Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0184(APP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0269/2014

Testi mressqa :

A7-0269/2014

Dibattiti :

PV 16/04/2014 - 11
CRE 16/04/2014 - 11

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2014 - 14.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0431

Testi adottati
PDF 202kWORD 40k
L-Erbgħa, 16 ta' April 2014 - Strasburgu
Miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji ***
P7_TA(2014)0431A7-0269/2014

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (EU, Euratom) li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (05600/2014 – C7-0047/2014 – 2011/0184(APP))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill (05600/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mar-raba' paragrafu tal-Artikolu 311 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (C7‑0047/2014),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-futur tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titolu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva"(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali u riżorsi proprji(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2012 għall-fini li jinkiseb eżitu pożittiv għall-proċedura ta' approvazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2013 dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta’ Frar 2013 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Lulju 2013 dwar il-ftehim politiku rigward il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ April 2014 dwar miżuri ta' implimentazzjoni għall-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(7),

–  wara li kkunsidra l-fatt li għall-ewwel darba t-Trattat jirrikjedi l-approvazzjoni tal-Parlament għall-miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7‑0269/2014),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 214
(2) ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 89.
(3) ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 42.
(4) ĠU C 68 E, 7.3.2014, p. 1.
(5) Testi adottati, P7_TA(2013)0078.
(6) Testi adottati, P7_TA(2013)0304.
(7) Testi adottati, P7_TA(2014)0434.

Avviż legali - Politika tal-privatezza