Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0199(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0275/2014

Testi mressqa :

A7-0275/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2014 - 7.17
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0413

Testi adottati
PDF 276kWORD 37k
L-Erbgħa, 16 ta' April 2014 - Strasburgu
Azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 ***II
P7_TA(2014)0413A7-0275/2014

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fid-dawl tal-adozzjoni ta' Deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Bliet Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sa 2033 u t-tneħħija tad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE (05793/1/2014 – C7-0132/2014 – 2012/0199(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05793/1/2014‑C7-0132/2014,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-15 ta' Frar 2012(1) u tat-30 ta' Novembru 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0407),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat FUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomondazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0275/2014),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat FUE;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 113, 18.4.2012, p. 17.
(2) ĠU C 17, 19.1.2013, p. 97.
(3) Testi adottati tat-12.12.2013, P7_TA(2013)0590.

Avviż legali - Politika tal-privatezza