Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/2083(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0123/2014

Testi mressqa :

A7-0123/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2014 - 7.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0408

Testi adottati
PDF 435kWORD 119k
L-Erbgħa, 16 ta' April 2014 - Strasburgu
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fir-rigward tal-mistoqsijiet parlamentari
P7_TA(2014)0408A7-0123/2014

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar l-emenda tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament fir-rigward tal-mistoqsijiet parlamentari (2013/2083(REG))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-President tiegħu tat-13 ta' Frar 2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7‑0123/2014),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Jiddeċiedi li l-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tal-ewwel sessjoni parzjali tat-tmien leġiżlatura parlamentari;

3.  Jiddeċiedi li s-sistema ta' poloz stabbilita mill-emendi biex jiġu ddeterminati l-Membri li jkunu permessi jressqu mistoqsija għandha tiġi vvalutata wara perjodu ta' prova ta' sena mill-bidu tat-tmien leġiżlatura;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

2. Ebda Membru ma jista' jagħmel aktar minn mistoqsija waħda lill-Kummissjoni f'sessjoni parzjali waħda.Test fis-seħħ   2. Il-Kummissarji mistiedna mill-Konferenza tal-Presidenti biex jipparteċipaw għandu jkollhom portafoll relatat mat-tema jew it-temi orizzontali speċifiċi li dwarhom ikunu se jsiru mistoqsijiet. In-numru ta’ Kummissarji għandu jkun limitat għal tnejn għal kull sessjoni parzjali, bil-possibilità li jiżdied it-tielet wieħed skont it-tema jew temi orizzontali speċifiċi magħżula għall-Ħin għall-Mistoqsijiet.
Emenda 1
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 116
1.   Għandu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni f’kull sessjoni parzjali għal tul ta' 90 minuta dwar tema orizzontali speċifika waħda jew iktar minn waħda deċiżi mill-Konferenza tal-Presidenti xahar qabel is-sessjoni parzjali.
3.  Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President, li jrid jieħu deċiżjoni dwar l-ammissibiltà tagħhom u dwar l-ordni li fih għandhom jitressqu. nterpellant għandu jiġi mgħarraf minnufih b'din id-deċiżjoni.
1.   Għandu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni f'kull sessjoni parzjali fil-ħinijiet li jiġu deċiżi mill-Parlament fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti.
4.  Il-proċedura dettaljata għandha tkun irregolata minn linji gwida stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura17.
3.  Il-ħin għall-mistoqsijiet għandu jsir b'konformita ma' sistema ta' poloz li d-dettalji tagħha huma stabbiliti f'anness ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura17.
5.  Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jistgħu jiġu organizzati ħinijiet għal mistoqsijiet speċifiċi mal-Kunsill, mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mal-President tal-Grupp tal-euro.
4.  Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jistgħu jiġu organizzati ħinijiet għal mistoqsijiet speċifiċi mal-Kunsill, mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mal-President tal-Grupp tal-euro.
_______________
_______________
17Ara l-Anness II.
17Ara Anness II.
Emenda 2
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 117 – paragrafu 1
1.  Kull Membru jista’ jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà skont kriterji stipulati f’anness ma' dawn ir-Regoli ta’ Proċedura18. L-awturi tal-mistoqsijiet għandhom ikunu esklużivament responsabbli mill-kontenut tal-mistoqsijiet.
1.  Kull Membru jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont linji gwida stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura18. L-awturi tal-mistoqsijiet għandhom ikunu esklussivament responsabbli mill-kontenut tal-mistoqsijiet.
_______________
_______________
18Ara Anness III.
18Ara Anness III.
Emenda 3
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 117 – paragrafu 2
2.  Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President li għandu jgħaddihom lid-destinatarji. Dubji dwar l-ammissibilità ta' mistoqsija għandha tittieħed deċiżjoni dwarhom mill-President. Id-deċiżjoni tiegħu għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija.
2.  Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President. Id-dubji dwar l-ammissibilità ta' mistoqsija għandhom jiġu trattati mill-President. Id-deċiżjoni tal-President ma għandhiex tkun bbażata esklussivament fuq id-dispożizzjonijiet tal-anness imsemmi fil-paragrafu 1 iżda fuq id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura b'mod ġenerali. Id-deċiżjoni tal-President għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija.
Emenda 4
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 117 – paragrafu 2a (ġdid)
2a.  Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati f’format elettroniku. Kull Membru jista’ jippreżenta massimu ta’ ħames mistoqsijiet fix-xahar.
Bħala eċċezzjoni, il-mistoqsijiet addizzjonali jistgħu jiġu ppreżentati fil-forma ta’ dokument stampat depożitat u ffirmat personalment mill-Membru kkonċernat fis-servizz rilevanti tas-Segretarjat.
Wara perjodu li jiskadi sena wara l-bidu tat-tmien leġiżlatura, il-Konferenza tal-Presidenti għandha twettaq valutazzjoni tar-reġim dwar il-mistoqsijiet addizzjonali
Emenda 7
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 117 – paragrafu 4 – subparagrafu 3
Il-Membri għandhom jindikaw x'tip ta' mistoqsija qed iressqu. Id-deċiżjoni aħħarija għandha tittieħed mill-President.
imħassar
Emenda 8
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 117 – paragrafu 5
5.   Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament.
5.   Mistoqsijiet u tweġibiet għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Emenda 9
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 118 – paragrafu 1
1.   Kull Membru jista’ jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-Bank Ċentrali Ewropew skont linji gwida stipulati f’anness għal dawn ir-Regoli ta’ Proċedura19.
1.   Kwalunkwe Membru jista’ jagħmel sa mhux iktar minn sitt mistoqsijiet fix-xahar għal tweġiba bil-miktub lill-Bank Ċentrali Ewropew b'konformità ma' kriterji stipulati f’anness ma' dawn ir-Regoli ta’ Proċedura19. L-awturi tal-mistoqsijiet għandhom ikunu esklużivament responsabbli mill-kontenut tal-mistoqsijiet.
_______________
_______________
19 Ara Anness III.
19 Ara Anness III.
Emenda 10
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 118 – paragrafu 2
2.   Dawn il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-president tal-kumitat responsabbli li għandu jgħaddihom lill-Bank Ċentrali Ewropew.
2.   Tali mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President tal-kumitat responsabbli li għandu jinnotifikahom lill-Bank Ċentrali Ewropew. Id-dubji dwar l-ammissibilità ta’ mistoqsija għandhom jiġu trattati mill-President. Id-deċiżjoni tal-President għandha tkun innotifikata lill-awtur tal-mistoqsija.
Emenda 11
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Artikolu 118 – paragrafu 3
3.   Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
3.   Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament.
Emenda 12
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness II
Kif għandu jitmexxa l-Ħin għall-Mistoqsijiet skond l-Artikolu 116
Kif għandu jitmexxa l-Ħin għall-Mistoqsijiet mal-Kummissjoni
A.  Linji gwida
1.  Il-Membri li jagħmlu mistoqsija lil wieħed mill-Kummissarji għandhom jintgħażlu permezz ta’ sistema ta’ poloz bil-mod li ġej:
1.  Mistoqsijiet għandhom ikunu ammissibbli biss meta:
–  kaxxa tal-poloz titqiegħed fid-daħla tal-Kamra siegħa qabel il-bidu tal-Ħin għall-Mistoqsijiet;
–  jkunu konċiżi u jkunu fformulati b'mod tali li jippermettu li tweġiba fil-qosor;
–  il-Membri li jixtiequ jagħmlu mistoqsija jiktbu isimhom fuq formola u jpoġġuha fil-kaxxa tal-poloz;
–  ikunu jaqgħu fi ħdan il-kompetenza u l-isfera ta' responsabilità tad-destinatarju tagħhom u jkunu ta' interess ġenerali;
–  il-Membri li jixtiequ jagħmlu mistoqsija jistgħu jippreżentaw mhux aktar minn formola waħda;
–  ikunu jirrigwardaw, peress li jittrattaw kwestjonijiet speċifiċi għall-Kunsill, b'mod partikolari l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu ta' definizzjoni, ta’ koordinament jew ta’ eżekuzzjoni tal-linji politiċi tal-Unjoni, jew inkella il-prerogattivi tiegħu fil-qafas ta' proċeduri ta’ nomina jew dawk marbutin mal-funzjonament tal-istituzzjonijiet, korpi jew organizzazzjonijiet tal-Unjoni jew dawk marbutin ma' reviżjoni tat-trattati,
–  il-President jibda l-Ħin għall-Mistoqsijiet u jagħlaq il-kaxxa tal-poloz;
–ma jkunux jeħtieġu studju jew riċerka estensiva preliminari mill-istituzzjoni kkonċernata;
–  il-President itella’ l-poloz waħda waħda u jistieden lill-Membru magħżul jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Kummissarju kompetenti.
–  ma jkunx fihom asserzjonijiet jew opinjonijiet;
2.  Membru għandu jingħata minuta biex jifformula l-mistoqsija u l-Kummissarju jingħata żewġ minuti biex iwieġeb. Dak il-Membru jista' jagħmel mistoqsija supplimentari ta' 30 sekonda li jkollha relevanza diretta mal-mistoqsija prinċipali. Il-Kummissarju mbagħad għandu jingħata żewġ minuti biex jagħti tweġiba supplimentari.
–   ikunu fformulati b'mod ċar u jirreferu għal kwistjoni speċifika;
3.  Il-mistoqsijiet u l-mistoqsijiet supplimentari għandhom ikunu direttament relatati mat-tema orizzonatali speċifika magħżula. Il-President jista' jiddeċiedi dwar l-ammissibilità.
–  ma jkunux jirrigwardaw kwistjonijiet strettament personali;
–  ma jkollhomx l-għan li jinkisbu dokumenti jew informazzjoni ta' statistika;
–  ikunu f'forma ta' mistoqsija.
2.  Mistoqsija għandha tkun inammissibbli jekk l-aġenda tkun diġà tipprovdi għal diskusssjoni dwar is-suġġett bil-parteċipazzjoni ta' l-istituzzjoni kkonċernata, jew jekk il-mistoqsija tkun tikkonċerna t-twettiq tal-funzjoni leġislattiva u dik baġitarja tal-Kunsill imsemmija fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 16, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
3.  Mistoqsija għandha tkun inammissibbli jekk tkun diġà saret u twieġbet mistoqsija identika jew simili matul it-tliet xhur ta' qabel, jew sa fejn din titlob biss tagħrif dwar is-segwitu għal riżoluzzjoni speċifika tal-Parlament ta' xorta li l-Kummissjoni tkun diġà tat f'komunikazzjoni ta' segwitu bil-miktub, ħlief fil-każ li jkun hemm żviluppi ġodda jew fil-każ li l-awtur ikun qiegħed ifittex iktar tagħrif. Fl-ewwel każ, kopja tal-mistoqsija u t-tweġiba għandha tingħata lill-awtur.
Mistoqsijiet supplimentari
4.  Wara t-tweġiba, kull Membru jista' jagħmel mistoqsija supplimentari għal kull mistoqsija. B'kollox huwa jkun jista' jagħmel żewġ mistoqsijiet supplimentari.
5.  Mistoqsijiet supplimentari huma suġġetti għar-regoli ta' ammissibbilità stipulati f'dawn il-linji gwida.
6.  Il-President għandu jiddeċiedi dwar l-ammissibilità ta' mistoqsijiet supplimentari u għandu jillimita in-numru tagħhom sabiex kull Membru li jkun għamel mistoqsija ikun jista' jirċievi tweġiba għaliha.
Il-President m'għandux ikun marbut li jiddikjara li mistoqsija supplimentari tkun ammissibbli, anke meta tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' l-ammissibilità, jekk:
a)  il-mistoqsija x’aktarx tkun ittellef it-tmexxija normali tal-Ħin għall-Mistoqsijiet, jew
b)  il-mistoqsija prinċipali li magħha jkollha x'taqsam tkun diġà ġiet iċċarata biżżejjed b'mistoqsijiet supplimentari oħrajn, jew
c)  ma jkollhiex konnessjoni diretta mal-mistoqsija prinċipali.
Tweġibiet għal mistoqsijiet
7.  L-istituzzjoni kkonċernata għandha tiżgura li t-tweġibiet ikunu konċiżi u li jkunu rilevanti għas-suġġett tal-mistoqsija.
8.  Jekk il-kontenut tal-mistoqsijijiet ikkonċernati jippermetti hekk, il-President jista' jiddeċiedi, wara li jikkonsulta lil min ikun għamel il-mistoqsijiet, li l-istituzzjoni kkonċernata tweġibhom f'daqqa.
9.  Mistoqsija tista' titwieġeb biss jekk min ikun għamilha ikun preżenti jew jekk qabel ma jibda l-Ħin għall-Mistoqsijiet min għamilha jkun informa bil-miktub lill-President dwar l-isem tas-sostitut tiegħu.
10.  Jekk la min għamel il-mistoqsija u lanqas is-sostitut tiegħu ma jkunu preżenti, il-mistoqsija għandha taqa'.
11.  Jekk Membru iqiegħed fuq il-Mejda mistoqsija imma, la hu u lanqas is-sostitut tiegħu ma jkunu preżenti waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet, il-President għandu jikteb lill-Membru sabiex ifakkru fir-responsabbiltà tiegħu li jkun preżenti jew li jkollu sostitut. Jekk il-President ikollu jibgħat ittra ta' dan it-tip tliet darbiet fi spazju ta' tnax-il xahar, il-Membru kkonċernat jitlef id-dritt li jqiegħed fuq il-Mejda mistoqsijiet waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet għal perjodu ta' sitt xhur.
12.  Mistoqsijiet li jibqgħu mhux imwieġba minħabba nuqqas ta' ħin għandhom jitwieġbu skond l-Artikolu 117(4) tar-Regoli, l-ewwel subparagrafu, ħlief fil-każ li l-awturi tagħhom jitolbu l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 117(3) tar-Regoli ta' Proċedura.
13.  Il-proċedura għal tweġibiet bil-miktub għandha tkun irregolata mill-Artikolu 117(3) u (5) tar-Regoli ta' Proċedura.
Limiti ta' żmien
14.  Mistoqsijiet għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda mhux inqas minn ġimgħa qabel ma jibda l-Ħin għall-Mistoqsijiet. Mistoqsijiet li ma jitqiegħdux fuq il-Mejda sa dan iż-żmien jistgħu jsiru waqt il-Ħin għall-Mistoqsijiet bil-kunsens ta' l-istituzzjoni kkonċernata.
Mistoqsijiet li jkunu ddikjarati ammissibbli għandhom jitqassmu lill-Membri u jintbagħtu lill-istituzzjonijiet ikkonċernati.
B.  Rakkomandazzjonijiet
(estratt mir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-13 ta' Novembru 1986)
Il-Parlament Ewropew
1.  Jirrakkomanda applikazzjoni aktar stretta tal-linji gwida għat-tmexxija tal-Ħin tal-Mistoqsijiet skond l-Artikolu 4327 tar-Regoli u, b'mod partikulari tal-paragrafu 1 dwar l-ammissibilità;
2.  Jirrakkomanda użu aktar spiss tas-setgħa mogħtija lill-President tal-Parlament Ewropew permezz ta' l-Artikolu 43(3)28 li jiġbor mistoqsijiet għall-Ħin għall-Mistoqsijiet skond is-suġġett; iqis, madankollu, li huma biss il-mistoqsijiet li jkunu fl-ewwel nofs tal-lista ta' mistoqsijiet imqiegħda fuq il-Mejda għal sessjoni parzjali partikulari li għandhom jinġabru b'dan il-mod;
3.  Jirrakkomanda, għal dak li għandu x'jaqsam ma' mistoqsijiet supplimentari li, bħala regola ġenerali, il-President għandu jippermetti mistoqsija supplimentari waħda mingħand min ikun għamel il-mistoqsija u mistoqsija supplimentari waħda jew tnejn, iżda mhux iżjed, magħmula minn Membri li preferibiliment ikunu minn grupp politiku u/jew Stat Membru differenti minn dak ta' l-awtur tal-mistoqsija prinċipali; ifakkar li mistoqsijiet supplimentari għandhom ikunu konċiżi u f'forma ta' mistoqsija u jissuġġerixxi li m'għandhomx ikunu itwal minn 30 sekonda.
4.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, skond il-punt 7 tal-linji gwida, sabiex jiżguraw li t-tweġibiet ikunu konċiżi u rilevanti għas-suġġett tal-mistoqsija.
_______________
27Illum huwa Artikolu 116
28Illum huwa Artikolu 116(3).
Emenda 13
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness III – titolu
Linji gwida għal mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub skond l-Artikoli 117 u 118
Kriterji għall-mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub skont l-Artikoli 117 u 118
Emenda 14
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness III – paragrafu 1 – inċiż 2
–  jaqgħu taħt il-kompetenza u r-responsabilità tad-destinatarju kkonċernat u jkunu ta' interess ġenerali;
–  jaqgħu esklużivament fil-limiti tal-kompetenzi tal-istituzzjonijiet kif stipulati fit-Trattati relevanti u fl-isfera ta' responsabilità tad-destinatarju, u jkunu ta interess ġenerali;
Emenda 15
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness III – paragrafu 1 – inċiż 3a (ġdid)
–  ma jkunux itwal minn 200 kelma;
Emenda 16
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness III – paragrafu 1 – inċiż 5a (ġdid)
–  ma jkunx fihom aktar minn tliet submistoqsijiet.
Emenda 17
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness III – paragrafu 2
2.   Jekk mistoqsija ma tkunx konformi ma' dawn il-linji gwida, is-Segretarjat għandu jipprovdi lill-awtur b'parir dwar kif il-mistoqsija tista' titfassal sabiex tkun ammissibbli.
2.   Fuq talba, is-Segretarjat għandu jipprovdi lill-awturi parir dwar kif issir konformità mal-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 f'każ individwali.
Emenda 18
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness III – paragrafu 3
3.   Jekk tkun tressqet u twieġbet mistoqsija identika jew simili matul is-sitt xhur ta' qabel, jew sa fejn mistoqsija titlob biss tagħrif dwar is-segwitu għal riżoluzzjoni speċifika tal-Parlament ta' xorta li l-Kummissjoni tkun diġà tat f'komunikazzjoni ta' segwitu bil-miktub, is-Segretarjat għandu jibgħat kopja tal-mistoqsija u tat-tweġiba ta' qabel lill-awtur. Il-mistoqsija mtennija m'għandhiex tiġi mgħoddija lid-destinatarju ħlief jekk l-awtur isemmi żviluppi ġodda sinifikanti jew ħlief jekk ikun qed ifittex aktar tagħrif.
3.   Jekk tkun tressqet u twieġbet mistoqsija identika jew simili matul is-sitt xhur ta' qabel, jew sa fejn mistoqsija titlob biss tagħrif dwar is-segwitu għal riżoluzzjoni speċifika tal-Parlament ta' xorta li l-Kummissjoni tkun diġà tat f'komunikazzjoni ta' segwitu bil-miktub, is-Segretarjat għandu jibgħat kopja tal-mistoqsija u tat-tweġiba ta' qabel lill-awtur. Il-mistoqsija mtennija mgħandhiex tiġi mgħoddija lid-destinatarju ħlief jekk il-President jiddeċiedi li jagħmel dan fid-dawl ta’ żviluppi ġodda sinifikanti u b’risposta għal talba raġunata mill-awtur.
Emenda 19
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness III – paragrafu 4
4.   Jekk mistoqsija tfittex tagħrif fattwali jew statistika li diġà tkun disponibbli fil-librerija tal-Parlament, dan ta' l-aħħar għandu jinforma lill-Membru, li jista' jirtira l-mistoqsija.
4.   Jekk mistoqsija tfittex informazzjoni fattwali jew statistika li tkun diġà disponibbli għas-servizzi ta’ riċerka tal-Parlament, din ma għandhiex tintbagħat lid-destinatarju iżda lil dawk is-servizzi, sakemm il-President ma jiddeċidiex mod ieħor fuq talba tal-awtur.
Emenda 20
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Anness III – paragrafu 5
5.   Mistoqsijiet dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma xulxin jistgħu jitwieġbu flimkien.
5.   Mistoqsijiet dwar kwistjonijiet li għandhom xjaqsmu ma xulxin jistgħu jinġabru flimkien mis-Segretarjat f’mistoqsija waħda u jitwieġbu flimkien.
Avviż legali - Politika tal-privatezza