Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea. (COM(2013)0192 – C7-0097/2013 – 2013/0103(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0192),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0097/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0053/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(1);
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Abbażi tal-emendi adottati fil-5 ta' Frar 2014 (testi adottati ta' din id-data, P7_TA (2014)0082).
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea.
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Billi kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(1),
Billi:
(1) Ir-regoli komuni għall-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġetti ta’ dumping jew sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009(2) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009(3) rispettivament (aktar ’il quddiem imsejħa b'mod konġunt "ir-Regolamenti"). Ir-Regolamenti inizjalment ġew adottati fl-1995 wara l-konklużjoni taċ-Ċiklu tal-Urugwaj. Minħabba l-fatt li saru għadd ta' emendi għar-Regolament minn dak iż-żmien, fl-2009 il-Kunsill iddeċieda li jikkodifika r-Regolamenti fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità.
(2) Filwaqt li r-Regolamenti ġew emendati, ilha ma ssir reviżjoni fundamentali tal-funzjonament tagħhom mill-1995. Għalhekk, il-Kummissjoni nediet reviżjoni tar-Regolamenti fl-2011 sabiex, inter alia, jirriflettu aħjar il-ħtiġijiet tan-negozju fil-bidu tas-seklu 21.
(3) Wara r-reviżjoni, xi dispożizzjonijiet tar-Regolamenti għandhom jiġu emendati sabiex jitjiebu t-trasparenza u l-prevedibbiltà, jiġu previsti miżuri effettivi kontra r-ritaljazzjoni minn pajjiżi terzi, jitjiebu l-effettività u l-infurzar u tiġi ottimizzata l-prattika tar-reviżjoni. Barra minn hekk, ċerti prattiki li fis-snin reċenti ġew applikati fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet tal-anti-dumping u kontra s-sussidji għandhom jiġu inklużi fir-Regolamenti. [Em. 1]
(4) Sabiex jitjiebu t-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-investigazzjonijiet tal-anti-dumping u kontra s-sussidji, il-partijiet li jiġu affettwati mill-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji tal-anti-dumping u kompensatorji, b’mod partikolari l-importaturi, għandhom jiġu infurmati dwar l-impożizzjoni imminenti ta' tali miżuri. Iż-żmien mogħti għandu jikkorrispondi għall-perjodu bejn is-sottomissjoni tal-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni lill-kumitat tal-anti-dumping stabbilit skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u lill-kumitat kontra s-sussidji stabbilit skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 u l-adozzjoni ta’ dak l-att mill-Kummisjsoni. Dan il-perjodu huwa stabbilit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Ukoll, f’investigazzjonijiet fejn ma jkunx xieraq li jiġu imposti miżuri proviżorji, huwa ideali li l-partijiet ikunu infurmati minn żmien kmieni biżżejjed b'tali nuqqas ta' impożizzjoni. [Em. 2]
(5) L-esportaturi jew il-produtturi għandhom jingħataw perjodu qasir ta’ żmien qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji biex jivverifikaw il-kalkolu tal-marġni individwali tagħhom tad-dumping jew tas-sussidju. L-iżbalji fil-kalkolu b’hekk ikunu jistgħu jiġu korretti qabel l-impożizzjoni tal-miżuri. [Em. 95]
(6) Sabiex jiżguraw miżuri effettivi kontra r-ritaljazzjoni, il-produtturi tal-Unjoni għandhom ikunu jistgħu jiddependu fuq ir-Regolamenti mingħajr il-biża’ ta' ritaljazzjoni minn partijiet terzi. Id-dispożizzjonijiet eżistenti, f’ċirkustanzi speċjali, b'mod partikolari fejn huma kkonċernati setturi diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), jipprevedu l-bidu ta’ investigazzjoni mingħajr ma jkun wasal ilment, fejn ikun hemm evidenza biżżejjed tal-eżistenza ta’ dumping, sussidji kompensatorji, ħsara u kawżalitàrabta kawżali. Tali ċirkostanzi speċjali għandhom jinkludu theddida ta’ ritaljazzjoni minn pajjiżi terzi. [Em. 3]
(7) Meta investigazzjoni ma tkunx inbdiet minn ilment, għandu jiġi impost obbligu fuq il-produtturigħandha ssir talba għal kooperazzjoni lill-produtturi tal-Unjoni biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għat-tkomplija tal-investigazzjoni, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm informazzjoni biżżejjed disponibbli għat-twettiq tal-investigazzjoni fil-każ li jkun hemm tali theddid ta’ ritaljazzjoni. L-intrapriżi żgħar u l-mikrointrapriżi għandhom jiġu eżentati minn dak l-obbligu sabiex jinħelsu minn piżijiet amministrattivi u spejjeż mhux raġonevoli. [Em. 4]
(8) Il-pajjiżi terzi jinterferixxu aktar u aktar fil-kummerċ ta’ materja prima sabiex iżommu l-materja prima f’dawk il-pajjiżi għall-benefiċċju tal-utenti domestiċi downstream, pereżempju billi jimponu taxxi fuq l-esportazzjoni jew billi jużaw skemi ta’ pprezzar doppju. Għalhekk, il-kosti tal-materja prima ma jirriżultawx mit-tħaddim ta’ forzi normali tas-suq li jirriflettu l-provvista u d-domanda għal materja prima speċifika. Tali interferenza toħloq tgħawwiġ addizzjonali tal-kummerċ. Għalhekk, il-produtturi tal-Unjoni mhux biss issirilhom il-ħsara mid-dumping, iżda meta mqabbla mal-produtturi downstream minn pajjiżi terzi involuti f’tali prattiki, jiġu affettwati ukoll minn tgħawwiġ addizzjoni fil-kummerċ. Sabiex jiġi protett il-kummerċ b’mod xieraq, ir-regola tal-inqas dazju ma għandhiex tapplika fil-każijiet ta’ tgħawwiġ strutturali tal-materja prima.
(9) Ġewwa l-Unjoni, is-sussidji kompensatorji fil-prinċipju huma projbiti skont l-Artikolu 107(1) TFUE. Għalhekk, is-sussidji kompensatorji mogħtija minn pajjiżi terzi jgħawġu partikolarment il-kummerċ. L-ammont ta’ għajnuna mill-Istat awtorizzat mill-Kummissjoni tnaqqas ħafna tul iż-żmien. Għall-istrumenti kontra s-sussidji, ir-regola tal-inqas dazju għalhekk ma għandhiex tiġi applikata aktar għall-importazzjonijiet minn pajjiż/pajjiżi involuti fis-sussidjar.
(10) Sabiex tiġi ottimizzata l-prattika tar-reviżjoni, id-dazji miġbura matul l-investigazzjoni għandhom jiġu rimborżati lill-importaturi, fejn il-miżuri ma jiġux estiżi wara l-konklużjoni ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni tal-iskadenza. Dan huwa xieraq minħabba l-fatt li l-kundizzjonijiet rikjesti għat-tkomplija tal-miżuri ma jidhrux li kienu jeżistu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. [Em. 5]
(11) Ċerti prattiki li fis-snin reċenti ġew applikati fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet tal-anti-dumping u kontra s-sussidji għandhom jiġu inklużi fir-Regolamenti.
(11a) Kwalunkwe dokument immirat li jiċċara l-prattiki stabbiliti tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament (inklużi l-erba' abbozzi ta' linji gwida dwar l-għażla ta' pajjiż analogu, dwar ir-reviżjonijiet tal-iskadenzi u t-tul ta' żmien tal-miżuri, dwar il-marġni tal-ħsara u dwar l-interess tal-Unjoni), għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni biss wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u wara konsultazzjoni xierqa mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill u għandu jirrifletti bis-sħiħ il-kontenut ta' dan ir-Regolament. [Em. 6]
(11b) Għal kuntrarju tal-Istati Membri tagħha, l-Unjoni mhix parti mill-Konvenzjonijiet tal-ILO. Għalissa, l-Istati Membri kollha tal-Unjoni rratifikaw biss il-Konvenzjonijiet "ewlenin" tal-ILO . Sabiex id-definizzjoni ta’ livell suffiċjenti ta’ standards soċjali bbażati fuq il-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1225/2009 tinżamm aġġornata, il-Kummissjoni se taġġorna dak l-Anness, permezz tal-atti ddelegati, hekk kif l-Istati Membri tal-Unjoni jkunu rratifikaw Konvenzjonijiet oħra ta’ "prijorità" tal-ILO. [Em. 7]
(12) L-industrija tal-Unjoni ma għandhiex tibqa’ tiġi definita b’referenza għal-limiti tal-bidu stabbiliti fir-Regolamenti.
(12a) Setturi diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn SMEs, għandhom diffikultajiet biex jaċċedu għall-proċedimenti għad-difiża tal-kummerċ minħabba l-kumplessità tal-proċeduri u l-ispejjeż għoljin relatati magħhom. L-aċċess tal-SMEs għall-istrument għandu jiġi ffaċilitat billi jissaħħaħ ir-rwol tal-Help Desk tal-SMEs, li għandha tappoġġja lill-SMEs biex iressqu l-ilmenti u biex jilħqu l-limiti meħtieġa għat-tnedija tal-investigazzjonijiet. Il-proċeduri amministrattivi dwar il-proċedimenti għad-difiża tal-kummerċ għandhom ukoll jiġu adattati aħjar għar-restrizzjonijiet tal-SMEs.[Em. 8]
(12b) F'każijiet ta' anti-dumping, it-tul ta' żmien tal-investigazzjonijiet għandu jkun limitat għal disa' xhur u dawk l-investigazzjonijiet għandhom jintemmu fi żmien 12-il xahar mill-bidu tal-proċedimenti. F'każijiet ta' kontra s-sussidji, it-tul ta' żmien tal-investigazzjonijiet għandu jkun limitat għal disa' xhur u dawk l-investigazzjonijiet għandhom jintemmu fi żmien 10 xhur mill-bidu tal-proċedimenti. Fi kwalunkwe każ, id-dazji proviżorji għandhom jiġu imposti biss matul perjodu li jibda 60 jum wara l-bidu tal-proċedimenti sa sitt xhur wara l-bidu tal-proċedimenti. [Em. 9]
(12c) L-elementi mhux kunfidenzjali ta' impenji mressqa lill-Kummissjoni għandhom jiġu żvelati aħjar lill-partijiet interessati, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-konsultazzjoni mal-industrija tal-Unjoni għandha ssir obbligu tal-Kummissjoni qabel taċċetta kwalunkwe offerta ta' impenn. [Em. 10]
(13) F’investigazzjonijiet inizjali fejn il-marġnijiet ta’ dumping jew ta’ sussidji nstabu li huma inqas mil-limiti de minimis, l-investigazzjoni għandha tintemm minnufih fir-rigward tal-esportaturi li mhux se jkunu soġġetti għal investigazzjonijiet tar-reviżjoni sussegwenti.
(14) Fil-qafas tal-investigazzjonijiet tar-reviżjoni tal-anti-dumping u kontra s-sussidji, jidher li huwa xieraq li wieħed ikun jista’ jbiddel il-metodoloġija meta mqabbla mal-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżura sabiex jiġi żgurat, inter alia, li jintużaw metodoloġiji koerenti f’investigazzjonijiet differenti f’mument speċifiku. B’mod partikolari dan jippermetti li jkun hemm lok biex jinbidlu l-metodoloġiji li jiġu riveduti maż-żmien mal-bidliet fis-sitwazzjonijiet.
(15) Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-bidu ta’ investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, l-importazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni fil-każijiet kollha.
(16) Fl-investigazzjonijiet kontra ċ-ċirkomvenzjoni jidher li huwa aħjar jekk titneħħa l-kundizzjoni li, sabiex tingħata eżenzjoni mir-reġistrazzjoni jew mid-dazji estiżi, il-produtturi tal-prodott ikkonċernat ma jkunux relatati ma’ kwalunkwe produttur li huwa soġġett għall-miżuri oriġinali. Dan huwa minħabba l-fatt li l-esperjenza wriet li xi kultant il-produtturi tal-prodott ikkonċernat jinstabu li mhumiex involuti fil-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni iżda jinstabu li jkunu relatati ma’ prodottur li huwa soġġett għall-miżuri oriġinali. F’tali każijiet, ma għandhiex tiġi mċaħħda eżenzjoni lill-produttur biss minħabba li l-kumpanija hija relatata ma’ produttur li huwa soġġett għall-miżuri oriġinali. Barra minn hekk, meta l-prattika ta’ ċirkomvenzjoni sseħħ fl-Unjoni, il-fatt li l-importaturi huma relatati mal-produtturi li huma soġġetti għall-miżuri ma għandux ikun deċiżiv fid-determinazzjoni ta’ jekk l-importatur jistax jingħata eżenzjoni.
(17) Meta l-għadd ta’ produtturi fl-Unjoni tant ikun kbir li jkollu jittieħed kampjun, il-kampjun għandhu jintgħażel minn fost il-produtturi kollha fl-Unjoni u mhux biss mill-produtturi li jkunu qed iressqu l-ilment.
(18) Fit-tfassil tal-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni, għandha tingħata l-opportunità li jitressqu l-kummenti lill-produtturi kollha fl-Unjoni u mhux biss lil dawk il-produtturi li jkunu qed iressqu l-ilment. [Em. 93]
(18a) Ir-rapport annwali mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u r-Regolament (KE) Nru 597/2009, jippermetti monitoraġġ regolari u f'waqtu tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ bħala parti mit-twaqqif ta' djalogu interistituzzjonali strutturat dwar din il-kwistjoni. Il-pubblikazzjoni ta' dak ir-rapport, sitt xhur wara l-preżentazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, tiżgura t-trasparenza tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ għall-partijiet interessati u għall-pubbliku [Em. 11].
(18b) Il-Kummissjoni għandha tiżgura aktar trasparenza fir-rigward tal-proċedimenti, il-proċeduri interni u r-riżultati tal-investigazzjonijiet, u l-fajls kollha mhux kunfidenzjali għandhom ikunu aċċessibbli lill-partijiet interessati permezz ta’ pjattaforma fuq l-internet. [Em. 12]
(18c) Il-Kummissjoni għandha tinforma fuq bażi regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-bidu ta' kwalunkwe investigazzjoni u l-iżviluppi relatati ma' dawk l-investigazzjonijiet. [Em. 13]
(18d) Meta l-għadd ta' produtturi fl-Unjoni tant ikun kbir li jkollu jittieħed kampjun, il-Kummissjoni għandha, meta tkun qed tagħżel kampjun ta' produtturi, tqis bis-sħiħ il-proporzjon tal-SMEs fil-kampjun, b'mod partikolari fil-każ ta' setturi industrijali diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn SMEs. [Em. 14]
(18e) Sabiex titjieb l-effettività tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ, it-trejdunjins għandhom jitħallew jissottomettu lmenti bil-miktub b’mod konġunt mal-industrija tal-Unjoni. [Em. 92]
(19) Ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u r-Regolament (KE) Nru 597/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1225/2009 huwa emendat kif ġej:
-1. It-titolu jinbidel b'dan li ġej:"
"Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea"; [Em. 15]
"
-1a. Tiddaħħal il-premessa li ġejja:"
"(11a) Il-pajjiżi terzi jinterferixxu dejjem aktar fil-kummerċ għall-benefiċċju tal-produtturi domestiċi, pereżempju billi jimponu taxxi fuq l-esportazzjoni jew billi jużaw skemi ta’ pprezzar doppju. Tali interferenzi joħolqu tgħawwiġ addizzjonali tal-kummerċ. Għalhekk, il-produtturi tal-Unjoni mhux biss issirilhom il-ħsara mid-dumping, iżda meta mqabbla mal-produtturi minn pajjiżi terzi involuti f’tali prattiki, jiġu affettwati wkoll minn tgħawwiġ addizzjonali fil-kummerċ. Id-differenzi fil-livell tal-istandards tax-xogħol u ambjentali jistgħu jirriżultaw ukoll f’tgħawwiġ addizzjonali tal-kummerċ. Għalhekk, ir-regola tal-inqas dazju m’għandhiex tapplika f’dawn il-każijiet, fejn il-pajjiż esportatur ikollu livell insuffiċjenti ta’ standards soċjali u ambjentali. Livell suffiċjenti huwa ddefinit mir-ratifika tal-Konvenzjonijiet ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u tal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali (MEAs) li l-Unjoni hija parti minnhom. L-SMEs jiġu affettwati b’mod partikolari minn kompetizzjoni inġusta billi d-daqs żgħir tagħhom ma jħallihomx jadattaw għaliha. Għalhekk, ir-regola tal-inqas dazju m’għandhiex tapplika meta l-ilment ikun ġie ppreżentat f’isem settur magħmul fil-biċċa l-kbira tiegħu minn SMEs. Ir-regola tal-inqas dazju għandha madankollu tapplika dejjem meta t-tgħawwiġ strutturali tal-materja prima jkun ir-riżultat ta’ għażla deliberata magħmula minn pajjiż l-anqas żviluppat biex jipproteġi l-interess pubbliku.";[Em. 16]
"
-1b. Fl-Artikolu 1(1), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:"
"L-użu ta’ kwalunkwe prodott li huwa l-oġġett ta’ dumping f’konnessjoni mal-esplorazzjoni tal-Blata Kontinentali jew iż-Żona Ekonomika Esklussiva ta’ Stat Membru, jew l-isfruttament tar-riżorsi tiegħu, għandu jiġi ttrattat bħala importazzjoni taħt dan ir-Regolament u għandu jiġi impost bid-dazju skont dan, meta jagħmel ħsara lill-industrija tal-Unjoni." [Em. 17]
"
-1c. Fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"
"4a. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, materja prima tfisser id-dħul ta’ prodott speċifiku li għandu impatt determinanti fuq il-kost tal-produzzjoni tiegħu." [Em. 18]
"
-1d. Fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"
"4b. Għandu jitqies li materja prima tkun soġġetta għal tgħawwiġ strutturali meta l-prezz tagħha ma jkunx biss riżultat ta’ operat normali tal-forzi tas-suq li jirrifletti l-offerta u d-domanda. Tali tgħawwiġ ikun ir-riżultat ta’ interferenza min-naħa ta’ pajjiżi terzi li jinkludu, fost l-oħrajn, taxxi fuq l-esportazzjoni, restrizzjonijiet għall-esportazzjoni, kif ukoll skemi ta’ pprezzar doppju." ;[Em. 19]
"
-1a. Fl-Artikolu 2(7) punt (a), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:"
"Għandu jiġi magħżul pajjiż terz xieraq b’ekonomija tas-suq b’manjiera li ma tkunx irraġonevoli, filwaqt li jitqies kull tagħrif ta’ min joqgħod fuqu li jkun disponibbli fiż-żmien tal-għażla. Il-pajjiż magħżul għandu jkollu wkoll livell suffiċjenti ta’ standards soċjali u ambjentali, fejn il-livelli suffiċjenti jiġu ddeterminati fuq il-bażi tar-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva mill-pajjiż terz tal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li fi kwalunkwe punt fiż-żmien l-UE tkun parti minnhom u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness I. Għandhom jitqiesu wkoll il-limiti taż-żmien; fejn xieraq, għandu jiġi użat pajjiż terz b’ekonomija tas-suq li huwa suġġett għall-istess investigazzjoni."; [Em. 70 u 86]
"
1. Fl-Artikolu 4(1), il-kliem introduttorju jinbidel b’dan li ġej:"
"1. Għall-għan ta' dan ir-Regolament, it-terminu "industrija tal-Unjoni" għandu jkun interpretat li jirreferi għall-produtturi tal-Unjoni kollha tal-prodotti simili jew għal dawk minnhom li l-ħruġ kollettiv tal-prodotti tagħhom jikkostitwixxi proporzjon kbir tal-produzzjoni tal-Unjoni kollha ta' dawk il-prodotti, ħlief li:"
"
1a. Fl-Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"
"Ħlief kif previst fil-paragrafu 6, investigazzjoni biex jiġu determinati l-eżistenza, il-grad u l-effett ta' kwalunkwe dumping allegat għandha tinbeda fuq ilment miktub minn kwalunkwe persuna naturali jew legali, jew kwalunkwe assoċjazzjoni li m'għandiex personalità legali, f'azzjoni għan-nom tal-industrija tal-Unjoni. L-ilmenti jistgħu jitressqu wkoll b’mod konġunt mill-industrija tal-Unjoni, jew minn kwalunkwe persuna naturali jew legali jew kwalunkwe assoċjazzjoni li m’għandhiex personalità legali li taġixxi għan-nom tagħhom, u mit-trejdunjins." [Em. 87 u 90]
"
1b. Fl-Artikolu 5, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"
"1a. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-aċċess għall-istrument għas-setturi industrijali diversi u frammentati, fil-biċċa l-kbira magħmula minn SMEs, fil-kuntest ta’ każijiet ta’ anti-dumping, permezz ta’ Help Desk tal-SMEs.
Il-Help Desk tal-SMEs għandha tqajjem kuxjenza dwar l-istrument, tipprovdi informazzjoni u spjegazzjonijiet dwar il-każijiet, dwar kif jitressaq ilment u dwar kif tiġi ppreżentata aħjar l-evidenza ta' dumping u ta' ħsara.
Il-Help Desk tal-SMEs għandha tagħmel disponibbli formoli standard għas-sottomissjoni tal-istatistika għall-finijiet permanenti u l-kwestjonarji.
Wara l-bidu ta' investigazzjoni, il-Help Desk tal-SMEs għandha tinforma lill-SMEs u lill-assoċjazzjonijiet rilevanti tagħhom li x'aktarx se jkunu affettwati mill-bidu ta' proċedimenti u l-iskadenzi rilevanti għar-reġistrazzjoni bħala parti interessata.
Il-Help Desk għandha tgħin fl-indirizzar tal-kwistjonijiet rigward il-mili ta' kwestjonarji, fejn għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-mistoqsijiet tal-SMEs fir-rigward ta' investigazzjonijiet mibdija skont l-Artikolu 5(6). Sakemm huwa possibbli, għandha tnaqqas il-piż ikkawżat mill-ostakli tal-lingwa.
Fil-każ li l-SMEs jipprovdu evidenza prima facie ta' dumping, il-Help Desk tal-SMEs għandha tipprovdi lill-SMEs b’informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tal-volum u l-valur tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 14(6).
Għandha tipprovdi wkoll gwida dwar metodi addizzjonali ta' kuntatt u kooperazzjoni mal-Uffiċjal tas-Seduta u mal-awtoritajiet doganali nazzjonali. Il-Help Desk tal-SMEs għandha tinforma wkoll lill-SMEs dwar il-possibbiltajiet u l-kundizzjonijiet li fihom huma jistgħu jitolbu reviżjoni tal-miżuri u rifużjoni tad-dazji ta' anti-dumping imħallsa." [Em. 20]
"
1c. Fl-Artikolu 5(4), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:"
"Fil-każ tas-setturi industrijali diversi u frammentati, fil-biċċa l-kbira magħmula minn SMEs, il-Kummissjoni għandha tassisti biex jintlaħqu dawk il-limiti permezz tal-appoġġ tal-Help Desk tal-SMEs."; [Em. 21]
"
1d. Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:"
"6. Jekk f'ċirkustanzi speċjali, b'mod partikolari meta jkunu kkonċernati setturi diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn SMEs, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tinbeda investigazzjoni mingħajr ma jkun ġie riċevut ilment miktub minn jew għan-nom tal-industrija tal-Unjoni għall-bidu ta' investigazzjoni bħal din, dan għandu jsir fuq il-bażi ta' biżżejjed evidenza ta' dumping, ħsara u rabta kawżali, kif deskritt fil-paragrafu 2, biex tiġi ġġustifikata inizjazzjoni bħal din."; [Em. 22]
"
1e. Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 9 jinbidel b'dan li ġej:"
"9. Għall-proċeduri mibdija skont l-Artikolu 5(9), investigazzjoni għandha, kull fejn possibbli, tiġi konkluża fi żmien disa' xhur. Fi kwalunkwe każ, tali investigazzjoni għandha fil-każijiet kollha tiġi konkluża fi żmien sena mill-bidu, skont is-sejbiet magħmula skont l-Artikolu 8 għall-impenji jew is-sejbiet magħmula skont l-Artikolu 9 għal azzjoni definittiva. Il-perjodi tal-investigazzjoni għandhom, kull fejn possibbli, b'mod speċjali fil-każ ta' setturi diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn SMEs, jikkoinċidu mas-sena finanzjarja." [Em. 23]
"
2. Fl-Artikolu 6, jiddaħħal il-paragrafu 10 li ġej:"
"10. Il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili, bl-eċċezzjoni ta' produtturi tal-Unjoni żgħar u ta’ daqs mikro huma obbligatimitluba li jikkooperaw fil-proċedimenti li nbdew skont l-Artikolu 5(6). [Em. 24]
10a.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-aħjar aċċess possibbli għall-informazzjoni lill-partijiet interessati kollha billi tippermetti sistema ta’ informazzjoni fejn il-partijiet interessati jiġu mgħarrfa fil-każ ta’ żieda ta’ informazzjoni ġdida mhux kunfidenzjali fil-fajls tal-investigazzjoni. Informazzjoni mhux kunfidenzjali għandha tkun aċċessibbli wkoll permezz ta’ pjattaforma bbażata fuq l-internet. [Em. 25]
10b.
Il-Kummissjoni għandha tħares l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati u għandha tiżgura li l-proċedimenti jiġu ttrattati b’mod imparzjali, b’mod oġġettiv u f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, permezz ta’ Uffiċjal tas-Seduta fejn xieraq. [Em. 26]
10c.
Il-Kummissjoni għandha toħroġ kwestjonarji biex jintużaw fl-investigazzjonijiet fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, fuq talba tal-partijiet interessati." [Em. 27]
"
3. L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
(a) L-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:"
"1. Dazji proviżorji jistgħu jiġu imposti jekk ikunu nbdew proċeduri skont l-Artikolu 5, jekk notifikazzjoni ġiet mogħtija b’dak l-effett u l-partijiet interessati ġew mogħtija biżżejjed opportunitajiet biex jissottomettu informazzjoni u jagħmlu kummenti skont l-Artikolu 5(10), jekk jiġi determinat proviżorjament b’mod affermattiv dumping u tkun saret ħsara konsegwenti lill-industrija tal-Unjoni, u jekk l-interess tal-Unjoni jirrikjedi intervent biex tiġi evitata ħsara bħal din. Id-dazji proviżorji għandhom ikunu imposti mhux aktar kmieni minn 60 ġurnata mill-bidu tal-proċeduri imma mhux aktar tard minn sitt xhur mill-bidu tal-proċeduri." [Em. 28]
"Id-dażji proviżorji ma għandhomx jiġu applikati f’perjodu ta’ ġimagħtejn wara li tintbagħat l-informazzjoni lill-partijiet interessati skont l-Artikolu 19a. Il-provvista ta’ tali informazzjoni hija bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed mill-Kummissjoni wara."[Em. 29]
"
(b) il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:"
"2. L-ammont tad-dazju proviżorju tal-anti-dumping ma għandux jaqbeż il-marġni tad-dumping kif stabbilit b’mod proviżorju. Sakemm ma jinstabx li jeżisti tgħawwiġ struttrali tal-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż esportatur, iżda għandu jkun inqas mill-marġni tad-dumping jekk dan l-inqas dazju jkun xieraq biex ineħħi l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni.
Dan l-inqas dazju m’għandux japplika fi kwalunkwe minn dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
jinstab li jeżisti tgħawwiġ strutturali jew interferenza sinifikanti mill-Istat rigward, fost l-oħrajn, il-prezzijiet, il-ispejjeż u d-dħul, inkluż pereżempju l-materja prima u l-enerġija, ir-riċerka u x-xogħol, l-outputs, il-bejgħ u l-investimenti, ir-rata tal-kambju u l-kundizzjonijiet ta' finanzjament għall-kummerċ ġust,fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż esportatur;
(b)
il-pajjiż esportatur m’għandux livell suffiċjenti ta’ standards soċjali u ambjentali, fejn il-livelli suffiċjenti jiġu ddeterminati fuq il-bażi tar-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva mill-pajjiż terz tal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li fi kwalunkwe punt fiż-żmien l-Unjoni tkun parti minnhom u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia;
(c)
l-ilmentatur jirrappreżenta industrija diversa u frammentata, fil-biċċa l-kbira magħmula minn SMEs;
(d)
l-investigazzjoni jew l-investigazzjoni separata ta’ kontra s-sussidji tkun stabbilixxiet tal-inqas b’mod proviżorju li l-pajjiż esportatur jipprovdi sussidju wieħed jew iżjed lill-produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat.
Madankollu, dan l-inqas dazju għandu jingħata dejjem meta jinstab li jeżisti tgħawwiġ strutturali tal-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż esportatur u dak il-pajjiż huwa pajjiż l-anqas żviluppat elenkat fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*
__________
* Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008. " [Em. 30]
"
3a. Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:"
"1. Bil-kondizzjoni li jkun ġie determinat proviżorjament b’mod affermattiv dumping u ħsara, il-Kummissjoni tista’ taċċetta offerti ta’ impenji volontarji sodisfaċenti sottomessi minn esportatur biex jirrevedi l-prezzijiet tiegħu jew biex iwaqqaf l-esportazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta’ prezzijiet bid-dumping wara konsultazzjoni speċifika mal-Kumitat Konsultattiv, sakemm dawn l-offerti jeliminaw b’mod effettiv l-effett ta’ ħsara li jġib miegħu d-dumping. F'każ bħal dan u sakemm jibqgħu jseħħu dawk l-impenji, id-dazji proviżorji imposti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(1) jew id-dazji definittivi imposti mill-Kunsill skont l-Artikolu 9(4) kif ikun il-każ ma għandhomx jgħoddu għall-importazzjonijiet rilevanti tal-prodott inkwistjoni manifatturat mill-kumpaniji msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta garanziji, kif sussegwentement emendata. Iż-żidiet fil-prezzijiet taħt dawn l-impenji ma għandhomx ikunu ogħla milli jkun neċessarju biex jiġi eliminat il-marġni tad-dumping u għandhom ikunu inqas mill-marġni tad-dumping jekk dawk iż-żidiet ikunu adegwati għat-tneħħija tal-ħsara lill-industrija tal-Unjoni, sakemm il-Kummissjoni, fl-impożizzjoni ta' dazji proviżorji jew definiti, ma tkunx iddeċidiet li dan l-inqas dazju ma għandux jiġi applikat." [Em. 31]
"
3b. Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:"
"4. Partijiet li joffru impenn għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu verżjoni mhux kunfidenzjali sinifikanti ta' impenn bħal dan, sabiex ikun jista’ jiġi magħmul disponibbli għall-partijiet interessati fl-investigazzjoni, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Il-partijiet għandhom ikunu mitluba jiżvelaw kemm jista' jkun possibbli informazzjoni dwar il-kontenut u n-natura tal-impenn b’kunsiderazzjoni dovuta għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali skont l-Artikolu 19. Barra minn hekk, qabel ma taċċetta kwalunkwe offerta bħal din, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-industrija tal-Unjoni fir-rigward tal-karatteristiċi ewlenin tal-impenn".[Em. 32]
"
4. L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:"
"3. Għal proċediment mibdi skont l-Artikolu 5(9), il-ħsara għandha normalment titqies negliġibbli fejn l-importazzjonijiet ikkonċernati jirrapreżentaw inqas mill-volumi stabbiliti fl-Artikolu 5(7). Għall-istess proċediment, għandu jkun hemm temm immedjat meta jkun stabbilit li l-marġini tad-dumping ikun inqas minn 2 %, espress bħala perċentwal tal-prezz tal-esportazzjoni."
"
(b) fil-paragrafu 4, l-aħħar sentenza tinbidel b'dan li ġej:"
"L-ammont tad-dazju tal-anti-dumping ma għandux jaqbeż il-marġni tad-dumping stabbilit. Sakemm ma jinstabx li jeżisti tgħawwiġ strutturali tal-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż esportatur, dan għandu jkun inqas mill-marġni tad-dumping jekk dan l-inqas dazju jkun xieraq biex ineħħi l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni.iżda għandu jkun inqas mill-marġni jekk dan l-inqas dazju ikun adegwat biex titneħħa l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni.
Dan l-inqas dazju m’għandux japplika fi kwalunkwe minn dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
jinstablijeżisti tgħawwiġ strutturali jew interferenzi sinifikanti mill-Istat rigward, fost l-oħrajn, il-prezzijiet, l-ispejjeż u d-dħul, inkluż pereżempju l-materja prima u l-enerġija, ir-riċerka u x-xogħol, l-outputs, il-bejgħ u l-investimenti, ir-rata tal-kambju u l-kundizzjonijiet ta' finanzjament għall-kummerċ ġust, fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż esportatur;
(b)
il-pajjiż esportatur m'għandux livell suffiċjenti ta’ standards soċjali u ambjentali, fejn il-livelli suffiċjenti jiġu ddeterminati fuq il-bażi tar-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva mill-pajjiż terz tal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li fi kwalunkwe punt fiż-żmien l-UE tkun parti minnhom u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia;
(c)
l-ilmentatur jirrappreżenta industrija diversa u frammentata, fil-biċċa l-kbira intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju;
(d)
l-investigazzjoni jew l-investigazzjoni separata ta’ kontra s-sussidji tkun stabbilixxiet li l-pajjiż esportatur jipprovdi sussidju wieħed jew iżjed lill-produtturi esporaturi tal-prodott ikkonċernat.
Madankollu, dan l-inqas dazju għandu jingħata dejjem meta jinstab li jeżisti tgħawwiġ strutturali tal-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiż esportatur u dak il-pajjiż huwa pajjiż l-anqas żviluppat elenkat fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 978/2012;' [Em. 33]
"
5. L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
(-a) il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:"
"Reviżjoni ta’ skadenza għandha tinbeda fejn it-talba jkun fiha evidenza suffiċjenti li l-iskadenza tal-miżuri kienu x’aktarx jirriżultaw f’kontinwazzjoni jew ta' dumping u ta' ħsara. Probabbiltà bħal din tista’, pereżempju, tiġi indikata b’evidenza ta’ dumping u ħsara kontinwa jew evidenza li t-tneħħija tal-ħsara hija parzjali jew ikkawżata biss mill-eżistenza ta’ miżuri jew evidenza li ċ-ċirkustanzi tal-esportaturi, jew il-kondizzjonijiet tas-suq, huma tali li kienu jindikaw il-probabbilità ta’ aktar dumping b’dannu. Din il-probabbilità tista’ tkun indikata wkoll mill-indħil persistenti min-naħa tal-pajjiż esportatur."; [Em. 77/rev]
"
(a) fil-paragrafu 5, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej: "
"Jekk wara investigazzjoni skont il-paragrafu 2 il-miżura tiskadi, kwalunkwe dazju miġbur mid-data tal-bidu ta’ tali investigazzjoni għandu jitħallas lura sakemm dan ikun rikjest mill-awtoritajiet doganali nazzjonali u mogħti minn dawk l-awtoritajiet skont il-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni applikabbli fir-rigward tal-ħlas lura u l-ħelsien tad-dazju. Tali ħlas lura ma jwassalx għall-ħlas tal-imgħax mill-awtoritajiet doganali nazzjonali kkonċernati." [Em. 35]
"
(b) il-paragrafu 9 jitħassar.
6. L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 3, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:"
"L-inizjazzjonijiet għandhom isiru wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni li għandu wkoll jgħarraf lill-awtoritajiet doganali biex jagħmlu l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) jew biex jitolbu garanziji."
"
(b) fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"
"L-importazzjonijiet ma għandhomx ikunu soġġetti għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) jew għal miżuri meta jkunu negozjati minn kumpaniji li jibbenefikaw minn eżenzjonijiet. It-talbiet għall-eżenzjonijiet appoġġati kif dovut minn evidenza għandhom jiġu sottomessi fil-limit ta’ żmien stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni li jibda l-investigazzjoni. Meta l-prattika, il-proċess jew il-ħidma ta’ ċirkomvenzjoni sseħħ barra mill-Unjoni, l-eżenzjonijiet jistgħu jingħataw lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat li jinstabu li ma jkunux involuti f’prattiki ta’ ċirkomvenzjoni kif stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-prattika, il-proċess jew il-ħidma ta’ ċirkomvenzjoni sseħħ ġewwa l-Unjoni, l-eżenzjonijiet jistgħu jingħataw lill-importaturi li jistgħu juru li ma jkunux involuti f’prattiki ta’ ċirkomvenzjoni kif stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu."
"
6a. Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: "
"3. Dispożizzjonijiet speċjali, b'mod partikolari fejn għandha x'taqsam id-definizzjoni komuni tal-kunċett ta' oriġini, kif jinsab fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jew skont l-Artikolu 2 tiegħu, jistgħu jiġu adottati skont dan ir-Regolament. " [Em. 36]
"
(6b) Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:"
"Il-Kummissjoni tista’, wara li tkun infurmat lill-Istati Membri fi żmien dovut, tidderieġi l-awtoritajiet tad-dwana biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jistgħu sussegwentament jiġu applikati kontra dawk l-importazzjonijiet mid-data ta' reġistrazzjoni bħal din. L-importazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Unjoni li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika azzjoni bħal din. L-importazzjonijiet jistgħu jkunu soġġetti wkoll għal reġistrazzjoni fuq l-inizjattiva proprja tal-Kummissjoni.
L-importazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni fejn l-ilment tal-industrija tal-Unjoni jkun fih talba għar-reġistrazzjoni u biżżejjed evidenza biex tiġġustifika azzjoni bħal din.
Għandha tiġi introdotta reġistrazzjoni mir-regolament li għandha tispeċifika l-iskop tal-azzjoni u, jekk xieraq, l-ammont stmat ta' obbligazzjoni possibbli fil-ġejjieni. L-importazzjonijiet m'għandhomx ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni għal perjodu itwal minn disa’ xhur." [Em. 79]
"
6c. Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:"
"6. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull xahar, bil-kummerċ tal-importazzjoni fil-prodotti soġġetti għal investigazzjoni u għal miżuri, u dwar l-ammont ta' dazji miġbura skont dan ir-Regolament. Meta tirċievi talba espliċita u motivata minn parti interessata, u wara li tirċievi l-opinjoni tal-Kumitat li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 15(2) b'rabta ma' dan, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tikkomunikalhom l-informazzjoni dwar il-volum u l-valuri tal-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti." [Em. 75]
"
6d. Fl-Artikolu 14, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"
"7a. Kull meta l-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li tadotta jew tippubblika kwalunkwe dokument immirat li jiċċara l-prattika stabbilita tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi kwalunkwe wieħed mill-elementi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel l-adozzjoni jew il-pubblikazzjoni, bil-għan li jintlaħaq kunsens u li dan id-dokument partikolari jiġi approvat. Kwalunkwe modifika sussegwenti ta’ dawn id-dokumenti għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti proċedurali bħal dawn. F'kull każ, kull wieħed minn dawn id-dokumenti għandu jkun f’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. L-ebda dokument bħal dan ma jista’ jwessa’ d-diskrezzjoni tal-Kummissjoni, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fl-adozzjoni tal-miżuri." [Em. 39]
"
7. Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"
"1. F'każijiet fejn l-għadd ta’ produtturi, esportaturi jew importaturi tal-Unjoni, li jikkooperaw fl-investigazzjoni bil-kunsens tagħhom, it-tipi ta' prodott jew it-tranżazzjonijiet huwa kbir, l-investigazzjoni tista' tiġi limitata għal għadd raġjonevoli ta' partijiet, prodotti, jew tranżazzjonijiet bl-użu ta' kampjuni li huma statistikament validi fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-għażla, jew għall-akbar volum rappreżentattiv ta' produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jistgħu b'mod raġjonevoli jiġu investigati fiż-żmien disponibbli. Fil-każ tas-setturi industrijali diversi u frammentati, fil-biċċa l-kbira magħmula minn SMEs, l-għażla finali tal-partijiet għandha, fejn possibbli, tqis il-proporzjon tagħhom fis-settur ikkonċernat." [Em. 40]
"
8. Jiddaħħal l-artikolu li ġej:"
"Artikolu 19a
Informazzjoni dwar il-miżuri proviżorji
1.
Il-produtturi, l-importaturi u l-esportaturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, jistgħu jitolbu informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata tad-dazji proviżorji. It-talbiet għal tali informazzjoni għandhom isiru bil-miktub fil-limitu ta’ żmien preskritt fl-avviż tal-bidu. Tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta lil dawk il-partijiet, mill-inqas ġimagħtejn qabel l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 7(1) għall-impożizzjoni tad-dazji proviżorji. It-tali informazzjoni għandha tinkludi:
(a)
sommarju tad-dazji proposti għall-iskopijiet ta' informazzjoin biss, u
(b)
dettalji tal-kalkolu tal-marġni tad-dumping u l-marġni xieraq biex titneħħa l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni, filwaqt li titqies kif dovut il-ħtieġa li jiġu rispettati l-obbligi tal-kunfidenzjalità msemmijin fl-Artikolu 19. Il-partijiet għandu jkollhom perjodu ta’ tlitt ijiem ta’ xogħol biex jipprovdu l-kummenti tagħhom dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli. [Em. 41]
2.
Fil-każijiet fejn huwa maħsub li ma jiġux imposti dazji proviżorji iżda li titkompla l-investigazzjoni, il-partijiet interessati għandhom jiġu infurmati dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni tad-dazji ġimagħtejn qabel l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 7(1) għall-impożizzjoni tad-dazji proviżorji."
"
9. L-Artikolu 21(2) jinbidel b’dan li ġej:"
"2. Sabiex tiġi provduta bażi soda li fuqha l-awtoritajiet jistgħu jagħtu kas tal-opinjonijiet u l-informazzjoni kollha fid-deċiżjoni ta' jekk l-impożizzjoni tal-miżuri hix fl-interess tal-Unjoni jew le, il-produtturi, l-importaturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi jistgħu, fi żmien il-limiti ta' żmien speċifikati fl-avviż tal-bidu tal-investigazzjoni tal-anti-dumping, jippreżentaw lilhom infushom u jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni. Informazzjoni bħal din, jew sommarji xierqa tagħha, għandhom jiġu magħmula disponibbli lill-partijiet l-oħra speċifikati f'dan l-Artikolu, u għandhom ikunu intitolati li jwieġbu għal din l-informazzjoni." [Em. 42]
"
9a. Fl-Artikolu 22, jiżdied il-paragrafu li ġej:"
"1a. Hekk kif l-Istati Membri kollha jkunu rratifikaw il-Konvenzjonijiet il-ġodda tal-ILO, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-Anness Ia skont dan, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 290 TFUE." [Em. 43]
"
9b. Qed jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"
"Artikolu 22a
Rapport
1.
Sabiex tiffaċilita l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha, b’kunsiderazzjoni dovuta għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali fit-tifsira tal-Artikolu 19, tippreżenta rapport annwali dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bħala parti minn djalogu dwar l-istrument għad-difiża tal-kummerċ bejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-miżuri proviżorji u definittivi, it-terminazzjoni tal-investigazzjonijiet mingħajr miżuri, impenji, investigazzjonijiet mill-ġdid, reviżjonijiet u żjarat ta’ verifika, u l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u t-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw minnu. Ir-rapport għandu jkopri wkoll l-użu tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ minn pajjiżi terzi li qed ifittxu l-Unjoni, l-informazzjoni dwar l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni kkonċernata mill-miżuri imposti u l-appelli kontra l-miżuri imposti. Għandu jinkludi l-attivitajiet tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni u dawk tal-Help Desk tal-SMEs relatati mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2.
Il-Parlament Ewropew jista’, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu biex tippreżenta u tispjega l-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport jista' jkun soġġett għal riżoluzzjoni.
3.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill." [Em. 44]
"
9c. Jiżdied l-Anness li ġej:"
"Anness Ia
Il-Konvenzjonijiet tal-ILO imsemmija fl-Artikoli 7, 8 u 9
1.
Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat u Obbligatorju, Nru 29 (1930)
2.
Il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, Nru 87 (1948)
3.
Il-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta’ Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, Nru 98 (1949)
4.
Il-Konvenzjoni dwar Rimunerazzjoni Ugwali għal Ħaddiema Rġiel u Nisa għal Xogħol ta’ Valur Ugwali, Nru 100 (1951)
5.
Il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, Nru 105 (1957)
6.
Il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni fir-Rigward ta’ Impjiegi u Xogħol, Nru 111 (1958)
7.
Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima għal Dħul f’Impjieg, Nru 138 (1973)
8.
Il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni u Azzjoni Immedjata għall-Eliminazzjoni tal-Agħar Forom ta’ Xogħol minn Minorenni, Nru 182 (1999)" [Em. 45]
"
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 597/2009 huwa emendat kif ġej:
-1. It-titolu jinbidel b' li ġej:"
"Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea. " [Em. 46]
"
-1a. Tiddaħħal il-premessa li ġejja:
-1a. "(9a) Fl-Unjoni, is-sussidji kompensatorji, bħala regola ġenerali, huma pprojbiti skont l-Artikolu 107(1) TFUE. Għalhekk, is-sussidji kompensatorji mogħtija minn pajjiżi terzi jgħawġu partikolarment il-kummerċ. L-ammont ta’ għajnuna mill-Istat awtorizzat mill-Kummissjoni tnaqqas ħafna tul iż-żmien. Għall-istrumenti kontra s-sussidji, ir-regola tal-inqas dazju għalhekk ma għandhiex tiġi applikata aktar għall-importazzjonijiet minn pajjiż jew pajjiżi involuti fis-sussidjar. " [Em. 47]
-1b. Fl-Artikolu 1(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
"L-użu ta’ kwalunkwe prodott sussidjat f’konnessjoni mal-esplorazzjoni tal-Blata Kontinentali jew iż-Żona Ekonomika Esklussiva ta’ Stat Membru, jew l-isfruttament tar-riżorsi tagħha, għandu jiġi ttrattat bħala importazzjoni taħt ir-Regolament preżenti u jiġi impost bid-dazju skont dan, meta jagħmel ħsara lill-industrija tal-Unjoni." [Em. 48]
"
1. Fl-Artikolu 9(1), il-kliem introduttorju jinbidel b’dan li ġej:"
"1. Għall-għan ta' dan ir-Regolament, it-terminu "industrija tal-Unjoni" għandu jkun interpretat li jirreferi għall-produtturi tal-Unjoni kollha tal-prodotti simili jew għal dawk minnhom li l-ħruġ kollettiv tal-prodotti tagħhom jikkostitwixxi proporzjon kbir tal-produzzjoni tal-Unjoni kollha ta' dawk il-prodotti, ħlief li:"
"
1a. Fl-Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"
"1. Ħlief kif provdut fil-paragrafu 8, investigazzjoni biex tistabbilixxi l-eżistenza, grad jew effett ta’ xi allegat sussidju għandha tinbeda permezz ta’ ilment bil-miktub minn xi persuna fiżika jew ġuridika, jew xi assoċjazzjoni li m’għandhiex personalità legali, li tkun qed titkellem f’isem l-industrija tal-Unjoni. L-ilmenti jistgħu jitressqu wkoll b’mod konġunt mill-industrija tal-Unjoni, jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li m’għandhiex personalità legali li taġixxi għan-nom tagħhom, u mit-trejdunjins." [Em. 91]
"
1b. Fl-Artikolu 10(6), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:"
"Fil-każ tas-setturi industrijali diversi u frammentati, fil-biċċa l-kbira magħmula minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, il-Kummissjoni għandha tassisti biex jintlaħqu dawn il-limiti permezz tal-appoġġ tal-Help Desk tal-SMEs." [Em. 94]
"
1c. Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 8 jinbidel b’dan li ġej:"
"8. Jekk, f'ċirkustanzi speċjali, b'mod partikolari meta jkunu kkonċernati setturi diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn SMEs, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tibda investigazzjoni mingħajr ma tkun irċeviet ilment bil-miktub minn jew f’isem l-industrija tal-Unjoni sabiex tinbeda din l-investigazzjoni, din għandha ssir fuq il-bażi ta’ provi suffiċjenti tal-eżistenza ta’ sussidji ta’ kumpens, danni u rabta kawżali, kif deskritti fil-paragrafu 2, biex ikun ġustifikat dan il-bidu."; [Em. 49]
"
1d. Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 9 jinbidel b'dan li ġej:"
"9. Għal proċeduri li jinbdew bis-saħħa tal-Artikolu 10(11), investigazzjoni għandha tiġi konkluża fi żmien disa' xhur, kull meta dan ikun possibbli. F’kull każ, dawn l-investigazzjonijiet għandhom jiġu konklużi fi żmien 10 xhur mill-bidu tagħhom, skont is-sejbiet magħmula bis-saħħa tal-Artikolu 13 għal impenji u sejbiet magħmula bis-saħħa tal-Artikolu 15 għal azzjoni definittiva. Il-perjodi tal-investigazzjoni għandhom, kull fejn possibbli, b'mod speċjali fil-każ ta' setturi diversi u frammentati li fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn SMEs, jikkoinċidu mas-sena finanzjarja."; [Em. 51]
"
2. Fl-Artikolu 11, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"
"11. Il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott simili huma obbligati, bl-eċċezzjoni ta' produtturi tal-Unjoni żgħar u ta’ daqs mikro huma mitluba li jikkooperaw fil-proċedimenti li jkunu nbdew skont l-Artikolu 10(8). [Em. 50]
11a.
Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-aċċess għall-istrument għas-setturi diversi u frammentati, fil-biċċa l-kbira magħmula minn SMEs, fil-kuntest ta' każijiet ta' kontra is-sussidji, permezz tal-Help Desk tal-SMEs.
Il-Help Desk tal-SMEs għandha tqajjem kuxjenza dwar l-istrument, tipprovdi informazzjoni u spjegazzjonijiet dwar il-każijiet, dwar kif jitressaq ilment u dwar kif tiġi ppreżentata aħjar l-evidenza ta' dazji kompensatorji u ta' ħsara. Il-Help Desk tal-SMEs għandha tagħmel disponibbli formoli standard għas-sottomissjoni tal-istatistika għall-finijiet permanenti u l-kwestjonarji.
Wara l-bidu ta' investigazzjoni, il-Help Desk tal-SMEs għandha tinforma lill-SMEs u lill-assoċjazzjonijiet rilevanti tagħhom li x'aktarx se jkunu affettwati mill-bidu ta' proċedimenti u l-iskadenzi rilevanti għar-reġistrazzjoni bħala parti interessata.
Il-Help Desk għandha tgħin fl-indirizzar tal-kwistjonijiet rigward il-mili ta' kwestjonarji, fejn għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-mistoqsijiet tal-SMEs fir-rigward ta' investigazzjonijiet mibdija skont l-Artikolu 10(8). Sakemm huwa possibbli, għandha tnaqqas il-piż ikkawżat mill-ostakli tal-lingwa.
Fil-każ li l-SMEs jipprovdu evidenza prima facie ta' tas-sussidji kompensatorji, il-Help Desk tal-SMEs għandha tipprovdi lill-SMEs b’informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tal-volum u l-valur tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 24(6).
Għandha tipprovdi wkoll gwida dwar metodi addizzjonali ta' kuntatt u kooperazzjoni mal-Uffiċjal tas-Seduta u mal-awtoritajiet doganali nazzjonali. Il-Help Desk tal-SMEs għandha tinforma wkoll lill-SMEs dwar il-possibbiltajiet u l-kundizzjonijiet li fihom huma jistgħu jitolbu reviżjoni tal-miżuri u rifużjoni tad-dazji kompensatorji mħallsa. [Em. 52]
11b.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-aħjar aċċess possibbli għall-informazzjoni lill-partijiet interessati kollha billi tippermetti sistema ta’ informazzjoni fejn il-partijiet interessati jiġu mgħarrfa fil-każ ta’ żieda ta’ informazzjoni ġdida mhux kunfidenzjali fil-fajls tal-investigazzjoni. Informazzjoni mhux kunfidenzjali għandha tkun aċċessibbli wkoll permezz ta’ pjattaforma bbażata fuq l-internet. [Em. 53]
11c.
Il-Kummissjoni għandha tħares l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati u għandha tiżgura li l-proċedimenti jiġu ttrattati b’mod imparzjali, b’mod oġġettiv u f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, permezz ta’ Uffiċjal tas-Seduta fejn xieraq. [Em. 54]
11d.
Il-Kummissjoni għandha toħroġ kwestjonarji biex jintużaw fl-investigazzjonijiet fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, fuq talba tal-partijiet interessati." [Em. 55]
"
3. L-Artikolu 12(1) huwa emendat kif ġej:
(-a) it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:"
"Id-dazji proviżorji għandhom jiġu imposti mhux aktar kmieni minn 60 jum mill-bidu tal-proċeduri imma mhux aktar tard minn sitt xhur mill-bidu tal-proċeduri." [Em. 56]
"
(a) it-tielet subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"
"L-ammont tad-dazju proviżorju kompensatorju ma għandux jaqbeż l-ammont totali ta’ sussidji kompensatorji kif stabbilit b’mod proviżorju.";
"
(b) is-subparagrafu jiddaħħal fl-aħħar:"
"Id-dażji proviżorji ma għandhomx jiġu applikati f’perjodu ta’ ġimagħtejn wara li tintbagħat l-informazzjoni lill-partijiet interessati skont l-Artikolu 29b. Il-provvista ta’ tali informazzjoni hija bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed mill-Kummissjoni wara." [Em. 57]
"
3a. Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:"
"1. Bil-kondizzjoni li tkun saret determinazzjoni affermattiva proviżorja dwar l-għoti ta’ sussidju u l-ħsara, il-Kummissjoni tista’ taċċetta offerti ta’ impenji volontarji li taħthom:
(a)
il-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni jaqbel li jelimina jew jillimita s-sussidju jew jieħu miżuri oħra dwar l-effetti tiegħu; jew
(b)
xi esportatur jintrabat li jirrevedi l-prezzijiet tiegħu jew iwaqqaf l-esportazzjonijiet lejn iż-żona inkwistjoni sakemm dawn l-esportazzjonijiet jibbenefikaw minn sussidji ta’ kumpens, bil-kundizzjoni li l-Kummissjoni, wara konsultazzjoni speċifika mal-Kumitat Konsultattiv, tkun iddeterminat li l-effett ta’ ħsara tas-sussidji jkun b’hekk eliminat.
F’każ bħal dan u sakemm jibqgħu fis-seħħ dawk l-impenji, id-dazji proviżorji imposti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12(3) u d-dazji definittivi imposti mill-Kunsill skont l-Artikolu 15(1) ma għandhomx japplikaw għall-importazzjonijiet rilevanti tal-prodott ikkonċernat manifatturat mill-kumpaniji msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-impenji u f’kull emenda sussegwenti ta’ dik id-deċiżjoni.
Ir-regola tal-inqas dazju m’għandhiex tapplika għall-prezzijiet li ntlaħaq ftehim dwarhom taħt dawn l-impenji fil-qafas tal-proċeduri ta’ kontra s-sussidji."; [Em. 58]
"
3b. Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:"
"4. Il-partijiet illi joffru impenn għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu verżjoni mhux kunfidenzjali sinifikanti ta' dak l-impenn, sabiex din tkun tista’ tingħata lill-partijiet interessati fl-investigazzjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-partijiet għandhom jintalbu jiżvelaw kemm jista' jkun possibbli informazzjoni dwar il-kontenut u n-natura tal-impenn b’kunsiderazzjoni dovuta għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali skont l-Artikolu 29. Barra minn hekk, qabel ma taċċetta kwalunkwe offerta bħal din, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-industrija tal-Unjoni fir-rigward tal-karatteristiċi ewlenin ta' dak l-impenn. " [Em. 59]
"
4. Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:"
"5. L-ammont tas-sussidji kompensatorji għandu jitqies bħala de minimis jekk tali ammont ikun inqas minn 1 % ad valorem, għajr meta, fir-rigward tal-investigazzjonijiet li jikkonċernaw l-importazzjonijiet minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-limitu de minimis ikun 2 % ad valorEm.";
"
5. Fl-Artikolu 15(1), l-aħħar subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:"
"L-ammont tad-dazju kompensatorju ma għandux jaqbeż l-ammont ta’ sussidji kompensatorji stabbilit."
"
6. L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:
(a) fil-paragrafu 1 jiddaħħal is-subparagrafu li ġej: "
"Jekk wara investigazzjoni skont l-Artikolu 18, il-miżura tiskadi, kwalunkwe dazju miġbur wara d-data tal-bidu tat-tali investigazzjoni għandu jiġi rimborżat. Ir-rimborż għandu jintalab mill-awtoritajiet doganali nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli tal-Unjoni." [Em. 60]
"
(b) il-paragrafu 6 jitħassar.
7. L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:
(a) fit-tieni sentenza ta' paragrafu 4, il-kliem "jista’/tista’" jinbidel fi "għandu/għandha".
(b) fil-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"
"Meta l-prattika, il-proċess jew il-ħidma ta’ ċirkomvenzjoni sseħħ barra mill-Unjoni, l-eżenzjonijiet jistgħu jingħataw lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat li jinstabu li ma jkunux involuti fi prattiki ta’ ċirkomvenzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 3.";
"
(c) fil-paragrafu 6, it-tielet subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"
"Meta l-prattika, il-proċess jew il-ħidma ta’ ċirkomvenzjoni sseħħ ġewwa l-Unjoni, l-eżenzjonijiet jistgħu jingħataw lill-importaturi li jistgħu juru li ma jkunux involuti fi prattiki ta’ ċirkomvenzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 3.";
"
7a. Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:"
"3. Dispożizzjonijiet speċjali, partikolarment dwar id-definizzjoni komuni tal-kunċett tal-oriġini, kif jinstab fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 jew skont l-Artikolu 2 tiegħu, jistgħu jiġu adottati skont dan ir-Regolament. " [Em. 61]
"
7b. Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:"
"5. Il-Kummissjoni tista’, wara li tkun infurmat lill-Istati Membri fi żmien dovut, tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali sabiex jieħdu l-passi approprjati biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu sussegwentement jiġu applikati kontra dik l-importazzjoni mid-data ta’ dik ir-reġistrazzjoni.
L-importazzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għal reġistrazzjoni wara talba mill-industrija tal-Unjoni li jkun fiha provi suffiċjenti biex tiġġustifika dik l-azzjoni. L-importazzjonijiet jistgħu jkunu soġġetti wkoll għal reġistrazzjoni fuq l-inizjattiva proprja tal-Kummissjoni.
L-importazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni mid-data tal-bidu tal-investigazzjoni fejn l-ilment tal-industrija tal-Unjoni jkun fih talba għar-reġistrazzjoni u provi suffiċjenti biex tiġġustifika dik l-azzjoni.
Ir-registrazzjoni għandha tiddaħħal b’Regolament li għandu jispeċifika l-iskop tal-azzjoni u, jekk ikun approprjat, l-ammont stmat ta’ obbligazzjoni futura possibbli. L-importazzjonijiet m’għandhomx ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni għal perjodu itwal minn disa’ xhur." [Em. 78]
"
7c. Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:"
"6. L-Istati Membri għandhom jagħmlu rapport kull xahar lill-Kummissjoni, dwar il-kummerċ tal-importazzjoni ta’ prodotti soġġetti għal investigazzjoni u għal miżuri, u dwar l-ammont ta’ dazji miġbura bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament. Meta tirċievi talba espliċita u motivata minn parti interessata, u wara li tirċievi l-opinjoni tal-Kumitat li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 25(2) b'rabta ma' dan, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tikkomunikalhom l-informazzjoni dwar il-volum u l-valuri tal-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti."[Em. 76]
"
7d. Fl-Artikolu 24, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"
"7a. Kull meta l-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li tadotta jew tippubblika kwalunkwe dokument immirat li jiċċara l-prattika stabbilita tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi kwalunkwe wieħed mill-elementi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel l-adozzjoni jew il-pubblikazzjoni, bil-għan li jintlaħaq kunsens u li dan id-dokument partikolari jiġi approvat. Kwalunkwe modifika sussegwenti ta’ dawn id-dokumenti għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti proċedurali bħal dawn. F'kull każ, kull wieħed minn dawn id-dokumenti għandu jkun f’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. L-ebda dokument bħal dan ma jista’ jwessa’ d-diskrezzjoni tal-Kummissjoni, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fl-adozzjoni tal-miżuri." [Em. 64]
"
8. Fl-Artikolu 27(1), l-ewwel subparagrafuil-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"
"1. Fil-każijiet fejn l-għadd ta’ produtturi, esportaturi jew importaturi, li jikkooperaw fl-investigazzjoni, jew tal-Unjoni, it-tipi ta’ prodotti jew it-tranżazzjonijiet ikun kbir, l-investigazzjoni tista’ tkun limitata għal:
(a)
għadd raġonevoli ta’ partijiet, prodotti jew tranżazzjonijiet billi jintużaw kampjuni li huma statistikament validi fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-għażla; jew
(b)
l-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni, tal-bejgħ jew tal-esportazzjoni li b'mod raġonevoli jista’ jkun investigat fiż-żmien disponibbli.
Fil-każ tas-setturi industrijali diversi u frammentati, fil-biċċa l-kbira magħmula minn SMEs, l-għażla finali tal-partijiet għandha, fejn possibbli, tqis il-proporzjon tagħhom fis-settur ikkonċernat." [Em. 65]
"
9. Wara l-Artikolu 29, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"
"Artikolu 29b
Informazzjoni dwar il-miżuri proviżorji
1.
Il-produtturi, l-importaturi u l-esportaturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, u l-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni, jistgħu jitolbu informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata tad-dazji proviżorji. It-talbiet għal tali informazzjoni għandhom isiru bil-miktub fil-limitu ta’ żmien preskritt fl-avviż tal-bidu. It-tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta lil dawk il-partijiet, mill-inqas ġimagħtejn qabel l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 12(1) għall-impożizzjoni tad-dazji proviżorji.
It-tali informazzjoni għandha tinkludi:
(a)
sommarju tad-dazji proposti għall-iskopijiet ta' informazzjoin biss, u
(b)
dettalji tal-kalkolu tal-marġni tas-sussidji u l-marġni xieraq biex titneħħa l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni, filwaqt li titqies kif dovut il-ħtieġa li jiġu rispettati l-obbligi tal-kunfidenzjalità msemmijin fl-Artikolu 29. Il-partijiet għandu jkollhom perjodu ta’ tlitt ijiem ta’ xogħol biex jipprovdu l-kummenti tagħhom dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli.
2.
Fil-każijiet fejn huwa maħsub li ma jiġux imposti dazji proviżorji iżda li titkompla l-investigazzjoni, il-partijiet interessati għandhom jiġu infurmati dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni tad-dazji ġimagħtejn qabel l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 12(1) għall-impożizzjoni tad-dazji proviżorji." [Em. 66]
"
10. L-Artikolu 31(2) jinbidel b’dan li ġej:"
'2. Sabiex tiġi provduta bażi soda li fuqha l-awtoritajiet jistgħu jagħtu kas tal-opinjonijiet u l-informazzjoni kollha fid-deċiżjoni ta' jekk l-impożizzjoni tal-miżuri hix fl-interess tal-Unjoni jew le, il-produtturi, l-importaturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti rappreżentattivi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi jistgħu, fil-limiti ta' żmien speċifikati fl-avviż tal-bidu tal-investigazzjoni kompensatorja, jippreżentaw lilhom infushom u jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni. Informazzjoni bħal din, jew sommarji xierqa tagħha, għandhom jiġu magħmula disponibbli lill-partijiet l-oħra speċifikati f'dan il-paragrafu, u għandhom ikunu intitolati li jwieġbu għal din l-informazzjoni." [Em. 67]
"
10a. Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"
"Artikolu 33a
Rapport
1.
Sabiex tiffaċilita l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha, b’kunsiderazzjoni dovuta għall-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 19, tippreżenta rapport annwali dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bħala parti minn djalogu dwar l-istrument għad-difiża tal-kummerċ bejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-miżuri proviżorji u definittivi, it-terminazzjoni tal-investigazzjonijiet mingħajr miżuri, impenji, investigazzjonijiet mill-ġdid, reviżjonijiet u żjarat ta’ verifika, u l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u t-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw minnu. Ir-rapport għandu jkopri wkoll l-użu tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ minn pajjiżi terzi li qed ifittxu l-Unjoni, l-informazzjoni dwar l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni kkonċernata mill-miżuri imposti u l-appelli kontra l-miżuri imposti. Għandu jinkludi l-attivitajiet tal-Uffiċjal tas-Seduta tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni u dawk tal-Help Desk tal-SMEs relatati mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
2.
Il-Parlament Ewropew jista’, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu biex tippreżenta u tispjega l-kwistjonijiet kollha relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport jista' jkun soġġett għal riżoluzzjoni.
3.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill." [Em. 68]
"
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jiġi kkonsolidat mar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u mar-Regolament (KE) Nru 597/2009 sa ...(4) [Em. 69]
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-investigazzjonijiet kollha li għalihom ikun ġie ppubblikat l-avviż tal-bidu skont l-Artikolu 10(11) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 jew l-Artikolu 5(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar protezzjoni kontra importazzjonijiet iddampjati minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93).