Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (COM(2012)0363 – C7-0192/2012 – 2012/0193(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0363),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 325(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0192/2012),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-15 ta’ Novembru 2012(1),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Ottubru 2012(2),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0251/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni li temenda d-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 325(4)83(2) tiegħu, [Em. 1]
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri(1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),
Billi:
(1) Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni ma tolqotx biss il-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit, iżda testendi għall-miżuri kollha li jaffettwaw negattivament jew jheddu li jaffettwaw negattivament l-assi tagħha, u dawk tal-Istati Membri saħansitra meta huma ġew mfassla biex jappoġġaw jew jistabbilizzaw l-ekonomija jew il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri b’rilevanza għall-politiki tal-Unjoni.
(2) Sabiex tkun assigurata protezzjoni effettiva, proporzjonata u dissważiva tal-interessikontra tipi ta’ aġir mill-aktar serju relatat mal-frodi, u jkun żgurat li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-liġi kriminali fl-Istati Membri għandha tkompli tikkomplementa l-protezzjonijkunu protetti bl-aħjar mod, il-miżuri adottati permezz tal-liġi amministrattiva u ċivili għal tipi ta’ komportament mill-aktar serju relatat mal-frodi f'dan il-qasam,għandhom ikunu kkomplementati minn leġiżlazzjoni fil-qafas tal-liġi kriminali fl-Istati Membri, filwaqt li jkunu evitati inkonsistenzi, kemm fi ħdan kif ukoll fost dawn l-oqsma tal-liġita' liġi. [Em. 2]
(3) Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni issejjaħ għalteħtieġ definizzjoni komuni ta’ frodi li tkopri aġir frodulenti fir-rigward kemm tan-nefqa, tad-dħul, tal-attiv u tad-dħull-passiv għad-detriment tal-baġit tal-UEtal-Unjoni, inklużi l-attivitajiet ta’ self. [Em. 3]
(4) Il-frodi li jaffettwaw t-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) jnaqqsu l-irċevuti tat-taxxa tal-Istati Membri u sussegwentement l-applikazzjoni ta’ rata uniformi għall-bażi ta’ valutazzjoni tal-VAT tal-Istati Membri. Kif ikkonfermat mill-ġurisprudenza(4) tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, hemm rabta diretta bejn il-ġbir tad-dħul mill-VAT skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni, u d-disponibilità għall-baġit tal-Unjoni tar-riżorsi korrispondenti, ġaladarba kwalunkwe nuqqas fil-ġbir tal-ewwel waħda, joħloq potenzjalment tnaqqis fit-tieni waħda. Id-Direttiva għaldaqstant tkopri dħul li ġej mill-irċevuti tal-VAT fl-Istati Membri.
(5) Għandu jittieħed inkonsiderazzjoni l-impatt sostanzjali fuq l-interessi finanzjarji tal-UE li jirriżulta mit-tnaqqis illegali tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u t-twettiq tal-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva għandu jinqara fid-dawl tal-prinċipju tal-proporzjonalità, skont in-natura speċifika u l-metodoloġija użata biex ikunu kkalkulati dawn ir-riżorsi proprji, inkluż it-trattament differenzjat tal-Istati Membri.
(6) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni jistgħu jiġu affettwati negattivament fejn l-offerenti individwali jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kontraenti jew lil dawk li joħorġu l-offerta, abbażi ta’ informazzjoni miksuba mhux kif suppostillegalment, direttament jew indirettament, mill-korp li joħroġ l-offerti, bl-iskop li jevitaw jew jgħawġujiksru r-regoli applikabbli għall-akkwist pubbliku jew għall-proċedura tal-għotjiet. Dan l-aġir huwa simili ħafna għal frodi, iżda ma għanduxjippreżentax neċessarjament jikkostitwixxikaratteristiċi kollha ta’ reat sħiħ ta’ frodi min-naħa tal-offerent, ladarba l-offerta pprovduta tista’ tkun kompletament konformi mal-ħtiġijiettissodisfa l-kriterji kollha meħtieġa. L-immanuvrar tal-offerti bejn dawk li jitfgħu l-offertil-offertenti jikser ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u l-liġijiet nazzjonali ekwivalenti; huwa suġġett għal azzjoni pubblika ta’ infurzar u għal sanzjonijiet fl-Unjoni kollha u għandu jibqa’ barra l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. [Em. 4]
(7) Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kontra l-ħasil tal-flus hija applikabbli bis-sħiħ għal ħasil tar-rikavat minn reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva. Referenza magħmula għal din il-leġiżlazzjoni għandha tiżgura li s-sistema ta’ sanzjonijiet mdaħħla minn din id-Direttiva tapplika għar-reati kriminali kollha kontra l-interess finanzjarju tal-Unjoni.
(8) Il-korruzzjoni tikkostitwixxi theddida partikolarment serja kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li tista' f'ħafna każijiet tkun relatata wkoll ma’ aġir frodulenti. Il-kriminalizzazzjoni partikolari f’dan il-qasam hija għalhekk meħtieġa. Għandu jkun assigurat li r-reati rilevanti huma koperti bid-definizzjoni, irrispettivament jekk l-aġir huwiex fi ksur tar-responsabbiltajiet uffiċjali jew le. Fir-rigward ta’ reati ta’ korruzzjoni passiva u miżapproprjazzjoni, teżisti l-ħtieġa li tiġi inkluża definizzjoni dwar l-uffiċjalita' uffiċjali pubbliċi li tkopri l-uffiċjali rilevanti kollha, kemm jekk maħtura, eletti, jew impjegati abbażi ta’ kuntratt, u kemm jekk ikollhomxikollhom uffiċċju formali, kif ukollfl-Unjoni, fl-Istati Membri jew f'pajjiżi terzi. Qed ikunu dejjem aktar involuti persuni privati fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni. Sabiex il-fondi tal-Unjoni jitħarsu b'mod adegwat mill-korruzzjoni u mill-miżapproprjazzjoni, id-definizzjoni ta' 'uffiċjal pubbliku' għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għaldaqstant jeħtieġ li tkopri wkoll persuni li ma jkollhomx kariga formali, iżda li madankollu jingħataw u qed jaqdu, b'mod simili, funzjoni tas-servizz pubbliku f'rabta ma' fondi tal-Unjoni,jeżerċitaw il-funzjoni li jipprovdu servizz f’isem il-gvern u korpi pubbliċi oħra liċ-ċittadini, jew għall-interess pubbliku b’mod ġenerali, mingħajr ma jkollhom uffiċċju formali, bħall-kuntratturi involuti fl-immaniġġar tal-fondi tal-UE.fil-ġestjoni ta' tali fondi. [Em. 5]
(9) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni jistgħu jkunu affettwati negattivament minn ċertu tip ta’ aġir ta' uffiċjal pubbliku li jimmira li juża ħażin il-fondi jew l-assi, kuntrarju għall-iskop previst, u bl-intenzjoni li jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għalhekk hemm bżonn li tkun introdotta definizzjoni preċiża u mhux ambigwa tar-reati li tkopri aġir bħal dan. [Em. 6]
(9a) Fir-rigward tar-reati kriminali wettqa minn persuni fiżiċi kif definiti f’din id-Direttiva, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita l-intenzjoni fir-rigward tal-elementi kollha li hemm f’dawn ir-reati. Reati mwettqa minn persuni fiżiċi li ma jirrikjedux l-intenzjoni mhumiex koperti minn din id-Direttiva. [Em. 7]
(10) Xi reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huma fil-prattika spiss relatati mill-qrib mar-reati koperti mill-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni bbażata fuq dan l-Artikolu. Għalhekk għandha tiġi żgurata koerenza ma’ din il-leġiżlazzjoni fil-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet.
(11) Il-għaliex l-interessi finanzjarji tal-Unjoni tista’ ssirilhom ħsara jew jiġu mhedda wkoll mill-komportament ta’ persuni ġuridiċi, dawn għandhom ikunu responsabbli għar-reati kriminali mwettqa f’isimhom kif definit f'din id-Direttiva.
(12) Sabiex ikunu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'mod ekwivalenti permezz ta’ miżuri li għandhom jaġixxu bħala deterrent fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom ukoll jipprevedu ċerti tipi u livelli minimi ta' sanzjonijiet meta jitwettqu r-reati kriminali definiti f'din id-Direttiva. Il-livell ta’ sanzjonijiet m’għandux imur lil hinn minn dak li huwa proporzjonali għar-reati, u livell limitu espress fi flus, li skontu ma tkunx meħtieġa kriminalizzazzjoni, għandu għalhekk jiġu introdott.
(13) Din id-Direttiva ma taffettwax l-applikazzjoni proprja u effikaċi tal-miżuri dixxiplinarji. Is-sanzjonijiet li ma jistgħux jiġu assimilati mal-pieni kriminali jistgħu jitqiesu skont il-liġi nazzjonali meta persuna tinqatgħalha s-sentenza għal wieħed mir-reati definiti skont din id-Direttiva f’każijiet individwali; għal sanzjonijiet oħra, il-prinċipju ta’ ne bis in idem għandu jkun rispettat bis-sħiħ. Din id-Direttiva ma tikkriminalizzax aġir li mhux ukoll suġġett għal sanzjonijiet dixxiplinarji jew miżuri oħra dwar ksur ta’ dmirijiet uffiċjali, f’każijiet fejn tali sanzjonijiet dixxiplinarji jew miżuri oħra jistgħu jiġu applikati lill-persuni kkonċernati.
(14) Is-sanzjonijiet għal persuni fiżiċi f'każijiet aktar serji għandhom jipprevedu firxa ta’ priġunerija. Dawn il-każijiet serji għandhom jiġu definiti billi jkun hemm referenza għal ċertu minimu ta' dannu globali, mfisser fi flus, li l-aġir kriminali bilfors li kkawża fil-baġit tal-Unjoni u possibilment xi baġit ieħor. L-introduzzjoni ta’ firxa minima u massima ta’ priġunerija hija meħtieġa sabiex ikun garantit li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu l-istess f’kull parti tal-Ewropa. Is-sanzjoni minima ta’ sitt xhur tiżgura li Mandat ta' Arrest Ewropew jista’ jiġi maħruġ u mwettaq għar-reati elenkati fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew, b’hekk ikun żgurat li l-kooperazzjoni ġudizzjarja u għall-infurzar tal-liġi tkun kemm jista' jkun effiċjenti. Is-sanzjonijiet se jservu wkoll bħala deterrent qawwi għal kriminali potenzjali, li jkollhom effett f’kull parti tal-Ewropa. Aktar sanzjonijiet severi għandhom jiġu imposti għall-każijiet fejn ir-reat kien imwettaq fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali skont it-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI(5).
(15) Minħabba b'mod partikolari l-mobbiltà tal-kriminali u r-rikavat li jirriżulta minn attivitajiet illegali għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif ukoll minħabba l-investigazzjonijiet kumplessi transkonfinali li din tinvolvi, l-Istati Membri kollha għandhom jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom u jistipulaw ir-regoli dwar il-perjodi ta’ preskrizzjoni meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jiġġieldu dawn l-attivitajiet.
(16) Sabiex ikun hemm koerenza fil-liġi tal-Unjoni u jkun issalvagwardjat il-prinċipju li ħadd ma jista jiġi kkastigat darbtejn għall-istess kawża, hemm bżonn li tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn il-pieni skont din id-Direttiva u l-miżuri amministrattivi relevanti skont il-liġi tal-Unjoni. Id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi amministrattivi, ta’ pieni u ta’ multi skont il-liġi tal-Unjoni.
(17) Bla ħsara għal obbligi oħra skont il-liġi tal-Unjoni, hemm il-ħtieġa ta’ dispożizzjonijiet xierqa għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex tkun żgurata azzjoni effettiva kontra r-reati kriminali definiti f'din id-Direttiva li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, Eurojust, u l-Kummissjoni. [Em. 10]
(18) Il-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea tas-26 ta’ Lulju 1995(6) u l-Protokolli tagħha tas-27 ta’ Settembru 1996(7) u tad-29 ta’ Novembru 1996(8) għandhom jiġu mħassra u mibdula b’din id-Direttiva.
(19) L-implimentazzjoni kif suppost ta’ din id-Direttiva mill-Istati Membri tinkludi l-ipproċessar tad-dejta personali fost l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-iskambju tagħha bejn l-Istati Membri minn banda, u mill-banda l-oħra bejn il-korpi kompetenti tal-Unjoni. L-ipproċessar tad-dejta personali fil-livell nazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandu jkun rregolat mil-liġi nazzjonali li tirrispetta l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku tad-Dejta Personali tat-28 ta’ Jannar 1981 u l-Protokoll addizzjonali tagħha (ETS Nru 181). L-iskambju tad-dejta personali bejn l-Istati Membri għandu jissodisfa r-rekwiżiti tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/977/ĠAI(9). Sa fejn id-dejta personali hija pproċessata mill-istituzzjonijiet, mill-korpi u mill-organi tal-Unjoni, huma għandhom ikunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) u mar-regoli applikabbli dwar il-kunfidenzalità tal-investigazzjonijiet ġudizzjarji.
(20) L-effett dissważiv intenzjonat fl-applikazzjoni tal-pieni tal-liġi kriminali jeħtieġ kawtela partikolari fir-rigward tad-drittijiet fundamentali. Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b’mod speċjali d-dritt għal-libertà u s-sigurtà, il-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà li wieħed jagħżel impjieg u d-dritt għax-xogħol, il-libertà li wieħed ikollu negozju, id-dritt għall-proprjetà, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għall-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt għad-difiża, il-prinċipji tal-legalità u l-proporzjonalità tar-reati kriminali u l-pieni, kif ukoll il-projbizzjoni ta’ ġudizzju jew piena doppja fi proċeduri kriminali għall-istess reat kriminali. Din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ għal dawn id-drittijiet u prinċipji u għandha tiġi implimentata kif meħtieġ.
(21) Din id-Direttiva se tapplika bla ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar it-tneħħija tal-immunitajiet li jinsabu fit-TFUE, fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, fl-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u fit-testi li jimplimentawh, jew fid-dispożizzjonijiet simili inkorporati fil-liġi nazzjonali.
(22) Din id-direttiva hija bla ħsara għar-regoli u għall-prinċipji ġenerali tal-liġi kriminali nazzjonali dwar l-applikazzjoni u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi skont iċ-ċirkustanzi konkreti ta’ kull każ individwali.
(23) Ladarba l-għan ta' din id-Direttiva ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri iżda jkunu jistgħu, minħabba raġuni ta’ skala u effetti tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dan l-għan.
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Titolu I
Is-suġġett u d- definizzjoni
Artikolu 1
Is-suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa fil-qasam tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi tiddefinixxi r-reati kriminali u s-sanzjonijiet, bil-għan li tippermetti protezzjoni effikaċi u ekwivalenti fl-Istati Membri u fl-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u żżid il-kredibbiltà tal-istituzzjonijiet u l-inizjattivi tal-Unjoni. [Em. 11]
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “l-interessi finanzjarji tal-Unjoni” tfisser id-dħull-attiv u l-passiv kollu ġestit minn jew f'isem l-Unjoni u l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tagħha u l-operazzjonijiet finanzjarji tagħha, inklużi l-attivitajiet ta' self, kif ukoll, b'mod partikolari d-dħul u n-nefqa kollha koperti minn, akkwistati permezz, jew minħabba: [Em. 12]
(a) il-baġit tal-Unjoni;
(b) il-baġits tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organital-uffiċċji u l-aġenziji stabbiliti skont it-Trattati jew il-baġits immexxija u ssorveljati minnhom direttament jew indirettament.[Em. 13]
Titolu II
Reati kriminali fl-oqsma tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Artikolu 3
Il-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-aġir li ġej, meta jsir intenzjonalment, huwa punibbli bħala reat kriminali:
(a) fejn tidħol nefqa, kull att jew omissjoni li għandhom x'jaqsmu ma:
(i) l-użu jew il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet jew dokumenti foloz, inkorretti jew mhux kompluti, li jkollhom bħala effett il-miżapproprjazzjoni jew iż-żamma bla dritt ta' fondi mill-baġit tal-Unjoni jew minn baġits amministrati mill-Unjoni, jew għan-nom tagħha,
(ii) in-nuqqas ta' divulgazzjoni ta' informazzjoni fi ksur ta' obbligu speċifiku, bl-istess effett, jew
(iii) l-użu ħażin tal-obbligazzjonijiet jew tan-nefqa għal skopijiet oħra għajr dawk li għalihom ġew mogħtija;
(b) fir-rigward ta’ dħul, kull att jew omissjoni li għandhom x'jaqsmu ma:
(i) l-użu jew il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet jew dokumenti foloz, inkorretti jew mhux kompluti, li jkollhom bħala effett it-tnaqqis illegali tar-riżorsi tal-baġit jew baġits tal-Unjoni amministrati mill-Unjoni, jew għan-nom tagħha,
(ii) in-nuqqas ta' divulgazzjoni ta' informazzjoni fi ksur ta' obbligu speċifiku, bl-istess effett, jew
(iii) l-użu ħażin ta' xi benefiċċju miksub legalment, bl-istess effett.
Artikolu 4
Ir-reati kriminali relatati ma’ frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe għoti ta’ informazzjoni, jew li ma tingħataxnuqqas ta' għoti ta' tali informazzjoni, lill-entitajiet jew awtoritajiet kontraenti jew li joħorġu l-offerta f’akkwist pubbliku jew fi proċedura tal-għotjiet fejn hemm involuti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, minn kandidati jew offerenti, jew minn persuni responsabbli jew involuti fit-tħejjija tat-tweġibiet tas-sejħiet għall-offerti jew tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet minn dawk li jipparteċipaw, meta jitwettqu intenzjonalment u bil-għan li tiġi maħruba jew li tiġi mgħawġa l-applikazzjoni tal-eliġibbiltà, l-esklużjoni, l-għażla jew il-kriterji għall-għoti, huma jew li titfixkel jew tiġi eliminata l-kompetizzjoni naturali fost l-offerenti jkunu punibbli bħala reat kriminali. [Em. 14]
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-ħasil tal-flus kif definit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11) li jinvolvi proprjetà jew dħul li ġejjin tiġi mir-reati li huma koperti minn din id-Direttiva, ikun punibbli bħala reat kriminali. [Em. 15]
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-aġir li ġej, meta jsir intenzjonalment, huwa punibbli bħala reat kriminali:
l-azzjoniGħall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-korruzzjoni passiva tikkonsisti fl-azzjoni ta’ uffiċjal pubbliku, li direttament jew permezz ta' intermedjarju, jitlob jew jirċievijaċċetta minn qabel vantaġġi ta’ kwalunkwe tip jew wegħda ta’ vantaġġ bħal dan, għalih jew għal parti terza, talli jaġixxi, iddewwem l-azzjoni jew jaċċetta wegħda ta’ vantaġġ bħal dan, li jaġixxi jew jonqosjastjeni milli jaġixxi skont dmirijietu jew fil-kapaċità tal-funzjonijiet tiegħu, kemm jekk dan ikun bi ksur tal-obbligi uffiċjali tiegħu u kemm jekk le, b'tali mod li jagħmel ħsara jew li x'aktarx jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni (il-korruzzjoni passiva);
l-azzjoniGħall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-korruzzjoni attiva tikkonsisti fl-azzjoni ta’ kull min iwiegħed, joffri jew jagħti, direttament jew permezz ta' intermedjarju, vantaġġ ta’ kwalunkwe tip lil uffiċjal pubbliku għalih innifsu jew għal parti terza sabiex huwa jaġixxi, iddewwem azzjoni jew jastjeni milli jaġixxi skont dmirijietu jew fil-kapaċità tal-funzjonijiet tiegħu b'tali mod li jagħmel ħsara jew li x'aktarx jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni (il-korruzzjoni attiva)., jew talli jkun wettaq dan l-aġir fil-passat. [Em. 16]
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-att intenzjonali minn uffiċjal pubbliku biex jikkommetti jew juża fondi, jew jawtorizza jew juża l-assi, kuntrarju għall-iskop li għalih kienu intenzjonati u bl-iskop li jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni,l-miżapproprijazzjoni, meta mwettqa intenzjonalment, hija punibbli bħala offiża kriminali reat:(miżapproprjazzjoni)
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, miżapproprjazzjoni tfisser att ta' uffiċjal pubbliku li jikkonsisti fl-impenn jew l-użu ta' fondi, jew l-awtoizzazzjoni jew l-użu ta' assi, kuntrarju għall-iskop li għalih kienu intenzjonati u li jagħmel ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni.[Em. 17]
5. Għall-għan ta’ dan l-Artikolu, "uffiċjal pubbliku" tfisser:
(a) kwalunkwe persuna li teżerċita funzjoni ta’ servizz pubbliku għall-Unjoni jew fl-Istati Membri jew pajjiżi terzi billi jkollu kariga leġiżlattiva, amministrattiva jew ġudizzjarja;uffiċjal tal-Unjoni jew nazzjonali, inkluż kwalunkwe uffiċjal nazzjonali ta' Stat Membru ieħor u kwalunkwe uffiċjal nazzjonali ta' pajjiż terz;
It-terminu "uffiċjal tal-Unjoni" ifisser:
(i) kwalunkwe persuna li tkun uffiċjal jew impjegat ieħor bil-kuntratt skont it-tifsira tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni ('Regolament tal-Persunal'),
(ii) kwalunkwe persuna ssekondata lil istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, korp, uffiċju jew aġenzija mill-Istati Membri jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat, li twettaq xogħol ekwivalenti għal dak imwettaq minn uffiċjali jew aġenti oħrajn tal-Unjoni.
Membri ta' korpi, uffiċċji u aġenzjiji stabbiliti skont mwaqqfin f'konformità mat-Trattati u l-persunal ta' tali korpi, uffiċċji jew aġenziji għandhom jiġu trattati bħala uffiċjali tal-Unjoni, sa fejn ir-Regolament tal-Persunal ma japplikax għalihom.
It-terminu ‘uffiċjal nazzjonali’ għandu jinftiehem b'referenza għad-definizzjoni ta' ‘uffiċjal' jew ‘uffiċjal pubbliku’ fid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru jew ta' pajjiż terz li fih il-persuna inkwistjoni tkun qed twettaq il-funzjoni.
Madankollu, fil-każ ta' proċedimenti li jinvolvu uffiċjal ta' Stat Membru, jew uffiċjal nazzjonali ta' pajjiż terz, mibdija minn Stat Membru ieħor, dan tal-aħħar ma jkunx marbut li japplika d-definizzjoni ta' 'uffiċjal nazzjonali' ħlief sa fejn id-definizzjoni tkun kompatibbli mad-dritt nazzjonali tiegħu;
(b) kwalunkwe persuna oħra li teżerċita karigatiġi assenjata u taqdi funzjoni fis-servizz pubbliku għall-Unjoni jew fl-Istatili tinvolvi l-ġestjoni ta' jew deċiżjonijiet dwar l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fi Stati Membri jew f’pajjiżi terzi, li ma għandhiex din il-kariga, li tipparteċipa fl-amministrazzjoni jew fid-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. [Em. 18]
Titolu III
Dispożizzjonijiet ġenerali li għandhom x’jaqsmu ma’ reati kriminali fl-oqsma tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Artikolu 5
L-istigazzjoni, l-għajnuna u l-kompliċità, t-tentattiv
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġi żgurat li l-inċitazzjoni, l-għajnuna jew il-kompliċità fir-reatifit-twettiq ta' kwalunkwe wieħed mir-reati kriminali msemmija fit-Titolu II humafl-Artikoli 3 u 4 ikunu punibbli bħala reat kriminali. [Em. 19]
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-tentattivtentattiv biex jitwettaq ir-reatkwalunkwe wieħed mir-reati kriminali msemmimsemmijin fl-Artikolu 3 jew l-Artikolu 4, il-paragrafu 4, huwa 3 u fl-Artikolu 4(4), ikun punibbli bħala reat kriminali. [Em. 20]
Artikolu 6
Ir-responsabbiltà ta' persuni ġuridiċi
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għal kwalunkwe reat kriminali msemmi fit-Titolu IIfl-Artikoli 3, 4 u 5 li jkun twettaq għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi waħedha jew bħala parti minn korp tal-persuna ġuridika, u li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika, abbażi ta': [Em. 21]
(a) setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika;
(b) awtorità li jieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika; jew
(c) awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għan-nuqqas ta’ sorveljanza jew kontroll minn xi persuna msemmija f’paragrafu 1 li tkun ħalliet jitwettaq, kwalunkwe wieħed mir-reati kriminali msemmija Titolu IIfl-Artikoli 3, 4 u 5 għall-benefiċċju ta’ dik il-persuna ġuridika, mill-persunaminn persuna taħt l-awtorità tagħha. [Em. 22]
3. Ir-responsabbiltà ta’ persuna ġuridika skont il-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex teskludi l-proċedimenti kriminali kontra l-persuni fiżiċi li jkunu l-awturi tar-reati kriminali msemmija fit-Titolu IIfl-Artikoli 3 u 4 jew kriminalment responsabbli skont l-Artikolu 5. [Em. 23]
4. Għall-għan ta' din id-Direttiva, “persuna ġuridika” għandha tfisser kwalunkwe entità li jkollha personalità ġuridika skont il-liġi applikabbli, minbarra l-Istati jew korpi pubbliċi fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat u l-organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi.
Artikolu 7
Il-pieni għall-persuni fiżiċi
1. Fir-rigward tal-persuni naturali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reati kriminali li jissemmew fit-Titolu II għandhom ikunufl-Artikoli 3, 4 u 5 huma punibbli b’pieni kriminali effettivi, proporzjonali u dissważivi, kif ukoll b’multi u bi priġunerija, kif speċifikat fl-Artikolu 8. [Em. 24]
2. F’każijiet ta’ reati minuri li jinvolvu danni ta’ anqas minn EUR 10 000EUR 5 000 u vantaġġi ta’ anqas minn EUR 10 000EUR 5 000, u li ma jinvolvux ċirkustanzi aggravanti, partikolarment serji, l-Istati Membri jistgħu minflok il-pienijipprevedu li jiġu imposti sanzjonijiet ta' natura mhux kriminali jipprovdu mod ieħor.; [Em. 25]
3. Il-paragrafu 1 jkunta' dan l-Artikolu japplika bla ħsara għat-twettiqgħall-eżerċizzjutas-setgħat dixxiplinarji tal-poter dixxiplinarju mill-awtoritajiet kompetenti kontra uffiċjali pubbliċi, hekk kif definiti fl-Artikolu 4(5). [Em. 26]
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet ta’ natura oħra, li ma jistgħux jiġu assimilati ma’ pieni kriminali, u li huma diġà imposti fuq l-istess persuna għall-istess aġir, jistgħu jitqiesu meta tingħata sentenza lil dik il-persuna għal reat kriminali msemmi fit-Titolu II.
Artikolu 8
Il-limiti stabbiliti għall-priġunerija
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati kriminali kif imsemmija fl-Artikoli 3 u 4, paragrafi 1 u 4, li jinvolvu vantaġġ jew dannu ta’ mill-inqas EUR 100 00050 000, għandhom ikun punibbli bi: [Em. 43]
(a) piena minima ta’ mill-inqas 6 xhur priġunerija; [Em. 27]
(b) piena massima ta’ mill-inqas 5 snin priġunerija.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati kriminali kif imsemmija fl-Artikolu 4, paragrafi 2 u 3, li jinvolvu l-vantaġġ jew id-dannu ta’ mill-inqas EUR 30 000, għandhom ikun punibbli bi:
(a) piena minima ta’ mill-inqas 6 xhur priġunerija; [Em. 28]
(b) piena massima ta’ mill-inqas 5 snin priġunerija.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li r-reati kriminali li jissemmew fit-Titolu IIfl-Artikoli 3, 4 u 5 ikunu punibbli b'piena massima ta’ mill-inqas 10 snin priġunerija fejn ir-reat kien imwettaq fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali, skont it-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/841/ĠAI. [Em. 30]
Artikolu 8a
Ċirkustanzi aggravanti
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li, meta jkun ġie stabbilit li twettaq reat kriminali msemmi fl-Artikoli 3, 4, jew 5 fl-ambitu ta' organizzazzjoni kriminali skont it-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/841/ĠAI, dak il-fatt ikun meqjus bħala ċirkustanza aggravanti għall-finijiet tal-kundanna. [Em. 31]
Artikolu 9
It-tip ta’ sanzjonijiet minimi għall-persuni ġuridiċi
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuna ġuridika li tkun meqjusa responsabbli skont Artikolu 6 tiġi soġġetta għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali u jistgħu jinkludu sanzjonijiet oħra, bħal:
(a) l-esklużjoni mid-dritt għall-benefiċċji pubbliċi jew l-għajnuna pubblika;
(aa) l-esklużjoni temporanja jew permanenti mill-proċeduri ta’ offerti tal-Unjoni; [Em. 32]
(b) l-iskwalifika temporanja jew permanenti mill-prattika ta' attivitajiet kummerċjali;
(c) it-tqegħid taħt is-sorveljanza tal-qorti;
(d) l-istralċ ġudizzjarju;
(e) l-għeluq temporanju jew permanenti ta' stabbilimenti li ntużaw biex isir ir-reat.
Artikolu 9a
Regola "ne bis in idem"
L-Istati Membri għandhom japplikaw fid-dritt kriminali nazzjonali tagħhom ir-regola "ne bis in idem", li skontha persuna li ġiet iġġudikata b'mod defintiv fi Stat Membru ma tistax tiġi mħarrka fi Stat Membru ieħor fir-rigward tal-istess fatti, sakemm jekk ingħatat piena, din kienet eżegwita, hija fil-proċess li tiġi eżegwita jew ma tistax tiġi eżegwita taħt il-liġijiet tal-Istat li ħareġ il-kundanna.
Artikolu 10
L-iffriżar u l-konfiska
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat u tal-mezzi strumentali tar-reati msemmija fit-Titolu II skont id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12).
Artikolu 11
Il-ġurisdizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom għar-reati kriminali msemmija fit-Titolu IImsemmijin fl-Artikoli 3, 4 u 5 fejn:
(a) ir-reat ikun twettaq totalment jew parzjalment fit-territorju tagħhom; jew
(b) min iwettaq ir-reatl-awtur ta' reat ikun ċittadin tagħhom.stess jew ikun residenti fit-territorju tagħhom;jew
(c) l-awtur ta' reat ikun suġġett għar-Regolament tal-Peronal, jew kien suggett għar-Regolament tal-Personal fiż-żmien ir-reat.[Em. 34]
2. Għall-każ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-ġurisdizzjoni tagħhom ma tkunx subordinata għall-kundizzjoni li l-prosekuzzjoni tista’ biss tinbeda wara li jkun sar rapport mill-vittma fil-post ta’ fejn ikun twettaq ir-reat, jew denunzja mill-Istat tal-post ta’ fejn ikun sar ir-reat.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġurisdizzjoni tagħhom tinkludi sitwazzjonijiet fejn reat jitwettaq permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni li kien hemm aċċess għaliha mit-territorju tagħhom.
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw perjodu ta’ preskrizzjoni li fih l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni, il-proċess tal-qorti u d-deċiżjoni ġudizzjarja fuq ir-reati li hemm referenza għalihom fit-Titolu II, u fl-Artikolu 5, ikunu jistgħu jitwettqu għal mill-inqas ħames snin minn meta jkun seħħ ir-reat.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta’ preskrizzjoni għandu jiġi interrott u jerġa’ jibda mill-ġdid fuq kwalunkwe att ta’ awtorità nazzjonali kompetenti, inkluż b’mod partikolari l-bidu effettiv ta’ investigazzjoni jew prosekuzzjoni, sa mill-inqas 10 snin miż-żmien minn mindu jkun seħħ ir-reat.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu l-infurzar ta’ pieni imposti wara kundanna definittiva għal reat kriminali kif imsemmi fit-Titolu II, u fl-Artikolu 5, għal perijodu suffiċjenti ta' żmien li ma għandux ikun inqas minn 10 snin minn meta saret il-kundanna definittiva.
Artikolu 13
L-irkupru
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-irkupru tas-somom imħallsa meta mhux dovut, meta jkunu kkummissjonati r-reati kriminali msemmija fit-Titolu II.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw l-irkupru fil-pront ta' tali somom u t-trasferiment tagħhom fil-baġit tal-UE, mingħajr preġudizzju għar-regoli settorjali rilevanti tal-Unjoni dwar ir-rettifiki finanzjarji u l-irkurpu tal-ammonti li ma kellhomx jintefqu. L-Istat Membri għandhom iżommu rekords b'mod regolari tas-somom irkuprati u għandhom jinformaw l-istituzzjonijiet jew il-korpi rilevanti tal-Unjoni dwar dawk is-somom, jew, jekk dawn ma ġew irkuprati, dwar ir-raġunijiet li minħabba fihom dawn ma ġewx irkuprati. [Em. 35]
Artikolu 14
L-interazzjoni ma’ atti legali oħra applikabbli tal-Unjoni
L-applikazzjoni ta’ miżuri amministrattivi, ta’ pieni u ta’ multi kif stabbilit fil-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk skont l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95(13), jew fil-liġi nazzjonali adottata skont l-obbligu speċifiku tal-liġi tal-Unjoni, ikunu bla ħsara għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe proċedimenti kriminali mibdija abbażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni korretta u effettiva tal-miżuri amministrattivi, ta’ pieni u ta’ multi li ma jistgħux jitqabblu mal-proċedimenti kriminali, stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew mid-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni nazzjonali.
Titolu IV
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 15
Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea (l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi) [Em. 36]
1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-kooperazzjoni transkonfinali u l-għajnuna legali reċiproka fi kwistjonijiet kriminali, l-Istati Membri, Eurojust u l-Kummissjoni għandhom , fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jikkooperaw ma’ xulxin fil-ġlieda kontra r-reati kriminali li hemm referenza għalihom fit-Titolu IImsemmijin fl-Artikoli 3, 4 u 5. Għal dan l-għan il-Kummissjoni għandha tagħtiu, fejn xieraq Eurojust, għandhom jagħtu assistenza teknika u operattiva billi l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jista’ jkollhom bżonn jħaffu l-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet tagħhom. [Em. 37]
2. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu, fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, jagħmlu skambju ta’ informazzjoni mal-Kummissjoni u ma' Eurojust sabiex ikun aktar faċli li jiġu stabbiliti l-fatti u biex tkun żgurata azzjoni effettiva kontra r-reati kriminali li hemm referenza għalihom fit-Titolu II. msemmijin fl-Artikoli 3, 4 u 5. Il-Kummissjoni, Eurjust u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom f’kull każ speċifiku jikkonformaw mal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, u jieħdu kont tar-rekwiżiti tas-segretezza investigattiva u tal-protezzjoni tad-dejta. Għal dan il-għan, Stat Membru, meta jagħti informazzjoni lill-Kummissjoni u lil Eurojust, jista’ jistipula kondizzjonijiet speċifiċi li jkopru l-użu tal-informazzjoni, kemm jekk għall-Kummissjoni jew għalmill-Kummissjoni, minn Eurojust jew minn Stat Membru ieħor li jingħata din l-informazzjoni. [Em. 38]
2a. Il-Qorti tal-Awdituri, l-istituzzjonijiet nazzjonali tal-awditjar (pereżempju għall-awditjar tat-tranżazzjonijiet taħt arranġamenti ta' ġestjoni kondiviża), u l-awdituri responsabbli mill-awditjar tal-baġits tal-istituzzjonjiet, il-korpi u l-aġenziji stabbiliti skont it-Trattati jew il-baġits ġestiti u awditjati mill-istituzzjonijiet, għandhom jiżvelaw lill-OLAF kwalunkwe reat kriminali li jsiru jafu bih waqt il-missjoni tagħhom. [Em. 39]
2b. L-uffiċjali tal-Unjoni għandhom jiżvelaw lill-OLAF kwalunkwe reat kriminali li jsiru jafu bih waqt il-missjoni tagħhom. [Em. 40]
Artikolu 16
Ir-revoka tal-konvenzjonijiet tal-liġi kriminali dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea
Il-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea tas-26 ta’ Lulju 1995, inklużi l-protokolli tagħha tas-27 ta’ Settembru 1996, tad-29 ta' Novembru 1996 u tad-19 ta’ Ġunju 1997, għandhom jiġu revokati b'effett minn [il-jum tal-applikazzjoni skont l-Art. 17 (1) it-tieni subparagrafu].
Artikolu 17
It-traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn ..., il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn …
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, jeħtieġ ikun hemm referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri jistabbilixxu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.
Artikolu 17a
Rapportar, statistika u evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha, sa [24 xahar wara l-iskadenza għall-implimentazzjoni tad-Direttiva], u wara dan fuq bażi annwali, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta sa fejn l-Istat Membri jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, u jevalwa l-effikaċja ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-ksib tal-objettivi tagħha.
Dawn ir-rapporti għandhom jirreferu għall-informazzjoni reża disponibbli mill-Istati Membri taħt il-paragrafu 2.
2. L-Istati Membri għandhom b’mod regolari jiġbru u jżommu statistika komprensiva mill-awtoritajiet rilevanti sabiex jirrevedu l-effikaċja tas-sistemi stabbiliti minnhom biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-istatistika miġbura għandha tintbagħat lill-Kummissjoni fuq bażi annwali u għandha tinkludi:
(a) l-għadd ta’ proċedimenti kriminali mibdija, maqsuma fin-numru ta' proċedimenti arkivjati, in-numru ta' proċedimenti li rriżultaw f'liberazzjoni, in-numru ta' proċedimenti li rriżultaw f'kundanna u n-numru ta' proċedimenti li għadhom għaddejjin,
(b) l-ammonti rkuprati u l-ammonti mhux irkuprati, wara l-proċedimenti kriminali,
(c) in-numru ta’ talbiet għal assistenza rċevuti minn Stati Membri oħra, maqsuma fin-numru ta' talbiet milqugħa u n-numru ta' talbiet miċħuda.
3. Il-Kummissjoni għandha, sa [60 xahar wara l-iskadenza għall-implimentazzjoni tad-Direttiva], tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva, ibbażata fuq l-esperjenza miksuba u, b'mod partikolari, fuq ir-rapporti u l-istatistika provduti fis-sens tal-paragrafu 1 u 2. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha, fl-istess waqt, tippreżenta proposta għall-emendar ta' din id-Direttiva, filwaqt li tieħu kont xieraq tal-eżitu tal-evalwazzjoni. [Em. 41]
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 19
Id-destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali tal-pulizija (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60).
Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu tat-tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).
Direttiva 2014/42/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta'April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi u qligħ mill-kriminalità fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39).
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.