Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0238(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0178/2014

Testi mressqa :

A7-0178/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2014 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0400

Testi adottati
PDF 201kWORD 36k
L-Erbgħa, 16 ta' April 2014 - Strasburgu
Opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd UE-Madagaskar ***
P7_TA(2014)0400A7-0178/2014

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (14164/1/2012 – C7-0408/2012 – 2012/0238(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14164/1/2012),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd attwalment fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (14159/2012),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0408/2012),

–  wara li kkunsidra l-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikoli  81(1), 81(2) u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Baġits (A7-0178/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Madagaskar.

Avviż legali - Politika tal-privatezza