Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0371(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0174/2014

Testi mressqa :

A7-0174/2014

Dibattiti :

PV 15/04/2014 - 21
CRE 15/04/2014 - 21

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2014 - 7.21
CRE 16/04/2014 - 7.21
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0417

Testi adottati
PDF 556kWORD 112k
L-Erbgħa, 16 ta' April 2014 - Strasburgu
Tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief ***I
P7_TA(2014)0417A7-0174/2014
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ biex tnaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief (COM(2013)0761 – C7-0392/2013 – 2013/0371(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0761),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0392/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta’ Frar 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' April 2014(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0174/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni li temenda d-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ biex tnaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief
P7_TC1-COD(2013)0371

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni lill-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva(3),

Billi:

(1)  Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) ġiet adottata sabiex tipprojbixxi jew tnaqqas l-impatt tal-imballaġ u l-iskart mill-imballaġ fuq l-ambjent. Għalkemm il-basktijeit tal-plastik jikkostitwixxu mballaġ fi ħdan it-tifsira ta' dik id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet tagħha ma fihomx miżuri speċifiċi marbuta mal-konsum ta' dawn il-basktijiet.

(2)  Il-KonsumIl-konsum tal-basktijiet tal-plastik jirriżulta f'livelli għoljin ta' skart u użu ineffiċjenti tar-riżorsi u huma huwa mistenni li jiżdied jekk ma hija se tittieħed l-ebda azzjoni. L-iskart tal-basktijiet tal-plastik jikkontribwixxi għall-problema jirriżulta fi tniġġis ambjentali u jaggrava l-problema mifruxa tal-iskart fil-baħar li qed thedded l-ekosistemi fl-ilmijiet, li hi ta' theddida għall-ekosistemi marittimi akkwatiċi madwar id-dinja kollha.[Em. 1]

(2a)  Barra minn hekk, l-akkumulazzjoni tal-basktijiet tal-plastik fl-ambjent għandha b’mod ċar impatt negattiv fuq ċerti fergħat tal-ekonomija, bħat-turiżmu.[Em. 2]

(3)  Basktijiet tal-plastik ħfief ta' ħxuna inqas minn 50 microns, li jirrapreżentaw il-maġġoranza vasta tal-għadd totali tal-basktijiet tal-plastik kkunsamati fl-Unjoni, jerġgħu jintużaw inqas minn basktijiet tal-plastik eħxen u għalhekk , u b'hekk isiru skart aktar malajr, huma aktar probabbli li jispiċċaw skartu, minħabba l-piż ħafif tagħhom, huwa aktar probabbli li jispiċċaw imferrxa fl-ambjent, f'ekosistemi fuq l-art, fl-ilma ħelu kif ukoll fil-baħar.[Em. 3]

(3a)  Ir-rati attwali ta’ riċiklaġġ huma baxxi ħafna, anki jekk il-basktijiet tal-plastik huma riċiklabbli. Barra minn hekk, ir-riċiklaġġ tal-basktijiet tal-plastik mhuwiex mistenni li jilħaq livell sinifikanti, peress li minħabba l-irquqija u l-piż ħafif tagħhom, il-basktijiet tal-plastik ma għandhomx valur ta’ riċiklaġġ għoli. Barra minn hekk, ma hemmx ġbir separat għall-basktijiet tal-plastik, it-trasport tagħhom huwa għali, u l-ħasil tagħhom għal raġunijiet ta’ riċiklaġġ jirrikjedi volumi kbar ta’ ilma. Għalhekk, ir-riċiklaġġ tal-basktijiet tal-plastik ma jsolvix il-problemi li jikkaġunaw.[Em. 4]

(3b)  Skont il-ġerarkija tal-iskart, il-prevenzjoni dejjem tiġi l-ewwel. Għalhekk, ġiet definita mira ta' tnaqqis għall-UE kollha. Madanakollu, il-basktijiet tal-plastik jintużaw għal diversi raġunijiet u se jibqgħu jintużaw fil-futur. Sabiex jiġi żgurat li l-basktijiet tal-plastik meħtieġa ma jispiċċawx mormija fl-ambjent, l-infrastruttura għall-ġestjoni tal-iskart – speċjalment ir-riċiklaġġ – għandha titwessa' u l-konsumaturi għandhom ikunu infurmati dwar kif għandhom jarmu l-iskart.[Em. 46]

(4)  Il-livelli tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ivarjaw b'mod konsiderevoli fl-Unjoni mhux biss minħabba differenzi fl-abitudni tal-konsum, is-sensibilizzazzjoni u s-sensibilizzazzjoni ambjentali, kif ukoll l-effettività , iżda primarjament minħabba l-grad ta’ effettività tal-miżuri tal-politika li jittieħdu mill-Istati Membri. Xi Stati Membri rnexxielhom inaqqsu l-livelli tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik b'mod sinifikanti, fejn il-livell medju tal-konsum fis-seba' Stati Membri bl-aħjar prestazzjoni jammonta għal 20% biss tal-konsum medju tal-UE. Miri ta' tnaqqis fl-Unjoni kollha għandhom jitfasslu b'paragun mal-konsum medju tal-basktijiet tal-plastik fl-Unjoni kollha sabiex jitqies it-tnaqqis li diġà ntlaħaq f'ċerti Stati Membri.[Em. 5]

(4a)  Id-data disponibbli dwar l-użu tal-basktijiet tal-plastik fl-Unjoni turi biċ-ċar li l-konsum ikun baxx jew naqas, f’dawk l-Istati Membri fejn l-operaturi ekonomiċi ma jagħtux il-basktijiet tal-plastik b’xejn, iżda minflok jimponu ħlas ċkejken.[Em. 6]

(4b)  Barra minn hekk, jidher li informazzjoni lill-konsumatur hija strumentali biex jintlaħaq kwalunkwe għan ta’ tnaqqis tal-użu tal-basktijiet tal-plastik. Għalhekk, huwa meħtieġ li jsiru sforzi fil-livell istituzzjonali li jżidu s-sensabilizzazzjoni dwar l-impatt ambjentali tal-użu tal-basktijiet tal-plastik u biex titwarrab il-perċezzjoni attwali li l-basktijiet tal-plastik huma komodità mhux dannuża, irħisa u instrinsikament mingħajr valur.[Em. 7]

(5)  Sabiex jippromwovu tnaqqis simili tal-livell medju tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex inaqsu sinifikament il-konsum tal-basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta' inqas minn 50 microns b'użu mill-ġdid limitat ħafna f'konformità mal-għanijiet ġenerali tal-politika tal-UE dwar l-iskart u l-ġerarkija tal-UE dwar l-iskart kif tipprovdi d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5). Miżuri ta' tnaqqis bħal dawn għandhom iqiesu l-livelli tal-konsum attwali tal-basktijiet tal-plastik fl-Istati Membri individwali, fejn livelli iktar għoljin jirrikjedu sforzi iktar ambizzjużi. L-awtoritajiet nazzjonali se jipprovdu dejta dwar l-użu tagħhom skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 94/62/KE sabiex jimmonitorjaw il-progress fit-tnaqqis tal-użu tal-basktijiet tal-plastik.[Em. 8]

(5a)  Il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri għandhom jinvolvu l-użu ta’ strumenti ekonomiċi bħall-ipprezzar, li ta prova li hu partikolarment effettiv biex inaqqas l-użu tal-basktijiet tal-plastik. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi ma jipprovdux basktijiet tal-plastik għajr basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jew alternattivi għalihom, mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ tal-oġġetti jew il-prodotti. L-Istati Membri għandhom iħeġġu wkoll lill-operaturi ekonomiċi li jbigħu biss prodotti mhux tal-ikel biex ma jipprovdux basktijiet tal-plastik mingħajr ħlas fil-punt ta' bejgħ tal-oġġetti u l-prodotti.[Em. 9]

(6)  Il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-IstatiL-Istati Membri jistgħu jinvolvu l-użu ta' għandhom ukoll ikunu jistgħu jużaw strumenti ekonomiċi bħat-taxxi u l-imposti, li taw prova li huma partikolarment effettivi biex inaqsu l-użu tal-basktijiet tal-plastik, kif ukoll ir-restrizzjonijiet kummerċjali bħal projbizzjonijiet b'deroga tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 94/62/KE, suġġett għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 34 sa 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).[Em. 10]

(6a)  Il-basktijiet tal-plastik użati għat-tgeżwir ta’ ikel niedi u sfuż bħal-laħam nej, il-ħut u prodotti tal-ħalib u l-basktijiet tal-plastik użati għal prodotti tal-ikel ippreparati u mhux ippakkjati huma meħtieġa għall-iġjene tal-ikel u b’hekk għandhom jiġu eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.[Em. 47 u 51]

(6b)  Basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jintużaw frekwentament għax-xiri ta' ikel niexef, sfuż u mhux ippakkjat bħall-frott, il-ħxejjex jew il-ħlewwiet. L-użu ta' basktijiet tal-plastik ħfief ħafna għal tali finijiet jgħin il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel, peress li jippermetti lill-konsumaturi jixtru l-ammont eżatt meħtieġ minflok kwantità fissa ppakkjata minn qabel, u peress li jippermetti li prodott li m'għadux tajjeb għall-konsum jitneħħa minn fuq l-ixkafef speċifikament mingħajr il-bżonn li jintremgħu pakketti sħaħ ippakkjati minn qabel. Madanakollu, basktijiet tal-plastik ħfief ħafna magħmulin minn plastiks konvenzjonali jippreżentaw problema partikolari fir-rigward tal-iskart.[Em. 12]

(6c)  Basktijiet tal-plastik magħmulin minn materjali bijodegradabbli u kompostabbli jagħmlu anqas ħsara lill-ambjent minn basktijiet tal-plastik konvenzjonali. Fejn l-użu ta' basktijiet tal-plastik jipprovdi benefiċċji importanti, jiġifieri fejn basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jintużaw għal ikel niexef, sfuż,u mhux ippakkjat bħall-frott, il-ħxejjex u l-ħlewwiet, dawk il-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna konvenzjonali għandhom jiġu sostitwiti gradwalment minn basktijiet magħmulin minn karta rriċiklata, jew basktijiet tal-plastik ħfief ħafna li jkunu bijodegradabbli u kompostabbli. Fejn l-użu ta' basktijiet tal-plastik għandu jitnaqqas, jiġifieri l-użu ta' basktijiet tal-plastik ħfief, l-użu ta' tali bastkijiet magħmulin minn materjali bijodegradabbli u kompostabbli għandhom ukoll jaqgħu wkoll taħt il-mira ġenerali ta' tnaqqis. Madankollu, l-Istati Membri li għandhom stabbilit ġbir separat tal-bijoskart għandhom jitħallew inaqqsu l-prezz ta' basktijiet tal-plastik ħfief bijodegradabbli u kompostabbli.[Em. 13].

(6d)  Il-programmi edukattivi mmirati lejn il-konsumaturi b’mod ġenerali, kif ukoll lejn it-tfal b’mod partikolari, għandu jkollhom rwol partikolari fit-tnaqqis tal-użu tal-basktijiet tal-plastik. Dawk il-programmi edukattivi għandhom jiġu implimentati kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-produtturi u l-bejjiegħa bl-imnut fil-punt tal-bejgħ tal-oġġetti u l-prodotti;[Em. 14]

(6e)  Ir-rekwiżiti essenzjali fir-rigward tal-imballaġġ li huwa rikuperabbli fil-forma ta' kompostjar għandhom jiġu emedati biex jiżguraw l-iżvilupp ta' standard Ewropew għal kompostjar tal-ġnien. Ir-rekwiżiti essenzjali fir-rigward tal-imballaġġ bijodegradabbli għandhom jiġu emendati biex jiġi żgurat li biss il-materjali kompletament bijodegradabbli jitiqiesu bħala bijodegradabbli.[Em. 15]

(6f)  L-istandard Ewropew EN 13432 dwar "Rekwiżiti għall-imballaġġ li jistgħu jiġu rkuprati permezz tal-kompostjar u l-bijodegradazzjoni - skema għall-ittesttjar u kriterji ta' evalwazzjoni għall-aċċettazzjoni finali tal-imballaġġ" jistabbilixxi l-karatteristiċi li materjal għandu jkollu sabiex ikun jista' jitqies "kompostabbli", jiġifieri li jista' jiġi riċiklat permezz ta' proċess ta' rkupru organiku magħmul minn kompostjar u d-diġestjoni anerobika. Il-Kummissjoni għandha titlob lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni jżviluppa stantard separat għal kompostjar tal-ġnien.[Em. 16]

(6g)  Xi materjali tal-plastik jissejħu “ossobijodegradabbli” mill-manifatturi tagħhom. F’tali materjali tal-plastik, addittivi “ossobijodegradabbli”, tipikament imluħ metalliċi, jiġu inkorporati fi plastiks konvenzjonali. Bħala riżultat tal-ossidazzjoni ta' dawk l-addittivi, dawn il-materjali tal-plastik jifframmentaw f'partiċelli jżgħar, li jibqgħu fl-ambjent. Għalhekk wieħed ikun qed iqarraq b’dak li jkun jekk jirreferi għal dawn il-materjali tal-plastik bħala “bijodegradabbli”. Il-frammentazzjoni tittrasforma skart viżibbli ta’ oġġetti bħal basktijiet tal-plastik fi skart mhux viżibbli permezz ta' mikroplastiks sekondarji. Din mhijiex soluzzjoni għall-problema tal-iskart, iżda aktar minn hekk iżżid it-tniġġis tal-ambjent b’dawk il-materjali tal-plastik. Għalhekk, dawn il-materjali tal-plastik ma għandhomx jintużaw għall-imballaġġ tal-plastik.[Em. 17]

(6h)  L-użu ta' sustanzi li huma karċinoġeni, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni u sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali għandu jitneħħa gradwalment mill-materjal tal-imballaġġ sabiex jiġi evitat esponiment bla bżonn tal-bniedem għal tali sustanzi u biex jiġi evitat li dawn is-sustanzi jsibu ruħhom fl-ambjent matul il-fażi tal-iskart.[Em. 18].

(6i)  Sustanzi ta’ ħsara, b’mod partikolari l-kimiċi li jaffettwaw l-ormoni, fil-basktijiet tal-plastik, għandhom ikunu kompletament ipprojbiti biex jiġi żgurat livell tajjeb ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem.[Em. 19]

(7)  Il-miżuri biex jitnaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik ma għandux iwassal għandhom iwasslu għal tnaqqis sostenibbli fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief u ma għandhomx iwasslu għal żieda ġenerali fil-ġenerazzjoni tal-imballaġ.[Em. 20]

(7a)  Sabiex jiġi żgurat ir-rikonoxximent fl-Unjoni kollha tal-indikazzjonijiet (il-marka, karatteristiku jew kodiċi tal-kulur) għal basktijiet kompostabbli u bijogradabbli, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni ta' tali indikazzjonijiet. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.[Em. 21]

(8)  Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konsistenti mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi(6) u għandhom jikkontribwixxu għal azzjonijiet kontra l-iskart li jitwettqu f'konformità mad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7).

(8a)  Biex ma jiġix affettwat il-funzjonament tas-suq intern, għandhom japplikaw kundizzjonijiet ugwali għall-materjali użati fl-Unjoni Ewropea kollha. Differenzi fil-mod kif jiġu ttrattati ċerti materjali f’xi Stati Membri huma ta’ detriment għar-riċiklaġġ u l-kummerċ.[Em. 22]

(9)  Id-Direttiva 94/62/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 94/62/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(-1) Fl-Artikolu 3, jiddaħħlu l-punti li ġejjin:"

'-2a. ‘basktijiet tal-plastik’ għandha tfisser basktijiet b'manku jew mingħajru, magħmulin minn materjali tal-plastik kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011, li jiġu fornuti lill-konsumaturi fil-punt tal-bejgħ tal-oġġetti jew prodotti għall-fini tal-ġarr tal-oġġetti. Basktijiet tal-plastik meħtieġa għall-iġjene tal-ikel użati għat-tgeżwir ta’ ikel niedi u sfuż bħal-laħam nej, il-ħut u prodotti tal-ħalib u l-basktijiet tal-plastik użati għal prodotti tal-ikel ippreparati u mhux ippakkjati ma għandhomx jitqiesu bħala basktijiet tal-plastik għall-finijiet ta’ din id-Direttiva;[Em. 48 u 53]

   2a. 'basktijiet tal-plastik ħfief' għandha tfisser basktijiet magħmula minn materjali tal-plastik kif hemm definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 10/2011* bi ħxuna li hija inqas minn 50 microns u li huma fornuti lill-konsumaturi fil-punt tal-bejgħ tal-oġġetti jew prodotti, għajr basktijiet tal-plastik ħfief ħafna; [Em. 24]
   2b. “basktijiet tal-plastik ħfief ħafna” għandha tfisser basktijiet magħmulin minn materjali tal-plastik kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 bi ħxuna li hija ta’ inqas minn 10 microns;” [Em. 25]

"

2c.  "materjali tal-plastik ossoframmentabbli" tfisser materjali li jinkludu addittivi tal-plastik li jikkatalizzaw il-frammentazzjoni tal-materjal tal-plastik f'mikroframmenti ta' materjal tal-plastik;[Em. 26]

2d.  "bijoskart" tfisser skart bijodegredabbli tal-ġnien u l-ġonna, skart tal-ikel u tal-kċina mid-djar, ristoranti, fornituri tal-ikel u postijiet tal-bejgħ u skart komparabbli minn impjanti għall-ipproċessar tal-ikel; Id-definizzjoni ta’ bijoskart ma tinkludix il-fdalijiet mill-foresti jew il-fdalijiet agrikoli, demel tar-raba’, il-ħama tad-drenaġġ, jew skart bijodegredabbli ieħor bħal tessuti naturali, karti jew injam ipproċessat. Teskludi wkoll dawk il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-ikel li qatt ma jsiru skart; [Em. 27]

2e.  "sustanzi li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni" għandhom ifissru sustanzi li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1A jew 1B skont it-Taqsima 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;[Em. 28]

2f.  "sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali" għandha tfisser sustanzi li għandhom karatteristiċi li jfixklu s-sistema endokrinali u li għalihom hemm evidenza xjentifika ta' effetti serji possibbli għas-saħħa tal-bniedem jew li ġew identifikati skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew Parlament u tal-Kunsill***, jew li ġew identifikati skont ir-Rakkomandazzjoni funzjonali tal-Kummissjoni [... / ... / UE]**** [Em. 29]

_______________________

* Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta' Jannar 2011 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).

** Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

*** Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

**** Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni [.../.../EU] ta'... dwar il-kriterji għall-identifikazzjoni ta'sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali (GU C...).' [Em. 29]

(-2) Fl-Artikolu 4, jiddaħħlu il-paragrafi li ġejjin:"

"-1a Stat Membru għandu jiżgura li l-imballaġġ jiġi mmanifatturat b'tali mod li ma jkunx fih sustanzi f'konċentrazzjonijiet li jaqbżu 0.01% li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni jew li jfixklu s-sistema endokrinali. Stati Membri għandhom jiżguraw li l-imballaġġ jiġi manifatturat b'tali mod li ma jkunx fih materjali tal-plastik "ossoframmentabbli". Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati sa ...(8).[Em. 30]

   1a. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiksbu tnaqqis sostenibbli fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief fit-territorju tagħhom fi żmien sentejn tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva mill-anqas:
   50% sa ...(9), u
   80% sa ...(10)+,

meta mqabbel mal-konsum medju fl-Unjoni fl-2010, rispettivament.[Em. 31].

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi ma jipprovdux basktijiet tal-plastik mingħajr ħlas, għajr għall-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, jew alternattivi għalihom kif imsemmija fis-sitt subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jimponu prezz għall-basktijiet tal-plastik ħfief li huwa effettiv u proporzjonat sabiex tinkiseb il-mira ta' tnaqqis kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi li jbigħu l-ikel jimponu minn tal-anqas l-istess prezz li jitħallas għal basktijiet tal-plastik eħxen, u li l-operaturi ekonomiċi ma jissostitwixxux il-basktijiet tal-pastik ħfief ħafna fil-punt ta' bejgħ. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw tali miżuri sa...(11)

L-Istati Membri li jkunu stabbilew ġbir separat għal bijoskart jistgħu jesiġu li l-operaturi ekonomiċi li jkunu qed ibigħu prodotti tal-ikel għandhom inaqqsu, b'perċentwal li ma jaqbiżx 50%, il-prezz tal-basktijiet tal-plastik bijogradabbli kompostabbli.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jimponu prezz għall-basktijiet tal-plastik ħfief li huwa effettiv u proporzjonat sabiex tinkiseb il-mira ta' tnaqqis kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu.[Em. 32]

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna użati għat-tgeżwir tal-ikel niexef, sfuż u mhux ippakkjat bħall-frott, il-ħxejjex u l-ħlewwiet jitnaqqsu jew jiġu sostitwiti gradwalment minn basktijiet magħmulin mill-karta rriċiklata, jew minn basktijiet tal-plastik ħfief ħafna li huma bijogradabbli u kompostabbli. L-Istati Membri għandhom jirċievu rata ta' sostituzzjoni ta' 50 % sa(12) ...u ta' 100 % sa ...(13)+ [Em. 33]

Dawn il-miżuriL-Istati Membri jistgħu jużaw jistgħu jinkludu l-użu ta' miri ta' tnaqqis nazzjonali, strumenti ekonomiċi kif ukoll oħra u jżommu jew jintroduċu wkoll restrizzjonijiet kummerċjali b'deroga mill-Artikolu 18.Tali miżuri m’għandhomx, madankollu, jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew xi restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ fost l-Istati Membri.' [Em. 34]

"

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar l-effetti ta' dawn il-miżuri fuq il-formazzjoni ġenerali tal-iskart tal-imballaġ meta jirrapportaw lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 17.

1b.  Il-bejjiegħa għandhom jippermettu lill-konsumaturi jirrifjutaw u jħallu fil-punt ta' bejgħ, kwalunkwe imballaġġ li jikkunsidraw superfluwu, b'mod partikolari fir-rigward tal-basktijiet tal-plastik. Il-bejjiegħa għandhon jiżguraw li tali imballaġġ jintuża mill-ġdid jew jiġi rriċiklat.[Em. 35]

1c.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jippromwovu, għall-inqas matul l-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, kampanji ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni mmirati lejn il-pubbliku ġenerali, dwar l-effetti negattivi għall-ambjent mill-użu eċċessiv tal-basktijiet tal-plastik konvenzjonali.’ [Em. 36]

1d.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri għat-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ma għandhomx iwasslu għal żieda ġenerali fil-ġenerazzjoni tal-imballaġ.[Em. 38]

(3)  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:"

'Artikolu 6a

Informazzjoni li għandha tiġi indikata fuq basktijiet tal-plastik

Jekk il-basktijiet huma bijodegradabbli taħt kundizzjonijiet ambjentali, dan għandu jiġi indikat b’mod ċar fuq il-basket b’marka, karatteristika jew kodiċi tal-kulur. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati biex tiddefinixxi dawn l-indikazzjonijiet sabiex tiżgura għarfien fl-Unjoni kollha. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri biex jindikaw karatteristiċi oħra, bħall-kapaċità għall-użu mill-ġdid, il-kapaċità għar-riċiklaġġ u d-degradabbiltà.' [Em. 39]

"

(4)  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:"

'Artikolu 20a

Eżerċizzju ta' delega

1.  Is-setgħa li tadotta atti ddelegati se tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 6a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn ...(14).

3.  Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 6a tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 6a għandu jidħol biss fis-seħħ jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. ' [Em. 40]

"

(5)  Fl-Anness II, il-punt (c) u (d) tal-paragrafu 3 jiġi emendat kif ġej:"

'(c) L-imballaġġ illi jista’ jiġi rkuprat fil-forma ta’ kompostjar

L-iskart mill-imballaġġ proċessat għall-iskop tal-kompostjar għandu jkun ta’ natura bijodegradabbli tant li jkun komaptibbli bis-sħiħ mal-ġbir separat u l-proċess jew l-attività tal-kompostjar tal-gnien u/jew industrijali li fihom jiddaħħal.

   (d) Imballaġġ bijodegradabbli;

L-imballaġġ bijodegradabbli L-iskart mill-imballaġġ bijodegradabbli għandu jkun ta’ natura li jkun kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika tant li l-materjali kollu jiddekomponi fl-aħħar f’dijossidu karboniku, bijomassa u ilma.' [Em. 41]

"

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri għandhom jemendaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom jekk ikun meħtieġ u għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.[Em. 42]

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddetterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam li tkopri din id-Direttiva.

Artikolu 2a

Sa ... (15) il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-effikaċja ta' din id-Direttiva u tevalwa jekk jinħtieġu miżuri ulterjuri, li għandhom jiġu akkumpanjati, jekk ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva.[Em. 43]

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1)ĠU C , , p. .
(2)ĠU C , , p. .
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014.
(4)Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 Diċembru 1994 dwar pakkeġġjar u skart (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).
(5)Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(6)Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi (COM(2011)571 finali).
(7)Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ambjentali marittima (Direttiva Qafas għal Strateġija Marittima) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
(8) Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(9) Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva
(10)+ Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(11) Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva
(12) Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva
(13)+ Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva
(14) Data tad-dħul fis-seħħ tad-direttiva emendatorja.
(15) Sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Avviż legali - Politika tal-privatezza