Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0163(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0124/2013

Testi mressqa :

A7-0124/2013

Dibattiti :

PV 22/05/2013 - 19
CRE 22/05/2013 - 19

Votazzjonijiet :

PV 23/05/2013 - 13.3
CRE 23/05/2013 - 13.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 16/04/2014 - 7.24
CRE 16/04/2014 - 7.24
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0219
P7_TA(2014)0419

Testi adottati
PDF 294kWORD 43k
L-Erbgħa, 16 ta' April 2014 - Strasburgu
Responsabbiltà finanzjarja marbuta mat-tribunali għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali li l-UE hija parti għalihom ***I
P7_TA(2014)0419A7-0124/2013
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-ġestjoni tar-responsabbiltà finanzjarja marbuta mat-tribunali għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni Ewropea hija parti tagħhom (COM(2012)0335 – C7-0155/2012 – 2012/0163(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0335),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0155/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-4 ta' April 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7‑0124/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(1);

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-23 Mejju, 2013 (Testi adottati P7_TA (2013)0219).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-ġestjoni tar-responsabbiltà finanzjarja marbuta mat-tribunali għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-Istat stabbiliti permezz ta’ ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni Ewropea hija parti għalihom
P7_TC1-COD(2012)0163

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 912/2014.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni

L-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għat-tqassim tal-kompetenzi stabbilit mit-Trattati u ma għandhomx jiġu interpretati bħala eżerċizzju ta' kompetenza kondiviża mill-Unjoni f'oqsma fejn il-kompetenza tal-Unjoni ma tkunx ġiet eżerċitata.

Avviż legali - Politika tal-privatezza