Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar l-emenda tal-Artikolu 90 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar il-ftehimiet internazzjonali (2013/2259(REG))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-ittri tad-29 ta' Jannar 2013 tal-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tat-13 ta' Frar 2013 tal-President tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali lill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0253/2014),
1. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
2. Jirrimarka li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.
Test fis-seħħ
Emenda
Emenda 1 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 90 – paragrafu 4
4. Fi kwalunkwe stadju tan-negozjati, il-Parlament jista', fuq il-bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli, u wara li jqis kwalunkwe proposta rilevanti imqiegħda fuq il-Mejda skond l-Artikolu 121, jadotta rakkomandazzjonijiet u jitlob li dawn jitqiesu qabel tiġi konkluża l-ftehima internazzjonali kkonċernata. 4. Fi kwalunkwe stadju tan-negozjati u minn tmiem in-negozjati sal-konklużjoni tal-ftehima, il-Parlament jista', fuq il-bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli, u wara li jqis kwalunkwe proposta rilevanti imqiegħda fuq il-Mejda skont l-Artikolu 121, jadotta rakkomandazzjonijiet u jitlob li dawn jitqiesu qabel tiġi konkluża dik il-ftehima.
Emenda 2 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 90 – paragrafu 5
5. Meta jitlestew in-negozjati, imma qabel ma tiġi ffirmata kwalunkwe ftehima, l-abbozz tal-ftehima għandu jitressaq quddiem il-Parlament biex tingħata opinjoni jew l-approvazzjoni. Għall-proċedura ta' approvazzjoni għandu japplika l-Artikolu 81. 5. Talbiet mill-Kunsill għal approvazzjoni jew opinjoni tal-Parlament għandhom jitressqu mill-President quddiem il-kumitat responsabbli għal konsiderazzjoni skont l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 43(1).
Emenda 3 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 90 – paragrafu 6
6. Qabel ma ssir il-votazzjoni dwar l-approvazzjoni, il-kumitat responsabbli jew grupp politiku jew mhux inqas minn wieħed minn kull għaxar Membri, jistgħu jipproponu li l-Parlament jitlob opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompatibilità ta' ftehima internazzjonali mat-Trattati. Jekk il-Parlament japprova proposta ta' dan it-tip, il-votazzjoni dwar l-approvazzjoni għandha tiġi ddiferita sakemm il-Qorti tagħti l-opinjoni tagħha15.
6. Qabel ma ssir il-votazzjoni, il-kumitat responsabbli jew grupp politiku jew mhux inqas minn wieħed minn kull għaxar Membri, jistgħu jipproponu li l-Parlament jitlob opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompatibilità ta' ftehima internazzjonali mat-Trattati. Jekk il-Parlament japprova proposta ta' dan it-tip, il-votazzjoni għandha tiġi ddiferita sakemm il-Qorti tagħti l-opinjoni tagħha15.