpanija tal-investiment kollettiv tuża biss id-deżinjazzjoni "ELTIF" jew "fond Ewropew ta’ investiment fuq terminu twil" għaliha stess jew għall-unitajiet jew l-ishma li toħroġ meta tkun ġiet awtorizzata f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

4.  L-awtoritajiet kompetenti ta' ELTIF għandhom, fuq bażi trimestrali jinfurmaw lill-ESMA fuq bażi kunfidenzjali, bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija jew irtirati skont dan ir-Regolament u jipprovdu d-dettalji kollha neċessarji dwar l-attivitajiet tal-ELTIF li jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

L-ESMA għandha żżomm reġistru pubbliku ċentrali li jidentifika kull ELTIF awtorizzat skont dan ir-Regolament, il-maniġer tiegħu, l-informazzjoni prevista skont l-Artikolu 4 kif ukoll l-awtorità kompetenti fuq l-ELTIF. Ir-reġistru jkun disponibbli f’format elettroniku.

Artikolu 4

Applikazzjoni biex ELTIF jiġi awtorizzat bħala tali

1.  AIF tal-UE għandu japplika għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF għand l-awtorità kompetenti tiegħu.

L-applikazzjoni biex ELTIF jiġi awtorizzat bħala tali għandha tinkludi dan li ġej:

(a)  ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni;

(b)  informazzjoni dwar l-identità tal-maniġer tal-ELTIF propost, l-istorja taʼ mmaniġġjar taʼ fondi attwali u preċedenti u l-esperjenza tiegħu rilevanti għall-investiment fuq terminu twil;

(c)  informazzjoni dwar l-identità tad-depożitarju;

(d)  deskrizzjoni tal-informazzjoni li għandha tkun disponibbli għall-investituri;

(da)  għall-ELTIFs fil-livell tal-konsum, id-deskrizzjoni tal-proċeduri u l-arranġamenti applikabbli biex jittrattaw l-ilmenti tal-investituri fil-livell tal-konsum;

(e)  kwalunkwe informazzjoni oħra jew dokument mitlubin mill-awtorità kompetenti tal-ELTIF sabiex tivverifika li hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

2.  ▌AIFM tal-UE awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE huwa intitolat li jimmaniġġja ELTIF, u għandu jagħmel applikazzjoni ssimplifikata lill-awtorità kompetenti tal-ELTIF għall-approvazzjoni biex jimmaniġġja ELTIF li ppreżenta applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1. Tali applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tirreferi għall-applikazzjoni (inkluża d-dokumentazzjoni sottomessa) u l-awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2011/61/EU.

3.  L-ELTIF u l-AIFM tal-UE għandhom jiġu infurmati fi żmien [xahrejn] mid-data tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni sħiħa dwar jekk ingħatatx awtorizzazzjoni għal ELTIF u l-approvazzjoni biex jimmaniġġja l-ELTIF.

4.  Kwalunkwe modifika sussegwenti fid-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ▌, għandha tiġi nnotifikata minnufih lill-awtorità kompetenti tal-ELTIF.

Artikolu 5

Kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni

1.  ELTIF applikant għandu jkun awtorizzat biss fejn l-awtorità kompetenti tiegħu:

(a)  tkun sodisfatta li l-ELTIF applikant kapaċi jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament u jkun approva r-regoli tal-fond jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni u l-għażla tad-depożitarju;

(b)  tkun approvat l-applikazzjoni tal-AIFM tal-UE awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE biex jimmaniġġja l-ELTIF ▌;

(ba)  tkun sodisfatta li l-maniġer tal-ELTIF jew il-persuna li teżerċità funzjoni maniġerjali fi ħdan il-maniġer tal-ELTIF propost ma kinux is-soġġett taʼ sanzjonijiet għal ksur taʼ liġi nazzjonali jew tal-Unjoni li tirregola mmaniġġjar tal-fondi.

1a.  L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-ELTIF applikant bi tweġiba fi żmien [xahrejn] xahar.

2.  L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tista’ tirrifjuta l-applikazzjoni ta' AIFM tal-UE biex jimmaniġġja l-ELTIF meta:

(a)  l-AIFM tal-UE ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament;

(b)  l-AIFM tal-UE ma jkunx konformi mad-Direttiva 2011/61/EU, kif stabbilit f'kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-maniġer tal-ELTIF skont dan ir-Regolament u bl-arranġamenti ta' kooperazzjoni superviżorja stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE;

(c)  l-AIFM tal-UE mhuwiex awtorizzat mill-awtorità kompetenti tiegħu biex jimmaniġġja l-AIFs li jinkludu fondi tat-tip koperti b’dan ir-Regolament, kif stabbilit f'kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-maniġer tal-ELTIF skont dan ir-Regolament;

(d)  l-AIFM tal-UE ma pprovdietx id-dokumenti msemmija fil-Artikolu 4(2), jew xi kjarifika jew l-informazzjoni mitluba minnu.

Qabel ma l-awtorità kompetenti ta' ELTIF tirrifjuta applikazzjoni, tikkonsulta l-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE.

3.  L-awtorità kompetenti ma tagħtix awtorizzazzjoni għal ELTIF jekk l-ELTIF applikant huwa legalment ipprojbit milli jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma tiegħu fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu. L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lill-ELTIF applikant ir-raġuni għalfejn irrifjutat li tagħti l-awtorizzazzjoni. Ir-rifjut għandu japplika fl-Istati Membri kollha.

4.  L-awtorizzazzjoni m’għandhiex tkun suġġetta għar-rekwiżit li ELTIF ikun immaniġġjat minn AIFM tal-UE li jkun awtorizzat mill-ELTIF fl-Istat Membru tad-domiċilju, jew jekk l-AIFM tal-UE iwettaqx jew jiddelegax kwalunkwe attività fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-ELTIF.

Artikolu 6

Ir-regoli applikabbli u r-responsabbiltajiet

1.  L-ELTIF għandu jkun konformi f’kull ħin mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.  L-ELTIF u l-maniġer għandhom ikunu konformi f’kull ħin mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/61/UE.

3.  Il-maniġer tal-ELTIF għandu jkun responsabbli li jkun hemm konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-maniġer tal-ELTIF għandu jkun responsabbli għal kwalunkwe telf jew ħsara li ġejjin min-nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament.

Kapitolu II

Obbligi li jikkonċernaw il-politiki ta’ investiment ta’ ELTIFs

Taqsima I

Ir-Regoli ġenerali u assi eliġibbli

Artikolu 7

Il-kompartimenti ta’ investiment

Meta ELTIF jinkludi iżjed minn kompartiment ta’ investiment wieħed, kull kompartiment tal-ELTIF għandu jitqies bħala ELTIF separat għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 8

L-investimenti eliġibbli

1.  Bi qbil mal-objettivi ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, ELTIF għandu jinvesti biss f’dawn il-kategoriji ta’ assi u taħt il-kondizzjonijiet speċifikati f’dan ir-Regolament biss:

(a)  assi ta’ investiment eliġibbli;

(b)  l-assi msemmija fl-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17).

2.  ELTIF ma jista' jagħmel l-ebda waħda minn dawn l-attivitajiet li ġejjin:

(a)  il-bejgħ bin-nieqes ta’ assi;

(b)  jesponi ruħu b'mod dirett jew indirett għall-komoditajiet, inkluż permezz ta’ derivattivi, ċertifikati li jirrappreżentawhom, indiċi bbażati fuqhom jew kwalunkwe mezz jew strument li jagħtihom esponiment;

(d)  juża strumenti finanzjarji derivati, ħlief meta ▌ jaqdi biss l-iskop li jiġu ħħeġġjati ▌ r-riskji tal-valuta intrinsiċi għal investimenti oħrajn tal-ELTIF.

2a.  Sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-ESMA għandha, wara li twettaq konsultazzjoni pubblika miftuħa, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifika kriterji għall-istabbiliment taċ-ċirkustanzi fejn kuntratti derivattivi jservu biss l-għan li jiħħeġġjaw ir-riskji inerenti għall-investimenti msemmija fil-paragrafu 2(d).

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [3 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 9

L-assi ta' investiment eliġibbli

L-assi msemmija fl-Artikolu 8(1)(a) għandhom ikunu eliġibbli għal investiment permezz ta’ ELTIF jekk jaqagħu biss f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)  strumenti ta' ekwità jew kważi ekwità li kienu:

(i)  maħruġa minn impriża ta’ portafoll li tikkwalifika u mixtrija direttament mill-ELTIF mill-impriża ta’ portafoll li tikkwalifika;

(ii)  maħruġa minn impriża ta’ portafoll li tikkwalifika bi skambju għal strument ta' ekwità akkwistat preċedentement b'mod dirett minn ELTIF mingħand l-impriża ta' portafoll li tikkwalifika;

(iii)  maħruġa minn impriża li l-impriża ta’ portafoll li tikkwalifika tagħha hija sussidjarja li tappartjeni b'maġġoranza, skambjata ma' strument ta’ ekwità akkwistat skont il-punti (i) jew (ii) mill-ELTIF mill-impriża ta’ portafoll li tikkwalifika;

(b)  strumenti ta’ dejn maħruġa minn impriża ta’ portafoll li tikkwalifika bʼmaturità allinjata mal-ħajja tal-ELTIF;

(c)  self mogħti minn ELTIF lil impriża ta’ portafoll li tikkwalifika bʼmaturità allinjata mal-ħajja tal-ELTIF;

(d)  unitajiet jew ishma ta’ wieħed jew diversi ELTIFs oħra, tal-Fondi Ewropej ta’ Kapital ta’ Riskju (EuVECAs) u tal-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej (EuSEFs), dejjem jekk dawn l-ELTIFs, l-EuVECAs u l-EuSEFs ma jkunux huma stess investew aktar minn 10 % tal-kapital tagħhom f'ELTIFs.

(e)  parteċipazzjoni diretta jew parteċipazzjoni indiretta permezz ta’ impriżi ta’ portafoll li jikkwalifikaw ta’ infrastruttura individwali li jeħtieġu nefqa kapitali bil-quddiem ta’ mill-inqas EUR 10 miljun, jew l-ekwivalenti tagħhom fil-valuta u fil-mument li ssir in-nefqa u li jipprovdu redditi prevedibbli regolari.

Bi qbil mal-objettivi ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv jew fi ħdan il-politika reġjonali tal-Unjoni, il-proġetti ffinanzjati minn sħubija pubblika privata għandhom jingħataw prijorità mill-awtoritajiet kompetenti meta jeżaminaw applikazzjoni.

Artikolu 10

Impriża ta' portafoll li tikkwalifika

1.  Impriża ta’ portafoll li tikkwalifika, msemmija fl-Artikolu 9(1) għandha tkun impriża ta' portafoll u mhux impriża ta' investiment kollettiv, li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)  mhijiex impriża finanzjarja apparti l-banek taʼ żvilupp multilaterali Ewropej imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 [CRR], l-Artikolu 117(2)(f), (i), (j) u (k);

(b)  mhijiex ammessa għall-kummerċ:

(i)  f'suq irregolat kif imfisser fil-punt 21 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/.../UE [MIFID ġdida];

(ii)  f'faċilità tal-kummerċ multilaterali kif imfisser fil-punt 22 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/.../UE [MIFID ġdida];

(ba)  hija ammessa għall-kummerċ f'suq regolat jew f'faċilità tal-kummerċ multilaterali u jkollha kapitalizzazzjoni tas-suq ta' mhux aktar minn EUR 1 biljun;

(bb)  hija ammessa għall-kummerċ f'suq regolat jew f'faċilità ta' kummerċ multilaterali u hija meqjusa bħala SME skont l-Artikolu 2(1) tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 223/361/KE(18);

(c)  tkun stabbilita fi Stat Membru, jew f’pajjiż terz dejjem jekk il-pajjiż terz:

(i)  mhuwiex ta' riskju għoli u ma għandux ġurisdizzjonijiet li mhumiex kooperattivi kif identifikat mit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF); or

(ii)  ikun iffirma ftehim mal-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer tal-ELTIF u maʼ kull Stat Membru ieħor fejn ikun intiż li jiġu kkummerċjalizzati l-unitajiet jew l-ishma tal-ELTIF, li jipprevedi li l-pajjiż terz mhuwiex pajjiż:

—  fejn ma jkunx hemm taxxi jew ikun hemm taxxi nominali,

—  fejn hemm nuqqas ta’ skambju effettiv ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet tat-taxxa barranin,

—  fejn hemm nuqqas ta' trasparenza fid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, ġudizzjarji jew amministrattivi,

—  fejn m'hemm ebda rekwiżit għal preżenza lokali sostantiva,

—  li jaġixxi bħala ċentru finanzjarju offshore.

2.  B’deroga mill-paragrafu 1(a) [...], impriża ta’ portafoll li tikkwalifika tista’ tkun impriża finanzjarja jew impriża ta’ investiment kollettiv li, skont l-objettivi ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, tiffinanzja esklussivament l-impriżi ta’ portafoll li jikkwalifikaw msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew l-assi reali msemmija fl-Artikolu 9.

Artikolu 11

Kunflitti ta’ interess

ELTIF m’gћandux jinvesti f’assi ta’ investiment eliġibbli li l-maniġer ikollu jew qed jieħu interess dirett jew indirett fihom, ħlief jekk mhux f’unitajiet taʼ parteċipazzjoni tal-ELTIFs, EUSEFs jew EuVECAs jew impriżi taʼ investiment kollettiv skont l-Artikolu 10(2), li jimmaniġġja.

Taqsima II

Dispożizzjonijiet fuq Politiki tal-Investiment

Artikolu 12

Is-sura tal-portafoll u d-diversifikazzjoni

1.  ELTIF għandu jinvesti mill-inqas 70 % tal-kapital tiegħu fʼassi taʼ investiment eliġibbli u mill-inqas 60 % tal-kapital tiegħu fʼassi elenkati fl-Artikoli 9(a), (b) u (c) li l-impriża taʼ portafoll li tikkwalifika li qed toħroġhom hija stabbilita fit-territorju taʼ Stat Membru.

1a.  Fil-każ li r-regoli jew strumenti għall-inkorporazzjoni taʼ ELTIF jipprevedu drittijiet taʼ ammortizzazzjoni regolari, l-ELTIF għandu jżomm fil-perjodi taʼ ammortizzazzjoni predefiniti riżerva taʼ likwidità li tikkunsidra r-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet taʼ ammortizzazzjoni, proporzjonati mal-immaniġġjar taʼ likwidità għall-eżerċizzju tad-drittijiet taʼ ammortizzazzjoni.

1b.  L-ESMA għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar l-istruttura tar-riżervi taʼ likwidità.

L-ESMA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa …*.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.  ELTIF ma għandux jinvesti iktar minn:

(a)  10 % tal-kapital tiegħu f’assi maħruġa minn kwalunkwe impriża ta’ portafoll li tikkwalifika;

(b)  10 % tal-kapital tiegħu direttament jew indirettament f’infrastruttura individwali skont l-Artikolu 9(e);

(c)  10 % tal-kapital tiegħu f’unitajiet jew ishma ta’ kwalunkwe ELTIF, EuVECA EuSEF jew AIFs;

(d)  5 % tal-kapital tiegħu f’assi msemmija fl-Artikolu 8(1)(b) fejn dawn l-assi jkunu nħarġu minn kwalunkwe korp uniku.

3.  Il-valur aggregat ta’ unitajiet jew ishma ta’ ELTIFs, EuvECAs u EuSEFs f’portafoll ta' ELTIF ma għandux jaqbeż l-20 % tal-valur tal-kapital tiegħu.

4.  L-esponiment aggregat għar-riskju taʼ kontraparti tal-ELTIF li jirriżulta minn tranżazzjonijiet ta’ derivati barra l-borża (OTC) jew ftehimiet taʼ riakkwist jew minn ftehimiet ta’ xiri bil-patt taʼ bejgħ mill-ġdid, ma għandux jaqbeż il-5 % tal-kapital tiegħu.

5.  B’deroga mill-paragrafu 2(a) u 2(b), l-ELTIF jista' jżid il-limitu ta' 10 % imsemmi fih għal 20 %, dejjem jekk il-valur aggregat ta’ assi fil-pussess tal-ELTIF f’impriżi ta’ portafoll li jikkwalifikaw u f’assi reali individwali li jinvesti fihom aktar minn 10 % tal-kapital tiegħu, ma jaqbiżx l-40 % tal-valur tal-kapital tiegħu.

6.  Kumpaniji li huma inklużi fl-istess grupp għall-finijiet ta’ kontijiet konsolidati, kif irregolat skont id-Direttiva 83/349/KEE(19) jew skont ir-regoli internazzjonali rikonoxxuti ta’ kontabilità, jitqiesu bħala impriża unika ta' portafoll li tikkwalifika jew korp uniku għall-finijiet tal-kalkolu tal-limiti li jinsabu f’dan fil-paragrafi minn 1 sa 5.

Artikolu 12a

Fʼċirkostanza fejn l-ELTIF jikser ir-rekwiżiti taʼ diversifikazzjoni kif stipulati fl-Artikolu 12 u l-kontravenzjoni hija lil hinn mill-kontroll tal-maniġer tal-ELTIF, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu perjodu ta' sitt xhur għall-maniġer sabiex jieħu miżuri meħtieġa sabiex jirranġa l-pożizzjoni.

Artikolu 13

Il-konċentrazzjoni

1.  ELTIF ma jistax jakkwista' aktar minn 25 % tal-unitajiet jew l-ishma ta’ ELTIF, EuVECA jew EuSEF wieħed.

2.  Il-limiti ta’ konċentrazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2009/65/KE għandhom japplikaw għal investimenti fl-assi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 8(1)(b) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14

It-teħid ta' self ta' flus

ELTIF jista’ jissellef il-flus dejjem jekk dan is-self jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  ma jirrappreżentax aktar minn 40 % tal-kapital tal-ELTIF;

(b)  isir bl-iskop li tinkiseb parteċipazzjoni fl-assi ta' investiment eliġibbli;

(c)  isir kuntratt fl-istess valuta bħal tal-assi li għandhom jiġu akkwistati mal-flus misselfa;

(ea)  jipoteka l-assi li ma jirrappreżentawx aktar minn 30 % tal-kapital tal-ELTIF.

(eb)  It-tul ta' żmien tiegħu jkun allinjat mal-ħajja tal-ELTIF.

Il-maniġer tal-ELTIF għandu jinforma lill-investituri minn qabel dwar ħtiġijiet futuri ta' self li jinqalgħu fi ħdan l-istrateġija ta' investiment.

Artikolu 15

L-applikazzjoni tas-sura tal-portafoll u r-regoli ta' diversifikazzjoni

1.  Il-limiti ta’ investiment stabbiliti fl-Artikolu 12(1):

(a)  japplikaw skont id-data speċifikata fir-regoli tal-ELTIF jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, fejn din id-data għandha tqis il-pekuljaritajiet u l-karatteristiċi tal-assi li għandhom jiġu investiti minn ELTIF u ma tkunx aktar tard minn ħames snin jew nofs il-ħajja tal-ELTIF kif determinat skont l-Artikolu 16(2), skont liema tiġi l-ewwel, wara l-awtorizzazzjoni tal-ELTIF. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-awtorità kompetenti tal-ELTIF, wara s-sottomissjoni ta' pjan ta' investiment iġġustifikat kif dovut, tista' tapprova estensjoni ta' dan il-limitu ta' żmien b'mhux aktar minn sena;

(b)  ma tibqax tapplika ladarba l-ELTIF jibda jbigħ l-assi skont il-politika ta' ammortizzazzjoni tiegħu kif stipulat fl-Artikolu 16;

(c)  tiġi temporanjament sospiża meta ELTIF jiġbor kapital addizzjonali, dejjem sakemm sospensjoni bħal din ma tkunx itwal minn 12-il xahar, partikolarment fil-każ ta' investiment tal-infrastruttura.

2.  Meta assi ta' terminu twil li fih ELTIF ikun investa jinħareġ minn impriża ta’ portafoll li tikkwalifika, li ma għadhiex konformi mal-Artikolu 10(1)(b), l-assi fuq terminu twil jista' jkompli jingħadd għall-iskop tal-kalkolu tas-70 % msemmi fl-Artikolu 12(1) għall-massimu ta’ tliet snin mid-data sakemm l-impriża ta' portafoll ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti fl-Artikolu 10.

Kapitolu III

L-ammortizzazzjoni, il-kummerċ u l-ħruġ ta' ishma jew unitajiet, u t-tqassim tal-introjtu

Artikolu 16

Il-politika ta' ammortizzazzjoni

1.  Il-maniġer tal-ELTIF jista' jistabbilixxi ELTIF professjonali bl-ebda parteċipazzjoni għall-investituri fil-livell tal-konsum jew hu jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi ELTIF fejn jistgħu jipparteċipaw investituri fil-livell tal-konsum, professjonali u semiprofessjonali.

1a.   Ir-regoli jew strumenti tal-inkorporazzjoni jistgħu jindikaw data speċifika bħala t-tmiem il-ħajja tal-ELTIF kif ukoll id-dritt għal intervent bikri jew estensjoni temporanja tal-ħajja tal-ELTIF u l-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju taʼ dan id-dritt. Meta ma tiġi indikata l-ebda data speċifika, il-ħajja tal-ELTIF m'għandhiex tkun limitata.

1b.  Meta l-maniġer tal-ELTIF jiddeċiedi li jħalli l-investituri fil-livell tal-konsum jipparteċipaw fl-ELTIF, l-investituri kollha għandhom ikunu jistgħu jitolbu l-ammortizzazzjoni tal-unitajiet jew l-ishma tagħhom qabel it-tmiem il-ħajja tal-ELTIF. Madankollu, l-ammortizzazzjoni tal-unitajiet u l-ishma minn investituri istituzzjonali jew fil-livell tal-konsum jista' jseħħ biss nofs il-ħajja tal-ELTIF u għal massimu totali ta' 20 % tal-ammont totali tal-fond. Jekk mhumiex previsti drittijiet taʼ ammortizzazzjoni fir-regoli jew strumenti għall-inkorporazzjoni tal-ELTIF, l-ammortizzazzjoni għall-investituri tistaʼ tkun possibbli dakinhar wara d-data li tistipula tmiem ħajjet l-ELTIF.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz taʼ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet u rekwiżiti tal-istrutturi tal-politika taʼ ammortizzazzjoni tal-ELTIFs, sabiex tintlaħaq kjarezza u konsistenza fl-Unjoni.

2.  Ħajjet l-ELTIF għandha tkun konsistenti man-natura taʼ terminu twil tal-ELTIF u għandha tkun twila biżżejjed biex tkopri ċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kull assi individwali tal-ELTIF, imkejla skont il-profil ta’ nonlikwidità u ċ-ċiklu tal-ħajja ekonomika tal-assi, u l-objettiv tal-investiment iddikjarat tal-ELTIF.

3.  L-investituri jistgħu jitolbu l-istralċ taʼ ELTIF jekk it-talbiet ta’ ammortizzazzjoni tagħhom magħmula skont il-politika taʼ ammortizzazzjoni tal-ELTIF ma jiġux sodisfatti fi żmien sena wara d-data li saru fiha.

3a.  Ir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-ELTIF u d-divulgazzjoni lill-investituri għandhom jistipulaw il-proċeduri għall-investiment mill-ġdid tar-rikavat mill-investiment fʼimpriżi taʼ portafoll li jikkwalifikaw, jew fʼimpriżi taʼ portafoll li jikkwalifikaw oħra jew fʼassi likwidi taʼ kwalità għolja, fejn investimenti bħal dawn jimmaturaw qabel tmiem il-ħajja tal-ELTIF.

4.  L-investituri dejjem għandhom l-għażla li jitħallsu lura fi flus.

5.  Il-ħlas lura in natura mill-assi tal-ELTIF għandu jkun possibbli biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-ELTIF jipprevedu din il-possibbiltà, bil-kundizzjoni li l-investituri kollha jirċievu trattament ġust;

(b)  l-investitur jitlob bil-miktub biex jitħallas lura permezz ta’ sehem mill-assi tal-fond;

(c)  l-ebda regola speċifika ma tirrestrinġi t-trasferiment ta’ dawn l-assi.

6.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw iċ-ċirkustanzi li fihom ħajjet ELTIF hija twila biżżejjed biex tkopri ċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kull assi individwali tal-ELTIF.

L-ESMA għandha tissottometti dan l-abbozz taʼ standards regolatorji tekniċi lill-Kummissjoni sal-2015.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 17

Is-suq sekondarju

1.  Ir-regoli jew l-istrumenti taʼ inkorporazzjoni ta’ ELTIF ma jimpedixxux unitajiet jew strumenti taʼ ELTIF milli jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat kif imfisser fl-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2004/39/KE jew f’faċilità multilaterali tan-negozjar kif imfisser fl-Artikolu 4(15) tad-Direttiva 2004/39/KE ▌.

2.  Ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni ta' ELTIF ma jimpedixxux lill-investituri milli jittrasferixxu l-ishma jew l-unitajiet tagħhom liberament lil partijiet terzi.

2a.  L-ELTIF għandu jippubblika regolarment spjegazzjoni taʼ kwalunkwe differenza sinifikanti bejn il-valur tas-suq taʼ ishma jew unitajiet elenkati u l-istima tiegħu tal-valur nett tal-assi tiegħu.

Artikolu 18

Il-ħruġ ta' ishma jew unitajiet oħra

1.  ELTIF jista' joffri l-ħruġ ta’ ishma jew unitajiet ġodda skont ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tiegħu.

2.  ELTIF ma għandux joffri l-ħruġ ta’ ishma jew unitajiet ġodda bi prezz taħt il-valur nett tal-assi tiegħu mingħajr ma joffri dawn l-ishma jew unitajiet bl-istess prezz għall-investituri eżistenti.

Artikolu 19

Id-disponiment tal-assi tal-ELTIF

1.  Kull ELTIF għandu jadotta skeda ddettaljata għad-disponiment ordnat tal-assi tiegħu sabiex l-investituri jkollhom rimborż wara tmiem ħajjet l-ELTIF.

2.  L-iskeda msemmija fʼparagrafu 1 għandha tkun rieżaminata mill-inqas darba fʼsena u għandha tinkludi:

(a)  valutazzjoni tas-suq għal xerrejja potenzjali;

(b)  valutazzjoni u tqabbil ta’ prezzijiet tal-bejgħ potenzjali;

(c)  valutazzjoni għall-assi biex jiġu divestiti;

(d)  żmien preċiż għall-iskeda ta' disponiment.

3.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li jridu jintużaw għall-valutazzjonijiet fil-punt (a) u l-istimar fil-punt (c) tal-paragrafu 2.

L-ESMA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 20

It-tqassim tar-rikavat

1.  ELTIF jistaʼ regolarment iqassam lill-investituri r-rikavat iġġenerat mill-assi li jinsabu fil-portafoll. Dan ir-rikavat għandu jkun magħmul minn:

(a)  kwalunkwe rikavat li l-assi qed joħolqu b’mod regolari;

(b)  l-apprezzament tal-kapital li jseħħ wara d-disponiment taʼ assi ▌.

2.  Il-politika taʼ distribuzzjoni tal-introjtu għandha titfassal sabiex timminimizza l-volatilità tar-redditu għall-investituri. L-introjtu ma għandux jiġi ddistribwit sal-punt li jiġi meħtieġ għall-impenji tal-ELTIF tal-ġejjieni.

2a.  ELTIF għandu jkun awtorizzat sabiex inaqqas il-kapital tiegħu fuq bażi prorata fil-każ li jkun neħħa wieħed mill-assi tal-portafoll tiegħu.

3.  ELTIF fir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-fond tiegħu għandu jiddikjara l-politika ta' tqassim li se jadotta matul ħajjet il-Fond.

Kapitolu IV

Ir-rekwiżiti ta' trasparenza

Artikolu 21

It-trasparenza

1.  L-unitajiet jew l-ishma ta’ ELTIF awtorizzat ma għandhomx ikunu kkummerċjalizzati fl-Unjoni mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ prospett.

L-unitajiet jew l-ishma ta' ELTIF awtorizzat ma għandhomx jiġux kkummerċjalizzati lill-investituri fil-livell tal-konsum fl-Unjoni qabel ma jiġi ppubblikat id-dokument bit-tagħrif ewlieni (KID) skont ir-Regolament Nru .../... [PRIPS].

2.  Il-prospett għandu jinkludi l-informazzjoni neċessarja biex l-investituri jkunu jistgħu jagħmlu ġudizzju infurmat rigward l-investiment propost lilhom, u, b'mod partikolari, tar-riskji li jinvolvi.

3.  Il-prospett għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a)  dikjarazzjoni li tagħti r-raġunijiet kif l-objettivi u l-istrateġija ta' investiment ta' ELTIF sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi jikkwalifikaw lill-Fond bħala ta' terminu twil fin-natura tiegħu;

(b)  l-informazzjoni li għandha tingħata minn impriżi tal-investiment kollettiv tat-tip limitat skont id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill(20) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004(21);

(c)  l-informazzjoni li għandha tingħata lill-investituri skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/61/UE, jekk ma tkunx diġà koperta taħt il-punt(b) ta’ dan il-paragrafu;

(d)  indikazzjoni prominenti tal-kategoriji tal-assi li ELTIF huwa awtorizzat li jinvesti fihom;

(da)  dikjarazzjoni tal-flussi tal-flus;

4.  Il-prospett, il-KID u kwalunkwe dokument promozzjonali ieħor għandhom jinnotifikaw b'mod prominenti lill-investituri dwar in-natura nonlikwida tal-Fond.

B’mod partikolari, il-prospett, il-KID, u kwalunkwe dokument promozzjonali ieħor b’mod ċar:

(a)  jinfurmaw lill-investituri dwar in-natura ta' terminu twil tal-investimenti tal-ELTIF;

(b)  fejn applikabbli skont l-Artikolu 16(1) jinfurmaw lill-investituri dwar tmiem ħajjet l-ELTIF u kwalunkwe dritt taʼ espansjoni temporanja jew kwalunkwe dritt taʼ intervent fil-ħajja tal-ELTIF u l-kundizzjonijiet speċifiċi previsti;

(c)  jiddikjaraw jekk hemmx il-ħsieb li l-ELTIF jiġi kkummerċjalizzat lill-investituri fil-livell tal-konsum;

(d)  jiddikjaraw id-drittijiet tal-investituri li jifdu l-investiment tagħhom skont l-Artikolu 16(1) u r-regoli jew strumenti tal-inkorporazzjoni tal-ELTIF;

(e)  jiddikjaraw il-frekwenza u ż-żmien ta’ kwalunkwe introjtu mill-pagamenti, jekk ikun hemm, lill-investituri matul ħajjet il-fond;

(f)  jagħtu parir lill-investituri li proporzjon żgħir biss tal-portafoll ta’ investiment globali tagħhom għandu jiġi investit f’ELTIF.

(fa)  jinfurmaw lill-investituri dwar l-istrateġija għall-kwalifika ta' kumpaniji mhux elenkati biex jiġu ammessi għall-kummerċ fi swieq regolati;

(fb)  l-investituri jiġu infurmati dwar l-istrateġija rigward l-użu taʼ derivattivi bʼkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi u aspetti speċifiċi tal-proġett ikkonċernat;

(fc)  issemmu kull parteċipazzjoni fi strumenti li jinvolvu l-fondi baġitarji tal-Unjoni.

(fd)  l-investituri jiġi infurmati regolarment, mill-inqas darba fis-sena, bil-progress taʼ kull proġett taʼ investiment, il-valur tal-investimenti taʼ portafoll li jikkwalifikaw individwali u l-valur taʼ assi oħra li fihom jitpoġġew flus żejda kif ukoll bin-natura, għan u valur taʼ kwalunkwe derivattivi użati.

4a.  Il-prospett ta' ELTIFs professjonali għandu jkollu informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/61/EU. Barra minn hekk, għandu jkollu wkoll kull devjazzjoni mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 dwar il-kompożizzjoni tal-portafoll.

Artikolu 22

Divulgazzjoni tal-kost

1.  Il-prospett għandu jinforma b'mod prominenti lill-investituri dwar il-livell tal-kostijiet differenti li jridu jitħallsu direttament jew indirettament mill-investitur. Il-kostijiet differenti għandhom jiġu miġbura skont l-intestaturi li ġejjin:

(a)  il-kostijiet sabiex jitwaqqaf l-ELTIF;

(b)  il-kostijet relatati mal-akkwist tal-assi;

(c)  il-kostijiet tal-immaniġġjar;

(d)  il-kostijiet tad-distribuzzjoni

(e)  kostijiet oħra, inklużi kostijiet ta’ amministrazzjoni, regolatorji, ta’ depożitarju, ta’ kustodja, servizz professjonali u ta’ awditjar.

2.  Il-prospett għandu jiddivulga l-proporzjon globali tal-kostijiet għall-kapital tal-ELTIF.

3.  Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jirrifletti l-kostijiet kollha deskritti fil-prospett fi ħdan fl-ispjega tiegħu tal-ispejjeż totali f'termini monetarji u perċentwali.

4.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a)  id-definizzjonijiet komuni, il-metodoloġiji ta’ kalkolu u l-formati ta' preżentazzjoni tal-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-proporzjon globali msemmi fil-paragrafu 2;

(b)  id-definizzjonijiet komuni, il-metodoloġiji ta’ kalkolu u l-format ta' preżentazzjoni tal-ispjega tal-kostijiet totali fil-paragrafu 3.

L-ESMA, meta tkun qed tiżviluppa dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, għandha tqis l-abbozz tal-istandards regolatorji msemmija fil-punt (...) tar-Regolament Nru .../... [PRIPS].

L-ESMA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Kapitolu V

Il-kummerċjalizzazzjoni ta' unitajiet jew ishma tal-ELTIFs

Artikolu 23

Faċilitajiet disponibbli għall-investituri

1.  Fil-każ li r-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni taʼ ELTIF jipprevedu drittijiet għal ammortizzazzjoni, il-maniġer tal-ELTIF għandu, f’kull Stat Membru fejn għandu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ dan l-ELTIF, iwaqqaf faċilitajiet disponibbli għas-sottoskrizzjonijiet, jagħmel pagamenti lill-azzjonisti tal-unitajiet jew ishma, jixtri mill-ġdid jew jifdi l-unitajiet jew l-ishma u jagħmel disponibbli l-informazzjoni li l-ELTIF u l-maniġer tiegħu huma mitluba jipprovdu.

2.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika t-tipi u l-karatteristiċi tal-faċilitajiet, l-infrastruttura teknika tagħhom u l-kontenut tal-kompiti tagħhom fir-rigward tal-investituri tal-ELTIF msemmija fil-paragrafu 1.

L-ESMA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa […].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2a.  Għal ELTIFs professjonali, il-paragrafu 1 taʼ dan l-Artikolu ma għandux japplika.

Artikolu 24

Ir-rekwiżiti addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni għall-investituri fil-livell tal-konsum

Il-maniġer ta’ ELTIF jista' jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ dan l-ELTIF għall-investituri fil-livell tal-konsum dejjem jekk jiġu sodisfatti dawn ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjini:

(a)   Ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni ta' ELTIF jistipulaw li l-investituri kollha jibbenefikaw minn trattament ugwali u ma jingħata l-ebda trattament preferenzjali jew benefiċċju ekonomiku speċifiku lil investituri individwali jew lil gruppi ta’ investituri;

(b)   l-ELTIF jistaʼ jkun strutturat bħala sħubija jekk dan ma jeħtieġx impenji addizzjonali għall-investitur apparti l-impenn taʼ kapital oriġinali;

(c)   l-investituri fil-livell tal-konsum jistgħu, matul il-perjodu tas-sottoskrizzjoni ▌ta’ unitajiet jew ishma tal-ELTIF, iħassru s-sottoskrizzjoni tagħhom u jieħdu l-flus lura mingħajr penali.

(ca)  Il-maniġer tal-ELTIF ikun stabbilixxa proċeduri u arranġamenti xierqa biex jittratta lmenti tal-investituri fil-livell tal-konsum, li jippermettu lill-investituri fil-livell tal-konsum biex jippreżentaw ilmenti fil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tagħhom;

(cb)  il-forma legali tal-ELTIF hija bʼtali mod li l-investituri fil-livell tal-konsum ma jistgħux jitilfu aktar mill-ammont li investew fil-fond;

(cc)  l-ELTIF għandu jinvesti biss fʼunitajiet jew ishma tal-EuVECA u EuSEF sakemm dawn il-fondi għandhom depożitarju;

L-ESMA għandha tiżviluppa standards li jispeċifikaw aktar id-dispożizzjonijiet għall-investituri fil-livell tal-konsum li għandhom jiġu inklużi fir-regoli jew fl-istrumenti tal-inkorporazzjoni.

Artikolu 25

Il-kummerċjalizzazzjoni ta' unitajiet jew ishma tal-ELTIFs

1.  Il-maniġer ta’ ELTIF għandu jkun kapaċi jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ dan l-ELTIF awtorizzat lil investituri professjonali, semiprofessjonali u fil-livell tal-konsum fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu man-notifika skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2011/61/UE.

2.  Il-maniġer ta’ ELTIF jista' jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ dan l-ELTIF awtorizzat lil investituri professjonali, semiprofessjonali u fil-livell tal-konsum fl-Istati Membri ħlief fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-meniġer tal-ELTIF, man-notifika skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2011/61/UE.

3.  Il-maniġer tal-ELTIF għandu fir-rigward ta’ kull ELTIF jispeċifika lill-awtorità kompetenti tiegħu jekk għandux l-intenzjoni jew le li jikkummerċjalizzah fost l-investituri fil-livell tal-konsum.

4.  Minbarra d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2011/61/UE, il-maniġer tal-ELTIF għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tiegħu dan kollu li ġej:

(a)  il-prospett tal-ELTIF;

(b)  id-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-ELTIF jekk se jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsum;

(c)  l-informazzjoni dwar il-faċilitajiet msemmija fl-Artikolu 22.

5.  Il-kompetenzi u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2011/61/UE għandhom jinftiehmu li qed jirreferu wkoll għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ELTIFs fost investituri fil-livell tal-konsum u li jkopru r-rekwiżiti addizzjonali stipulati f’dan ir-Regolament.

6.  ▌L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer tal-ELTIF għandha tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ELTIF awtorizzat jekk il-maniġer tal-ELTIF ma jikkonformax jew mhux se jkun konformi ma’ dan ir-Regolament.

7.  Minbarra s-setgħat tagħha skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(3) [...] tad-Direttiva 2011/61/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer tal-ELTIF għandha tirrifjuta wkoll it-trażmissjoni ta’ fajl komplut ta' notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-ELTIF huwa intiż li jiġi kkummerċjalizzat, jekk il-maniġer tal-ELTIF ma jikkonformax jew mhux se jkun konformi ma’ dan ir-Regolament.

Kapitolu VI

Is-superviżjoni

Artikolu 26

Is-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu superviżjoni għall-konformità ma’ dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa.

2.  L-awtorità kompetenti tal-ELTIF għandha tkun responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità skont ir-regoli stabbiliti fil-Kapitoli II, III u IV.

3.  L-awtorità kompetenti tal-ELTIF għandha tkun responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità skont l-obbligi stipulati fir-regoli dwar il-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, u l-obbligi stipulati fil-prospett, li jkunu konsistenti ma’ dan ir-Regolament.

4.  L-awtorità kompetenti tal-maniġer tal-ELTIF għandha tkun responsabbli mis-sorveljanza tal-adegwatezza tal-arranġamenti u l-organizzazzjoni tal-maniġer sabiex il-maniġer tal-MMF ikun f’pożizzjoni li jikkonforma mal-obbligi u r-regoli li huma relatati mal-kostituzzjoni u l-funzjonament tal-MMFs kollha li jiġġestixxi.

L-awtorità kompetenti tal-maniġer għandha tkun responsabbli mis-sorveljanza tal-konformità tal-maniġer tal-ELTIFs ma’ dan ir-Regolament.

5.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw l-impriżi ta’ investiment kollettiv stabbiliti jew ikkummerċjalizzati fit-territorji tagħhom biex jivverifikaw li dawn ma jużawx id-deżinjazzjoni ELTIF jew jissuġġerixxu li huma ELTIF sakemm dawn ma jkunux awtorizzati u jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 27

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament.

1a.  L-awtorità kompetenti tal-ELTIF għandha tieħu l-miżuri xierqa filwaqt li tirrispetta l-prinċipju taʼ proporzjonalità fejn il-meniġer tal-ELTIF bʼmod partikolari:

(a)  jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw għall-kompożizzjoni u diversifikazzjoni tal-portafoll, bi ksur tal-Artikoli 12 u 15;

(b)  jikkummerċjalizza, bi ksur tal-Artikoli 24 u 25, l-unitajiet tal-ishma taʼ ELTIF lil investituri fil-livell tal-konsum;

(c)  juża d-denominazzjoni ELTIF iżda ma jkunx awtorizzat fʼkonformità mal-Artikolu 3;

(d)  juża d-denominazzjoni ELTIF biex jikkummerċjalizza fondi li mhumiex stabbiliti fʼkonformità mal-Artikolu 3(1);

(e)  jonqos milli jikkonforma mar-regoli u responsabbiltajiet applikabbli bi ksur tal-Artikolu 6.

1b.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1a, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-ELTIF għandha, kif meħtieġ:

(a)  tieħu miżuri sabiex tiżgura li l-maniġer tal-ELTIF jikkonforma mal-Artikoli 3, 6, 12, 15, 24, u 25.

(b)  tipprojbixxi l-użu tad-denominazzjoni ELTIF u tneħħi l-approvazzjoni mogħtija lill-maniġer tal-ELTIF ikkonċernat mill-awtorizzazzjoni.

2.  Is-setgħat ikkonferiti lill-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2011/61/UE għandhom jiġu eżerċitati wkoll fir-rigward ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 28

Setgħat u kompetenzi tal-ESMA

1.  L-ESMA għandu jkollha s-setgħat u r-riżorsi meħtieġa sabiex twettaq il-kompiti attribwiti lilha minn dan ir-Regolament.

2.  Is-setgħat tal-ESMA skont id-Direttiva 2011/61/UE għandhom jiġu eżerċitati wkoll fir-rigward ta’ dan ir-Regolament u f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

3.  Għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, dan ir-Regolament għandu jiġi inkluż taħt kwalunkwe att ieħor tal-Unjoni li jorbot legalment li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 1095/2010.

Artikolu 29

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet

1.  L-awtorità kompetenti tal-ELTIF u l-awtorità kompetenti tal-maniġer, jekk differenti, għandhom jikkoperaw ma’ xulxin u jiskambjaw informazzjoni bl-iskop li jwettqu dmirijiethom skont dan ir-Regolament.

2.  L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jikkoperaw ma’ xulxin bl-iskop li jwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.  L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, b'mod partikolari biex jidentifikaw u jirrimedjaw kull ksur ta’ dan ir-Regolament.

Kapitolu VII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 30

Evalwazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tibda evalwazzjoni tal-applikazzjoni taʼ dan ir-Regolament fl-istess waqt, jew eżattament wara, l-evalwazzjoni prevista fl-Artikolu 69 tad-Direttiva 2011/61/UE. Il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod partikolari:

(a)  l-impatt tal-Artikolu 16(1) ▌;

(b)  l-impatt fuq id-diversifikazzjoni tal-assi fl-applikazzjoni tal-limitu minimu ta’ 70 % tal-assi tal-investimenti eliġibbli stipulat fl-Artikolu 12(1), b’mod partikolari ▌jekk tkunx meħtieġa żieda fil-miżuri ta’ likwidità ▌;

(c)  il-punt safejn l-ELTIFs huma kkummerċjalizzati fl-Unjoni, inkluż jekk l-AIFMs fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2011/61/UE jistgħux ikunu interessati li jikkummerċjalizzaw l-ELTIFs.

(ca)  il-punt safejn għandha tiġi aġġornata l-lista ta' assi u investimenti eliġibbli, kif ukoll ir-regoli ta' diversifikazzjoni, il-kompożizzjoni tal-portafoll u l-limiti dwar is-self tal-flus;

Ir-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, akkumpanjati fejn meħtieġ mill-proposti adattati għall-emendi.

Artikolu 31

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Il-każ ġie mgħoddi lura lill-kumitat responsabbli biex jerġa jiġi eżaminat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0211/2014).
(2) Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
(3)ĠU C 67, 6.3.2014, p. 71.
(4) Id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali (ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10).
(5) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p.1).
(6)Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
(7)Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201. 27.7.2012. p. 1).
(8)Id-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2011/61/UE u d-Direttiva 2002/92/KE [MIFID ġdida].(ĠU L ...).
(9)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta' April 2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b'referenza u l-pubblikazzjoni ta' prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1).
(10)Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ... [PRIPS] (ĠU ...).
(12)Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(13)Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(14)Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' tali dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(15)Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).
(16)Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), ĠU L 335, 17.12.2009, p.1).
(17)Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(18) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(19)ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.
(20)ĠU L 345, 31.12.2003, p.64.
(21) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.


L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta ***I
PDF 89kWORD 53k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta (COM(2013)0133 – C7-0065/2013 – 2013/0074(COD))
P7_TA(2014)0449A7-0379/2013

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0133),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 43(2) u 100(2), 192(1) u 194(2), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0065/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, minn Parlament tar-Renju tal-Belġju, il-Bundesrat tal-Ġermanja, il-Kamra tar-Rappreżentanti Irlandiża, is-Senat Irlandiż, il-Parlament tal-Litwanja, is-Senat tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Pajjiżi l-Baxxi, is-Senat Pollakk, il-Parlament tal-Finlandja u l-Parlament tal-Isvezja, li jiddikjaraw li l-abbozz tal-att leġiżlattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Settembru 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-9 ta' Ottubru 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0379/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta'April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal ippjanar spazjali marittimu

P7_TC1-COD(2013)0074


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva Nru 2014/89/UE.)

(1) ĠU C 341, 21.11.2013, p.67.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p.124.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-12 ta' Diċembru 2013 (Testi adottati P7_TA(2013)0588).


L-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2015
PDF 383kWORD 101k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2014 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2015 (2014/2003(BUD))
P7_TA(2014)0450A7-0277/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari tal-punt 27 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea(4),

–  wara li kkunsidra l-ftehim ta' kooperazzjoni tal-5 ta' Frar 2014 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2013 dwar l-abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(5),

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau dwar it-tfassil tal-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Bureau fit-2 ta' April 2014 skont l-Artikoli 23(7) u 79(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjonijiet tiegħu tal-11 ta' Marzu 2014 dwar l-aġġustament tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom(6),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-estimi ppreparati mill-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 79(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0277/2014),

A.  billi l-proċedura baġitarja għall-2015 ser issir matul is-sena tal-elezzjonijiet Ewropej, meta l-estimi tal-Parlament għas-sena finanzjarja għall-2015 ser ikunu adottati mill-Parlament attwali u l-baġit finali ser ikun adottat mill-Parlament il-ġdid fil-ħarifa;

B.  billi l-limitu massimu tal-Intestatura V (Nefqa amministrattiva), stabbilit mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid għall-perjodu 2014-2020, jammonta għal EUR 9 076 miljun għall-baġit 2015; billi s-sottolimitu massimu tan-nefqa amministrattiva ġenerali tal-istituzzjonijiet ġie stabbilit għal EUR 7 351 miljun;

C.  billi t-tliet prijoritajiet li ġejjin ġew proposti mis-Segretarju Ġenerali għas-sena finanzjarja 2015, speċifikament: il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi u l-appoġġ kollu meħtieġ sabiex il-Membri tal-Parlament il-ġdid jingħataw is-setgħa biex iwettqu l-mandat tagħhom, il-konsolidament u t-tisħiħ tat-tibdil strutturali b'mod li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Parlament li jikkonforma mas-setgħat kollha tiegħu u l-assenjazzjoni tal-mezzi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġetti pluriennali;

D.  billi s-Segretarju Ġenerali ppropona li jkompli u jsaħħaħ ulterjorment l-erba' oqsma ta' attività adottati wara l-konsultazzjoni mal-Grupp ta' Ħidma Konġunt bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits fl-2014, speċifikament it-tisħiħ tal-konsulenza xjentifika indipendenti u l-kapaċità għall-iskrutinju u t-titjib tal-appoġġ loġistiku u lokali għall-Membri;

E.  billi l-Parlament ser ikompli jeżerċita, b'mod trasparenti, grad għoli ta' responsabbiltà, kontroll u awtolimitazzjoni baġitarji, filwaqt li fl-istess ħin, isib bilanċ delikat bejn id-dixxiplina baġitarja u l-iffrankar strutturali minn naħa waħda, u spinta kkonċertata lejn l-effiċjenza, min-naħa l-oħra;

F.  billi, minkejja l-ftit spazju għall-immanuvrar u l-ħtieġa li jiġi kkontrobilanċjat l-iffrankar f'oqsma oħra, għandhom jiġu kkunsidrati ċerti investimenti b'mod li jissaħħaħ ir-rwol istituzzjonali tal-Parlament u tittejjeb is-sostenibbiltà tal-baġit;

G.  billi l-kooperazzjoni bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits fir-rigward tal-baġit tal-Parlament uriet il-validità tar-rwol tagħha fil-proċess ta' riformi strutturali billi identifikat it-titjib fl-effiċjenza u l-possibbiltajiet ta' ffrankar fil-baġit tal-Parlament matul il-proċeduri baġitarji annwali; billi l-possibbilitajiet ta' ffrankar, li jaffettwaw il-ħidma tal-Parlament u l-Membri tiegħu, jeħtieġ li jiġu diskussi fil-gruppi politiċi u deċiżi permezz ta' votazzjoni fil-plenarja fil-kuntest tal-proċedura tal-baġit;

H.  billi l-ftehim li ntlaħaq fil-11 ta' Marzu 2014 dwar l-aġġustamenti tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet għall-2011 u l-2012 u l-impatt tiegħu fuq il-baġit tal-Parlament għall-2015 feġġew bħala element ġdid tan-negozjati waqt il-fażi ta' konċiljazzjoni bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits;

Qafas ġenerali u baġit kumplessiv

1.   Jisħaq fuq il-fatt li l-baġit 2015 għandu jkun stabbilit fuq bażi realistika u għandu jkun konformi mal-prinċipji ta' dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba; jinnota li l-2015 ser tkun sena sħiħa fil-kariga għall-Parlament il-ġdid;

2.  Jemmen li l-baġit tal-Parlament għandu jirrifletti s-sitwazzjoni ekonomika attwali li qed iħabbtu wiċċhom magħha ċ-ċittadini madwar l-Unjoni, kif ukoll il-limitazzjonijiet fiskali li qed jaffaċjaw bosta Stati Membri, li wħud minnhom huma impenjati fi sforzi serji biex iġibu l-baġits tagħhom fuq livell li huwa aktar sostenibbli fit-tul;

3.  Jisħaq fuq il-fatt li, sabiex il-Membri tal-Parlament il-ġdid ikunu jistgħu jwettqu l-mandat tagħhom u jqawwu l-kapaċità tal-Parlament biex jikkonforma mas-setgħat kollha tiegħu, għandu jiġi żgurat livell ta' riżorsi suffiċjenti;

4.  Jilqa' l-prijoritajiet stabbiliti għas-sena finanzjarja 2015 u jenfasizza li dawn huma f'konformità sħiħa mal-prijoritajiet identifikati mis-Segretarju Ġenerali u diskussi mill-Grupp ta' Ħidma Konġunt bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits; jisħaq fuq il-fatt li dawn ir-riformi għandhom ikomplu jġibu magħhom titjib sostanzjali fl-effiċjenza u jeħilsu r-riżorsi, mingħajr ma jiġu pperikolati l-eċċellenza leġiżlattiva, is-setgħat baġitarji u s-setgħat ta' skrutinju, ir-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali u l-kwalità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol;

5.  Ifakkar li l-livell tal-abbozz preliminari tal-estimi għall-baġit 2015, kif issuġġerit mir-rapport tas-Segretarju Ġenerali, jammonta għal EUR 1 822 929 112 (20,09 % tal-Intestatura V); iqis ir-rata ta' żieda ta' 3.83 % meta mqabbel mal-baġit tal-2014; jinnota li 0,67 % ta' din iż-żieda tikkorrispondi għall-allokazzjoni li jieħdu l-Membri fl-aħħar tal-mandat tagħhom, li huma spejjeż statutorji u obbligatorji u 1.42 % tikkorrispondi għal investimenti fit-tul għall-kostruzzjoni tal-bini KAD; għaldaqstant jinnota li l-livell taż-żieda għall-infiq l-ieħor kieku jikkorrispondi għal +1,74 %;

6.  Jieħu nota tal-Abbozz Preliminari tal-Estimi tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2015 kif ġie adottat mill-Bureau nhar it-2 ta' April 2014; jilqa' l-livell tal-abbozz preliminari tal-estimi, kif adottat mill-Bureau, li huma aktar baxxi mill-proposta inizjali b'mod sinifikanti; jiddispjaċih madankollu rigward il-proċedura twila u diffiċli;

7.  Japprova l-abbozz tal-estimi għas-sena 2015 li ġie stabbilit għal EUR 1 794 929 112, li jikkorrispondu għal rata kumplessiva ta' żieda ta' 1,8 % fuq il-baġit 2014 u jaqbel barra minn hekk li jinkludi fl-abbozz tal-estimi tiegħu in-nefqa straordinarja obbligatorja ta' 0,4 % li tirriżulta mill-ftehim il-ġdid rigward il-koeffiċjent għall-aġġustament tar-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet;

8.  Jemmen li jista' jinkiseb iffrankar ulterjuri billi tingħata ħarsa kritika lejn il-linji baġitarji relatati mat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, in-nefqa fuq il-vetturi u r-riżerva ta' kontinġenza;

9.  Jemmen li l-leġiżlatura li jmiss se jkollha l-possibilità li tikkunsidra mill-ġdid u tadatta l-prijoritajiet baġitarja u se tieħu d-deċiżjoni finali f'Ottubru 2014;

10.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta, qabel il-qari tal-baġit, stima tal-ispejjeż għall-kostruzzjoni tal-bini KAD fis-snin li ġejjin b'mod li jiġi previst l-ammont korrett fil-baġit 2015; jistieden barra minn hekk lis-Segretarju Ġenerali jevalwa, fi tmiem is-sena, il-fondi li ma jkunux intużaw fil-baġit 2013 u jimpenjahom għall-proġett KAD;

11.  Jenfasizza li peress li l-infiq statutorju u obbligatorju, bħall-kera u l-ispejjeż tal-enerġija, kif ukoll l-infiq għall-pagi, hu soġġett għal indiċizzazzjonijiet annwali, il-livell għal infiq ieħor tnaqqas f'termini nominali; jinnota li dan kien possibbli minħabba r-riformi u l-iffrankar strutturali miksuba fis-snin preċedenti;

12.  Jappella biex l-iffrankar potenzjali li identifika l-Grupp ta' Ħidma Konġunt bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits jiġi investigat ulterjorment b'mod li jiġi ġġenerat iffrankar organizzattiv sostanzjali, bħall-kamp ta' applikazzjoni għall-arranġamenti ta' kooperazzjoni interistituzzjonali bejn il-Parlament, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, li jirrifletti r-rieda li jissaħħaħ ir-rwol istituzzjonali, politiku u leġiżlattiv tal-Parlament u ż-żewġ Kumitati konsultattivi; jinnota li r-ristrutturar tas-Servizz ta' Traduzzjoni tal-Kumitati għandu jtejjeb il-ħidma politika prinċipali rispettiva tagħhom u jsaħħaħ is-Servizz ta' Riċerka l-ġdid għall-Membri; jenfasizza li, skont din ir-riforma organizzativa, il-Parlament jista' jsir il-fornitur standard tas-servizzi ta' interpretazzjoni ta' dawn iż-żewġ Kumitati; jappoġġja l-idea li joffri l-kapaċitajiet ta' interpretazzjoni lil istituzzjonijiet oħra f'perjodi kwieti għall-Parlament,

13.  Jieħu nota tal-arranġament ta' kooperazzjoni interistituzzjonali bejn il-Parlament, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, iffirmat fil-5 ta' Frar 2014; jitlob li tiġi pprovduta informazzjoni dettaljata dwar l-impatt finanzjarju u l-progress fl-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim lill-Kumitat għall-Baġits sal-bidu tal-2015, waqt li titqies il-preparazzjoni tal-estimi għall-baġit 2016;

14.  Jilqa' l-miżuri interni biex iwasslu għal iffrankar fl-effiċjenza fil-baġit tal-Parlament, bħall-iżvilupp ta' sistema tat-traduzzjoni bbażata fuq id-domandi tal-Membri għal emendi fil-kumitati, sistema ta' interpretazzjoni fuq talba fil-laqgħat apparti l-Plenarja, l-implimentazzjoni ta' Parlament mingħajr karti, proposti għal struttura aktar effiċjenti tar-ritmu tax-xogħol tal-Parlament u l-migrazzjoni mis-sistema Streamline għal dik Sysper2;

15.  Jissottolinja li n-nefqa statutorja u obbligatorja meħtieġa għall-2015 trid tiġi koperta; jikkunsidra li deċiżjoni finali tista' tittieħed biss mil-leġiżlatura l-ġdida, fil-ħarifa, ladarba jkunu magħrufa l-ammonti preċiżi;

Kwistjonijiet speċifiċi

16.  Jisħaq fuq il-fatt li l-miżuri ekonomiċi strutturali li twettqu matul is-seba' leġiżlatura wasslu għal iffrankar sinifikanti fil-baġit tal-Parlament, bħal EUR 15-il miljun u EUR 10 miljun fis-sena fil-qasam tal-interpretazzjoni u t-traduzzjoni rispettivament, EUR 4 miljun addizzjonali fi spejjeż tal-ivvjaġġar u ffrankar ta' EUR 28 miljun fi mgħax permezz ta' prefinanzjament tal-bini; jinnota li hu antiċipat li jkun hemm iffrankar ulterjuri fl-2015, jiġifieri EUR 1,9 miljun mit-trasferiment tal-ġestjoni tal-pensjonijiet tal-Membri lill-Kummissjoni u EUR 15 miljun fil-bini;

17.  Jenfasizza l-fatt li l-awtolimitazzjoni istituzzjonali fis-seba' leġiżlatura, meta jitqies il-livell tar-rati ta' inflazzjoni rilevanti, f'termini reali wasslet għal tnaqqis fil-baġit tal-Parlament għall-2012 u l-2014; jinnota li, ladarba tneħħa l-infiq eċċezzjonali u mhux rikorrenti, bħal tkabbir tal-Unjoni jew infiq ieħor relatat mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, l-elezzjonijiet Ewropej u l-finanzjament tal-proġetti ta' bini, jidher li f'ħames snin minn sitta kien hemm tnaqqis (2009, 2011, 2012, 2013 u 2014); jisħaq, barra minn hekk, fuq il-fatt li l-allowances tal-Membri ilhom iffriżati mill-2011, l-infiq għall-ivvjaġġar għall-Membri u l-persunal tnaqqas b'5 % u l-allowances għall-missjonijiet tal-persunal ilhom mill-2007 ma jiġu indiċizzati;

18.  Jikkunsidra n-nota tas-Segretarju Ġenerali ta' Novembru 2013 dwar l-Implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal u dwar ir-riforma u r-reviżjoni tar-regoli u l-proċeduri misluta minnhom; jinsisti li r-regoli dwar il-liv tal-ġenituri għandhom jiġu implimentati b'mod korrett;

19.  Jinnota, b'referenza għar-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, li sabiex ikun konformi mat-tnaqqis annwali ta' 1 % fil-livell tal-persunal, is-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament ser inaqqas ir-riżorsi umani tiegħu u kwalunkwe kompitu ġdid ser isir permezz tal-persunal disponibbli u ta' tqassim mill-ġdid tar-riżorsi umani;

20.  Itenni r-responsabbiltà tal-Parlament li jaġixxi b'mod sostenibbli; jilqa' l-isforzi li saru sabiex jinkiseb ambjent li ma jagħmilx użu mill-karti u l-ħidma prezzjuża li għaddejja permezz tal-approċċ EMAS; jemmen li l-proċess EMAS jeħtieġ appoġġ kostanti;

21.  Jieħu f'kunsiderazzjoni l-konklużjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konġunt bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits dwar il-baġit tal-Parlament li għandhom jitwettqu riformi strutturali u organizzattivi; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-forniment ta' konsulenza xjentifika indipendenti u l-kapaċità li jitwettaq skrutinju, kif ukoll l-appoġġ għall-Membri, għandhom ikomplu jittejbu sabiex tissaħħaħ il-ħidma tal-Parlament bħala istituzzjoni vestita bis-setgħa leġiżlattiva u bis-setgħa ta' skrutinju demokratiku; jisħaq fuq il-fatt li dawn l-objettivi għandhom jiġu implimentati b'mod li jkun finanzjarjament responsabbli u li s-Segretarju Ġenerali għandu jistabbilixxi b'mod ċar pjan dettaljat, li għandu jiġi ppreżentat quddiem il-Kumitat għall-Baġits, dwar kif se jiġu sodisfatti dawn l-objettivi u l-impatt baġitarju li se jkollhom qabel il-qari tal-baġit 2015 fil-Parlament;

22.  Jiddispjaċih dwar l-iffriżar tal-allokazzjonijiet għall-gruppi politiċi; il-gruppi politiċi huma kontributuri indispensabbli fil-ħidma leġiżlattiva u mhux leġiżlattiva tal-Parlament u fl-eżerċizzju ta' skrutinju tiegħu;

23.  Jenfasizza li biex jiġi indirizzat l-iżvilupp ta' dawn l-erba' oqsma ta' attività b'mod li jkun finanzjarjament responsabbli, il-Grupp ta' Ħidma Konġunt identifika seba' oqsma fejn il-Parlament jista' jtejjeb l-effiċjenza tiegħu:

   (i) L-iżvilupp ta' sistema ta' traduzzjoni fuq talba mill-Membri għall-emendi tal-kumitati,
   (ii) L-esplorazzjoni tal-possibbiltajiet għal kooperazzjoni interistituzzjonali mal-Kumitat tar-Reġjuni u mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
   (iii) L-esplorazzjoni tal-possibbiltà li, f'perjodi kwieti għall-Parlament, joffri l-kapaċitajiet ta' interpretazzjoni lil istituzzjonijiet oħra,
   (iv) Il-migrazzjoni mis-sistema attwali għall-ġestjoni tar-riżorsi umani, Streamline, għal Sysper2,
   (v) It-tħejjija għal struttura iżjed effiċjenti għar-ritmu tax-xogħol tal-Parlament ,
   (vi) It-tħejjija għal Parlament mingħajr karti, fejn ikun possibbli, permezz tal-aħjar prattika u l-implimentazzjoni sħiħa tal-proġett ta' laqgħat elettroniċi,
   (vii) L-iżvilupp ta' sistema ta’ interpretazzjoni fuq talba għal-laqgħat apparti l-Plenarja;

24.  Ifakkar, waqt li jammetti l-importanza li jkun hemm effiċjenza u kost-effikaċja fil-qasam tal-interpretazzjoni, li dawn l-aspetti ma jistgħux inawru d-disponibbiltà ta' informazzjoni f'ħin reali u aċċessibbli madwar l-Unjoni, meta dak li jkun jikkunsidra li l-multingwiżmu u l-interpretazzjoni għal streaming fuq l-internet u t-trasparenza Parlamentari huma ta' importanza kruċjali għall-pubbliku u għaldaqstant għall-Membri tal-Parlament;

25.  Jemmen li biċċa mill-infiq relatat mat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni għall-benefiċċju dirett tal-Membri tista' tiġi ffinanzjata mill-allowance għall-ispejjeż ġenerali tal-Membru;

26.  Itenni li jeħtieġ li investimenti fit-tul, bħall-proġetti ta' bini tal-Parlament, jiġu ġestiti bi prudenza u trasparenza; jinsisti li jkun hemm dixxiplina fil-ġestjoni tal-ispejjeż u fil-programmazzjoni u s-superviżjoni tal-proġetti; itenni t-talba tiegħu għal proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet trasparenti fil-qasam tal-politika dwar il-bini, abbażi ta' informazzjoni bikrija; jappella biex jiġu ppreżentati analiżi dettaljata u aġġornament tal-politika tal-Parlament rigward immobbli adottata mill-Bureau f'Marzu 2010, kif ukoll ħarsa ġenerali lejn l-investimenti li jsiru kull sena u għal kull bini taħt il-leġiżlatura 2009-2014 lill-Kumitat għall-Baġits sa mhux aktar tard minn Awwissu 2014, u jtenni t-talba tiegħu li, fuq bażi semestrali, tiġi fornuta informazzjoni preċiża dwar il-progress fil-proġetti tal-bini u l-implikazzjoni finanzjarja tagħhom;

27.  Jieħu nota tal-fatt li hu mbassar li Dar l-Istorja Ewropea ser tinfetaħ fl-aħħar tal-2015; jistenna l-informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni attwali tal-proġett mingħand is-Segretarju Ġenerali u l-Bureau li għandha tiġi ppreżentata fi żmien utli qabel il-qari tal-Parlament fil-ħarifa 2014; itenni l-impenn tiegħu li l-eżitu tal-ispejjeż finali m'għandux jaqbeż iċ-ċifri stabbiliti fil-pjan ta' attività tiegħu;

28.  Ifakkar li, fl-10 ta' Ġunju 2013, il-Bureau approva l-proposti tas-Segretarju Ġenerali għal miżuri immedjati u oħrajn li kellhom jiddaħħlu gradwalment b'mod li tiġi mmodernizzata l-politika tal-Parlament dwar servizzi ta' catering għall-2014-2019; jappella, għalhekk, lill-Bureau biex jippreżenta lill-Kumitat għall-Baġits evalwazzjoni ċara tal-implikazzjonijiet baġitarji possibbli ta' din ir-riforma fuq il-baġit 2015 u oltre fi żmien utli għat-tħejjija tal-qari fil-Parlament tal-baġit 2015;

29.  Jappella lis-Segretarju Ġenerali biex jirrapporta lill-Kumitat għall-Baġits dwar l-implimentazzjoni u l-impatt finanzjarju tal-kunċett ta' sigurtà globali l-ġdid sar-rebbiegħa 2015; jitlob informazzjoni dettaljata dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-ħolqien tad-Direttorat Ġenerali l-ġdid għas-Sigurtà fl-2013; jappella għal informazzjoni dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-arranġamenti għal kooperazzjoni amministrattiva interistituzzjonali fil-qasam tas-sigurtà;

30.  Jieħu nota tal-ħolqien tad-Direttorat Ġenerali l-ġdid għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari fl-1 ta' Novembru 2013; ifakkar li dan inħoloq b'mod li ma jkollux effett fuq il-baġit permezz ta' riallokazzjonijiet mid-Direttorati Ġenerali PRES u IPOL, u li d-Direttorat Ġenerali l-ġdid mhu se jirrikjedi la riżorsi umani u lanqas finanzjarji ġodda fl-2015; jitlob informazzjoni dwar l-għadd ta' karigi fid-Direttorat il-ġdid f'Awwissu/Settembru 2014, inkluż it-trasferiment ippjanat ta' karigi miż-żewġ Kumitati Konsultattivi Ewropej, meta mqabbel mas-sitwazzjoni f'Jannar 2014, u jitlob analiżi dwar kif ir-riżorsi esperti esterni għandhom jintużaw, liema analiżi għandha tiġi ppreżentata lill-Kumitat għall-Baġits fi żmien opportun għat-tħejjija għall-ewwel qari fil-Parlament tal-baġit 2015;

Kunsiderazzjonijiet finali

31.  Jadotta l-estimi għas-sena finanzjarja 2015;

32.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(3) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(4) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15.
(5) Testi adottati, P7_TA(2013)0437.
(6) Testi adottati, P7_TA(2014)0186 u P7_TA(2014)0187.


Il-ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni ***I
PDF 85kWORD 52k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (COM(2013)0404 – C7-0170/2013 – 2013/0185(COD))
P7_TA(2014)0451A7-0089/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0404),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 103 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0170/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Ottubru 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0089/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea

P7_TC1-COD(2013)0185


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva Nru 2014/104/UE.)

(1) ĠU C 67, 6.3.2014, p. 83.


Vjeġġi ta' skart ***I
PDF 291kWORD 55k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjeġġi ta' skart (COM(2013)0516 – C7-0217/2013 – 2013/0239(COD))
P7_TA(2014)0452A7-0069/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0516),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0217/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta' Jannar 2014(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0069/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjeġġi ta' skart

P7_TC1-COD(2013)0239


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 660/2014.)

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni biħsiebha tagħmel użu mill-prerogattiva tagħha li tadotta linji gwida, b'mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskji għall-pjanijiet ta' spezzjoni u, jekk ikun meħtieġ, l-iskambju ta' data elettronika.

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Sustanzi psikoattivi ġodda ***I
PDF 618kWORD 219k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq sustanzi psikoattivi ġodda (COM(2013)0619 – C7-0272/2013 – 2013/0305(COD))
P7_TA(2014)0453A7-0172/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM2013)0619),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0272/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati sottomessi, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-House of Commons tar-Renju Unit u mill-House of Lords tar-Renju Unit li jiddikjaraw li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat u Ewropew u Soċjali Ewropew tas-21 ta' Jannar 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0172/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq sustanzi psikoattivi ġodda

P7_TC1-COD(2013)0305


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3).

Billi:

(1)  Sustanzi psikoattivi ġodda, li jistgħu jkollhom numru ta' użi kummerċjali u industrijali, kif ukoll użu xjenttifiku, jistgħu jkunu ta' riskju għas-saħħa, soċjetà u sigurtà meta kkunsmati mill-bnedmin.

(2)  Matul l-aħħar snin, l-Istati Membri nnotifikaw numru dejjem jikber ta’ sustanzi psikoattivi ġodda permezz tal-mekkaniżmu għall-iskambju rapidu ta’ informazzjoni li kient stabbilit bl-Azzjoni Konġunta 97/396/ĠAI(4) u li kien imssaħħaħ ulterjorment mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI(5). Maġġoranza kbira ta' dawn is-sustanzi psikoattivi ġodda ġew irrappurtati minn aktar minn Stat Membru wieħed. Ħafna sustanzi psikoattivi ġodda bħal dawn inbiegħu lill-konsumaturi mingħajr tikketti u istruzzjonijiet ta' użu xierqa.

(3)  L-awtoritajiet pubbliċi kompetenti tal-Istati Membri jintroduċu bosta miżuri ta' restrizzjoni fuq dawn is-sustanzi psikoattivi ġodda biex jindirizzaw ir-riskji li għandhom jew li jista' jkollhom meta jiġu kkunsmati. Minħabba li sustanzi psikoattivi ġodda spiss jintużaw għal finijiet ta’ riċerka xjentifika u żvilupp u fil-produzzjoni ta' bosta prodotti jew ta' sustanzi oħra li huma użati għall-manifattura ta' prodotti, bħall-mediċini, solventi industrijali, aġenti tat-tindif, prodotti oħra fl-industrija b'teknoloġija avvanzata , ir-restrizzjoni tal-aċċess tagħhom għal dan l-użu jista' jkollha impatt importanti fuq l-operaturi ekonomiċi, u potenzjalment tħarbat l-attivitajiet ta' negozju tagħhom fis-suq intern u tista’ timpedixxi wkoll ir-riċerka xjentifika u l-iżvilupp sostenibbli. [Em. 1]

(4)  In-numru dejjem jiżdied ta' sustanzi psikoattivi ġodda disponibbli fis-suq intern, il-varjetà dejjem tikber, il-veloċità li biha qed isiru preżenti fuq is-suq, ir-riskji differenti li jista' jkollhom meta kkunsmati mill-persuni u n-numru dejjem jikber ta' individwi li jikkunsmawhom u n-nuqqas ta’ għarfien ġenerali u s-sensibilizzazzjoni min-naħa tal-pubbliku dwar ir-riskji assoċjati mal-konsum tagħhom jisfidaw il-kapaċità tal-awtoritajiet pubbliċi biex jipprovdu reazzjonijiet effettivi biex jipproteġu s-saħħa u s-sigurtà pubblika mingħajr ma jfixklu l-funzjonament tas-suq intern. [Em. 2]

(5)  Billi l-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi fl-Istati Membri huma differenti fir-rigward tas-sustanzi psikoattivi, miżuri ta’ restrizzjoni jvarjaw b’mod sinifikanti fi Stati Membri differenti b'mod rispettiv, jiġifieri l-operaturi ekonomiċi li jużawhom fil-produzzjoni ta’ oġġetti varji għandhom, fil-każ tal-istess sustanza psikoattiva ġdida, ikunu konformi ma rekwiżiti differenti, bħal notifika ta’ preesportazzjoni, awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, jew liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni. B'riżultat ta' hekk, id-differenzi bejn il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar sustanzi psikoattivi ġodda jistgħu potenzjalment itellfu sa ċertu punt il-funzjonament l-funzjonament tas-suq intern, billi jikkawżaw ostakli għall-kummerċ, frammentazzjoni tas-suq, nuqqas ta' ċarezza legali u ta' nuqqas ta' ugwaljanza għall-operaturi ekonomiċi, u jgħamluhajagħmluha aktar diffiċli għall-kumpaniji biex joperaw madwar is-suq intern. [Em. 3]

(6)  Miżuri ta' restrizzjoni jistgħu mhux biss joħolqu ostakli lill-kummerċ fil-każ ta' sustanzi psikoattivi ġodda li diġa' għandhom użu kummerċjali, industrijali jew xjentifiku iżda jistgħu wkoll jwaqqfu iwaqqfu l-iżvilupp ta' dawn l-użi, u probabbli joħolqu ostakli għall-kummerċ għal operaturi ekonomiċi li jfittxu li jiżviluppaw dawn l-użi, billi jgħamlu jagħmlu l-aċċess aktar diffiċli għal dawk is-sustanzi psikoattivi ġodda. [Em. 4]

(7)  Id-differenzi bejn il-miżuri ta' restrizzjoni varji applikati għal sustanzi psikoattivi ġodda, filwaqt li huma leġittimi għaliex iwieġbu għall-partikolaritajiet ta’ kull Stat Membru fir-rigward tas-sustanzi psikoattivi, jistgħu wkoll iwasslu għall-ispostament ta' sustanzi psikoattivi perikolużi ġodda bejn l-Istati Membri, u jfixklu l-isforzi biex jirrestrinġu d-disponibilità tagħhom għall-konsumaturi u jpoġġu fil-periklu l-protezzjoni tal-konsumatur madwar l-Unjoni, jekk ma jiġux imsaħħa l-iskambju effiċjenti tal-informazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri. [Em. 5]

(7a)  Tali differenzi jiffaċilitaw it-traffiku illegali ta' sustanzi bħal dawn minn persuni kriminali, b’mod partikolari gruppi l-kriminali organizzati. [Em. 6]

(8)  Differenzi bħal dawn huma mistennija jiżdiedu jkomplu hekk kif l-Istati Membri jkomplu jsegwu jadottaw approċċi differenti biex jindirizzaw sfidi fir-rigward ta’ sustanzi psikoattivi ġodda. Għalhekk, l-ostakli għall-kummerċ u l-frammentazzjoni tas-suq, u n-nuqqas ta' ċarezza legali u kondizzjonijiet ekwivalenti huma mistennija jiżdiedu jkomplu, biex b'hekk ikomplu jtellfu l-funzjonament tas-suq intern jekk l-Istati Membri ma jikkoordinawx u ma jikkooperawx b’mod iżjed effiċjenti. [Em. 7]

(9)  Din id-distorsjoni fil-funzjonament tas-suq intern għandha tiġi eliminata, dawn għandhom jiġu indirizzati u għal dan il-għan, ir-regoli relatati ma' sustanzi psikoattivi ġodda li huma ta' tħassib fuq il-livell ta' Unjoni għandhom ikunu approssimati, filwaqt li fl-istess ħin, jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, tas-sigurtàtas-sikurezza u tal-konsumatur u flessibbiltà għall-Istati Membri biex iwieġbu għas-sitwazzjonijiet lokali. [Em. 8]

(10)  Sustanzi psikoattivi ġodda u taħlitiet għandhom ikunu jistgħu jiċċirkolaw liberament fl-Unjoni meta maħsuba għall-użu kummerċjali u industrijali, kif ukoll għar-riċerka u l-iżvilupp xjentifiċi. Dan ir-regolament għandu jistabbilixxi regoli għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet għal dan il-moviment ħieles., minn persuni awtorizzati kif xieraq fl-istabbilimenti li huma direttament taħt il-kontroll tal-awtoritajiet tal-Istati Membri jew speċifikament approvati minnhom. [Em. 9]

(11)  Sustanzi psikoattii ġodda li huma ta' riskju għas-saħħa, soċjetà u sigurtà madwar l-Unjoni ħandhom ikunu indirizzati fuq il-livell tal-Unjoni. l-azzjonifuq is-sustanzi psikoattivi ġodda taħt dan ir-Regolament għandha tikkontribwixxi għall livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà umana, kif imnaqqax fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(12)  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal prekursuri tad-droga minħabba li d-differenza ta' dawk is-sustanzi kimiċi għall-iskop ta' manifatura ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi hija indirizzata taħt Regoalment (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill(6) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005(7).

(13)  Kwalunkwe azzjoni tal-Unjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda għandha tkun ibbażata fuq evidenza xjentifika u għandha tkun soġġetta għal proċedura speċifika. Ibbażat fuq l-informazzjoni nnotifikata mill-Istati Membri, għandu jitħejja rapport fuq sustanzi psikoattivi ġodda li joħolqu tħassib madwar l-Unjoni. Ir-rapport għandu jindika jekk hemmx bżonn li titwettaq valutazzjoni tar-riskju. Wara l-evalwazzjoni tar-riskju, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk is-sustanzi psikoattivi l-ġodda għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe miżuri ta’ restrizzjoni. Fil-każ ta’ tħassib dwar is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha tissottomettihom għal restrizzjoni temporanja tas-suq tal-konsumatur qabel il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskju. Fil-każ li tirriżulta informazzjoni ġdida dwar sustanza psikoattiva ġdida, il-Kummissjoni għandha tivvaluta mill-ġdid il-livell ta' riskji li jkollha. Rapporti dwar sustanzi psikoattivi ġodda għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku.

(14)  L-ebda valutazzjoni tar-riskju m'għandha ssir skont dan ir-Regolament fuq sustanza psikoattiva ġdida jekk hija soġġetta għal valutazzjoni skont il-liġi internazzjonali, jew jekk hija sustanza attiva fi prodott mediċinali jew fi prodott mediċinali veterinarju, sakemm fil-livell tal-Unjoni ma jkunx hemm biżżejjed dejta disponibbli li tissuġġerixxi l-ħtieġa ta' rapport konġunt miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) u mill-Europol. [Em. 10]

(15)  Fejn is-sustanza psikoattiva l-ġdida li dwarha jitfassal rapport hija sustanza attiva fi prodott mediċinali jew fi prodott mediċinali veterinarju, il-Kummissjoni flimkien mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tivvaluta l-ħtieġa għal aktar azzjoni.

(16)  Il-miżuri meħuda fuq sustanzi psikoattivi ġodda fuq il-livell tal-Unjoni għandhom ikunu proporzjonati mar-riskji għas-saħħa, soċjetà u sigurtà li għandhom.

(17)  Ċerti sustanzi psikoattivi ġodda huma ta' riskju jippreżentaw riskji immedjati għas-saħħa pubblika immedjat, u jeħtieġu azzjoni urġenti. Għalhekk, id-disponibbiltà tagħhom għall-konsumaturi għandha tkun ristretta għal żmien limitatsuffiċjenti, sakemm issir il-valutazzjoni tar-riskju tagħhom u sakemm il-livell ta’ riskju ppreżentat minn sustanza psikoattiva ġdida jkun ġie determinat u, jekk ġustifikat, tkun daħlet fis-seħħ deċiżjoni li tintroduċi miżuri permanenti fis-suq. [Em. 11]

(18)  Fuq il-bażi ta' evidenza eżistenti u kriterji predefiniti, l-ebda miżura ta' restrizzjoni m'għandha tiġi introdotta fuq il-livell tal-Unjoni fuq sustanzi psikoattivi ġodda li humajippreżentaw ta' riskji baxxi għas-saħħa, soċjetà u sigurtà għas-soċjetà u għas-sikurezza, imma l-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri ulterjuri li huma meqjusa xierqa jew meħtieġa skont ir-riskji speċifiċi li sustanza toħloq fit-territorji tagħhom meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali u kwalunkwe fattur soċjali, ekonomiku, legali, amministrattiv jew fattur ieħor li jistgħu jqisu rilevanti. [Em. 12]

(19)  Fuq il-bażi tal-evidenza eżistenti u ta’ kriterji predefiniti, dawk is-sustanzi psikoattivi ġodda li joħolqu riskji moderati għas-saħħa, soċjali u ta’ sigurtà għas-soċjetà u għas-sikurezza m’għandhomx ikunu disponibbli għall-konsumaturi. [Em. 13]

(20)  Fuq il-bażi tal-evidenza eżistenti u ta’ kriterji predefiniti, dawk is-sustanzi psikoattivi ġodda li joħolqu riskji gravi għas-saħħa, soċjali u ta’ sigurtà għas-soċjetà u għas-sikurezza m’għandhomx ikunu disponibbli għall-konsumaturi. [Em. 14]

(21)  Dan ir-Regolament għandu jipprovdi għal eċċezzjonijiet sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, biex tkun iffaċilitata r-riċerka xjentifika u l-iżvilupp, u biex ikun permess l-użu ta’ sustanzi psikoattivi ġodda fl-industrija, sakemm dawn ma jkunux jistax ikollhom effetti ta' ħsara u ma jkunux jistgħu jiġu abbużati jew irkuprati. [Em. 15]

(21a)  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu d-devjazzjoni lejn is-swieq illeċiti ta’ sustanzi psikoattivi ġodda użati għal skopijiet ta’ riċerka u żvilupp jew għal kwalunkwe użu awtorizzat ieħor. [Em. 16]

(22)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għal ksur ta' miżuri ta' restrizzjoni. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u li kapaċi jiddisswadu.

(23)  L-EMCDDA stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1920/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) għandhom ikollhom għandu jkollu rwol ċentrali fl-iskambju u l-koordinazzjoni ta' informazzjoni fuq sustanzi psikoattivi ġodda u fil-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa, soċjetà u sigurtà għas-soċjetà u għas-sikurezza li għandhom Billi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament hemm żieda fl-ammont ta’ informazzjoni mistennija li tinġabar u tiġi ġestita mill-EMCDDA, għandu jiġi previst u pprovdut appoġġ speċifiku. [Em. 17]

(24)  Il-mekkaniżm għal skambju mgħaġġel ta' informazzjoni fuq sustanzi psikoattivi ġodda wera li huwa mezz utli għall-iskambju ta' informazzjoni fuq sustanzi psikoattivi ġodda (is-'Sistema ta’ Twissija Bikrija tal-Unjoni Ewropea dwar Sustanzi Psikoattivi Ġodda' (minn hawn ’il quddiem ‘EWS’)) fuq tendenzi ġodda fl-użu ta' sustanzi psikoattivi kkontrollati u fuq twissijiet għas-saħħa pubblika relatati. Dan il-mekkaniżmu għandu jkun imsaħħaħ aktar biex jippermetti reazzjoni aktar effettiva għall-preżenza u firxa mgħaġġla ta' sustanzi psikoattivi ġodda madwar l-Unjoni, il-mekkaniżmu għandu jinżamm u jiġi żviluppat iżjed, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta dwar l-iskoperta u l-identifikazzjoni ta’ sustanzi psikoattivi ġodda, avvenimenti ta' ħsara assoċjati mal-użu tagħhom, u l-involviment ta’ gruppi kriminali fis-suq permezz tal-bażi ta' dejta tal-Unjoni tas-sustanzi psikoattivi l-ġodda (il-'bażi ta' dejta Ewropea dwar Drogi Ġodda'). Il-midja, b’mod partikolari l-letteratura xjentifika u medika, tista’ tkun sors importanti ta’ informazzjoni dwar rapporti ta’ każijiet ta’ avvenimenti ta' ħsara. Sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza tar-rappurtar, l-EMCDDA għandu jimmonitorja s-sustanzi psikoattivi ġodda kollha u jdaħħal din l-informazzjoni fil-Bażi ta' Dejta Ewropea dwar Drogi Ġodda. Is-settijiet tad-dejta essenzjali għall-funzjonament ta’ dan ir-Regolament jinkludu dejta dwar l-iskoperta u l-identifikazzjoni ta’ sustanzi psikoattivi ġodda, avvenimenti ta' ħsara assoċjati mal-użu tagħhom, u l-involviment ta’ gruppi kriminali fis-suq. Għandu jiġi ddefinit sett tad-dejta ċentrali. Is-sett tad-dejta ċentrali għandu jiġi rivedut fuq bażi regolari biex jiġi żgurat li jirrifletti l-informazzjoni meħtieġa għall-funzjonament effettiv ta' dan ir-Regolament. L-avvenimenti ta' ħsara serji suspettati, inkluż l-avvenimenti ta' ħsara fatali, għandhom jiġu soġġetti għar-rappurtar imħaffef. [Em. 18]

(24a)  Sabiex l-Istati Membri jitħallew jirċievu, ikollhom aċċess b’mod simultanju għal u jaqsmu informazzjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda fl-Unjoni, il-Bażi ta' Dejta Ewropea dwar Drogi Ġodda għandha tkun aċċessibbli b’mod sħiħ u permanenti għall-Istati Membri, l-EMCDDA, il-Europol u l-Kummissjoni. [Em. 19]

(24b)  L-EMCDDA għandu joħroġ twissijiet dwar is-saħħa lill-Istati Membri kollha, permezz tas-sistema għall-iskambju rapidu ta' informazzjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda, jekk, abbażi ta' informazzjoni li jirċievi dwar sustanza psikoattiva ġdida, jidher li dik is-sustanza tikkawża tħassib rigward is-saħħa pubblika. Dawn it-twissijiet dwar is-saħħa għandu jkun fihom ukoll informazzjoni rigward miżuri ta’ prevenzjoni, trattament u tnaqqis tal-ħsara li jistgħu jittieħdu biex jiġu indirizzati r-riskji assoċjati mas-sustanza.[Em. 20]

(24c)  Sabiex titħares is-saħħa pubblika, għandu jkun hemm finanzjament adegwat tal-attivitajiet tal-EWS tal-EMCDDA u l-Europol.[Em. 21]

(25)  L-informazzjoni mill-Istati Membri hija kruċjali għall-funzjonament effettiv tal-proċeduri li jwasslu għal deċiżjoni fuq ir-restrizzjoni tas-suq ta' sustanzi psikoattivi ġodda. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jiġbru, fuq bażi regolari, dejta dwar il-preżenza u l-użu ta' sustanzi psikoattivi ġoddakwalunkwe sustanza psikoattiva ġdida, problemi għas-saħħa, sigurtà u soċjetà għas-sikurezza u għas-soċjetà relatati u reazzjonijiet politiċital-politika, skont il-qafas tal-EMCDDA għall-ġbir ta' dejta għall-indikaturi epidemoloġiċiepidemjoloġiċi ewlenin u dejta oħra relevanti. Huma għandhom jikkondividu din dik id-dejta b’mod partikolari mal-EMCDDA, il-Europol u l-Kummissjoni. [Em. 22]

(25a)  L-informazzjoni dwar sustanzi psikoattivi ġodda pprovduta mill-Istati Membri u skambjata bejniethom hija kruċjali għall-politiki nazzjonali tagħhom dwar is-saħħa, kemm f’termini ta’ prevenzjoni tad-drogi kif ukoll ta’ trattament għall-utenti tad-drogi psikoattivi f’servizzi ta’ rkupru. L-Istati Membri għandhom jużaw l-informazzjoni kollha disponibbli b’mod effettiv u jimmonitorjaw l-iżviluppi rilevanti. [Em. 23]

(26)  Nuqqas ta' kapaċità biex jiġu identifikati u antiċipati l-preżenza u l-firxa ta' sustanzi psikoattivi ġodda u n-nuqqas ta' evidenza dwar ir-riskji għas-saħħa, soċjetà u sigurtà għas-soċjetà u għas-sikurezza tagħhom ifixklu d-dispożizzjonil-forniment ta' reazzjoni effettiva. Għalhekk, għandu jiġi pprovdut rispons, inklużgħandhom jiġu pprovduti appoġġ u r-riżorsi neċessarji fuq il-livell tal-Unjoni u nazzjonali, biex jiffaċilita l-kooperazzjonijiffaċilitaw kooperazzjoni regolari u sistematika bejn l-EMCDDA, Punti Fokali Nazzjonali, rappreżentanti tal-kura tas-saħħa u tal-infurzar tal-liġi fuq il-livell nazzjonali u reġjonali, istituti ta' riċerka u laboratorji forensiċi b'għarfien espert, sabiex iżidu l-kapaċità li jivvalutaw u jindirizzaw b'mod effettiv is-sustanzi psikoattivi ġodda. [Em. 24]

(26a)  Salvagwardji xierqa, bħall-anonimizzazzjoni tad-dejta, għandhom ikunu stabbiliti sabiex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta personali, b’mod partikolari meta tinġabar u tinqasam dejta sensittiva. [Em. 25]

(27)  Il-proċeduri għall-iskambju ta' informazzjoni, valutazzjoni tar-riskju u adozzjoni ta' miżuri ta' restrizzjoni temporanji u permanenti fuq sustanzi psikoattivi ġodda stabbiliti minn dan ir-Regolament għandhom jippermettu azzjoni rapida. Miżuri ta' restrizzjoni fis-suq għandhom jiġu adottati mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn tmien ġimgħat mill-irċevuta tar-rapport konġunt jew r-rapport ta' valutazzjoni tar-riskju.

(28)  Sakemm l-Unjoni ma adottatx miżuri biex tpoġġi sustanza psikoattiva ġdida taħt restrizzjonijiet mis-suq taħt dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jadottaw regolamenti tekniċi dwar dik is-sustanza psikoattiva ġdida skont id-dispożizzjonijiet ta' Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9). Sabiex tinżamm l-għaqda tas-suq intern tal-Unjoni u biex tiġi evitata l-preżenza ta' ostakli għall-kummerċ mhux ġustifikati, l-Istati Membrii għandhom jikkomunikaw minnufiħ lill-Kummissjoni kwalunkwe abbozz ta' regolament tekniku fuq sustanzi psikoattivi ġodda, skont il-proċedura stabbilita minn Direttiva 98/34/KE.

(28a)  It-tfal u l-adolexxenti huma partikolarment vulnerabbli għall-perikli li jippreżentaw dawn is-sustanzi, li r-riskji tagħhom jibqgħu fuq skala wiesgħa mhux magħrufa. [Em. 26]

(29)  Miżuri ta' prevenzjoni, trattament skoperta u intervent bikrija, riskju tat-trattament u tnaqqis tal-ħsara huma importanti biex jiġi indirizzat l-użu dejjem jikber ta' sustanzi psikoattivi ġodda u r-riskji potenzjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom itejbu d-disponibbiltà u l-effikaċja tal-programmi ta' prevenzjoni u jżidu s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskju tal-użu tas-sustanzi psikoattivi ġodda u l-konsegwenzi relatati. Għal dan il-għan, il-miżuri ta' prevenzjoni għandhom jinkludu l-iskoperta u l-intervent bikrija, il-promozzjoni ta' stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa u l-prevenzjoni mmirata diretti wkoll lejn il-familji u l-komunitajiet. L-internet, li huwa wieħed mill-aktar mezzi ta' distribuzzjoni importanti u li qed jiżviluppaw rapidament, li permezz tiegħu jiġu rreklamati u jinbiegħu sustanzi psikoattivi ġodda, għandu jintuża biex titqassam informazzjoni fuq ir-riskji għas-saħħa, soċjetà u sigurtà s-sikurezza li għandhom sustanzi psikoattivi ġodda bħal dawn, u għall-prevenzjoni tal-użu ħazin u l-abbuż tagħhom. Huwa essenzjali li t-tfal, l-adolexxenti u l-adulti żgħażagħ jiġu magħmula konxji ta' dawk ir-riskji, inkluż permezz ta' kampanji ta' informazzjoni fl-iskejjel u f'ambjenti edukattivi oħra. [Em. 27]

(29a)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu wkoll attivitajiet, inizjattivi u kampanji edukattivi u ta’ sensibilizzazzjoni li jkollhom fil-mira riskji għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza assoċjati mal-użu ħażin u l-abbuż ta’ sustanzi psikoattivi ġodda. [Em. 28]

(30)  Prodotti mediċinali u prodotti mediċinali veterinarji huma indirizzati fid-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11) u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12). l-abbuż tagħhom jew l-użu ħażin m'għandux, għalhekk, ikun kopert b’dan ir-Regolament.

(30a)  Is-setgħa biex ikunu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu ddelegati lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-kriterji li jirrigwardaw sustanzi ta' riskju baxx, moderat jew serju. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 29]

(31)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' restrizzjonijiet mis-suq temporanji u permanenti, l-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13).

(32)  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament fejn, f’każijiet debitament ġustifikati relatati ma' żieda mgħaġġla fin-numru ta’ każijiet rappurtati ta’ mewt u ta' konsegwenzi serji għas-saħħa jew inċidenti li huma ta’ theddid serju għas-saħħa f’diversi Stati Membri assoċjati mal-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida kkonċernata, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jeżiġu dan.A30

(33)  Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti tal-Istati Membri, aġenziji relevanti tal-Unjoni, soċjetàb'mod partikolari l-EMCDDA, is-soċjetà ċivili u operaturi, l-operaturi ekonomiċi tal-Istati Membri u kwalunkwe parti interessata oħra relevanti. [Em. 31]

(34)  Ġaladarba l-għanijiet tal-azzjoni proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba r-raġuni tal-effetti tal-azzjoni prevista, jistgħu jintlaħqu aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea . Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(35)  Sabiex jiġu stabbiliti regoli uniformi u tiġi żgurata ċ-ċarezza tal-kunċetti u tal-proċeduri, kif ukoll biex tiġi pprovduta ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi, huwa xieraq li jiġi adottat dan l-att fil-forma ta' Regolament.

(36)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż il-libertà li jitmexxa negozju, id-dritt għall-proprjetà, id-dritt ta’ aċċess għall-kura tas-saħħa preventiva u d-dritt għal rimedju effettiv benefiċċju mit-trattament mediku, [Em. 32]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Suġġett - ambitu - definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għar-restrizzjoni għall-moviment ħieles ta' sustanzi psikoattivi ġodda fis-suq intern. Għal dak l-għan hija tistabbilixxi mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni fuq, il-valutazzjoni tar-riskju u s-sottomissjoni miżuri ta’ restrizzjoni fis-suq ta’ sustanzi psikoattivi ġodda fil-livell tal-Unjoni.

2.  Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal sustanzi skedati kif definiti f'Regolament (KE) Nru 273/2004, u tar-Regolament (KE) Nru 111/2005.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)  'sustanzi psikoattivi ġodda' tfisser sustanza naturali jew sintetika li, meta tiġi kkunsmata minn persuna, għandha s-setgħa l-kapaċità li tipproduċi stimulazzjoni jew dipressjoni tas-sistema nervuża ċentrali, li tirriżulta f'alluċinazzjonijiet, tibdil fis-sistema li tħaddem il-moviment fiżiku, fil-ħsieb, fl-imġieba, fil-perċezzjoni, kuxjenza jew burdata, , irrispettivament minn jekk hiex li hija intiża għall-konsum minn persuni anke jekk mhix maħsuba għalihom bl-iskop li tikkawża wieħed jew aktar mill-effetti msemmija hawn fuq, li mhumiex ikkontrollati taħt il-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961, kif emendata bil-Protokoll tal-1972; u lanqas mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sustanzi Psikotropiċi tal-1971; din teskludi alkoħol, kaffeina tabakk, kif ukoll prodotti tat-tabakk skont it-tifsira tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk (14); [Em. 33]

(b)  'taħlita' tfisser taħlita jew soluzzjoni li fiha sustanza psikoattiva ġdida waħda jew aktar.

(c)  'prodott mediċinali' tfisser prodott kif definit f'punt 2 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83/KE;

(d)  'prodott mediċinali veterinarju' tfisser prodott kif definit f'punt 2 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/82/KE;

(e)  'permess ta' kummerċjalizzazzjoni' tfisser permess li jitpoġġa prodott mediċinali jew prodott mediċinali veterinarju fuq is-suq, skont id-Direttiva 2001/83/KE, id-Direttiva 2001/82/KE jew ir-Regoalment (KE) Nru 726/2004;

(f)  'tagħmel disponibbli fis-suq' tfisser kwalunkwe provvista ta' sustanza psikoattiva ġdida għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;

(g)  'konsumatur' ifisser kwalunkwe persuna naturali li taġixxi għal għanijiet li ma għandhomx x’jaqsmu mal-kummerċ, negozju, jew professjoni tagħha;

(h)  'użu kummerċjali u industrijali' jfisser kwalunkwe manifattura, proċessar, formulazzjoni, ħażna, taħlit, produzzjoni u bejgħ lil persuni naturali u legali minbarra l-konsumaturi;

(i)  'riċerka xjentifika u żvilupp' tfisser kwalunkwe sperimentazzjoni, analiżi jew riċerka xjentifika li ssir taħt kundizzjonijiet ikkontrollati, skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15).

(j)  'sistema tan-Nazzjonijiet Uniti': tfisser l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), il-Kummissjoni dwar Drogi Narkotiċi u il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li jaġixxu skond ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom kif deskritt fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Drogi Narkotiċi tal-1961 kif emendat mill-Protokooll tal-1972 jew fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Sustanzi Psikotropiċi tal-1971.

KAPITOLU II

Moviment Ħieles

Artikolu 3

Moviment Ħieles

Sustanzi u taħlit psikoattiv ġdid jiċċaqalqu b'mod ħieles fl-Unjoni għal użu kummerċjali u industrijali, kif ukoll għal skopijiet ta' riċerka xjentifika u żvilupp.

Artikolu 4

Il-prevenzjoni ta’ ostakoli għall-moviment ħieles

Sakemm l-Unjoni ma adottatx miżuri biex sustanza psikoattiva ġdida titpoġġa taħt restrizzjonijiet tas-suq tattaħt dan ir-Regolament, jew meta l-Kummissjoni ma tkunx adottat miżura ta' restrizzjoni skont l-Artikolu 11, l-Istati Membri jistgħu jadottaw regolamenti tekniċi fuq sustanzi psikoattivi bħal dawn konformi mad-Direttiva 98/34/KE.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih kwalunkwe abbozz ta' regolament tekniku bħal dan dwar sustanzi psikoattivi ġodda, skont id-Direttiva 98/34/KE. [Em. 34]

KAPITOLU III

Skambju u ġbir ta' informazzjoni

Artikolu 5

Skambju ta’ informazzjoni

Punti Jekk Stat Membru jkollu informazzjoni relatata ma' dak li jidher li huwa sustanza jew taħlita proattiva ġdida, il-Punti Fokali Nazzjonali tiegħu fi ħdan in-Network in-Netwerk Ewropew tal-Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza mid-Droga ('Reitox') u Unitajiet Nazzjonali għandhom jiġbru u jipprovdu fi żmien xieraq lill-EMCDDA u lill-Europol l-informazzjoni disponibbli fuq l-iskoperta u l-identifikazzjoni, il-konsum u patterns tiegħu, intossikazzjoni serja jew imwiet, riskji possibbli, manifattura, estrazzjoni, importazzjoni, kummerċ, distribuzzjoni, traffikar u użukif ukoll il-livell ta' tossiċità, dejta rigward il-manifattura, l-estrazzjoni, l-importazzjoni, il-kummerċ, id-distribuzzjoni u l-kanali tagħha, it-traffikar u l-użu kummerċjali u xjentifiku ta' susntanzisustanzi li jidhru li huma sustanzi jew taħlit taħlitiet psikoattivi ġodda.

L-EMCDDA u l-Europol għandhom jikkomunikaw dik l-informazzjoni minnufiħ lil Reitox u lill-Unitajiet Nazzjonali tal-Europol u lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

Biex jippermetti reazzjoni aktar effettiva għall-preżenza u firxa mgħaġġla ta’ sustanzi psikoattivi ġodda madwar l-Unjoni, il-mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni (l-'STB') għandu jinżamm u jiġi żviluppat iżjed, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta dwar l-iskoperta u l-identifikazzjoni ta’ sustanzi psikoattivi ġodda. [Em. 35]

Artikolu 6

Rapport Konġunt

1.  Fejn l-EMCDDA u l-Europol jew il-Kummissjoni jikkunsidraw li l-informazzjoni maqsuma fuq sustanza psikoattiva ġdida notifikata minn diversi Stati Membri tikkawża tħassib madwar l-Unjoni minħabba r-riskji għas-saħħa, soċjali u ta' sigurtà għas-soċjetà u għas-sikurezza li jista' jkollha s-sustanza psikoattiva l-ġdida, jew b'reazzjoni għal talba motivata ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-EMCDDA u l-Europol għandhom ifasslu rapport konġunt fuq is-sustanza psikoattiva l-ġdida.

2.  Ir-rapport Komunitarju għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)  in-natura tar-riskji li għandha s-sustanza psikoattiva l-ġdida meta tiġi kkunsmata minn persuni, inkluż kontroindikazzjonijiet ma' sustanzi oħra meta jkunu disponibbli u l-iskala tar-riskju għas-saħħa pubblika, kif riferit f'Artikolu 9(1);

(b)  L-identità l-identità kimika u fiżika tas-sustanza psikoattiva ġdida, il-metodi u, jekk magħrufa l-prekursuri kimiċi użati għall-manifattura jew estrazzjoni tagħha, u sustanzi psikoattivi ġodda oħra bi struttura kimika simili li saru preżenti rriżultaw jew li raġonevolment jista’ jkun mistenni li jirriżultaw, abbażi ta’ valutazzjoni xjentifika;

(c)  l-użu kummerċjali u industrijali tas-sustanza psikoattiva ġodda, kif ukoll l-użu tagħha għar-riċerka xjentifika u skopijiet ta' żvilupp;

(d)  l-użu mediku mill-bniedem u dak veterinarju tas-sustanza psikoattiva l-ġdida inkluż l-użu tagħha bħala sustanza attiva fi prodott mediċinali jew prodott mediċinali veterinarju;

(e)  l-involviment ta' gruppi kriminali fil-manifattura, distribuzzjoni jew kummerċ fis-sustanza psikoattiva ġdida, u kwalunkwe użu tagħha fil-manifattura ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi;

(f)  jekk is-sustanza psikoattiva ġdida hijiex preżentement taħt valutazzjoni, jew inkella qiegħda taħt valutazzjoni mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti;

(g)  jekk is-sustanza psikoattiva ġdida ijiex suġġetta għal kwalunkwe miżuri ta' restrizzjoni fl-Istati Membri;

(h)  kwalunkwe miżura ta' prevenzjoni u trattament eżistenti, attwata biex tindirizza l-konsegwenzi tal-użu tas-sustanzi psikoattivi ġodda.

3.  L-EMCDDA u l-Europol jitolbu lill-Punti Fokali Nazzjonali u l-Unitajiet Nazzjonali tal-Europol biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar is-sustanza psikoattiva l-ġdida. Huma jipprovdu dik l-informazzjoni fi żmien erba' ġimgħat minn meta ssir it-talba.

4.  L-EMCDDA u l-Europol jitolbu lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, li għandha tikkonsulta l-awtoritajiet kompetenti għall-mediċini tal-Istati Membri, biex tipprovdi informazzjoni dwar jekk, fl-Unjoni jew fi kwalunkwe Stat Membru, is-sustanza psikoattiva l-ġdida hix:

(a)  sustanza attiva fi prodott mediċinali jew prodott mediċinali veterinarju li kiseb il-permess għall-kummerċjalizzazzjoni;

(b)  sustanza attiva fi prodott mediċinali jew prodott mediċinali veterinarju li huwa suġġett għal applikazzjoni għal permess għall-kummerċjalizzazzjoni;

(c)  sustanza attiva fi prodott mediċinali jew prodott mediċinali veterinarju li kiseb il-permess għall-kummerċjalizzazzjoni; iżda dan il-permess ġie sospiż mill-awtorità kompetenti.

(d)  sustanza attiva fi prodott mediċinali mhux awtorizzat skont Artikolu 5 tad-Direttiva 2001.83/KE 2001/83/KE jew fi prodott mediċinali veterinarju ippreparat maġistralment b'mod estemporanju minn persuna awtorizzata li tagħmel dan taħt il-leġislazzjoni nazzjonali skont il-punt (c) tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/82/KE.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini bl-informazzjoni t'hawn fuq mingħajr dewmien żejjed, jekk mitluba minnha.

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tipprovdi l-informazzjoni disponibbli għaliha fi żmien erba' ġimgħat minn meta tirċievi t-talba tal-EMCDDA.

5.  L-EMCDDA titlon lill-Aġenzija Ewropea għall-Kimiki għandu jitlob lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex jipprovdu lill-EMCDDA bl-informazzjoni u d-dejta disponibbli għalihom fuq is-sustanza psikoattiva l-ġdida. L-EMCDDA għandu jirrispetta l-kundizzjonijiet dwar l-użu tal-informazzjoni, li huma kkomunikati lill-EMCDDA mill-Aġenzija Ewropea għall-Kimiki għas-Sustanzi Kimiċi, l-ECDC u l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel dwar is-Sigurtà fl-Ikel, inkluż kundizzjonijiet fuq sigurtà dwar l-informazzjoni u d-dejta u l-protezzjoni ta' dejta kunfidenzjali, inkluża dejta sensittiva jew informazzjoni kummerċjali riservata kummerċjali.

L-Aġenzija Ewropea għall-Kimiki għas-Sustanzi Kimiċi, l-ECDC u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għandhom jipprovdu l-informazzjoni disponibbli għalihom fi żmien erba' ġimgħat minn meta ssir it-talba.

6.  L-EMCDDA u l-Europol għandhom jissottometti jissottomettu r-rapport konġunt lill-Kummissjoni fi żmien tmien ġimgħat mit-talba għal aktar informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

Meta l-EMCDDA u l-Europol jiġbru informazzjoni fuq taħlit jew fuq diversi sustanzi psikoattivi ġodda bi struttura kimika simili, għandhom jissottomettu rapporti konġunti individwali lill-Kummissjoni fi żmien għaxar ġimgħat mit-talba għal aktar informazzjoni msemmija f'paragrafu 3. [Em. 36]

KAPITOLU IV

Valutazzjoni tar-riskju

Artikolu 7

Proċedura ta' valutazzjoni ta' riskju u rapport

1.  Fi żmien erba' ġimgħat mill-irċevuta mill-wasla tar-rapport konġunt imsemmi f'Artikolu 6, il-Kummissjoni tista' titlob lill-EMCDDA tivvaluta r-riskji potenzjali li għandhom sustanzi psikoattivi ġodda u tfassal rapport ta' valutazzjoni ta' riskju. Il-valutazzjoni ta' riskju għandha titmexxa mill-Kumitet Xjentifiku tal-EMCDDA.

2.  Ir-rapport tal-valutazzjoni ta' riskju għandu tinkludi jinkludi analiżi tal-kriterji u tal-informazzjoni msemmija f'Artikolu 10(2) biex jippermetti lill-Kummissjoni tiddetermina l-livell ta' riskji għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza li gġandha għandha s-sustanza psikoattiva ġdida.

3.  Il-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA jivvaluta r-riskji matul laqgħa speċjali. Il-Kumitat jista' jiġi estiż b'mhux aktar minn ħames esperti inkluż psikologu li jispeċjalizza fuq id-dipendenza, li jirrappreżentaw l-oqsma xjentifiċi relevanti biex tiġi żgurata valutazzjoni bilanċjata tar-riskji tas-sustanza psikoattiva ġdida. Id-Direttur tal-EMCDDA jaħtarhom minn lista ta’ esperti. Il-bord ta’ ġestjoni tal-EMCDDA japprova l-lista ta’ esperti kull tliet snin. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, l-EMDDA, l-Europol il-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandhom ikollhom għandu jkollhom id-dritt li jinnominaw żewġ osservaturi kull wieħed.

4.  Il-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA għandu jmexxi l-valutazzjoni ta' riskju fuq il-bażi ta' informazzjoni dwar ir-riskji tas-sustanza u fuq l-użu tagħha, bħat-tendenzi u d-dożaġġ tagħha, inkluż użu kummeċjalikummerċjali u industrijali, provduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-EMCDDA, Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-Aġenzija Ewropea għall-Kimiki għas-Sustanzi Kimiċi, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel dwar is-Sigurtà fl-Ikel u fuq il-bażi ta' kwalunkwe evidenza xjentifika relevanti. Għandu jikkunsidra l-opinjonijiet kollha tal-membri tiegħu. L-EMCDDA għandu jappoġġja l-vallutazzjoni l-valutazzjoni ta' riskju u għandu jidentifika l-bżonnijiet ta' informazzjoni, inkluż studji u testijiet immirati.

5.  L-EMCDDA għandu jissottometti r-rapport tal-valutazzjoni ta' riskju lill-Kummissjoni fi żmien tnax-il ġimgħa mid-data meta rċieva t-talba mill-Kummissjoni.

6.  Fuq talba tal-EMCDDA, il-Kummissjoni tista' testendi ż-żmien li fih għandha titlesta l-valutazzjoni ta' riskju b'mhux aktar minn tnax-il ġimgħa biex jippermetti li ssir aktar kollezzjoni ta' riċerka u dejta. L-EMCDDA għandu jissottometti talba bħal din lill-Kummissjoni fi żmien sitt ġimgħat mit-tnedija tal-valutazzjoni ta' riskju. Jekk, fi żmien ġimgħatejn li ssir talba bħal din, il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għal talba bħal din, il-valutazzjoni ta' riskju għandha tiġi estiża wkoll. [Em. 37]

Artikolu 8

Esklużjoni mill-valutazzjoni ta' riskju

1.  M'għandha ssir ebda valutazzjoni tar-riskju meta s-sustanza psikoattiva ġdida hija fi stadju avanzat avvanzat ta' valutazzjoni fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, l-aktar ladarba l-kumitat espert dwar id-dipendenza mid-droga tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jippubblika r-revizjoni kritika tiegħu flimkien ma' rakkomandazzjoni bil-miktub, ħlief fejn hemm informazzjoni abbundanti ġdida jew rilevanti għall-Unjoni u li ma ġietx ikkunsidrata mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, li għandha tissemma’ fir-rapport ta’ valutazzjoni. [Em. 38]

2.  M'għandha ssir ebda valutazzjoni ta' riskju meta sustanza prikoattiva psikoattiva ġdida tiġi vvalutata mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, li iżda ddeċidiet li ma tiskedahiex taħt il-Konvenzjoni Unika dwar Drogi Narkotiċi tal-1961 kif emendata mill-Protokoll tal-1972, jew il-Konvenzjoni dwar Sustanzi Psikotropiċi tal-1971, ħlief fejn hemm biżżejjed informazzjoni sinifikanti u konkreta li din hija ġdida jew rilevanti għall-Unjoni, fejn ir-raġunijiet għal dan għandhom jiġu indikati fir-rapport ta’ valutazzjoni. [Em. 39]

3.  Ebda valutazzjoni tar-riskju ma titwettaq fuq is-sustanza psikoattiva l-ġdida jekk hi:

(a)  sustanza attiva fi prodott mediċinali jew prodott mediċinali veterinarju li kiseb il-permess għall-kummerċjalizzazzjoni;

(b)  sustanza attiva fi prodott mediċinali jew prodott mediċinali veterinarju li huwa suġġett għal applikazzjoni għal permess għall-kummerċjalizzazzjoni;

(c)  sustanza attiva fi prodott mediċinali jew prodott mediċinali veterinarju li kiseb il-permess għall-kummerċjalizzazzjoni; iżda dan il-permess ġie sospiż mill-awtorità kompetenti.

4.  Madankollu, il-valutazzjoni tar-riskju għandha titwettaq jekk fil-livell tal-Unjoni jkun hemm biżżejjed dejta disponibbli li tissuġġerixxi l-ħtieġa ta' rapport konġunt tal-EMCDDA u l-Europol. [Em. 40]

KAPITOLU V

Restrizzjonijiet tas-suq

Artikolu 9

Riskji immedjati għas-saħħa pubblika u restrizzjoni tas-suq tal-konsumatur temporanja

1.  Meta hija titlob valutazzjoni ta' riskju ta' susstanza sustanza psikoattiva ġdida skont l-Artikolu 7(1), il-Kummissjoni, permezz ta' Deċiżjoni, tipprojbixxi li s-sustanza psikoattiva l-ġdida ssir disponibbli fis-suq tal-konsumatur jekk, skont informazzjoni eżistenti, hija ta' riskju immedjat għas-saħħa pubblika b'xhieda minn:

(a)  imwiet irrappurtati u diversi konsegwenzi ta' saħħa assoċjati mal-konsum tas-sustanza psikoattiva ġdida f'diversiinklużi kontroindikazzjonijiet ma' sustanzi oħra meta jkunu disponibbli, fi Stati Membri, relatati mat-tossiċità akuta serja tas-sustanza psikoattiva ġdida;

(b)  il-prevalenza u l-mudelli x-xejriet ta' użu tas-sustanza psikoattiva ġdida fil-popolazzjoni ġenerali u fi gruppi speċifiċi, b'mod partikolari l-frekwenza, kwantitajiet u mod ta' użu, id-disponibilità tagħha għall-konsumaturi u l-potenzjal ta' tixrid, li jindikaw li l-iskala tar-riskju hija konsiderevoli.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta d-Deċiżjoni msemmija f'paragrafu 1 permezz tal-atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).

Minħabba raġunijiet ta' urġenza assoluta ġustifikat ġustifikati kif dovut relatati ma' żieda mgħaġġla fin-numru ta' imwiet irrappurtati f'diversi Stati Membri assoċjati mal-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida kkonċernata, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura stabbilita f'Artikolu 19(3).

3.  Ir-restrizzjoni tas-suq li tinsab fid-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma taqbiżx il-perjodu ta' tnax-il xahar. Jekk il-livell ta’ riskji għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza li għandha s-sustanza psikoattiva ġdida jiġġustifika l-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ restrizzjoni permanenti, it-tul tar-restrizzjoni temporanja tas-suq jista’ jiġġedded bi tnax-il xahar ieħor, fin-nuqqas ta’ restrizzjonijiet permanenti tas-suq. [Em. 41]

Artikolu 10

Stabbiliment tal-livell ta' riskji għas-saħħa, soċjetà u sigurtà wara l-valutazzjoni ta' riskju

1.  Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-livell bla dewmien żejjed, il-livell ta' riskji għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza li għandhom is-sustanzi psikoattivi ġodda li dwarhom sar abbozz ta' rapport ta' valutazzjoni ta' riskju. Għandha tagħmel dan fuq il-bażi tal-evidenza kollha disponibbli, b'mod partikolari r-rapport tal-valutazzjoni ta' riskju.

2.  Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-kriterji li jmiss ġejjin meta tistabbilixxi l-livell ta' riskju ta' sustanza psikoattiva ġdida:

(a)  id-dannu għas-saħħa kkawżati kkawżat mill-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida assoċjati assoċjat mat-tossiċità akuta u kronika tagħha , mal-kontroindikazzjonijiet ma' sustanzi oħra meta jkunu disponibbli, tendenza li jsir abbuż u l-potenzjal li tiġi prodottakkawżata d-dipendenza, b'mod partikolari korriment, mard, aggressjoni, kif ukoll ħsara fiżika u mentali;

(b)  id-dannu soċjali għall-individwi u għas-soċjetà, b'mod partikolari abbażi tal--impatt tagħha fuq il-funzjonament soċjali, ordni pubblika u attivitajiet kriminali, attività ta' kriminalità organizzata assoċjata mas-sustanza psikoattiva l-ġdida, profitt illeċitu ppenerat ġġenerat mill-produzzjoni, kummerċ u distribuzzjoni tas-sustanza psikoattiva ġdida u spejjeż ekonomiċi marbuta mad-dannu soċjali.

(c)  Ir-riskji għas-sigurtàgħas-sikurezza pubblika, b'mod partikolari l-firxa ta' mard, inkluż viruses li jittieħdu mid-demm, il-konsegwenzi ta' ħsara fiżika u mentali fuq il-kapaċità ta' sewqan, l-impatt tal-manifattura, trasport u rimi tas-sustanza psikoattiva ġdida u materjali ta' skart fuq l-ambjent.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll il-prevalenza u mudelli x-xejriet ta' użu tas-sustanza psikoattiva ġdida fil-popolazzjoni ġenerali u fi gruppi partikolari, id-disponibilità tagħha għall-konsumatur, il-potenzjal għat-tixrid, in-numru ta' Stati Membri li fihom hija ta' riskju għas-saħħa, soċjetà u sigurtà għas-soċjetà u għas-sikurezza, il-limitu sa fejn tintuża kummerċjalment u industrijalment u l-użu tagħha għar-riċerka xjentifika u l-għanijiet ta' żvilupp. [Em. 42]

Artikolu 11

Riskji baxxi fil-livell tal-Unjoni

Il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta miżuri ta’ restrizzjoni fuq sustanza psikoattiva ġdida jekk, abbażi ta' evidenza eżistenti u abbażi tal-kriterji li ġejjin, b’mod ġenerali, hija toħloq riski baxxi għas-saħħa, soċjali u ta’ sigurtà, b’mod partikolari: għas-soċjetà u għas-sikurezza fil-livell tal-Unjoni:

(a)  id-dannu għas-saħħa kkawżat mill-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida assoċjat mat-tossiċità akuta u kronika tagħha, it-tendenza li jsir abbuż u l-potenzjal li tiġi prodotta kkawżata d-dipendenza huma limitati, minħabba li tikkawża korriment u mard żgħir, u dannu fiżiku jew mentali żgħir insinifikanti;

(b)  id-dannu soċjali kkawżat lill-individwi u lis-soċjetà, b'mod partikolari abbażi tal-impatt tagħha fuq il-funzjonament soċjali, ordni pubbliku u attivitajiet kriminali, attività ta' kriminalità organizzata assoċjata mas-sustanza psikoattiva l-ġdida huwa baxx, profitt illeċitu iġġenerat mill-produzzjoni, kummerċ u distribuzzjoni tas-sustanza psikoattiva l-ġdida u kostijiet ekonomiċi assoċjati ma jeżistux jew huma negliġibbli;

(c)  Ir-riskji għas-sigurtà għas-sikurezza pubblika huma limitati, b'mod partikolari abbażi ta' riskju baxx ta' firxa ta' mard inkluż viruses li jittieħdu mid-demm, konsegwenzi baxxi jew li ma jeżistux ta' ħsara fiżika u mentali fuq il-kapaċità ta' sewqan, l-impatt tal-manifattura, trasport u rimi tas-sustanza psikoattiva ġdida u materjali ta' skart fuq l-ambjent huma baxxi.

Meta deċiżjoni li ma jiġux adottati miżuri ta’ restrizzjoni fuq sustanza psikoattiva ġdida li b’mod ġenerali hija meqjusa li toħloq riskju baxx għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza kienet ibbażata fuq nuqqas parzjali jew totali ta’ evidenza, dan għandu jiġi inkluż u msemmi kif xieraq fil-ġustifikazzjoni tagħha. [Em. 43]

Artikolu 12

Riskji moderati u restrizzjoni tas-suq tal-konsumatur permanenti fil-livell tal-Unjoni

1.  Il-Kummissjoni, permezz ta’ deċiżjoni, u mingħajr dewmien żejjed, tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq għall-konsumaturi tas-sustanza psikoattiva l-ġdida jekk, skont evidenza eżistenti u abbażi ta’ dawn il-kriterji li ġejjin, din toħloq, b’mod ġenerali, riskji moderati għas-tas-saħħa, soċjali u ta’ sigurtà, b’mod partikolari: għas-soċjetà u għas-sikurezza:

(a)  id-dannu għas-saħħa kkawżat mill-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida assoċjat mat-tossiċità akuta u kronika tagħha, tendenza li jsir abbuż u l-potenzjal li tiġi prodotta kkawżata d-dipendenza, huwa moderat, minħabba li ġeneralment tikkawża korriment u mard mhux fatali u ħsara fiżika u mentali moderata;

(b)  id-dannu soċjali kkawżat lill-individwi u lis-soċjetà huwa moderat, b'mod partikolari abbażi tal-impatt tagħha fuq il-funzjonament soċjali u l-ordni pubblika, li jipproduċu disturb pubbliku; attivitajiet kriminali u attività ta' kriminalità organizzata assoċjati mas-sustanza huma rari, profitti illeċiti u spejjeż ekonomiċi huma moderati;

(c)  Ir-riskji għas-sigurtà għas-sikurezza pubblika huma moderati, b'mod partikolari riskju rariabbażi ta' firxa sporadika ta' mard inkluż viruses li jittieħdu mid-demm, konsegwenzi moderati ta' ħsara fiżika u mentali fuq il-kapaċità ta' sewqan, l-impatt tal-manifattura, trasport u rimi tas-sustanza psikoattiva ġdida u materjali ta' skart assoċjati jirriżulta f'disturb ambjentali.

2.  Il-Kummissjoni tadotta d-Deċiżjoni msemmija f'paragrafu 1 permezz tal-atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(2).

3.   Meta l-informazzjoni jew l-evidenza disponibbli turi li s-sustanza psikoattiva l-ġdida soġġetta għad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 hija ta’ riskju ta’ livell ogħla għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza fi Stat Membru partikolari, l-aktar minħabba l-modalitajiet jew l-iskala tal-kunsum ta’ dik is-sustanza jew meta jitqiesu r-riskji speċifiċi li s-sustanza tippreżenta fit-territorju tagħha bil-kunsiderazzjoni ta' ċirkostanzi nazzjonali jew kull fattur soċjali, ekonomiku, legali, amministrattiv jew kull fattur ieħor, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu miżuri aktar stretti biex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika.

4.  Stat Membru li għandu intenzjoni jżomm miżura aktar stretta dwar is-sustanza psikoattiva l-ġdida skont il-paragrafu 3 għandu jikkomunika immedjatament il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi rilevanti lill-Kummissjoni u għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwarha.

5.  Stat Membru li jixtieq jintroduċi miżura aktar stretta dwar is-sustanza psikoattiva l-ġdida skont il-paragrafu 3 għandu jikkomunika immedjatament il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi rilevanti lill-Kummissjoni u għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwarha.[Em. 44]

Artikolu 13

Riskji gravi u restrizzjoni tas-suq permanenti fil-livell tal-Unjoni

1.  Il-Kummissjoni, permezz ta’ deċiżjoni, u mingħajr dewmien żejjed, tipprojbixxi l-produzzjoni, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq inkluż l-importazzjoni għall-Unjoni, it-trasport, u l-esportazzjoni mill-Unjoni tas-sustanza psikoattiva l-ġdida jekk, skont evidenza eżistenti, din toħloq, b’mod ġenerali, riskji gravi tas-saħħa, soċjali u ta’ sigurtà, b’mod partikolari: din tippreżenta riskji gravi għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza, abbażi ta' evidenza esistenti u l-kriterji li ġejjin:

(a)  id-dannu għas-saħħa kkawżat mill-konsum tas-sustanza psikoattiva l-ġdida assoċjat mat-tossiċità akuta u kronika tagħha, tendenza li jsir abbuż u l-potenzjal li tiġi prodotta b d-dipendenza huma ta' theddida għall-ħajja gravi, minħabba li ġeneralment jikkawża mewt jew korriment fatali, mard gravi u ħsara fiżika u mentali gravi;

(b)  id-dannu soċjali kkawżat lill-individwi u lis-soċjetà huma gravi b'mod partikolari abbażi tal-impatt tagħha fuq il-funzjonament soċjali u l-ordni pubbliku, li jirriżultaw fi tfixkil tal-ordni pubblika, imġiba vjolenti u antisoċjali li tikkawża ħsara lill-utenti, lill-oħrajn u lill-proprjetà; attivitajiet kriminali u attività ta' kriminalità organizzata assoċjati mas-sustanza psikoattiva l-ġdida huma sistematiċi, profitti illeċiti u spejjeż ekonomiċi huma għolja;

(c)  ir-riskji għas-sigurtàgħas-sikurezza pubblika huma gravi b'mod partikolari abbażi ta' firxa sinifikanti ta' mard, inkluż trażmissjoni ta' viruses li jittieħdu mid-demm, konsegwenzi gravi ta' ħsara fiżika u mentali fuq il-kapaċità ta' sewqan, u l-manifattura, trasport u rimi tas-sustanza psikoattiva l-ġdida u materjali ta' skart assoċjati jirriżulta fi ħsara ambjentali.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni msemmija f'paragrafu 1 permezz tal-atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(2). [Em. 45]

Artikolu 13a

Delega tas-setgħa

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 20a biex temenda l-kriterji elenkati fl-Artikoli 11,  12 u 13. [Em. 46]

Artikolu 14

Użu awtorizzat

1.  Id-Deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(1) u Artikolu 12(1) m'għandhomx ma jippermettux il-moviment ħieles fl-Unjoni tas-sustanzi psikoattivi l-ġodda u lanqas ma għandhom iwaqqfu sustanzi psikoattivi ġodda li huma sustanzi attivi fi prodotti mediċinali jew prodotti mediċinali veterinarji li kisbu awtorizzazzjoni biex ikunu kummerċjalizzati milli jitqiegħdu fuq is-suq għall-konsumatur.

2.  Il-miżuri adottati skont Id-Deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(1) m'għandhomx iwaqqfu l-moviment ħieles fl-Unjoni u l-produzzjoni, manifattura, disponibilità fuq is-suq, inkluż l-importazzjoni lejn l-Unjoni, it-trasport, u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta' sustanzi psikoattivi ġodda:

(a)  għal skopijiet ta' riċerka xjentifika u żvilupp, minn persuni awtorizzati kif xieraq f'korpi li huma direttament taħt il-kontroll tal-awtoritajiet tal-Istati Membri jew speċifikament approvati minnhom;

(b)  għal użu awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(c)  li huma sustanzi attivi fi prodotti mediċinali jew prodotti mediċinali veterinarji li jkunu kisbu awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq;

(d)  għall-użu fil-manifattura ta' sustanzi u prodotti sakemm is-sustanzi psikoattivi ġodda jkunu mibdula f'kundizzjoni tali li ma jistgħux ikunu abbużati jew irkuprati, li l-ammont ta' kull sustanza użata jiġi inkluż fl-informazzjoni dwar is-sustanza jew il-prodott.

2a.  Għall-utenti kollha awtorizzati, sustanzi u prodotti psikoattivi ġodda li jkun fihom sustanzi psikoattivi ġodda għandhom jinkludu istruzzjonijiet għall-użu, inkluż prekawzjonijiet, twissijiet u kontroindikazzjonijiet ma’ sustanzi oħra, li jiġu indikati fuq it-tikketta jew inklużi fil-fuljett ta’ akkumpanjament għas-sikurezza tal-utent.

3.  Id-Deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(1) jistgħu jistabbilixu rekwiżiti u kondizzjonijiet għall-produzzjoni, manifattura, tqegħid fis-suq inkluż l-importazzjoni lejn l-Unjoni, it-trasport, u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ sustanzi psikoattivi ġodda li joħolqu riskji gravi għas-saħħa, soċjali u ta' sigurtà għas-soċjetà u għas-sikurezza għall-użi elenkati fil-paragrafu 2.

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżura xierqa biex jipprevjenu d-devjazzjoni lejn is-swieq illeċiti ta’ sustanzi psikoattivi ġodda użati għal skopijiet ta’ riċerka u żvilupp jew għal kwalunkwe użu awtorizzat ieħor. [Em. 47]

KAPITOLU VI

Monitoraġġ u rieżaminazzjoni

Artikolu 15

Monitoraġġ

L-EMCDDA u l-Europol, bl-appoġġ ta' Reitox, għandhom jimmonitoraw is-sustanzi psikoattivi ġodda kollha li fuqhom tfassal rapport konġunt.

Artikolu 16

Rieżaminazzjoni tal-livell ta' riskji

Fejn informazzjoni u evidenza ġdida hija disponibbli dwar ir-riskji li ġejjin minn sustanza psikoattiva ġdida li r-riskji għas-saħħa, soċjetà u sigurtà tagħha kienu diġà stabbiliti skont Artikolu 10, il-Kummissjoni titlob lill-EMCDDA biex taġġorna r-rapport ta' valutazzjoni ta' riskju abbozzat fuq is-sustanza psikoattiva l-ġdida u teżamina mill-ġdid il-livell ta' riskji li għandha s-sustanza psikoattiva l-ġdida.

KAPITOLU VII

Sanzjonijiet u Rimedji

Artikolu 17

Sanzjonijiet

L-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għal kontravenzjoni tad-Deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(1), l-Artikolu 12(1) u l-Artikolu 13(1) u jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet stabbiliti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk ir-regoli dwar sanzjonijiet u kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 18

Rimedju

Kull persuna li d-drittijiet tagħha jintlaqtu mill-implimentazzjoni ta' sanzjoni meħuda minn Stat Membru skont Artikoli 17 għandha jkollha d-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribumal f'dak l-Istati Membru.

KAPITOLU VIII

PROĊEDURI

Artikolu 19

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

KAPITOLU IX

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 20

Riċerka, u analiżi, prevenzjoni u ffinanzjar

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw l-iżviluppAppoġġ finanzjarju u r-riżorsi neċessarji għandhom jiġu pprovduti fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali għall-iżvilupp, il-qsim u l-firxa ta' informazzjoni u tagħrif fuq sustanzi psikoattivi ġodda. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jgħamlu jagħmlu dan billi jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-EMCDDA, aġenziji oħra tal-Unjoni, u ċentri xjentifiċi u ta' riċerka u entitajiet oħra bl-għarfien espert rilevanti, u billi jipprovdu regolarment dawn l-entitajiet b'informazzjoni aġġornata dwar tali sustanzi.

2.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ukoll jippromwovu u jappoġġjaw ir-riċerka, inkluża r-riċerka applikata dwar sustanzi psikoattivi ġodda u jiżguraw il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn in-netwerks fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali sabiex il-fenomonu jinftiehem aktar sew. Għandhom jagħmlu dan billi jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-EMCDDA, aġenziji oħra tal-Unjoni, (b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi) u ċentri xjentifiċi u ta' riċerka. Għandha ssir enfasi fuq l-iżvilupp tal-kapaċità forensika u tossikoloġika kif ukoll fuq it-titjib tad-disponibilità tal-informazzjoni epidemjoloġika.

3.  L-Istati Membri għandhom jippromwovu skemi ta' prevenzjoni kif ukoll, flimkien mal-Kummissjoni, miżuri biex titqajjem kuxjenza dwar ir-riskji ppreżentati minn sustanzi psikoattivi, bħal kampanji edukattivi ta’ informazzjoni. [Em. 48]

Artikolu 20a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 13a għandha tkun konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn...(16). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ għaxar snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodu ieħor ta’ għaxar snin, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 13a tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Europew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 13a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel tmiem dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhux sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 49]

Artikolu 21

Rappurtar

1.   L-EMCDDA u l-Europol għandhom jirrapportaw kull sena lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapporti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu ppubblikati fuq websajt u jkunu magħmula disponibbli pubblikament.

2.  Il-Kummissjoni għandha sa...(17) tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, u lill-Istati Membri u jekk ġustifikat b'segwitu ta' proposta biex tingħalaq kwalunkwe lakuna identifikata bejn ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, id-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 u dan ir-Regolament sabiex tiżgura li s-sustanzi psikotropiċi jiġu rregolati kif xieraq. [Em. 50]

Artikolu 22

Evalwazzjoni

Sa mhux aktar tard minn..(18) u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tivaluta l-implimentazzjoni, applikazzjoni u effettività ta' dan ir-Regolament u tippubblika rapport. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni, l-EMCDDA u l-Europol għandhom iwettqu valutazzjonijiet ta’ wara r-riskju ta’ sustanzi psikoattivi ġodda.

Sa...(19) il-Kummissjoni għandha tevalwa u jekk xieraq tippreżenta proposta għal klassifikazzjoni possibbli ta' gruppi ta' sustanzi psikoattivi ġodda sabiex taġixxi kontra l-prattika li wieħed jaħrab mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ permezz ta' modifiki żgħar tal-istruttura kimika tas-sustanzi psikoattivi. [Em. 51]

Artikolu 23

Sostituzzjoni tad-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI

Id-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI hija hawnhekk irrevokaata u issostitwita, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni ta' dik id-deċiżjoni fil-liġi nazzjonali. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni 2005/387/ĠAI għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 177, 11.6.2014, p. 52.
(2)ĠU C 177, 11.6.2014, p. 52.
(3) Pożizzjoni tal-Parliament Ewropew tas-17 ta' April 2014.
(4)Azzjoni Konġunta 97/396/ĠAI tas-16 ta' Ġunju 1997 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jikkonċerna l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll ta' drogi sintetiċi ġodda (ĠUL 167, 25.6.1997, p. 1).
(5)Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta’ Mejju 2005 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda (ĠUL 127, 20.5.2005, p. 32).
(6)Regoalment (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 fuq prekursuri tad-droga (ĠUL 47, 18.2.2004, p. 1).
(7)Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għas-sorveljanza tal-Kummerċ bejn il-Komunità u pajjiżi terzi tas-sustanzi prekursuri tad-droga (ĠUL 22, 26.1.2005, p. 1).
(8)Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12' ta Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u Tossiku Dipendenza (ĠUL 376, 27.12.2006, p. 1).
(9)Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għad-dispożizzjoni ta' informazzjoni fil-qasam ta' standards u regolamenti tekniċi u ta' regoli dwar Servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37).
(10)Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠUL 311, 28.11.2001, p. 67).
(11)Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠUL 311, 28.11.2001, p. 1).
(12)Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠUL 136, 30.4.2004, p. 1).
(13)Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p.13).
(14)Id-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk (ĠUL 194, 18.7.2001, p. 26).
(15) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(16) Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(17) Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(18) Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(19)


Atti kriminali u pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi ***I
PDF 437kWORD 91k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi, rigward id-definizzjoni ta' droga (COM(2013)0618 – C7-0271/2013 – 2013/0304(COD))
P7_TA(2014)0454A7-0173/2014

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0618),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0271/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati sottomessi, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-House of Commons tar-Renju Unit u mill-House of Lords tar-Renju Unit, li jiddikjaraw li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7–0173/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu ta' drogi, rigward id-definizzjoni ta' droga

P7_TC1-COD(2013)0304


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 83(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva(1),

Billi:

(1)  Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI(2) tipprovdi approċċ komuni għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tad-droga, li joħloq theddida għas-saħħa, sikurezza u kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni, u għall-ekonomija legali, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Istati Membri. Tistabbilixxi regoli komuni minimi dwar id-definizzjoni ta' reati u sanzjonijiet ta' traffikar ta' droga biex jiġi evitat li jinqalgħu problemi fil-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri minħabba li r-reat jew ir-reati in kwistjoni ma jistgħux jiġu kkastigati skont il-liġijiet kemm tal-Istat li jirrikjedi kif ukoll ta’ dak li qed jiġi rikjest.

(1a)  L-istabbiliment ta' regoli komuni minimi madwar l-Unjoni dwar id-definizzjoni ta' reati u sanzjonijiet marbuta mat-traffikar tad-droga għandu fl-aħħar mill-aħħar jikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u għat-tnaqqis tal-ħsara relatata mat-traffikar u l-konsum tad-droga. [Em. 1]

(2)  Id-Deċiżjoni Qafas 2004/757/ĠAI tapplika għal sustanzi koperti mill-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1961 dwar id-Drogi Narkotiċi, kif emendata mill-protokoll tal-1972, u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1971 dwar sustanzi psikotropiċi (“Konvenzjonijiet tan-NU”), kif ukoll drogi sintetiċi soġġetti għal kontroll madwar l-Unjoni skont l-Azzjoni Konġunta 97/396/ĠAI(3), li jippreżentaw riskji għas-saħħa pubblika komparabbli ma’ dawk ikkawżati mis-sustanzi skedata skont konvenzjonijiet tan-NU.

(3)  Id-Deċiżjoni Qafas 2004/757/ĠAI għandha tapplika wkoll għas-sustanzi suġġetti għal miżuri ta’ kontroll u pieni kriminali skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI(4), li jippreżentaw riskji għas-saħħa pubblika komparabbli ma’ dawk ikkawżati mis-sustanzi skedata skont konvenzjonijiet tan-NU.

(4)  Sustanzi psikoattivi ġodda, bħall-prodotti li fihom l-agonisti sintetiċi tar-riċettur tal-kannabinojdi, li jimitaw l-effetti ta' sustanzi skedati skont il-Konvenzjonijiet tan-NU, qed ikunu preżenti spiss u qed jinfirxu b'rata mgħaġġla fl-Unjoni. Ċerti sustanzi psikoattivi ġodda huma ta' riskju kbir għas-saħħa pubblika, għas-soċjetà u għas-sigurtà, kif aċċertat mir-Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Skont dan ir-Regolament, jistgħu jittieħdu miżuri biex jipprojbixxu l-produzzjoni, il-manifattura, it-tqegħid għad-disponibilità fis-suq inkluża l-importazzjoni lejn l-Unjoni, it-trasport, u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ sustanzi psikoattivi ġodda li huma ta' riskji gravi għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sigurtà. Biex titnaqqas b'mod effettiv id-disponibilità ta’ sustanzi psikoattivi ġodda li huma ta' riskji serji għall-individwi u s-soċjetà, u biex ma jitħalliex it-traffikar ta' dawn is-sustanzi madwar l-Unjoni, kif ukoll l-involviment tal-organizzazzjonijiet kriminali, li ħafna drabi jiġġeneraw profitt konsiderevoli mit-traffikar illeċitu tad-droga, miżuri ta' restrizzjoni tas-suq permanenti adottati skont dak ir-Regolament għandhom ikunu sostnuti minn dispożizzjonijiet proporzjonati tal-liġi kriminali, immirati unikament għall-produtturi, il-fornituri u d-distributuri aktar milli għall-konsumaturi individwali. [Em. 2]

(4a)  Sabiex titnaqqas b'mod effettiv id-domanda għal sustanzi psikoattivi ġodda li jġibu magħhom riskji serji għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza, id-desseminazzjoni ta' informazzjoni dwar is-saħħa pubblika bbażata fuq l-evidenza u ta' twissijiet bikrin lill-konsumaturi għandha tkun parti integrali minn strateġija inklużiva u parteċipatorja biex tiġi evitata u mnaqqsa l-ħsara. [Em. 3]

(5)  Sustanzi psikoattivi ġodda suġġetti għal restrizzjoni tas-suq permanenti skont ir-Regolament (UE) Nru .../... għandhom, għalhekk, ladarba dawn ikunu ġew miżjuda fl-Anness għad-Deċiżjoni Qafas 2004/757/ĠAI, ikunu koperti mid-dispożizzjonijiet tal-liġi mid-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali tal-Unjoni dwar it-traffikar illeċitu ta’ drogi. Dan jgħinSabiex ikunu jistgħu jiġu miżjuda sustanzi bħal dawn fl-Anness, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-Annessi u b’hekk ukoll biex il-qafas legali tal-Unjoni jkun konformi u jiġi ċċarat hekk kif l-istess dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali japplikaw għas-sustanzi koperti mill-Konvenzjonijiet tan-NU u għas-sustanzi psikoattivi l-ġodda l-aktar perikolużi. Id-definizzjoni ta'" id-definizzjoni ta’ droga" fid-Deċiżjoni Qafas 2004/757/ĠAI. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. għandha għalhekk tiġi emendatatiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 4]

(6)  Sabiex tiġi indirizzata malajr kemm jista' jkun il-preżenza u l-firxa ta' sustanzi psikoattivi ġodda perikolużi fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2004/757/ĠAI għas-sustanzi psikoattivi l-ġodda li huma ta' ħsara kbira għas-saħħa, soċjetà u sigurtà fi żmien tnax-il xahar mis-sottomissjoni tagħhomkienu soġġetti għal restrizzjonijiet tas-suq permanenti minħabba r-riskji serji għas-saħħa, is-soċjetà u s-sikurezza li jippreżentaw, skont ir-Regolament (UE) Nru .../... fi żmien 12-il xhar minn meta dawk is-sustanzi psikoattivi ġodda jiżdiedu mal-Anness tad-Deċiżjoni Qafas. [Em. 5]

(6a)  Din id-Direttiva, f'konformita mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2004/757/ĠAI li qiegħda temenda, ma tipprevedix il-kriminalizzazzjoni tal-pussess ta' sustanzi psikoattivi ġodda għall-użu personali, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jikkriminalizzaw il-pussess ta’ drogi għall-użu personali fil-livell nazzjonali. [Em. 6]

(6b)  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt tad-Deċiżjoni Qafas 2004/757/ĠAI fuq il-forniment tad-drogi, inkluż abbażi ta’ informazzjoni provduta mill-Istati Membri. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar il-kanali ta’ distribuzzjoni għas-sustanzi psikoattivi fit-territorju tagħhom li jintużaw għall-forniment ta’ sustanzi psikoattivi maħsuba għad-distribuzzjoni fi Stati Membri oħra, bħal ħwienet speċjalizzati u bejjiegħa bl-imnut onlajn, kif ukoll dwar karatteristiċi oħra tas-swieq rispettivi tagħhom tad-drogi. Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għandu jappoġġa lill-Istati Membri fil-ġbir u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni u data eżatti, komparabbli u affidabbli dwar il-forniment tad-drogi. [Em. 7]

(6c)  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’data dwar diversi indikaturi dwar l-interventi ta’ infurzar tal-liġi nazzjonali fit-territorju tagħhom, inklużi l-faċilitajiet ta’ produzzjoni tad-drogi li ġew żarmati, ir-reati tal-forniment tad-drogi, il-prezzijiet nazzjonali tal-bejgħ tad-drogi u l-eżamijiet forensiki tad-drogi kkonfiskati. [Em. 8]

(7)  Minħabba li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri biex tiġi estiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali tal-Unjoni li japplikaw għat-traffikar ta' droga illeċita għal sustanzi psikoattivi ġodda li huma ta' periklu kbir għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sikurezza, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri , iżda jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex tilħaq dak l-għan .

(8)  Din id-direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tirrispetta l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-aktar id-dritt għal rimedju effettiv u għal smiegħ ġust, il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt ta' difiża, id-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn fi proċeduri kriminali għall-istess reat, il-prinċipji u l-prinċipji ta' legalità u proporzjonalità tal-offiżi kriminali, id-dritt tal-aċċess għall-kura tas-saħħa preventiva u d-dritt għal benefiċċju minn trattament mediku. [Em. 9]

(8a)  L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom ikomplu jiżviluppaw l-approċċ tal-Unjoni bbażat fuq id-drittijiet fundamentali, il-prevenzjoni, il-kura medika u t-tnaqqis tal-ħsara, bil-għan li jgħinu lill-konsumaturi tad-droga biex jegħlbu d-dipendenza tagħhom u biex jitnaqqas l-impatt negattiv tad-drogi fuq is-soċjetà, l-ekonomija u s-saħħa pubblika. [Em. 10]

(9)  [F'konformità mal-Artikoli 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.]

U/JEW

(10)  [Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u bla preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokol, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u mhumiex marbutin biha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.]

(11)  F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(12)  Id-Deċiżjoni Qafas 2004/757/ĠAI għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni Qafas 2004/757/ĠAI hija b’dan emendata kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 1, il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:"

"id-droga”"'1.'drogi':: għandha tfisser kwalunkwe waħda mis-sustanzi li ġejjin:

   (a) kwalunkwe mis-sustanzi koperti mill-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi tal-1961 (kif emendata mill-Protokoll tal-1972) u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Sustanzi Psikotropiċi tal-1971;
   (b) kwalunkwe sustanza elenkata fl-Anness;
   (c) kwalunkwe taħlita jew soluzzjoni li jkun fiha sustanza psikoattiva ġdida li hija ta' riskju gravi għas-saħħa, għas-soċjetà u għas-sigurtà, soġġetta għal restrizzjoni tas-suq permanenti fuq il-bażi ta’ [l-Artikolu 13 (1) tar-Regolament (UE) Nru .../... dwar sustanzi psikoattivi ġodda];waħda jew iktar minn dawk is-sustanzi msemmija fil-punti (a) u (b);” [Em. 11]

"

(1a)  L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-parti introduttorja tal-paragrafu 1 hija sostitwita b’dan li ġej:"

"1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li meta mġiba minn dawn li ġejjin issir bil-ħsieb u tkun infondata fid-dritt kif definit fil-liġi nazzjonali din għandha tkun punibbli:"; [Em. 12]

"

(b)  il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:"

'2. L-imġiba deskritta fil-paragrafu 1 m’għandhiex tiddaħħal fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas meta titwettaq għall-konsum personali tagħhom kif definit mil-liġi nazzjonali.’ [Em. 13]

"

(1b)  Jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin:"

‘Artikolu 8a

Id-delega tas-setgħa

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-Anness ta' din id-Deċiżjoni Qafas, b’mod partikolari biex mal-Anness jiżdiedu sustanzi psikoattivi ġodda soġġetti għal restrizzjonijiet permanenti ta' kummerċjalizzazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 13(1) Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.’ [Em. 15]

‘Artikolu 8b

Eżerċizzju ta’ delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 8a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ għaxar snin minn ...(6). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodu ulterjuri ta’ għaxar snin, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 8a tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 8a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel tmiem dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma kinux sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.’ [Em. 16]

________________________

* Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'... [dwar is-sustanzi psikoattivi ġodda] (ĠU L. ..) ".;

"

(2)  Fl-Artikolu 9, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"

"3. Fir-rigward ta’ sustanzi psikoattivi ġodda soġġetti għal restrizzjoni tas-suq permanenti fuq il-bażi ta’ [l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru .../... dwar sustanzi psikoattivi ġodda]miżjuda mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni Qafas, l-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas għal li dawn is-sustanzi psikoattivi ġodda fi żmien 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-suq permanenti restrizzjoni tal-emenda għall-Anness. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. [Em. 14]

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Deċiżjoni Qafas jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

4.  Sa...(7) u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-punt sa fejn l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni Qafas u tippubblika rapport.”;

"

(3)  Jiżdied Anness, kif ġie stabbilit fl-Anness ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

L-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn ...(8). Huma jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-...(9).

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri b'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi ....,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

“ANNESS

Lista ta’ sustanzi msemmija fil-punt (1)(b) tal-Artikolu 1

(a)  P-Methylthioamphetamine jew 4-Methylthioamphetamine, kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/615/ĠAI(10).

(b)  Paramethoxymethylamphetamine jew N-methyl-1- (4-methoxyphenyl) -2-aminopropane, kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/188/ĠAI(11).

(c)  2,5-dimethoxy-4-iodophenethylamine, 2,5-dimethoxy-4-ethylthiophenethylamine, 2,5-dimethoxy-4- (n) -propylthiophenethylamine u 2,4,5-trimethoxyamphetamine, kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/847/ĠAI (12).

(d)  1-benzylpiperazine jew 1-benzyl-1,4-diazacyclohexane jew N-benzylpiperazine jew benzylpiperazine kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/206/ĠAI(13).

(e)  4-methylmethcathinone, kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/759/UE(14).

(f)  4-methylmethcathinone, kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/129/UE(15).

(g)  5- (2-aminopropyl)indole, kif imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/496/UE ta’... dwar il-preżentazzjoni ta' 5- (2-aminopropyl) indole għal miżuri ta’ kontroll(16).

(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2014.
(2)Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI tal-25 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet minimi dwar l-elementi kostitwenti ta' atti kriminali u ta' pieni fil-qasam tat-traffikar illeċitu tad-droga (ĠU L 335, 11.11.2004, p. 8).
(3)Azzjoni Konġunta 97/396/JHA tas-16 ta' Ġunju 1997 adottata mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll tad-drogi sintetiċi ġodda(ĠU L 167, 25.6.1997, p. 1).
(4)Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta' Mejju 2005 dwar l-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi ġodda(ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32).
(5) Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta '... [dwar is-sustanzi psikoattivi ġodda] (ĠU L. ..).
(6) Data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(7) Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta 'din id-Direttiva.
(8) 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta 'din id-Direttiva.
(9) Il-jum tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru .../... [dwar is-sustanzi psikoattivi ġodda].
(10)Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/615/ĠAI tat-13 ta’ Settembru 1999 li tiddefinixxi 4-MTA bħala droga sintetika ġdida li għandha tkun soġġetta għal miżuri ta’ kontroll u pieni kriminali(ĠU L 244, 16.09.1999, p. 1).
(11)Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/188/ĠAI tat-28 ta’ Frar 2002 dwar miżuri ta’ kontroll u sanzjonijiet kriminali fuq id-droga sintetika l-ġdida PMMA (ĠU L 063, 06.03.2002, p. 14).
(12)Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/847/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar miżuri ta’ kontroll u sanzjonijiet kriminali rigward drogi sintetiċi ġodda 2C-I, 2C-T-2, 2C-T-7 u TMA-2 (ĠU L 321, 6.12.2003, p. 64).
(13)Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/206/ĠAI tat-3 ta' Marzu 2008 li tiddefinixxi 1-benzylpiperazine (BZP) bħala sustanza psikoattiva ġdida li għandha tkun soġġetta għal miżuri ta' kontroll u dispożizzjonijiet kriminali (ĠU L 63, 7.03.2008, p. 45).
(14)Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/759/UE tat-2 ta’ Diċembru 2010 dwar il-preżentazzjoni tal-4-metilmetkatinon (mefedron) għal miżuri ta’ kontroll (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 44).
(15)Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/129/UE tas-7 ta' Marzu 2013 dwar il-preżentazzjoni tal-4-metamfetamina għal miżuri ta’ kontroll (ĠU L 72, 15.03.2013, p. 11).
(16)Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/496/UE tas-7 ta' Ottubru 2013 dwar il-preżentazzjoni ta' 5- (2-aminopropyl) indole għal miżuri ta’ kontroll (ĠU L 272, 12.10.2013, p. 44.


Negozjati tal-Ftehim ta' Sħubija Strateġika UE-Ġappun
PDF 313kWORD 66k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2014 li fih ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar in-negozjati dwar ftehim ta' sħubija strateġika UE-Ġappun (2014/2021(INI))
P7_TA(2014)0455A7-0244/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ewwel samit bilaterali li sar fl-Aja fl-1991 u l-adozzjoni tad-dikjarazzjoni konġunta dwar ir-relazzjonijiet bejn il-KE u l-Ġappun,

–  wara li kkunsidra l-għaxar samit bilaterali li sar fi Brussell fl-2001 u l-adozzjoni tal-pjan ta' azzjoni bejn l-UE u l-Ġappun bit-titolu "Infasslu l-futur komuni tagħna" li jinkludi l-objettivi li jippromwovu l-paċi u s-sigurtà, li jsaħħu s-sħubija ekonomika u kummerċjali, li jaffaċċjaw l-isfidi globali u soċjetali u li jlaqqgħu flimkien in-nies u l-kulturi,

–  wara li kkunsidra n-negozjati awtorizzati mill-Kunsill fid-29 ta' Novembru 2012 u li nfetħu fi Brussell fil-25 ta' Marzu 2013 dwar ftehim ta' sħubija strateġika bejn l-UE u l-Ġappun,

–  wara li kkunsidra n-negozjati li tnedew fil-25 ta' Marzu 2013 dwar ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Ġappun,

–  wara li kkunsidra l-21 samit bejn l-UE u l-Ġappun li sar f'Tokjo fid-19 ta' Novembru 2013,

–  wara li kkunsidra l-Linji gwida dwar il-Politika Barranija u tas-Sigurtà tal-UE fl-Asja tal-Lvant, li kienu approvati mill-Kunsill fil-15 ta' Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-3 ta' Frar 2009 dwar "It-Tieni Analiżi Strateġika dwar l-Enerġija"(1), u tal-24 ta' Marzu 2011 dwar "is-sitwazzjoni fil-Ġappun, b'mod partikolari l-istat ta' allarm fl-impjanti tal-enerġija nukleari"(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar l-objettivi strateġiċi tal-UE għall-għaxar Laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, li se ssir f'Nagoya (il-Ġappun) mit-18 sad-29 ta' Ottubru 2010(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2012 dwar "il-piena kapitali fil-Ġappun"(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar "ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Ġappun"(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Diċembru 2013 li fiha r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar in-negozjati għal Ftehim ta' Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Kanada(6),

–  wara li kkunsidra t-terremot katastrofiku u z-tsunami sussegwenti li qerdu partijiet sinifikanti mill-kosta tal-Ġappun fil-11 ta' Marzu 2011 u wasslu għall-qerda tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Fukushima,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 90(4) u 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7‑0244/2014),

A.  billi l-Ġappun ilu sieħeb strateġiku tal-UE mill-2003;

B.  billi l-UE u l-Ġappun jikkondividu r-responsabilità speċjali għat-trawwim tal-paċi, tal-istabilità u tal-prosperità f'dinja li qed tinbidel b'rata mgħaġġla;

C.  billi l-UE u l-Ġappun diġà jikkooperaw f'numru ta' oqsma bħalma huma l-kooperazzjoni doganali u l-assistenza legali f'materji kriminali, ix-xjenza u t-teknoloġija, is-sigurtà tal-internet, il-kooperazzjoni akkademika u għar-riċerka, l-użu paċifiku tal-enerġija nukleari, il-kuntatti tal-komunità tan-negozju u l-promozzjoni ta' rabtiet interpersonali;

D.  billi l-UE u l-Ġappun jikkondividu l-valuri tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, li lkoll għandhom jifformaw il-parti ewlenija ta' kwalunkwe ftehim bejn iż-żewġ partijiet bl-għan li jingħata qafas solidu għal dik ir-relazzjoni;

E.  billi l-kontribut tal-Ġappun għas-sigurtà u l-istabilità internazzjonali żdiedet, inkwantu l-pajjiż huwa Kontributur Proattiv għall-Paċi, abbażi tal-prinċipju ta' kooperazzjoni internazzjonali;

F.  billi l-Ġappun u l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) iffirmaw l-ewwel dikjarazzjoni politika konġunta f'April 2013, u rriferew għall-ġestjoni tal-kriżijiet, l-isforzi ta' sokkors f'każ ta' diżastri, l-operazzjonijiet ta' appoġġ għall-paċi, iċ-ċiberdifiża u s-sigurtà marittima bħala oqsma possibbli ta' kooperazzjoni;

G.  billi l-Ġappun huwa wkoll membru attiv tal-Bank Asjatiku tal-Iżvilupp (ADB), tal-Bank Afrikan tal-Iżvilupp (AFDB), tal-Bank Inter‑Amerikan tal-Iżvilupp (IADB), tal-Kummissjoni Ekonomika u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Asja u l-Paċifiku (UNESCAP), u ta' ħafna aġenziji speċjalizzati oħra tan-NU, kif ukoll tal-Laqgħa Asja‑Ewropa (ASEM) u tad-Djalogu għall-Kooperazzjoni Asjatika (ACD); billi l-Ġappun huwa wkoll membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) mill-1995, is-sena li fiha ġiet stabbilita, u huwa membru tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), tal-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (IBRD), il-Grupp ta' Tmienja (G8) u l-Grupp ta' Għoxrin (G20);

H.  billi jeżistu tensjonijiet bejn il-Ġappun u l-ġirien tiegħu, iċ-Ċina, ir-Russja u l-Korea t'Isfel dwar gżejjer fiż-żoni marittimi tal-Lvant tal-Asja;

1.  Jindirizza lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

  

Dwar in-negozjati għall-ftehim ta' sħubija strateġika

   (a) jissaħħu aktar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ġappun, permezz tal-konklużjoni f'waqtha tan-negozjati dwar ftehim ta' sħubija strateġika komprensiv; tiġi definita dimensjoni strateġika awtentika tal-ftehim li tenfasizza l-aspetti uniċi tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ġappun;
   (b) jimmiraw li jipprovdu qafas fit-tul għal relazzjoni aktar mill-qrib li tikkontribwixxi b'mod konsiderevoli għall-approfondiment tar-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u kulturali b'riżultati konkreti għaċ-ċittadini taż-żewġ reġjuni u tingħata attenzjoni speċjali għall-koordinament tal-politika ekonomika;
   (c) jiżdied b'mod sinifikanti l-għadd u l-firxa ta' kooperazzjoni bilaterali u ta' djalogi settorjali;
  

Djalogu politiku

   (d) jerġgħu jiġu affermati l-valuri kondiviżi, l-għanijiet u r-responsabilitajiet komuni għall-promozzjoni tal-paċi globali, l-istabilità, id-demokrazija parlamentari, l-iżvilupp sostenibbli u sistema multilaterali b'saħħitha; titkompla l-kollaborazzjoni favur it-tisħiħ u r-riforma tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-Kunsill tas-Sigurtà; jiġi rikonoxxut li d-dinja dejjem iktar multipolari hija kkaratterizzata mill-importanza politika dejjem ikbar ta' għadd kbir ta' atturi reġjonali u nazzjonali, inklużi l-UE u l-Ġappun, u jsir appell għal kooperazzjoni u koordinament imtejba fl-arena internazzjonali;
   (e) tiġi approfondita u msaħħa l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet politiċi, ta' sigurtà, ta' paċi, inkluż il-kondiviżjoni ta' informazzjoni, in-nonproliferazzjoni, id-diżarm, l-eliminazzjoni tal-armi ta' qerda massiva, iċ-ċibersigurtà u l-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali, bħat-traffikar tal-bnedmin u tad-drogi, il-piraterija u t-terroriżmu;
   (f) jimpenjaw ruħhom, bħala d-donaturi l-aktar importanti ta' għajnuna dinjija għall-iżvilupp, għal kooperazzjoni u koordinament aktar mill-qrib ta' politiki u ta' interventi biex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, fejn l-aspett tas-sigurtà tal-bniedem huwa essenzjali;
   (g) jiġi analizzat l-għan tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' sigurtà globali, inkluż dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-isforzi għaż-żamma tal-paċi;
   (h) issir kooperazzjoni fil-ġestjoni ċivili tal-kriżijiet, fil-protezzjoni ċivili, fir-reazzjoni għad-diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem, fl-assistenza umanitarja u f'inizjattivi ta' rikostruzzjoni ta' wara l-kriżi; tissaħħaħ il-kooperazzjoni bilaterali u internazzjonali fit-tnaqqis tar-riskji ta' diżastri;
   (i) jiġi espress it-tħassib kbir tal-Istati Membri dwar il-konsegwenzi devastanti tal-katastrofi nukleari ta' Fukushima; jitħeġġeġ il-Gvern Ġappuniż ħalli jinforma lill-komunità internazzjonali b'mod kemm jista' jkun preċiż u komprensiv b'data disponibbli dwar is-sitwazzjoni fis-sit tar-reattur u dwar il-livelli ta' tniġġis;
   (j) tiġi ffaċilitata l-kollaborazzjoni konġunta f'areni multilaterali oħrajn, bħan-Nazzjonijiet Uniti, il-G8, il-G20, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI); isiru sforzi konġunti intiżi li jippromwovu l-irkupru ekonomiku globali, il-ħolqien tal-impjiegi u r-regoli kummerċjali multilaterali;
   (k) tiżdied il-kooperazzjoni konkreta fuq proġetti relatati mas-sigurtà f'reġjuni strateġiċi, bħal-Lvant Nofsani, l-Afrika u l-Asja Ċentrali, billi jinbena fuq is-suċċess tal-kooperazzjoni sal-lum;
   (l) issir kooperazzjoni fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-konferenza tan-NU, Rio + 20, biex jinkiseb l-iżvilupp sostenibbli;
  

Djalogi reġjonali

   (m) jingħata appoġġ lill-integrazzjoni tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN) u jiġi enfasizzat ir-rwol tal-Forum Reġjonali ASEAN u tas-Samit tal-Asja tal-Lvant ħalli jiġi promoss fehim reċiproku fl-Asja u jinġiebu sħab fid-djalogu minn barra r-reġjun, inkluża l-UE;
   (n) biex jiġi enfasizzat l-fatt li r-relazzjoni tal-Ġappun mal-ġirien tiegħu hija fundamentali għall-istabilità u s-sigurtà fl-Asja tal-Lvant u għas-sigurtà globali b'mod ġenerali;
   (o) jitfakkar li l-istabilità u d-distensjoni (détente) fl-Asja tal-Lvant huma wkoll fl-aħjar interess tal-Ewropa; jiġu inkoraġġiti l-partijiet ikkonċernati kollha jsibu soluzzjoni għat-tensjonijiet fil-Baħar taċ-Ċina tal-Lvant bis-saħħa ta' djalogu paċifiku abbażi tad-dritt u tal-konvenzjonijiet internazzjonali; ikun hemm astensjoni minn kull użu, jew theddid ta' użu, tal-forza u qbil fuq miżuri ta' involviment ta' taffija fil-każ ta' inċidenti mhux previsti; tiġi enfasizzata l-importanza tal-bini ta' fiduċja u diplomazija preventiva; jiġi enfasizzat il-fatt li l-libertà tan-navigazzjoni internazzjonali hija kritika għall-kummerċ internazzjonali u trid tiġi rispettata;
   (p) titkompla l-ħidma lejn il-paċi u s-sigurtà dejjiema f'peniżola Koreana ħielsa mill-armi nukleari, u biex ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (RDPK) tiġi mħeġġa tabbanduna l-programmi nukleari eżistenti kollha;
  

Drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali

   (q) jerġgħu jiġu affermati l-valuri kondiviżi tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, il-libertajiet fundamentali, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt u jkun hemm kollaborazzjoni fil-promozzjoni u l-protezzjoni ta' dawn il-valuri;
   (r) ikun hemm djalogu mal-Gvern Ġappuniż dwar moratorju fuq il-piena kapitali bil-ħsieb li eventwalment din tiġi abolita;
   (s) tiġi promossa l-ugwaljanza tel-ġeneru bħala element kruċjali tad-demokrazija;
   (t) tiġi nnegozjata dispożizzjoni fil-ftehim li tinkludi l-kundizzjonalità reċiproka u klawsoli politiċi dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, li jerġgħu jikkonfermaw l-impenn reċiproku lejn dawn il-valuri; jiġu adottati salvagwardji xierqa biex jiżguraw l-istabilità tal-ftehim u li l-ebda naħa ma tkun tista' tabbuża minn tali dispożizzjoni; issir insistenza li tali kundizzjonalità għandha tifforma parti mill-Ftehim ta' Sħubija Strateġika mal-Ġappun, fl-ispirtu tal-approċċ komuni tal-UE dwar il-kwistjoni;
  

Kooperazzjoni ekonomika, ambjentali, xjentifika u kulturali

   (u) jiġi inkorporat qafas estensiv dwar il-kooperazzjoni fix-xjenza, fit-teknoloġija, fin-negozju u fir-riċerka biex jitjieb il-potenzjal għall-innovazzjoni; ikun hemm kooperazzjoni bil-għan li jinstabu soluzzjoni innovattivi għall-kwistjonijiet tat-trasport;
   (v) jiġu eżaminati l-possibilitajiet ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib fir-rigward tas-sistemi ta' navigazzjoni satellitari;
   (w) jiġu intensifikati l-kummerċ u l-kooperazzjoni bilaterali dwar il-politiki li jippromwovu l-enerġija sikura u sostenibbli, l-effiċjenza enerġetika, l-enerġiji rinnovabbli, l-oqfsa regolatorji ta' sikurezza nukleari u simulazzjonijiet ta' kriżi f'impjant tal-enerġija nukleari, ir-riċerka fl-enerġija li tinkludi l-proġett tar-Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER) u l-qbid tal-karbonju;
   (x) ikun hemm iżjed kooperazzjoni ħalli tinstab risposta globali urġenti, komprensiva u sostenibbli għat-tibdil fil-klima, inkluż permezz ta' tnaqqis qawwi fl-emissjonijiet globali ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-partijiet kollha;
   (y) ikun hemm kooperazzjoni fil-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut;
   (z) tiġi promossa l-kooperazzjoni fil-qasam tal-governanza globali u tar-riċerka fl-elementi tal-art rari u materja prima kritika oħra;
   (aa) issir enfasi fuq il-fatt li ċ-ċiberspazju huwa importanti fil-promozzjoni tal-libertà ta' espressjoni u tal-iżvilupp soċjali ekwu;
   (ab) jiġu promossi l-għarfien pubbliku u l-viżibilità fir-reġjun tas-sieħeb l-ieħor; jiġu intensifikati l-iskambji bilaterali kulturali, akkademiċi, taż-żgħażagħ, interpersonali u sportivi;
   (ac) isir skambju tal-esperjenzi u tal-aħjar prattiki dwar kif tingħata risposta lill-esiġenzi ta' soċjetà li qed tixjieħ u li hija attiva;
   (ad) is-saħħa tiġi ttrattata bħala qasam partikolari ta' kooperazzjoni u sforz konġunt billi jkunu stabbiliti mezzi li jikkombinaw u jiskambjaw l-aħjar għarfien mediku disponibbli, inkluż il-bijoteknoloġiji, sabiex jirrispondu għall-isfidi tas-saħħa ta' soċjetajiet li qed jixjieħu;
  

Dispożizzjonijiet oħra

   (ae) il-Parlament jiġi kkonsultat dwar id-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni parlamentari;
   (af) jiġu inklużi parametri ta' riferiment ċari u skadenzi vinkolanti għall-implimentazzjoni tal-ftehim ta' sħubija strateġika u jiġu offruti mekkaniżmi ta' monitoraġġ, inklużi rapporti regolari lill-Parlament;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni li fiha r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Gvern u lid-Dieta Nazzjonali tal-Ġappun.

(1) ĠU C 67E, 18.3.2010, p. 16.
(2) ĠU C 247E, 17.8.2012, p. 20.
(3) ĠU C 371 E, 20.12.2011, p. 14.
(4) ĠU C 249E, 30.8.2013, p. 63.
(5) ĠU C 377E, 7.12.2012, p. 19.
(6) Testi adottati, P7_TA(2013)0532.


Il-politika barranija tal-UE f'dinja ta' differenzi kulturali u reliġjużi
PDF 316kWORD 73k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2014 dwar il-politika barranija tal-UE f'dinja ta' differenzi kulturali u reliġjużi (2014/2690(RSP))
P7_TA(2014)0456B7-0365/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 10 u 22 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tan-NU dwar il-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin u dwar l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta' intolleranza u ta' diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon jew twemmin, b'mod partikolari r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali A/RES/67/179 tal-20 ta' Diċembru 2012 u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem A/HRC/22/20/L.22 tat-22 ta' Marzu 2013,

–  wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (11855/2012), adottati mill-Kunsill Affarijiet Barranin fil-25 ta' Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2008 dwar il-promozzjoni tad-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda Ewropea għall-Kultura (COM(2007)0242), li għandha l-għan li tippromwovi l-għarfien tad-diversità kulturali u l-valuri tal-UE, id-djalogu mas-soċjetà ċivili u l-iskambji ta' prattiki tajba,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-2 ta' Frar 2012 dwar politika konsistenti fil-konfront ta' reġimi awtoritarji, li kontrihom l-UE tapplika miżuri restrittivi(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011 dwar id-dimensjonijiet kulturali tal-azzjonijiet esterni tal-UE(2),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-abbozz ta' Linji Gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà ta' Reliġjon jew ta' Twemmin(3), u l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Libertà ta' Reliġjon jew ta' Twemmin, adottati mill-Kunsill Affarijiet Barranin fl-24 ta' Ġunju 2013,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 bit-titolu Strateġija dwar il-Libertà Diġitali fil-Politika Barranija tal-UE(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-UE hija msejsa fuq il-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għandha r-rieda, kif ukoll id-dmir legali u morali, li tippromwovi u tiddefendi dawn il-valuri fir-relazzjonijiet esterni tagħha ma' pajjiżi oħrajn;

B.  billi l-Artikolu 21 tat-TUE jirrikonoxxi li l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali għandha tkun iggwidata "[m]id-demokrazija, l-Istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali";

C.  billi l-kunċett tad-differenzi kulturali u reliġjużi spiss wassal għall-kunflitt bejn gruppi differenti ta' nies u ġie sfruttat mill-mexxejja u r-reġimi biex jiksbu l-għanijiet tagħhom stess, u għaldaqstant komplew ixewxu l-kunflitt;

D.  billi l-fehim tad-diversità reliġjuża u kulturali, li jippermetti l-inklużjoni, ir-rispett reċiproku u l-fehim ta' mentalitajiet differenti, huwa mezz sod li bih jitrawmu t-tolleranza u r-rikonċiljazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' wara kunflitt, kif ukoll jippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;

E.  billi, f'din l-era ta' globalizzazzjoni, in-nazzjonijiet, l-istati u ċ-ċiviltajiet jinteraġixxu ma' xulxin b'mod attiv, u r-regoli u n-normi li jiggwidaw il-funzjonament tas-sistemi ekonomiċi u politiċi qed jintrabtu ma' xulxin aktar mill-qrib u jħabbtu wiċċhom ma' sfidi bħat-tibdil fil-klima, it-terroriżmu u l-faqar, filwaqt li, fl-istess ħin, jirriflettu l-identitajiet nazzjonali u d-differenzi kulturali, u billi sabiex ikun hemm djalogu internazzjonali bbażat fuq it-tolleranza, jeħtieġ li dak li jkun ikollu għarfien adegwat ta' dawn iż-żewġ aspetti;

F.  billi fiċ-ċiviltajiet kollha, il-patrimonju kulturali nazzjonali, li joħloq is-sies għall-identità kulturali taċ-ċittadini, huwa vvalorizzat ħafna;

Il-prinċipji tal-politika barranija tal-UE

1.  Jafferma li r-rispett għad-diversità kulturali u t-tolleranza fir-rigward tal-kunċetti u t-twemmin differenti, flimkien mal-ġlieda kontra kull tip ta' estremiżmu u inugwaljanzi, jibqa' parti integrali neċessarja għall-ħolqien b'suċċess ta' ordni internazzjonali paċifiku msejjes fuq valuri demokratiċi kondiviżi universalment;

2.  Itenni l-konvinzjoni tiegħu li, hija u tiddefendi l-interessi tagħha stess fid-dinja, l-UE għandha dejjem tibbaża l-politiki tagħha fuq il-promozzjoni tal-valuri fundamentali li fuqhom hija msejsa l-Unjoni (id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-ġustizzja soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar) u fuq ir-rispett għall-pajjiżi l-oħra;

3.  Jinsisti li l-protezzjoni ta' persuni li jappartjenu għal gruppi vulnerabbli, bħall-minoranzi etniċi jew reliġjużi, u l-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-għoti tas-setgħa lin-nisa, ir-rappreżentazzjoni u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċessi ekonomiċi, politiċi u soċjali, kif ukoll il-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza u diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru jew tal-orjentament sesswali, għandhom ikunu fost l-objettivi tal-UE fir-relazzjonijiet barranin;

4.  Iqis li l-aċċess għall-edukazzjoni fil-forom kollha tagħha, speċjalment fid-dawl tal-ġrajjiet li seħħu, l-Istorja u l-promozzjoni tal-iskambju kulturali, huwa indispensabbli biex dak li jkun jifhem u jirrispetta l-patrimonju reliġjuż u kulturali;

5.  Jitlob lill-UE tippromwovi r-ratifika u l-implimentazzjoni tat-trattati internazzjonali ewlenin dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk dwar id-drittijiet tan-nisa u l-ftehimiet kollha dwar in-nondiskriminazzjoni, il-konvenzjonijiet ewlenin dwar id-drittijiet tax-xogħol, kif ukoll l-istrumenti reġjonali b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem; jistenna li ssir ratifika rapida tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem mas-sentenza finali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jitlob lill-UE tippromwovi r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjoni Kulturali;

7.  Jisħaq fuq il-fatt li l-UE, li fl-imgħoddi kisbet riżultati konkreti fil-ġlieda tagħha kontra l-piena tal-mewt, għandha terfa' responsabbiltà akbar, u jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-Istati Membri jżommu u jsaħħu l-impenn politiku tagħhom lejn din il-kawża, bil-għan li l-piena tal-mewt titneħħa fid-dinja kollha darba għal dejjem;

8.  Iqis li d-demokraziji stabbli u moderni bi stat ta' dritt li jiffunzjona bħala għodda ta' paċi, kooperazzjoni internazzjonali u rieda biex il-kwistjonijiet globali jiġu indirizzati b'mod kostruttiv, u li huwa fl-interess tal-UE li tippromwovi b'mod attiv kultura politika ta' libertà, tolleranza u aċċessibilità, is-separazzjoni tal-istat mir-reliġjon, kif ukoll l-iżvilupp ta' istituzzjonijiet demokratiċi madwar id-dinja;

9.  Jinnota, b'mod partikolari, li t-tranżizzjoni lejn id-demokrazija f'bosta stati madwar id-dinja fl-aħħar għoxrin sena u, aktar reċentament, il-ġrajjiet tal-irvellijiet fid-dinja Għarbija, urew li l-aspirazzjonijiet għad-demokrazija, il-ġustizzja soċjali, id-dinjità tal-bniedem u l-parteċipazzjoni ugwali huma motivazzjoni universali fi ħdan u madwar sfondi kulturali u reliġjużi differenti u m'għandhomx jitqiesu bħala punt ta' interess tal-Punent biss;

10.  Iqis li l-kunċett tad-differenzi kulturali u reliġjużi qed ikun ripetutament strumentalizzat biex jiġġustifika ksur evidenti tad-drittijiet tal-bniedem minn reġimi dittatorjali u atturi mhux statali radikali;

11.  Jiċħad viżjonijiet essenzjalisti ta' kulturi bħala entitajiet fissi; jemmen li l-globalizzazzjoni u l-interazzjoni li qed tikber ta' persuni li jappartjenu għal sfondi kulturali u reliġjużi differenti jistgħu jwasslu għall-iżvilupp u l-infurzar ta' bażi komuni ta' valuri universali;

12.  Ifakkar li r-rispett u d-difiża ta' kulturi iżgħar u ta' minoranzi nazzjonali u lingwistiċi, u l-promozzjoni tal-ħila tagħhom biex jesprimu ruħhom f'konformità mad-drittijiet tal-bniedem, huma mezz ta' kif jiġi evitat li d-differenzi kulturali jitqiesu bħala konfrontazzjoni bejn blokok irrikonċiljabbli u sabiex jiġu promossi l-paċi u l-istabilità;

13.  Jisħaq fuq il-fatt li l-edukazzjoni inklużiva għandu jkollha rwol prominenti fil-politika tal-iżvilupp, l-immaniġjar tal-kriżi u l-istabilizzazzjoni ta' wara l-kunflitt;

14.  Jenfasizza l-fatt li r-rispett għal-libertajiet tar-reliġjon huwa prinċipju ta' politika esterna importanti, li jikkontribwixxi għal relazzjonijiet internazzjonali aktar sostenibbli u jippromwovi l-kooperazzjoni bejn in-nazzjonijiet abbażi tal-umanità, it-tolleranza u r-rikonoxximent reċiproku;

15.  Jiċħad il-promozzjoni u t-tixrid ta' prinċipji reliġjużi fundamentalisti diretti lejn l-erożjoni jew il-vjolazzjoni tad-drittijiet ta' komunitajiet partikolari;

16.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-proliferazzjoni tal-intolleranza u jiddeplora b'mod qawwi l-atti ta' vjolenza fuq il-komunitajiet reliġjużi, inklużi l-Insara, il-Musulmani, il-Lhud u l-Bahá'í, li f'diversi pajjiżi qed jiċċaħdu minn drittijiet fundamentali tal-bniedem esklużivament minħabba t-twemmin tagħhom; jikkundanna bil-qawwa, b'mod partikolari, il-bosta tentattivi biex jingħalqu jew jinqerdu l-knejjes, il-moskej, is-sinagogi, it-tempji u postijiet ta' qima oħra madwar id-dinja;

17.  Jenfasizza l-importanza tad-diplomazija kulturali, il-kooperazzjoni kulturali u l-iskambju edukattiv u kulturali sabiex jitwasslu l-valuri li jsawru l-kultura Ewropea u jiġu promossi l-interessi tal-UE u l-Istati Membri tagħha; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE taġixxi bħala attur dinji koerenti b'perspettiva globali u responsabilità globali;

Ir-rwol tal-UE fis-sistema tan-NU u fil-forums multilaterali

18.  Jagħraf il-fatt li l-istruttura attwali tas-sistema tan-NU, u b'mod partikolari dik tal-Kunsill tas-Sigurtà, għandha tirrifletti b'mod aktar adegwat id-diversità tal-atturi globali;

19.  Josserva, madankollu, li l-UE u l-Istati Membri tagħha rnexxielhom isibu punt komuni għal djalogu u kooperazzjoni biex jintlaħqu soluzzjonijiet komuni mal-istati membri tan-NU li jmorru lil hinn mid-differenzi kulturali u reliġjużi; josserva wkoll li t-tensjonijiet u l-moratorju li jxekklu l-iżvilupp ta' dawn is-soluzzjonijiet huma mnissla mill-oppożizzjoni tal-istati u partijiet involuti fil-kunflitti għal dawn il-ftehimiet għal raġunijiet strateġiċi aktar milli abbażi ta' valuri morali konfliġġenti;

20.  Jenfasizza l-importanza li jiġu kkoordinati forums bil-għan li jippromwovu djalogu u qbil reċiproku bejn il-kulturi u r-reliġjonijiet; huwa, madankollu, tal-opinjoni li l-effikaċja ta' dawn il-forums għandha tiġi vvalutata u li għandha tiġi kkunsidrata l-influwenza li teżerċita l-firxa tagħhom;

21.  Jagħraf il-valur tad-diplomazija parlamentari u jenfasizza l-ħidma tal-Assemblej Parlamentari tal-Organizzazzjonijiet Internazzjonali għall-promozzjoni tad-djalogu interkulturali u interreliġjuż; jilqa', f'dan ir-rigward, inizjattivi bħar-rakkomandazzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran (Marzu 2012, Rabat) biex jitfassal abbozz ta' 'Karta tal-Valuri tal-Mediterran';

L-isfidi ta' influwenza reliġjuża fix-xena politika internazzjonali

22.  Josserva, bi tħassib, li apparti t-theddid li jirrappreżentaw in-netwerks terroristi għall-Unjoni, kif ukoll għall-bqija tad-dinja, il-gruppi reliġjużi estremisti li jużaw il-vjolenza bħala mezz biex jippromwovu l-mibegħda u l-intolleranza u jinfluwenzaw lis-soċjetajiet u l-leġiżlazzjoni sabiex iċekknu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tan-nies, idgħajfu l-istess prinċipji li l-Unjoni tippromwovi fil-politiki barranin u ta' żvilupp tagħha u joperaw bl-appoġġ – kemm jekk bil-miftuħ u kemm jekk bil-moħbi – ta' ċerti Stati;

23.  Iqis li l-UE għandha tkun aktar assertiva fl-appoġġ li tagħti għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet soċjali u politiċi mis-soċjetà ċivili, kif ukoll interpretazzjonijiet aktar miftuħa u inklużivi tad-domma reliġjuża f'dawk il-pajjiżi fejn il-gvernijiet tagħhom jippromwovu perspettivi intolleranti tar-reliġjon u l-kultura, jew iħalluhom jgħaddu;

24.  Josserva li, f'ħafna pajjiżi mhux Ewropej, anki fejn l-espressjonijet reliġjużi differenti huma tollerati, is-sekulariżmu u l-perspettivi atei u anjostiċi madankollu huma spiss soġġetti għal diskriminazzjoni legali jew soċjali u l-atei li qed iħabbtu wiċċhom ma' theddid, pressjoni jew periklu għandhom ikunu protetti bl-istess mod tal-minoranzi reliġjużi jew minoranzi oħra minn programmi u politiki tal-UE; ifakkar li l-libertà tar-reliġjon u tal-kuxjenza timplika bl-istess mod kemm id-dritt għal twemmin reliġjuz u l-prattika tar-reliġjoni, u fejn dan jonqos, id-dritt li wieħed jagħżel jew jippromwovi twemmin reliġjuż bħala parti integrali tal-libertà ta' espressjoni u d-dritt li wieħed ibiddel jew jabbanduna t-twemmin tiegħu; jistenna li dawn l-aspetti kollha jkunu preżenti fl-inizjattivi tal-UE għal djalogu interkulturali;

25.  Jipproponi li l-mexxejja reliġjużi tat-tliet reliġjonijiet Abramiċi (il-Ġudaiżmu, il-Kristjaneżmu u l-Iżlam) iwettqu djalogu interreliġjuż, fi spirtu ta' għaqda u tolleranza għall-espressjonijiet organizzati differenti tagħhom;

Il-kredibilità, il-koerenza u l-konsistenza tal-politika tal-UE

26.  Iqis li l-effettività tal-azzjoni tal-UE tiddependi mill-eżemplarità u l-konsistenza tagħha bejn il-prattika interna u l-azzjoni esterna;

27.  Jistieden lill-Istati Membri kollha jħassru l-leġiżlazzjoni eżistenti li tikkontradixxi l-libertà fundamentali tar-reliġjon u l-kuxjenza u l-libertà tal-espressjoni;

28.  Jisħaq fuq l-importanza li l-UE tippromwovi r-rispett għal-libertà ta' espressjoni, il-libertà tar-reliġjon u t-twemmin, il-libertà tal-istampa u l-libertà ta' aċċess għall-midja u t-teknoloġiji tal-informazzjoni ġodda fl-azzjonijiet esterni tagħha, u tipproteġi u tippromwovi b'mod attiv il-libertajiet diġitali tan-nies;

29.  Jitlob li jkun hemm politika tal-UE koerenti fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem ibbażata fuq standards fundamentali kondiviżi u approċċ kostruttiv orjentat lejn il-ksib ta' riżultati; jisħaq fuq il-fatt li, meta jivverifika ruħu ksur tad-drittijiet tal-bniedem, l-UE għandha tagħmel użu mill-firxa sħiħa ta' għodod li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, inklużi s-sanzjonijiet;

30.  Jikkonferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-ftehimiet li l-UE laħqet ma' pajjiżi terzi biex jiġu inklużi kundizzjonalità reċiproka u klawżoli politiċi dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, bħala konferma mill-ġdid kondiviża tal-impenn reċiproku għal dawn il-valuri u irrispettivament mill-istat ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiż partikolari, b'salvagwardji adatti biex jiżguraw li l-ebda naħa ma tkun tista' tabbuża mill-użu tal-mekkaniżmu ta' sospensjoni;

Ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni Ewropea

31.  Jistieden lis-SEAE u d-Delegazzjonijiet tal-UE madwar id-dinja jkomplu jimpenjaw ruħhom ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet reġjonali fil-promozzjoni ta' djalogu interkulturali u interreliġjuż;

32.  Jistenna li fid-dikjarazzjonijiet politiċi tagħhom, ir-rappreżentanti tal-UE jiċċaraw il-fatt li l-interpretazzjonijiet intolleranti ta' kwalunkwe reliġjon jew twemmin li jippermettu li ssir vjolenza jew repressjoni kontra aderenti ta' twemmin ieħor huma inkompatibbli mal-valuri tal-UE u d-drittijiet universali tal-bniedem, u għandhom jiġu miġġielda bl-istess assertività li biha jiġi miġġieled kwalunkwe reġim politiku repressiv;

33.  Jistieden lill-UE biex, fid-djalogu politiku mal-pajjiżi u r-reġjuni msieħba madwar id-dinja, il-kultura ssir tirrappreżenta parti aktar b'saħħitha billi tippromwovi l-iskambji kulturali u b'mod sistematiku tintegra l-kultura fi programmi u proġetti ta' żvilupp; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li ssir simplifikazzjoni tal-operazzjonijiet interni tal-Kummissjoni fid-diversi Direttorati Ġenerali li jiffukaw fuq ir-relazzjonijiet esterni (il-politika barranija, it-tkabbir, il-kummerċ u l-iżvilupp), l-edukazzjoni, il-kultura u l-aġenda diġitali;

34.  Jisħaq fuq l-importanza li l-persunal tal-UE jingħata t-taħriġ xieraq f'dan ir-rigward, u jenfasizza fuq il-ħidma relevanti ta' bosta organizzazzjoni bħalma hi l-Fondazzjoni Anna Lindh u ċ-Ċentru ta' Djalogu KAICIID fi Vjenna;

35.  Jagħraf il-fatt li t-teknoloġiji tal-internet u l-komunikazzjoni huma fattur ewlieni li jiffaċilita l-libertà ta' espressjoni, il-pluraliżmu, l-iskambju ta' informazzjoni, l-edukazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp, il-libertà ta' għaqda, id-demokrazija u l-interazzjoni u l-inklużjoni interkulturali u interreliġjużi, li b'hekk irawwem it-tolleranza u l-fehim; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-Rapport dwar Strateġija dwar il-Libertà Diġitali fil-Politika Barranija tal-UE;

36.  Jenfasizza l-possibilitajiet multipli mogħtija mit-teknoloġiji l-ġodda għall-promozzjoni tad-djalogu interkulturali u interreliġjuż kif ukoll tal-prinċipji u l-valuri tal-UE; iħeġġeġ lill-Kapijiet kollha tad-Delegazzjonijiet tal-UE biex jagħmlu użu sħiħ mill-għodod tad-diplomazija diġitali permezz tal-preżenza attiva u konsistenti tagħhom fil-midja soċjali; jistieden lis-SEAE jeżamina l-possibilitajiet ta' programmi virtwali ġodda;

o
o   o

37.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 239 E, 20.8.2013, p. 11.
(2) ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 135.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0279.
(4) Testi adottati, P7_TA(2012)0470.


Il-pressjoni Russa fuq il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u, b'mod partikolari, id-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina
PDF 248kWORD 83k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2014 dwar il-pressjoni Russa fuq il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u, b'mod partikolari, id-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukraina (2014/2699(RSP))
P7_TA(2014)0457RC-B7-0436/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat, dwar is-Sħubija tal-Lvant (SL) u dwar l-Ukraina, b'riferiment partikolari għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina(1) u tat-13 ta' Marzu 2014 dwar l-invażjoni tal-Ukraina mir-Russja(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fit-3 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw mill-Ukraina(3),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar l-Ukraina tat-3 ta' Marzu 2014 u l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kunsill Affarijiet Barranin tas-17 ta' Marzu u tal-14 ta' April 2014,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern dwar l-Ukraina fil-Kunsill Ewropew tas-6 ta' Marzu 2014,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar l-Ukraina tal-20 ta' Marzu 2014,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-summit ta' Vilnjus li sar fit-28 u d-29 ta' Novembru 2013,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tad-9 ta' April 2014 dwar 'żviluppi reċenti fl-Ukraina: theddidiet għall-funzjonament ta' istituzzjonijiet demokratiċi',

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-27 ta' Marzu 2014 bl-isem 'L-integrità territorjali tal-Ukraina'(4),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-mexxejja tal-G7 wara l-laqgħa tagħhom fl-Aja fl-24 ta' Marzu 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fis-16 ta' Marzu 2014, fir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u l-belt ta' Sevastopol ġie organizzat referendum illegali u illeġittimu, li sar taħt il-kontroll ta' truppi Russi; billi, minkejja l-kundanna internazzjonali tar-referendum, l-awtoritajiet u l-leġiżlaturi Russi wettqu bil-ħeffa l-annessjoni tal-peniżola Ukraina, kontra d-dritt internazzjonali;

B.  billi f'dawn l-aħħar jiem seħħew għadd limitat ta' dimostrazzjonijiet pro-Russi fil-Lvant u fin-Nofsinhar tal-Ukraina; billi separatisti pro-Russi, fil-parti l-kbira tal-każi mmexxija minn forzi speċjali Russi, attakkaw binjiet amministrattivi lokali f'Kharkiv, Luhansk u Donetsk; billi dawn in-nies, taħt it-tmexxija ta' grupp jismu 'is-Settur Russu', okkupa l-binja tal-gvern lokali f'Donetsk, ipproklamaw il-ħolqien ta' 'Repubblika Popolari ta' Donetsk' sovrana u indipendenti minn Kiev, u ħabbru referendum dwar is-seċessjoni tar-reġjun, li għandu jsir mhux aktar tard mill-11 ta' Mejju 2014;

C.  billi fit-12 u t-13 ta' April 2014, għases tal-pulizija u binjiet tal-gvern fi Slovyansk, Kramatorsk, Krasny Lyman, Mariupol, Yenakiyeve u bliet oħra fir-reġjun ta' Donetsk ġew attakkati u maħtufa minn irġiel armati tajjeb, mhux identifikati u mgħammda, li huwa maħsub li kienu taħt it-tmexxija ta' forzi speċjali Russi, f'sensiela ta' attakki koordinati; billi tul il-ġlied miet tal-anqas uffiċjal wieħed u bosta persuni sfaw midruba;

D.  billi kwalunkwe eskalazzjoni ulterjuri tad-destabbilizzazzjoni vjolenti fil-Lvant u fin-Nofsinhar tal-Ukraina ġġib magħha r-riskju li r-Russja tużaha bħala pretest falz għal aktar aggressjoni b'mezzi militari, tipprevjeni l-elezzjonijiet presidenzjali, u tisforza l-federalizzazzjoni tal-Ukraina bħala prekursur għall-partizzjoni ta' dan il-pajjiż;

E.  billi r-Russja għadha żżomm għadd kbir ta' truppi lesti għall-ġlied tul il-fruntiera tagħha mal-Ukraina, minkejja li wiegħdet li tirtirahom biex tbaxxi t-tensjoni; billi hemm possibbiltà serja li r-Russja tipprova tirrepeti x-'xenarju tal-Krimea';

F.  billi r-Russja qed tissokta tikser l-obbligi internazzjonali tagħha, bħalma huma dawk taħt il-Karta tan-NU, l-Att Finali ta' Ħelsinki, l-Istatut tal-Kunsill tal-Ewropa u, b'mod partikolari, il-Memorandum ta' Budapest tal-1994 dwar garanziji ta' sigurtà għall-Ukraina;

G.  billi l-UE adottat pakkett ekonomiku b'appoġġ għall-Ukraina li jinkludi wkoll għajnuna makrofinanzjarja u miżuri kummerċjali awtonomi; billi l-Ukraina appik li tiffinalizza ftehim mal-Fond Monetarju Internazzjonali dwar pjan ta' għajnuna; billi l-kundizzjonijiet assoċjati ma' dan il-ftehim sal-lum inżammu kunfidenzjali;

H.  billi s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tal-pajjiż qed tkompli sejra għall-agħar, fost l-oħrajn minħabba d-destabbilizzazzjoni u restrizzjonijiet tal-kummerċ min-naħa tar-Russja; billi l-faqar mifrux għadu wieħed mill-aktar problemi soċjoekonomiċi akuti fl-Ukraina; billi, skont rapport reċenti tan-NU, ir-rata tal-faqar fl-Ukraina issa laħqet madwar 25 %, bi 11-il miljun persuna jaqilgħu anqas mill-istandards soċjali lokali;

I.  billi fil-21 ta' Marzu 2014 l-UE u l-Ukraina ffirmaw id-dispożizzjonijiet politiċi tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (AA) bl-impenn li jiffirmaw il-bqija tal-ftehim, li jinkludi ż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Profond u Komprensiv (DCFTA), mill-aktar fis possibbli;

J.  billi hemm il-ħtieġa ta' azzjoni diplomatika internazzjonali qawwija fil-livelli kollha u ta' proċess negozjat bil-għan li jnaqqsu l-intensità tas-sitwazzjoni, itaffu t-tensjonijiet, jipprevjenu li l-kriżi tkompli tikber bla kontroll u jiksbu eżitu paċifiku; billi l-UE jeħtiġilha twieġeb b’mod effikaċi biex tħalli lill-Ukraina u lill-pajjiżi l-oħra kollha tal-viċinat tal-Lvant jeżerċitaw bis-sħiħ is-sovranità u l-integrità territorjali tagħhom, ħielsa minn pressjoni esterna mhux f'lokha;

K.  billi, immedjatament wara l-annessjoni tal-Krimea, is-Sovjet Suprem tar-reġjun separatist tat-Transnistrija fil-Moldova bagħat talba uffiċjali lill-Federazzjoni Russa biex din tikkunsidra l-annessjoni tat-Transnistrija;

L.  billi r-Russja għadha qed tokkupa r-reġjuni Ġeorġjani ta' Abkażja u Tskhinvali / Ossezja t'Isfel, bi ksur tan-normi u l-prinċipji fundamentali tad-dritt internazzjonali; billi seħħew tindif etniku u bidlet demografiċi furzati fl-inħawi taħt il-kontroll effettiv tal-forza ta' okkupazzjoni, li terfa' r-responsabbiltà għall-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem f'dawn l-inħawi;

M.  billi r-Russja għolliet il-prezzijiet tal-gass għall-Ukraina minn USD 268 għal USD 486 kull elf metru kubu mill-1 ta' April 2014, b'tali mod li unilateralment temmet l-iskont li l-Ukraina kienet tirċievi bħala parti mill-Ftehimiet ta' Kharkiv dwar il-kiri tal-bażi navali ta' Sevastopol, u f'dawn l-aħħar ġranet ipprojbiet li prodotti tal-ħalib mill-Ukraina jidħlu fit-territorju Russu; billi l-Federazzjoni Russa applikat ukoll, b'mod arbitrarju, restrizzjonijiet kummerċjali unilaterali fuq prodotti mill-Ġeorġja u mill-Moldova;

N.  billi l-annessjoni tal-peniżola tal-Krimea tirrappreżenta, mingħajr ebda dubju, ksur gravi tad-dritt internazzjonali li jimmina l-fiduċja fl-istrumenti internazzjonali, inklużi l-ftehimiet dwar id-diżarm u n-nonproliferazzjoni tal-armi nukleari; billi tellieqa ġdida għall-armi tista' twassal għal eskalazzjoni ulterjuri; billi huwa essenzjali li tiġi prevenuta sitwazzjoni daqstant perikoluża, li faċilment tista' ssir inkontrollabbli;

1.  Jikkundanna bl-akbar qawwa d-destabbilizzazzjoni u l-provokazzjonijiet li qed jeskalaw fil-Lvant u fin-Nofsinhar tal-Ukraina; jirrifjuta kwalunkwe tħejjija għal referenda illegali 'bħal tal-Krimea'; iwissi li d-destabbilizzazzjoni u s-sabotaġġ ikkawżati minn separatisti pro-Russi armati, imħarrġa, ikkoordinati tajjeb u mmexxija mir-Russi jistgħu jintużaw bħala pretest falz biex ir-Russja tintervjeni bil-militar, tipprevjeni l-elezzjonijiet presidenzjali u tisforza l-federalizzazzjoni bħala prekursur għall-partizzjoni tal-Ukraina;

2.  Jesprimi l-akbar tħassib tiegħu dwar s-sitwazzjoni li qed tiddeterjora rapidament u t-tixrid ta' demm fil-Lvant u fin-Nofsinhar tal-Ukraina; iħeġġeġ lir-Russja biex minnufih tirtira l-preżenza tagħha b'appoġġ għas-separatisti u l-milizji armati li ħadu taħt idejhom binjiet tal-gvern fi Slovyansk, Donetsk u bliet oħra, ittemm kull azzjoni provokanti maħsuba biex ixxewwex l-inkwiet u tiddestabbilizza s-sitwazzjoni ulterjorment, twarrab it-truppi mill-fruntiera tal-Lvant tal-Ukraina, u taħdem biex tilħaq riżoluzzjoni paċifika tal-kriżi b'mezzi politiċi u diplomatiċi; jesprimi l-appoġġ u s-solidarjetà sħaħ tiegħu mal-Gvern tal-Ukraina huwa u jipprova jerġa' jistabbilixxi l-awtorità fil-bliet okkupati, jilqa' l-mod imrażżan u meqjus li bih il-Gvern Ukrain ittratta l-fażi kurrenti tal-kriżi sal-lum, u jfakkar li l-awtoritajiet Ukraini għandhom kull dritt jużaw il-mezzi kollha meħtieġa, inkluż id-dritt tal-awtodifiża kif definit fl-Artikolu 51 tal-Karta tan-NU; iwissi lir-Russja biex ma tużax id-dritt leġittimu tal-Ukraina li tiddefendi l-integrità territorjali tagħha bħala pretest biex tvara invażjoni militari sħiħa;

3.  Itenni bil-qawwa l-appoġġ tiegħu għas-sovranità, l-integrità territorjali, u l-indipendenza politika tal-Ukraina u tal-pajjiżi kollha tas-Sħubija tal-Lvant; iqis l-azzjonijiet tar-Russja bħala ksur serju tad-dritt internazzjonali u tal-obbligi internazzjonali proprji tagħha li jirriżultaw mill-Karta tan-NU, mill-Att Finali ta' Ħelsinki, mill-Istatut tal-Kunsill tal-Ewropa u mill-Memorandum ta' Budapest tal-1994 dwar garanziji ta' sigurtà, kif ukoll mill-obbligi bilaterali li jirriżultaw mit-Trattat Bilaterali tal-1997 dwar il-Ħbiberija, il-Kooperazzjoni u s-Sħubija;

4.  Jenfasizza li dan l-aħħar ma kien ġie rrappurtat fl-Ukraina l-ebda attakk, intimidazzjoni jew diskriminazzjoni ta' kwalunkwe tip kontra ċittadini Russi jew Russi etniċi jew minoranzi oħra, kif ikkonfermaw entitajiet internazzjonali ta' monitoraġġ bħan-NU, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u l-Kunsill tal-Ewropa;

5.  Jinsab konvint li l-asserzjoni tar-Russja tad-dritt li tuża l-mezzi kollha biex tipproteġi l-minoranzi Russi f'pajjiżi terzi, kif ħabbar il-President Putin fid-diskors tiegħu tat-18 ta' Marzu 2014, mhijiex fundata fid-dritt internazzjonali u tmur kontra l-prinċipji tal-kondotta internazzjonali fis-seklu 21, filwaqt li thedded ukoll li timmina l-ordni Ewropew ta' wara l-gwerra; jistieden lill-Kunsill tal-Federazzjoni biex jirtira immedjatament il-mandat għall-użu tal-forza fit-territorju Ukrain;

6.  Itenni l-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri tagħha jkellmu lir-Russja b'vuċi waħda magħquda; iqis li s-sitwazzjoni tal-lum tirrikjedi li l-Kunsill iqawwi t-tieni fażi ta' sanzjonijiet u jkun lest għat-tielet fażi (sanzjonijiet ekonomiċi), li jridu jiġu applikati minnufih; itenni, barra minn hekk, is-sejħa tiegħu biex il-Kunsill japplika bil-ħeffa embargo tal-armi u tat-teknoloġiji b'użu doppju;

7.  Jitlob li jittieħdu miżuri kontra kumpaniji Russi u s-sussidjarji tagħhom, b'mod partikolari fis-settur tal-enerġija, kif ukoll investimenti u assi Russi fl-UE, u li jsir rieżami tal-ftehimiet kollha mar-Russja bil-ħsieb tas-sospensjoni possibbli tagħhom;

8.  Iħeġġeġ lill-UE tappoġġja lill-Ukraina fil-korpi internazzjonali, b'mod partikolari fil-korpi ġudizzjarji internazzjonali, jekk l-Ukraina tiddeċiedi li tiftaħ kawżi kontra r-Russja għall-ksur tas-sovranità u tal-integrità territorjali tagħha;

9.  Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li r-Russja timpenja ruħha fi djalogu kostruttiv mal-gvern leġittimu tal-lum tal-Ukraina, u tappoġġja l-ħidma attiva tal-UE fi sforzi diplomatiċi biex jikkalmaw il-kriżi; jistenna bil-ħerqa l-laqgħa kwadripartitika bejn ir-Rappreżentant Għoli tal-UE, is-Segretarju tal-Istat Amerikan u l-Ministri Barranin tar-Russja u tal-Ukraina, u jittama li din il-laqgħa tista' tikkontribwixxi biex tbaxxi t-tensjoni u twitti t-triq għal soluzzjoni diplomatika komprensiva u dejjiema tal-kriżi; jenfasizza, madankollu, li l-għażliet tal-Ukraina fil-ġejjieni jista' jagħmilhom biss il-poplu Ukrain innifsu, permezz ta' proċess demokratiku, inklussiv u trasparenti;

10.  Jirrimarka li s-sospensjoni tad-drittijiet tal-vot tad-delegazzjoni Russa mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, flimkien mar-riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU li tikkundanna lir-Russja għall-annessjoni tal-Krimea, huma sinjali ċari u bla ekwivoċi tal-iżolament dejjem akbar tal-Federazzjoni Russa fil-livell internazzjonali, li l-awtoritajiet Russi għandhom iqisuhom debitament jekk ir-Russja trid tibqa' protagonista internazzjonali kredibbli;

11.  Jitlob l-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali u finanzjarji fir-rigward tal-Krimea u t-tmexxija separatista tagħha; huwa tal-fehma li dawn ir-restrizzjonijiet għandhom jiġu implimentati malajr abbażi ta' analiżi tal-Kummissjoni dwar il-konsegwenzi legali tal-annessjoni tal-Krimea;

12.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar x'se jiġri mill-komunità tat-Tatar li tgħix fil-Krimea, u s-sikurezza u l-aċċess għad-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għall-komunità lingwistika Ukraina; jisħaq fuq ir-responsabbiltà tal-Federazzjoni Russa, skont ir-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra, li tipproteġi lill-popolazzjoni fit-territorji okkupati;

13.  Jilqa' l-iskjerament ta' Missjoni Speċjali ta' Monitoraġġ tal-OSKE inkarigata biex tiġbor informazzjoni dwar attività militari u azzjonijiet provokanti atipiċi maħsuba biex jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni, kif ukoll twettaq monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem u tal-minoranzi fl-Ukraina, u jappella biex il-missjoni tespandi; jiddispjaċih, madankollu, li l-missjoni ma rnexxilhiex tikseb aċċess għall-Krimea fejn ġew rappurtati bosta każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi każijiet ta' vjolenza kontra l-ġurnalisti u l-familji tagħhom; jiddeplora l-fatt li issa qed jiġu rappurtati attakki kontra l-ġurnalisti fil-Lvant tal-Ukraina wkoll;

14.  Jappella, barra minn hekk, għal missjoni ta' osservazzjoni elettorali fil-fond mill-Uffiċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODHIR) tal-OSKE, kif ukoll mill-Parlament u l-UE, biex isir monitoraġġ estensiv tal-elezzjonijiet; jappella biex l-elezzjonijiet presidenzjali tal-25 ta' Mejju 2014 isiru f'konformità sħiħa mal-istandards internazzjonali; jirrifjuta kull pressjoni esterna biex dawn l-elezzjonijiet jiġu posposti;

15.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Gvern Ukrain li jsejjaħ elezzjonijiet parlamentari bikrin;

16.  Jilqa', fil-prinċipju, l-idea li jiġi organizzat referendum li jinvolvi n-nazzjon kollu dwar l-istatus u l-organizzazzjoni territorjali futuri tal-Ukraina, kif issuġġerixxa l-Aġent President Oleksandr Turchynov f'xandira televiżiva fl-14 ta' April 2014;

17.  Jilqa' r-riżoluzzjoni reċenti tal-parlament Ukrain li titlob id-diżarm immedjat tal-forzi ta' awtodifiża illegali kollha, u jistenna bil-ħerqa l-implimentazzjoni tagħha;

18.  Jilqa' l-fatt li l-Kunsill huwa lest jgħin lill-Ukraina fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà ċivili u jipprovdi appoġġ għall-pulizija u għall-istat tad-dritt, u jistudja l-alternattivi kollha, inkluża l-possibbiltà ta' missjoni tal-PSDK, kif ukoll dik ta' missjoni ta' monitoraġġ tal-UE;

19.  Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-Ukraina u għall-poplu tagħha f'dawn iż-żminijiet diffiċli; jilqa' l-iffirmar tal-kapitoli politiċi tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u l-adozzjoni sussegwenti tal-miżuri kummerċjali unilaterali; jappella biex l-AA/DCFTA sħiħ jiġi ffirmat mill-aktar fis u qabel jiskadu l-miżuri kummerċjali unilaterali;

20.  Jilqa' l-fatt li l-Gvern Ukrain ħabbar aġenda ta' riforma ekonomika u soċjali ambizzjuża, u jenfasizza l-importanza kruċjali li tiġi implimentata malajr sabiex il-qagħda finanzjarja kritika tal-pajjiż tiġi stabbilizzata u jinstab tarf tagħha; jilqa' d-deċiżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u tal-UE li jagħtu lill-Ukraina għajnuna finanzjarja sostanzjali fl-immedjat u fit-tul; ifakkar fil-bżonn li tiġi organizzata u kkoordinata konferenza internazzjonali tad-donaturi, li għandha tissejjaħ mill-Kummissjoni u ssir malajr kemm jista' jkun;

21.  Jappoġġja l-kondizzjonalità stabbilita mill-UE fir-rigward tar-riformi strutturali tant meħtieġa li se jgħinu biex jinħolqu kundizzjonijet aktar favorevoli għal tkabbir ekonomiku sostenibbli, itejbu l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, jiżviluppaw sistema ta' protezzjoni soċjali, u jiġġieled il-korruzzjoni; jitlob trasparenza fin-nefqa tal-fondi tal-UE u monitoraġġ effikaċi mill-Kummissjoni;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali gravi fil-pajjiż; jappella biex flimkien mar-riformi strutturali jittieħdu miżuri bil-għan li tittaffa s-sitwazzjoni attwali, b'mod partikolari fir-rigward tal-partijiet l-aktar vulnerabbli tal-popolazzjoni;

23.  Iħeġġeġ lill-Ukraina tkompli bil-mixja tagħha lejn riforma politika, b'mod partikolari riforma kostituzzjonali, li dwarha għandha ssir diskussjoni wiesgħa u fil-fond fost il-komponenti kollha tas-soċjetà Ukraina; jilqa' r-rieda tal-Gvern Ukrain li jimplimenta l-impenn tiegħu li jiżgura n-natura rappreżentattiva tal-istrutturi governattivi, billi jkunu jirriflettu d-diversità reġjonali, li jiżgura l-protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għall-minoranzi nazzjonali, li jallinja l-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni mal-istandards tal-UE, li jinvestiga l-każijiet kollha ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll l-atti ta' vjolenza, u li jiġġieled l-estremiżmu;

24.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummisjsoni li toħloq Grupp ta' Appoġġ għall-Ukraina li sejjer jaħdem fuq l-implimentazzjoni tal-'Aġenda Ewropea għal Riforma';

25.  Jappoġġja l-isforzi tal-Gvern Ukrain, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-OSKE u l-Kunsill tal-Ewropa, sabiex jiżgura r-rispett dovut għad-drittijiet leġittimi tal-popolazzjoni ta' lsien Russu u tal-minoranzi kulturali, nazzjonali u lingwistiċi oħra, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji u l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali;

26.  Itenni l-appell tiegħu biex titwaqqaf kummissjoni indipendenti li tinvestiga l-isparaturi fi Kiev u l-ġrajjiet traġiċi fil-Maidan, bl-inklużjoni ta' komponent internazzjonali qawwi u taħt is-superviżjoni tal-Panel Konsultattiv Internazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa; jilqa' l-ħatra tat-tielet membru fuq dan il-panel u l-organizzazzjoni tal-ewwel laqgħa tiegħu fid-9 ta' April 2014;

27.  Jilqa' l-iffirmar tad-dispożizzjonijiet provviżorji tal-AA u jistenna l-implimentazzjoni rapida tal-preferenzi kummerċjali awtonomi adottati mill-UE bil-għan li jkopru l-perjodu sa ma jiġi ffirmat il-bqija tal-ftehim, li jinkludi d-DCFTA;

28.  Jilqa' l-miżuri inizjali adottati mill-Kummissjoni biex l-Ukraina tkun tista' tindirizza kriżi tal-enerġija kemm-il darba r-Russja taqta' l-provvisti tal-gass lill-pajjiż, u jħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jassistu u jappoġġjaw lil Kiev fl-isforzi tagħha biex issolvi t-tilwima mar-Russja dwar il-gass, li ilha għaddejja; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti ta' politika komuni b'saħħitha dwar is-sigurtà tal-enerġija (Unjoni tal-Enerġija), bil-għan li titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq iż-żejt u l-gass mir-Russja, inkluża d-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija, l-implimentazzjoni sħiħa tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija u l-possibbiltà li, meta jkun hemm bżonn, tiġi sospiża l-importazzjoni tal-gass; huwa tal-fehma li l-pipeline South Stream m'għandux jinbena, u li għandhom isiru disponibbli sorsi oħra ta' provvista; jinsab konvint li l-għajnuna tal-UE lill-Ukraina biex tiżgura l-provvista fid-direzzjoni opposta permezz ta' aktar diversifikazzjoni, titjib fl-effiċjenza enerġetika u interkonnessjonijiet effikaċi mal-UE għandha ssaħħaħ lill-Ukraina fil-konfront ta' pressjonijiet politiċi u ekonomiċi; ifakkar, f'dan ir-rigward, fir-rwol strateġiku tal-Komunità tal-Enerġija, li l-Ukraina għandha l-Presidenza tagħha fl-2014;

29.  Jistieden lill-Kunsill jawtorizza minnufih lill-Kummissjoni biex tħaffef il-liberalizzazzjoni tal-viża mal-Ukraina, sabiex tkompli l-mixja lejn l-introduzzjoni ta' reġim bla viża, fuq l-eżempju tal-Moldova; jappella, sadanittant, biex jiġu introdotti minnufih proċeduri ta' għoti ta' viża temporanji, sempliċi ħafna u rħas fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri;

30.  Jenfasizza li t-tħassib tar-Russja fir-rigward tal-proċess ta' assoċjazzjoni tal-Ukraina u tal-ġirien l-oħrajn tal-Lvant mal-UE għandu jiġi indirizzat u spjegat b'mod adegwat, sabiex tittaffa l-biża' ta' linji ġodda ta' qasma ġeopolitika fil-kontinent Ewropew; jirrimarka li kull pajjiż għandu kull dritt jagħmel l-għażliet politiċi tiegħu, iżda li d-djalogu tal-UE mas-sħab tal-Lvant għandu l-għan li jxerred il-ġid u jqawwi l-istabbiltà politika, ħaġa li l-Federazzjoni Russa se tgawdi minnha wkoll;

31.  Itenni li l-AAs mal-Ukraina u mal-pajjiżi l-oħra tas-SL ma jikkostitwixxux l-għan aħħari fir-relazzjonijiet tagħhom mal-UE: jirrimarka, f'dan ir-rigward, li, skont l-Artikolu 49 tat-TUE, il-Ġeorġja, il-Moldova u l-Ukraina – bħal kwalunkwe Stat Ewropew ieħor – għandhom perspettiva Ewropea u jistgħu japplikaw sabiex isiru membri tal-Unjoni, dment li jaderixxu mal-prinċipji tad-demokrazija, jirrispettaw il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem u dawk tal-minoranzi u jiżguraw l-istat tad-dritt;

32.  Jistieden lill-Kunsill jiffirma l-AAs/DCFTAs bejn l-UE – u l-Istati Membri tagħha – u r-Repubblika tal-Moldova u l-Ġeorġja, rispettivament; jesprimi l-approvazzjoni tiegħu għall-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-AAs UE–Repubblika tal-Moldova u UE–Ġeorġja immedjatament mal-iffirmar; iħeġġeġ lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jnaqqas il-proċeduri ta' notifika li jsegwu l-iffirmar tal-AAs, sabiex l-applikazzjoni provviżorja tkun tista' ssir effettiva malajr kemm jista' jkun wara l-iffirmar; jiddikjara l-intenzjoni tiegħu li, jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha u sussegwentement jiġu ffirmati l-AAs, jgħaddi għar-ratifika sħiħa tal-AAs UE–Moldova u UE–Ġeorġja malajr kemm jista' jkun u qabel tmiem il-mandat attwali tal-Kummissjoni; jappella biex dawn il-pajjiżi tingħatalhom l-għajnuna finanzjarja addizzjonali meħtieġa; jitlob, barra minn hekk, djalogu onest u miftuħ mal-Federazzjoni Russa bil-għan li jsir kull sforz sabiex jiġu żviluppati sinerġiji mmirati għall-benefiċċju tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

33.  Jinsab partikolarment imħasseb dwar l-instabbiltà li reġgħet feġġet fir-reġjun separatist tat-Transnistrija fil-Moldova; jemmen li t-talba reċenti tas-16 ta' April 2014 mill-awtoritajiet awtonominati ta' Tiraspol biex Transnistrija tkun rikonoxxuta mir-Russja bħala stat indipendenti tirrappreżenta pass perikoluż u irresponsabbli; ifakkar li l-hekk imsejjaħ referendum fl-Unità Territorjali Awtonoma tal-Gagauzia jmur kontra l-kostituzzjoni tal-Moldova u għalhekk huwa illegali; itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-integrità territorjali tal-Moldova, u jistieden lill-partijiet kollha biex b'urġenza jerġgħu jidħlu fi djalogu skont il-qafas 5+2, u jitlob għal status imtejjeb tal-UE għal dak ta' sieħeb fin-negozjati, bil-għan li tintlaħaq soluzzjoni paċifika u sostenibbli dwar il-kwistjoni;

34.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Presidenti, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Ukraina, tal-Ġeorġja u tal-Moldova, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa.

(1) Testi adottati, P7_TA(2014)0170.
(2) Testi adottati, P7_TA(2014)0248.
(3) Testi adottati, P7_TA(2014)0285.
(4) A/RES/68/262.


L-istat attwali tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Vjetnam
PDF 249kWORD 84k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2014 dwar l-istat attwali tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Vjetnam (2013/2989(RSP))
P7_TA(2014)0458B7-0367/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar l-Impriżi Multinazzjonali u d-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-Prinċipji li Jikkonċernaw l-Impriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ministerjali tar-Raba' Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO, adottata fl-14 ta' Novembru 2001 f'Doha, u b'mod partikolari l-paragrafu 44 tagħha, rigward Trattament Speċjali u Differenzjali (SDT),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-1995 bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (minn issa 'l quddiem 'il-Vjetnam'), u l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni l-ġdid iffirmat fis-27 ta' Ġunju 2012,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ottubru 2006 bit-titolu ‘L-Ewropa Globali: Kompetizzjoni Dinjija. Kontribut lill-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir ekonomiku u l-Impjiegi’ (COM(2006)0567),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Lulju 2007 dwar il-Ftehim TRIPS u l-aċċess għall-mediċini(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2007 dwar L-Ewropa Globali – l-aspetti esterni tal-kompetittività(2),

–  wara li kkunsidra d-direttivi ta' negozjar tal-Kunsill tat-23 ta' April 2007 li jawtorizzaw lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim ta' kummerċ ħieles mal-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Strateġija għall-Pajjiż dwar il-Vjetnam (2007-2013)(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Vjetnam, b'mod partikolari dik tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar is-sitwazzjoni fil-Kambodja, il-Laos u l-Vjetnam(4), u dik tat-18 ta' April 2013 dwar il-Vjetnam, b'mod partikolari l-libertà tal-espressjoni(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fi ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar il-politika Ewropea futura ta' investiment internazzjonali(7),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2010 bl-isem 'Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija - Il-Politika tal-Kummerċ bħala element prinċipali mill-Istrateġija tal-UE 2020' (COM(2010)0612),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011 dwar Politika Kummerċjali Ġdida għall-Ewropa fl-ambitu tal-Istrateġija Ewropa 2020(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ostakoli għall-Kummerċ u l-Investiment(9),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Frar 2012 bl-isem ‘Ir-Rapport tal-2012 - L-Ostakli għall-Kummerċ u l-Investiment’ (COM(2012)0070),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni għall-plenarja ta' April 2014 dwar il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Vjetnam,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi s-sistema ta' kummerċ multilaterali bbażata fuq ir-regoli, stabbilita permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), hi l-aktar qafas adatt biex jiġi regolat u promoss il-kummerċ miftuħ u ġust, u billi n-negozjati multilaterali ma jipprekludux ftehimiet bilaterali WTO+, li jistgħu jkunu kumplimentari għalihom;

B.  billi d-direttivi ta' nnegozjar tal-Kummissjoni għall-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Vjetnam huma marbuta mal-awtorizzazzjoni tal-Kunsill tat-23 ta' April 2007 li jingħata bidu għal negozjati ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles mal-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN) u jsegwu l-approvazzjoni mill-Kunsill tad-dokument ta' deskrizzjoni li jispjega l-objettivi komuni taż-żewġ partijiet fin-negozjati, jiġifieri li jintensifikaw ir-relazzjonijiet tal-kummerċ bilaterali eżistenti; ifakkar li l-objettiv inizjali kien li jiġi nnegozjat Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles mar-reġjun tal-ASEAN; jappoġġa, għalhekk, il-possibilità li jiġu nnegozjati ftehimiet komprensivi bis-sħiħ mal-pajjiżi tar-reġjun tal-ASEAN (bħala pedamenti għall-objettiv finali ta' negozjar ta' ftehim ta' kummerċ ħieles bejn reġjun u ieħor fil-futur);

C.  billi t-tnedija uffiċjali tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Vjetnam saret fis-26 ta' Ġunju 2012 fi Brussell, u billi fit-8 ta' Novembru 2013, wara l-ħames ċiklu ta' negozjati, iż-żewġ partijiet fin-negozjati ħadu l-impenn ta' sforzi konġunti bil-għan li jikkonkludu n-negozjati sa tmiem l-2014;

D.  billi r-relazzjoni kummerċjali UE-Vjetnam hija inkorporata fil-qafas tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li ġie ffirmat fis-27 ta' Ġunju 2012, li jiżgura qafas effettiv għar-relazzjonijiet bilaterali tal-kummerċ u tal-investiment;

E.  billi l-UE u l-Vjetnam għandhom Djalogu bilaterali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem żviluppat tajjeb; billi għandhom isiru l-isforzi kollha f'dak il-qafas biex jgħinu ħalli d-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam ma jibqgħux jiddeterjoraw; billi d-drittijiet tal-bniedem għandhom jiġu trattati bħala element essenzjali tal-politika kummerċjali tal-UE; billi l-UE hija impenjata, taħt il-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tagħha, li tinkludi d-drittijiet tal-bniedem fil-valutazzjonijiet tal-impatt tagħha, kull meta dawn jitwettqu, inkluż għal ftehimiet ta' kummerċ li jkollhom impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali sinifikanti;

F.  billi l-Vjetnam esperjenza deċennju ta' prosperità bi tkabbir mingħajr interruzzjoni fil-PDG ta' madwar 8 % fis-sena li kkulmina bl-adeżjoni tiegħu fid-WTO fil-11 ta' Jannar 2007, u billi l-pajjiż minn dak iż-żmien intlaqat ħażin mill-kriżi ekonomika dinjija, li wasslet għal tnaqqis qawwi tat-tkabbir fl-esportazzjoni kif ukoll fl-influssi ta' investiment dirett barrani (IDB) u fir-rimessi minn barra l-pajjiż;

G.  billi tul dawn l-aħħar għaxar snin l-UE kellha bilanċ kummerċjali negattiv mal-Vjetnam, kif muri għal darba oħra miċ-ċifri għat-tieni kwart tal-2013, li juru kummerċ totali li jammonta għal EUR 13,4 biljun li minnu l-importazzjonijiet tal-UE mill-Vjetnam jammontaw għal EUR 10,5 biljun, filwaqt li l-esportazzjonijiet tal-UE lejn il-Vjetnam jammontaw għal EUR 2,8 biljun; billi dan jirrapreżenta tnaqqis qawwi meta mqabbel maċ-ċifri għall-2012, għal liema sena l-kummerċ totali ammonta għal EUR 23,871 biljun u kkonsista f'EUR 18,520 biljun f'importazzjonijiet mill-Vjetnam lejn l-UE u EUR 5,351 biljun f'esportazzjonijiet lejn il-Vjetnam mill-UE;

H.  billi l-industrija tal-ħwejjeġ u t-tessuti mhux biss tikkostitwixxi l-akbar sors uniku fil-Vjetnam ta’ impjiegi fis-settur formali b’forza tax-xogħol diretta ta’ aktar minn żewġ miljun ħaddiem, iżda hija wkoll l-akbar settur tal-esportazzjoni; billi s-settur tal-assemblaġġ tal-elettronika, settur tal-manifattura għall-esportazzjoni ewlieni ieħor, jimpjega madwar 120 000 ħaddiem;

I.  billi l-Vjetnam s’issa rratifika biss ħamsa mit-tmien konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO; billi ma rratifikax il-Konvenzjoni Nru 87 tal-ILO dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, Nru 98 dwar id-Dritt ta’ Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv u Nru 105 dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat;

J.  billi l-Vjetnam, li hu benefiċjarju tas-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati tal-UE, jikklassifika bħala t-32 sieħeb kummerċjali tal-UE u l-ħames l-akbar sieħeb fi ħdan l-ASEAN, filwaqt li l-UE hi t-tieni l-akbar sieħba kummerċjali tal-Vjetnam, wara ċ-Ċina u qabel l-Istati Uniti, u l-akbar sors ta' IDB għall-Vjetnam (6,5 % tat-total tal-IDB tal-pajjiż fl-2012); billi, madankollu, il-potenzjal ta' IDB mill-Vjetnam fl-UE għadu b'mod ġenerali mhux qed jiġi sfruttat;

K.  billi ż-żewġ partijiet fin-negozjati jistennew li jgawdu benefiċċji sinifikanti mill-eliminazzjoni tal-ostakoli kemm tariffarji kif ukoll dawk nontariffarji (ONT), u billi ż-żewġ partijiet għandhom jimmiraw li jiksbu riżultati tajbin fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fis-servizzi u tal-istabbiliment, kif ukoll li jiżviluppaw sistema għall-protezzjoni adegwata, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, inklużi l-privattivi u d-disinji, il-marki kummerċjali jew tas-servizz, id-drittijiet tal-awtur u drittijiet simili, u indikazzjonijiet ġeografiċi inklużi l-marki tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u tal-ikel jew xorb;

L.  billi ż-żewġ partijiet fin-negozjati għandhom jgħaqqdu l-forzi tagħhom biex jiżguraw u jippromwovu l-kummerċ legali fil-mediċini (kemm mediċini bil-privattivi kif ukoll dawk ġeneriċi) f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPS) u l-flessibbiltajiet tiegħu;

M.  billi ż-żewġ partijiet fin-negozjati għandhom jibqgħu jużaw l-istrumenti tad-difiża kummerċjali b'konformità sħiħa mar-regoli eżistenti tad-WTO biex jevitaw li jkollhom jirrikorru għall-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO, u għandhom jaqblu dwar klawżola ta' salvagwardja bilaterali effettiva jew mekkaniżmu ekwivalenti biex jiġu protetti kif jixraq l-industriji rispettivi tagħhom kontra dannu jew theddida ta' dannu b'riżultat ta' żieda qawwija f'importazzjonijiet, speċjalment fis-setturi sensittivi rispettivi tagħhom, li ġew identifikati mill-valutazzjoni tal-impatt ta' kull parti;

1.  Jilqa' l-progress li għadu għaddej fin-negozjati dwar il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles, partikolarment fil-kapitoli dwar id-dwana u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ, dwar ostakli tekniċi għall-kummerċ u dwar il-kompetizzjoni, u r-rendikont regolari tal-Kummissjoni lill-Parlament dwar l-istat attwali tagħhom; ifakkar li l-approvazzjoni tal-Parlament għall-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles hija obbligatorja(10), u li l-Kummissjoni u l-Kunsill m'għandhomx jipproponu xi applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles qabel ma l-PE jkun ta l-approvazzjoni tiegħu;

2.  Jinsab ferm konvint dwar li r-rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema u tat-trejdjunjins għandu jkun fattur ewlieni fil-ftehimiet kollha dwar il-kummerċ li l-UE tiffirma ma' pajjiżi terzi; jistieden lill-Gvern Vjetnamiż iżomm l-obbligi kollha previsti mill-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO li rratifika u sabiex jirratifika u jimplimenta mingħajr dewmien ulterjuri l-konvenzjonijiet fundamentali li għadhom pendenti; itenni li d-drittijiet tal-ħaddiema u tat-trejdjunjins iridu jkunu universali u jiġu applikati għall-ħaddiema kollha, inkluż għal dawk li jaħdmu f'Żoni Ekonomiċi Speċjali;

3.  Jistenna li l-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu għalkollox it-talbiet tal-Parlament kif espressi f'din ir-riżoluzzjoni qabel ma jikkonkludu l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles, li jrid ikun kompattibbli mar-regoli u l-obbligi tad-WTO; iqis li Ftehim ta' Kummerċ Ħieles ta' suċċess jippermetti liż-żewġ partijiet fin-negozjati japprofittaw minn sett bilanċjat ta' benefiċċji u jikkontribwixxi għall-ħolqien u s-salvagwardja tal-impjiegi fuq iż-żewġ naħat;

4.  Jistieden liż żewġ partijiet fin-negozjati jirrispettaw b'mod sħiħ l-impenji tagħhom tad-WTO fl-ispirtu ta' liberalizzazzjoni tal-kummerċ; jenfasizza b'mod simultanju l-obbligu tagħhom li jeliminaw miżuri u prattiki mhux konsistenti mad-WTO sabiex jakkwistaw ftehim ambizzjuż;

5.  Japprezza l-prospetti pożittivi enfasizzati fid-dokument ta' deskrizzjoni li juri li l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles se jżid l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet kemm għall-UE kif ukoll għall-Vjetnam, u jipprovdi opportunitajiet għal aktar flussi ta' IDB; jitlob, għaldaqstant, tneħħija sostanzjali tat-tariffi min-naħa tal-Vjetnam fir-rigward tat-tariffa medja għall-aċċess għas-suq għall-prodotti mhux agrikoli kif ukoll dawk agrikoli;

6.  Jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li l-objettiv għall-kummerċ industrijali għandu jkun l-eliminazzjoni reċiproka totali tad-dazji, filwaqt li jkun rispettat grad ta’ asimmetrija, li jinvolvi wkoll perjodi ta' tranżizzjoni adatti fl-implimentazzjoni, u li kwalunkwe eċċezzjoni possibbli għal dan l-objettiv għandha tkun limitata u suġġetta għal rieżami; jemmen li l-eliminazzjoni tal-obbligi għandu jinkludi setturi li huma importanti għal kull naħa;

7.  Iħeġġeġ liż-żewġ partijiet fin-negozjati jirrispettaw id-dritt ta' xulxin li jfasslu regolamenti, inkluż dwar il-provdiment ta' servizzi pubbliċi, u jiżguraw li r-regolamenti rispettivi tagħhom ma jxekklux il-kummerċ bilaterali b'ostakli nontariffarji (ONT) mhux ġustifikati; jistieden, għaldaqstant, lill-UE u lill-Vjetnam jiżviluppaw dixxiplini tal-medjazzjoni effettivi biex jimpedixxu l-emerġenza ta’ ostakoli regolatorji mhux ġustifikati għall-kummerċ, u biex jittrattaw l-ostakli eżistenti billi jrawmu l-armonizzazzjoni jew il-konformità mal-istandards internazzjonali;

8.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari biex tiżgura li l-benefiċċji tal-ftehim futur ikunu jinkludu miżuri ta’ verifika qawwija u infurzabbli sabiex jiggarantixxu li l-benefiċċji tal-ftehim jiffavorixxu biss lill-produtturi tal-UE u tal-Vjetnam fuq il-bażi ta’rispett sħiħ tar-regoli preferenzjarji fir-rigward tal-oriġini li jiġu nnegozjati; jitlob ukoll simplifikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar l-oriġini - mingħajr ma titnaqqas ir-rigorożità tas-sistema attwali - sabiex ikun aktar faċli li dawn japplikaw għall-operaturi ekonomiċi u l-amministrazzjonijiet tad-dwana u biex jippermettulhom igawdu mill-benefiċċji kollha tal-eliminazzjoni tat-tariffi;

9.  Jirrikonoxxi li l-Vjetnam għandu interessi offensivi rigward il-liberalizzazzjoni tat-Tip 4 fil-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) u l-konklużjoni ta' Ftehimiet ta' Għarfien Reċiproku li jirrikonoxxu l-kwalifiki professjonali taċ-ċittadini tal-Vjetnam u tal-UE, u li l-UE għandha interessi offensivi rigward il-liberalizzazzjoni tal-aċċess għas-suq u t-trattament nazzjonali fl-ambitu tat-Tipi 1, 2 u 3 fil-parti l-kbira tas-servizzi; hu tal-fehma li jeħtieġ jiġu indirizzati l-interessi offensivi tal-UE biex ikunu permessi, fl-ambitu tat-Tip 4, soġġorni temporanji ta' professjonisti b'ħiliet meħtieġa, u biex tkun faċilitata d-distinzjoni ta' dan it-tip ta' soġġorn mill-politiki nazzjonali dwar il-ħaddiema barranin fis-swieq tax-xogħol ta' kull parti;

10.  Jistieden lill-UE u lill-Vjetnam jaqblu fil-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles dwar trattament ġust u ekwu tal-investituri u l-fornituri tas-servizzi kollha fis-servizzi bankarji, tal-assigurazzjoni, legali, tal-kontabilità, tat-trasport u tad-distribuzzjoni, inklużi kemm is-settur tal-bejgħ bl-ingrossa kif ukoll bl-imnut; ifakkar li fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, huwa essenzjali wkoll li jkun żgurat spazju politiku adegwat biex jitnaqqas ir-riskju sistemiku, biex jiġi miġġieled il-ħasil tal-flus u biex jiġi provdut l-ogħla livell possibbli ta’ protezzjoni tal-konsumatur kif ukoll biex jiġu infurzati r-regoli u l-prattiki tal-kompetizzjoni ġusta bejn l-investituri u l-fornituri tas-servizzi domestiċi u barranin, fost l-oħrajn, billi jitnaqqsu, jekk mhux jiġu eliminati għalkollox, il-limiti eżistenti fuq l-ekwità u jiġu aboliti r-restrizzjonijiet fuq l-istabbiliment u l-akkwist ta’ liċenzji; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tinnegozja dispożizzjonijiet b’saħħithom u vinkolanti dwar it-trasparenza u l-kompetizzjoni ġusta sabiex jiġu applikati wkoll kundizzjonijiet ekwi bejn impriżi privati u impriżi tal-istat (SOEs);

11.  Jinkoraġġixxi ħafna lill-Vjetnam biex jiżviluppa leġiżlazzjoni xierqa tal-protezzjoni tad-data sabiex jikseb status ta’ pajjiż b’livell adegwat ta’ protezzjoni, madankollu mingħajr ma joħloq ostakoli għall-użu tal-flessibbiltajiet tal-Ftehim TRIPS u b’hekk jippermetti jew jagħti lok għat-trasferiment tad-data personali mill-UE abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-UE u f’konformità magħha u b’dan il-mod jagħti spinta lill-flussi tad-data bilaterali u l-kummerċ f’servizzi relatati bħall-kummerċ elettroniku;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Vjetnam jinnegozjaw sistemi tal-akkwist effettivi u trasparenti sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta bejn impriżi privati u tal-istat, fl-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, u biex tkun żgurata l-ikbar kopertura possibbli, biex jiġu inklużi l-impriżi tas-settur pubbliku, filwaqt li jitqiesu b'mod xieraq is-sensitivitajiet u l-ħtiġijiet reċiproki;

13.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura t-tnaqqis u s-superviżjoni regolari tal-użu tas-sussidji u preferenzi oħrajn, bħal kundizzjonijiet ta' benefiċċju provvduti lill-SOEs u lil kumpaniji domestiċi fil-Vjetnam, li jxekklu l-kompetizzjoni ma' kumpaniji Ewropej, partikolarment fis-setturi li huma ta' importanza għall-politika ta' esportazzjoni tal-Vjetnam; iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni tinnegozja dixxiplini bil-għan li jiżguraw kundizzjonijiet ekwi bejn il-parteċipanti tas-suq pubbliċi u privati tal-UE u tal-Vjetnam;

14.  Jemmen li fil-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-iżvilupp ta' opportunitajiet tan-negozju għal impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u li għandu jkun promoss l-investiment fl-SMEs, kif ukoll mill-SMEs biex jingħata kontribut tgħall-finanzjament ta' proġetti lokali mmexxija mis-suq u minn impriżi konġunti fl-enerġija rinnovabbli u l-kummerċ fi prodotti u teknoloġiji ambjentali; jitlob li l-investituri Ewropej jibbenefikaw minn qafas leġiżlattiv aktar trasparenti u aktar prevedibbli fil-Vjetnam u li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ugwali bejn l-impriżi Vjetnamiżi u Ewropej;

15.  Iħeġġeġ liż-żewġ partijiet fin-negozjati jiżguraw riżultat tajjeb fil-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fil-manifattura anke billi jiżguraw implimentazzjoni u infurzar effettivi tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, inklużi l-privattivi u d-disinji, il-marki kummerċjali, id-drittijiet tal-awtur u drittijiet simili għal firxa ta' prodotti manifatturati;

16.  Iqis li l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles irid jirrispetta s-sensitivitajiet marbuta mal-kummerċ ta' prodotti agrikoli u tas-sajd, iżda li dan m'għandux jimpedixxi l-ftuħ reċiproku tas-swieq fis-setturi tal-kumplimentarjetà, u jenfasizza li l-aċċess ġdid għas-suq għandu jkun suġġett għall-infurzar strett tal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, filwaqt li jkopri wkoll indikazzjonijiet ġeografiċi, inklużi marki ta' oriġini għal prodotti agrikoli u tal-ikel jew xorb, kif ukoll miżuri sanitarji u fitosanitarji (SPS), fl-interessi tal-produtturi u l-konsumaturi; jinsisti li l-ebda klawżola fil-ftehim ma tista’ tostakola l-aċċess għal mediċini ġeneriċi bi prezz aċċessibbli;

17.  Jitlob li jkun hemm arranġamenti trasparenti u effettivi ta' soluzzjoni tat-tilwim bejn stat u ieħor, u fejn japplika, dispożizzjonijiet ta' soluzzjoni tat-tilwim bejn investitur u stat, li għandhom jiġu inklużi fil-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles, sabiex tkun żgurata protezzjoni xierqa tal-investimenti u biex l-investituri jinżammu milli jagħmlu klejms frivoli; iqis li l-mekkaniżmi kollha għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn investituri u l-Istati għandhom, meta possibbli, ikunu bbażati fuq ir-regoli tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi Kummerċjali Internazzjonali (UNCITRAL) jew dawk taċ-Ċentru Internazzjonali għas-Soluzzjoni ta’ Tilwim dwar l-Investiment (ICSID), jew inkella fuq kwalunkwe regola miftiehma b'mod bilaterali abbażi ta' normi u konvenzjonijiet internazzjonali, u għandu jkollhom qafas legali xieraq u jkunu suġġetti għal kriterji stretti ta’ trasparenza;

18.  Jitlob li jkun żgurat li ftehim ta' investiment ma jillimitax il-progress fir-ratifika u l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-konvenzjonijiet tal-ILO u l-ftehimiet ambjentali multilaterali (MEAs) taż-żewġ partijiet;

19.  Jippreferi l-inklużjoni tal-istandards tal-benessri tal-annimali fil-kapitolu tal-SPS tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles f'kapitolu indipendenti b'dispożizzjonijiet infurzabbli ekwivalenti;

20.  Jistenna li l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles jinkludi kapitolu vinkolanti u infurzabbli dwar l-iżvilupp sostenibbli, li jirrifletti l-impenn komuni tal-UE u l-Vjetnam li jippromwovu rispett, konformità u infurzar tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali, it-tmien konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO u ftehimiet ambjentali multilaterali ewlenin, inkluża l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu, b’miżuri fil-każ ta’ ksur, li jinvolvu organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili, li jirrappreżentaw lill-partijiet interessati ekonomiċi, soċjali u ambjentali fil-monitoraġġ ta' negozjati tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles u l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli, u li dan il-kapitlu jħeġġeġ ukoll l-impriżi jadottaw prattiki ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva, u jindirizza kwistjonijiet pendenti bħat-trattament xieraq kemm tal-annimali tal-irziezet kif ukoll dawk selvaġġi;

21.  Jitlob li tali kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli jkun kopert mir-rabta istituzzjonali u legali li għandha tiġi stabbilita bejn il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles u l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK), biex jinkludi l-possibilità ta' sospensjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles f'każ ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tapplika approċċ ibbażat fuq il-kondizzjonalità sabiex toffri l-firma tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bi skambju għal progress konkret fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u drittijiet fundamentali oħra;

23.  Ifaħħar il-progress soċjoekonomiku magħmul mill-Vjetnam bħala parti mir-riforma Doi Moi tiegħu, u jappoġġa l-isforzi kontinwi tal-pajjiż għal aktar titjib fis-soċjetà; ifaħħar, għaldaqstant, il-kandidatura tal-Vjetnam approvata mill-ASEAN għas-sħubija fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti għall-perjodu 2014-2016, kif ukoll għad-deċiżjoni tal-Gvern Vjetnamiż tas-27 ta' Awwissu 2013 li jippreżenta dokument informali li jkun jinkludi wegħdiet u impenji volontarji li jikkontribwixxu għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u b'hekk jitrawwem l-iżvilupp sostenibbli fit-territorju tiegħu u b'rabta mas-sħab tiegħu; iħeġġeġ lill-Gvern Vjetnamiż isegwi b’mod konsistenti l-wegħdiet u l-impenji tiegħu biex jimpedixxi u jsewwi b'mod effettiv kwalunkwe ksur reċenti tad-drittijiet tal-bniedem u d-deterjorament tal-libertajiet fundamentali;

24.  Jenfasizza li d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u s-sigurtà huma elementi essenzjali tar-relazzjoni ġenerali bejn l-UE u l-Vjetnam; jitlob, għaldaqstant, liż-żewġ partijiet jiżguraw li d-djalogu dwar kwistjonijiet pendenti jiġi segwit attivament, b'referenza partikolari għal-libertà tal-kelma taċ-ċittadini individwali, il-libertà tal-midja u l-libertà reliġjuża;

25.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq malajr kemm jista' jkun Valutazzjoni tal-Impatt għad-Drittijiet tal-Bniedem kif mitlub mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-ftehimiet ta’ kummerċ internazzjonali tal-25 ta’ Novembru 2010 (11), biex tipprovdi ‘indikaturi kummerċjali komprensibbli bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem u fuq standards ambjentali u soċjali’; u bi qbil mar-Rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għall-ikel;

26.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tal-Vjetnam.

(1) ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 591.
(2) ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 128.
(3) http://eeas.europa.eu/sp/index_en.htm#V
(4) ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 129
(5) Testi adottati, P7_TA(2013)0189.
(6) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 31.
(7) ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 34.
(8) ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 87.
(9) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 1.
(10) Artikolu 218(6)(a)(v) TFUE.
(11) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 31.


Il-proċess ta' konsultazzjoni ‘top ten’ u t-tħaffif tal-piż tar-regolamentazzjoni tal-UE fuq l-SMEs
PDF 237kWORD 71k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2014 dwar il-proċess ta' konsultazzjoni ‘top ten’ u t-tħaffif tal-piż tar-regolamentazzjoni tal-UE fuq l-SMEs ((2013/2711(RSP))
P7_TA(2014)0459B7-0415/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Karta Ewropea għall-Intrapriżi ż-Żgħar, adottata mill-Kunsill Ewropew waqt il-laqgħa tiegħu f’Feira fid-19 u l-20 ta’ Ġunju 2000,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju(1),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Novembru 2011 bit-titolu ‘L-imminimizzar tal-piż regolatorju għall-SMEs – L-adattament tar-regolamentazzjoni tal-UE għall-bżonnijiet tal-intrapriżi mikro’ (COM(2011)0803),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Frar 2011 bit-titolu ‘Reviżjoni tal-"Att dwar in-Negozji ż-Żgħar" għall-Ewropa’ (COM(2011)0078),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bit-titolu ‘Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv’ (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2011 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (2014-2020) (COM(2011)0834),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta' Marzu 2013 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Kompetittività tas-26 u s-27 ta' Settembru 2013,

–  wara li kkunsidrda l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ġunju 2013 bit-titolu ‘Is-segwitu tal-Kummissjoni tal-Konsultazzjoni “Top Ten” tal-SMEs dwar ir-Regolamentazzjoni tal-UE (COM(2013)0446),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Marzu 2013 bit-titolu ‘Regolamentazzjoni Intelliġenti – Inwieġbu għall-ħtiġijiet tal-intrapriżi żgħar u medji’ (COM(2013)0122) u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjaha bit-titolu ‘Monitoraġġ u Konsultazzjoni dwar Regolamentazzjoni Intelliġenti għall-SMEs’ (SWD(2013)0060),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ottubru 2013 bit-titolu ‘Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT): Ir-Riżultati u l-Passi li Jmiss’ (COM(2013)0685),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2012 dwar ‘L-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju (SMEs): kompetittività u opportunitajiet kummerċjali’(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Frar 2013 dwar it-titjib tal-aċċess għall-finazi għall-SMEs(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi t-tisħiħ tal-appoġġ għall-kompetittività, is-sostenibilità u l-potenzjal tal-impjiegi tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) huwa sforz orizzontali li jolqot bosta oqsma ta' politika;

B.  billi l-SMEs jintlaqtu b'mod sproporzjonat minn piżijiet mhux meħtieġa minħabba li l-kapaċità tagħhom hija limitata u billi l-leġiżlaturi tal-UE għalhekk impenjaw ruħhom favur il-prinċipju ‘aħseb l-ewwel fiż-żgħir’;

C.  billi 20,7 miljun SME jimpjegaw aktar minn 65% tal-forza tax-xogħol eżistenti tas-settur privat u billi l-SMEs huma fost l-impriżi l-aktar innovattivi, bl-aħjar prestazzjoni f'termini ta' ħolqien ta' impjiegi u tkabbir ekonomiku;

D.  billi, skont stħarriġ tal-Ewrobarometru, 74 % tal-Ewropej jemmnu li l-UE tiġġenera wisq burokrazija żejda;

E.  billi kważi terz mill-piż amministrattiv li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni tal-UE joriġina primarjament minn implimentazzjoni nazzjonali sproporzjonata u ineffiċjenti, li jfisser li jistgħu jiġu ffrankati sa EUR 40 biljun li kieku l-Istati Membri jittrasponu l-leġiżlazzjoni tal-UE b’mod iktar effiċjenti;

F.  billi l-intrapriżi jistgħu jiġġeneraw impjiegi sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet it-tajba, inklużi s-simplifikazzjoni amministrattiva, l-aċċess għall-finanzi, l-ħiliet, l-għarfien u għall-ħaddiema kkwalifikati u jekk jirċievu appoġġ għall-isforzi tagħhom;

G.  billi l-SMEs spiss isibu ruħhom fi żvantaġġ kompetittiv f'paragun ma' kompetituri industrijali kbar f'termini ta' tassazzjoni, standardizzazzjoni, akkwist pubbliku, propertà intellettwali, finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni;

H.  billi l-Kummissjoni neħħiet 5 590 rekwiżit legali f'dawn l-aħħar ħames snin, u b'hekk naqqset il-kostijiet għan-negozji b'aktar minn EUR 27 biljun;

I.  billi l-Kummissjoni qed tipprova tikseb effikaċja regolatorja u amministrattiva permezz tal-programm REFIT tagħha, valutazzjonijiet tal-impatt, ittestjar tal-kompetittività, kontrolli tal-idoneità, il-proċess ta' konsultazzjoni ‘top ten’, it-tabella ta' valutazzjoni tal-SMEs u t-test tal-SMEs;

J.  billi, kif enfasizzat mill-Kunsill Ewropew, ir-regolamentazzjoni fil-livell tal-Unjoni hija neċessarja sabiex tiżgura li jintlaħqu l-għanijiet politiċi tal-UE, inkluż il-funzjonament tajjeb tas-suq uniku;

K.  billi l-Parlament iddikjara f'aktar minn okkażjoni waħda, pereżempju fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tat-23 ta' Ottubru 2012, li s-simplifikazzjoni tar-regolamenti tal-UE m'għandhiex tinterferixxi mar-rekwiżiti fundamentali tal-UE dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, id-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema tal-UE jew il-prinċipji fundamentali tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE;

L.  billi l-biċċa l-kbira tal-miżuri leġiżlattivi ‘top ten’ identifikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-suġġett kienu diġà fis-seħħ meta nħarġet il-Komunikazzjoni; billi wħud mill-proposti leġiżlattivi kienu diġà ġew ippreżentati meta saret il-konsultazzjoni ‘top ten’, u billi wħud minnhom issa diġà ngħalqu;

M.  billi l-ostakli amministrattivi jipprevjenu lill-SMEs milli jisfruttaw bis-sħiħ il-benefiċċji tas-suq uniku;

N.  billi din ir-riżoluzzjoni mhijiex se tikkummenta dwar l-azzjonijiet ta' segwitu individwali, billi dan se jsir separatament, iżda minflok se tiffoka fuq il-metodu ta' ħidma applikat mill-Kummissjoni;

1.  Jilqa' l-inizjattiva ‘top ten’ tal-Kummissjoni bħala parti mill-eżerċizzju REFIT u jieħu nota tal-wegħda li dan mhuwiex sforz ta' darba biss iżda għandu jkun parti regolari minn proċedura kontinwa ta' skrining; jenfasizza, madankollu, li l-Kummissjoni għandha taċċellera l-isforzi tagħha biex tindirizza l-preokkupazzjonijiet dwar il-piż regolatorju mqajma mill-SMEs matul il-proċess ta' konsultazzjoni; jenfasizza wkoll li l-approċċ ‘top ten’ m'għandux jissostitwixxi approċċ politiku orizzontali, sistematiku għall-minimizzazzjoni tal-piż amministrattiv li joriġina mir-regolamentazzjoni tal-UE, jew jipperikola l-objettivi u l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni;

2.  Jissottolinja l-ħtieġa, għalhekk, li l-prinċipju ‘aħseb l-ewwel fiż-żgħir’ jinforma aħjar il-politiki tal-Unjoni fir-rigward tal-innovazzjoni, it-tkabbir, l-internazzjonalizzazzjoni, il-produttività, it-tnaqqis tal-burokrazija, il-kwalità tar-riżorsi umani, u r-responsabbiltà soċjali;

3.  Jilqa' wkoll, f'dan ir-rigward, l-impenn tal-Kummissjoni li tadotta ‘regolamentazzjoni intelliġenti’ bħala parti integrali miċ-ċiklu tat-teħid ta' deċiżjonijiet u b'mod speċifiku li tqis ir-REFIT bħala programm kontinwu li se jiġi aġġornat kull sena;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex b'urġenza żżid l-isforzi tagħha biex tiżgura li l-SMEs, b'mod speċjali dawk innovattivi, ikunu mħeġġa jkomplu jiżviluppaw permezz ta' simplifikazzjoni amministrattiva u l-għoti ta' appoġġ immirat fl-oqsma politiċi kollha;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq testijiet tal-SMEs b'mod trasparenti u xieraq meta tiżviluppa l-leġiżlazzjoni; jemmen li l-esklużjoni awtomatika tal-mikrointrapriżi mhix l-approċċ it-tajjeb, u jappoġġja l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet adattati u ta' sistemi eħfef għall-SMEs fejn ikun jista' jintwera li dawn il-frammentazzjoni jew li ma jxekklux l-aċċess tal-SMEs għas-suq intern;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni tissimplifika l-formalitajiet amministrattivi eċċessivi, waqt li fl-istess ħin iżżomm id-dispożizzjonijiet meħtieġa li jiżguraw is-sikurezza, is-saħħa u l-protezzjoni fuq il-post tax-xogħol jew li jeżiġu li l-kumpaniji jagħtu lill-persunal tagħhom ambjent tax-xogħol xieraq;

7.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw aċċess faċli għall-finanzjament u s-swieq u jnaqqsu l-piż regolatorju, li jikkostitwixxi wieħed mill-akbar ostakli għall-ħolqien u l-iżvilupp tal-intrapriżi żgħar u medji;

8.  Iqis li huwa importanti ħafna għall-Istati Membri li jimplimentaw id-Direttiva 2011/7/UE dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali, li tiddikjara li, fir-rigward tat-transazzjonijiet kummerċjali bejn l-intrapriżi u l-awtoritajiet pubbliċi, il-perjodu tal-ħlas kuntrattwali m'għandux jaqbeż il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4(3) tagħha, sakemm ma jkunx espressament miftiehem mod ieħor fil-kuntratt u sakemm ma jkunx ġustifikat b'mod oġġettiv fid-dawl tan-natura jew tal-karatteristiċi partikolari tal-kuntratt u li fi kwalunkwe każ m'għandux jaqbeż is-60 jum kalendarju;

9.  Jilqa' l-fatt li mil-lum 'il quddiem il-Kummissjoni se tintegra t-tabella ta' valutazzjoni tal-SMEs f'tabella ta' valutazzjoni tar-REFIT kull sena; iqis li jekk ir-rekwiżiti tal-SMEs jiġu inkorporati aktar fl-eżerċizzju usa' tas-simplifikazzjoni regolatorja, dan ikun pass fid-direzzjoni t-tajba, mingħajr ma tiddgħajjef l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni jew mingħajr ma jiżdiedu livelli addizzjonali ta' burokrazija; jitlob lill-Kummissjoni tissimplifika dawn l-istrumenti permezz ta' valutazzjoni tal-impatt komprensiva; jenfasizza, madankollu, li din il-fużjoni bl-ebda mod m'għandha tnaqqas l-attenzjoni speċifika li l-Kummissjoni tagħti lill-SMEs fil-proċessi tagħha;

10.  Jissottolinja l-fatt li t-tabella ta' valutazzjoni annwali ppjanata għandha tiddokumenta b'mod effettiv il-progress leġiżlattiv u relatat mal-implimentazzjoni fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali fir-rigward tal-SMEs; jemmen li din it-tabella ta' valutazzjoni se tgħin lill-SMEs jivvalutaw il-kostijiet tal-piż amministrattiv li joriġinaw mil-leġiżlazzjoni fil-livell nazzjonali jew f'dak tal-UE, u se tippermetti monitoraġġ eħfef u għalhekk tiffaċilita l-parteċipazzjoni kostruttiva tal-SMEs f'konsultazzjonijiet futuri;

11.  Jenfasizza, madankollu, li kwalunkwe valutazzjoni ex post tkun eħfef jekk il-valutazzjonijiet ex ante jsiru kif suppost b'kunsiderazzjoni tad-dimensjonijiet kollha; jemmen li l-kultura tal-valutazzjoni tal-impatt tal-istituzzjonijiet Ewropej kollha għandha tittejjeb, b'mod partikolari meta l-SMEs u l-persuni li jaħdmu għal rashom jintlaqtu mill-proposti leġiżlattivi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-valur miżjud tal-għoti ta' aktar indipendenza u setgħat lill-bord tal-valutazzjoni tal-impatt; jirrakkomanda, barra minn hekk, li l-Parlament jagħmel aktar użu mill-valutazzjonijiet tal-impatt tiegħu u mill-faċilitajiet tal-ittestjar tal-SMEs, pereżempju qabel l-introduzzjoni ta' tibdil sostanzjali fil-proposti tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika dikjarazzjoni annwali tal-kost nett totali għan-negozji ta' proposti ġodda;

12.  Jemmen li l-piżijiet li joriġinaw minn proposti ġodda għandhom jiġu kkumpensati bi tnaqqis ta' mill-inqas daqs simili;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw applikazzjoni bbażata fuq l-internet li biha l-amministrazzjoni konċernata tkun tista' tindika jekk, u sa liema punt, l-SMEs huma milquta minn leġiżlazzjoni futura, bħal ngħidu aħna l-Mittelstandsmonitor Ġermaniża, li tindika, permezz ta' sistema sempliċi ta' 'traffic lights', jekk l-SMEs ikunux ikkonċernati (aħmar), aktarx ikkonċernati (isfar) jew mhumiex ikkonċernati (aħdar) minn leġiżlazzjoni futura;

14.  Jilqa' t-talba tal-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-14 u l-15 ta' Marzu 2013, għal aktar azzjoni biex jitnaqqas il-piż regolatorju ġenerali kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali;

15.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li sal-lum l-SMEs għadhom ma rnexxilhomx jisfruttaw il-potenzjal tas-suq uniku, u jfakkar li 25 % biss tal-SMEs fl-UE27 huma esportaturi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien biex itejbu l-integrazzjoni tas-suq uniku, u jagħmlu aktar biex jikkondividu l-aħjar prassi b'rabta mas-simplifikazzjoni tal-burokrazija u biex jiksbu kooperazzjoni regolatorja aħjar fl-Istati Membri kollha; jilqa' l-konklużjoni tal-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp (DDA) fid-disa' Konferenza Ministerjali tad-WTO ta' Diċembru 2013 u jittama li l-ftehim jiffaċilita opportunitajiet akbar għall-kummerċ, partikolarment għall-SMEs; jilqa', f'dan ir-rigward, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi dikjarazzjoni tal-VAT standard u jemmen li kwalunkwe standardizzazzjoni tal-formoli ta' dikjarazzjoni tal-VAT m'għandhiex tkun aktar ikkumplikata mill-formola l-aktar sempliċi li tissostitwixxi;

16.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jsegwu l-eżerċizzji REFIT u ‘top ten’ li qegħdin jitwettqu fil-livell tal-UE u jiżguraw li l-piż amministrattiv u regolatorju jitħaffef ukoll għall-SMEs fil-livell nazzjonali; jenfasizza, ukoll, li l-Istati Membri jistgħu jkunu partikolarment effikaċi fit-tnaqqis tal-piż regolatorju fuq l-SMEs billi tiġi evitata regolamentazzjoni żejda (‘gold-plating’) fit-traspożizzjoni tad-direttivi Ewropej fil-leġiżlazzjoni nazzjonali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħżlu li jnaqqsu l-piż mhux neċessarju għall-SMEs f'dawk l-oqsma li fihom il-leġiżlazzjoni tal-UE tippermetti dan;

17.  Jenfasizza li l-Istati Membri jistgħu jkunu partikolarment effikaċi fit-taffija tal-piż amministrattiv fuq l-SMEs u fl-evitar ta' regolamentazzjoni żejda meta jittrasponu direttivi Ewropej fid-dritt nazzjonali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jħaffu l-formalitajiet għall-SMEs meta dan ikun awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni tal-UE;

18.  Jilqa' l-introduzzjoni tat-test tal-SMEs, filwaqt li jiddispjaċih dwar il-fatt li ftit Stati Membri biss inkludewh fil-proċessi nazzjonali tagħhom tat-teħid ta' deċiżjonijiet;

19.  Ifakkar il-pożizzjoni tiegħu dwar eżenzjonijiet ġenerali ta' mikrointrapriżi mil-leġiżlazzjoni tal-UE, kif stabbilit fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tat-23 ta' Ottubru 2012, skont liema l-eżenzjonijiet għandhom jiġu applikati biss meta test adegwat tal-SMEs ikun jista' juri, fuq bażi ta' każ b'każ, li l-ħtiġijiet speċifiċi tal-mikrointrapriżi ma jistgħux jiġu indirizzati permezz ta' soluzzjonijiet adattati jew sistemi eħfef; jenfasizza l-fatt li eżenzjonijiet għall-mikrointrapriżi spiss jinkludu r-riskju li l-SMEs jistgħu jkunu soġġetti għal taħlita ta' liġijiet nazzjonali li jrawmu l-frammentazzjoni u jxekklu l-aċċess tagħhom għas-suq intern;

20.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni estendiet il-mandat tal-Grupp ta’ Livell Għoli għall-Piżijiet Amministrattivi (HLGAB) sa Ottubru 2014, kif mitlub mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tat-23 ta' Ottubru 2012 u kif previst fil-programm COSME;

21.  Jinnota l-konklużjoni mit-tweġibiet tal-SMEs għall-proċess ta' konsultazzjoni ‘top ten’ li d-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol hija kumplessa u inflessibbli u f'ħafna każijiet tirrikjedi li l-SMEs jiksbu għajnuna legali speċjalizzata li tiswa ħafna flus; jistieden lill-Kummissjoni biex b'urġenza tipproduċi l-valutazzjoni tal-impatt dettaljata tagħha;

22.  Jirrakkomanda li, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet li joriġinaw mil-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza, meta possibbli għandha tiġi applikata sistema regolatorja faċli għall-kumpaniji b'riskju baxx;

23.  Jirrakkomanda li r-rati tariffarji tar-REACH għall-SMEs u l-mikrointrapriżi jkunu proprozjonati;

24.  Jitlob lill-Kummissjoni taċċellera l-ipproċessar kollu tal-applikazzjonijiet REACH u, b'mod partikolari, tipproċessa rapidament l-applikazzjonijiet mill-SMEs u l-mikrointrapriżi; jistieden lill-Kummissjoni tagħti lill-SMEs u lill-mikrointrapriżi linji gwida xierqa biex jgħinuhom jissottomettu applikazzjonijiet b'suċċess;

25.  Iqis li l-proċess ta' konsultazzjoni ‘top ten’ huwa eżerċizzju utli, u li r-riżultati tiegħu jikkostitwixxu sinjal importanti mill-SMEs u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom; jistieden lill-Kummissjoni tkompli dan l-eżerċizzju fuq bażi regolari permezz tal-Ewrobarometru; jinnota, madankollu, żbilanċ sinifikanti fid-distribuzzjoni ġeografika tar-reazzjonijiet għall-proċess ta' konsultazzjoni ‘top ten’ ; jistieden lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ex post tar-raġunijiet għal dan l-iżbilanċ, sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni miġbura ma tkunx preġudikata minħabba nuqqas ta' għarfien jew fatturi oħra li setgħu għawġu r-rispons miġbur;

26.  Jistenna li l-Kummissjoni li jmiss iżżomm ir-responsabbiltà għal ‘regolamentazzjoni intelliġenti’ bħala waħda mill-kompetenzi tal-uffiċċju tal-President, u jħeġġiġha ssaħħaħ ir-rwol tar-rappreżentanti tal-SMEs; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tiżgura li l-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-SMEs jiffurmaw parti min-netwerk stabbilit reċentement ta' rappreżentanti tal-SMEs u li l-Assemblea tal-SMEs tiġi infurmata kif xieraq bl-inizjattivi tal-UE;

27.  Jinsisti li l-Kummissjoni li jmiss għandha tistabbilixxi objettiv Ewropew ta' tnaqqis ta' 30 % sal-2020 fil-kostijiet għall-SMEs iġġenerati minn piżijiet amministrattivi u regolatorji;

28.  Iwissi dwar ir-riskji għall-kompetittività lokali u reġjonali u l-intraprenditorija individwali jekk l-isforzi biex titnaqqas ir-regolamentazzjoni żejda jirriżultaw minflok f'żieda fl-armonizzazzjoni massima jew f'leġiżlazzjoni waħda tajba għal kulħadd;

29.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
(2) ĠU C 68E, 7.3.2014, p. 40.
(3) Testi adottati, P7_TA(2013)0036.


Il-Pakistan: il-każi reċenti ta' persekuzzjoni
PDF 224kWORD 62k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2014 dwar il-Pakistan: il-każi reċenti ta' persekuzzjoni (2014/2694(RSP))
P7_TA(2014)0460RC-B7-0399/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-Pakistan, b'mod partikolari dawk tat-12 ta' Marzu 2014 dwar ir-rwol reġjonali tal-Pakistan u r-relazzjonijiet politiċi tiegħu mal-UE(1), tal-10 ta' Ottubru 2013 dwar każijiet reċenti ta' vjolenza u persekuzzjoni kontra Nsara, partikolarment f'Peshawar(2), tal-10 ta' Marzu 2011 dwar il-Pakistan, b'mod partikolari dwar il-qtil ta’ Shahbaz Bhatti(3), tal-20 ta' Jannar 2011 dwar is-sitwazzjoni tal-Insara fil-kuntest tal-libertà reliġjuża(4) u tal-20 ta' Mejju 2010 dwar il-libertà reliġjuża fil-Pakistan(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 18 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948;

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 18 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-UE Catherine Ashton rigward l-attakk fuq il-komunità Nisranija f'Peshawar tat-23 ta' Settembru 2013 u rigward il-qtil ta' Shahbaz Bhatti tat-2 ta' Marzu 2011,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' kull Forma ta' Intolleranza u ta' Diskriminazzjoni abbażi ta' Reliġjon jew Twemmin tal-1981,

–  wara li kkunsidra r-rapporti tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà ta' reliġjon jew twemmin,

–  wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà ta' reliġjon jew twemmin u r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-indipendenza tal-imħallfin u l-avukati (Addendum: Missjoni fil-Pakistan), tal-4 ta' April 2013;

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar ir-Rapport Annwali tal-2012 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja 2012 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni(6), li jikkundanna l-persekuzzjoni tal-Insara u minoranzi reliġjużi oħra,

–  wara li kkunsidra il-pjan ta' impenn fuq ħames snin ta' Marzu 2012 bejn l-UE u l-Pakistan, li jinkludi prijoritajiet bħal governanza tajba u djalogu rigward id-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll it-Tieni Djalogu Strateġiku UE-Pakistan tal-25 ta' Marzu 2014 li hu relatat mill-qrib,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pakistan tal-11 ta' Marzu 2013 li jtennu l-aspettattivi tal-UE rigward il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għalihom u jikkundannaw kull att ta' vjolenza, inklużi dawk kontra minoranzi reliġjużi(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura,

A.  billi Shafqat Emmanuel u Shagufta Kausar, koppja Nisranija, ġew ikkundannati għall-mewt nhar l-4 ta' April 2014 talli allegatament bagħtu messaġġ SMS li jinsulta lill-Profeta Muħammed; billi l-koppja ċaħdet ir-responsabilità u ddikjarat li l-mobile li minnnu ntbagħtet l-SMS intilef qabel intbagħat il-messaġġ;

B.  billi Sawan Masih, Nisrani Pakistanti minn Lahore, ġie kkundannat għall-mewt nhar is-27 ta' Marzu 2014 talli dagħa kontra l-Profeta Muħammed; billi, meta tħabbru l-allegazzjonijiet kontra Masih, faqqgħu rvelli ħorox f'Joseph Colony, żona Nisranija fil-belt ta' Lahore, li fihom inħarqu ħafna bini, inklużi żewġt iknejjes;

C.  billi Asia Bibi, mara Nisranija mill-Punjab, ġiet arrestata f'Ġunju 20009 u qalgħet sentenza tal-mewt f'Novembru 2010 għal akkużi ta' dagħa; billi l-appell tagħha fl-aħħar wasal għand il-qorti superjuri ta' Lahore wara diversi snin; billi, għall-ewwel żewġ seduti ta' smigħ f'Jannar u Marzu 2014, deher li l-imħallfin li kienu qed jippresiedu kienu bil-liv;

D.  billi, fl-2012, it-tifla Nisranija ta' 14-il sena, Rimsha Masih, li ġiet akkużata inġustament talli pprofanat il-Koran, ġiet assolta wara li nstab xi ħadd ieħor kien qegħdilha nassa biex jinkriminaha u l-persuna responsabbli ġiet arrestata; billi, madankollu, hi u l-familja tagħha kellhom jitilqu mill-pajjiż;

E.  billi l-Insara, li jirrappreżentaw madwar 1,6 % tal-popolazzjoni fir-Repubblika Islamika tal-Pakistan, ibatu minn preġudizzju u każijiet sporadiċi ta' vjolenza tal-massa; billi l-maġġoranza tal-Insara Pakistanti għandhom eżistenza prekarja u ta' spiss ikunu imbeżżgħin minħabba allegazzjonijiet ta' dagħa, suġġett li jista' jqanqal it-tfaqqigħ ta' vjolenza pubblika; billi diversi Nsara oħra attwalment qegħdin il-ħabs fuq akkużi ta' dagħa;

F.  billi Mohammad Asghar, ċittadini Brittanniku b'marda mentali li jgħix il-Pakistan, ġie arrestat wara li allegatament bagħat ittri lil diversi uffiċjali fejn iddikjara li kien profeta u ġie kkundannat għall-mewt f'Jannar 2014;

G.  billi kien biss dal-aħħar li ċittadin ieħor tar-Renju Unit, Masood Ahmad ta' 72 sena, membru tal-komunità reliġjuża Ahmaddiya, ġie meħlus bi pleġġ wara li kien ġie arrestat fl-2012 fuq akkużi li kkwota mill-Koran, att li hu meqjus bħala dagħa fil-każ tal-Ahmaddis li mhumiex rikonoxxuti bħala Musulmani u huma pprojbiti milli "jġibu ruħhom ta' Musulmani" skont it-Taqsima 298-C tal-kodiċi kriminali;

H.  billi ħames tempji Ħindu ġew attakkati f'partijiet differenti ta' Sindh (f'Tharparkar, Hyderabad u Larkana) f'dawn l-aħħar xhur u tliet subien Ħindu ġew akkużati b'dagħa u attwalment qegħdin taħt arrest f'Badin (Sindh) peress li kienu sprejjaw biż-żebgħa xi sinjali fl-okkażjoni ta' Holi (il-festival Ħindu tal-ilwien);

I.  billi membri tal-komunità Shia Hazara b'mod partikolari issa ta' kuljum qed jisfaw vittmi ta' qtil u migrazzjoni forzata minħabba ż-żieda qawwija fi vjolenza settarjana fil-Pakistan; billi qed jiġi rrapportat li aktar minn 10 000 Ħindu ħarbu mill-provinċja hekk kif l-episodji ta' ħtif għal riskatt saru rutina f'dawn l-aħħar tliet snin;

J.  billi l-liġijiet tal-Pakistan dwar id-dagħa jagħmluha perikoluża għall-minoranzi reliġjużi li jesprimu lilhom infushom liberament jew jinvolvu ruħhom b'mod miftuħ f'attivitajiet relġijużi; billi għal diversi snin kien hemm tħassib globali dwar l-applikazzjoni ta' dawn il-liġijiet peress li l-akkużi ta' spiss ikunu mmotivati minn vendikazzjonijiet, qligħ ekonomiku jew intolleranza reliġjuża, u jrawmu kultura ta' viġilantiżmu, peress li jagħtu pjattaforma lill-marmalja għal molestji u attakki; billi l-Pakistan intalab mill-mekkaniżmi tan-NU għad-drittijiet tal-bniedem jirrevoka l-liġijiet dwar id-dagħa, jew tal-anqas, jimplimenta minnufih salvagwardji għall-prevenzjoni ta' abbużi tal-liġi biex jiġu vittimizzati ċ-ċittadini li spiss jiġu minn komunitajiet minoritarji;

K.  billi, fl-2013 biss, ġew irrapportati mijiet ta' qtil minħabba unur; billi dawn jirrappreżentaw biss l-aktar forma viżibbli ta' aggressjoni kontra n-nisa, meta wieħed iqis ir-rata konsistentement għolja ta' vjolenza domestika u żwiġijiet furzati

L.  billi l-Pakistan jiżvolġi rwol importanti fit-trawwim tal-istabilità fin-Nofsinhar tal-Asja u għandu għaldaqstant imexxi bl-eżempju fit-tisħiħ tal-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;

M.  billi l-Unjoni Ewropea dan l-aħħar tat l-istatus ta' GSP+ lill-Pakistan, b'mod soġġett għall-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet applikabbli fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

1.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda qawwija fil-vjolenza settarjana u l-intolleranza reliġjuża fil-konfront ta’ minoritajiet u attakki fuq postijiet ta’ qima, inklużi knejjes Insara, u r-repressjoni kontinwa tan-nisa fil-Pakistan;

2.  Jinsab imħasseb dwar l-effetti li din il-vjolenza għandha fuq l-iżvilupp futur tas-soċjetà Pakistana bħala tali, fid-dawl tal-isfidi soċjoekonomiċi li qed jiffaċċja l-pajjiż; jenfasizza li huwa fl-interess fit-tul tal-Pakistan li ċ-ċittadini kollha tagħha jesperjenzaw sigurtà akbar;

3.  Jesprimi t-tħassib profond tiegħu li l-liġijiet kontroversjali dwar id-dagħa jagħtu lok għal użu ħażin u li jista' jaffettwa nies ta' kull twemmin fil-Pakistan; jesprimi t-tħassib partikolari tiegħu li l-użu tal-liġijiet dwar id-dagħa, li kienu opposti pubblikament mill-Ministru Shahbaz Bhatti u mill-ex Gvernatur Salman Taseer, bħalissa qed jiżdied u jqiegħed fil-mira Insara u minoritajiet reliġjużi oħra fil-Pakistan;

4.  Ifakkar lill-awtoritajiet Pakistani fl-obbligu tagħhom skont id-dritt internazzjonali biex jirrispettaw il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-ħsieb, kuxjenza, reliġjon u twemmin; jistieden lill-awtoritajiet Pakistani jeħilsu l-priġunieri li huma kkundannati għal raġunijiet ta' dagħa, u li jannullaw is-sentenzi tal-mewt fl-appell; jistieden lill-awtoritajiet Pakistani jiggarantixxu l-indipendenza tal-qrati, l-istat tad-dritt u proċess ġust f'konformità ma' standards internazzjonali dwar il-proċedimenti ġudizzjarji; jitlob, barra minn hekk, lill-awtoritajiet Pakistani jipprovdi protezzjoni biżżejjed għal dawk kollha involuti fil-każijiet dwar id-dagħa, inkluż billi l-imħallfin jiġu mħarsa minn pressjoni esterna, bil-protezzjoni tal-akkużat u tal-familji u l-komunitajiet tagħhom mill-vjolenza tal-folla, u billi jipprovdu soluzzjonijiet għal dawk li jiġu lliberati iżda ma jistgħux jirritornaw lura għall-postijiet ta' oriġini tagħhom;

5.  Jikkundanna bis-saħħa l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt fi kwalunkwe ċirkostanza; jistieden lill-Gvern tal-Pakistan bħala kwistjoni ta' urġenza biex de facto jbiddel il-moratorju fuq il-piena tal-mewt f’abolizzjoni effettiva tal-piena tal-mewt;

6.  Jistieden lill-Gvern tal-Pakistan iwettaq rieżami bir-reqqa tal-liġijiet dwar id-dagħa u l-applikazzjoni attwali tagħhom – kif stabbiliti fit-Taqsimiet 295 u  298 tal-Kodiċi Penali – għal allegati atti ta' dagħa, speċjalment fid-dawl tas-sentenzi tal-mewt reċenti; iħeġġeġ lill-Gvern jirreżisti għall-pressjoni li qed issirlu minn gruppi reliġjużi u xi forzi politiċi tal-oppożizzjoni biex iżomm dawn il-liġijiet;

7.  Jappella lill-Gvern iħaffef ir-riformi dwar il-madrassi billi jistabbilixxi kurrikulu bażiku li jissodisfa l-istandards internazzjonali, b'enfasi speċjali fuq it-tneħħija ta' kontenut ta' mibegħda mill-kurrikuli u fuq l-introduzzjoni tat-tagħlim tat-tolleranza komunitarja u reliġjuża fis-sillabu bażiku; jistieden lill-Kummissjoni tagħti segwitu lil talbiet preċedenti għar-reviżjoni tal-kotba tal-iskola ffinanzjati mill-UE li fihom diskors ta' mibegħda;

8.  Jappella b'urġenza lill-Gvern u lill-Parlament tal-Pakistan biex idaħħlu riformi għas-sistemi tal-ġustizzja formali sabiex jiskoraġġixxu r-rikors għal strutturi informali bħall-jirgas u l-panchayats, u biex iżidu b'mod sostanzjali r-riżorsi finanzjarji u umani tal-ġudikatura, b'mod partikolari fil-livell tal-qrati tal-prim'istanza;

9.  Jikkundanna bil-qawwa l-atti kollha ta' vjolenza kontra l-komunitajiet reliġjużi kif ukoll it-tipi kollha ta' diskriminazzjoni u intolleranza għal raġunijiet ta' reliġjon u twemmin; jistieden lill-Gvern tal-Pakistan biex jintervjeni sabiex jipproteġi l-vittmi ta' vjolenza tal-massa għal raġunijiet reliġjużi, u partikolarment biex jipprojbixxi d-diskors ta' mibegħda pubbliku, u biex iħeġġeġ lill-Pakistani kollha jaħdmu flimkien biex jippromwovu u jiżguraw it-tolleranza u l-fehim reċiproku; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Pakistani biex iħarrku lil dawk responsabbli għal tixwix u akkużi foloz ta' dagħa;

10.  Ifakkar li l-libertà tar-reliġjon u d-drittijiet tal-minoranzi huma garantiti mill-kostituzzjoni tal-Pakistan; jilqa' l-miżuri meħuda fl-interess tal-minoranzi reliġjużi mill-Gvern tal-Pakistan minn Novembru tal-2008, bħall-istabbiliment ta' kwota ta' ħamsa fil-mija għall-minoranzi fis-settur tal-impjiegi federali, ir-rikonoxximent tal-festi pubbliċi li mhumiex Musulmani u d-dikjarazzjoni ta' Jum Nazzjonali tal-Minoranzi;

11.  Iħeġġeġ lill-Gvern Pakistani, madankollu, biex iżid l-isforzi mmirati għal fehim interreliġjuż aħjar, biex jindirizza attivament l-ostilitajiet reliġjużi minn atturi soċjetali, biex jiġġieled l-intolleranza reliġjuża, l-atti ta' vjolenza u l-intimidazzjoni, u biex jaġixxi kontra l-perċezzjoni tal-impunità;

12.  Jinsab imħasseb ferm dwar il-kundizzjonijiet tan-nisa u l-bniet ta' minoranzi li ta' spiss isofru d-doppju, b'mod partikolari permezz tal-prattika tal-konverżjoni sfurzata u l-vjolenza sesswali mmirata; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Pakistani biex itejbu l-protezzjoni, il-prosekuzzjoni u l-kumpens;

13.  Jenfasizza li d-dritt għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon huwa dritt fundamentali tal-bniedem; jesprimi t-tħassib tiegħu għat-tendenza reċenti fil-Pakistan li tixxekkel il-libertà tal-ħsieb, tal-espressjoni u tal-informazzjoni billi jiġu bblukkati u kkontrollati s-servizzi tal-internet l-aktar frekwentati; jistieden lill-Gvern biex iwaqqaf iċ-ċensura tal-internet u jirrevedi kemm l-abbozz tal-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu kif ukoll dak dwar l-NGOs, li jnaqqsu bil-kbir l-indipendenza u l-libertà tal-operazzjonijiet tal-NGOs u jafu jwasslu għall-falliment tal-ħidma ta' NGOs internazzjonalment konnessi fil-Pakistan;

14.  Jisħaq fuq ir-rwol importanti li għandu l-Pakistan fit-trawwim tal-istabilità fir-reġjun sħiħ; iħeġġeġ lill-Pakistan biex ikollu rwol kostruttiv fil-promozzjoni ta' Afghanistan sigur u għalhekk iħeġġeġ lill-Gvern Pakistani biex isaħħaħ ir-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem fil-pajjiż tiegħu stess kif ukoll fir-reġjun sħiħ;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, u lill-Gvern u l-Parlament tal-Pakistan.

(1) Testi adottati, P7_TA(2014)0208.
(2) Testi adottati, P7_TA(2013)0422.
(3) ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 179.
(4) ĠU C 136 E, 11.5.2012, p. 53.
(5) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 147.
(6) Testi adottati, P7_TA(2013)0575.
(7) http://register.consilium.europa.eu/doc/srv?l=MT&f=ST%207232%202013%20INIT


Is-Sirja: is-sitwazzjoni f’ċerti komunitajiet vulnerabbli
PDF 231kWORD 67k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2014 dwar is-Sirja: is-sitwazzjoni f’ċerti komunitajiet vulnerabbli (2014/2695(RSP))
P7_TA(2014)0461RC-B7-0387/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja, b’mod partikolari dik tas-6 ta’ Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja(1),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sirja tal-14 ta' April 2014 u tal-20 ta’ Jannar 2014,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President / Rappreżentant Għoli Catherine Ashton tal-15 ta’ Marzu 2014 dwar it-tielet anniversarju tar-rewwixta Sirjana, u tat-8 ta’ April 2014 b’referenza għall-qtil tar-Reverendu Van der Lugt, SJ, f'Homs, is-Sirja,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949 u l-protokolli addizzjonali għalihom,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar it-Tneħħija tal-Forom Kollha ta’ Intolleranza u ta’ Diskriminazzjoni abbażi tar-Reliġjon u t-Twemmin tal-1981,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2139 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-22 ta’ Frar 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta' Inkjesta dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana tat-12 ta' Frar 2014,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-kelliem għas-Segretarju Ġeneral tan-NU Ban Ki-moon dwar is-Sirja tas-7 ta’ April 2014,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Koordinatriċi tal-Għajnuna ta’ Emerġenzi u Sotto-Segretarja Ġenerali għall-Affarijiet Umanitarji tan-NU Valerie Amos dwar is-Sirja tat-28 ta’ Marzu 2014,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-1950, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tal-2000,

–  wara li kkunsidra l-Istatut taʼ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-kriżi vjolenta li għadha għaddejja fis-Sirja rriżultat f’katastrofi umanitarja ta’ skala li ma kienx hawn bħalha qabel fl-istorja riċenti, fejn inqatlu aktar minn 150 000 ruħ, il-biċċa l-kbira minnhom nies ċivili, hemm aktar minn 6,5 milun ruħ spustata internament, u aktar minn 2,6 miljun rifuġjat Sirjan, prinċipalment fil-Libanu, it-Turkija, il-Ġordan, l-Iraq u l-Eġittu; billi l-minoranzi etniċi u reliġjużi qed isibu ruħhom f’sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli f’din il-kriżi;

B.  billi l-popolazzjoni Sirjana tradizzjonalment kienet komposta minn diversità għanja ta’ komunitajiet etniċi u reliġjużi, li rispettivament jinkludu Għarab, Aramin, Armeni, Assirjani, Ċirkassjani, Kurdi u Turkmeni, u Musulmani, Insara u Drużi, kif ukoll gruppi oħra; billi l-ebda waħda mill-komunitajiet reliġjużi jew etniċi fis-Sirja ma ħelsitha mill-kunflitt li ilu għaddej tliet snin, li kulma jmur qed jieħu dimensjoni settarja;

C.  billi dawn il-komunitajiet dejjem kienu parti mis-soċjetà Sirjana, fejn ikkontribwixxew għall-iżvilupp u l-avvanz tagħha inter alia permezz tal-impenn tagħhom fl-edukazzjoni, is-saħħa, u s-setturi kulturali; billi huma għalhekk għandhom rwol importanti x’jaqdu fid-demokratizzazzjoni tas-Sirja u hemm bżonn li jiġu rappreżentati fi kwalunkwe konsultazzjoni dwar il-ġejjieni tal-pajjiż u fi kwalunkwe proċess ta’ rikonċiljazzjoni;

D.  billi sa ftit taż-żmien ilu l-biċċa l-kbira ta’ dawn il-komunitajiet kienu ppruvaw jevitaw li jżommu ma xi naħa fil-kunflitt, peress li ħafna jistgħu jirrikonoxxu l-ħtieġa li ssir bidla tar-reġim fis-Sirja iżda jibżgħu wkoll li, jekk il-gvern jitneħħa, huma jiġu fil-mira tar-ribelli ġiħadisti Sunniti, li qed jitolbu li jiġi stabbilit stat Islamiku, jew oħrajn;

E.  billi r-reġim ta’ Assad b’mod deliberat ta l-bidu għal dinamika ta' polarizzazzjoni settarja bħala l-istrateġija ta’ sopravivenza tiegħu, li tat in-nar lit-tensjonijiet komunali li kienu moħbija u li sa dak iż-żmien kienu fil-biċċa l-kbira mrażżna; billi l-preżenza u l-infiltrazzjoni dejjem akbar ta' estremisti u ġiħadisti Islamiċi fuq in-naħat kollha fil-kunflitt ħolqu tħassib leġittimu fost il-komunitajiet ta' minoranza fil-pajjiż; billi l-approfondiment tal-firda bejn is-Sunniti u x-Xiti fis-Sirja qed jaffettwa wkoll ir-relazzjonijiet interkomunali fil-pajjiżi ġirien;

F.  billi l-Ġiżwita Nederlandiż ir-Reverendu Frans van der Lugt, li kien ilu jgħix is-Sirja għal ħafna deċennji u kien magħruf sew li rrifjuta li jitlaq mill-belt assedjata ta’ Homs, ġie msawwat u nqatel b’tiri tan-nar minn irġiel armati fis-7 ta’ April 2014; billi s-Segretarju Ġenerali tan-NU kkundanna dan l-att bla ħniena ta’ vjolenza kontra raġel li baqa’ leali għall-poplu tas-Sirja qalb l-assedji u d-diffikultajiet li kienu qed jikbru; billi hemm Insara oħra li għadhom fil-monasteru fejn inqatel ir-Reverendu van der Lugt u l-komunità internazzjonali hija inkwetata dwar is-sikurezza tagħhom, kif inhi inkwetata dwar is-sikurezza tal-ħafna nies ċivili li għadhom maqbuda fil-belt ta' Homs, li għadha taħt assedju;

G.  billi r-Reverendu Paolo Dall’Oglio ilu nieqes minn Lulju 2013, u l-Isqof Boulos Yazigi tal-Knisja Ortodossa Griega u l-Isqof John Ibrahim tal-Knisja Ortodossa Assirjana f' April 2013 inħatfu mill-karozza tagħhom minn irġiel armati barra l-belt tat-Tramuntana ta' Aleppo; billi għadu ħadd ma jaf x'sar minnhom;

H.  billi l-ġlied bejn il-forzi tar-reġim u l-ġellieda ribelli, inklużi elementi marbuta ma' Al-Qaeda, fi tmiem Marzu 2014 wassal għall-evakwazzjoni tal-parti l-kbira tal-popolazzjoni ta' Kassab, belt Armena fil-fruntiera bejn is-Sirja u t-Turkija; billi hemm rapporti kontradittorji dwar l-għadd ta' vittmi f’dawn il-ġrajjiet;

I.  billi l-aħħar rapporti mis-Sirja juru li ribelli mill-Front al-Nursa marbut ma' Al-Qaeda qabdu għadd ta' rħula Nsara u Kurdi fil-fruntiera Torka, bħall-belt Kurda ta' Ayn-Al-Arab/Kobane;

J.  billi r-rifuġjati Palestinjani jibqgħu grupp partikolarment vulnerabbli fil-kriżi fis-Sirja; billi ħafna minnhom jgħixu f'żoni assedjati, b'mob partikolari fil-Kamp Yarmouk, li għadu jinsab taħt attakk qawwi mill-forzi tar-reġim u minn diversi gruppi armati, li qed iwassal għal tbatija inumana għat-18 000 Palestinjan li jgħixu f'din iż-żona; billi kważi kull wieħed mill-540 000 rifuġjat Palestinjan fis-Sirja għandhom bżonn l-għajnuna llum, u 'l fuq minn nofshom huma spustati internament fi ħdan il-pajjiż, u qed jiffaċċjaw ostakli mill-akbar jew restrizzjonijiet dejjem ikbar meta jipprovaw jaħarbu lejn l-Eġittu, il-Ġordan jew il-Libanu;

K.  billi n-nisa u t-tfal għadhom qed ibatu minn aggressjoni, vjolenza sesswali u bbażata fuq il-ġeneru, abbuż u n-nuqqas ta' prodotti u servizzi bażiċi fil-kriżi li għaddejja bħalissa fis-Sirja; billi hemm għadd sproporzjonatament għoli ta' nisa u tfal fost ir-rifuġjati Sirjani; billi kważi 3 miljun tifel u tifla waqqfu l-iskola fis-Sirja mill-2011, filwaqt li tal-inqas 500 000 tifel u tifla rifuġjati rreġistrati mhumiex miktuba fi skola fil-pajjiżi ġirien;

L.  billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-intellettwali, il-figuri reliġjużi, il-ġurnalisti u l-attivisti tas-soċjetà ċivili għadhom jisfaw vittmi tal-kriżi vjolenti fis-Sirja; billi r-Rebbieħa tal-Premju Sakharov 2011, Razan Zaitouneh, li inħatfet flimkien mar-raġel tagħha u żewġ attivisti oħra tad-drittijiet tal-bniedem 'il fuq minn erba' xhur ilu f'Douma, għadha tinsab miżmuma f'post mhux magħruf;

M.  billi l-mexxejja politiċi u reliġjużi għandhom id-dmir li jikkumbattu fil-livelli kollha l-estremiżmu u t-terroriżmu u jippromwovu r-rispett reċiproku fost l-individwi u l-gruppi reliġjużi u etniċi;

N.  billi d-dritt internazzjonali umanitarju u dwar id-drittijiet tal-bniedem jipprojbixxi l-immirar ta' individwi jew gruppi abbażi tar-reliġjon jew l-identità etnika, kif ukoll attakki kontra nies ċivili li ma jipparteċipawx fil-ġlied; billi dawn l-azzjonijiet jistgħu jikkostitwixxu delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità; billi r-Riżoluzzjoni 2139 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tenfasizza l-bżonn li tintemm l-impunità għall-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali u l-ksur u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, u ttenni tafferma li l-persuni li wettqu jew li b’xi mod ieħor kienu responsabbli għal ksur u abbużi bħal dawn fis-Sirja għandhom jiġu arrestati u jitressqu l-qorti;

1.  Jesprimi x-xokk profond tiegħu dwar il-livell mingħajr preċedent ta' tbatija umana u telf tal-ħajja, u jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-familji tal-vittmi innoċenti kollha fil-kunflitt Sirjan; jikkundanna bis-saħħa l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali mir-reġim ta' Assad u mill-milizja ta’ favur il-gvern; jikkundanna kwalunkwe abbuż tad-drittijiet tal-bniedem u vjolazzjoni tad-dritt umanitarju internazzjonali minn gruppi armati li jopponu r-reġim ta' Assad; jikkundanna bis-saħħa l-għadd dejjem ikbar ta' attakki terroristiċi mwettqa minn organizzazzjonijiet estremisti u individwi fil-pajjiż;

2.  Jinsab konvint li soluzzjoni dejjiema għall-kriżi attwali fis-Sirja tista’ tintlaħaq biss permezz ta’ proċess politiku inklussiv immexxi mis-Sirjani u mirfud mill-komunità internazzjonali; jiddeplora l-fatt li t-taħditiet ta' paċi bħalissa qed ifallu minħabba li r-reġim qed jostakola dawn it-taħditiet, u jitlob b'mod urġenti li l-partijiet kollha involuti u l-komunità internazzjonali jagħmlu ħilithom kollha sabiex jinfetħu taħditiet ġodda, li se jwasslu għat-tmiem ta' dan il-massakru; jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni u l-kontribuzzjoni f'dan il-proċess tal-partijiet kollha tas-soċjetà Sirjana, inklużi l-minoranzi etniċi u reliġjużi, u jenfasizza r-rwol kruċjali tal-minoranżi fil-preservazzjoni tal-wirt kulturali uniku u tat-tradizzjoni ta' koeżistenza interkulturali, interetnika u interreliġjuża fis-Sirja, bil-għan li tinħoloq soċjetà ħajja għall-ġenerazzjonijiet futuri tas-Sirjani;

3.  Itenni li d-drittijiet tal-minoranzi huma marbuta b’mod inseparabbli mar-rispett għal drittijiet u libertajiet fundamentali oħra, bħad-dritt għal-libertà, għas-sigurtà, l-ugwaljanza u l-libertà tal-espressjoni;

4.  Jikkundanna bis-saħħa l-attakki reċenti kontra ċerti komunitajiet reliġjużi u etniċi fis-Sirja, partikolarment kontra l-Kristjani, l-Armeni u l-Kurdi, u jitlob li l-partijiet kollha involuti jwaqqfu kull azzjoni li jkollha l-għan li xxewwex kunflitt interetniku u interreliġjuż; jenfasizza li l-atturi kollha involuti fil-kunflitt għandhom dmir li jipproteġu l-minoranzi differenti preżenti fil-pajjiż; jirrikonoxxi, madankollu, li l-attakki kontra ċerti komunitajiet vulnerabbli jikkostitwixxu biss aspett wieħed tal-gwerra ċivili fis-Sirja;

5.  Jikkundanna bl-ikbar qawwa possibbli l-qtil tar-Reverendu Frans Van der Lugt, att inuman ta' vjolenza kontra raġel li baqa’ leali għall-poplu tas-Sirja fost assedji u diffikultajiet dejjem ikbar; ifaħħar il-ħidma tiegħu, li marret oltra l-belt assedjata ta' Homs u għadha qed tgħin lil mijiet ta' nies ċivili bil-bżonnijiet ta' sopravivenza tagħhom ta' kuljum;

6.  Iħeġġeġ lill-partijiet kollha fil-kunflitt biex jaderixxu strettament mad-dritt internazzjonali umanitarju u tad-drittijiet tal-bniedem, u jitlob għall-protezzjoni tal-komunitajiet vulnerabbli kollha, inter alia billi jingħata aċċess umanitarju u jitneħħew l-assedji kollha taż-żoni popolati, inkluża l-Belt Antika ta' Homs; itenni l-appell tiegħu għat-twaqqif ta’ postijiet ta’ rifuġju tul il-fruntiera bejn it-Turkija u s-Sirja, u possibilment fis-Sirja nfisha, u għall-ħolqien ta’ kurituri umanitarji mill-komunità internazzjonali;

7.  Jikkundanna l-attakki kontra l-belt Armena ta' Kassab; jappoġġja l-isforzi kollha fil-livell lokali biex tiġi evitata u miġġielda l-vjolenza settarja fiż-żoni li jinsabu f’idejn ir-ribelli u fiż-żoni b'maġġoranza Kurda; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Sirjani attwali u futuri jipprovdu protezzjoni affidabbli u effiċjenti għall-komunitajiet vulnerabbli fil-pajjiż u jiżguraw ir-ritorn sigur u sikur tagħhom lejn darhom, kif ukoll jiżguraw li min iwettaq attakki kontrihom jiġi arrestat u jgħaddi qorti bi proċess kif xieraq;

8.  Jerġa' jitlob biex tingħata attenzjoni speċjali lis-sitwazzjoni vulnerabbli tar-rifuġjati Palestinjani fis-Sirja, u b'mod partikolari l-kundizzjonijiet ta' għajxien inumani tal-Palestinjani li jgħixu fil-Kamp ta' Yarmouk; itenni l-istedina tiegħu lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt biex jippermettu lill-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) u lil organizzazzjonijiet internazzjonali oħra ta' għajnuna aċċess mingħajr ostakli għal dan il-kamp, kif ukoll għaż-żoni l-oħra kollha assedjati fil-pajjiż, sabiex tittaffa t-tbatija estrema tal-popolazzjoni lokali; jifraħ lill-UNWRA għall-ħidma tagħha fis-Sirja u jitlob biex jiżdied l-appoġġ internazzjonali għall-attivitajiet tagħha;

9.  Jistieden lill-komunità internazzjonali u lill-UE jagħtu attenzjoni speċjali lit-tbatija u lill-bżonnijiet tan-nisa u t-tfal fil-kriżi Sirjana; jitlob li jkun hemm tolleranza żero fir-rigward tal-qtil, il-ħtif u r-reklutaġġ ta' tfal b'mod partikolari, kif ukoll li jissaħħu l-kapaċitajiet ta' għajnuna umanitarja fil-qasam tal-appoġġ lill-vittmi trawmatizzati;

10.  Ifakkar dwar il-bżonn urġenti li jinħelsu l-priġunieri politiċi kollha, l-attivisti tas-soċjetà ċivili, il-ħaddiema fil-qasam tal-għajnuna umanitarja, il-figuri reliġjużi (inklużi r-Reverendu Paolo Dall’Oglio, l-Isqof Ortodoss Grieg Boulos Yazigi u l-Isqof Ortodoss Assirjan John Ibrahim), il-ġurnalisti u l-fotografi miżmuma mir-reġim jew minn ġellieda ribelli, u li jingħata aċċess lill-osservaturi indipendenti għall-postijiet kollha ta' detenzjoni; iħeġġeġ għal darb'oħra lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħmlu l-isforzi kollha possibbli sabiex jiksbu l-ħelsien tar-Rebbieħa tal-Premju Sakharov 2011 Razan Zaitouneh u tal-attivisti l-oħra kollha tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja, inkluż l-attivist ta’ fuq l-internet Bassel Safadi Khartabil;

11.  Jibqa' konvint li ma jista’ jkun hemm l-ebda paċi sostenibbli fis-Sirja mingħajr ma tittieħed ir-responsabilità għar-reati mwettqa matul il-kunflitt, inkluż għar-reati abbażi tar-reliġjon jew l-etniċità; itenni t-talba tiegħu għar-referenza tas-sitwazzjoni fis-Sirja lill-Qorti Kriminali Internazzjonali u jappoġġja l-inizjattivi kollha li jimxu f'dan is-sens; jifraħ lill-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta' Inkjesta dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana għall-ħidma tagħha u lil protagonisti internazzjonali oħra għall-ħidma tagħhomli jiġbru u jippreservaw volum kbir ta' xhieda dwar delitti serji mwettqa mir-reġim u minn xi gruppi ribelli fis-Sirja, u jitlob biex tittieħed azzjoni sabiex min wettaq dawn id-delitti jiġi arrestat u jitressaq il-qorti;

12.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-konsegwenzi profondi tal-frammentazzjoni tas-Sirja għall-istabilità u s-sigurtà tar-reġjun, b'mod partikolari fil-Libanu u l-Iraq; jinsab imħasseb serjament dwar l-għadd għoli ta' rifuġjati Sirjani fil-pajjiżi ġirien, speċjalment fil-Libanu, fejn, skont l-UNHCR, l-għadd ta' rifuġjati issa qabeż il-miljun ruħ, u dan ma jinkludix l-għexieren ta' eluf li ma rreġistrawx mal-aġenzija, filwaqt li 12 000 persuna qed jaħarbu mis-Sirja lejn il-Libanu kull ġimgħa; jinsab imħasseb serjament ukoll dwar il-fluss 'il barra kontinwu ta' rifuġjati li qed jolqot lill-Ġordan, it-Turkija, l-Iraq u l-Eġittu; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jipprovdu għajnuna umanitarja sostanzjali lill-popolazzjonijiet affettwati mill-kunflitt tas-Sirja;

13.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Mibgħut Speċjali tan-NU u tal-Lega Għarbija fis-Sirja, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Eġittu, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Iraq, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ġordan, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Libanu, lill-Gvern u lill-Parlament tat-Turkija, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni għall-Istati Għarab tal-Golf, u lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt fis-Sirja.

(1) Testi adottati, P7_TA(2014)0099.


Is-sitwazzjoni fil-Korea ta' Fuq (ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea)
PDF 220kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Korea ta' Fuq (ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea) (2014/2696(RSP))
P7_TA(2014)0462RC-B7-0388/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, li fihom kollha r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (RDPK) hija parti,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-1984 kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Marzu 2013 dwar it-theddidiet nukleari u d-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea(1), tal-24 ta' Mejju 2012 dwar is-sitwazzjoni tar-refuġjati tal-Korea ta' Fuq(2) u tat-8 ta' Lulju 2010 dwar il-Korea ta' Fuq(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-kelliem għall-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Catherine Ashton, tad-19 ta' Awwissu 2013 dwar il-ftehimiet reċenti inter‑Koreani u tal-5 ta' Ġunju 2013 dwar it-tkeċċija ta' disa' Nord Koreani mil-Laos, u d-dikjarazzjoni minn Catherine Ashton tat-13 ta' Marzu 2013 dwar theddidiet nukleari u d-drittijiet tal-bniedem fil-Korea ta' Fuq,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mir-RDPK tat-13 ta' Marzu 2013 li temmet l-armistizju tal-1953 u li "mhijiex ristretta mid-dikjarazzjoni bejn il-Korea ta' Fuq u l-Korea t'Isfel dwar in-non-aggressjoni",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tas-26 ta' Marzu 2014 u tal-21 ta' Marzu 2013 u r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea,

–  wara li kkunsidra l-Kummissjoni ta' Inkjesta dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea li ġiet stabbilita fil-21 ta' Marzu 2013 mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU,

–  wara li kkunsidra 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Kummissjoni ta' Inkjesta tan-NU (KtI) investigat "il-vjolazzjonijiet sistematiċi, mifruxa u gravi tad-drittijiet tal-bniedem" fil-Korea ta' Fuq u ħarġet rapport fis-7 ta' Frar 2014;

B.  billi l-metodi ta' ħidma professjonali, metikolużi u inklużivi applikati mill-KtI jistgħu jservu bħala eżempju għal missjonijiet ta' kxif ta' fatti fil-ġejjieni, mitluba mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fejn gvernijiet jirrifjutaw kull kooperazzjoni, kif kien il-każ tar-RDPK;

C.  billi r-RDPK, mal-istituzzjoni tal-KtI, iddikjarat li kienet se "tiċħdu kompletament u tinjorah", irrifjutat permess biex din iżżur il-pajjiż u naqset milli tikkoopera bi kwalunkwe mod; billi r-reġim tar-RDPK ma kkooperax b'mod ġenerali man-NU u ċaħad ir-riżoluzzjonijiet kollha tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Assemblea Ġenerali tan-NU rigward id-drittijiet tal-bniedem fil-Korea ta' Fuq; billi naqas milli jikkoopera mar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż u rrifjuta kull assistenza mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem;

D.  billi d-djalogu UE‑RDPK ġie sospiż mir-RDPK fl-2003;

E.  billi l-KtI waslet għall-konklużjoni li "twettqu u qed jitwettqu vjolazzjonijiet gravi tad-drittijiet tal-bniedem b'mod sistematiku u fuq skala wiesgħa mir-RDPK, u f'bosta każijiet, il-vjolazzjonijiet li nkixfu jikkostitwixxu delitti kontra l-umanità bbażati fuq politiki tal-Istat" u ma għandhomx ekwivalenti fid-dinja kontemporanja";

F.  billi dawn id-delitti kontra l-umanità jfissru qerda, qtil, skjavitù, tortura, ħabs, stupru, abort furzat u vjolenza sesswali oħra, persekuzzjoni għal raġunijiet politiċi, reliġjużi, razzjali u sesswali, trasfreiment furzat ta' popli, għajbien infurzat ta' persuni u l-att inuman li b'intenzjoni persuni jbatu l-ġuħ għal żmien twil; billi dawn id-delitti kontra l-umanità huma kontinwi fir-RDPK għaliex il-politiki, l-istituzzjonijiet u x-xejriet tal-impunità jibqgħu stabbiliti;

G.  billi r-rapport tal-KtI jikkonkludi li "l-atroċitajiet indeskrivibbli" li twettqu kontra mijiet ta' eluf ta' detenuti tal-passat u l-preżent tal-kampijiet tal-priġunieri "jixbhu l-orruri tal-kampijiet li stati totalitarji stabilixxew fis-seklu għoxrin";

H.  billi r-rapport juri bil-provi li fir-RDPK l-istat jeżerċita kontroll assolut fuq kull aspett tal-ħajja taċ-ċittadini tiegħu , u monopolju assolut fuq l-informazzjoni, il-moviment ġewwa u barra l-pajjiż u fuq il-ħajja soċjali (is-sistema ta' klassijiet Songbun);

I.  billi l-gvern qed jestendi l-atti ripressivi tiegħu lil hinn mill-konfini tal-istat, bil-ħtif sistematiku ta' ħafna iktar minn 200 000 ruħ minn pajjiżi oħra, filwaqt li jiċħad ir-ritorn tagħhom lura f'pajjiżhom, li bosta minnhom sussegwentement għebu;

J.  billi d-diskriminazzjoni u l-vjolenza kontra n-nisa hija mifruxa sew, inkluż is-swat pubbliku u attakki sesswali fuq in-nisa minn uffiċjali pubbliċi; billi n-nisa u l-bniet huma vulnerabbli għat-traffikar u x-xogħol tas-sess furzat;

1.  Jinnota bi tħassib estrem ir-riżultati tal-KtI tan-NU u jappoġġja r-rakomandazzjonijiet tagħha;

2.  Itenni l-kundanna qawwija tiegħu tar-ripressjoni tal-istat li ilha għaddeja għal għexieren ta' snin, li hija eżerċitata b'manjiera sistematika mill-Mexxejja Supremi tal-passat u l-preżent tar-RDPK u mill-amministrazzjoni, u jistieden lir-RDPK biex twaqqaf immedjatament il-vjolazzjonijiet gravi, mifruxa u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-poplu tagħha stess;

3.  Jissottolinja l-fatt li l-vjolazzjonijiet deskritti, li ħafna minnhom jikkostitwixxu delitti kontra l-umanità, ilhom iseħħu għal żmien twil wisq taħt l-l-osservazzjoni tal-komunità internazzjonali, u jappella lill-Istati Membri tal-UE u lill-membri kollha tal-Assemblea Ġenerali tan-NU biex iressqu t-tbatija tal-poplu tal-Korea ta' Fuq fuq quddiem tal-aġenda politika u biex jiżguraw li r-rakkomandazzjonijiet tal-KtI jkollhom segwitu;

4.  Huwa konvint li wasal iż-żmien biex il-komunità internazzjonali tieħu azzjoni konkreta biex itemm l-impunità ta' dawk li jwettqu d-delitti; jitlob b'insistenza li dawk l-iktar responsabbli għad-delitti kontra l-umanità mwettqa fir-RDPK jinżammu responsabbli, jiġu mixlija quddiem Qorti Kriminali Internazzjonali u jiġu soġġetti għal sanzjonijiet immirati;

5.  Jitlob lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jiżgura li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-KtI jkunu tema permanenti fuq l-aġenda għal djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u laqgħat oħra ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari id-djalogi mar-Russja u ċ-Ċina; jitlob lis-SEAE u lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, barra minn hekk, biex jiżgura li l-ambaxxaturi kollha tas-SEAE jkunu infurmati dwar ir-rapport tal-KtI u jifhmu li qed jingħataw il-kompitu biex jiżguraw appoġġ mad-dinja kollha għal azzjoni mill-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU kif rakkomandat mill-KtI;

6.  Jistieden lill Gvern tar-RDPK jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-istrumenti tad-drittijiet tal-bniedem li fihom huwa parti, u biex jikkoopera bis-sħiħ ma' organizzazzjonijiet umanitarji, għassiesa indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK, inter alia billi jipprovdi aċċess fil-pajjiż;

7.  Jistieden lis-SEAE u lill-istati Membri jappoġġjaw il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-istabbiliment ta' strutturi speċjali biex tiġi żgurata responsabilità għad-delitti mwettqa, permezz ta' ġbir kontinwu ta' evidenza u dokumentazzjoni;

8.  Jistieden lill-RDPK biex minnufih u b’mod permanenti twaqqaf l-eżekuzzjonijiet pubbliċi u sigrieti u biex tabolixxi l-piena kapitali; jistieden, barra minn hekk, lir-RDPK twaqqaf il-qtil extraġudizzjarju, każijiet ta' għajbien infurzat u kastigi kollettivi, biex tagħlaq il-kampijiet tal-priġunieri kollha, teħles il-priġunieri politiċi u tippermetti liċ-ċittadini tagħha jivvjaġġaw b'mod ħieles, kemm ġewwa u barra l-pajjiż; jistieden lill-RDPK tippermetti l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa għall-midja nazzjonali u internazzjonali, u aċċess mingħajr ċensura għall-internet għaċ-ċittadini tagħha;

9.  Iħeġġeġ lill-Gvern tar-RDPK jgħaddi l-informazzjoni kollha dwar ta' nazzjonali minn pajjiżi terzi suspettati li ġew maħtufa minn aġenti tal-istat tal-Korea ta' Fuq tul id-deċennji li għaddew, u biex jirritorna dawn il-persuni maħtufa li għadhom qed jinżammu 'l bogħod minn pajjiżhom immedjatament;

10.  Jesprimi t-tħassib partikolari tiegħu fil-konfront tal-ħruxija kontinwa tas-sitwazzjoni tal-ikel fil-pajjiż u l-impatt tagħha fuq id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali tal-popolazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni żżomm il-programmi umanitarji ta' għajnuna eżistenti u l-kanali ta' komunikazzjoni mar-RDPK, u biex tiżgura li tali għajnuna tiġi konsenjata b'mod sikur lill-gruppi tal-popolazzjoni fil-mira; jistieden lill-awtoritajiet tal-RDPK jiżguraw aċċess għaċ-ċittadini kollha għall-ikel u l-assistenza umanitarja fuq il-bażi tal-bżonn, f'konformità mal-prinċipji umanitarji; jistieden, barra minn hekk, lir-RDPK tinvesti r-riżorsi tagħha biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien imwiegħra tal-poplu tagħha minflok ma tkompli tkabbar il-ħażna militari u l-programm nukleari tagħha;

11.  Jistieden lill-membri kollha tan-NU, u b'mod partikolari lir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, jgħinu liċ-ċittadini tal-Korea ta' Fuq li jirnexxilhom jaħarbu mill-pajjiż, billi jagħtuhom id-dritt li jibqgħu fil-pajjiż, flimkien mal-protezzjoni legali u servizzi bażiċi ekwivalenti għal dawk mogħtija liċ-ċittadini tagħhom stess, u – imperattivament – biex iżommu lura milli jikkooperaw bi kwalunkwe mod mal-amministrazzjoni tar-RDPK fl-estradizzjoni jew ir-ritorn lura fil-pajjiż ta' ċittadini Nord Koreani;

12.  Jilqa' l-proġett umanitarju bejn iż-żewġ Korea – bħar-riunifikazzjoni ta' familji separati mill-Korea t'isfel u l-Korea ta' fuq – li b'mod konkret jistgħu jtaffu t-tbatija tal-poplu, u jistieden liż-żewġ gvernijiet iżidu n-numru ta' inizjattivi ta' dan it-tip;

13.  Jistieden lin-NU, kif propost mill-KtI, issejjaħ konferenza politika ta' livell għoli bejn il-partijiet fil-Gwerra Koreana bil-għan li l-gwerra tiġi konkluża bi ftehim paċifiku finali u tiġi stabbilita proċedura għall-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni, pereżempju fuq linji simili għall-proċess ta' Ħelsinki;

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvern tar-RDPK, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, lill-membri tal-Kummissjoni ta' Inkjesta tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK, inkluż ir-Rapporteur Speċjali, lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika tal-Korea, lill-Gvern u l-Parlament tal-Federazzjoni Russa, lill-Gvern u l-Parlament tal-Ġappun u lill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(1) Testi adottati, P7_TA(2013)0096.
(2) ĠU C 264 E, 13.9.2013, p. 94.
(3) ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 132.

Avviż legali - Politika tal-privatezza