Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0023(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0018/2014

Testi mressqa :

A7-0018/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2014 - 14.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0441

Testi adottati
PDF 289kWORD 40k
L-Erbgħa, 16 ta' April 2014 - Strasburgu
Protezzjoni tal-euro u ta' muniti oħrajn permezz tal-liġi kriminali kontra l-falsifikazzjoni ***I
P7_TA(2014)0441A7-0018/2014
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-euro u ta' muniti oħrajn permezz tal-liġi kriminali kontra l-falsifikazzjoni, u sostituzzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (COM(2013)0042 – C7-0033/2013 – 2013/0023(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0042),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0033/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' Mejju 2013(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Frar 2014, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0018/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 271, 19.9.2013, p. 42.
(2) ĠU C 179, 25.6.2013, p. 9.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI
P7_TC1-COD(2013)0023

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2014/62/UE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza