Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/2196(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0246/2014

Testi mressqa :

A7-0246/2014

Dibattiti :

PV 02/04/2014 - 24
CRE 02/04/2014 - 24

Votazzjonijiet :

PV 03/04/2014 - 7.13
CRE 03/04/2014 - 7.13
PV 16/04/2014 - 7.33
CRE 16/04/2014 - 7.33
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0289
P7_TA(2014)0428

Testi adottati
PDF 661kWORD 79k
L-Erbgħa, 16 ta' April 2014 - Strasburgu
Kwittanza 2012: Il-Parlament Ewropew
P7_TA(2014)0428A7-0246/2014

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni(1) dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima I – Parlament Ewropew (COM(2013)0570 – C7‑0274/2013 – 2013/2196(DEC))

Il-Parlament Ewropew,,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012(2),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2013)0570 – C7‑0274/2013)(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja - Taqsima I – Il-Parlament Ewropew - Sena Finanzjarja 2012(4),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2012,

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(5),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(6) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2012, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7), u b'mod partikolari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 166(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, skont liema artikolu kull Istituzzjoni tal-Unjoni għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex twettaq l-osservazzjonijiet li jakkompanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2011 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2012 – it-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX u X(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar l-estimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2012 - Taqsima I - Il-Parlament Ewropew(11),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77, l-Artikolu 80(3) u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0246/2014),

A.  billi fl-4 ta' Lulju 2013 il-President adotta l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2012;

B.  billi fiċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet definittivi, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Parlament afferma l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Parlament fl-aspetti materjali kollha, u li ma waslet għall-attenzjoni tiegħu l-ebda kwistjoni li dwarha jesprimi riżerva;

C.  billi s-Segretarju Ġenerali ċċertifika, fis-6 ta' Settembru 2013, l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li l-baġit tal-Parlament ġie implimentat skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u li l-qafas ta' kontroll stabbilit joffri l-garanziji neċessarji dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħtu;

D.  billi s-Segretarju Ġenerali ċċertifika wkoll li mhuwiex konxju dwar kwalunkwe fatt li ma ġiex iddikjarat li jista' jagħmel il-ħsara lill-interess tal-istituzzjoni;

E.  billi, permezz tal-awditu tiegħu, il-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li, fir-rigward tal-infiq amministrattiv fl-2012, is-sistemi superviżorji u ta' kontroll applikati minn kull istituzzjoni ssodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju u li minn 151 tranżazzjoni awditjati mill-Qorti, waħda kienet żbaljata filwaqt li l-Qorti testima li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli hija ta' 0 %;

F.  billi, f’konformità mal-proċedura tas-soltu, intbagħat kwestjonarju lill-amministrazzjoni tal-Parlament u t-tweġibiet waslu u ġew diskussi mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, fil-preżenza tas-Segretarju-Ġenerali u l-Awditur Intern;

G.  billi l-proċedura ta' kwittanza annwali tal-Parlament tagħti valur miżjud peress li tinvolvi eżami komprensiv tal-kontijiet, fejn l-objettiv hu li l-Parlament ikun jista' jissodisfa r-responsabbiltà tiegħu għaċ-ċittadini tal-Unjoni u jaġixxi b'mod kompletament trasparenti billi jtihom idea dettaljata dwar il-ġestjoni finanzjarja tiegħu; billi, ukoll, ħaqqu l-opportunità għal awtokritika u li jitjieb f'dawk l-oqsma fejn hemm lok għal titjib f'termini ta' kwalità, effiċjenza, u effikaċja fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u b'hekk ta' flus il-kontribwenti;

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja Parlamentari għall-2012

Valur miżjud tal-proċedura ta' kwittanza tal-Parlament

1.  Jenfasizza l-valur miżjud tal-proċedura parlamentari li twassal għall-kwittanza annwali tal-Parlament;

2.  Jindika li din ir-riżoluzzjoni tibqa' prinċipalment ikkonċentrata fuq l-implimentazzjoni tal-baġit u fuq il-kwittanza tiegħu għas-sena finanzjarja 2012 u li l-objettiv ewlieni tagħha huwa dak li tiżgura li l-flus pubbliċi tal-kontribwenti jintużaw bl-aħjar mod possibbli filwaqt li tagħmel enfasi fuq fejn jista' jsir titjib; iħeġġeġ lill-entitajiet responsabbli tal-Parlament jibqgħu jtejbu, fil-livelli kollha possibbli, l-effiċjenza fil-ħidma ta' kuljum tal-Parlament;

3.  Jerġa' jitlob lill-Bureau jiddistribwixxi iktar 'White Papers' dwar il-kwistjonijiet ta' politika lill-Membri kollha li jwassal biex il-punti ta' politika jiġu diskussi fi ħdan il-gruppi politiċi qabel ma tittieħed deċiżjoni finali;

4.  Josserva li l-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2012 ammonta għal EUR 148 200 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, li minnhom EUR 1 718 miljun intużaw għall-baġit tal-Parlament; josserva, barra minn hekk, li din iċ-ċifra tirrappreżenta ftit aktar minn 1 % tal-baġit ġenerali tal-Unjoni u tammonta għal inqas minn 20 % tal-ammont ta' EUR 8 278 miljun allokati għall-ispejjeż amministrattivi tal-istituzzjonijiet tal-UE kollha kemm huma għall-2012; josserva li dan hu konformi mal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, u l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja soda biex jiġi kopert l-infiq fuq il-bini u l-infrastruttura, il-pagi u l-pensjonijiet tal-persunal, it-teknoloġija tal-informatika, u s-sigurtà;

5.  Josserva li fil-baġit tal-Parlament, l-erba' kapitoli ewlenin kienu l-Kapitolu 10 (Membri tal-Istituzzjoni), il-Kapitolu 12 (Uffiċjali u persunal temporanju), il-Kapitolu 20 (Bini u nefqiet relatati) u l-Kapitolu 42 (Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari) li koprew 70 % tal-impenji totali;

6.  Jinnota li l-approprjazzjonijiet awtorizzati fil-baġit finali tal-Parlament għall-2012 kienu jammontaw għal EUR 1 717 868 121, li jirrapreżentaw 1.9 % żieda fuq il-baġit tal-2011 (EUR 1 685 829 393), u jinnota wkoll li ma tressaq l-ebda baġit ta' emenda bħal fl-2011; hu tal-fehma li l-Parlament wera r-responsabbiltà baġitarja tiegħu u l-limitazzjoni proprja billi baqa' taħt ir-rata ta' inflazzjoni ta' 2,6 % fl-2012; jistenna li għall-baġit tal-2015 se tkun prevalenti l-limitazzjoni proprja billi l-baġit jinżamm taħt l-20 % tal-Kapitolu 5;

7.  Jindika li fl-2012, 99 % (93 % fl-2011) tal-approprjazzjonijiet definittivi attwali ġew impenjati, b'rata ta' kanċellazzjoni ta' 1 % (6 % fl-2011) u li, bħal fis-snin preċedenti, inkiseb livell għoli ta' implimentazzjoni baġitarja, minkejja li din kienet influwenzata mit-trasferiment ta' tmiem is-sena tal-fondi li ma ntefqux fuq it-talba tal-Grupp Konġunt ta' Ħidma tal-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits u opinjoni pożittiva min-naħa tal-Kumitat għall-Baġits;

Ir-rapport tal-Parlament dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

8.  Josserva li d-dħul totali li ddaħħal fil-kontijiet tal-Parlament fil-31 ta' Diċembru 2012 ammonta għal EUR 175 541 860 fl-2012 (EUR 173 293 432 fl-2011) li kienu jinkludu EUR 22 274 843 (EUR 23 815 077 fl-2011) fi dħul assenjat;

9.  Josserva li l-Parlament iddeċieda li jwettaq trasferiment ta' tlaqqit ta' tmiem is-sena minn diversi linji baġitarji li ammontaw għal EUR 45 000 000 f'fondi li ma ntefqux li kienu intiżi għat-tieni pagament akkont tal-akkwist tal-Bini Trebel fi Brussell (EUR 35 000 000) u l-bini tal-Bini KAD il-ġdid fil-Lussemburgu; jifhem li dan irriżulta fi ffrankar ta' madwar EUR 10,4 miljun fi spejjeż ta' finanzjament mill-perjodi ta' bini u amortizzament ta' self; jiddeplora, madankollu, il-fatt li l-Parlament ripetutement talab li fl-interess taċ-ċarezza baġitarja, l-infiq fuq il-bini għandu jiddaħħal fil-baġit minflok li jiġi ffinanzjat minn trasferiment ta' tlaqqit kif mitlub f'bosta riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti;

Il-kontijiet tal-Parlament tal-2012

10.  Jikkonstata li ċ-ċifri ta' għeluq tal-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2012 huma ppreżentati kif ġej:

(a)  Approprjazzjonijiet disponibbli (EUR)

approprjazzjonijiet għall-2012:

1 717 868 121

riporti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2011:

21 700 000

riporti awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2011:

222 900 384

approprjazzjonijiet korrispondenti għad-dħul assenjat għall-2012:

22 274 843

riporti korrispondenti għad-dħul assenjat għall-2011:

107 592 247

Total:

2 092 335 595

(b)  Użu tal-approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2012 (EUR)

impenji:

2 061 149 089

pagamenti mwettqa:

1 623 172 878

approprjazzjonijiet riportati awtomatikament inkluż dawk li ġejjin mid-dħul assenjat:

412 253 714

approprjazzjonijiet riportati mhux awtomatikament:

0

approprjazzjonijiet ikkanċellati:

55 790 384

(c)  Dħul baġitarju (EUR)

irċevut fl-2012:

175 541 860

(d)  Total tal-Karta tal-Bilanċi fil-31 ta' Diċembru 2012 (EUR)

1 539 591 147

11.  Jindika ż-żieda sinifikanti ta' riporti lejn l-2012 (EUR 244,600,384) u jħeġġeġ li jitjieb l-ippjanar tan-nefqa;

12.  Josserva li, fiċ-ċertifikazzjoni tiegħu tal-kontijiet definittivi, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Parlament iddikjara l-assigurazzjoni raġonevoli tiegħu li l-kontijiet jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Parlament fl-aspetti materjali kollha; jinnota wkoll l-osservazzjoni tiegħu dwar il-fatt li ma ġiet imressqa għall-attenzjoni tiegħu l-ebda kwistjoni li titlob riserva;

13.  Ifakkar fid-deċiżjoni tal-President tiegħu fl-4 ta' Lulju 2013 dwar l-adozzjoni tal-kontijiet għas-sena finanzjarja 2012;

L-opinjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-2012 u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti ta' dawk il-kontijiet

14.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet, fil-valutazzjoni speċifika li wettqet tan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor b'mod globali, li l-ittestjar ta' tranżazzjonijiet jindika li l-iżball l-iktar probabbli preżenti fil-popolazzjoni huwa żero u li s-sistemi superviżorji u ta' kontroll tal-infiq amministrattiv ġew ivvalutati bħala effikaċi; jilqa', barra minn hekk, il-fatt li l-awditu li twettaq mill-Qorti tal-Awdituri jindika li l-pagamenti fl-2012 tal-infiq aċċettat ma ġewx affettwati minn livell ta' żball materjali; jinnota li l-awditu inkluda eżami ta' kampjun ta' 151 tranżazzjoni ta' pagament - 91 pagament ta' pagi, pensjonijiet u allowances marbuta u 60 pagament għal kuntratti marbuta ma' bini u nfiq ieħor - kontra 56 pagamanet awditjati fl-2011;

15.  Josserva li n-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor jinkludu n-nefqa fuq riżorsi umani (pagi, allowances u pensjonijiet), li tammonta għal 60 % tat-total tan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor, u n-nefqa fuq bini, tagħmir, enerġija, komunikazzjoni, u teknoloġija tal-informatika hija meqjusa bħala qasam b'riskju baxx; jindika li skont il-Qorti tal-Awdituri, ir-riskji prinċipali fir-rigward tan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor huma n-nuqqas ta’ konformità mal-proċeduri għall-akkwist, għall-implimentazzjoni ta' kuntratti, għar-reklutaġġ u għall-kalkolu tal-pagi u tal-allowances;

Reklutaġġ ta' persunal temporanju u kuntrattwali

16.  Jinnota b'sodisfazzjoni li l-awditu li twettaq mill-Qorti tal-Awdituri ta' 15-il proċedura ta' reklutaġġ fil-Parlament fl-2012 ma żvela l-ebda żball jew dgħjufija; jistieden, madankollu, lis-Segretarju-Ġenerali japplika strettament ir-regoli applikabbli għall-ħatra jew il-promozzjoni tal-persunal b'mod ġenerali, u b'mod partikolari dawk f'pożizzjonijiet maniġerjali;

Akkwisti

17.  Josserva li l-awditu li twettaq mill-Qorti tal-Awdituri eżamina 18 mill-proċeduri ta' akkwist tal-Parlament; jenfasizza li l-Qorti tal-Awdituri sabet nuqqasijiet fl-applikazzjoni ta' kriterju ta' għoti f'każ wieħed u fil-ġestjoni u d-dokumentazzjoni tal-proċedura ta' akkwist f'każ ieħor;

18.  Jirrakkomanda li l-uffiċjali awtorizzanti jtejbu d-disinn, il-koordinazzjoni u r-rendiment tal-qafas u l-proċeduri ta' akkwist tal-Parlament permezz ta' kontrolli xierqa u gwida iktar ċara; josserva li l-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid u r-Regoli ta' Applikazzjoni tiegħu għandhom ikunu akkumpanjati mid-disinn ta' mudelli ġodda għal kuntratti u inviti għal offerti, kif ukoll l-iżvilupp ta' korsijiet ta' taħriġ speċifiku dwar kif għandhom jiġu definiti u applikati l-kriterji tal-għażla u tal-għoti;

19.  Jappoġġa t-tweġibiet mogħtija mill-Parlament fil-proċedura kontradittorja mal-Qorti tal-Awdituri;

Rieżami tal-progress tal-Qorti tal-Awdituri fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet li sar f'rapporti annwali preċedenti

Eżekuzzjoni ta' verifiki ex-ante fuq il-proċeduri ta' reklutaġġ

20.  Ifakkar fil-konstatazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri skont liema, fil-proċeduri ta' reklutaġġ tal-assistenti parlamentari akkreditati (APA), il-fajl ma kien fih l-ebda dokument li juri li kienu ġew eżegwiti kontrolli ex-ante fuq id-dokumenti ta' reklutaġġ; jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri tikkunsidra li l-Parlament implimenta b'mod sħiħ ir-rakkomandazzjoni tagħha biex jiżgura li d-dokumentazzjoni xierqa issa tiġi stabbilita u li issa d-dokumentazzjoni sottostanti għal dawk il-verifiki qed tinżamm biex tiġġustifika d-deċiżjonijiet ta' reklutaġġ ta' persunal temporanju u kuntrattwali; jistieden lis-Segretarju-Ġenerali jinforma lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu sa Settembru 2014 bl-effikaċja tal-miżuri meħuda inklużi dawk ibbażati fuq is-sejbiet tal-Awditur Intern, ukoll fid-dawl tar-reklutaġġ ta' bosta assistenti parlamentari (APAs) ġodda wara l-elezzjonijiet;

Akkwisti

21.  Jiddispjaċih li l-eżami li twettaq mill-Qorti tal-Awdituri tal-kampjun tal-proċeduri ta' akkwist wera li għad hemm żbalji fid-disinn, il-koordinazzjoni u r-rendiment tal-proċeduri ta' akkwist u li, għalhekk, l-analiżi mwettqa mill-Qorti tal-Awdituri tal-progress li sar turi li r-rakkomandazzjoni preċedenti tagħha għadha, fil-biċċa l-kbira tagħha, qed tiġi implimentata; itenni s-sejħa tiegħu biex jiġi żgurat progress reali, mingħajr iktar dewmien, fil-mekkaniżmi ta' kontroll kollha għall-akkwist pubbliku sabiex jingħelbu n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll biex jiġu garantiti l-iktar prezzijiet kompetittivi għall-prodotti u s-servizzi akkwistati;

Pagament ta' allowances u benefiċċji soċjali lill-membri tal-persunal

22.  Ifakkar fis-sejba speċifika tal-Qorti tal-Awdituri rigward l-informazzjoni disponibbli lis-servizzi tal-Parlament dwar is-sitwazzjoni tal-membri tal-persunal; jinsab sodisfatt li l-awditu tal-Qorti tal-Awdituri ma wera l-ebda dgħjufija iżda wera li għad hemm ir-riskju li jsiru pagamenti żbaljati jew żejda; jinnota, barra minn hekk, li l-Parlament ħa miżuri fl-2012 li tejbu dejjem iktar ir-rata ta' reazzjoni għall-proċedura annwali tal-verifika elettronika u l-aġġornament ta' data personali tal-membri tal-persunal u li, fejn meħtieġ, id-dikjarazzjonijiet tal-membri tal-persunal huma akkumpanjati minn dokumenti ta' sostenn xierqa;

Rapport annwali tal-Awditur Intern

23.  Josserva li, fil-laqgħa tal-kumitat kompetenti tal-21 ta' Jannar 2014 mal-Awditur Intern, dan tal-aħħar ippreżenta r-rapport annwali tiegħu ffirmat fit-12 ta' Lulju 2013 li fih indika li, fl-2012, wettaq l-eżerċizzju ta' awditjar li ġej fuq l-amministrazzjoni tal-Parlament:

   konsultazzjoni mas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) dwar il-proċess għall-għażla tat-telefowns ToIP(12);
   segwitu trasversali ta' azzjonijiet pendenti mir-Rapporti tal-Awditjar Intern - Fażi I 2012;
   segwitu trasversali ta' azzjonijiet pendenti mir-Rapporti tal-Awditjar Intern - Fażi II 2012;
   awditu ta' APAs impjegati bħala aġenti oħra tal-Unjoni;
   awditu tal-Proċess tal-Kontabilità bbażata fuq id-Dovuti;
   segwitu tal-Awditjar tal-Politika Immobiljari: Ippjanar, Valutazzjoni & Ġestjoni tal-Ħtiġijiet ta' Akkomodazzjoni;

24.  Jindika li fost l-aktar konklużjonijiet sinifikanti stabbiliti fir-rapport annwali tal-Awditur Intern insibu dawn l-aspetti li ġejjin:

   li r-regolarizzazzjoni tal-infiq minn ċerti fondi tal-imprest permanenti (Uffiċċji ta' Informazzjoni & l-Ivvjaġġar tal-Membri) tibqa' soġġetta għal dewmien sinifikanti;
   li sar progress fil-qasam tal-kontribuzzjonijiet lill-partiti politiċi u lill-fondazzjonijiet fil-livell Ewropew;
   li l-impenn ta' konsultazzjoni tal-IAS dwar il-proċess għall-għażla tat-telefowns ToIP sab nuqqasijiet fil-formalizzazzjoni tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-proġett ToIP, li dwaru d-DĠ ITEC indika li diġà kien qed jieħu l-passi neċessarji biex jimmitiga kwalunkwe riskju relatat;
   li ttieħdu passi importanti fil-qasam tal-Governanza tal-IT u l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tal-IT, speċjalment avvanzi metodoloġiċi tad-DĠ ITEC fl-iżvilupp ta' applikazzjonijiet;
   li l-ewwel segwitu għall-awditu tal-Gruppi ta' Viżitaturi wera li l-azzjonijiet kollha għadhom miftuħin, minkejja li hemm tnaqqis parzjali fir-riskju residwu relatat;
   li ħames azzjonijiet pendenti għal liema l-miżuri meħtieġa jmorru lil hinn mis-setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet tad-Direttorati Ġenerali kkonċernati issa qegħdin f'idejn awtorità ta' livell ogħla għal riżoluzzjoni;

25.  Josserva u jappoġġa l-fehmiet espressi mill-Awditur Intern rigward is-"Segwitu tal-Awditjar tal-politika immobiljari: Ippjanar, valutazzjoni & ġestjoni tal-ħtiġijiet ta' akkomodazzjoni" sabiex:

   jiġi definit l-ippjanar tal-ħtiġijiet ta' akkomodazzjoni fuq terminu medju u twil, marbut mat-tkabbir previst tal-popolazzjoni tal-okkupanti tal-ispazju għall-uffiċċji;
   issir allokazzjoni ta' spazju għall-uffiċċji abbażi ta' kriterji li jsir qbil dwarhom fil-livell istituzzjonali u l-eżistenza ta' regoli u proċeduri li jiffaċilitaw l-infurzar ta' dawn il-kriterji; u
   jiġi implimentat l-użu effiċjenti u effikaċi tal-ispazju għall-uffiċċji;

26.  Josserva u jappoġġa l-fehmiet espressi mill-Awditur Intern rigward l-"Awditu ta' Assistenti Parlamentari Akkreditati impjegati bħala aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej" li globalment, l-ambjent ta' kontroll u l-attivitajiet ta' kontroll fid-DĠs għall-Persunal u l-Finanzi jagħtu assigurazzjonijiet raġonevoli li l-APAs huma reklutati b'konformità mar-regoli statutorji u li l-intitolamenti finanzjarji huma mħallsa korrettament mill-Allowance tal-assistenza parlamentari tal-Membri (PAA); jitlob liż-żewġ DĠ jiżguraw li dawn il-garanziji jsiru stabbli u mingħajr l-ebda dubju bi kwalunkwe mezz meħtieġ;

27.  Jieħu nota tal-fatt li fl-2012, kien meħtieġ trasferiment mis-subpartita għall-assistenti lokali (partita 4220-01) għas-subpartita 4220-02 (Assistenti akkreditati) ta' EUR 7,3 miljun u s-subpartita 4220-01 tnaqqas b'total ta' EUR 14,1 miljun (14,3 %), li rriżulta minn estimi ħżiena tal-ħtiġijiet kemm għall-assistenti lokali kif ukoll għall-assistenti akkreditati, minkejja li l-għadd ta' assistenti akkreditati żdied biss bi ftit fl-2012 meta mqabbel mal-2011; jemmen li fil-futur, estimi mtejba tal-ħtiġijiet għal dawn is-subpartiti se jkunu meħtieġa biex jiġu rrispettati l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u biex tkun possibbli reazzjoni għall-ħtiġijiet reali;

28.  Josserva, madankollu, li sabiex jiġu sodisfatti l-objettivi ta' kontroll intern b'mod sħiħ u konsistenti u biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta mhux biss tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament u r-regoli rilevanti li jirriżultaw minn dawn, adottati mill-entitajiet kompetenti tal-Parlament iżda wkoll ir-Regolament Finanzjarju, hemm lok għal iktar tisħiħ ta' ċerti proċeduri ta' ġestjoni u kontroll li jinvolvu esponiment moderat għal riskju residwu u rigward l-oqsma li ġejjin:

   l-iżgurar, fil-ħin, ta' informazzjoni regolari għall-APAs dwar kwalunkwe aġġornament jew bidla għar-regoli applikabbli tagħhom u r-regoli applikabbli tagħhom b'analoġija, u l-preżentazzjoni lir-rappreżentanti tagħhom ta' rapport motivat dwar dawn il-bidliet jew l-aġġornament tagħhom sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-prinċipji ta' trattament u opportunitajiet ugwali;
   l-iżgurar ta' rappurtar lill-Membri u lill-APAs fil-ħin u b'mod adegwat dwar id-drittijiet u d-dmirijiet ta' xogħol marbuta ma' tmiem il-kuntratti tal-APAs (drittijiet għal-liv, għall-qgħad, għall-pensjoni, eċċ);
   it-titjib tal-kontrolli interni biex jiġi monitorjat l-użu tal-PAA;
   l-iżgurar ta' amministrazzjoni iktar effiċjenti u b'inqas intoppi għar-reklutaġġ ta' APAs ġodda wara l-elezzjonijiet tal-2014 permezz ta' ppjanar bikri u l-għoti ta' riżorsi meħtieġa, b'mod partikolari tar-riżorsi umani, u l-garanzija ta' assistenza kontinwa lill-Membri eletti għall-mandat il-ġdid billi jiġi żgurat li ma jkunx hemm pawżi fil-kuntratti tal-APAs li jkomplu jagħtu l-assistenza;

29.  Ifakkar għal darb'oħra li, wara ħames snin tal-implimentazzjoni tal-Istatut għall-Assistenti l-ġdid, hu meħtieġ li titwettaq evalwazzjoni sħiħa ta' dan l-Istatut inklużi l-adattamenti possibbli tar-regoli mill-iktar fis possibbli;

Awditjar tal-Qafas ta' Kontroll Intern

30.  Ifakkar li fl-2003 u fl-2004 r-rieżami oriġinali tal-Qafas ta' Kontroll Intern ta lok għal 14-il rapport ta' awditjar li koprew id-dipartimenti kollha u s-servizzi ċentrali u li kien fihom 452 azzjoni li kien hemm qbil dwarhom immirati lejn it-titjib tal-livelli kumplessivi ta':

   ir-rispett tal-istandards minimi ta' kontroll intern tal-istituzzjoni;
   il-kisba tal-objettivi ta' kontroll ewlenin tal-istituzzjoni (konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-politiki applikabbli; l-affidabbiltà tal-informazzjoni ta' ġestjoni u reġistrazzjoni; u l-ekonomija, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet);

"Azzjonijiet pendenti" li baqa'

31.  Josserva li fi tmiem l-2012, wara awditi ta' segwitu suċċessivi, 15-il azzjoni baqgħu ma tlestewx minn 452 azzjoni ta' qafas tal-kontroll intern li kien sar qbil dwarhom inizjalment; jieħu nota tal-konklużjoni tal-Awditur Intern li għal żewġ DĠs (Finanzi u Infrastruttura u Loġistika), kien hemm titjib evidenti fil-proċessi ta' akkwist pubbliku;

32.  Josserva l-proċess trasversali u ta' monitoraġġ tal-Awditu Intern għas-segwitu ta' azzjonijiet miftiehma mir-rapporti tiegħu li fih kull kompitu ta' segwitu huwa trasversali, u jkopri b'mod simultanju l-azzjonijiet pendenti kollha li għandhom jiġu implimentati; jinnota, barra minn hekk, li l-kompiti issa qegħdin jitwettqu kull sentejn, b'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-10 ta' Mejju 2011 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2009;

33.  Josserva li sa tmiem l-2012, l-Awditur Intern innota li 73 azzjoni kienu għadhom ma ġewx implimentati, inklużi żewġ azzjonijiet kritiċi, 35 azzjoni ta' riskju sinifikanti u 36 azzjoni ta' riskju moderat; jinnota b'sodisfazzjon li fl-2012, 80 azzjoni ġew implimentati b'mod sħiħ u għalhekk ingħalqu, inklużi żewġ azzjonijiet kritiċi; iħeġġeġ lid-Direttorati Ġenerali tiegħu kollha kkonċernati biex ikomplu bl-isforzi tagħhom biex itejbu l-proċeduri ta' ġestjoni u ta' kontroll rispettivi tagħhom; jistieden lill-Awditur Intern sabiex jistabbilixxi skedi ta’ żmien aktar stretti dwar l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati; jistieden lill-Awditur Intern iżomm lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit infurmat dwar l-azzjonijiet pendenti kollha tar-rieżami oriġinali tal-Qafas ta' Kontroll Intern; itenni t-talba tiegħu lit-tmexxija dipartimentali u ċentrali biex jimplimentaw l-"azzjonijiet pendenti" li baqa' qabel it-tmiem tal-leġiżlatura attwali;

34.  Josserva l-konklużjonijiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern li l-proċess ta' segwitu tal-2012 wera titjib globali evidenti, bl-għeluq ta' 80 mill-153 azzjoni pendenti validati kif ukoll tnaqqis fl-għadd ta' azzjonijiet kritiċi ta' riskju għoli (minn tmienja għal tlieta); jinsab imħasseb, madankollu, dwar l-għadd relattivament kbir ta' 73 azzjoni skaduta li ġew riportati għall-2013; jagħraf li l-profil ta' riskju li għandu l-Parlament għall-azzjonijiet pendenti fi tmiem is-sena juri proporzjon ta' azzjonijiet fil-kategorija ta' riskju moderat ikbar minn dak fil-bidu tal-2012, li jindika li kien hemm progress fis-servizzi, anki f'oqsma fejn l-azzjonijiet għadhom ma ngħalqux;

Segwitu mogħti mis-Segretarju Ġenerali għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza tal-2011

35.  Jieħu nota tat-tweġibiet bil-miktub għar-riżoluzzjoni tal-kwittanza tal-2011 mogħtija lill-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju fil-25 ta' Ottubru 2013 li jfisser li waslu qabel il-bidu tal-eżerċizzju tal-kwittanza tal-2012; jilqa' l-preżentazzjoni sussegwenti tas-Segretarju Ġenerali tat-tweġibiet u s-segwitu tal-amministrazzjoni tal-Parlament fil-25 ta' Novembru 2013 għad-diversi mistoqsijiet u talbiet tar-riżoluzzjoni tal-kwittanza tal-Parlament tal-2011 u l-iskambju ta' fehmiet mal-Membri li kienu qegħdin isegwu;

36.  Jilqa' l-fatt li mill-2011, saru bidliet sinifikanti fis-servizzi tat-traduzzjoni u tal-interpretazzjoni tal-Parlament; jagħraf li tul dan il-proċess, l-effiċjenza tista' tiżdied b'mod konsiderevoli u sussegwentement, jitnaqqsu l-finanzi, filwaqt li jinżammu l-kwalità u l-offerta għall-Membri; josserva li fil-qafas ta' politika ta' multilingwiżmu sħiħa effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, it-traduzzjoni fuq talba ta' rapporti verbatim ta' proċedimenti u ta' mistoqsijiet bil-miktub waslet għal tnaqqis fit-traduzzjoni esterna ta' EUR 11 miljun fuq bażi permanenti;

37.  Ifakkar fit-tieni deċiżjoni meħuda mill-Bureau fit-12 ta' Marzu 2012 dwar multilingwiżmu sħiħ u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi li pprevediet li d-delegazzjonijiet li jeħtieġu derogi għall-ivvjaġġar waqt il-ġimgħat tal-Kumitati jingħataw biss reġim ta' lingwa limitat li ma jaqbiżx l-interpretazzjoni għal lingwa waħda; josserva li minħabba din il-miżura, l-għadd ta' missjonijiet li saru waqt dawn il-ġimgħat iddedikati għall-attivitajiet parlamentari esterni żdied minn 36 % tal-missjonijiet kollha fl-2011 għal 46 % fl-2012, filwaqt li l-għadd ta' jiem ta' missjoni għall-interpreti naqas bi 23 % bejn l-2011 u l-2012;

38.  Jinnota d-deċiżjoni sussegwenti mis-Segretarju Ġenerali fit-23 ta' Marzu 2013 li tipprevedi li kull nhar ta' Tlieta u kull nhar ta' Erbgħa tal-ġimgħat tal-Kumitati huma riżervati esklużivament għal laqgħat tal-kumitati u għal trilogi; josserva b'mod pożittiv li dawn il-miżuri rriżultaw fit-tnaqqis fis-sehem li għandhom l-ispejjeż tal-interpretazzjoni esterna fil-baġit totali tal-Parlament minn 3,5 % fl-2011 għal 2,6 % fl-2012; jemmen li l-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba jeħtieġ li jkun japplika għall-interpretazzjoni wkoll, u li bil-ħsieb li jiġi żgurat l-aħjar valur għall-flus għall-kontribwenti tal-Unjoni, għandha titwettaq analiżi kritika kontinwament biex tevalwa fejn u kif tista' tittejjeb l-effiċjenza u kif jistgħu jiġu kkontrollati jew limitati l-ispejjeż; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippubblika r-rapport annwali għall-applikazzjoni tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Multilingwiżmu għall-Membri tal-kumitat responsabbli;

39.  Josserva t-tweġiba tas-Segretarju Ġenerali li tindika li n-nefqa għall-premju LUX tnaqqset, kif kien propost mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u saret votazzjoni dwarha fil-plenarja fir-rapport tal-kwittanza għall-2010, jinnota li ttieħdu għadd ta' miżuri konkreti sabiex tiġi minimizzata n-nefqa fuq il-Premju LUX, b'mod partikolari billi jitnaqqsu l-ispejjeż relatati mal-attivitajiet ta' promozzjoni fil-festivals internazzjonali u fi ħdan il-bini tal-Parlament; josserva li n-nefqa fuq il-Premju LUX fl-2012 kienet ta' EUR 434 421, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 24 % meta mqabbel mal-2011 (EUR 573 722); jitlob li jinstabu effiċjenzi ulterjuri;

40.  Jikkunsidra li l-premijiet mhumiex attività ewlenija tal-Parlament u jitlob li ssir analiżi tal-kost-benefiċċju qabel ma tiġi żviluppata kwalunkwe inizjattiva ta' premju ġdida;

41.  Jinnota li fid-dawl tal-ammont dejjem jikber ta' klijenti u l-evoluzzjoni tal-istituzzjoni, il-Bureau adotta, fil-laqgħa tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2013, strateġija komprensiva li tistabbilixxi l-orjentazzjonijiet ewlenin għall-politika tal-forniment tal-ikel tal-Parlament sal-2019; ifakkar fil-fatt li l-attivitajiet tal-forniment tal-ikel kollha żdiedu b'madwar 150 % mill-2002 għall-2011, minn 1 472 miljun klijent fl-2002 meta mqabbel ma' 3 711-il miljun klijent fl-2011; josserva li s-servizz tal-forniment tal-ikel tal-Parlament għadu mmarkat minn defiċit operattiv li m'għandux ikun hemm kumpens għalih esklużivament b'żieda fil-prezzijiet; jinnota li l-politika tal-prezzijiet fil-Parlament għandha tibqa' tikkonforma mal-istituzzjonijiet l-oħrajn u li l-Parlament qiegħed f'pożizzjoni aħjar biex jikseb kundizzjonijiet imtejba għall-kuntratturi u l-ekonomiji ta' skala f'dawk l-operazzjonijiet, billi jitqies l-għadd ta' klijenti li jiġu servuti;

42.  Jinnota li bosta talbiet li saru fir-rapporti ta' kwittanza annwali appoġġati mill-plenarja tal-Parlament ma ġew issodisfati; jinnota li s-Segretarju-Ġenerali jsostni li dawn it-talbiet jaqgħu taħt l-ambitu tal-Bureau tal-Parlament jew tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament; jinsisti li t-talbiet tal-plenarja li saru fir-rapporti ta' kwittanza annwali huma implimentati b'mod sħiħ;

Il-kwittanza tal-Parlament tal-2012

43.  Jinnota li l-kamp ta' applikazzjoni tal-proċedura tal-kwittanza m'għandux ikopri biss l-implimentazzjoni baġitarja u l-attivitajiet maniġerjali tas-Segretarju Ġenerali u l-Amministrazzjoni għas-sena finanzjarja 2012, iżda wkoll id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-korpi ta' governanza tiegħu, jiġifieri l-President, il-Bureau u l-Konferenza tal-Presidenti; jenfasizza li l-Parlament, fi skrutinju kritiku tal-ġestjoni finanzjarja tal-istituzzjoni, jagħti l-kwittanza mhux lis-Segretarju Ġenerali iżda lill-President tiegħu;

44.  Jilqa', f'dan ir-rigward, il-kwalità tal-iskambju ta' fehmiet bejn is-Segretarju Ġenerali u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fil-preżenza tal-Awditur Intern, fil-21 ta' Jannar 2014 fil-kuntest tal-kwittanza tal-Parlament tal-2012; itenni li l-korpi governattivi u l-amministrazzjoni tal-Parlament huma responsabbli tul dan il-proċess u li hu għalhekk essenzjali biex issir il-proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod kompletament trasparenti biex jiżguraw li ċ-ċittadini tal-Unjoni jingħataw stampa reali u preċiża ta' kif il-Parlament jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u juża r-riżorsi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu; jitlob, għaldaqstant, li l-aġendi għal-laqgħat ta', u d-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Parlament jiġu kkomunikati mingħajr dewmien kemm lill-Membri kif ukoll lill-persunal tal-Parlament b'mod globali u lill-pubbliku ġenerali;

45.  Jindika li r-referenzi ewlenin, ħielsa minn kwalunkwe kunsiderazzjoni politika, għall-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament l-ewwel għandhom jinkludu l-opinjoni tal-awditur indipendenti estern tiegħu u t-tieni, l-opinjoni mogħtija mill-Awditur Intern tal-Parlament u l-valutazzjoni tiegħu tas-sistema ta' kontroll intern tal-Parlament; itenni s-sodisfazzjon tiegħu bl-opinjoni pożittiva tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-Parlament u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti ta' dawk il-kontijiet;

46.  Ifakkar li l-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Parlament rigward l-interessi finanzjarji u l-kunflitti ta' interess, adottat mill-plenarja fl-1 ta' Diċembru 2011, jirrikjedi li l-Membri jiżvelaw kompletament kwalunkwe attività mħallsa barra l-Parlament, il-pagament li jirċievu u kwalunkwe funzjoni oħra li jwettqu li tista' twassal għal kunflitti ta' interess u li, b'mod espliċitu, il-kodiċi jipprojbixxi lill-Membri milli jaċċettaw kwalunkwe somma ta' flus jew rigal ieħor bi skambju għall-influwenza fuq id-deċiżjonijiet tal-Parlament; josserva li jistabbilixxi regoli ċari dwar l-aċċettazzjoni ta' rigali u dwar ex Membri li jinvolvu ruħhom fl-attivitajiet ta' lobbying; jitlob li l-amministrazzjoni tiskrutinizza tal-inqas 15 % ta' dawn id-dikjarazzjonijiet fuq bażi regolari u annwali;

47.  Jinnota li l-miżuri ta' implimentazzjoni għall-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri ġew adottati mill-Bureau fil-15 ta' April 2013; jinnota b'sodisfazzjon li l-miżuri ta' implimentazzjoni rigward l-Artikolu 5(3), biex tiġi żgurata t-trasparenza fir-rigward tan-nefqiet fuq l-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u s-sussistenza tal-Membri, imħallsa minn partijiet terzi, fis-seħħ mill-1 ta' Lulju 2013, jistipulaw li r-rimborż kollu għan-nefqiet ta' vvjaġġar, akkomodazzjoni u sussistenza koperti minn partijiet terzi għall-attendenza ta' Membri f'avvenimenti organizzati minn partijiet terzi għandu jiġi ddikjarat; jinnota, barra minn hekk, li jekk ma jsirx tali rimborż, u jitħallsu biss l-ispejjeż ta' ikla, biljett ta' dħul jew simili inqas minn valur ta' EUR 150, m'hemmx bżonn ta' dikjarazzjoni;

48.  Jitlob li l-annessi għall-mistoqsijiet bil-miktub parlamentari (l-Artikolu 117 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament) jiġu ppubblikati flimkien mal-mistoqsijiet ikkonċernati fuq il-websajt tal-Parlament;

49.  Jemmen li l-Parlament huwa l-unika istituzzjoni pubblika Ewropea li tħallas allowance intiża biex tkopri l-ispejjeż tal-amministrazzjoni tal-uffiċċju f'kontijiet bankarji privati u personali mingħajr ma titlob li jinżammu rċevuti jew li tiġi awditjata n-nefqa; jissuspetta li l-Membri kieku jikkritikaw ħafna kwalunkwe entità oħra li tonqos milli tissorvelja l-użu tal-flus pubbliċi b'mod simili; jistieden lis-Segretarju-Ġenerali jipproponi arranġamenti żgħar biex jiżgura li l-Allowance għan-Nefqa Ġenerali tintuża għall-finijiet intiżi u ma tistax tipprovdi dħul privat supplementari lill-Membri;

50.  Jitlob li ssir evalwazzjoni tal-allowance għas-sussistenza għal kull jum għall-Membri rigward l-ammont u l-użu tagħha, jitlob li l-Bureau jirrevedi din il-miżura ta' implimentazzjoni kif xieraq biex jiżgura li din l-allowance tintuża bl-iktar mod kost-effiċjenti possibbli;

L-attivitajiet politiċi tal-President

51.  Jitlob informazzjoni dettaljata dwar kif il-President, bħala persunaġġ politiku newtrali, żamm id-dmirijiet tal-kariga tiegħu separati mill-preparazzjonijiet biex imexxi l-lista tas-Soċjalisti u tad-Demokratiċi fl-elezzjonijiet Ewropej, b'mod partikolari fir-rigward tal-persunal fil-kabinett tiegħu u fl-uffiċċji ta' informazzjoni tal-Parlament u tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar; hu tal-opinjoni li b'rabta ma' bosta minn dawk l-attivitajiet, ma saret l-ebda distinzjoni bejn iż-żewġ rwoli; jitlob segregazzjoni ċara tal-funzjonijiet ta' min ikun fil-kariga, li jsegwi l-approċċ tal-Kummissjoni, sabiex il-kontribwenti tal-Unjoni ma jkollhomx iħallsu għall-kampanji elettorali tal-mexxejja tal-lista Ewropea;

Il-postijiet tax-xogħol tal-Parlament

52.  Jinnota li l-Protokoll 6, anness mat-Trattati, dwar il-post tas-sedi tal-istituzzjonijiet, deċiż bi qbil komuni mill-gvernijiet tal-Istati Membri, jimponi fuq il-Parlament it-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu; josserva l-istedina espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu fis-17 ta' April 2013 dwar il-kwittanza għall-2011(13) biex "is-Segretarju Ġenerali u l-Bureau jipprovdu lill-Membri b'ċifri u informazzjoni aġġornati dwar l-impatt ambjentali u finanzjarju tal-arranġament ta' postijiet tax-xogħol multipli" li segwiet ir-riżoluzzjoni tagħħa tas-6 ta' Frar 2013 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja tal-2014(14) u r-riżoluzzjoni tagħha tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-post tas-sedi tal-Istituzzjonijiet Ewropej(15);

53.  Ifakkar fil-fatt li kien hemm raġunijiet storiċi sinifikanti għad-deċiżjoni li s-sede tal-Parlament jiġi stabbilit u li l-kwistjoni tad-determinazzjoni tas-sede ta' istituzzjoni tal-Unjoni tinsab fil-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri; josserva f'dan ir-rigward li kwalunkwe deċiżjoni biex jinbidel l-arranġament tal-postijiet tax-xogħol tal-Parlament tirrikjedi bidla fit-Trattati, deċiżjoni li trid tittieħed b'mod unanimu mill-Istati Membri;

54.  Josserva li n-nefqa li tirriżulta mid-dispersjoni ġeografika tal-Parlament tikkostitwixxi qasam identifikat importanti ta' ffrankar potenzjali; jilqa' r-rapport tas-Segretarju Ġenerali(16) ta' Awwissu 2013 dwar l-impatt finanzjarju tad-dispersjoni ġeografika tal-Parlament Ewropew; jenfasizza li r-rapport inkluda l-kalkoli tal-parametri li ġejjin:

   l-abbozz ta' baġit tal-2014 intuża bħala l-linja bażi;
   il-kalkoli sottostanti ġew aġġornati fejn kien hemm data iktar reċenti disponibbli (pereżempju, statistika dwar missjonijiet);
   il-metodu tal-valutazzjoni tal-ispejjeż ta' deprezzament ġie adattat biex jirrifletti l-proposta li Brussell ikun l-uniku post tax-xogħol li jnaqqas tali spejjeż;
   spejjeż li jirriżultaw mis-siti ta' Strasburgu u tal-Lussemburgu ġew iddikjarati separatament;
   saru estimi ġodda biex juru kwalunkwe nefqa rikorrenti addizzjonali li tirriżulta minn post tax-xogħol wieħed, kif ukoll, investimenti ta' darba u spejjeż marbuta mal-fużjoni tal-postijiet tax-xogħol;

55.  Jindika li r-rapport juri ffrankar nett teoretiku meta jiġu konsolidati t-tliet postijiet tax-xogħol f'post wieħed, fi Brussell, b'estimi ta' EUR 88,9 miljun fis-sena li jirrappreżentaw madwar 5 % tal-baġit tal-Parlament fl-2014, 1,03 % tal-baġit amministrattiv totali tal-Unjoni, u 0,06 % tal-baġit totali tal-Unjoni; jinnota l-estimi tal-effett nett fuq kull ċittadin tal-Unjoni fis-sena li huwa ta' EUR 0,18 li kieku t-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament kellhom jiġu konsolidati f'post wieħed;

56.  Jindika li r-rapport juri li fużjoni possibbli tal-Lussemburgu u Brussell tirriżulta f'nefqa addizzjonali ta' EUR 14-il miljun fis-sena; jenfasizza l-livell ta' appoġġ kwalitattiv u kwantitattiv differenti rrappurtat mogħti lill-Parlament mill-istati ospitanti; jinnota li dawk l-ispejjeż potenzjali għadhom ma ġewx tradotti f'ekwazzjoni ta' ffrankar potenzjali fir-rigward tal-fatt li Brussell tintuża bħala s-sede unika;

57.  Jenfasizza l-fatt li 10 703 tunnellati ta' emissjonijiet ta' CO2 fis-sena jiġu ffrankati jekk is-Strasburgu (10 235) u l-Lussemburgu (468) ma jibqgħux jintużaw bħala postijiet tax-xogħol; jiddispjaċih dwar il-fatt li dan l-impatt ambjentali tad-dispersjoni tal-Parlament f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju jkopri 11,16 % tal-marka tal-karbonju tal-Parlament fl-2011;

58.  Qiegħed jistenna bil-ħerqa l-pubblikazzjoni tal-istudju tal-Qorti tal-Awdituri biex tingħata analiżi komprensiva tal-iffrankar potenzjali għall-baġit tal-Unjoni li kieku l-Parlament kellu post tax-xogħol wieħed biss, kif mitlub mir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2013 dwar il-post tas-sedi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u jitlob li din l-analiżi tinkludi l-aspetti baġitarji u l-ispejjeż anċillari bħall-iffrankar li jsir permezz tat-tnaqqis fit-telf ta' ħin tax-xogħol u iktar effiċjenza; jitlob li ma jitqisux biss l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għall-persunal tal-Parlament (inkluż il-persunal interim, l-esperti esterni u l-aġenti temporanji) iżda wkoll iż-żieda fl-ispejjeż tal-ivvjaġġar għall-persunal tal-Kummissjoni u l-Kunsill minħabba s-siti multipli;

Ġestjoni tal-amministrazzjoni tal-Parlament: it-tisħiħ tal-effiċjenza operattiva

59.  Jafferma mill-ġdid, li din ir-riżoluzzjoni tibqa' prinċipalment ikkonċentrata fuq l-implimentazzjoni tal-baġit u fuq il-kwittanza tiegħu għas-sena finanzjarja 2012 u li l-objettiv ewlieni tagħha huwa dak li tiżgura li l-flus pubbliċi tal-kontribwenti jintużaw bl-aħjar mod possibbli filwaqt li tagħmel enfasi fuq fejn jista' jsir titjib effiċjenti; jistieden lill-korpi responsabbli tal-Parlament ikomplu jtejbu, fil-livelli kollha possibbli, l-effiċjenza tax-xogħol ta' kuljum tal-Parlament filwaqt li dejjem ikun hemm l-għan li ċ-ċittadini tal-Unjoni jingħataw dejjem servizz aħjar; jistenna li s-Segretarju-Ġenerali jiffoka iktar fuq l-effiċjenza u l-effikaċja tal-infiq fir-rapport tiegħu li jmiss lill-Kumitat għall-Kontrol tal-Baġit;

60.  Hu tal-opinjoni li tul il-mandat leġiżlattiv 2009-2014, f'kuntest ekonomiku u finanzjarju diffiċli, ta' spiss inkiseb iffrankar spontanju u temporanju iżda sinifikanti; jemmen li l-amministrazzjoni tal-Parlament għandha tidentifika miżuri ta' effiċjenza addizzjonali li joffru ffrankar strutturali sistematiku u definittiv, l-ewwel billi jitnaqqas il-baġit tal-Parlament u t-tieni billi jkun jista' jsir il-varar mill-ġdid ta' riżorsi f'oqsma ġodda ta' intervent tal-Parlament, pereżempju fit-tisħiħ tad-dimensjoni tal-iskrutinju dwar l-implimentazzjoni mill-Kummissjoni tal-politiki tal-Unjoni;

61.  Jistieden lill-amministrazzjoni tal-Parlament tikkunsidra li żżid l-użu tat-teknoloġiji disponibbli bħat-telekonferenzi u t-telexogħol sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi u tal-ivvjaġġar; jitlob li titressaq proposta konkreta għall-użu miżjud taż-żewġ teknoloġiji; jestima li l-iffrankar żejjed sinifikanti, mingħajr ma tiġi kompromessa l-kwalità tal-azzjonijiet, jista' jinkiseb u li, minbarra l-vantaġġi finanzjarji, l-użu tal-vidjokonferenzi u t-telexogħol jista' jikkontribwixxi wkoll għal użu iktar effiċjenti tal-ħin u għal Parlament iktar favur l-ambjent;

62.  Jitlob lill-amministrazzjoni tapplika iktar miżuri ta' tnaqqis intelliġenti, biex ikun possibbli ffrankar mingħajr ma jiġu affettwati l-effikaċja, l-effiċjenza u l-kwalità tal-attivitajiet parlamentari;

Id-Direttorat Ġenerali għall-Presidenza

63.  Jinnota li d-DĠ PRES ġie organizzat mill-ġdid, li wassal għall-ħolqien tad-DĠ EPRS ġdid (Servizzi ta' Riċerka Parlamentari) u li s-servizzi tas-sigurtà tal-Parlament ġew internalizzati, li wassal għall-ħolqien tad-DĠ Sigurtà; jesprimi sodisfazzjon għall-fatt li hu previst li l-internalizzazzjoni tas-sigurtà se tirriżulta f'iffrankar ta' iktar minn EUR 11-il miljun tul il-perjodu 2013-2016; jinnota, madankollu, li ħames membri tal-Kabinett tal-President ġew allokati fil-karigi bħala diretturi ġenerali jew diretturi fl-amministrazzjoni tal-Parlament; jikkritika dan il-ħtif politiku tal-pożizzjonijiet maniġerjali u t-twaqqigħ tar-Regolamenti tal-Persunal; jindika li l-UE tikkritika l-patroċinju politiku madwar id-dinja, u jitlob li dak il-prinċipju jiġi rrispettat fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-Parlament, ukoll; jixtieq jiġi infurmat mis-Segretarju-Ġenerali kull sena dwar l-ammont speċifiku ffrankat, li jista' jkun ta' eżempju tajjeb li jwassal għall-internalizzazzjoni ta' servizzi oħra li bħalissa huma pprovduti minn partijiet terzi;

64.  Jinnota li l-kariga ta' Direttur Ġenerali ġiet okkupata iżda li sitt xhur wara l-ħatra, il-membru tal-persunal li ntgħażel għadu ma daħalx fil-kariga; jitlob li titħassar dik il-kariga ta' Direttur Ġenerali;

Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni

65.  Jinnota bi tħassib li minħabba sejħiet ġenerali għall-ekonomija, id-delegazzjonijiet interparlamentari jistgħu jsiru inqas kapaċi jżommu l-profil ta' relazzjonijiet esterni tal-Parlament, li jippremettilu li jkun viżibbli daqs l-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni, speċjalment il-Kummissjoni u l-Kunsill, u li l-effett jista' jkun li jitwaqqa' l-approċċ parlamentari għall-politika esterna u l-konsolidazzjoni tad-diplomazija parlamentari biex tikkumplementa l-attivitajiet tal-Kummissjoni u l-SEAE; iqis bħala kruċjali, għalhekk, li jinżammu l-għarfien u l-esperjenza li kiseb il-Parlament waqt li ssorvelja l-proġetti Ewropej u għamilhom viżibbli u li jiġi żgurat li l-miżuri proposti ma jwasslux fi dgħjufija tas-setgħa u l-effikaċja tad-djalogu interparlamentari tal-Parlament ma' pajjiżi oħra, speċjalment fi żminijiet ta' instabbiltà politika u ta' periklu għad-demokrazija (ir-Rebbiegħa Għarbija, il-kunflitt fil-Lvant Nofsani, il-kunflitt fl-Ukraina, il-preparazzjoni għal elezzjonijiet kontroversjali, eċċ.); jirrakkomanda bis-saħħa li jkun żgurat il-livell xieraq ta' koordinazzjoni mas-servizzi tas-SEAE għat-tħejjija u l-kapaċità ta' rispons effikaċi biex jiggarantixxi l-aspetti ta' sigurtà tad-delegazzjonjiet u l-missjonijiet esterni tal-Parlament;

Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni

66.  Jinnota li d-DĠ COMM għandu baġit kbir taħt il-linji 3242, "Pubblikazzjoni, informazzjoni u parteċipazzjoni fil-laqgħat pubbliċi"; jinnota iktar u iktar għotjiet ta' kuntratti bi spejjeż addizzjonali għall-kontribwent; jitlob lista dettaljata dwar il-miżuri tal-għoti ta' kuntratti u l-ispiża tagħhom fid-DĠ COMM;

67.  Jinsab imħasseb dwar il-possibbiltà ta' kunflitti ta' interess mhux identifikati fir-rigward tal-għoti ta' għotjiet mill-baġit tal-Parlament; jindika l-Artikolu 58 tar-Regolament Finanzjarju u l-obbligu tal-Amministrazzjoni biex tivverifika d-dikjarazzjonijiet magħmula minn dawk li jitolbu l-għoti u l-kuntratturi; jitlob informazzjoni dwar liem analiżi tar-riskju huma mwettqa mill-Amministrazzjoni tal-Parlament fir-rigward ta' dawk id-dikjarazzjonijiet sabiex tiġi verifikata l-veraċità tagħhom;

L-Uffiċċji ta' informazzjoni

68.  Jinnota li l-ispejjeż ta' missjonijiet fl-2012 għall-persunal tal-Uffiċċji ta' Informazzjoni ammontaw għal EUR 1,8 miljun b'missjonijiet lejn is-Strasburgu li ammontaw għal ftit iktar minn EUR 1 miljun; jinsisti li għandha tingħata prijorità lill-użu ta' vidjokonferenzi, bi tnaqqis fl-ispejjeż strutturali fil-baġit tal-Parlament kif ukoll b'titjib ambjentali, li ma jnaqsux il-valur fil-ħidma tal-Parlament;

Il-gruppi ta' viżitaturi

69.  Josserva li minn Jannar 2012, daħal fis-seħħ sett ġdid ta' regoli li jirregola l-akkoljenza ta' gruppi ta' viżitaturi, inkluż il-metodu ta' pagament ta' sussidji; jinnota li l-Bureau ddeċieda li jżomm l-għażla li jsiru pagamenti fi flus kontanti lil gruppi ta' viżitaturi; jinsab imħasseb dwar ir-riskju sinifikanti ta' reputazzjoni u sigurtà li jirriżulta minn pagamenti fi flus kontanti lil gruppi ta' viżitaturi; jitlob li tittieħed deċiżjoni ġdida tal-Bureau biex jitneħħew il-pagamenti fi flus kontanti li jikkostitwixxu ksur tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17); jinnota li minn madwar 2 000 grupp ta' viżitaturi fis-sena, 365 biss fl-2012 ingħataw iktar minn EUR 15 000 iżda li l-maġġoranza ta' dawn il-gruppi ta' viżitaturi jagħżlu l-metodu ta' pagament fi flus kontanti, minkejja li l-amministrazzjoni tal-Parlament tħeġġeġ il-pagament permezz ta' trasferiment bankarju jew taħlit taż-żewġ metodi minflok;

Dar l-Istorja tal-Ewropa

70.  Jinnota li l-kofinanzjament mill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta' funzjonament ta' Dar l-Istorja tal-Ewropa ġie żgurat bi EUR 800 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-abbozz ta' baġit tagħha tal-2014, taħt l-Intestatura 3 tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali; jinnota wkoll li l-ammont jikkorrespondi għal 30 % tal-ispejjeż ta' funzjonament previsti fil-baġit għal dik is-sena u li hu intiż ukoll li jkopri n-nefqa li tippermetti l-ftuħ tas-seba' jum kull ġimgħa;

71.  Jinnota li, fit-22 ta' Ottubru 2012, il-Bureau, fundamentalment, approva l-kunċett għall-wirja permanenti fid-Dar tal-Istorja Ewropea;

EuroparlTV

72.  Jinnota li fil-baġit tal-2012 adottat mill-Parlament fil-plenarja, EUR 8,5 miljun ġew allokati għall-EuroparlTV taħt il-partita baġitarja 3246; jagħraf li billi l-baġit għall-EuroparlTV tnaqqas b'mod sustanzjali minn EUR 9 miljun fl-2008 għal EUR 5 miljun fl-2014, il-prestazzjoni ta' dan is-servizz tjiebet b'għadd ta' attivitajiet u proġetti ġodda, inter alia, proporzjon kbir ta' prodotti awdjoviżivi lesti biex jintużaw b'tul ta' ħajja itwal, u serje ta' koproduzzjonijiet esklużivi ma' stazzjonijiet tat-TV nazzjonali f'bosta Stati Membri, li jirriżultaw f'żieda fin-numri fl-udjenza; jilqa' n-numru dejjem jikber ta' dawk li jsegwu lill-Parlament fuq il-midja soċjali, b'mod partikolari fuq Facebook b'iktar minn 1,2 miljun 'ħabib' attwalment, li għalihom jiġu żviluppati produzzjonijiet esklużivi tal-EuroparlTV; jistenna bil-ħerqa li jirċievi l-istudju ta' evalwazzjoni indipendenti tal-produzzjoni tal-multimidja tal-Parlament fuq l-internet ikkummissjonat skont id-deċiżjoni tal-Bureau tat-3 ta' Diċembru 2012;

73.  Jikkunsidra li l-EuroparlTV mhuwiex attività ewlenija tal-Parlament u jitlob li ssir analiżi tal-kost-benefiċċju qabel ma jiġu żviluppati kwalunkwe attivitajiet tal-EuroparlTV;

Direttorat Ġenerali għall-Persunal

74.  Jindika d-diffikultajiet fir-reklutaġġ ta' uffiċjali jew aġenti minn ċerti Stati Membri bħall-Ġermanja, ir-Renju Unit, l-Awstrija jew il-Pajjiżi l-Baxxi, li l-proporzjon tal-persunal tagħhom fis-Segretarjat tal-Parlament huwa konsiderevolment inqas mill-"piż demografiku" tal-pajjiż partikolari fl-Unjoni u josserva n-numru relattivament għoli ta' persunal li għandhom ċittadinanza Belġjana (13,6 %) jew Lussemburgiża (2,2 %), konsegwenza tal-postijiet ta' ħidma tal-Parlament; jitlob lill-Bureau jeżamina l-proċeduri u l-kundizzjonijiet ta' reklutaġġ biex ikun aċċertat x'parti jista' jkollu biex joħloq diffikultajiet fir-reklutaġġ ta' persunal minn dawn l-Istati Membri;

75.  Jitlob informazzjoni dwar l-arranġamenti ta' impjieg għall-uxxiera lokali fi Strasburgu u l-arranġamenti ta' impjieg għall-uxxiera fi Brussell waqt il-ġimgħat ta' Strasburgu; jitlob rapport mill-amministrazzjoni tal-Parlament dwar jekk, fil-każ tal-uxxiera lokali fi Strasburgu, il-liġi tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali tal-Unjoni hijiex irrispettata u dwar il-prekawzjonijiet meħuda kontra l-impjieg indipendenti fittizju; jitlob tqabbil fl-ispejjeż, bil-ħsieb li tiġi stabbilita l-aħjar għażla għall-kontribwent;

76.  Jieħu nota sew tad-Deċiżjoni tat-Tribunal tal-Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar il-Każ F-129/12 u jiddispjaċih bil-kbir dwar il-fatt li l-Parlament ġie kkundannat minħabba li ma setax jagħti l-assistenza f'każijiet ta' fastidju u sensji irregolari; għalhekk jagħti istruzzjonijiet lis-servizzi kompetenti biex jieħdu l-miżura kollha meħtieġa sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet simili fil-futur;

77.  Jitlob rapport dwar iż-żieda fil-karigi AD u AST fl-amministrazzjoni tal-Parlament bejn l-2005 u s-sena finanzjarja attwali; jitlob tqassim skont il-grad u n-nazzjonalità;

78.  Jitlob rapport dwar iż-żieda fil-karigi ta' Diretturi u Diretturi Ġenerali fl-amministrazzjoni tal-Parlament mill-2005; jitlob tqassim skont in-nazzjonalità;

79.  Jitlob għal rapport dwar kemm hemm persunal mill-gruppi politiċi li saru uffiċjali mill-2009 (a) bi proċedura ta' għażla konvenzjonali u (b) abbażi tal-klawżola 'passarelle';

80.  Jindika li iktar minn 1 500 membru tal-persunal tal-Parlament għandhom it-tfal fl-Iskejjel Ewropej; isostni li l-Parlament għandu jkollu rwol mexxej fi ħdan l-istrutturi organizzattivi tal-iskejjel;

Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika (DĠ INLO)

Politika immobiljari tal-Parlament

81.  Jenfasizza l-fatt li l-Parlament sar, tul is-snin, proprjetarju u li din l-istrateġija għandha riskji inerenti u li l-ispejjeż għall-funzjonament u l-manutenzjoni tal-faċilitajiet tekniċi se jkollhom jiżdiedu fil-futur biex ikampaw mal-bini li jsir antik; jenfasizza b'mod partikolari li kwalunkwe strateġija ta' proprjetà u bini għandha tqis ukoll dawk l-ispejjeż li dejjem jiżdiedu u n-neċessità fuq terminu medju għal rinnovazzjonijiet tal-bini; jindika li l-istrateġija tal-proprjetà u l-bini għandha tiżgura s-sostenibbiltà tal-baġit tal-Parlament u żżomm ċertu grad ta' flessibbiltà b'diversi akkwisti, kiri jew użufrutt sabiex jiġi żgurat l-aqwa valur għall-flus tal-Parlament; jenfasizza li x-xiri ta' bini mhuwiex dejjem l-aqwa soluzzjoni;

82.  Jinnota li tul l-2012, bdiet serje ta' reviżjonijiet kuntrattwali, li saru każ b'każ, rigward it-termini finanzjarji, partikolarment fid-dawl tax-xejriet fis-suq tal-kiri tal-proprjetà; jilqa' l-fatt li dawn in-negozjati mill-ġdid se jirriżultaw fi ffrankar strutturali li ġej fis-snin li ġejjin:

   l-użufrutt tal-Bini Wiertz jirriżulta fi tnaqqis fl-ispejjeż ta' EUR 0,45 miljun fis-sena fuq taxxi u spejjeż;
   it-tneħħija tal-Bini Geos fl-2014 jirriżulta fi tnaqqis fl-ispejjeż ta' EUR 5 miljun tul 45 xahar;
   ir-reviżjoni kuntrattwali ta' dak il-kiri fit-tul tal-Bini Goldbell tirriżulta fi tnaqqis tal-ispejjeż ta' EUR 2,5 miljun sa tmiem l-2017;
   ir-reviżjoni kuntrattwali tal-kiri fit-tul tal-Uffiċċju ta' Informazzjoni ta' Madrid tirriżulta fi tnaqqis fl-ispejjeż ta' EUR 0,27 miljun;

Il-Bini Konrad Adenauer (KAD)

83.  Ifakkar fin-nuqqas inizjali ta' selezzjoni tal-kandidati marbuta mal-istedina biex wieħed jippreżenta offerta għall-proġett tal-bini Konrad Adenauer għax il-prezzijiet proposti ppreżentati bħala tweġiba tal-istedina biex wieħed jippreżenta offerta kienu ferm ogħla mill-estimi; jinnota li d-deċiżjoni sussegwenti tal-Bureau fl-2012 biex terġa' titfassal is-sejħa għall-offerti għall-bini tal-KAD, li rriżultat f'offerti ħafna iktar baxxi, u b'hekk ġie rrispettat il-baġit li kien sar qbil dwaru inizjalment għal dan il-proġett ta' bini; jinnota li x-xogħlijiet bdew f'Settembru 2013 b'maniġer tal-proġett ġdid u arranġamenti ta' sħubija mtejba li jinvolvu l-appoġġ mill-Gvern Lussemburgiż; jistenna li l-baġit totali li sar qbil dwaru inizjalment għall-bini tal-proġett jiġi rrispettat, minkejja d-dewmien li ma setax jiġi evitat;

Is-Sala tal-Parlament fi Brussell

84.  Jinnota li t-tiswija tal-qafas ta' sostenn tas-saqaf fis-Sala tal-Parlament fi Brussell se tinvolvi spejjeż ta' ftit iktar minn EUR 2 miljun ċifra iżgħar mit-EUR 3 miljun stmati, u li minħabba l-età tal-bini, l-ebda proċedimenti legali ma jistgħu jittieħdu sussegwentement; jirrikonoxxi li l-politika ta' spezzjoni kontinwa regolari u ta' manutenzjoni preventiva għall-bini tal-Parlament introdotta fl-2012 skopriet id-difetti strutturali fit-travi tas-saqaf tal-injam u b'hekk ġie evitat diżastru kbir, li seta' rriżulta f'imwiet u ħsara estensiva għall-bini inkwistjoni; jinnota li kien possibbli li jiġu rilokati s-servizzi spostati fil-bini l-ieħor tal-Parlament, meta ngħalqet temporanjament iż-żona A ta' Paul-Henri Spaak (PHS) u li s-Sala għandha tkun disponibbli għall-użu mill-ġdid fil-bidu ta' April 2014;

Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni u l-Konferenzi u d-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni

85.  Josserva b'sodisfazzjoni li l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Bureau dwar Multilingwiżmu effiċjenti fl-użu tar-riżorsi fl-2012 irriżultat f'iffrankar ta' EUR 10,9 miljun u EUR 10 miljun fis-servizzi tal-interpretazzjoni u tat-traduzzjoni rispettivament, mingħajr ma ġie affettwat il-prinċipju tal-multilingwiżmu jew mingħajr ma ddgħajfet il-kwalità tax-xogħol parlamentari; itenni li l-kooperazzjoni interistituzzjonali hija essenzjali biex ikun hemm skambju tal-aħjar prattiki li jippromwovu l-effikaċja u jagħmlu l-iffrankar possibbli;

Direttorat Ġenerali għall-Finanzi

Fond ta’ Pensjoni Volontarja

86.  Jinnota li fl-2012 il-valur tal-assi tal-Fond ta' Pensjoni Volontarja(18) żdied bi dħul minn investimenti ta' 9,4 % tul il-kontinwazzjoni tal-irkupru mill-kriżi finanzjarja dinjija tas-swieq tal-investiment;

87.  Josserva, madankollu, li l-Fond ta' Pensjoni Volontarja żied l-estimi tad-defiċit attwali, ikkalkulat abbażi tal-assi tal-Fond, għal EUR 207,9 miljun fi tmiem l-2012; jenfasizza li dawn ir-responsabbiltajiet futuri previsti huma mifruxin fuq bosta deċennji;

88.  Jinnota, madankollu, li dan jirriżulta fi tħassib dwar il-possibbiltà tal-użu tal-Fond kollu u li l-Parlament qiegħed jiggarantixxi l-pagament tad-drittijiet ta' pensjoni lill-ex Membri kollha u xi wħud minn dawk attwali ta' dan il-Fond, meta u jekk dan il-fond mhuwiex kapaċi jissodisfa l-obbigi kollha tiegħu; ifakkar fil-fatt li l-Fond ta' Pensjoni Volontarja ġie konċepit bħala soluzzjoni tranżitorja qabel ma l-Istatut il-ġdid għall-Membri tal-Parlament daħal fis-seħħ fl-14 ta' Lulju 2009;

89.  Jinnota li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet fl-2013 li d-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Bureau fl-2009, partikolarment biex tiżdied l-età tal-irtirar għal dawk miktuba fil-Fond minn 60 għal 63 sena, sabiex jiġi evitat li l-kapital jintuża kollu kmieni wisq u biex jiġi allinjat mal-Istatut il-ġdid għall-Membri tal-Parlament Ewropew kienu validi; ifakkar fil-fatt li żewġ terzi mill-pagamenti lejn il-fond saru direttament mill-Parlament pjuttost milli minn membri individwali;

Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u l-Appoġġ Teknoloġiku

90.  Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li l-emails individwali personali u kunfidenzjali ta' xi Membri, assistenti parlamentari u uffiċjali ġew ipperikolati wara li l-Parlament kien suġġett għal attakk intermedjarju fejn hacker qabad il-komunikazzjoni bejn l-ismartphones privati u l-Wi-Fi pubbliku tal-Parlament; jinsisti li jitwettaq awditu ta' sigurtà tal-ICT minn parti terza indipendenti għas-sistemi tal-ICT u telekomunikazzjonijiet parlamentari kollha skont l-ispeċifikazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 99 bil-ħsieb li jitlesta l-pjan direzzjonali lejn politika ta' sigurtà tal-ICT iktar robusta fl-2015;

91.  Iqis li l-utenti mistiedna għandu jkollhom aċċess għal netwerk tal-Wi-Fi li ma jistax jagħti aċċess għall-intranet jew għas-servizzi tal-IT interni tal-Parlament bħall-webmail, biex b'hekk jiġu separati l-funzjonalitajiet tan-netwerk tal-Wi-Fi privat u n-netwerk tal-Wi-Fi tal-mistednin; hu tal-fehma li għandu jitwettaq awditu tas-sigurtà indipendenti fuq l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni tal-IT tal-Parlament kollu li jiżgura li l-Parlament jopera bl-ogħla standards ta' sigurtà disponibbli kontra l-hacking u l-attivitajiet ta' smigħ bil-moħbi ta' konverżazzjonijiet fuq it-telefown;

92.  Jikkunsidra li l-avvanzi importanti għandhom ikunu appoġġati minn investimenti adegwati f'attivitajiet ta' appoġġ u manutenzjoni għal dawn il-proġetti, kif ukoll il-kooperazzjoni xierqa mal-Membri u l-persunal; jindika b'mod partikolari li t-tnedija tas-sistema AT4AM irnexxiet; jiddispjaċih li ma tkomplietx il-konfigurazzjoni ta' distribuzzjoni Linux tal-Parlament Ewropew, li qatt ma ġie reklamat jew immirat lejn il-Membri u l-persunal li kieku kienu jkunu interessati fi proġett ta' dan it-tip; jinnota li l-introduzzjoni ta' għodod ta' ħidma ġodda għall-Membri u l-persunal tassumi li l-ittestjar fil-fażi pilota ta' tali għodod ta' ħidma jitwettaq biss bil-kooperazzjoni ta' tali Membri u persunal li huma lesti jaċċettaw xogħol addizzjonali li huwa involut fl-ittestjar fil-fażi pilota;

93.  Jinsisti li fl-istess spirtu li l-kooperazzjoni tal-Parlament tikkollabora iktar mad-Direttorat Ġenerali għall-Informatika tal-Kummissjoni biex jidentifikaw mhux biss l-għodod tal-ICT ġodda u li jfixklu minn bejjiegħa mhux uffiċjali, iżda wkoll sostituti xierqa għall-għodod u l-infrastrutturi tal-ICT antiki li jimxu fid-direzzjoni ta' soluzzjonijiet mhux dipendenti fuq il-bejjiegħa, miftuħa u interoperabbli bil-kunsiderazzjoni ta' responsabbiltà soċjali, etika u ekonomika;

94.  Jieħu nota tal-proċess ta' internalizzazzjoni tal-persunal fid-Direttorat Ġenerali għall-Innovazzjoni u l-Appoġġ Teknoloġiku u t-tnaqqis imwiegħed tal-ispejjeż u l-livell miżjud ta' għarfien espert u identità korporattiva fost il-persunal fil-qasam tal-IT; ifakkar li l-livell miżjud tal-għarfien espert rigward l-innovazzjonijiet permanenti kien ukoll ir-raġuni li ngħatat biex jiġi esternalizzat dan is-settur ħafna snin ilu; jiddubita l-argument tal-ispejjeż imnaqqsa; hu konxju dwar ir-restrizzjonijiet u l-isfidi fir-rigward tar-reklutaġġ tal-aqwa professjonisti disponibbli fis-suq; jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex jikkoopera mal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal biex jinsabu modi li jħaffu l-proċedura ta' reklutaġġ u li jattiraw l-aqwa esperti fil-qasam tat-teknoloġiji u s-sigurtà tal-IT;

95.  Isostni li l-Parlament għandu jkollu s-setgħa tad-deċiżjoni finali fil-kwistjonijiet kollha marbuta mal-ICT;

96.  Jinnota li l-infrastruttura tal-ICT eżistenti tal-Parlament hija biss parzjalment ibbażata fuq sors miftuħ u għalhekk tillimita l-użu mill-Parlament ta' applikazzjonijiet ta' ħardwer u softwer; jitlob li ssir tranżizzjoni gradwali lejn infrastruttura tal-ICT ibbażata fuq sors miftuħ li jwassal għal iktar kosteffiċjenza u interoperabbiltà filwaqt li jkun possibbli l-ogħla livell ta' sigurtà; jitlob ukoll, f'dan ir-rigward, għal appoġġ tekniku u amministrattiv suffiċjenti li jiżgura manutenzjoni adegwata;

97.  Jipproponi li jintużaw iktar it-teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni l-ġodda fis-servizzi tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni;

98.  Iħeġġeġ lis-Segretarju-Ġenerali jassigura wkoll li l-persunal ta' appoġġ tal-ICT ikun disponibbli għall-Membri u l-persunal fil-post tax-xogħol, biex kemm il-persunal ta' appoġġ tal-ICT kif ukoll il-persunal u l-Membri parlamentari ikollhom is-sigurtà u l-kumdità li jikkomunikaw wiċċ imbwiċċ; ifakkar lis-Segretarju Ġenerali li l-appoġġ tal-ICT mill-bogħod jista' jkun skomdu u inqas xieraq għall-istabbiliment ta' relazzjonijiet ta' fiduċja bejn il-persunal tal-manutenzjoni tal-IT u dawk li jeħtieġu l-manutenzjoni tal-IT; jindika wkoll kemm mhuwiex xieraq li wieħed jiddependi kompletament fuq soluzzjoni mill-bogħod sakemm jitwettaq b'mod xieraq l-awditu ta' sigurtà msemmi hawn fuq;

99.  Jitlob lis-Segretarju-Ġenerali jiżgura li sal-1 ta' Diċembru 2014, tal-inqas l-azzjonijiet ta' awditjar li ġejjin ikunu twettqu:

   ittestjar tal-penetrazzjoni tal-kaxxa s-sewda
   ittestjar tal-penetrazzjoni tal-kaxxa l-bajda
   rieżami ta' protokolli kripto
   rieżami ta’ applikazzjonijiet
   rieżami tal-Listi ta' Kontroll ta' Aċċess għall-applikazzjonijiet
   rieżami tal-Listi ta' Kontroll ta' Aċċess għall-infrastrutturi fiżiċi
   rieżami tal-katina ta' kompilazzjoni għall-applikazzjonijiet
   rieżami tal-kodiċi sors għall-applikazzjonijiet;

Jistenna li r-riżultati tal-awditu jiġu ppreżentati lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-Kumitat għall-Baġit flimkien mal-estimi tal-infiq, ir-riżorsi tal-persunal u l-ħin meħtieġ biex jiġu rimedjati kwalunkwe nuqqas ta' sigurtà li jinstabu fl-awditu;

100.  Huwa tal-fehma li d-disponibilità tad-data ma tridx tkun limitata mill-użu ta' arkitettura speċifika għal pjattaforma jew għal sistema u li l-format tad-data jrid ikun imsejjes fuq standards użati b’mod mifrux u aċċessibbli liberament u għandha tkun appoġġata u miżmuma minn organizzazzjonijiet li jkunu indipendenti mill-manifatturi; jenfasizza li d-dokumentazzjoni sħiħa relatata mal-format u mal-estensjonijiet kollha għandha tkun disponibbli liberament;

Aġenzija tal-ivvjaġġar

101.  Jilqa' l-fatt li, kif intalab mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-kuntratt il-ġdid tal-aġenzija tal-ivvjaġġar, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014, jippermetti li jitwettqu awditi finanzjarji u ta' prestazzjoni; jinnota li l-unika kumpanija li għamlet offerta għall-kuntratt kienet BCD Travel N.V., l-aġenzija li ngħatat il-kuntratt preċedenti, u li l-kuntratt attwali huwa ta' sentejn;

102.  Jissuġġerixxi li, fejn hu xieraq, għall-ivvjaġġar bl-ajru tal-Membri fi ħdan l-Ewropa, għandu jiġi inkoraġġat l-użu ta' biljetti fil-klassi ekonomika;

Rapport annwali dwar il-kuntratti aġġudikati

103.  Ifakkar fil-fatt li r-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Applikazzjoni (RAP) tiegħu, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013, jistabbilixxu l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtorità baġitarja u lill-pubbliku rigward l-aġġudikazzjoni ta' kuntratti mill-istituzzjoni; jinnota li r-Regolament Finanzjarju l-ġdid jirrikjedi li għandhom jiġu ppubblikati l-kuntratti aġġudikati b'valur ta' iktar minn EUR 15 000 (kontra l-EUR 25 000 preċedentement), valur li jikkorrespondi għal limitu ġdid li jekk jinqabeż tkun meħtieġa sejħa għall-offerti kompetittiva obbligatorja;

104.  Jinnota li d-Direttorati Ġenerali kollha tal-Parlament aġġudikaw kuntratti b'valur ikbar minn EUR 25 000 fl-2012 u li l-valur totali ta' dawk il-kuntratti kien ta' EUR 724 miljun (EUR 603 miljun fl-2011); jinnota wkoll li s-servizzi ċentrali stabbiliti, abbażi ta' informazzjoni li ddaħħlet mid-dipartimenti awtorizzanti fir-reġistru ta' kuntratti aġġudikati, ir-rapport annwali għall-awtorità baġitarja għal kuntratti aġġudikati fl-2012;

105.  Jinnota t-tqassim tal-kuntratti aġġudikati fl-2012 u fl-2011 skont it-tip ta' kuntratt użat kif ġej:

Tip ta' kuntratt

(bejn EUR 15 000 u EUR 25 000)

2012

Għadd

Valur (EUR)

Servizzi

Fornituri

Xogħlijiet

Bini

66

13

15

0

1 363 733

246 663

289 561

0

Total

94

1 899 957

Tip ta' kuntratt

(ta' EUR 25 000 jew iktar)

2012

2011

Għadd

Perċentwal

Għadd

Perċentwal

Servizzi

Fornituri

Xogħlijiet

Bini

167

39

21

3

73 %

17 %

9 %

1 %

168

43

29

5

68 %

18 %

12 %

2 %

Total

230

100 %

245

100 %

Tip ta' kuntratt

(ta' EUR 25 000 jew iktar)

2012

2011

Valur (EUR)

Perċentwal

Valur (EUR)

Perċentwal

Servizzi

Fornituri

Xogħlijiet

Bini

478 867 118

20 050 555

48 097 311

177 282 082

66 %

3 %

7 %

24 %

372 679 542

181 515 814

33 142 238

15 881 213

61 %

30 %

6 %

3 %

Total

724 297 066

100 %

603 218 807

100 %

(Rapport annwali dwar il-kuntratti aġġudikati mill-Parlament Ewropew, 2012, p. 6)

106.  Josserva li l-kompożizzjoni tal-kuntratti aġġudikati fl-2012 u fl-2011 skont it-tip ta' proċedura hija s-segwenti:

Tip ta' proċedura

(bejn EUR 15 000 u EUR 25 000)

2012

Għadd

Valur (EUR)

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

Kompetizzjoni

Eċċezzjonijiet

0

0

94

-

-

0

0

1 899 958

-

-

Total

94

1 899 958

Tip ta' proċedura

(ta' EUR 25 000 jew iktar)

2012

2011

Għadd

Perċentwal

Għadd

Perċentwal

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

Kompetizzjoni

Eċċezzjonijiet

93

4

133

-

-

40 %

2 %

58 %

-

-

90

12

138

2

3

37 %

5 %

56 %

1 %

1 %

Total

230

100 %

245

100 %

Tip ta' proċedura

(ta' EUR 25 000 jew iktar)

2012

2011

Valur (EUR)

Perċentwal

Valur (EUR)

Perċentwal

Miftuħa

Ristretta

Negozjata

Kompetizzjoni

Eċċezzjonijiet

268 775 678

245 111 639

210 409 749

-

-

37 %

34 %

29 %

-

-

436 253 061

126 420 563

31 283 089

4 668 600

4 593 494

72 %

21 %

5 %

1 %

1 %

Total

724 297 066

100 %

603 218 807

100 %

(Rapport annwali dwar il-kuntratti aġġudikati mill-Parlament Ewropew, 2012, p. 8)

107.  Jinnota li minn total ta' 230 kuntratt li ngħataw fl-2012, 97 kuntratt, b'valur ta' EUR 514 miljun, kienu bbażati fuq proċeduri miftuħa jew ristretti, filwaqt li 133, b'valur ta' EUR 210 miljun, kienu bbażati fuq proċeduri negozjati; jinnota li ż-żieda konsiderevoli fl-użu ta' proċeduri negozjati, mill-2011 sal-2012, f'termini ta' valur, tirriżulta mit-tliet proċeduri ta' kuntratt tal-bini, b'valur totali ta' EUR 177,28 miljun, li jżidu b'mod sustanzjali l-ammont totali;

108.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li, minħabba tnaqqis fil-piż amministrattiv għal kuntratti ta' valur baxx, bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-offerti għal dawn il-kuntratti, l-amministrazzjoni ma għandhiex l-għadd ta' SMEs li ħadu kuntratti ta' valur baxx; għaldaqstant is-Segretarjat Ġenerali ma setax juri jekk it-tnaqqis fil-piż amminstrattiv fil-fatt wassalx għal żieda fil-parteċipazzjoni tal-SMEs u għaldaqstant l-effikaċja tal-miżuri meħuda; jitlob li jiġi monitorjat l-għadd ta' SMEs li ħadu kuntratti ta' valur baxx;

109.  Hu tal-fehma li għall-kuntratti taħt il-limitu ta' EUR 60 000 wkoll, għandha tingħata trasparenza sħiħa dwar il-kriterji tal-għoti u għandu jkun possibbli kontroll ta' kunflitti ta' interess;

Proċeduri negozjati eċċezzjonali

110.  Jindika li l-użu mill-Parlament tal-proċeduri negozjati eċċezzjonali naqas f'termini ta' numri fl-2012 (minn 59 fl-2011 għal 43 fl-2012), tnaqqis ta' 27 % għall-istituzzjoni u ħames Direttorati Ġenerali ma użawx il-proċedura ta' dan it-tip fl-2012, filwaqt li Direttorat Ġenerali wieħed ta l-istess numru ta' kuntratti bħal fl-2011, filwaqt li tnejn taw iktar; jindika, barra minn hekk, li mill-2012, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jiddikjara sistematikament ir-raġunijiet, f'anness mehmuż ma' rapporti ta' attività annwali, għall-użu ta' proċedura negozjata eċċezzjonali;

Gruppi politiċi (partita baġitarja 4 0 0)

111.  Hu tal-opinjoni li l-gruppi politiċi huma atturi ewlenin fil-Parlament u l-Unjoni kollha peress li n-natura transnazzjonali tagħhom tirrappreżenta mudell uniku fid-dinja u r-rwol tagħhom hu kruċjali sabiex tiġi garantita r-responsabbiltà demokratika b'saħħitha tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni;

112.  Josserva li, fl-2012, l-approprjazzjonijiet iskritti fil-partita baġitarja 4 0 0 intużaw bil-mod li ġej:

Grupp

2012

2011

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet assenjati oħra

Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss

Approprjazzjonijiet annwali

Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet assenjati oħra

Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali

Ammonti riportati għall-perjodu li jmiss (2011)

PPE

21 128

2 024

18 974

89,81 %

4 178

20 336

1 918

20 442

100,42 %

1 832

S&D

14 908

6 313

14 520

97,40 %

6 702

14 302

5 499

13 696

95,76 %

6 105

ALDE

6 673

2 281

6 855

102,72 %

2 100

6 477

2 416

6 676

103,07 %

2 217

Ħodor/EFA

4 319

1 460

4 002

92,65 %

1 778

4 025

1 242

3 820

94,91 %

1 447

GUE/NGL

2 563

1 094

2 602

101,52 %

1 055

2 535

1 088

2 553

100,71 %

1 070

ECR

3 765

1 219

3 407

90,51 %

1 577

3 831

720

3 375

88,09 %

1 176

EDF

2 538

881

2 494

98,29 %

925

2 088

835

2 046

98,03 %

876

Membri mhux affiljati

1 362

413

963

70,73 %

367

1 270

409

924

72,72 %

413

Total

57 255

15 687

53 817

94,00 %

18 680

54 866

14 126

53 514

97,53 %

15 137

* l-ammonti kollha huma espressi f'eluf ta' EUR

Partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej

113.  Josserva li fl-2012 l-approprjazzjonijiet iskritti fil-partita baġitarja 4 0 2 intużaw bil-mod li ġej(19):

Partit

Abbrevjazzjoni

Riżorsi proprji*

Għotja PE

Total tad-dħul

Għotja mill-PE bħala % tan-nefqa eliġibbli (85 % max.)

Eċċess tad-dħul (trasferiment għar-riżervi) jew telf

Partit Popolari Ewropew

PPE

1 471

6 483

8 863

85 %

242

Partit Soċjalista Ewropew

PES

977

4 323

5 514

85 %

91

Alleanza tal-Liberali u l-Partit tad-Demokratiċi għall-Ewropa

ALDE

440

1 950

2 784

85 %

60

Partit tal-Ħodor Ewropew

EGP

397

1 333

1 908

84 %

127

Alleanza tal-Konservattivi u Riformisti Ewropej

AECR

216

1 139

1 701

85 %

13

Partit tax-Xellug Ewropew

EL

269

835

1 263

79 %

47

Partit Demokratiku Ewropew

EDP/PDE

79

363

630

84 %

0

Alleanza Ħielsa Ewropea

EFA

91

382

530

85 %

23

Demokratiċi UE

EUD

29

195

271

85 %

-6

Moviment Politiku Kristjan Ewropew

ECPM

44

242

285

85 %

0,6

Alleanza Ewropea għal-Libertà

EAF

65

357

428

85 %

2

Alleanza Ewropea tal-Movimenti Nazzjonali

AEMN

44

186

333

85 %

-2

Moviment għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija

MELD

81

458

702

85 %

0

Total

 

4 203

18 247

25 214

84 %

598

(*) l-ammonti kollha huma espressi f'eluf ta' EUR

114.  Josserva li, fl-2012, l-approprjazzjonijiet iskritti fil-partita baġitarja 4 0 3 ntużaw bil-mod li ġej(20):

Fondazzjoni

Abbrevjazzjoni

Affiljazzjoni ma' partit

Riżorsi proprji*

Għotja PE

Total tad-dħul

Għotja mill-PE bħala % tan-nefqa eliġibbli (85 % max.)

Ċentru għall-Istudji Ewropej

CES

PPE

786

3 719

4 505

83 %

Fondazzjoni Ewropea ta' Studji Progressisti

FEPS

PES

517

2 795

3 312

85 %

Forum Liberali Ewropew

ELF

ALDE

183

996

1 179

85 %

Fondazzjoni Ħadra Ewropea

GEF

EGP

156

865

1 020

85 %

Inbiddlu l-Ewropa

TE

EL

120

550

671

83 %

Istitut tad-Demokratiċi Ewropej

IED

PDE

48

238

286

85 %

Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Interstatali Ewropea

OEIC

EUD

20

132

152

85 %

Ċentru Maurits Coppieters

CMC

EFA

36

200

235

85 %

Direzzjoni Ġdida

ND

AECR

141

679

820

85 %

Fondazzjoni Politika Kristjana Ewropea

ECPF

ECPM

30

167

197

82 %

Fondazzjoni Ewropea għal-Libertà

FES

EAF

44

234

279

84 %

Fondazzjoni għal Ewropa ta' Libertajiet u Demokrazija

FELD

MELD

56

194

250

78 %

Total

 

 

2 136

10 768

12 905

84 %

(*) l-ammonti kollha huma espressi f'eluf ta' EUR

(1) Testi adottati, P7_TA(2014)0289.
(2) ĠU L 56, 29.2.2012.
(3) ĠU C 334, 15.11.2013, p. 1.
(4) ĠU C 188, 29.6.2013, p. 1.
(5) ĠU C 331, 14.11.2013, p. 1.
(6) ĠU C 334, 15.11.2013, p. 122.
(7) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(8) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(9) PE 349.540/Bur/ann/def.
(10)ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 90.
(11)ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 226.
(12) Il-Protokoll tat-Telefown fuq l-Internet.
(13) ĠU L 308, 16.11.2013, p. 3.
(14) Testi adottati, P7_TA(2013)0048.
(15) Testi adottati, P7_TA(2013)0498.
(16) "'It-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew - l-impatt finanzjarju, ambjentali u reġjonali tad-dispersjoni ġeografika', nota mħejjija mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew fit-30 ta' Awwissu 2013.
(17) Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).
(18) Il-Fond ta' Pensjoni Volontarja ġie stabbilit bħala Assoċjazzjoni bla skop ta' qligħ (ASBL) iffurmata skont il-liġi Lussemburgiża fl-14 ta' Lulju 1993.
(19) Sors : PV BUR. 09.09.2013 (PE 512.496/BUR) punt 14 u PV BUR. 07.10.2013 (PE 516.110/BUR) punt 12
(20) Sors : PV BUR. 09.09.2013 (PE 512.496/BUR) punt 14, Nota tas-SĠ lill-Bureau: D(2013)33164

Avviż legali - Politika tal-privatezza