Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/0034(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0156/2014

Testi mressqa :

A7-0156/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2014 - 14.7
CRE 16/04/2014 - 14.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0437

Testi adottati
PDF 293kWORD 41k
L-Erbgħa, 16 ta' April 2014 - Strasburgu
Żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew għall-Investiment ***I
P7_TA(2014)0437A7-0156/2014
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fiż-żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew għall-Investiment (COM(2014)0066 – C7-0030/2014 – 2014/0034(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0066),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0030/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Marzu 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Marzu 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0156/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova l-istqarrija mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill annessa hawnhekk, li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġislattiv finali;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fiż-żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew tal-Investiment
P7_TC1-COD(2014)0034

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni Nru 562/2014/UE.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Stqarrija mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu li jindirizzaw il-kwsitjoni tat-trattament ta' dividendi tal-Fond fil-qafas tar-reviżjoni li jmiss tar-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni jew, l-aktar tard, fil-kuntest tar-rapport interim dwar l-ilħuq tal-objettiv kif stipulat fl-Artikolu 4.

Avviż legali - Politika tal-privatezza